ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1576
tas-6 ta' Lulju 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta' ċerti prattiċi enoloġiċi u r-Regolament (KE) Nru 436/2009 fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-prattiċi fir-reġistri tal-qasam tal-inbid
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75(2), (3)(g) u 147(3)(e) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (2), il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati huma stabbiliti fl-Anness IA ta' dak ir-Regolament. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) adottat riżoluzzjonijiet li jippermettu tliet prattiki enoloġiċi ġodda. Sabiex jitqies il-progress tekniku u biex il-produtturi mill-Unjoni jingħataw l-istess possibiltajiet bħal dawk disponibbli għall-produtturi minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li dawn il-prattiċi enoloġiċi ġodda jiġu awtorizzati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet tal-użu ddefiniti mill-OIV. |
(2) |
Ċerti prattiċi enoloġiċi huma partikolarment esposti għar-riskju ta' użu qarrieqi u għandhom jiġu reġistrati fir-reġistri skont l-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 (3). Għal din ir-raġuni, it-tliet prattiki enoloġiċi ġodda, jiġifieri t-trattament tal-inbejjed bl-użu ta' teknoloġija tal-membrana flimkien mal-karbonju attivat, l-użu ta' kopolimeri polivinilimidażol-polivinilpirrolidon u l-użu ta' klorur tal-fidda, fejn iż-żewġ sustanzi tal-aħħar qed jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar, għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistri. |
(3) |
Għalhekk ir-Regolamenti (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 436/2009 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 606/2009
L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 436/2009
Fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 436/2009 għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“(x) |
trattament bl-użu ta' teknoloġija tal-membrana flimkien ma' karbonju attivat; |
(y) |
l-użu ta' kopolimeri polivinilimidażol-polivinilpirrolidon; |
(z) |
l-użu ta' klorur tal-fidda.” |
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f'dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta' tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).
ANNESS
L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-tabella, jiżdiedu r-ringieli 53, 54 u 55 li ġejjin:
|
(2) |
Għandhom jiżdiedu l-Appendiċijiet 19, 20 u 21 li ġejjin: “Appendiċi 19 Ir-rekwiżiti għat-trattament tal-inbejjed bl-użu tat-teknoloġija tal-membrana flimkien mal-karbonju attivat biex jitnaqqas l-eċċess tal-4-etilfenol u l-4-etilgwajakol, L-għan ta' dan it-trattament huwa li jitnaqqas il-kontenut tal-4-etilfenol u l-4-etilgwajakol ta' oriġini mikrobjali li jikkostitwixxi difetti organolettiċi u jostor l-aromi tal-inbid. Ir-rekwiżiti:
Appendiċi 20 Ir-rekwiżiti għall-kopolimeri polivinilimidażol-polivinilpirrolidon (PVI/PVP) L-iskop tal-użu ta' PVI/PVP huwa li jiġu evitati difetti kkaġunati minn kontenuti għolja wisq ta' metall u biex jitnaqqsu konċentrazzjonijiet għoljin u mhux mixtieqa ta' metalli. Ir-rekwiżiti:
Appendiċi 21 Ir-rekwiżiti għall-klorur tal-fidda Il-klorur tal-fidda jintuża għat-trattament tal-inbejjed biex titneħħa l-fermentazzjoni u l-irwejjaħ anormali relatata mal-ħażna (ikkawżati minn reazzjonijiet ta' tnaqqis ikkaratterizzati mill-preżenza ta' sulfur tal-idroġenu u tat-tjoli). Ir-rekwiżiti:
|
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1577
tad-9 ta' Settembru 2015
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Patata novella di Galatina (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Patata novella di Galatina” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
L-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ma ġiet innotifikata lill-Kummissjoni, u għalhekk id-denominazzjoni “Patata novella di Galatina” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Patata novella di Galatina” (DOP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 128, 21.4.2015, p. 11.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1578
tad-9 ta' Settembru 2015
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melón de Torre Pacheco-Murcia (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Spanja biex id-denominazzjoni “Melón de Torre Pacheco-Murcia” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oppożizzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u d-denominazzjoni “Melón de Torre Pacheco-Murcia” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Melón de Torre Pacheco-Murcia” (IĠP) hija rreġistrata.
L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.6 Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati — tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 139, 28.4.2015, p. 8.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1579
tad-9 ta' Settembru 2015
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Baranjski kulen (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Baranjski kulen” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; id-denominazzjoni “Baranjski kulen” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Baranjski kulen” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2 — Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 139, 28.4.2015, p. 5.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1580
tat-22 ta' Settembru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
191,9 |
MK |
49,2 |
|
TR |
81,7 |
|
ZZ |
107,6 |
|
0707 00 05 |
AR |
98,4 |
TR |
126,8 |
|
ZZ |
112,6 |
|
0709 93 10 |
TR |
128,2 |
ZZ |
128,2 |
|
0805 50 10 |
AG |
150,3 |
AR |
133,5 |
|
BO |
138,3 |
|
CL |
156,3 |
|
UY |
107,1 |
|
ZA |
129,0 |
|
ZZ |
135,8 |
|
0806 10 10 |
EG |
181,7 |
TR |
121,9 |
|
ZZ |
151,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
104,4 |
BR |
70,7 |
|
CL |
172,4 |
|
NZ |
132,7 |
|
US |
113,3 |
|
ZA |
157,4 |
|
ZZ |
125,2 |
|
0808 30 90 |
AR |
132,0 |
CL |
148,3 |
|
CN |
96,7 |
|
TR |
122,3 |
|
ZA |
106,4 |
|
ZZ |
121,1 |
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
MK |
69,6 |
TR |
153,5 |
|
ZZ |
111,6 |
|
0809 40 05 |
BA |
55,8 |
MK |
47,1 |
|
XS |
61,9 |
|
ZZ |
54,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1581
tat-18 ta' Settembru 2015
li taħtar membru supplenti Daniż fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Lotte CEDERSKJOLD ENGSIG-KARUP, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:
— |
Is-Sur Steen BORDING ANDERSEN, Aarhus City Council Member |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
C. DIESCHBOURG
(1) ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.
(3) ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.
Rettifika
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/11 |
Rettifika tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 60 tat-28 ta' Frar 2014 )
F'paġna 38, premessa (26):
flok:
“… tal-istandards ta' valutazzjoni rikonoxxuti internazzjonalment, partikolarment dawk żviluppati mill-International Valuation Standards Committee, l-Assoċjazzjonijiet tal-European Group of Valuers jew …”;
aqra:
“… tal-istandards ta' valutazzjoni rikonoxxuti internazzjonalment, partikolarment dawk żviluppati mill-International Valuation Standards Council, l-Assoċjazzjonijiet tal-European Group of Valuers jew …”.
F'Paġna 80, Anness II, Parti B, Taqsima “4. Rata tal-imgħax” u spejjeż oħra, Intestatura:
flok:
“Taqsima ‘4. Rata tal-imgħax’ u spejjeż oħra”;
aqra:
“Taqsima ‘4. Rata tal-imgħax u spejjeż oħra’”.
F'Paġna 80, Anness II, Parti B, Taqsima “4. Rata tal-imgħax” u spejjeż oħra, il-punt (2), it-tieni sentenza mill-aħħar:
flok:
“It-twissija għandha tkun akkumpanjata minn RPAI illustrattiva addizzjonali, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 17(4).”
aqra:
“It-twissija għandha tkun akkumpanjata minn RPAI illustrattiva addizzjonali, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 17(5).”.