ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 241

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
17 ta' Settembru 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536 tas-16 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà mar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-impenji tal-manutenzjoni kritika u l-monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru ( 1 )

16

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1537 tas-16 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

49

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-23 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi ( ĠU L 23, 29.1.2015 )

51

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

17.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/1


DIRETTIVA (UE) 2015/1535 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Settembru 2015

li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114, 337 u 43 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġiet emendata kemm-il darba b'mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dik id- Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri li fiha jiġi żgurat il-moviment tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għalhekk, il-projbizzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi fuq il-moviment tal-merkanzija u ta' miżuri li għandhom effett ekwivalenti hija waħda mill-prinċipji bażiċi tal-Unjoni.

(3)

Sabiex ikun imħeġġeġ it-tħaddim bla xkiel tas-suq intern għandha tiġi żgurata trasparenza kemm jista' jkun fir-rigward tal-inizjattivi nazzjonali sabiex jiġu stabbiliti regolamenti tekniċi.

(4)

L-ostakoli għall-kummerċ li jirriżultaw minn regolamenti tekniċi li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti jistgħu jitħallew biss fejn huma meħtieġa sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali u għandhom għan fl-interess pubbliku li tiegħu huma jikkostitwixxu l-garanzija ewlenija.

(5)

Huwa essenzjali għall-Kummissjoni li jkollha l-informazzjoni meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħha qabel tadotta d-dispożizzjonijiet tekniċi. B'konsegwenza ta' dan, l-Istati Membri li huma meħtieġa li jiffaċilitaw il-kisba tax-xogħol tagħha skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), għandhom jinnotifikawha bil-proġetti tagħhom fil-qasam tar-regolamenti tekniċi.

(6)

L-Istati Membri kollha għandhom ukoll ikunu mgħarrfa bir-regolamenti tekniċi kkontemplati minn xi wieħed mill-Istati Membri.

(7)

L-għan tas-suq intern huwa li joħloq ambjent li jwassal għall-kompetittività tal-intrapriżi. Żieda fil-proviżjoni ta' informazzjoni hija mod wieħed li jgħin lill-intrapriżi jiksbu iktar mill-vantaġġi inerenti f'dan is-suq. Huwa għalhekk meħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna biex jagħtu l-istima tagħhom dwar l-impatt tar-regolamenti tekniċi nazzjonali proposti mill-Istati Membri l-oħra, billi tkun provduta l-pubblikazzjoni regolari tat-titoli tal-abbozzi nnotifikati u permezz tad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kunfidenzjalità ta' dawn l-abbozzi.

(8)

Huwa xieraq, fl-interess taċ-ċarezza legali, illi l-Istati Membri jħabbru b'mod pubbliku illi jkun ġie adottat regolament tekniku b'mod konformi mal-formalitajiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

(9)

Safejn u sakemm ikollhom x'jaqsmu r-regolamenti tekniċi dwar il-prodotti, il-miżuri mfassla biex jiżguraw it-tħaddim xieraq jew l-iżvilupp kontinwu jinkludu iktar ċarezza dwar l-intenzjonijiet nazzjonali u dwar it-twessigħ tal-kriterji u tal-kondizzjonijiet biex jiġi stmat l-effett potenzjali fuq is-suq tar-regolamenti proposti.

(10)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stmati l-ħtiġiet kollha stabbiliti fir-rigward ta' prodott u li jitqiesu l-iżviluppi fil-prattiki nazzjonali għar-regolament tal-prodotti.

(11)

Il-ħtiġijiet, għajr l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li jirreferu għaċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott wara li jkun inħareġ fis-suq x'aktarx li jaffettwaw il-moviment liberu ta' dak il-prodott jew joħolqu ostakoli għat-tħaddim xieraq tas-suq intern.

(12)

Huwa meħtieġ li jiġi kjarifikat il-kunċett ta' regolament tekniku de facto. B'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet li bihom l-awtorità pubblika tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra, jew li bihom tinkoraġġixxi l-osservanza tagħhom, u d-dispożizzjonijiet li jirreferu għall-prodotti li magħhom tiġi assoċjata l-awtorità pubblika, fl-interess pubbliku, ikollhom l-effett li jsawbu fuq dawn il-ħtiġijiet jew speċifikazzjonijiet valur li jorbot iktar milli kieku jkollhom bis-saħħa tal-oriġini privata tagħhom.

(13)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jingħataw żmien biżżejjed li fih jipproponu emendi għal miżura prevista, sabiex ineħħu jew inaqqsu kull ostakolu li tista' toħloq għall-moviment liberu tal-oġġetti.

(14)

L-Istati Membri interessati għandhom iqisu dawk l-emendi meta jiġu biex jifformolaw it-test definittiv tal-miżura prevista.

(15)

Huwa inerenti fis-suq intern li, b'mod partikolari fejn ma jistax jiġi implimentat il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tadotta jew tipproponi l-adozzjoni ta' atti li jorbtu. Ġie stabbilit perijodu ta' żmien ta' waqfien temporanju speċifiku biex jimpedixxi li d-dħul ta' miżuri nazzjonali jikkomprometti l-adozzjoni fl-istess qasam mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta' atti li jorbtu.

(16)

L-Istat Membru kkonċernat għandu, skont l-obbligi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat tal-UE, iħalli għal iktar tard l-implimentazzjoni tal-miżura kkontemplata għal perijodu biżżejjed taż-żmien biex ikun jista' jsir jew eżami konġunt tal-emendi proposti jew tħejjija ta' proposta għall-att leġiżlattiv jew l-adozzjoni ta' att li jorbot tal-Kummissjoni.

(17)

Bil-ħsieb li titħaffef l-adozzjoni ta' miżuri mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jieqfu milli jadottaw regolamenti tekniċi jekk il-Kunsill ikun adotta pożizzjoni fl-ewwel qari fuq proposta mill-Kummissjoni dwar dak is-settur.

(18)

Huwa meħtieġ li jiġi previst Kumitat Permanenti, li l-membri tiegħu jiġu maħtura mill-Istati Membri u li xogħlu jkun li jikkoopera fl-isforzi tal-Kummissjoni biex jitnaqqas il-potenzjal ta' kull effett ħażin fuq il-moviment liberu tal-oġġetti.

(19)

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-obbligi tal-Istati Membri fejn għandhom x'jaqsmu l-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-Direttivi msemmija fil-Parti B tal-Anness III,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“prodott” tfisser kull prodott fabbrikat b'mod industrijali u kull prodott agrikolu, inklużi prodotti mill-ħut;

(b)

“servizz” tfisser kull servizz tas-Soċjetà tal-Informatika, jiġifieri kull servizz normalment ipprovdut għal rimunerazzjoni, mill-bogħod, b'mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta' riċevitur ta' servizzi.

Għall-għanijiet ta' din id-definizzjoni:

(i)

“mill-bogħod” tfisser illi servizz jiġi pprovdut mingħajr ma l-partijiet ikunu preżenti simultanjament,

(ii)

“b'mezzi elettroniċi” tfisser illi fil-bidu s-servizz jintbagħat u jiġi rċevut fid-destinazzjoni tiegħu permezz ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża kompressjoni diġitali) u l-ħażna ta' data, u dan jiġi trasmess, imwassal u rċevut għalkollox permezz ta' wajers, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew b'mezzi oħra elettro-manjetiċi,

(iii)

“fuq it-talba individwali ta' riċevitur tas-servizzi” tfisser illi s-servizz jiġi pprovdut permezz tat-trasmissjoni ta' data fuq talba individwali;

Lista indikattiva tas-servizzi mhux koperti b'din id-definizzjoni hija mogħtija fl-Anness I;

(c)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser speċifikazzjoni li tinsab f'dokument li jistabbilixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta' prodott bħalma huma l-livelli ta' kwalità, ir-riżultat tal-ħidma, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, inklużi l-ħtiġiet li japplikaw għall-prodott rigward l-isem li bih il-prodott jinbiegħ, it-terminoloġija, is-simboli, l-eżaminazzjoni u l-metodi tal-eżaminazzjoni, l-imballaġġ, l-immarkar jew l-ittikkettjar u l-proċeduri ta' stima tal-konformità;

It-terminu “speċifikazzjoni teknika” jkopri wkoll il-metodi u l-proċessi tal-produzzjoni użati rigward il-prodotti agrikoli, li hemm referenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, u l-prodotti mediċinali ddefiniti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), kif ukoll il-metodi u l-proċessi tal-produzzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti oħra, fejn dawn ikolhom effett fuq il-karatteristiċi tagħhom;

(d)

“ħtiġijiet oħra” tifsser ħtieġa, għajr speċifikazzjoni teknika, imposta fuq prodott bil-għan li tipproteġi, b'mod partikolari, il-konsumatur jew l-ambjent, u li taffettwa ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu wara li jkun inħareġ fis-suq, bħalma huma l-kondizzjonijiet dwar l-użu, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-rimi, fejn dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinfluwenzaw b'mod sinifikanti l-kompożizzjoni jew in-natura tal-prodott jew il-bejgħ tiegħu fis-suq;

(e)

“regola dwar is-servizzi” tfisser ħtieġa ta' natura ġenerali li għandha x'taqsam mal-bidu u l-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' servizzi fit-tifsira tal-punt (b), b'mod partikolari id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fornitur tas-servizz, is-servizzi u r-riċevitur tas-servizzi, għajr kull regola li mhijiex speċifikament immirata lejn is-servizzi definiti f'dak il-punt.

Għall-għanijiet ta' din id-definizzjoni:

(i)

regola għandha tiġi kkunsidrata li tkun speċifikament immirata lejn is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika fejn, filwaqt li tqis id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tagħha u tal-parti operattiva tagħha, il-mira speċifika u l-għan tad-dispożizzjonijiet kollha jew ta' xi wħud minnhom individwali tagħha huma dawk li jirregolaw dawn is-servizzi b'mod espliċitu u mmirat,

(ii)

regola m'għandhiex tiġi kkunsidrata li tkun speċifikament immirata lejn is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika jekk din taffettwa dawn is-servizzi biss b'mod impliċitu jew aċċidentali;

(f)

“regolament tekniku” tfisser speċifikazzjonijiet tekniċi u ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi, inklużi d-dispożizzjonijiet amministrattivi relevanti, li l-osservanza tagħhom hija obbligatorja, de jure jew de facto, fil-każ tat-tqegħid fis-suq, il-forniment ta' servizz, l-istabbiliment ta' operatur tas-servizz jew l-użu fi Stat Membru jew f'parti l-kbira minnu, kif ukoll il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, għajr dawk ipprovduti fl-Artikolu 7, li jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' prodott, jew li jipprojbixxu l-forniment jew l-użu ta' servizz, jew l-istabbiliment ta' fornitur tas-servizz;

Ir-regolamenti tekniċi de facto għandhom jinkludu:

(i)

il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru li jirreferu jew għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew għal ħtiġiet oħra jew għal regoli dwar is-servizzi, jew għall-kodiċijiet professjonali jew il-kodiċijiet ta' prattika li, min-naħa tagħhom, jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew għal ħtiġiet oħra jew għal regoli dwar is-servizzi, li l-ħarsien tagħhom jagħti preżunzjoni ta' konformità mal-obbligi imposti mil-liġijiet, mir-regolamenti jew mid-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija iktar 'il fuq,

(ii)

ftehim volontarji li awtorità pubblika tkun parti kontrattanti għalihom u li jipprovdu, fl-interess ġenerali, għal konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi, għajr speċifikazzjonijiet dwar l-offerti tal-akkwist pubbliku,

(iii)

speċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi li huma marbutin ma' miżuri fiskali jew finanzjarji li jaffettwaw il-konsum ta' prodotti jew ta' servizzi billi jinkoraġġixxu l-konformità ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew il-ħtiġiet l-oħra jew ir-regoli dwar servizzi; speċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi marbutin mas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali mhumiex inklużi.

Dan jinkludi r-regolamenti tekniċi imposti mill-awtoritajiet innominati mill-Istati Membri u li jidhru f'lista stabbilita u aġġornata, jekk meħtieġ, mill-Kummissjoni fil-qafas tal-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2.

Għandha tiġi użata l-istess proċedura biex tiġi emendata din il-lista;

(g)

“abbozz ta' regolament tekniku” tfisser it-test ta' speċifikazzjoni teknika jew ħtieġa oħra jew ta' regola dwar is-servizzi, inklużi d-dispożizzjonijiet amministrattivi, ifformulat bil-għan li jsir liġi bħala regolament tekniku, bit-test ikun fi stadju ta' tħejjija fejn ikun għad jistgħu isiru emendi sostanzjali.

2.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

(a)

servizzi tax-xandir bir-radju;

(b)

servizzi tax-xandir bit-televiżjoni imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

3.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għar-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' materji koperti bil-leġislazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, kif kif imsemmija fid- Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

4.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għar-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' materji koperti bil-leġislazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, kif elenkati b'mod mhux eżawrenti fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

5.   Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5(3), din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għar-regoli promulgati minn jew għal swieq regolati fit-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew minn jew għal swieq oħra jew korpi li jwettqu operazzjonijiet ta' kumpens jew pagament għal dawk is-swieq.

6.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawk il-miżuri li l-Istati Membri jqisu meħtieġa skont it-Trattati għall-protezzjoni tal-persuni, b'mod partikolari il-ħaddiema, meta jiġu użati prodotti, sakemm dawn il-miżuri ma jaffettwawx il-prodotti.

Artikolu 2

Għandu jitwaqqaf Kumitat Permanenti li jkun magħmul minn rappreżentanti maħtura mill-Istati Membri li jistgħu jitolbu l-għajnuna ta' esperti jew konsulenti; il-President tiegħu għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 3

1.   Il-Kumitat għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena.

Il-Kumitat għandu jiltaqa' f'kompożizzjoni speċifika sabiex jeżamina kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika.

2.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat rapport dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva, u għandha tressaq proposti mmirati għall-eliminazzjoni ta' ostakoli eżistenti jew previsti għall-kummerċ.

3.   Il-Kumitat għandu jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar il-komunikazzjonijiet u l-proposti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u jista', f'dak ir-rigward, jipproponi, b'mod partikolari, illi l-Kummissjoni:

(a)

tiżgura fejn meħtieġ, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' ostakoli għall-kummerċ, illi fil-bidu, l-Istati Membri interessati jiddeċiedu bejniethom dwar miżuri xierqa;

(b)

tieħu l-miżuri xierqa kollha;

(c)

tidentifika l-oqsma fejn tidher meħtieġa l-armonizzazzjoni, u, jekk jinqala' l-każ, twettaq armonizzazzjoni xierqa f'settur partikolari.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat:

(a)

meta tkun qed tiddeċiedi dwar is-sistema attwali li permezz tagħha jrid jiġi effetwat l-iskambju ta' informazzjoni previst f'din id-Direttiva u dwar kull bdil għalih;

(b)

meta tkun qed tirrevedi kif taħdem is-sistema prevista f'din id-Direttiva.

5.   Il-Kumitat jista' jiġi kkonsultat mill-Kummisjoni dwar kull abbozz preliminari ta' regolament tekniku rċevut minn din tal-aħħar.

6.   Kull kwistjoni li tirrigwarda l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tista' tiġi sottomessa lill-Kumitat fuq it-talba tal-President tiegħu jew tal-Istat Membru.

7.   Il-proċeduri tal-Kumitat u l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa għandhom ikunu kunfidenzjali.

Madankollu, il-Kumitat u l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu, sakemm jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa, jikkonsultaw, għal opinjoni esperta, lil persuni naturali jew legali, inklużi persuni fis-settur privat.

8.   Fir-rigward tar-regoli dwar servizzi, il-Kummissjoni u l-Kumitat jistgħu jikkonsultaw lil persuni naturali jew legali mill-industrija jew mid-dinja akkademika, u fejn possibbli korpi rappreżentattivi, kapaċi li jagħtu opinjoni esperta dwar il-miri soċjali u tas-soċjetà u l-konsegwenzi ta' kull abbozz ta' regola dwar is-servizzi, u jqisu l-parir tagħhom kull meta jiġu mitluba li jagħmlu dan.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 5(1), it-talbiet kollha li jsiru lill-korpi tal-istandardizzazzjoni biex ifasslu speċifikazzjonijiet tekniċi jew standard għal prodotti speċifiċi bil-għan li jkun hemm regolament tekniku għal prodotti ta' dak it-tip, fil-forma ta' abbozz ta' regolamenti tekniċi, u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għal dak ir-regolament tekniku.

Artikolu 5

1.   Soġġetti għall-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni kull abbozz ta' regolament tekniku, għajr fejn dan sempliċiment jittrasponi t-test ta' standard internazzjonali jew Ewropew, f'liema każ l-informazzjoni li jkollha x'taqsam mal-istandard relevanti tkun biżżejjed; għandhom ukoll iħallu lill-Kummissjoni tagħmel dikjarazzjoni dwar ir-raġunijiet li jagħmlu meħtieġa l-leġislazzjoni ta' dan ir-regolament tekniku, fejn dawk ir-raġunijiet ma jkunux diġà ġew magħmula ċari fl-abbozz.

Fejn ikun xieraq, u għajr jekk ma jkunux diġà bagħtuh b'komunikazzjoni minn qabel, l-Istati Membri għandhom simultanjament jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet bażiċi leġislattivi jew regolatorji interessati prinċipalment u direttament lill-Kummissjoni, jekk it-tagħrif ta' dan it-test ikun meħtieġ biex jistma l-implikazzjonijiet tal-abozz ta' regolament tekniku.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-abbozz tar-regolament tekniku mill-ġdid lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu jekk jagħmlu tibdil lill-abbozz li jkollu l-effett li jibdel b'mod sinifikanti l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, iqassru l-iskeda imfassla oriġinarjament għall-implimentazzjoni, iżidu l-ispeċifikazzjonijiet jew il-ħtiġijiet jew jagħmlu lil dawn tal-aħħar iktar stretti.

Fejn, b'mod partikolari, l-abbozz tar-regolament tekniku jfittex li jillimita l-bejgħ fis-suq jew l-użu ta' sustanza kimika, it-tħejjija jew il-prodott għal raġunijiet ta' saħħa pubblika jew għall-protezzjoni tal-konsumaturi jew tal-ambjent, l-Istati Membri għandhom jibagħtu wkoll jew sommarju jew ir-referenzi tad-data kollha relevanti li għandhom x'jaqsmu mas-sustanza, mat-tħejjija jew mal-prodott involut u ma' sostituti magħrufa u disponibbli, fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli, u jikkomunikaw l-effetti antiċipati tal-miżura dwar is-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent, flimkien ma' analiżi dwar ir-riskju imwettaq kif xieraq b'mod konformi mal-prinċipji previsti fil-parti relevanti tat-Taqsima II.3 tal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mill-ewwel lill-Istati Membri l-oħra bl-abbozz tar-regolament tekniku u d-dokumenti kollha li jkunu ntbagħtulha; tista' wkoll tirreferi dan l-abbozz, għal opinjoni, lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva u, fejn xieraq, lill-kumitat responsabbli mill-qasam involut inkwistjoni.

Rigward l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra jew ir-regoli dwar servizzi li hemm referenza għalihom fil-punt (iii) tat-tieni subparagrafu tal-punt (f) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva, il-kummenti jew l-opinjonijiet dettaljati tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri jista' jkollhom x'jaqsmu biss mal-aspetti li jistgħu jfixklu l-kummerċ jew, rigward ir-regoli dwar servizzi, il-moviment liberu tas-servizzi jew il-libertà ta' stabbiliment ta' operaturi tas-servizz u mhux l-aspetti fiskali jew finanzjarji tal-miżura.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jagħmlu kummenti lill-Istat Membru li jkun bagħat l-abbozz tar-regolament tekniku; dan l-Istat Membru għandu jqis dawn il-kummenti kemm jista' jkun possibbli fit-tħejjija sussegwenti tar-regolament tekniku.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test definittiv tar-regolament tekniku lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

4.   L-informazzjoni fornuta skont dan l-Artikolu ma għandhiex tkun kunfidenzjali għajr fuq it-talba espressa tal-Istat Membru li jinnotifika. Kull talba bħal din għandha tiġi appoġġjata b'raġunijiet.

F'każijiet ta' dik ix-xorta, jekk jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa, il-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ifittxu l-parir espert mingħand persuni naturali jew legali fis-settur privat.

5.   Meta r-regolamenti tekniċi abbozzati jagħmlu parti minn miżuri li jkunu meħtieġa li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fl-istadju ta' abbozz skont att Komunitarju ieħor, l-Istati Membri jistgħu jibagħtu komunikazzjoni fit-tifsira tal-paragrafu 1 skont l-att l-ieħor, sakemm jindikaw formalment illi l-komunikazzjoni msemmija tikkostitwixxi wkoll komunikazzjoni skont il-għanijiet ta' din id-Direttiva.

In-nuqqas ta' reazzjoni mill-Kummissjoni skont din id-Direttiva għall-abbozz ta' regolament tekniku ma għandux jippreġudika xi deċiżjoni li tista' tittieħed skont atti oħra tal-Unjoni.

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri għandhom jipposponu l-adozzjoni ta' abozz ta' regolament tekniku għal tliet xhur mid-data ta' meta l-Kummissjoni tirċievi l-komunikazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jipposponu:

għal erba' xhur l-adozzjoni ta' abbozz ta' regolament tekniku fil-għamla ta' ftehim volontarju fit-tifsira tal-punt (ii) tat-tieni subparagrafu tal-punt (f) tal-Artikolu 1(1),

mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, għal sitt xhur l-adozzjoni ta' kull abbozz ta' regolament tekniku ieħor għajr l-abbozzi tar-regoli dwar servizzi,

mid-data ta' meta l-Kummissjoni tkun irċeviet il-komunikazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 5(1), jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru ieħor jagħtu opinjoni dettaljata, fi żmien tliet xhur minn dik id-data, b'effett li l-miżura prevista tista' toħloq xkiel għall-moviment liberu tal-merkanzija ġewwa s-suq intern;

mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5, għal erba' xhur l-adozzjoni ta' kull abbozz ta' regola dwar servizzi, mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet il-komunikazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5(1), jekk il-Kummissjoni jew xi Stat Membru ieħor jagħti opinjoni dettaljata, fi żmien tliet xhur minn dik id-data, illi l-miżura prevista tista' toħloq xkiel għall-moviment liberu tas-servizzi jew għall-libertà ta' stabbiliment ta' operaturi tas-servizzi ġewwa s-suq intern.

Fir-rigward ta' abbozzi ta' regoli dwar is-servizzi, l-opinjonijiet dettaljati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri ma jistgħux jaffettwaw miżuri tal-politika kulturali, b'mod partikolari fl-isfera awdjo-viżiva, li l-Istati Membri jistgħu jadottaw b'mod konformi mal-liġijiet tal-Unjoni, filwaqt li jqisu d-diversità lingwistika, il-karatteristiċi speċifiċi nazzjonali u reġjonali u l-wirt kulturali tagħhom.

L-Istat Membru konċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni li jipproponi li jieħu fuq dawn l-opinjonijiet dettaljati. Il-Kummissjoni għandha tikkummenta fuq din ir-reazzjoni.

Fir-rigward tar-regoli dwar servizzi, l-Istat Membru konċernat għandu jindika, fejn xieraq, ir-raġunijiet għaliex ma jistgħux jitqiesu l-opinjonijiet dettaljati.

3.   Bl-esklużjoni tal-abbozzi tar-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi, l-Istati Membri għandhom jipposponu l-adozzjoni ta' abbozz ta' regolament tekniku għal 12-il xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet il-komunikazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva jekk, fi żmien tliet xhur minn dik id-data, il-Kummissjoni tħabbar l-intenzjoni tagħha li tipproponi jew li tadotta Direttiva, Regolament jew Deċiżjoni dwar il-materja b'mod konformi mal-Artikolu 288 TFUE.

4.   L-Istati Membri għandhom jipposponu l-adozzjoni ta' abozz ta' regolament tekniku bi12-il xahar mid-data meta l-Kummissjoni tkun irċeviet il-komunika li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva jekk, fi żmien tliet xhur wara dik id-data, il-Kummissjoni tħabbar l-intenzjoni tagħha li tipproponi jew tadotta Direttiva, Regolament jew Deċiżjoni dwar il-materja b'mod konformi mal-Artikolu 288 TFUE.

5.   Jekk il-Kunsill jadotta pożizzjoni fl-ewwel qari matul il-perijodu taż-żmien tal-waqfien (standstill) li hemm referenza għalih fil-paragrafi 3 u 4, dan il-perijodu taż-żmien għandu, soġġett għall-paragrafu 6, jittawwal għal 18-il xahar.

6.   L-obbligi li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jaqgħu:

(a)

meta l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri li ma tkunx iktar bi ħsiebha tipproponi jew tadotta att li jorbot;

(b)

meta l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri bl-irtirar tal-abbozz jew tal-proposta tagħha;

(c)

meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew il-Kummissjoni ikunu adottaw att li jorbot.

7.   Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhomx japplikaw fil-każijiet fejn:

(a)

għal raġunijiet urġenti, mqajma minn ċirkostanzi serji u imprevisti li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew is-sigurtà, il-protezzjoni tal-annimali jew il-preżervazzjoni tal-pjanti, u għar-regoli dwar servizzi, u wkoll għall-politika pubblika, b'mod partikolari l-protezzjoni tal-minuri, Stat Membru huwa obbligat li jħejji regolamenti tekniċi fi spazju qasir ħafna ta' żmien sabiex jippromulgahom u jdaħħalhom fil-pront mingħajr ma jkunu possibbli konsultazzjonijiet; jew

(b)

għal raġunijiet urġenti mqajjma minn ċirkostanzi serji li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tas-sigurtà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, speċjalment il-protezzjoni tad-depożituri, tal-investituri u ta' persuni assigurati, Stat Membru huwa obbligat li jippromulga u li jimplimenta fil-pront regoli dwar is-servizzi finanzjarji.

Fil-komunikazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5, l-Istat Membru għandu jagħti r-raġunijiet għall-urġenza tal-miżuri meħuda. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-veduti tagħha dwar il-komunikazzjoni malajr kemm jista jkun. Għandha tieħu azzjoni xierqa fil-każijiet fejn din il-proċedura ma tintużax kif suppost. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm mgħarraf mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

1.   L-Artikoli 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal dawk il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri jew għal ftehim volontarju li permezz tiegħu l-Istati Membri:

(a)

jikkonformaw ma' atti tal-Unjoni li jorbtu li jirriżultaw fl-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi jew ir-regoli dwar servizzi;

(b)

jissodisfaw l-obbligi li joħorġu minn ftehim internazzjonali li jirriżultaw fl-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni jew regoli dwar servizzi fl-Unjoni;

(c)

jagħmlu użu mill-klawsoli ta' salvagwardja li jipprovdu għalihom atti tal-Unjoni li jorbtu;

(d)

japplikaw l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(e)

jillimitaw lilhom infushom għal li jimplimentaw sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(f)

jillimitaw lilhom infushom għal li jemendaw regolament tekniku fi ħdan it-tifsira tal-punt (f) tal-Artikolu 1(1), b'mod konformi ma' talba tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jitneħħa xi ostakolu għall-kummerċ jew, fil-każ tar-regoli dwar servizzi, għall-moviment liberu tas-servizzi jew tal-libertà ta' stabbiliment ta' operaturi tas-servizzi.

2.   L-Artikolu 6 ma għandux japplika għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jipprojbixxu l-manifattura sakemm u safejn dawn ma jostakolawx il-moviment liberu tal-prodotti.

3.   Il-paragrafi 3 sa 6 tal-Artikolu 6 m'għandhomx japplikaw għall-ftehim volontarji li hemm referenza għalihom fil-punt (ii) tat-tieni subparagrafu tal-punt (f) tal-Artikolu 1(1).

4.   L-Artikolu 6 m'għandux japplika għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġijiet oħra jew għar-regoli dwar is-servizzi li hemm referenza għalihom fil-punt (iii) tat-tieni subparagrafu tal-punt (f) tal-Artikolu 1(1).

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni tippubblika l-istatistiċi annwali dwar in-notifiki li tirċievi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Meta Stat Membru jadotta regolament tekniku, dan għandu jkun fih referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkun akkumpanjat b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tiegħu. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 10

Id-Direttiva 98/34/KE, kif emendata mill-atti mniżżla fil-Parti A tal-Anness III għal din id-Direttiva, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fil-Parti B tal-Anness III għal din id-Direttiva mħassra u fil-Parti B tal-Anness III, għal din id-Direttiva.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 11

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta' Settembru 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  L-Opinjoni tal-14 ta' Lulju 2010 (ĠU C 44, 11.2.2011, p. 142) u opinjoni tas-26 ta' Frar 2014 (ĠU C 214, 8.7.2014, p. 55).

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2015.

(3)  Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37). It-titolu oriġinali kien “Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi”. Din ġiet emendata bid-Direttiva 98/48/KE Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Lulju 1998 li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi (ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18).

(4)  Ara l-Anness III, il-Parti A.

(5)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(6)  Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il- koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

(8)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).


ANNESS I

Lista indikattiva tas-servizzi mhux koperti bit-tieni subparagrafu tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1)

1.   Servizzi mhux ipprovduti “mill-bogħod”

Servizzi pprovduti fil-preżenza fiżika tal-fornitur u tar-riċevitur, anke jekk jinvolvu l-użu ta' mezzi elettroniċi:

(a)

eżamijiet mediċi jew kura medika fi klinika ta' tabib bl-użu ta' tagħmir elettroniku fejn il-pazjent ikun fiżikament preżenti;

(b)

konsultazzjoni ta' katalgu elettroniku f'ħanut bil-klijent fuq il-post;

(c)

riservazzjoni ta' biljetti tal-ajru f'aġenzija tal-vjaġġi fil-preżenza fiżika tal-klijent permezz ta' network ta' kompjuters;

(d)

logħob elettroniku magħmul disponibbli f'video arcade fejn il-klijent ikun fiżikament preżenti.

2.   Servizzi mhux ipprovduti permezz ta' “mezzi elettroniċi”

Servizzi li jkollhom kontenut ta' materjal anke jekk ipprovdut permezz ta' mezzi elettroniċi:

(a)

distributuri awtomatiċi ta' flus jew biljetti (bankonoti, biljetti tat-tren);

(b)

aċċess għal networks ta' toroq, parkeġġi tal-karozzi, eċċ, li jieħdu l-flus għall-użu, anke jekk ikun hemm mezzi elettroniċi fid-dħul/ħruġ li jikkontrollaw l-aċċess u/jew li jiżguraw li jsir il-pagament eżatt.

Servizzi off-line: tqassim ta' CD roms jew software fuq id-disketti.

Servizzi li ma jiġux ipprovduti permezz ta' sistemi ta' proċessar/inventarji elettroniċi:

(a)

servizzi tat-telefonija bil-vuċi;

(b)

servizzi tat-telefax/telex;

(c)

servizzi pprovduti permezz tat-telefonija bil-vuċi jew bil-fax;

(d)

konsulta ta' tabib bit-telefon/telefax;

(e)

konsulta ta' avukat bit-telefon/telefax;

(f)

marketing dirett bit-telefon/telefax.

3.   Servizzi mhux ipprovduti “fuq it-talba individwali ta' riċevitur tas-servizzi”

Servizzi pprovduti bit-trasmissjoni ta' data mingħajr it-talba individwali li tiġi riċevuta simultanjament minn numru bla limitu ta' riċevituri individwali (trasmissjoni minn punti għal diversi punti):

(a)

servizzi tax-xandir bit-televiżjoni (inklużi servizzi ta' near-video on-demand koperti bil-punt (e) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE;

(b)

servizzi tax-xandir bir-radju;

(c)

teletext (bit-televiżjoni).


ANNESS II

Lista indikattiva tas-servizzi finanzjarji koperti b'Artikolu 1(4)

Servizzi ta' investiment,

Operazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew ta' assigurazzjoni mill-ġdid,

Servizzi bankarji,

Operazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fondi tal-pensjonijiet,

Servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' operazzjonijet fi futures jew options.

Dawn is-servizzi jinkludu b'mod partikolari:

(a)

is-servizzi ta' investiment li hemm referenza għalihom fl-Anness għad-Direttiva 2004/39/KE; is-servizzi ta' intrapriżi ta' investiment kollettiv;

(b)

is-servizzi koperti bl-attivitajiet soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku imsemmija fl- Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(c)

l-operazzjonijiet koperti bl-attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni mill-ġdid imsemmija fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).


(1)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338) .

(2)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).


ANNESS III

PARTI A

Id-Direttiva mħassra flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 10)

Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37)

 

Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18)

 

Anness II, Parti 1, Titolu H, ta' l-Att ta' Adeżjoni 2004

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 68)

Fir-rigward biss tar-referenzi magħmulin fil-punt 2 tad-Direttiva 98/34/KE

Direttiva 2006/96/KE tal-Kunsill

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81)

Fir-rigward biss tar-referenzi magħmulin fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE

Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)

L-Artikolu 26(2) biss

PARTI B

Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmijin fl-Artikolu 10)

Id-Direttiva

Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni

98/34/KE

98/48/KE

il-5 ta' Awwissu 1999

2006/96/KE

l-1 ta' Jannar 2007


ANNESS IV

Tabella ta' Korrelazzjoni

Id-Direttiva 98/34/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 1(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (1)

Artikolu 1(1), punt (a)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(1), punt (b), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(1), punt (b), it-tieni subparagrafu, punt (i)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (2), it-tieni paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1(1), punt (b), it-tieni paragrafu, punt (ii)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (2), it-tieni paragrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 1(1), punt (b), it-tieni subparagrafu, punt (iii)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1(1), punt (b), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (2), ir-raba' subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 1(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (2), ir-raba' subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(2), punt (a)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (2), ir-raba' subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1(2), punt (b)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (3)

Artikolu 1(1), punt (c)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (4)

Artikolu 1(1), punt (d)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(1), punt (e), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(3)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (5), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1(4)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (5), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 1(5)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (5), il-ħames subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 1(1), punt (e), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (5), il-ħames subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(1), punt (e), it-tieni subparagrafu, punt (i)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (5), il-ħames subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1(1), punt (e), it-tieni subparagrafu, punt (ii)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (11), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(1), punt (f), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (11), it-tieni inċiż, il-kliem introduttorju

Artikolu 1(1), punt (f), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (11), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(1), punt (f), it-tieni subparagrafu, punt (i)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (11), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1(1), punt (f), it-tieni subparagrafu, punt (ii)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (11), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 1(1), punt (f), it-tieni subparagrafu, punt (iii)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (11), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1(1), punt (f), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu punt (11), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 1(1), punt (f), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (12)

Artikolu 1(1), punt (g)

Artikolu 1, it-tieni paragrafu

Artikolu 1(6)

Artikolu 5

Artikolu 2

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 6(3), il-kliem introduttorju

Artikolu 3(3), il-kliem introduttorju

Artikolu 6(3), it-tieni inċiż

Artikolu 3(3), punt (a)

Artikolu 6(3), it-tielet inċiż

Artikolu 3(3), punt (b)

Artikolu 6(3), ir-raba' inċiż

Artikolu 3(3), punt (c)

Artikolu 6(4), il-kliem introduttorju

Artikolu 3(4), il-kliem introduttorju

Artikolu 6(4), punt (c)

Artikolu 3(4), punt (a)

Artikolu 6(4), punt (d)

Artikolu 3(3), punt (b)

Artikolu 6(5) sa (8)

Artikolu 3(5) sa (8)

Artikolu 7

Artikolu 4

Artikolu 8

Artikolu 5

Artikolu 9(1) sa (5)

Artikolu 6(1)sa (5)

Artikolu 9(6), il-kliem introduttorju

Artikolu 6(6), il-kliem introduttorju

Artikolu 9(6), l-ewwel inċiż

Artikolu 6(6), punt (a)

Artikolu 9(6), it-tieni inċiż

Artikolu 6(6), punt (b)

Artikolu 9(6), it-tielet inċiż

Artikolu 6(6), punt (c)

Artikolu 9(7), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 6(7), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 9(7), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 6(7), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 9(7), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 6(7), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 9(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 7(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 10(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1), punt (a)

Artikolu 10(1), it-tieni inċiż

Artikolu 7(1), punt (b)

Artikolu 10(1), it-tielet inċiż

Artikolu 7(1), punt (c)

Artikolu 10(1), ir-raba' inċiż

Artikolu 7(1), punt (d)

Artikolu 10(1), il-ħames inċiż

Artikolu 7(1), punt (e)

Artikolu 10(1), is-sitt inċiż

Artikolu 7(1), punt (f)

Artikolu 10(2), (3)u (4)

Artikolu 7(2),(3) u (4)

Artikolu 11, l-ewwel sentenza

Artikolu 8, l-ewwel paragrafu

Artikolu 11, it-tieni sentenza

Artikolu 8, it-tieni paragrafu

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Anness III

Anness IV

Anness V

Anness I

Anness VI

Anness II

Anness III

Anness IV


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1536

tas-16 ta' Settembru 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà mar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-impenji tal-manutenzjoni kritika u l-monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(5) u 8(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi.

(2)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jistabbilixxi ħtiġiet (rekwiżiti) tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għat-tħadidm tal-inġenju tal-ajru, inklużi rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet li jimmaniġġjaw il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u inġenji tal-ajru operati għal finijiet kummerċjali. Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandu jiġi aġġornat biex ikun żgurat li dawk ir-rekwiżiti jiġu implimentati.

(3)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li skonthom it-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jkunu jistgħu jħaddmu l-inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti rilevanti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jitħarsu.

(4)

Jeħtieġ li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti tal-programm ta' monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru fl-Unjoni. Għal dak l-għan, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 li tikkonċerna l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' programm ta' monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandhom jiġu emendati.

(5)

Jeħtieġ li jittaffew ir-riskji marbuta mat-twettiq tal-manutenzjoni u b'mod partikolari li jiġi żgurat li jittieħdu l-miżuri meħtieġa mill-persuni u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati biex jinstabu l-iżbalji magħmula matul it-twettiq tal-manutenzjoni li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tat-titjir. Għalhekk, ir-rekwiżiti għat-twettiq ta' manutenzjoni stabbiliti fl-Anness I u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandhom jiġu emendati.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Jeħtieġ li l-industrija ajrunawtika u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jingħataw żmien suffiċjenti l biex jadattaw għall-qafas regolatorju l-ġdid. Għalhekk għandha tingħata data tal-applikazzjoni differita għal dan ir-Regolament kollu kemm hu.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li jiżguraw:

(a)

il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, inkluż kull komponent li jiġi installat fuq l-inġenju, li huwa:

(i)

irreġistrat fi Stat Membru, sakemm is-sorveljanza tas-sikurezza regolatorja tiegħu tkun ġiet iddelegata lil pajjiż terz u ma jintużax minn operatur ieħor tal-UE; jew

(ii)

irreġistrat f'pajjiż terz u użat minn operatur tal-UE, fejn is-sorveljanza tas-sikurezza regolatorja ma tkunx ġiet iddelegata lil Stat Membru;

(b)

il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru reġistrati f'pajjiż terz u ta' komponenti li jiġu installati fuqhom, li s-sorveljanza tas-sikurezza regolatorja tagħhom ma tkunx ġiet iddelegata lil Stat Membru, li jinkrew mingħajr ekwipaġġ minn trasportatur tal-ajru li ngħata liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).”"

(2)

L-Artikolu 2 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

“(g)

‘Operazzjoni tat-trasport kummerċjali bl-ajru (CAT)’ tfisser operazzjoni li ssir b'inġenju tal-ajru sabiex jiġu ttrasportati l-passiġġieri, il-merkanzija jew il-posta bi ħlas jew kumpens ieħor ta' valur;”

(b)

Jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(n)

‘kompitu ta' manutenzjoni kritika’ tfisser kompitu ta' manutenzjoni li jinvolvi l-assemblaġġ jew kull disturb ta' sistema jew ta' xi parti fuq inġenju tal-ajru, magna jew skrun li, jekk iseħħ żball waqt l-esekuzzjoni tiegħu, jista' jipperikola b'mod dirett is-sikurezza tat-titjira;

(o)

‘operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati’ tfisser dawk l-operazzjonijiet suġġetti għar-rekwiżiti tal-Parti-ORO, is-Subparti-SPO stabbilita fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (**);

(p)

‘operazzjonijiet limitati’ tfisser l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni għal:

(i)

titjiriet bl-ispejjeż maqsumin minn individwi privati, bil-kundizzjoni li l-ispiża diretta tinqasam bejn l-okkupanti kollha tal-inġenju tal-ajru, inkluż il-bdot u li n-numru ta' persuni li qed jaqsmu l-ispejjeż diretti huwa limitat għal sitta;

(ii)

titjiriet ta' kompetizzjoni jew wirjiet tat-titjir, bil-kundizzjoni li r-remunerazzjoni jew kwalunkwe kumpens ta' valur mogħtija għat-tali titjiriet ikun limitat għall-irkupru tal-ispejjeż diretti u kontribuzzjoni proporzjonata għall-ispejjeż annwali, kif ukoll premji ta' mhux iktar minn valur speċifikat mill-awtorità kompetenti.

(iii)

titjiriet introduttorji, qbiż bil-paraxut, irmunkar ta' glajders jew titjiriet ajrubatiċi mwettqa jew minn organizzazzjoni tat-taħriġ bis-sede prinċipali tagħha fi Stat Membru u approvata skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (***), jew minn organizzazzjoni maħluqa bil-għan li tippromwovi sport tal-ajru jew avjazzjoni ta' divertiment, bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun operat mill-organizzazzjoni fuq il-bażi ta' sjieda jew kiri mingħajr ekwipaġġ, li t-titjira ma tiġġenerax profitti mqassmin barra l-organizzazzjoni, u li kull meta jkunu involuti persuni li mhumiex membri tal-organizzazzjoni, it-tali titjiriet jirrappreżentaw biss attività marġinali tal-organizzazzjoni;

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, ‘operazzjonijiet limitati’ mhumiex meqjusa bħala operazzjonijiet CAT jew operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati;

(q)

‘titjira introduttorja’ tfisser ‘titjira introduttorja’ kif definit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(r)

‘titjira ta' kompetizzjoni’ tfisser ‘titjira ta' kompetizzjoni’ kif definit fl-Artikolu 2(10) tar- Regolament (UE) Nru 965/2012;

(s)

‘wirja tat-titjir’ tfisser ‘wirja tat-titjir’ kif definit fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(**)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1)."

(***)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).”"

(3)

L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1, 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(a) u l-komponenti li jiġu installati fuqhom għandhom jiġu assigurati skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I.

2.   L-organizzazzjonijiet u l-persunal involuti fl-ajrunivigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(a) u l-komponenti installati fuqhom, inkluż il-manutenzjoni, għandhom jikkonformaw mal-Anness I u fejn ikun xieraq mad-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 4 u 5.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(a) li għandhom permess biex itiru, għandha tiġi żgurata abbażi tal-arranġamenti speċifiċi tal-kontinwità tal-ajrunivigabbiltà kif iddefinit fil-permess għal titjir maħruġ skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.”

(b)

Jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Il-kontinwità tal-ajrunivigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(b) u l-komponenti li jiġu installati fuqhom għandha tiġi żgurata skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness Va”

(4)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Għandhom jinħarġu approvazzjonijiet lil organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, is-Subparti F, jew skont l-Anness II.”

(5)

L-Artikolu 8 hu emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

għall-inġenji tal-ajru reġistrati f'pajjiż terz u mikrija mingħajr l-ekwipaġġ minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, sal-25 ta' Awwissu 2017, ir-rekwiżiti tal-Anness Va.”

(b)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   B'deroga mill-paragrafu 1, ir-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru użati għal operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati u operazzjonijiet CAT apparti dawk minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 965/2012, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 379/2014 (****), għandhom japplikaw mill-21 ta' April 2017.

Sa dak iż-żmien:

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, il-punt M.A.201(f) għandhom japplikaw għall-inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni użati mill-operaturi mitlubin minn Stat Membru li jkollhom ċertifikat ta' operazzjonijiet kummerċjali ħlief it-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u għall-ATOs kummerċjali;

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, il-punt M.A.201(h) għandhom japplikaw għall-inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, użati mill-operaturi mitlubin minn Stat Membru li jikollhom ċertifikat ta' operazzjonijiet kummerċjali ħlief it-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u għall-ATOs kummerċjali;

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, il-punt M.A.306(a) għandhom japplikaw għall-inġenji tal-ajru użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u għall-inġenji tal-ajru użati mill-operaturi mitlubin minn Stat Membru li jkollhom ċertifikat ta' operazzjonijiet kummerċjali;

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, il-punt M.A.801(c) għandhom japplikaw għall-ELA1 mhux użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u mhux użati mill-ATOs kummerċjali;

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, il-punt M.A.803(b) għandhom japplikaw għall-inġenji tal-ajru mhux kumplessi li jaħdmu bil-magni ta' 2 730 kg MTOM jew inqas, glajder, glajder bil-mutur u ballun, mhux użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, jew minn operaturi mitlubin minn Stat Membru li jkollhom ċertifikat ta' operazzjonijiet kummerċjali, jew minn ATOs kummerċjali;

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, il-punt M.A.901(g) għandhom japplikaw għall-inġenji tal-ajru tal-ELA1 mhux użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, jew minn operaturi mitlubin minn Stat Membru li jkollhom ċertifikat ta' operazzjonijiet kummerċjali, jew minn ATOs kummerċjali.

(****)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014 tas-7 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 123, 24.4.2014, p. 1).”"

(6)

L-Anness I (il-Parti-M) huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(7)

L-Anness II (il-Parti-145) huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(8)

L-Anness III (il-Parti-66) huwa emendat skont fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(9)

It-test stipulat fl-Anness V ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Va (il-Parti-T).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta' Awwissu 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).


ANNESS I

L-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-werrej hu emendat kif ġej:

(a)

It-Titolu tal-punt M.A.306 jinbidel b'“M.A.306 Sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru”;

(b)

L-Appendiċi I jinbidel bl-“Appendiċi I — Kuntratt tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà”;

(2)

Fil-punt M.1, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

għall-approvazzjoni tal-programmi ta' manutenzjoni,

(i)

l-awtorità magħżula mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, jew

(ii)

jekk miftiehem mal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni:

(a)

l-awtorità magħżula mill-Istat fejn l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu jew hu stabbilit jew residenti, jew

(b)

l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, jew li magħha jkun sar kuntratt limitat skont l-M.A.201(i)(3) mis-sid.”;

(3)

Fil-punt M.A.201, il-punti (d), (e), (f), (g), (h), (i) u (j) jinbidlu b'dan li ġej:

“(d)

Il-bdot fil-kmand jew, fil-każ tat-trasportaturi tal-ajru liċenzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-operatur għandu jkun responsabbli għat-twettiq sodisfaċenti tal-ispezzjoni ta' qabel it-titjira. L-ispezzjoni għandha titwettaq mill-bdot jew minn persuna oħra kwalifikata iżda ma hemmx bżonn li titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata jew mill-istaff li jiċċertifika tal-Parti-66.

(e)

Fil-każ tal-inġenju tal-ajru użat minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-operatur hu responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru li jopera u għandu:

(1)

jiżgura li ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet iddefiniti fil-punt (a);

(2)

ikun approvat, bħala parti miċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tiegħu, bħala organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont is-Subparti G tal-M.A. (CAMO) għall-inġenji tal-ajru li jopera; u

(3)

jkun approvat skont il-Parti-145 jew jistabbilixxi kuntratt skont il-M.A.708(c) ma' tali organizzazzjoni.

(f)

Għall-inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni użati għall-operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali, jew CAT minbarra tat-trasportaturi bl-ajru liċenzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, jew l-ATOs kummerċjali, l-operatur għandu jiżgura li:

(1)

ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu (a);

(2)

il-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (CAMO) approvata. Jekk l-operatur mhux il-CAMO approvata nnifisha, l-operatur għandu jistabbilixxi kuntratt bil-miktub skont l-Appendiċi I ma' tali organizzazzjoni, u

(3)

il-CAMO msemmija f'(2) hi approvata skont il-Parti-145 għall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-komponenti installati fuqhom, jew li jkun stabbilixxa kuntratt skont M.A.708(c) ma' tali organizzazzjonijiet.

(g)

Għall-inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni mhux inklużi fil-punt (e) jew fil-punt (f), is-sid għandu jiżgura li:

(1)

ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu (a);

(2)

il-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (CAMO) approvata. Jekk l-operatur mhuwiex il-CAMO approvata nnifisha, l-operatur għandu jistabbilixxi kuntratt bil-miktub skont l-Appendiċi I ma' tali organizzazzjoni, u

(3)

il-CAMO msemmija f'(2) hi approvata skont il-Parti-145 għall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-komponenti installati fuqhom, jew li jkun stabbilixxa kuntratt skont M.A.708(c) ma' tali organizzazzjonijiet.

(h)

Għall-inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, użati għall-operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali, jew CAT minbarra t-trasportaturi tal-ajru liċenzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jew l-ATOs kummerċjali, l-operatur għandu jiżgura li:

(1)

ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet iddefiniti fil-punt (a);

(2)

il-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (CAMO) approvata. Jekk l-operatur mhux il-CAMO approvata nnifisha, l-operatur għandu jistabbilixxi kuntratt bil-miktub skont l-Appendiċi I ma' tali organizzazzjoni, u

(3)

l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa msemmija fil-punt (2) hi approvata skont il-Parti-M is-Subparti-F jew il-Parti-145 għall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru u l-komponenti installati fuqhom, jew li tkun stabbilixxiet kuntratt skont M.A.708(c) ma' tali organizzazzjonijiet.

(i)

Għall-inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni mhux inklużi fil-punt (e) jew fil-punt (h), jew użati għal ‘operazzjonijiet limitati’, is-sid hu responsabbli li jiżgura li l-ebda titjira ma sseħħ jekk il-kundizzjonijiet definiti fil-punt (a) mhumiex issodisfati. Għal dan il-fini, is-sid għandu:

(1)

jikkuntrattja l-kompiti marbutin mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ma' CAMO approvata permezz ta' kuntratt bil-miktub skont l-Appendiċi I li jittrasferixxi r-responsabbiltà għat-twettiq ta' dawn il-kompiti lill-CAMO kkuntrattata, jew;

(2)

jimmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, mingħajr ma jikkuntrattja CAMO approvata, jew;

(3)

jimmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u jistabbilixxi kuntratt limitat għall-iżvilupp tal-programm ta' manutenzjoni u għall-ipproċessar tal-approvazzjoni tiegħu skont il-punt M.A.302 ma':

CAMO approvata, jew

fil-każ ta' inġenju tal-ajru ELA2, organizzazzjoni tal-Parti-145 jew tas-Subparti Ftal-M.A.

Dan il-kuntratt limitat jittrasferixxi r-responsabbiltà għall-iżvilupp u, bl-eċċezzjoni fil-każ fejn tinħareġ dikjarazzjoni mis-sid skont l-M.A.302(h), l-ipproċessar tal-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni lill-organizzazzjoni kuntrattata.

(j)

Is-sid/l-operatur għandu jiżgura li kwalunkwe persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti tingħata aċċess għal kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet, mill-inġenji tal-ajru jew mid-dokumenti tiegħu relatati mal-attivitajiet tiegħu, inkluż kull attività sottokuntrattata, biex tiġi stabbilita l-konformità ma' din il-Parti.”;

(4)

Il-punt M.A.301 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

ir-rettifika skont id-dejta speċifikata fil-punt M.A.304 u/jew il-punt M.A.401, kif ikun applikabbli, ta' kwalunkwe difett jew ħsara li taffettwa l-operat sikur, filwaqt li jitqiesu l-lista ta' tagħmir minimu (MEL) u l-lista ta' devjazzjoni mill-konfigurazzjoni, meta jkun applikabbli;”;

(b)

Il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

għall-inġenji kollha tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni jew l-inġenji tal-ajru użati mit-trasportaturi kummerċjali tal-ajru skont ir-Regolament Nru 1008/2008, l-analiżi tal-effettività tal-programm ta' manutenzjoni approvat skont M.A.302;”;

(c)

Il-punt 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.

għall-modifiki u/jew l-ispezzjonijiet mhux obbligatorji, għall-inġenji tal-ajru kumplessi kollha li jaħdmu bil-magni jew għall-inġenji tal-ajru użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-istabbilment ta' politika ta' inkorporament;”;

(5)

Il-punt M.A.302 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

Meta il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru hija mmaniġġjata minn organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, is-Subparti G ta' dan l-Anness (il-Part M) jew meta hemm kuntratt limitat bejn is-sid u din l-organizzazzjoni skont il-punt M.A.201(i)(3), il-programm tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u l-emendi tiegħu jistgħu jiġu approvati permezz ta' proċedura approvata indiretta.

(i)

F'dak il-każ, il-proċedura approvata indiretta għandha tiġi stabbilita mill-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà bħala parti mill-Espożizzjoni tal-Ġesjtoni tal-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà u għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(ii)

L-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ma għandhiex tuża l-proċedura ta' approvazzjoni indiretta meta din l-organizzazzjoni ma tkunx taħt is-sorveljanza tal-Istat Membru tar-Reġistrazzjoni, sakemm ma jkunx jeżisti ftehim skont il-punt M.1, il-paragrafu 4(ii), li jittrasferixxi r-responsabbiltà għall-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.”;

(b)

Il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

Għall-inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, meta l-programm ta' manutenzjoni jkun ibbażat fuq loġika ta' grupp ta' tmexxija tal-manutenzjoni jew il-monitoraġġ tal-kundizzjoni, il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jinkludi programm tal-affidabbiltà.”;

(6)

Fil-punt M.A.305, il-punt 2 tal-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“2.

meta jkun meħtieġ mill-punt M.A.306, ir-reġistrazzjoni teknika tal-operatur.”;

(7)

Il-punt M.A.306 hu emendat kif ġej:

(a)

It-titlu jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.306   Sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru

(b)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Għall-CAT, l-operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali u l-operazzjonijiet kummerċjali tal-ATO, flimkien mar-rekwiżiti ta' M.A.305, l-operatur għandu juża sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull inġenju tal-ajru:

1.

Informazzjoni dwar kull titjira, neċessarja biex tiġi żgurata s-sikurezza kontinwata tat-titjir, u;

2.

iċ-ċertifikat attwali tar-rilaxx għas-servizz tal-inġenju tal-ajru, u;

3.

id-dikjarazzjoni attwali tal-manutenzjoni li tagħti l-istatus tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru dwar liema manutenzjoni hija skedata u liema manutenzjoni barra mill-fażi waslet biex issir ħlief li l-awtorità kompetenti tista' taqbel li d-dikjarazzjoni ta' manutenzjoni tista' tinżamm x'imkien ieħor, u;

4.

ir-rettifiki kollha tad-difetti postposti pendenti li jaffettwaw l-operazzojni tal-inġenju tal-ajru, u;

5.

kwalunkwe istruzzjoni ta' gwida neċessarja dwar arranġamenti ta' sostenn għall-manutenzjoni.”,

(8)

Il-punt M.A.402 jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.402   Twettiq ta' manutenzjoni

Ħlief għall-manutenzjoni mwettqa minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont l-Anness II (il-Parti-145), kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li twettaq il-manutenzjoni għandha:

(a)

tkun kwalifikata għall-kompiti mwettqa, kif mitlub minn din il-parti;

(b)

tiżgura li l-erja li fiha titwettaq il-manutenzjoni tkun organizzata sewwa u nadifa minn kull ħmieġ u kontaminazzjoni;

(c)

tuża l-metodi, it-tekniki, l-istandards u l-istruzzjonijiet speċifikati fid-dejta tal-manutenzjoni tal-M.A.401;

(d)

tuża l-għodod, it-tagħmir, u l-materjal speċifikati fid-dejta tal-manutenzjoni tal-M.A.401; Fejn hemm bżonn, l-għodda u t-tagħmir għandhom jiġu kkontrollati u kkalibrati skont standard rikonoxxut uffiċjalment;

(e)

tiżgura li l-manutenzjoni kollha għandha titwettaq fi kwalunkwe limitazzjoni ambjentali speċifikati fid-dejta tal-manutenzjoni tal-M.A.401;

(f)

tiżgura li l-faċilitajiet xierqa jintużaw f'każ ta' temp ħażin u jew manutenzjoni twila;

(g)

tiżgura li jiġu minimizzati r-riskju ta' żbalji multipli matul il-manutenzjoni u r-riskju li l-iżbalji jiġu ripetuti f'kompiti ta' manutenzjoni identiċi;

(h)

tiżgura li jiġi implimentat metodu li jaqbad l-iżbalji wara t-twettiq ta' kwalunkwe kompitu kritiku ta' manutenzjoni; u

(i)

twettaq verifika ġenerali, wara li titlesta l-manutenzjoni, biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent, ma għandu l-ebda għodda, tagħmir u kwalunkwe part jew materjal estranju, u li l-pannelli kollha ta' aċċess maqlugħin, ikunu twaħħlu mill-ġdid.”;

(9)

Fil-punt M.A.403, il-punti (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:

“(b)

Hu biss l-istaff awtorizzat li jiċċertifika, skont il-punti M.A.801(b)1, M.A801(b)2, M.A.801(c), M.A.801(d) jew l-Anness II (il-Parti-145) li jista' jiddeċiedi, permezz tad-dejta ta' manutenzjoni tal-M.A.401, jekk ħsara f'inġenju tal-ajru tpoġġix f'riskju serju s-sikurezza tat-titjira u b'hekk jiddeċiedi meta u liema azzjoni ta' rettifika għandha tittieħed qabel titjir ieħor u liema rettifika ta' difett tista' tiġi differita. Madankollu, dan ma japplikax meta l-MEL tkun ntużat mill-bdot jew mill-istaff ta' ċertifikazzjoni awtorizzat.

(c)

Kwalunkwe nuqqas fl-inġenju tal-ajru li ma jpoġġix f'riskju serju s-sikurezza tat-titjira għandu jiġi rettifikat malajr kemm jista' jkun, wara d-data li jkun ġie identifikat l-ewwel id-difett fl-inġenju tal-ajru u fi kwalunkwe limitu speċifikat fid-dejta ta' manutenzjoni jew fil-MEL.”;

(10)

Fil-punt M.A.502, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

Permezz ta' deroga mill-punt (a) u l-punt M.A.801(b)2, il-manutenzjoni fuq komponent li jkun imwaħħal jew imneħħi temporanjament minn inġenju tal-ajru ELA1 użat minn trasportaturi tal-ajru ħlief minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u mwettqa skont id-dejta tal-manutenzjoni ta' komponent, tista' titwettaq minn staff li jiċċertifika msemmi fil-punt M.A.801(b)2 ħlief għal:

1.

eżami bir-reqqa qabel it-tiswija tal-komponenti barra l-magni u l-iskrejjen, u;

2.

eżami bir-reqqa qabel it-tiswija tal-magni u l-iskrejjen ta' inġenji tal-ajru li mhumiex CS-VLA, CS-22 u LSA.

Il-manutenzjoni tal-komponenti mwettqa skont dan il-punt (d) mhijiex eliġibbli għall-ħruġ ta' Formola 1 tal-EASA u għandha tkun suġġetta għar-rekwiżiti ta' ħruġ għall-użu ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801.”;

(11)

Fil-punt M.A.504, il-punt (b) jinbidel b'li ġej:

“(b)

Il-komponenti li ma jissewwewx għandhom jiġu identifikati u maħżuna f'post sikur taħt il-kontroll ta' organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-istatus futur ta' tali komponent. Madankollu, għall-inġenji tal-ajru li ma jintużawx minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u għall-inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, il-persuna jew l-organizzazzjoni li ddikjarat li l-komponent ma jistax jissewwa tista' tittrasferixxi l-kustodja tiegħu, wara li tidentifikah bħala li ma jissewwiex, lil sid l-inġenju tal-ajru sakemm tali trasferiment ikun rifless fil-ġurnal abbord l-inġenju tal-ajru jew il-ġurnal tal-magna jew il-ġurnal tal-komponenti.”;

(12)

Il-Punt M.A.601 jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.601   Kamp ta' applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew il-kontinwazzjoni ta' approvazzjoni għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u l-komponenti li għandhom jiġi installati fuqhom li ma jintużawx minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008.”;

(13)

Il-punt M.A.606 jiġi emendat kif ġej:

Il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

“(g)

L-organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandu jkollha biżżejjed staff li jiċċertifika biex tinħarġu ċ-ċertifikati M.A.612 u M.A.613 tar-rilaxx għas-servizz ta-inġenji tal-ajru u l-komponeneti. Dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.”;

(14)

Fil-punt M.A.703, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Minkejja l-punt (a), għat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-approvazzjoni għandha tkun parti miċ-certifikat tal-operatur tal-ajru maħruġ mill-awtorità kompetenti, għall-inġenju tal-ajru li qed jiġi operat.”;

(15)

Fil-punt M.A.704 il-punt (a), il-punt 9 jinbidel b'dan li ġej:

“9.

il-lista ta' programmi ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, jew, għall-inġenji tal-ajru mhux użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-lista ta' programmi ta' manutenzjoni ‘ġeneriċi’ u ‘linja bażi’.”;

(16)

Il-punt M.A.706 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Għat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-maniġer responsabbli għandu jkun il-persuna li għandha wkoll l-awtorità korporattiva biex tiżgura li l-operazzjonijiet kollha tal-operatur jistgħu jiġu ffinanzjati u mwettqa skont l-istandard meħtieġ għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-operatur tal-ajru.”;

(b)

Il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

Għat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-maniġer responsabbli għandu jaħtar detentur tal-post nominat. Din il-persuna għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, skont il-punt (c).”;

(c)

Il-punt (k) jinbidel b'dan li ġej:

“(k)

Għall-inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u għall-inġenji tal-ajru użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tikkontrolla l-kompetenza tal-persunal involut fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u/jew il-verifiki ta' kwalità skont proċedura u skont standard miftiehem mal-awtorità kompetenti;”;

(17)

Il-punt M.A.707 hu emendat kif ġej:

Il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Sabiex tiġi approvata biex twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-titjir, organizzazzjoni approvata tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha jkollha staff xieraq tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà biex toħroġ ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fit-Taqsima A tas-Subparti I u, jekk applikabbli, biex toħroġ permess għat-titjir skont il-punt M.A.711(c):

1.

Għall-inġenji tal-ajru użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għall-inġenji tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg, ħlief għall-blalen, dan l-istaff għandu jkollu:

(a)

ta' mill-inqas ħames snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, u:

(b)

liċenzja xierqa konformi mal-Anness III (il-Parti-66) jew grad ajrunawtiku jew ekwivalenti nazzjonali, u;

(c)

taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika, u;

(d)

pożizzjoni fl-organizzazzjoni approvata b'responsabbiltajiet xierqa.

(e)

Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.A.707(a)1(b) jista' jinbidel ma' ħames snin ta' esperjenza fil-manutenzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.707(a)1(a).

2.

Għall-inġenji tal-ajru mhux użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, b'MTOM ta' 2 730 kg jew anqas, u għall-blalen, dan l-istaff għandu jkollu:

(a)

mill-inqas tliet snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, u:

(b)

liċenzja xierqa konformi mal-Anness III (il-Parti-66) jew grad ajrunawtiku jew ekwivalenti nazzjonali, u;

(c)

taħriġ formali xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika, u;

(d)

pożizzjoni fl-organizzazzjoni approvata b'responsabbiltajiet xierqa;

(e)

Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.A.707(a)2(b) jista' jinbidel ma' erba' snin esperjenza fil-manutenzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.707(a)2(a).”;

(18)

Il-punt M.A.708 hu emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (b), il-punt (2) jinbidel b'dan li ġej:

“2.

jippreżenta l-programm tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u l-emendi tiegħu lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni, sakemm ma jkunx kopert bi proċedura ta' approvazzjoni indiretta skont il-punt M.A.302(c) u għall-inġenji tal-ajru mhux użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jipprovdi kopja tal-programm lis-sid jew lill-operatur responsabbli skont M.A.201;”;

(b)

Il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

Fil-każ tal-inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni jew tal-inġenji tal-ajru użati għall-CAT, jew inġenji tal-ajru użati għall-operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati, meta l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata ma tkunx approvata b'mod xieraq għall-Parti-145 jew il-Parti-MA is-Subparti F, l-organizzazzjoni, wara konsultazzjoni mal-operatur, għandha tistabbilixxi kuntratt ta' manutenzjoni bil-miktub ma' organizzazzjoni approvata jew operatur ieħor tal-Parti-145 jew is-Subparti F tal-Parti-MA, billi jagħti dettalji dwar l-funzjonijiet speċifikati fil-M.A.301-2, l-M.A.301-3, l-M.A.301-5 u l-M.A.301-6, li jiżgura li l-manutenzjoni kollha finalment titwettaq minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata mill-Parti-145 jew is-Subparti F tal-Parti-M.A u li jiddefinixxi l-appoġġ tal-funzjonijiet tal-kwalità tal-M.A.712(b).”;

(c)

Jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

Minkejja l-paragrafu (c), il-kuntratt jista' jkun fl-għamla ta' ordnijiet tax-xogħol individwali indirizzati lill-organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-Parti-145 jew tas-Subparti-F tal-Parti-M.A, f'każ li:

1.

inġenju tal-ajru li jeħtieġ manutenzjoni bil-linja mhux skedata,

2.

manutenzjoni tal-komponenti, inkluża manutenzjoni tal-magni.”;

(19)

Fil-punt M.A.709, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Għall-inġenji tal-ajru mhux użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata tista' tiżviluppa programmi ta' manutenzjoni ‘linji bażi’ u/jew ‘ġeneriċi’ biex tippermetti l-approvazzjoni inizjali u/jew l-estenzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' approvazzjoni mingħajr ma jkollha l-kuntratti msemmija fl-Appendiċi I ta' dan l-Anness (il-Parti M). Mandankollu, dawn il-programmi ta' manutenzjoni ‘linja bażi’ u/jew ‘ġeneriċi’ ma jipprekludux il-ħtieġa li jkun stabbilit Programm ta' Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru adegwat f'konformità mal-punt M.A.302 fi żmien xieraq qabel l-eżerċizzju tal-privileġġi msemmija fil-punt M.A.711.”,

(20)

Fil-punt (a) tal-M.A.711, il-punti 1 u 2 jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“1.

jimmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru, ħlief għal dawk użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, kif imniżżel fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni.

2.

jimmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, kif imniżżel fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni u fiċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (AOC).”;

(21)

Fil-punt M.A.712, il-punti (e) u (f) jinbidlu b'dan li ġej:

“(e)

Għat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 s-sistema ta' kwalità tas-Suparti G tal-M.A. għandha tkun parti integrata tas-sistema ta' kwalità tal-operatur.

(f)

Fil-każ ta' organizzazzjoni żgħira li ma għandhiex il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, reviżjonijiet organizzazzjonali soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti jistgħu jieħdu post is-sistema ta' kwalità, minbarra meta l-organizzazzjoni toħroġ ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg barra l-blalen. Fil-każ fejn m'hemmx sistema ta' kwalità, l-organizzazzjoni ma għandhiex tagħmel kuntratti ta' kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lill-partijiet oħra.”;

(22)

Fil-punt M.A.801, il-punti (c) u (d) jinbidlu b'dan li ġej:

“(c)

Permezz ta' deroga mill-punt M.A.801(b)2 għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux użati fil-CAT jew mhux użati fl-operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati jew mhux użati f'operazzjonijiet kummerċjali ATO, il-kompiti tal-manutenzjoni kumplessa ta' inġenji tal-ajru elenkati fl-Appendiċi VII jistgħu jiġu rilaxxati mill-istaff li jiċċertifika msemmi fil-punt M.A.801(b)2;

(d)

Permezz ta' deroga mill-punt M.A.801(b), f'każ ta' sitwazzjonijiet mhux previsti, fejn inġenju tal-ajru ma jkunx jista' jtir minn post fejn ma jkunx hemm organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont dan l-Anness jew l-Anness II (il-Parti-145) u ma jkun disponibbli l-ebda staff adegwat li jiċċertifika, is-sid jista' jawtorizza lil kwalunkwe persuna, b'mhux anqas minn tliet snin ta' esperjenza xierqa fil-manutenzjoni u li jkollha l-kwalifiki xierqa, biex iżżomm skont l-istandards stipulati fis-Subparti D ta' dan l-Anness u tirrilaxxa l-inġenji tal-ajru. F'dan il-każ is-sid għandu:

1.

jikseb u jżomm dettalji fir-rekords tal-inġenju tal-ajru dwar ix-xogħol kollu li jitwettaq u tal-kwalifiki li jkollha l-persuna li toħroġ iċ-ċertifikazzjoni; u

2.

jiżgura li kwalunkwe manutenzjoni bħal din tiġi kkontrollata mill-ġdid u rilaxxata minn persuna awtorizzata kif jixraq imsemmija fil-punt M.A.801(b) jew minn organizzazzjoni approvata skont it-Taqsima A, is-Subparti F ta' dan l-Anness (il-Parti-M), jew mal-Anness II (il-Parti-145) mal-ewwel opportunità possibbli iżda f'perjodu li ma jaqbiżx is-sebat ijiem; u

3.

jinnotifika lill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru meta jiġi kkuntrattjat skont il-punt M.A.201(i), jew l-awtorità kompetenti fin-nuqqas ta' kuntratt bħal dan, fi żmien sebat ijiem mill-ħruġ tal-awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni bħal din.”

(23)

Fil-punt M.A.803, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Għall-inġenji tal-ajru mhux kumplessi li jaħdmu bil-magni b'MTOM ta' 2 730 kg jew anqas, glajders, glajders bil-mutur jew blalen tal-arja, li ma jintużawx f'CAT, jew li ma jintużawx f'operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati jew li ma jintużawx f'operazzjonijiet kummerċjali ATO, il-bdot-sid jista' joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz wara manutenzjoni limitata mill-bdot-sid kif speċifikat fl-Appendiċi VIII.”

(24)

Il-punt M.A.901 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-punti (c), (d) u (e) jinbidlu b'dan li ġej:

“(c)

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għall-inġenji tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg, barra l-blalen, li huma f'ambjent ikkontrollat, l-organizzazzjoni msemmija f'(b) li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tista', jekk tkun approvata b'mod xieraq, u suġġetta għall-konformità mal-punt (k):

1.

toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.710, u;

2.

għaċ-ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun ħarġet, meta l-inġenju tal-ajru jkun baqa' f'ambjent ikkontrollat, testendi darbtejn il-validità taċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għal perjodu ta' sena kull darba;

(d)

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għall-inġenji tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg, ħlief għall-blalen, li:

(i)

mhumiex f'ambjent ikkontroallat, jew

(ii)

li l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà hija ġestita minn organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà li ma għandhiex il-privileġġ li twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà

iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti wara valutazzjoni sodisfaċenti bbażata fuq rakkomandazzjoni magħmula minn organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata b'mod xieraq skont it-Taqsima A, is-Subparti G ta' dan l-Anness (il-Parti-M) mibgħut flimkien mal-applikazzjoni mis-sid jew mill-operatur. Din ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ibbażata fuq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettqa skont il-punt M.A.710;

(e)

Għall-inġenji tal-ajru b'MTOM ta' 2 730 kg mhux użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja u għall-blalen, kull organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont is-Taqsima A, is-Subparti G ta' dan l-Anness (il-Parti M) u magħżula mis-sid jew mill-operatur tista', jekk tkun approvata b'mod xieraq, u suġġetta għall-konformità mal-punt (k):

1.

toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.710, u;

2.

għaċ-ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun ħarġet, meta l-inġenju tal-ajru jkun baqa' f'ambjent ikkontrollat taħt il-ġestjoni tagħha, testendi darbtejn il-validità taċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għal perjodu ta' sena kull darba;”;

(b)

Il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

“(g)

Permezz ta' deroga mill-punti M.A.901(e) u M.A.901(i)2, għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux użati f'CAT jew mhux użati f'operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati, jew mhux użati f'operazzjonijiet kummerċjali ATO, iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jista' jinħareġ ukoll mill-awtorità kompetenti wara valutazzjoni sodisfaċenti, abbażi ta' rakkomandazzjoni li ssir mill-istaff ta' ċertifikazzjoni approvata formalment mill-awtorita kompetenti u li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III (il-Parti-66) kif ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt M.A707(a)2(a), mibgħut flimkien mal-applikazzjoni mis-sid jew l-operatur. Din ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ibbażata fuq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettqa skont il-punt M.A.710 u ma għandhiex tinħareġ għal aktar minn sentejn konsekuttivi;”;

(25)

Fil-punt M.B.105, il-punt (a) jinbidel b'li ġej:

“(a)

Sabiex jikkontribwixxu għat-titjib fis-sikurezza tal-ajru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw fi skambju reċiproku ta' kull informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.”;

(26)

Il-punti M.B.303 u M.B.304 jinbidlu b'dan li ġej:

“M.B.303   Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa programm ta' stħarriġ fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskji sabiex tissorvelja l-qagħda tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta tal-inġenji tal-ajru fir-reġistru tagħha.

(b)

Il-programm ta' stħarriġ għandu jinkludi kampjuni ta' stħarriġ fuq il-prodotti tal-inġenji tal-ajru u għandu jkopri l-aspetti kollha tal-elementi tar-riskji ewlenin tal-ajrunavigabbiltà.

(c)

L-istħarriġ fuq il-prodotti għandu jieħu kampjuni tal-istandards tal-ajrunavigabbiltà miksubin, fuq il-bażi tar-rekwiżiti applikabbli, u għandu jidentifika kwalunkwe sejba.

(d)

Kwalunkwe sejba identifikata għandha tiġi kategorizzata skont ir-rekwiżiti ta' din il-Parti u għandha tiġi kkonfermata bil-miktub lill-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli skont l-M.A.201. L-awtorità kompetenti għandu jkollha proċess fis-seħħ sabiex tanalizza s-sejbiet għall-importanza tagħhom għas-sikurezza.

(e)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet u l-azzjonijiet ta' għeluq kollha.

(f)

Jekk matul l-istħarriġiet tal-inġenji tal-ajru tinstab evidenza li turi nuqqas ta' konformità ma' din il-Parti jew ma' kwalunkwe Parti oħra, is-sejba għandha tiġi indirizzata kif preskritt mill-Parti rilevanti.

(g)

Jekk tkun meħtieġa tiżgura azzjoni xierqa ta' infurzar, l-awtorità kompetenti għandha tiskambja informazzjoni dwar nuqqasijiet ta' konformità identifikati skont il-punt (f) ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn.

M.B.304   Revoka u sospensjoni

L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tissospendi ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għal raġunijiet raġonevoli fil-każ ta' periklu potenzjali għas-sikurezza, jew;

(b)

tissospendi jew tirrevoka ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont l-M.B.903(1).”;

(27)

Fil-punt M.B.701, il-punt (a) jinbdiel b'dan li ġej:

“(a)

Għat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 l-awtorità kompetenti għandha tirċievi għall-approvazzjoni bl-applikazzjoni inizjali għaċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru, fejn applikabbli, kull varjazzjoni applikata għal kull tip ta' inġenju tal-ajru li għandu jiġi operat:

1.

l-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;

2.

il-programmi ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru tal-operatur;

3.

ir-reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru;

4.

fejn xieraq, l-ispeċifikazzjoni teknika tal-kuntratti ta' manutenzjoni bejn il-CAMO u l-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata tal-Parti-145.”

(28)

Fil-punt M.B.703, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

Fil-każ tat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-informazzjoni fil-Formola 14 tal-EASA se tiġi inkluża fuq iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru.”;

(29)

Fil-M.B.902, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha staff adegwat għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà biex iwettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà.

1.

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati minn -trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għall-inġenji tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg, ħlief għall-blalen, dan l-istaff għandu jkollu:

(a)

ta' mill-inqas ħames snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, u:

(b)

liċenzja xierqa f'konformità mal-Anness III (il-Parti-66) jew kwalifika tal-personal ta' manutenzjoni rikonoxxuta f'livell nazzjonali xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Artikolu 5(6) (il-Parti jirreferi għar-regoli nazzjonali) jew grad ajrunawtiku jew l-ekwivalenti, u;

(c)

taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika, u;

(d)

pożizzjoni b'responsabilitajiet xierqa.

Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.B.902(b)1b jista' jinbidel ma' ħames snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.902(b)1a.

2.

Għall-inġenji tal-ajru mhux użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, b'MTOM ta' 2 730 kg jew anqas, u għall-blalen, dan l-istaff għandu jkollu:

(a)

mill-inqas tliet snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, u:

(b)

liċenzja xierqa f'konformità mal-Anness III (il-Parti 66) jew kwalifika tal-personal ta' manutenzjoni rikonoxxuta f'livell nazzjonali xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Anness III (il-Parti 66) tirreferi għar-regoli nazzjonali) jew grad ajrunawtiku jew l-ekwivalenti, u;

(c)

taħriġ formali xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika, u

(d)

pożizzjoni b'responsabilitajiet xierqa.

Minkejja l-punti (a) sa (d) hawn fuq, ir-rekwiżit li jidher fil-punt M.B.902(b)2b jista' jinbidel ma' erba' snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.902(b)2a.”;

(30)

L-Appendiċi I jinbidel b'dan li ġej:

“Appendiċi I

Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

1.

Meta sid jikkuntrattja skont l-M.A.201 organizzazzjoni ta' kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont is-Subparti-G tal-Parti-M (CAMO) biex twettaq kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, fuq talba mill-awtorità kompetenti, għandha tintbagħat kopja tal-kuntratt mis-sid/mill-operatur lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni ladarba dan ikun ġie ffirmat miż-żewġ partijiet.

2.

Il-kuntratt għandu jiġi żviluppat filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' Parti M u għandu jiddefinixxi l-obbligi tal-firmatarji fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.

3.

Bħala minimu għandu jkun fih:

ir-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru,

it-tip ta' inġenju tal-ajru,

in-numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru,

is-sid tal-inġenju tal-ajru jew l-isem tal-kerrej irreġistrat jew id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz,

id-dettalji tal-CAMO inkluż l-indirizz.

it-tip ta' operazzjoni

4.

Għandu jiddikjara dan li ġej:

‘Is-sid/l-operatur jafda lill-CAMO bil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, l-iżvilupp ta' programm ta' manutenzjoni li għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti kif spjegat f'M.1 u l-organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru skont l-imsemmi programm ta' manutenzjoni

Skont dan il-kuntratt, iż-żewġ firmatarji jintrabtu li jsegwu l-obbligi rispettivi ta' dan il-kuntratt.

Is-sid/l-operatur jiddikjara, skont l-aħjar twemmin tiegħu li l-informazzjoni kollha mogħtija lill-CAMO dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru hi u se tkun preċiża u li l-inġenju tal-ajru mhux se jitbiddel mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tas-CAMO.

F'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' dan il-kuntratt, minn xi wieħed mill-firmatarji, dan isir null. F'każ bħal dan, is-sid/l-operatur se jkollu r-responsabbiltà sħiħa għal kull kompitu marbut mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u s-sid se jintrabat li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni fi żmien ġimagħtejn sħaħ.’

5.

Meta sid/operatur jikkuntrattja CAMO skont l-M.A.201, l-obbligi ta' kull parti għandhom jinqasmu kif ġej:

5.1.

L-obbligi tal-CAMO:

1.

għandu jkollha t-tip ta' inġenju tal-ajru fil-kamp ta' applikazzjoni tal-approvazzjoni tagħha;

2.

għandha tirrispetta l-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt biex tinżamm il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru:

(a)

tiżviluppa programm ta' manutenzjoni għall-inġenju tal-ajru, inkluż kwalunkwe programm ta' affidabbiltà żviluppat, jekk ikun applikabbli;

(b)

tiddikjara l-kompiti ta' manutenzjoni (fil-programm ta' manutenzjoni) li jistgħu jitwettqu mill-bdot-sid skont il-punt M.A.803(c);

(c)

torganizza l-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(d)

ladarba jkun ġie approvat, tagħti kopja tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru lis-sid/lill-operatur;

(e)

torganizza spezzjoni ta' tranżizzjoni mal-programm ta' manutenzjoni minn qabel tal-inġenju tal-ajru;

(f)

torganizza sabiex il-manutenzjoni kollha li titwettaq minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata;

(g)

torganizza sabiex kull direttiva tal-ajrunavigabbiltà applikabbli li tiġi applikata;

(h)

torganizza sabiex id-difetti kollha li jinstabu waqt il-manutenzjoni skedata, waqt ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jew dawk rappurtati mis-sid jiġu kkoreġuti permezz ta' manutenzjoni skedata kkordinata minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata, kif ukoll l-applikazzjoni tad-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà, il-bdil tal-parts b'ħajja limitata, u r-rekwiżiti tal-ispezzjoni tal-komponenti;

(i)

tinforma lis-sid kull darba li l-inġenju tal-ajru għandu jittieħed għand organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata;

(j)

timmaniġġja r-rekords tekniċi kollha;

(k)

tarkivja r-rekords tekniċi kollha;

3.

torganizza l-approvazzjoni ta' kwalunkwe modifika fl-inġenju tal-ajru skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 qabel ma tiġi inkorporata;

4.

torganizza l-approvazzjoni ta' kwalunkwe tiswija fl-inġenju tal-ajru skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 qabel ma titwettaq;

5.

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-inġenju tal-arju ma jiġix ippreżentat mis-sid lill-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata kif mitlub mill-organizzazzjoni approvata;

6.

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt ma jkunx ġie mħares;

7.

tiżgura li r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru titwettaq meta jkun meħtieġ u tiżgura li jinħareġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew li tintbagħat rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni;

8.

tibgħat fi żmien għaxart'ijiem (10) kopja ta' kwalunkwe ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ jew estiż lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni;

9.

twettaq ir-rappurtar ta' kull okkorrenza b'mandat mir-regolamenti applikabbli;

10.

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt jiġi denunzjat minn kwalunkwe parti.

5.2.

L-obbligi tas-sid/tal-operatur:

1.

għandu jkollu fehim ġenerali tal-programm ta' manutenzjoni approvat;

2.

għandu jkollu fehim ġenerali ta' dan l-Anness (il-Parti-M);

3.

għandu jippreżenta l-inġenju tal-ajru lill-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata miftiehma mal-CAMO meta jkun xieraq kif indikat mit-talba tal-CAMO;

4.

ma għandux jimmodifika l-inġenju tal-ajru mingħajr ma l-ewwel jikkonsulta mal-CAMO;

5.

għandu jinforma lill-CAMO dwar kull manutenzjoni eċċezzjonali mwettqa mingħajr l-għarfien u l-kontroll tal-CAMO;

6.

għandu jirrapporta lill-CAMO permezz tal-ġurnal, id-difetti kollha misjuba matul l-operazzjonijiet;

7.

għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt jiġi denunzjat minn kwalunkwe parti;

8.

għandu jinforma lill-CAMO u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta jinbiegħ l-inġenju tal-ajru;

9.

twettaq ir-rappurtar ta' kull okkorrenza b'mandat mir-regolamenti applikabbli;

10.

għandu jinforma fuq bażi regolari lill-CAMO dwar il-ħinijiet ta' titjir tal-inġenju tal-ajru u dwar kull dejta ta' utilizzazzjoni oħra, kif miftiehem mal-CAMO;

11.

għandu jdaħħal iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz fil-ġurnali kif imsemmi fil-punt M.A.803(d) meta jwettaq il-manutenzjoni tal-bdot-sid mingħajr ma jaqbeż il-limiti tal-lista tal-kompiti ta' manutenzjoni kif iddikjarat fil-programm ta' manutenzjoni approvat stabbilit fil-punt M.A.803(c);

12.

għandu jinforma lill-CAMO sa mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta' kwalunkwe kompitu ta' manutenzjoni tal-bdot-sid skont il-punt M.A.305(a).”;

(31)

L-Appendiċi VI jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi VI

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ġestjoni tal-Manutenzjoni tal-Ajrunavigabbiltà msemmija fl-Anness I (il-Parti M), is-Subparti G

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(32)

Fl-Appendiċi VIII: Il-Manutenzjoni Limitata tal-Bdot-Sid, il-punt 1 tal-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“1.

huwa kompitu ta' manutenzjoni kritika”;


ANNESS II

L-Anness II (il-Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-werrej jiġi emendat kif ġej:

(a)

Jiżdied il-punt 145.A.48

“145.A.48

Twettiq tal-manutenzjoni

(2)

Fil-punt 145.A.30, il-punti (h) u (i) jinbidlu b'dan li ġej:

“(h)

Kwalunkwe organizzazzjoni li tagħmel il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, ħlief fejn hu ddikjarat mod ieħor fil-punt (j) għandha:

1.

fil-każ ta' manutenzjoni bażika ta' inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, jkollha staff li jiċċertifika l-inġenji tal-ajru tat-tip xieraq u kkwalifikat skont il-kategorija C f'konformità mal-Parti-66 u l-punt 145.A.35. Barra minn hekk, l-organizzazzjoni għandu jkollha biżżejjed staff ikklassifikat skont it-tip tal-inġenji tal-ajru kkwalifikat bħala kategorija B1, B2 kif xieraq f'konformità mal-Parti-66 u l-punt 145.A.35 biex jappoġġa lill-staff tal-kategorija C li jiċċertifika.

(i)

Staff ta' appoġġ B1 u B2 għandu jiżgura li l-kompiti rilevanti jew l-ispezzjonijiet kollha jkunu twettqu skont l-istandard meħtieġ qabel ma l-istaff tal-kategorija C li jiċċertifika joħroġ iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz.

(ii)

L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistru ta' tali staff ta' appoġġ B1 u B2.

(iii)

L-istaff tal-kategorija C li jiċċertifika għandu jiżgura li l-konformità mal-paragrafu (i) tkun intlaħqet u li x-xogħol kollu meħtieġ mill-klijent ikun twettaq matul il-kontroll jew il-pakkett ta' xogħol ta' manutenzjoni bażika partikolari, u għandu wkoll jivvaluta l-impatt ta' kull xogħol li ma jsirx bil-ħsieb jew li x-xogħol jintalab li jitwettaq jew inkella fejn jintlaħaq qbil mal-operatur biex dan ix-xogħol jiġi diferit għal kontroll speċifiku ieħor jew limitu ta' żmien ieħor.

2.

fil-każ tal-manutenzjoni bażi ta' inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, dawn għandu jkollhom jew:

(i)

staff li jiċċertifika kkwalifikatgħat-tip xieraq ta' inġenji tal-ajru tal-kategorija B1, B2, B3, kif xieraq, skont l-Anness III (il-Parti-66) u l-punt 145.A.35 jew,

(ii)

staff li jiċċertifika kkwalifikat għat-tip xieraq ta' inġenji tal-ajru tal-kategorija C megħjun minn staff ta' appoġġ kif speċifikat fil-punt 145.A.35(a)(i).

(i)

L-istaff li jiċċertifika l-komponenti għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 (6) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.”

(3)

Jiddaħħal il-punt 145.A.48 li ġej:

“145.A.48   Twettiq tal-manutenzjoni

L-organizzazzoni għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex jiġi żgurat li:

(a)

wara li titlesta l-manutenzjoni kollha għandha titwettaq verifika ġenerali biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent, ma għandu l-ebda għodda, tagħmir u kwalunkwe part jew materjal estranju, u li l-pannelli kollha ta' aċċess maqlugħin, ikunu twaħħlu mill-ġdid.

(b)

jiġi implimentat metodu li jaqbad l-iżbalji wara t-twettiq ta' kwalunkwe kompitu ta' manutenzjoni kritika;

(c)

ir-riskju ta' żbalji multipli waqt il-manutenzjoni u r-riskju tal-iżbalji ripetuti f'kompiti identiċi ta' manutenzjoni jiġu minimizzati; u

(d)

il-ħsara tiġi vvalutata u l-modifiki u t-tiswijiet jitwettqu bl-użu ta' dejta speċifikata fil-punt M.A.304.”

(4)

Fil-punt 145.A.65, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi proċeduri miftiehma mill-awtorità kompetenti li jqisu l-fatturi umani u l-prestazzjoni umana sabiex ikunu żgurati prattiki tajbin ta' manutenzjoni u konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 145.A.25 sa 145.A.95. Il-proċeduri skont dan il-punt għandhom:

1.

jiżguraw li kien hemm qbil dwar ordni tax-xogħol jew kuntratt ċar bejn l-organizzazzjoni u l-organizzazzjoni li qed titlob il-manutenzjoni biex jiġi stabbilit b'mod ċar ix-xogħol ta' manutenzjoni li għandu jsir sabiex l-inġenju tal-ajru u l-komponenti jistgħu jiġu rilaxxati għall-użu skont il-punt 145.A.50; u,

2.

ikopru l-aspetti kollha tat-twettiq tal-manutenzjoni, inklużi l-forniment u l-kontroll tas-servizzi speċjalizzati u l-iffissar tal-istandards li l-organizzazzjoni beħsiebha taħdem bihom.”


ANNESS III

L-Anness III (il-Parti-66) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punti 66.A.30, il-punt (a), il-punti 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.

għall-kategorija C fir-rigward ta' inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni:

(i)

tliet snin esperjenza jeżerċita l-privileġġi tal-kategorija B1.1, B1.3 jew B2 fuq inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni jew bħala staff ta' appoġġ skont il-punt 145.A.35, jew, kombinazzjoni tat-tnejn; jew

(ii)

ħames snin esperjenza jeżerċita l-privileġġi tal-kategorija B1.2 jew B1.4 fuq inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni jew bħala staff ta' appoġġ skont il-punt 145.A.35, jew, kombinazzjoni tat-tnejn.

4.

Għall-Kategorija C fir-rigward ta' inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni: tliet snin esperjenza jeżerċita privileġġi tal-kategorija B1 jew B2 fuq inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni jew bħala staff ta' appoġġ skont il-punt 145.A.35(a), jew kombinazzjoni tat-tnejn;”.

(2)

Fil-punt 66.A.70, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

B'deroga mill-paragrafu (c), għall-inġenji tal-ajru mhux użati mit-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, il-liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru għandu jkun fiha limitazzjonijiet skont il-punt 66.A.50 sabiex ikun żgurat li l-privileġġi tal-istaff li jiċċertifika validi fl-Istat Membru qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-privileġġi tal-liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru tal-Parti-66 konvertita jibqgħu l-istess.”

(3)

L-Appendiċi V jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi V

Il-Formola tal-Applikazzjoni – Il-Formola 19 tal-EASA:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(4)

L-Appendiċi VI jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi VI

Liċenzja tal-Manutenzjoni ta' Inġenji tal-Ajru msemmija fl-Anness III (il-Parti-66):

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

L-Anness Va (il-Parti-T) li ġej jiżdied mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

“ANNESS Va

PARTI-T

Werrej

T.1

Awtorità kompetenti

Taqsima A —

Rekwiżiti tekniċi

Is-Subparti A —

ĠENERALI

T.A.101

Kamp ta' Applikazzjoni

Is-Subparti B —

REKWIŻITI

T.A.201

Responsabbiltajiet

Is-Subparti E –

ORGANIZZAZZJONI TA' MANUTENZJONI

Subparti G —

REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS I (PARTI-M) SUBPARTI G

T.A.701

Kamp ta' applikazzjoni

T.A.704

Espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

T.A.706

Rekwiżiti tal-persunal

T.A.708

Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

T.A 709

Dokumentazzjoni

T.A.711

Privileġġi

T.A.712

Sistema ta' kwalità

T.A.714

Żamma tar-rekords

T.A.715

Validità kontinwa tal-approvazzjoni

T.A.716

Sejbiet

Taqsima B —

Proċeduri għall-awtoritajiet kompetenti

Is-Subparti A —

ĠENERALI

T.B.101

Kamp ta' applikazzjoni

T.B.102

Awtorità kompetenti

T.B.104

Żamma tar-rekords

Is-Subparti B —

KONTABBILTÀ

T.B.201

Responsabbiltajiet

T.B.202

Sejbiet

Subparti G —

REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS I (PARTI-M) SUBPARTI G

T.B.704

Sorveljanza kontinwa

T.B.705

Sejbiet

T.1   Awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta' din il-Parti, l-awtorità kompetenti għas-sorveljanza tal-inġenji tal-ajru u l-organizzazzjonijiet għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru lill-operatur.

TAQSIMA A

REKWIŻITI TEKNIĊI

IS-SUBPARTI A

ĠENERALI

T.A.101   Kamp ta' Applikazzjoni

Din it-taqsima tistabbilixxi rekwiżiti biex tiżgura li tinżamm kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(b) f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness IV tar-Regolament Nru 216/2008

Tispeċifika wkoll il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-persuni u l-organizzazzjonijiet responsabbli mill-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u l-manutenzjoni ta' tali inġenji tal-ajru.

IS-SUBPARTI B

IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

T.A.201   Responsabbiltajiet

1.

L-operatur hu responsabbli għall-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u għandu jiżgura li dan ma jitħaddimx sakemm:

(a)

l-inġenju tal-ajru ma jkollux ċertifikat tat-tip maħruġ jew ivvalidat mill-Aġenzija;

(b)

l-inġenju tal-ajru jkun f'kundizzjoni tajba għat-titjir;

(c)

l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat ta' ajrunavigabbiltà validu maħruġ skont l-Anness 8 tal-ICAO;

(d)

il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru titwettaq skont programm ta' manutenzjoni li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Istat tar-Reġistrazzjoni u r-rekwiżiti applikabbli tal-Anness 6 tal-ICAO.

(e)

kwalunkwe difett jew ħsara li taffettwa t-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru jiġu rranġati skont standard aċċettabbli mill-Istat tar-Reġistrazzjoni;

(f)

l-inġenju tal-ajru jikkonforma ma' kwalunkwe:

(i)

direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà jew rekwiżit tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà applikabbli maħruġa jew adottata mill-Istat tar-Reġistrazzjoni;

(ii)

informazzjoni dwar is-sikurezza obbligatorja applikabbli li tkun maħruġa mill-Aġenzija, inkluż direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà;

(g)

jinħareġ rilaxx għas-servizz lill-inġenju tal-ajru wara manutenzjoni minn organizzazzjonijiet ikkwalifikati f'konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tar-Reġistrazzjoni. Ir-rilaxx għas-servizz iffirmat għandu jkun fih, b'mod partikolari, id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni mwettqa.

(h)

l-inġenju tal-ajru jiġi spezzjonat, permezz ta' spezzjoni ta' qabel it-titjira, qabel kull titjira

(i)

il-modifiki u t-tiswijiet kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti mill-Istat ta' Reġistrazzjoni

(j)

ir-rekords dwar l-inġenji tal-ajru li ġejjin huma disponibbli sakemm l-informazzjoni inkluża tkun ġiet issostitwita minn informazzjoni ġdida ekwivalenti fil-kamp ta' applikazzjoni u fid-dettall iżda mhux anqas minn 24 xahar:

(1)

il-ħin totali f'servizz (sigħat, ċikli, u żmien kalendarju, kif ikun xieraq) tal-inġenju tal-ajru u l-komponenti b'ħajja limitata kollha;

(2)

l-istatus attwali tal-konformità mar-rekwiżiti ta' T.A.201 (1)(f);

(3)

l-istatus attwali tal-konformità mal-progamm ta' manutenzjoni;

(4)

l-istatus attwali tal-modifiki u t-tiswijiet flimkien mad-dettalji xierqa u d-dejta ta' appoġġ li turi li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Istat tar-Reġistrazzjoni.

2.

Il-kompiti speċifikati fit-T.A.201 (1) għandhom jiġu kkontrollati mill-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-operatur. Għal dan il-għan l-organizzazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali tat-T.A. Is-Subparti G

3.

L-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija f'(2) għandha tiżgura li l-manutenzjoni u r-rilaxx tal-inġenju tal-ajru jitwettqu minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tas-Subparti E. Għal dan il-għan, meta l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti tas-subparti E stess, għandha tistabbilixxi kuntratt ma' tali organizzazzjonijiet.

IS-SUBPARTI E

ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI

L-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha tiżgura li l-inġenju tal-ajru u l-komponeneti tiegħu jinżammu mill-organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

L-organizzazzjoni jkollha approvazzjoni għal organizzazzjoni ta' manutenzjoni maħruġa jew aċċettabbli mill-Istat tar-Reġistrazzjoni.

(2)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-organizzazzjoni jinkludi l-kapaċità tal-inġenji tal-ajru u/jew il-komponenti xierqa.

(3)

L-organizzazzjoni tkun stabbilixxiet sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi li tiżgura li kwalunkwe kundizzjoni identifikata ta' inġenju tal-ajru jew komponent li tpoġġi f'riskju s-sikurezza tat-titjira tiġi rrappurtata lill-operatur, l-awtorità kompetenti tal-operatur, l-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tip jew id-disinn tat-tip supplimentali u l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(4)

L-organizzazzjoni tkun stabbilixxiet manwal tal-organizzazzjoni li jagħti deskrizzjoni tal-proċeduri tal-organizzazzjoni.

SUPARTI G

REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS I (PARTI-M) SUBPARTI G

T.A.701   Kamp ta' applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati flimkien mar-rekwiżiti tal-Parti-M Subparti G minn organizzazzjoni approvata skont il-Parti-M Subparti G biex tikkontrolla l-kompiti speċifikati f'T.A.201

T.A.704   Espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

Minbarra r-rekwiżiti ta' M.A.704 (a), l-espożizzjoni għandha tinkludi proċeduri li jispeċifikaw kif l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiżgura konformità mal-Parti-T

T.A.706   Rekwiżiti tal-persunal

Minbarra r-rekwiżiti tal-M.A.706, il-persunal tal-MA.706 (c) u (d) għandu jkollu għarfien xieraq tar-regolamenti applikabbli fil-pajjiżi terzi.

T.A.708   Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

Minkejja M.A.708, għall-inġenji tal-ajru ġestiti skont ir-rekwiżiti tal-Parti-T, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata għandha:

(a)

tiżgura li l-inġenju tal-ajru jittieħed f'organizzazzjoni ta' manutenzjoni kull meta jkun meħtieġ;

(b)

tiżgura li l-manutenzjoni titwettaq skont il-programm ta' manutenzjoni;

(c)

tiżgura l-applikazzjoni tal-informazzjoni obbligatorja ta' T.A.201 (1)(f);

(d)

tiżgura li kull difett skopert matul il-manutenzjoni skedata jew irrappurtat korrett mill-organizzazzjoni ta' manutenzjoni skont id-dejta dwar il-manutenzjoni aċċettabbli mill-Istat tar-Reġistrazzjoni;

(e)

tikkoordina l-manutenzjoni skedata, l-applikazzjoni tal-informazzjoni obbligatorja ta' T.A.201 (1)(f), is-sostituzzjoni tal-parts b'ħajja limitata, u l-ispezzjoni tal-komponenti biex jiġi żgurat li x-xogħol jitwettaq kif suppost;

(f)

timmaniġġja u tarkivja r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà meħtieġa minn T.A.201 (1)(j);

(g)

tiżgura li l-modifiki u t-tiswijiet jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-Istat tar-Reġistrazzjoni.

T.A.709   Dokumentazzjoni

Minkejja M.A.709(a) u (b), għal kull inġenju tal-ajru ġestit skont ir-rekwiżiti tal-Parti-T, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandu jkollha u tuża dejta ta' manutenzjoni applikabbli aċċettabbli mill-Istat tar-Reġistrazzjoni.

T.A.711   Privileġġi

Organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont il-Parti-M tas-Subparti G tista' twettaq il-kompiti speċifikati f'T.A.708, sakemm dik l-organizzazzjoni tkun stabbilixxiet proċeduri, approvati mill-awtorità kompetenti, biex tiżgura konformità mal-Parti-T.

T.A.712   Sistema ta' kwalità

Minbarra r-rekwiżiti tal-M.A.712, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha tiżgura li s-sistema ta' kwalità tissorvelja li l-attivitajiet kollha ta' din is-Subparti jitwettqu skont il-proċeduri approvati.

T.A.714   Żamma tar-rekords

Minbarra r-rekwiżiti tal-M.A.714(a), l-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekords meħtieġa mit-T.A.201(1)(j).

T.A.715   Validità kontinwata tal-approvazzjoni

Minbarra l-kundizzjonijiet ta' M.A.715(a), għal organizzazzjoni li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont din is-Subparti, l-approvazzjoni għandha tibqa' valida sakemm:

(a)

l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-T; u

(b)

l-organizzazzjoni tiżgura li kwalunkwe persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti tingħata aċċess għal kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet, inġenji tal-ajru jew dokumenti tagħha li huma relatati mal-attivitajiet, inkluża kull attività sottokuntrattata, biex tiġi stabbilita konformità ma' din il-Parti.

T.A.716   Sejbiet

Wara l-wasla ta' notifika tas-sejbiet skont T.B.705, l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha tiddefinixxi pjan ta' azzjoni korrettiv u turi azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti f'perjodu miftiehem ma' din l-awtorità.

IT-TAQSIMA B

PROĊEDURI ADDIZZJONALI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

IS-SUBPARTI A

ĠENERALI

T.B.101   Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti li jieħdu ħsieb l-applikazzjoni u l-infurzar tat-Taqsima A ta' din il-Parti-T.

T.B.102   Awtorità kompetenti

1.   Ġenerali

Stat Membru għandu jagħżel awtorità kompetenti b'responsabbiltajiet allokati kif imsemmi f'T.1. Din l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri dokumentati u struttura organizzattiva.

2.   Riżorsi

In-numru ta' staff għandu jkun xieraq biex iwettaq ir-rekwiżiti kif spjegat f'din it-Taqsima

3.   Kwalifiki u taħriġ

L-istaff kollu involut fl-attivitajiet tal-Parti-M għandu jkun kwalifikat kif xieraq u jkollu għarfien, esperjenza, taħriġ inizjali u taħriġ ta' kontinwazzjoni xierqa sabiex iwettaq il-kompiti allokati lilu.

4.   Proċeduri

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura li tispjega kif tintlaħaq konformità ma' din il-Parti.

T.B.104   Żamma tar-rekords

1.

Ir-rekwiżiti tal-M.B.104 (a), (b) u (c) tal-Anness I għandhom japplikaw.

2.

Ir-rekords minimi għas-sorveljanza ta' kull inġenju tal-ajru għandhom jinkludu, tal-anqas, kopja ta':

(a)

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru,

(b)

kull korrispondenza rilevanti relatata mal-inġenju tal-ajru,

(c)

rapporti minn kwalunkwe spezzjoni u stħarriġ imwettaq fuq l-inġenju tal-ajru,

(d)

dettalji dwar kull eżenzjoni u azzjoni(jiet) ta' infurzar.

3.

Kull rekord speċifikat f'T.B.104 għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni, fuq talba, lil Stat Membru ieħor, lill-Aġenzija jew lill-Istat tar-Reġistrazzjoni.

4.

Ir-rekords speċifikati f'(2) għandhom jinżammu sa erba' (4) snin wara t-tmiem ta' tal-perjodu tal-ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ.

T.B.105   Skambju reċiproku ta' informazzjoni

Ir-rekwiżiti tal-M.B.105 tal-Anness I għandhom japplikaw.

IS-SUBPARTI B

RESPONSABBILTÀ

T.B.201   Responsabbiltajiet

1.

L-awtoritajiet kompetenti kif speċifikat fit-T.1 huma responsabbli għat-twettiq ta' spezzjonijiet u investigazzjonijiet, inkluż stħarriġ fuq l-inġenji tal-ajru, sabiex jiġi vverifikat li hemm konformità mar-rekwiżiti ta' din il-Parti.

2.

L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet u investigazzjonijiet qabel l-approvazzjoni tal-ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ skont l-ARO.OPS.110 (a)(1), biex jiġi vverifikat li wara jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-A.T. 201.

3.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istat tar-Reġistrazzjoni kif meħtieġ biex teżerċita r-responsabbiltajiet ta' sorveljanza tal-inġenji tal-ajru li jinsabu f'dan l-Anness Va (il-Parti-T).

T.B.202   Sejbiet

1.

Sejba tal-livell 1 hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti tal-Parti-T li jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u jpoġġi f'riskju serju s-sikurezza tat-titjira.

2.

Sejba tal-livell 2 hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-T li jista' jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u jpoġġi f'riskju serju s-sikurezza tat-titjira.

3.

Meta tiġi skoperta sejba matul l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet, l-istħarriġ fuq l-inġenju tal-ajru jew b'mezzi oħra, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tieħu miżuri kif ikun meħtieġ, biex l-inġenju tal-ajru ma jitħalliex itir, biex tiġi evitata l-kontinwazzjoni tan-nuqqas ta' konformità,

(b)

titlob azzjonijiet korrettivi xierqa għan-natura tas-sejba li għandha tittieħed.

4.

Għal sejbiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha titlob li tittieħed azzjoni korrettiva xierqa qabel titjir ieħor u tinnotifika lis-Stat tar-Reġistrazzjoni.

IS-SUPARTI G

REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS I (IL-PARTI-M) IS-SUBPARTI-G

T.B.702   Approvazzjoni inizjali

Minbarra r-rekwiżiti tal-M.B.702, meta l-espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jkun fiha proċeduri biex timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi li dawk il-proċeduri jikkonformaw mal-Parti-T u għandha tivverifika li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti-T.

T.B.704   Sorveljanza kontinwa

Minbarra r-rekwiżiti tal-M.B.704, kampjun rilevanti tal-inġenji tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(2) ġestit mill-organizzazzjoni għandu jiġi mistħarreġ f'kull perjodu ta' 24 xahar.

T.B.705   Sejbiet

Minbarra r-rekwiżiti ta' M.B.705, għall-organizzazzjonijiet li jimmaniġġjaw l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtorità kompetenti għandha wkoll tieħu azzjoni meta matul il-verifiki, l-ispezzjonijiet tar-rampa jew b'mezzi oħra tinstab evidenza li turi nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-T.”


17.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/49


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1537

tas-16 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

217,5

MK

39,0

XS

48,7

ZZ

101,7

0707 00 05

MK

57,9

TR

126,8

ZZ

92,4

0709 93 10

TR

121,5

ZZ

121,5

0805 50 10

AR

129,5

BO

136,6

CL

123,5

UY

134,3

ZA

131,0

ZZ

131,0

0806 10 10

EG

178,1

TR

128,9

ZZ

153,5

0808 10 80

AR

121,5

BR

92,3

CL

156,9

NZ

136,8

US

113,3

ZA

123,7

ZZ

124,1

0808 30 90

AR

131,8

CL

100,0

CN

82,3

TR

120,8

ZA

113,5

ZZ

109,7

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

80,2

TR

158,1

ZZ

119,2

0809 40 05

BA

53,5

MK

39,3

XS

61,9

ZZ

51,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


Rettifika

17.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/51


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-23 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 23 tad-29 ta' Jannar 2015 )

Fil-faċċata u f'paġna 1, it-titlu:

minflok:

“Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-23 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi”,

aqra:

“Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tas-26 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi”;

F'paġna 2, firma:

minflok:

“Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2015.”,

aqra:

“Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2015.”.