ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
8 ta' Settembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1497 tal-20 ta' April 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar

1

 

 

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-adeżjoni tal-Unjoni fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar

3

 

*

Informazzjoni rigward l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali, 1995

5

 

*

Informazzjoni rigward l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor, tal-1992

6

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1498 tas-7 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1499 tat-3 ta' Settembru 2015 li tagħti deroga mitluba mill-Belġju fir-rigward tar-reġjun tal-Fjandri skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (notifikata bid-dokument C(2015) 6058)

10

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423 (notifikata bid-dokument C(2015) 6221)  ( 1 )

19

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/603 tat-13 ta' April 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-aċidu 2-naftilossaċetiku, l-aċetoklor, il-kloropikrin, id-diflufenikan, il-flurprimidol, il-flutolanil u l-ispinosad f'ċerti prodotti jew fuqhom ( ĠU L 100, 17.4.2015 )

27

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1497

tal-20 ta' April 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni hija kompetenti li tadotta miżuri għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar taħt il-politika komuni tas-sajd u li tikkonkludi ftehimiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(2)

Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (1), l-Unjoni hija Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982. Dik il-Konvenzjoni teżiġi li l-membri kollha tal-komunità internazzjonali jikkooperaw fil-konservazzjoni u fil-ġestjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.

(3)

Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE (2), l-Unjoni hija Parti Kontraenti tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982, fir-rigward tal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna.

(4)

Fl-1 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea biex, f'isem l-Unjoni, titlob emenda tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (il-“Konvenzjoni”) sabiex l-Unjoni ssir Parti Kontraenti.

(5)

Għalkemm in-negozjati rigward l-emenda għall-Konvenzjoni ma kinux konklużivi, matul l-20 laqgħa tagħha li saret f'Ottubru 2013, il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (“CCSBT”) emendat ir-Riżoluzzjoni li tistabbilixxi Kummissjoni Estiża għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (il-“Kummissjoni Estiża tas-CCSBT”) biex l-Unjoni tkun tista' ssir Membru tal-Kummissjoni Estiża tas-CCSBT permezz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri.

(6)

Peress li bastimenti li jtajru l-bnadar tal-Istati Membri tal-Unjoni jistadu għal riżorsi fiż-żona ta' distribuzzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar, huwa fl-interess tal-Unjoni li tiffirma u tapplika proviżorjament l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (“Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri”) sabiex ikollha rwol effikaċi fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

(7)

Mat-tlestija ta' din il-proċedura, l-Unjoni jkollha d-dritt għall-adeżjoni u l-vot fil-Kummissjoni Estiża u l-Kumitat Xjentifiku Estiż tas-CCSBT.

(8)

L-istatus ta' Membru tal-Kummissjoni Estiża jjippromwovi wkoll il-konsistenza fl-approċċ tal-Unjoni rigward konservazzjoni fl-oċeani kollha u jsaħħaħ l-impenn tagħha lejn il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi tas-sajd fuq livell globali.

(9)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu għalhekk jiġi ffirmat u applikat fuq bażi proviżorja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (“Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri”) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja minn … (*), sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DŪKLAVS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandha x'taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).

(*)  Is-Segretarjat Ġenerali ser jippubblika d-data tal-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja fil-Ġurnal Uffiċjali.


8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/3


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-adeżjoni tal-Unjoni fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur li nirreferi għar-Riżoluzzjoni biex tiġi stabbilita Kummissjoni Estiża u Kumitat Xjentifiku Estiż (minn hawn 'il quddiem ir-“Riżoluzzjoni”), kif emendata mill-20 Laqgħa tas-CCSBT f'Ottubru 2013.

Il-Paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni jistabbilixxi li kwalunkwe organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali, entità jew entità tas-sajd, li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha jkunu qabdu t-Tonna tan-Nofsinhar fi kwalunkwe waqt fit-tliet snin kalendarji preċedenti, tista' tesprimi r-rieda tagħha lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni li ssir Membru tal-Kummissjoni Estiża u tal-Kumitat Xjentifiku Estiż. Għal dan il-fini, is-Segretarju Eżekuttiv tas-CCSBT, f'isem il-Kummissjoni, se jwettaq Skambju ta' Ittri ma' rappreżentant tat-tali organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika, entità jew entità tas-sajd għal dan l-għan.

Rigward il-Paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni ma hemm ebda bidla fid-dritt tal-UE ta' 10 tunnellati għas-snin 2015-2017.

Inkun obbligat jekk tirrikonoxxi li rċevejt din l-ittra u tikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu Ftehim bejn is-CCSBT u l-Unjoni Ewropea biex issir Membru tal-Kummissjoni Estiża u l-Kumitat Xjentifiku Estiż tas-CCSBT skont id-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq.

L-UE tixtieq tindika l-impenn sod tagħha li tkompli tirrispetta t-termini tal-Konvenzjoni tas-CCSBT u tikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Estiża.

Dan il-Ftehim għandu japplika proviżorjament mill-ġurnata wara dik li fiha tasal it-tweġiba tiegħek sakemm tingħata n-notifika mill-Unjoni tat-tlestija tal-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Nassigurak, Sinjur/Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Unjoni Ewropea

B.   Ittra mis-CCSBT

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid dan li ġej:

“Għandi l-unur li nirreferi għar-Riżoluzzjoni biex tiġi stabbilita Kummissjoni Estiża u Kumitat Xjentifiku Estiż (minn hawn 'il quddiem ir-‘Riżoluzzjoni’), kif emendata mill-20 Laqgħa tas-CCSBT f'Ottubru 2013.

Il-Paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni jistabbilixxi li kwalunkwe organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali, entità jew entità tas-sajd, li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha jkunu qabdu t-Tonna tan-Nofsinhar fi kwalunkwe waqt fit-tliet snin kalendarji preċedenti, tista' tesprimi r-rieda li ssir Membru tal-Kummissjoni Estiża u tal-Kumitat Xjentifiku Estiż. Għal dan l-għan, is-Segretarju Eżekuttiv tas-CCSBT, f'isem il-Kummissjoni, se jwettaq Skambju ta' Ittri ma' rappreżentant tat-tali organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika, entità jew entità tas-sajd għal dan l-għan.

Rigward il-Paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni ma hemm ebda bidla fid-dritt tal-UE ta' 10 tunnellati għas-snin 2015-2017.

Inkun obbligat jekk tirrikonoxxi li rċevejt din l-ittra u tikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu Ftehim bejn is-CCSBT u l-Unjoni Ewropea biex issir Membru tal-Kummissjoni Estiża u l-Kumitat Xjentifiku Estiż tas-CCSBT skont id-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq.

L-UE tixtieq tindika l-impenn sod tagħha li tkompli tirrispetta t-termini tal-Konvenzjoni tas-CCSBT u tikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Estiża.

Dan il-Ftehim għandu japplika proviżorjament mill-ġurnata wara dik li fiha tasal it-tweġiba tiegħek sakemm tingħata n-notifika mill-Unjoni tat-tlestija tal-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.”.

Għandi l-unur nikkonferma li l-ittra tiegħek u din it-tweġiba jikkostitwixxu Ftehim bejn is-CCSBT u l-Unjoni Ewropea sabiex issir Membru tal-Kummissjoni Estiża u l-Kumitat Xjentifiku Estiż tas-CCSBT.

Nassigurak, Sinjur/Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għas-CCSBT,


8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/5


Informazzjoni rigward l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali, 1995

Fil-41 sessjoni tiegħu (Londra, 8 ta' Ġunju 2015), il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ iddeċieda li jestendi l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali (1995) (1) għal perijodu ta' sentejn sat-30 ta' Ġunju 2017.


(1)  ĠU L 21, 27.1.1996, p. 49.


8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/6


Informazzjoni rigward l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor, tal-1992

Fis-47 sessjoni tiegħu (Antigua, il-Gwatemala, 25 ta' Ġunju 2015), il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor iddeċieda li jestendi l-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor (1992) (1) għal perijodu ta' sentejn sal-31 ta' Diċembru 2017.


(1)  ĠU L 379, 23.12.1992, p. 16.


REGOLAMENTI

8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1498

tas-7 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

173,3

MK

41,5

XS

29,8

ZZ

81,5

0707 00 05

TR

116,3

XS

42,0

ZZ

79,2

0709 93 10

TR

132,5

ZZ

132,5

0805 50 10

AR

146,2

BO

135,7

CL

137,0

UY

64,0

ZA

139,4

ZZ

124,5

0806 10 10

EG

233,7

MA

201,0

MK

63,9

TR

137,2

ZZ

159,0

0808 10 80

AR

188,7

BR

88,5

CL

125,4

NZ

145,1

US

136,8

UY

110,5

ZA

109,2

ZZ

129,2

0808 30 90

AR

189,8

CL

108,0

TR

131,5

ZA

113,5

ZZ

135,7

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

68,9

TR

148,1

ZZ

108,5

0809 40 05

BA

55,4

IL

336,8

MK

55,1

XS

68,2

ZZ

128,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/10


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1499

tat-3 ta' Settembru 2015

li tagħti deroga mitluba mill-Belġju fir-rigward tar-reġjun tal-Fjandri skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(notifikata bid-dokument C(2015) 6058)

(It-test bin-Netherlandiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-punt 2 tal-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Jekk l-ammont ta' demel li Stat Membru biħsiebu juża fuq kull ettaru kull sena jkun differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-punt 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat sabiex ma jippreġudikax l-ilħuq tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta' dik id-Direttiva u għandu jkun iġġustifikat abbażi ta' kriterji oġġettivi, bħalma huma, f'dan il-każ, staġuni twal ta' tkabbir u għelejjel b'rata għolja ta' assorbiment tan-nitroġenu.

(2)

Fid-29 ta' Lulju 2011 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/489/UE (2), li tippermetti lill-Belġju jawtorizza lir-reġjun tal-Fjandri, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-użu ta' massimu ta' 250 kg nitroġenu fis-sena għal kull ettaru minn demel tal-bhejjem fuq irqajja' tal-art ikkultivati bil-bur u l-qamħirrum miżrugħ mal-bur, bi qtugħ tal-bur segwit mill-qamħirrum u bil-qtugħ tas-segala segwit mill-qamħirrum, u sa 200 kg nitroġenu fis-sena għal kull ettaru minn demel tal-bhejjem fuq irqajja' tal-art ikkultivati bil-qamħ tax-xitwa u t-tritikale segwit minn għelejjel intermedji u bil-pitravi zokkrija jew għall-għalf.

(3)

Id-deroga mogħtija permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/489/UE kienet tikkonċerna madwar 2 970 bidwi u 82 820 ettaru ta' art u skadiet fil-31 ta' Diċembru 2014.

(4)

Fis-7 ta' April 2015, il-Belġju ssottometta talba għand il-Kummissjoni biex tiġġedded id-deroga għar-reġjun tal-Fjandri skont it-tielet subparagrafu tal-punt 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE.

(5)

Id-deroga mitluba tikkonċerna l-intenzjoni tal-Belġju li jippermetti l-użu f'azjendi speċifiċi fil-Fjandri, ta' massimu ta' 250 kg nitroġenu għal kull ettaru fis-sena minn demel ta' bhejjem li jirgħu u minn demel ittrattat tal-ħnieżer fuq irqajja' tal-art ikkultivati bil-bur, bur imħallat bix-xnien, qamħirrum miżrugħ flimkien mal-bur u bur tal-qtugħ jew segala tal-qtugħ segwit mill-qamħirrum u sa 200 kg nitroġenu għal kull ettaru fis-sena mid-demel tal-bhejjem u minn demel ittrattat tal-ħnieżer fuq irqajja' tal-art ikkultivati bil-qamħ tax-xitwa jew it-tritikale segwit minn għelejjel intermedji u l-pitravi.

(6)

L-informazzjoni mogħtija mill-Belġju fil-kuntest tad-deroga mogħtija permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/489/UE, tindika li d-deroga ma wasslitx għal deterjorament tal-kwalità tal-ilma. Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli ibbażat fuq rapporti tal-Istati Membri għall-perjodu bejn l-2008 sal-2011 (3) juri li għall-ilma tal-pjan fir-reġjun tal-Fjandri, madwar 78 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-50 mg/l u 63 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-25 mg/l. Mid-dejta tal-monitoraġġ joħroġ li t-tendenza hi li l-konċentrazzjoni tan-nitrati fl-ilma tal-pjan qiegħda tonqos meta mqabbla ma' dik tal-perjodu preċedenti tar-rapportar (mill-2004 sal-2007). Għall-ilma tal-wiċċ, 93 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-50 mg/l u 70 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-25 mg/l. Il-maġġoranza tal-punti ta' monitoraġġ fl-ilmijiet tal-wiċċ juru tendenza fejn il-konċentrazzjonijiet tan-nitrati qed jonqsu. Fil-perjodu tar-rappurtar ta' bejn l-2008 u l-2011, madwar 80 % tax-xmajjar u l-ilmijiet tranżizzjonali kollha ġew ikklassifikati bħala ewtrofiċi jew ipertrofiċi.

(7)

Il-Fjandri stabbilixxew il-miri tal-kwalità tal-ilma li ġejjin li jridu jintlaħqu matul il-perjodu tal-programm ta' azzjoni mill-2015 sal-2018. Għal konċentrazzjoni tal-ilma tal-wiċċ inqas minn 50 mg nitrati għal kull litru jkunu jridu jintlaqħu f'95 % tal-punti ta' monitoraġġ tan-netwerk ta' monitoraġġ agrikolu; fl-ilma tal-pjan fil-baxx, li għandu rata ta' rkupru aktar baxxa, il-konċentrazzjoni medja tan-nitrati trid tonqos b'20 % meta mqabbla mal-livell medju tal-2010, li kien jammonta għal 40 mg nitrati kull litru; fiż-żoni idroġeoloġiċi omoġenji fejn il-konċentrazzjonijiet tan-nitrat fl-ilmijiet tal-pjan fil-baxx għandhom medja ogħla minn 50 mg nitrati għal kull litru, il-konċentrazzjoni medja se jkollha tonqos b'5 mg nitrati għal kull litru.

(8)

Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Fjandri stabbilixxew programm ta' azzjoni rinforzat għall-perjodu ta' bejn l-2015 u l-2018. Fl-aħħar tax-xitwa 2016-2017 se jitwettaq rieżami tal-politika li abbażi tiegħu jista' jkun li tittieħed azzjoni iktar rinforzata sabiex ikun garantit li jintlaħqu l-miri ffissati għall-kwalità tal-ilma. Il-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 91/676/KEE għar-reġjun tal-Fjandri, jiġifieri “id-Digriet għall-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli” (4) (minn hawn 'il quddiem id-Digriet dwar id-Demel), ġiet emendata (5) skont il-programm ta' azzjoni għall-perjodu bejn l-2015 u l-2018 fit-12 ta' Ġunju 2015 u tapplika flimkien ma' din id-Deċiżjoni.

(9)

Id-Digriet dwar id-Demel japplika fit-territorju kollu tar-reġjun tal-Fjandri.

(10)

Id-Digriet dwar id-Demel jinkludi limiti għall-użu kemm tan-nitroġenu kif ukoll tal-fosforu.

(11)

Id-dokumenti ta' sostenn ippreżentati mill-Belġju dwar ir-reġjun tal-Fjandri juru li l-ammonti proposti ta' 250 kg u 200 kg rispettivament ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena minn demel tal-bhejjem huma ġustifikati abbażi ta' kriterji oġġettivi bħalma huma staġuni twal tat-tkabbir u għelejjel b'assorbiment għoli ta' nitroġenu.

(12)

Id-dejta rapportata mill-Belġju dwar ir-reġjun tal-Fjandri għall-perjodu bejn l-2008 u l-2011 turi żieda ta' 4,4 % fl-għadd tal-ħnieżer meta mqabbla mal-perjodu bejn l-2004 u l-2007. L-aħħar ċifri disponibbli għall-2012 u l-2013 juru żieda iktar moderata fl-għadd ta' ħnieżer ta' 2,6 %. L-għadd ta' tjur juri nuqqas ta' 13,2 % mill-2004 sal-2008, segwit minn żieda ta' 20,8 %. L-għadd ta' bhejjem tal-ifrat baqa' stabbli. Sabiex jiġi evitat li l-użu tad-deroga mitluba iwassal għal intensifikazzjoni fit-trobbija tal-bhejjem, l-awtoritajiet kompetenti se jiżguraw limitazzjoni fuq l-għadd ta' bhejjem li jistgħu jinżammu f'kull farm (drittijiet ta' emissjonijiet min-nutrijenti) fir-reġjun tal-Fjandri skont id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Digriet dwar id-Demel.

(13)

L-użu ta-nitroġenu mid-demel tal-bhejjem fil-perjodu bejn l-2008 u l-2011 wera nuqqas ta' 15 % meta mqabbel mal-perjodu bejn l-2004 sal-2007. Matul it-tielet programm ta' azzjoni (mill-2007 sal-2010) l-użu tan-nitroġenu minn demel tal-bhejjem staġna għal madwar 101 elf tunnellata għal kull sena. Matul ir-raba' programm ta' azzjoni ġie osservat iktar tnaqqis fl-użu tan-nitroġenu mid-demel tal-bhejjem, b'valur ta' 94,5 elf tunnellata fl-2013. Matul il-perjodu ta' rapportar bejn l-2008 u l-2011, l-użu tan-nitroġenu minerali wera żieda ta' 4 % meta mqabbel mal-perjodu bejn l-2004 u l-2007. L-aħħar dejta disponibbli għall-2012 u l-2013 turi li l-użu tan-nitroġenu minerali qed jistabbilizza ruħu f'39 elf tunnellata.

(14)

Wara l-eżami tat-talba jista' jitqies li l-ammonti proposti ta' 250 kg u 200 kg rispettivament għal kull ettaru fis-sena ta' nitroġenu minn demel ta' bhejjem li jirgħu u minn demel ittrattat tal-ħnieżer, mhumiex se jippreġudikaw l-ilħuq tal-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet stretti li japplikaw flimkien mal-miżuri rinforzati meħuda fil-programm ta' azzjoni għall-perjodu bejn l-2015 u l-2018.

(15)

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) fiha previst approċċ transfruntier, komprensiv għall-ħarsien tal-ilma organizzat madwar id-distretti tal-baċiri tax-xmajjar, bil-għan li l-korpi tal-ilmijiet Ewropej jiksbu status tajjeb sal-2015. It-tnaqqis tan-nutrijenti huwa parti integrali minn dak l-għan. L-għoti ta' deroga skont din id-Deċiżjoni huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet skont id-Direttiva 2000/60/KE u ma jeskludix li jista' jkun hemm bżonn ta' miżuri addizzjonali biex jissodisfaw l-obbligi li joħorġu minnha.

(16)

Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tistabbilixxi regoli ġenerali maħsuba għall-istabbiliment tal-Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Unjoni għall-finijiet tal-politiki ambjentali tal-Unjoni u l-politiki jew l-attivitajiet li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent. Fejn applikabbli, l-informazzjoni ġeografika miġbura fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva. Sabiex jonqos il-piż amministrattiv u tiżdied il-koerenza tad-dejta, il-Belġju, meta jiġbor id-dejta neċessarja skont din id-Deċiżjoni għandu, fejn xieraq, juża l-informazzjoni ġġenerata skont is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(17)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deroga mitluba mill-Belġju, f'isem ir-reġjun tal-Fjandri, bil-għan li jkun permess ammont ogħla ta' demel mill-bhejjem minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-punt 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 12.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika fuq bażi individwali għal irqajja' speċifikati ta' farm, li jkunu kkultivati b'għelejjel li jirrikjedu ħafna nitroġenu u staġun twil tat-tkabbir, u li huma suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 sa 7.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“farms” tfisser azjendi agrikoli kemm jekk irabbu l-bhejjem kif ukoll jekk ma jrabbux;

(b)

“roqgħa ta' art” tfisser għalqa individwali jew grupp ta' għelieqi, li huma omoġenji fir-rigward tal-għelejjel, it-tip ta' ħamrija u l-prattiki ta' fertilizzazzjoni;

(c)

“bur” tfisser bur permanenti jew temporanju (temporanju ġeneralment tfisser perjodu ta' anqas minn erba' snin);

(d)

“għelejjel li jirrikjedu ħafna nitroġenu u bi staġun twil ta' tkabbir” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

bur;

(ii)

bur b'inqas minn 50 % ta' xnien;

(iii)

qamħirrum miżrugħ flimkien ma' ħxejjex oħra, qabel jew wara l-ħsad, bil-ħaxix li jinqata' u jitneħħa mill-għalqa li jintuża bħala għelejjel intermedji;

(iv)

bur tal-qtugħ jew segala tal-qtugħ segwita mill-qamħirrum;

(v)

qamħ tax-xitwa jew tritikale segwit b'għelejjel intermedji;

(vi)

pitravi zokkrija jew tal-għalf;

(e)

“bhejjem li jirgħu” tfisser bhejjem tal-ifrat (għajr għall-għoġġiela tal-vitella), nagħaġ, mogħoż u żwiemel;

(f)

“trattament tad-demel” tfisser l-ipproċessar tad-demel tal-ħnieżer f'żewġ partijiet, il-parti solida u l-oħra likwida, imwettaq sabiex jitjieb l-użu fl-art u jiżdied l-irkupru tan-nitroġenu u tal-fosforu;

(g)

“demel ittrattat” tfisser il-parti likwida li tirriżulta mit-trattament tad-demel;

(h)

“effluwent b'kontenut baxx ta' nitroġenu u fosfat” tfisser demel ittrattat b'kontenut massimu ta' nitroġenu ta' 1 kg għal kull tunnellata ta' effluwent u kontenut massimu ta' fosfat ta' 1 kg għal kull tunnellata ta' effluwent;

(i)

“profil tal-ħamrija” tfisser is-saff tal-ħamrija li jinsab taħt il-wiċċ tal-art sa fond ta' 0,90 m, sakemm il-medja tal-ogħla livell ta' ilma tal-pjan ma tkunx aktar fil-baxx; f'dan il-każ il-fond għandu jkun il-medja tal-ogħla livell ta' ilma tal-pjan.

Artikolu 4

Applikazzjoni u impenn annwali

1.   Il-bdiewa li jridu jibbenefikaw minn deroga skont din id-Deċiżjoni għandhom ta' kull sena jissottomettu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti sal-15 ta' Frar. Għas-sena 2015, l-applikazzjoni annwali għandha tiġi sottomessa sal-31 ta' Lulju.

2.   Flimkien mal-applikazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1, il-bdiewa għandhom jintrabtu bil-miktub li se jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7.

Artikolu 5

Trattament tad-demel

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-parti solida li tirriżulta mit-trattament tad-demel għandha tintbagħat għar-riċiklaġġ f'installazzjonijiet awtorizzati bl-għan li jitnaqqsu l-irwejjaħ u emissjonijiet oħrajn, jittejbu l-proprjetajiet agronomiċi u iġjeniċi, jitħaffef il-maniġġ u jiżdied l-irkupru tan-nitroġenu u tal-fosfat.

2.   Il-bdiewa li jibbenefikaw mid-deroga li jwettqu t-trattament tad-demel għandhom ta' kull sena jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti d-dejta dwar l-ammont ta' demel li jintbagħat għat-trattament, l-ammont u d-destinazzjoni tal-parti solida u tad-demel ittrattat u l-kontenut ta' nitroġenu u fosforu tagħhom.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u regolarment jaġġornaw il-metodoloġiji rikonoxxuti għall-valutazzjoni tal-kompożizzjoni tad-demel trattat, il-varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni u l-effiċjenza tat-trattament għal kull farm li jibbenefika minn deroga individwali.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ammonijaka u emissjonijiet oħra mit-trattament tad-demel għandhom jinġabru u jiġu ttrattati sabiex jonqos l-impatt ambjentali u l-inkonvenjent għal dawk l-installazzjonijiet li jikkawżaw emissjonijiet ogħla mis-sitwazzjoni ta' referenza, jiġifieri l-ħażna u l-użu fl-art ta' demel mill-bhejjem mhux ittrattat.

Għal din il-fini l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit u aġġornat regolarment inventarju tal-installazzjonijiet li jeħtiġilhom trattament tal-emissjonijiet.

Artikolu 6

Użu tad-demel u fertilizzanti oħra

1.   Suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 12, l-ammonti ta' demel mill-bhejjem li jirgħu, demel trattat u effluwent b'kontenut baxx ta' nitroġenu u fosfat użat f'irqajja' derogati kull sena, inkluż id-demel li jħallu l-bhejjem stess ma għandux jaqbeż kwalunkwe wieħed mill-valuri li ġejjin:

(a)

250 kg nitroġenu għal kull ettaru fis-sena f'irqajja kkultivati b'dawn li ġejjin:

(i)

bur u qamħirrum miżrugħin flimkien mal-bur;

(ii)

bur tal-qtugħ segwit mill-qamħirrum;

(iii)

segala tal-qtugħ segwita mill-qamħirrum;

(iv)

bur b'inqas minn 50 % ta' xnien;

(b)

200 kg nitroġenu għal kull ettaru fis-sena f'irqajja' kkultivati b'dawn li ġejjin:

(i)

qamħ tax-xitwa segwit b'għelejjel intermedji;

(ii)

tritikale segwit b'għelejjel intermedji;

(iii)

pitravi zokkrija u għall-għalf.

2.   Id-demel ittrattat, li ma jikkwalifikax bħala effluwent b'kontenut baxx ta' nitroġenu u ta' fosfat, jista' jintuża biss f'irqajja derogati jekk ikollu proporzjon ta' nitroġenu mal-fosfat (N/P2O5) ta' mill-inqas 3,3.

3.   L-użu tal-effluwent b'kontenut baxx ta' nitroġenu u fosfat għandu jkun limitat għal massimu ta' 15-il tunnellata għal kull ettaru.

4.   L-input totali ta' nitroġenu u fosfat għandu jkun konformi man-nutrijent meħtieġ mill-għelejjel ikkunsidrati u jqis il-provvista mill-ħamrija u ż-żieda fid-disponibbiltà ta' nitroġenu fid-demel wara li jiġi ttrattat. Dan ma għandux jaqbeż għall-għelejjel kollha, fi kwalunkwe każ, l-istandards tal-użu massimu għall-fosfat u n-nitroġenu, kif stabbilit fil-programm ta' azzjoni.

5.   Il-fosfat mill-fertilizzatur tal-kimika ma għandux jintuża fuq irqajja' derogati.

6.   Kull farm għandu jżomm pjan ta' fertilizzazzjoni, għall-art disponibbli kollha tiegħu, b'deskrizzjoni tat-tinwib u l-użu ppjanat ta' demel u fertilizzanti tan-nitroġenu u l-fosfat. Dan għandu jkun disponibbli fil-farm kull sena kalendarja sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar.

Il-pjan tal-fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-għadd ta' bhejjem u deskrizzjoni tal-fond fejn jinżammu u tas-sistema tal-ħżin, inkluż il-volum ta' ħżin ta' demel disponibbli;

(b)

kalkolu tan-nitroġenu tad-demel (nieqes it-telf fiż-żamma fil-fond u l-ħażna) u l-fosforu prodott fil-farm;

(c)

id-deskrizzjoni tat-trattament tad-demel u l-karatteristiċi mistennija tad-demel ittrattat;

(d)

l-ammont, it-tip u l-karatteristiċi tad-demel mibgħut barra l-farm jew fil-farm;

(e)

it-tinwib u ż-żona tal-irqajja' tal-art b'għelejjel li jirrikjedu ħafna nitroġenu u staġun twil tat-tkabbir u rqajja' b'għelejjel oħra;

(f)

ir-rekwiżiti prevedibbli tal-għelejjel tan-nitroġenu u l-fosforu għal kull roqgħa;

(g)

kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu mid-demel fuq kull roqgħa;

(h)

kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu minn fertilizzanti kimiċi u oħra fuq kull roqgħa;

(i)

kalkoli għall-valutazzjoni tal-konformità mal-istandards għall-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu.

Il-pjanijiet ta' fertilizzazzjoni għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiki agrikoli sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-pjanijiet u l-prattiki agrikoli reali.

7.   Kull farm għandu jżomm il-kontijiet tal-fertilizzazzjoni; dawn għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja sal-15 ta' Marzu tas-sena kalendarja sussegwenti.

8.   Il-kont tal-fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-erja tal-għelejjel;

(b)

l-għadd u t-tip ta' bhejjem;

(c)

il-produzzjoni tad-demel għal kull annimal;

(d)

l-ammont ta' fertilizzanti impurtati mill-farm;

(e)

l-ammont ta' demel li r-razzett jagħti u lil min.

9.   Ir-riżultati tal-analiżi tan-nitroġenu u l-fosforu fil-ħamrija għandhom ikunu disponibbli għal kull farm li jibbenefika mid-deroga.

It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi għandhom jitwettqu sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju u tal-anqas darba kull erba' snin għall-fosforu u n-nitroġenu għall kull erja omoġenja tal-farm, fir-rigward tat-tinwib u tal-karatteristiċi tal-ħamrija.

Tkun meħtieġa, tal-anqas, analiżi waħda għal kull ħames ettari ta' art agrikola.

10.   Il-konċentrazzjoni tan-nitroġenu fil-profil tal-ħamrija għandha titkejjel kull sena fil-ħarifa u mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru fuq mill-inqas 6 % tal-irqajja' derogati kollha u 1 % tal-irqajja' l-oħra użati mill-farms li jibbenefikaw mid-deroga b'tali mod li jkunu involuti mill-anqas 85 % ta' dawk il-farms. Għal kull 2 ettari ta' art agrikola għandhom ikun meħtieġa mill-inqas tliet kampjuni li jirrappreżentaw tliet saffi differenti ta' ħamrija mill-profil tal-ħamrija.

11.   Bejn l-1 ta' Settembru u l-15 ta' Frar tas-sena sussegwenti ma għandhomx jintużaw fl-irqajja' derogati d-demel, id-demel ittrattat jew effluwent b'kontenut baxx ta' nitroġenu u fosfat b'kontenut totali ta' nitroġenu ogħla minn 0,60 kg nitroġenu għal kull tunnellata, fertilizzanti kimiċi u oħrajn.

12.   Mill-inqas żewġ terzi tal-ammont ta' nitroġenu mid-demel, eskluż in-nitroġenu minn demel tal-bhejjem li jirgħu, għandu jintuża qabel l-1 ta' Ġunju ta' kull sena.

Artikolu 7

Ġestjoni tal-art

Il-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga individwali għandhom iwettqu l-miżuri li ġejjin:

(a)

il-bur għandu jinħarat fir-rebbiegħa għal kull tip ta' ħamrija minbarra l-ħamrija taflija;

(b)

il-bur fuq ħamrija taflija għandu jinħarat qabel il-15 ta' Settembru;

(c)

fuq irqajja' derogati n-newba tal-għelejjel ma għandhiex tinkludi pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jiffissaw in-nitroġenu atmosferiku. Madankollu, dan mhux se japplika għax-xnien f'bur b'inqas minn 50 % ta' xnien;

(d)

għelejjel li għandhom bżonn ħafna nitroġenu għandhom jinżergħa fi żmien ġimagħtejn (2) wara li jkun inħarat il-ħaxix u ma għandhomx jintużaw fertilizzanti fis-sena li fiha jinħarat il-bur permanenti;

(e)

l-għelejjel intermedji għandhom jinżergħu fi żmien ġimagħtejn (2) wara l-ħsad tal-qamħ tax-xitwa u sa mhux aktar tard mill-10 ta' Settembru;

(f)

l-għelejjel intermedji ma għandhomx jinħartu qabel il-15 ta' Frar sabiex ikun żgurat li r-raba' tkun miksija bil-veġetazzjoni s-sena kollha sabiex jiġu rkuprati n-nitrati li jintilfu mis-saff sekondarju tal-ħamrija fil-ħarifa u sabiex dan it-telf jiġi limitat fix-xitwa.

Artikolu 8

Miżuri oħra

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-derogi li jingħataw għall-użu ta' demel ittrattat ikunu kompatibbli mal-kapaċità tal-installazzjonijiet awtorizzati għat-trattament tad-demel u tal-ipproċessar tal-parti solida.

Din id-deroga għandha tiġi applikata mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma' leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-Unjoni.

Artikolu 9

Miżuri għall-produzzjoni u t-trasport tad-demel

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw il-ħarsien tal-limitu fl-għadd ta' bhejjem li jistgħu jinżammu f'kull farm (drittijiet ta' emissjonijiet min-nutrijenti) fir-reġjun tal-Fjandri skont id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Digriet dwar id-Demel.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li t-trasport tad-demel minn trasportaturi akkreditati jiġi rreġistrat permezz ta' sistemi ta' lokalizzazzjoni ġeografika għall-vjaġġi kollha.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kompożizzjoni tad-demel fir-rigward tal-konċentrazzjoni tan-nitroġenu u l-fosforu tiġi vvalutata qabel kull vjaġġ. Il-kampjuni tad-demel għandhom jiġu analizzati minn laboratorji rikonoxxuti u r-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-bidwi li jkun se jirċievi d-demel.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li waqt il-vjaġġ ikun disponibbli dokument li jispeċifika l-ammont ta' demel trasportat u l-kontentut ta' nitroġenu u fosforu tiegħu.

Artikolu 10

Monitoraġġ

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kull sena jitħejjew u jiġu aġġornati l-mapep li juru l-perċentwal ta' farms, l-għadd ta' rqajja', il-perċentwal ta' bhejjem, il-perċentwal ta' art agrikola u l-użu ta' art lokali kopert minn deroga individwali għal kull muniċipalità.

Għandha tinġabar u tiġi aġġornata kull sena dejta dwar it-tinwib u l-prattiki agrikoli koperti minn derogi individwali, mill-awtorità kompetenti.

2.   In-netwerk ta' monitoraġġ għat-teħid tal-kampjuni tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma tal-pjan fil-baxx imsemmija fl-Artikolu 10(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/64/KE (9) għandu jinżamm għall-valutazzjoni tal-impatt tad-deroga dwar il-kwalità tal-ilma. In-netwerk tal-monitoraġġ se jinkludi miżuri tan-nitrat u l-fosfat tax-xmajjar li jispiċċaw fil-Baħar tal-Tramuntana. L-ammont ta' siti mmonitorjati inizjalment ma jistax jitnaqqas u l-lokalizzazzjoni tas-siti ma għandhiex tinbidel matul il-perjodu tal-applikabbiltà ta' din id-Deċiżjoni.

3.   Fl-ilqugħ agrikoli b'ħamrija mrammla għandu jitwettaq monitoraġġ rinforzat.

4.   Is-siti tal-monitoraġġ, li jikkorrispondu għal mill-inqas 150 farm, stabbiliti skont id-Deċiżjoni 2008/64/KE għandhom jinżammu sabiex jipprovdu dejta dwar il-konċentrazzjoni tan-nitroġenu u l-fosforu fl-ilma tal-ħamrija, dwar in-nitroġenu minerali fil-profil tal-ħamrija u t-telf korrispondenti ta' nitroġenu u fosforu li jgħaddi miż-żona tal-għeruq għall-ilma tal-pjan, kif ukoll dwar it-telf ta' nitroġenu u fosforu minn tnixxija f'wiċċ l-art u minn taħt l-art, kemm jekk f'kundizzjonijiet ta' deroga kif ukoll jekk le.

Is-siti ta' monitoraġġ għandhom jinkludu t-tipi ewlenin ta' ħamrija (ħamrija taflija, imħallta, imrammla u bi trab fin), il-prattiki ta' fertilizzazzjoni u l-għelejjel.

Il-kompożizzjoni tan-netwerk ta' monitoraġġ ma għandhiex tiġi mmodifikata matul iż-żmien li fih tkun applikabbli din id-Deċiżjoni.

5.   L-istħarriġ u l-analiżi kontinwi tan-nutrijenti għandhom jipprovdu dejta dwar l-użu lokali tar-raba', it-tinwib tal-għelejjel u l-prattiki agrikoli fuq farms li jibbenefikaw minn derogi individwali.

Dik id-dejta tista' tintuża biex jiġi kkalkulat, abbażi ta' mudelli, id-daqs tal-lissija ta' nitrati u t-telf tal-fosforu minn għelieqi li jingħataw massimu ta' 250 kg jew 200 kg ta' nitroġenu għall kull ettaru fis-sena ta' demel minn bhejjem li jirgħu u demel ittrattat.

6.   In-netwerk ta' monitoraġġ, inkluż l-ilma tal-pjan fil-baxx, l-ilma tal-ħamrija, l-ilma tad-drenaġġ u n-nixxigħat f'farms tan-netwerk ta' monitoraġġ, għandu jipprovdi dejta dwar il-konċentrazzjoni tan-nitrati u l-fosforu fl-ilma li jħalli l-parti tal-ħamrija fiż-żona tal-għeruq u jidħol fis-sistemi tal-ilma tal-pjan u tal-wiċċ.

Artikolu 11

Verifika

1.   L-applikazzjonijiet kollha għal deroga għandhom jiġu sottomessi għal kontroll amministrattiv tal-awtoritajiet kompetenti. Meta l-kontroll juri li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ma ġewx issodisfati, l-applikant għandu jiġi mgħarraf b'dan. F'dan il-każ, l-applikazzjoni għandha titqies miċħuda.

2.   Għandu jkun stabbilit programm ta' spezzjonijiet fuq il-post abbażi tal-analiżi tar-riskji, ir-riżultati tal-kontrolli tas-snin preċedenti u r-riżultati ta' kontrolli aleatorji ġenerali tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE.

L-ispezzjonijiet tal-għelieqi għandhom ikopru tal-anqas 7 % tal-farms li jibbenefikaw minn deroga individwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7. Fejn il-verifika tindika nuqqas ta' konformità, il-bidwi għandu jiġi mgħarraf b'dan. F'dan il-każ, it-talba għal deroga għas-sena sussegwenti għandha titqies li ma ġietx aċċettata.

3.   Ir-riżultati tal-kejl imsemmija fl-Artikolu 6(9) għandhom jiġu vverifikati. Fejn il-verifika tindika nuqqas ta' konformità, inkluż li l-livell limitu bażiku, kif definit fid-Digriet dwar id-Demel, inqabeż, il-bidwi għandu jiġi mgħarraf b'dan u għandha tiġi miċħuda applikazzjoni għal deroga għas-sena sussegwenti għar-roqgħa jew irqajja'.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jsiru kontrolli fuq il-post ta' mill-inqas 2 % tal-operazzjonijiet ta' trasport tad-demel, ibbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju u r-riżultati tal-kontrolli amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1.

Il-kontrolli għandhom jinkludu verifika tat-twettiq tal-obbligi tal-akkreditazzjoni, il-valutazzjoni tad-dokumenti ta' akkumpanjament, il-verifika tal-oriġini u tad-destinazzjoni tad-demel u t-teħid ta' kampjuni tad-demel trasportat.

Il-kampjuni tad-demel jistgħu jittieħdu, meta xieraq, permezz ta' makkinarju awtomatizzat installat apposta fuq il-vetturi, li jiġbor il-kampjuni waqt li d-demel ikun qed jitgħabba.

Il-kampjuni tad-demel għandhom jiġu analizzati minn laboratorji rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti u r-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu kkomunikati kemm lill-bidwi li jkun qed jipprovdi d-demel kif ukoll lil dak li jkun ser jirċievi d-demel.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mad-deroga mogħtija skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Rappurtar

1.   L-awtoritajiet kompetenti, kull sena sat-30 ta' Ġunju, għandhom jissottomettu rapport li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

mapep li juru l-perċentwal ta' farms, il-perċentwal ta' bhejjem, il-perċentwal ta' użu tar-raba' u l-użu tal-art lokali, kif ukoll dejta dwar it-tinwib u l-prattiki agrikoli fil-farms tad-deroga, imsemmija fl-Artikolu 10(1);

(b)

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma, inkluż informazzjoni dwar ix-xejriet tal-kwalità tal-ilma tal-pjan u tal-wiċċ, u l-ilma li jmur fil-Baħar tat-Tramuntana, kif ukoll l-impatt tad-deroga fuq il-kwalità tal-ilma msemmi fl-Artikolu 10(2);

(c)

evalwazzjoni tar-residwu tan-nitrat fil-profil tal-ħamrija fil-ħarifa għall-irqajja' tal-art derogati u tqabbil mad-dejta dwar ir-residwi u x-xejriet tan-nitrat fl-irqajja' tal-art mhux derogati b'tinwib ta' għelejjel simili. Irqajja' mhux derogati għandhom jinkludu irqajja' mhux derogati f'farms li jibbenefikaw minn deroga kif ukoll irqajja' f'farms oħra;

(d)

informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni tan-nitrat u tal-fosforu fl-ilma li jħalli l-parti tal-ħamrija fejn hemm l-għeruq u jidħol fis-sistema tal-ilma tal-pjan jew tal-wiċċ kif imsemmi fl-Artikolu 10(6) u r-riżultati mill-monitoraġġ rinforzat tal-ilma f'baċiri agrikoli b'ħamrija mrammla kif imsemmi fl-Artikolu 10(3);

(e)

ir-riżultati tal-istħarriġ dwar l-użu tal-art lokali, in-newba tal-għelejjel u l-prattiċi agrikoli, u r-riżultati tal-kalkoli bbażati fuq mudelli tad-daqs tat-telf ta' nitroġenu u fosforu minn farms li jibbenefikaw minn deroga individwali, kif imsemmi fl-Artikolu 10(5);

(f)

evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-deroga, ibbażati fuq kontrolli fil-livell ta' farms u fil-livell tal-irqajja' tal-art, kif ukoll il-kontrolli fuq it-trasport tad-demel, u informazzjoni dwar farms mhux konformi, abbażi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet amministrattivi u ta' fuq il-post;

(g)

informazzjoni dwar it-trattament tad-demel, inkluż aktar ipproċessar u użu tal-partijiet solidi, u forniment ta' dejta ddettaljata dwar il-karatteristiċi tas-sistemi ta' trattament, l-effiċjenza tagħhom u l-kompożizzjoni tad-demel ittrattat;

(h)

informazzjoni dwar l-ammont ta' farms li jibbenefikaw minn deroga u rqajja' tal-art derogati fejn intuża demel ittrattat u effluwenti b'kontenut baxx ta' nitroġenu u fosfat kif ukoll il-volumi tagħhom;

(i)

il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-kompożizzjoni tad-demel ittrattat, il-varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni u l-effiċjenza tat-trattament għal kull farm li jibbenifika minn deroga individwali, imsemmija fl-Artikolu 5(3);

(j)

l-inventarju tal-installazzjoni tat-trattament tad-demel kif imsemmi fl-Artikolu 5(4);

(k)

sommarju u evalwazzjoni tad-dejta miksuba mis-siti tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 10(4);

(l)

id-dejta marbuta mal-fertilizzazzjoni fil-farms kollha li jibbenefikaw minn deroga individwali, inkluż informazzjoni dwar ir-rendimenti u fuq it-tipi ta' ħamrija;

(m)

ix-xejriet fl-għadd ta' bhejjem għal kull kategorija ta' bhejjem fir-reġjun tal-Fjandri u fil-farms tad-deroga.

Id-dejta ġeografika fir-rapport għandha, fejn applikabbli, tissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE. Fejn xieraq, fil-ġbir tad-dejta meħtieġa l-Belġju għandu jagħmel użu mill-informazzjoni ġġenerata mis-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 13

Perjodu ta' Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 14

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/489/UE tad-29 ta' Lulju 2011 li tagħti deroga mitluba mir-Renju tal-Belġju fir-rigward tar-reġjun tal-Fjandri skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 200, 3.8.2011, p. 23).

(3)  Rapport ta' erba' snin fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tan-Nitrati (91/676/KEE) għar-Reġjun tal-Fjandri, K. Desimpelaere, E. Lesage — Vlaamse Landmaatschappij, R. Eppinger, H. Maeckelberghe, K. Van Hoof — Vlaamse Milieumaatschappij, Ġunju 2012.

(4)  Belgisch Staatsblad tad-29 ta' Diċembru 2006, p. 76368.

(5)  Belgisch Staatsblad tad-29 ta' Lulju 2015, p. 47994.

(6)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/64/KE tal-21 ta' Diċembru 2007 li tagħti deroga mitluba mill-Belġju fir-rigward tar-reġjun tal-Fjandri skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 16, 19.1.2008, p. 28).


8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1500

tas-7 ta' Settembru 2015

rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423

(notifikata bid-dokument C(2015) 6221)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda virali li primarjament tittieħed minn vettur tal-annimali bovini, ikkaratterizzata minn telfiet sinifikanti u bil-potenzjal li tinfirex sew, l-aktar permezz ta' movimenti u kummerċ tal-annimali suxxettibbli ħajjin u l-prodotti tagħhom. Il-marda mhijiex ta' importanza għas-saħħa pubblika minħabba li l-vajrus tal-marda tal-infafet fil-ġilda ma jistax jiġi trażmess lill-bniedem.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE (4) tistabbilixxi miżuri ġenerali għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali, inkluża l-marda tal-infafet fil-ġilda. Dawn jinkludu l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' suspett u konferma tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'azjenda, il-miżuri li għandhom jittieħdu f'żoni ristretti u miżuri addizzjonali oħrajn sabiex tiġi kkontrollata l-marda.

(3)

Fl-20 ta' Awwissu 2015, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni b'żewġ tifqigħat tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'azjendi bovini b'madwar 200 annimal bovin fil-prefettura ta' Feres, fl-unità reġjonali ta' Evros fil-Greċja. Dawn it-tifqigħat jirrappreżentaw l-ewwel okkorrenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Unjoni.

(4)

Il-Greċja applikat il-miżuri fil-qafas tad-Direttiva 92/119/KEE, u b'mod partikolari stabbiliet żoni ta' protezzjoni u sorveljanza madwar it-tifqigħat b'konformità mal-Artikolu 10 ta' dik id-Direttiva.

(5)

Ir-riskju li l-marda tal-infafet fil-ġilda tinfirex lejn żoni oħra tal-Greċja u lejn Stati Membri oħra, partikolarment permezz tal-kummerċ tal-annimali bovini ħajjin u l-prodotti ġerminali tagħhom, għandu jiġi kkontrollat il-moviment ta' ċerti ruminanti selvaġġi u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali bovini.

(6)

Sabiex jiġi evitat it-tixrid tagħha lejn partijiet oħra tal-Greċja, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1423 (5) li tipprevedi miżuri protettivi interim u tipprojbixxi l-moviment u d-dispaċċ ta' annimali bovini u s-semen tagħhom kif ukoll it-tqegħid fis-suq ta' ċertu prodotti tal-annimali mill-unità reġjonali ta' Evros jiġu projbiti.

(7)

Wara li tasal aktar informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fil-Greċja huwa possibbli li dawk il-miżuri jiġu ssupplimentati permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji.

(8)

Id-definizzjonijiet użati għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni huma dawk previsti fil-leġiżlazzjoni eżistenti u, b'mod partikolari, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 92/119/KEE, l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (6) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (7). Madankollu, xi termini speċifiċi huma speċifikament maħluqa u użati għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni u għandhom għalhekk jiġi ddefiniti fiha.

(9)

Huwa neċessarju li tiġi ddefinita l-parti tat-territorju tal-Greċja li hija meqjusa bħala ħielsa mill-marda tal-infafet fil-ġilda u li mhix soġġetta għar-restrizzjonijiet skont id-Direttiva 92/119/KEE u d-Deċiżjoni preżenti. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita żona ristretta f'Anness, filwaqt li jitqies il-livell ta' riskju għat-tixrid tal-marda. Il-konfini ġeografiċi ta' tali żona għandhom jissejsu fuq ir-riskju u l-eżitu ta' traċċar ta' kuntatti possibbli mal-azjenda infettata, ir-rwol possibbli tal-vetturi u tal-possibilità li jkunu implimentati kontrolli suffiċjenti fuq iċ-ċaqliq ta' annimali u prodotti. It-tali żona għandha tinkludi kull żona ta' protezzjoni u sorveljanza stabbilita skont id-Direttiva 92/119/KEE. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Greċja, it-territorju kollu tal-unità reġjonali ta' Evros fil-Greċja għandu jitqies bħala żona ristretta.

(10)

Huwa meħtieġ ukoll li jkunu previsti ċerti restrizzjonijiet fuq id-dispaċċ ta' annimali ta' speċijiet suxxettibbli u l-prodotti ġerminali tagħhom minn din iż-żona ristretta, kif ukoll restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti sekondarji tal-annimali minn tali żona.

(11)

F'każ ta' tifqigħa tal-marda tal-infafet fil-ġilda, l-Artikolu 19 tad-Direttiva 92/119/KEE jipprevedi l-possibbiltà li jiġi applikat it-tilqim kontra dik il-marda. Fil-preżent, it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja huwa pprojbit. Madankollu, il-Greċja indikat l-intenzjoni tagħha li tipproċedi b'tilqim ta' emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda. Ir-riskju tat-tixrid tal-marda permezz ta' annimali u l-prodotti tagħhom f'każ ta' annimali mlaqqma hija differenti minn f'każ ta' annimali mhux imlaqqma. Għalhekk, dawk ir-riskji għandhom jiġu indirizzati b'mod separat u mhumiex is-suġġett ta' din id-Deċiżjoni.

(12)

F'termini ta' riskju ta' tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda, komoditajiet differenti joħolqu livelli differenti ta' riskju. Kif intqal fl-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda (8), il-moviment ta' annimali bovini ħajjin, semen bovina u ġlud mhux ipproċessati u ġlud ta' annimali bovini infettati, joħolqu aktar riskji mil-lat ta' esponiment u konsegwenzi minn prodotti oħra bħall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, ġlud ittrattati jew laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li joriġinaw minn annimali bovini, fejn ma jkunx hemm evidenza xjentifika jew sperimentali dwar ir-rwol tagħhom fit-trażmissjoni tal-marda. Għalhekk, il-miżuri f'din id-Deċiżjoni jeħtieġ li jkunu bbilanċjati u proporzjonati għar-riskji.

(13)

Il-movimenti ta' annimali bovini ħajjin mill-unità reġjonali ta' Evros għandhom ikomplu jiġu pprojbiti sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda. Skont l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda u tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), il-fawna selvaġġa, jiġifieri ċerti ruminanti selvaġġi eżotiċi jistgħu potenzjalment ikollhom rwol fit-trażmissjoni tal-marda, b'mod partikolari fl-Afrika fejn il-marda hija endemika. Għalhekk xi miżuri preventivi għandhom ukoll japplikaw għar-ruminanti selvaġġi. Fin-nuqqas ta' regoli iktar preċiżi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-istandards internazzjonali xierqa għal dawn il-movimenti pprovduti mill-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE (OIE Terrestrial Animal Health Code) (9) għandhom jintużaw għal dan l-għan.

(14)

Billi l-Greċja talbet għal eżenzjoni mill-projbizzjoni tad-dispaċċ ta' annimali bovini direttament għall-qatla minn azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza u tali eżenzjoni hija prevista fl-Artikolu 11.11.5. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, huwa xieraq li jkun permess id-dispaċċ ta' kunsinni bħal dawn taħt ċerti kundizzjonijiet.

(15)

Bl-istess mod, it-trażmissjoni tal-mard permezz ta' semen u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi bovina ma tistax tiġi eskluża. Għalhekk, ċerti miżuri ta' protezzjoni għandhom jiġu pprovduti għal dawk il-prodotti. Fin-nuqqas ta' standards tal-Unjoni, l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda u r-rakkomandazzjonijiet xierqa tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE għandhom jintużaw għal dan l-għan.

(16)

Skont l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda, it-trażmissjoni tal-vajrus tal-marda tal-infafet fil-ġilda permezz tal-isperma (tgħammir naturali inkella b'inseminazzjoni artifiċjali) intweriet b'mod sperimentali, u l-vajrus tal-marda tal-infafet fil-ġilda ġie iżolat f'semen ta' barrin infettati għall-għan sperimentali. Il-ġbir u l-użu ta' semen ta' annimali tal-ispeċi tal-bovini li joriġinaw fiż-żona ristretta għandhom għalhekk ikunu pprojbiti.

(17)

Skont l-Artikolu 4.7.14 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, il-marda tal-infafet fil-ġilda hija assenjata skont il-Manwal tas-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment tal-Embrijuni bħala marda tal-Kategorija 4 jew aġent patoġeniku, l-istess bħal dawk li għalihom twettqu l-istudji, jew li l-istudji jinsabu għaddejjin dwarhom, li jindika li l-ebda konklużjoni ma għadha possibbli fir-rigward tal-livell ta' riskju ta' trażmissjoni jew li r-riskju tat-trażmissjoni permezz ta'trasferiment ta' embrijuni jista' ma jkunx negliġibbli anki jekk l-embrijuni jiġu ttrattati kif jixraq skont dan il-Manwal bejn il-ġbir u t-trasferiment. Il-ġbir u l-użu ta' embrijuni ta' annimali tal-ispeċi tal-bovini li joriġinaw fiż-żona ristretta għandhom għalhekk ikunu pprojbiti.

(18)

Ma hemm l-ebda evidenza xjentifika jew sperimentali li tissuġġerixxi t-trażmissjoni tal-vajrus fost l-annimali suxxettibbli permezz ta' laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam jew prodotti tal-laħam. Għalkemm l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda tindika li l-vajrus jista' jgħix fil-laħam għal perjodu ta' żmien mhux indikat, il-projbizzjoni eżistenti tal-Unjoni fuq l-għalf ta' proteini ruminanti lil ruminanti teskludi l-possibbiltà ta' trażmissjoni orali improbabbli ta' vajrus possibbli. Biex jiġi evitat ir-riskju li tinfirex il-marda, it-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn annimali bovini li joriġinaw fl-unità reġjonali ta' Evros għandhom ikunu permessi biss meta l-laħam frisk prodott minn annimali bovini jkun miżmum f'azjendi ħielsa mill-marda li jinsabu fiż-żona ristretta stabbilita barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza. Laħam bħal dan għandu jitqiegħed fis-suq fit-territorju tal-Greċja biss.

(19)

Barra minn hekk, id-dispaċċ ta' kunsinni ta' laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam miksuba minn laħam frisk miksub minn annimali miżmuma barra ż-żona ristretta u pproċessat fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ristretta barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza jistgħu jkunu permessi taħt ċerti kundizzjonijiet.

(20)

Kolostru, prodotti tal-ħalib u prodotti tal-ħalib użati bħala għalf tal-annimali jista' jkollhom rwol importanti fit-tixrid tal-marda, b'mod partikolari, meta l-kolostru, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ma jkunux ġew ittrattati bis-sħana jew aċidifikati biżżejjed biex jiġi inattivat il-vajrus.

(21)

Il-Greċja talbet għal eżenzjoni mill-projbizzjoni tad-dispaċċ ta' ħalib ippastorizzat u prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem minn azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, billi l-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA dwar riskji ta' saħħet l-annimali mit-tmigħ ta' annimali bi prodotti tal-ħalib lesti għall-użu mingħajr trattamenti ulterjuri (10) tispeċifika b'mod iktar preċiż xi metodi li jistgħu jtaffu r-riskji li tinfirex il-marda tal-infafet fil-ġilda permezz tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, u huwa possibbli li jiġi permess id-dispaċċ ta' kunsinni ta' ħalib u prodotti tal-ħalib għall-konsum uman taħt ċerti kundizzjonijiet.

(22)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (11), jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), inklużi r-rekwiżiti għall-ipproċessar sikur ta' prodotti sekondarji u derivati tal-annimali. Għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda, it-tqegħid fis-suq ta' prodotti sekondarji tal-annimali mhux ipproċessati għandu jiġi pprojbit. Ir-referenza għal prodotti sekondarji proċessati tal-annimali f'din id-Deċiżjoni għandha tinqara bħala referenza għall-istandards tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 142/2011.

(23)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għandhom jissostitwixxu l-miżuri interim ta' ħarsien kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423. Għalhekk dik id-Deċiżjoni għandha tiġi revokata.

(24)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali ta' protezzjoni fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda kkonfermata fil-Greċja.

2.   F'każ ta' kunflitt, il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għandhom jieħdu l-preċedenza fuq il-miżuri adottati mill-Greċja fil-qafas tad-Direttiva 92/119/KEE.

3.   Id-derogi previsti fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7 ma għandhomx japplikaw għal annimali bovini mlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda u l-prodotti tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

(a)

“annimal bovin” tfisser ungalat tal-ispeċijiet Bos taurus, Bos indicus, Bison bison u Bubalus bubalis;

(b)

“żona ristretta” hija parti mit-territorju ta' Stat Membru elenkata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni li tinkludi ż-żona fejn ġiet ikkonfermata l-marda tal-infafet fil-ġilda u kwalunkwe żona ta' protezzjoni u sorveljanza stabbilita skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/119/KEE.

Artikolu 3

Projbizzjoni fuq il-moviment u t-tqassim ta' ċerti annimali u s-semen u l-embrijuni tagħhom, u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti sekondarji tal-annimali

1.   Il-Greċja għandha tipprojbixxi d-dispaċċ tal-prodotti li ġejjin miż-żona ristretta lejn partijiet oħra tal-Greċja, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi:

(a)

annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq;

(b)

semen, ova u embrijuni ta' annimali mill-ispeċi tal-bovini;

2.   Il-Greċja għandha tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq barra miż-żona ristretta tal-prodotti li ġejjin li huma prodotti minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi kkaċċjati fiż-żona ristretta jew miżmuma fiha:

(a)

laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam prodotti minn tali laħam frisk;

(b)

kolostru, ħalib u prodotti tal-ħalib minn annimali bovini;

(c)

ġlud friski ta'annimali bovini u ruminanti selvaġġi, għajr dawk imsemmija fil-punt (d);

(d)

prodotti sekondarji mhux proċessati ta' annimali bovini, sakemm mhux destinati, taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, għar-rimi f'impjant approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 fit-territorju tal-Greċja.

Artikolu 4

Deroga mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq għal qtil dirett u d-dispaċċ ta' laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam miksuba minn dawn l-annimali

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza d-dispaċċ ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq minn azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza għal biċċerija li tinsab f'partijiet oħra tal-Greċja dejjem jekk:

(a)

l-annimali kienu residenti mit-twelid jew għal dawn l-aħħar 28 jum, fi stabbiliment fejn l-ebda każ tal-marda tal-infafet fil-ġilda ma ġie rrappurtat uffiċjalment matul dak il-perjodu;

(b)

l-annimali ġew spezzjonati klinikament waqt it-tagħbija u ma ppreżentawx xi sintomi kliniċi tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

(c)

l-annimali jiġu ttrasportati għall-qatla immedjata b'mod dirett, mingħajr waqfien jew ħatt, lejn il-biċċerija;

(d)

il-biċċerija tiġi nnominata għall-qatla ta' dawk l-annimali mill-awtorità kompetenti;

(e)

l-awtorità kompetenti responsabbli għall-biċċerija għandha tiġi informata mill-awtorità tad-dispaċċ kompetenti bl-intenzjoni li jintbagħtu l-bovini f'dik il-biċċerija u tinnotifika lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ bil-wasla ta' dawk il-bovini;

(f)

mal-wasla fil-biċċerija, dawn l-annimali jinżammu u jinqatlu separatament minn annimali oħra fi żmien inqas minn 36 siegħa.

2.   Kull dispaċċ ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq skont il-paragrafu 1 għandu jseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-mezz ta' trasport ikun imnaddaf u diżinfettat kif xieraq qabel u wara t-tagħbija ta' tali annimali b'konformità mal-Artikolu 9;

(b)

qabel u matul it-trasport, l-annimali jkunu protetti kontra attakki ta' insetti vettorjali.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam miksuba minn dawn l-annimali jitqiegħdu fis-suq skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 6, rispettivament.

Artikolu 5

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' konsenji ta' laħam frisk, eskluż il-ġewwieni u ġlud friski, miksuba minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi miż-żona ristretta barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza u preparazzjonijiet tal-laħam tiegħu, bil-kundizzjoni li l-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam ikunu nkisbu minn annimali:

(a)

miżmuma f'azjendi fiż-żona ristretta li ma kinux taħt restrizzjonijiet skont id-Direttiva 92/119/KEE; jew

(b)

maqtula qabel il-21 ta' Awwissu 2015.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kunsinni msemmija f'dan il-paragrafu ma jintbagħtux lil Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss id-dipaċċ lejn Stati Membri oħra ta' konsenji ta' laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam prodotti minn dan il-laħam frisk miksub minn annimali bovini li huma miżmuma u maqtula barra ż-żona ristretta, sakemm il-kunsinni jkunu akkumpanjati b'ċertifikat uffiċjali bl-attestazzjoni li ġejja:

“Laħam frisk jew preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 [C(2015) 6221] tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja”.

Artikolu 6

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li fihom, laħam ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam prodotti minn laħam frisk ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi miż-żona ristretta barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, bil-kundizzjoni li l-laħam frisk ikun inkiseb minn annimali:

(a)

miżmuma f'azjendi fiż-żona ristretta li ma kinux taħt restrizzjonijiet skont id-Direttiva 92/119/KEE; jew

(b)

maqtula qabel il-21 ta' Awwissu 2015; jew

(c)

miżmuma u maqtula barra miż-żona ristretta.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam imsemmija fil-paragrafu 1, li jikkonforma ma' kundizzjonijiet ta' punti (a) jew (b) ta' dak il-paragrafu, biss fit-territorju tal-Greċja, sakemm il-prodotti tal-laħam li jkun ġie suġġett għal trattament mhux speċifiku li jiżgura li l-wiċċ maqtugħ ta' prodotti tal-laħam ma jibqax juri l-karatteristiċi ta' laħam frisk.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kunsinni msemmija f'dan paragrafu ma jintbagħtux lil Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss id-dispaċċ ta' kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b) ta' Stati Membri oħra, bil-kundizzjoni li l-prodotti tal-laħam ikunu ġew soġġetti għal trattament speċifiku f'kontenitur issiġillat ermetikament għal valur ta' Fo ta' tlieta jew aktar, u jkunu akkumpanjati b'ċertifikat uffiċjali bl-attestazzjoni li ġejja:

“Prodotti tal-laħam konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 [C(2015) 6221] tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja”.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss id-dipaċċ lejn Stati Membri oħra ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam imsemmija fil-paragrafu 1(c), sakemm il-prodotti tal-laħam ikunu ġew soġġetti għal trattament mhux speċifiku, li jiżgura li l-wiċċ maqtugħ tal-prodotti tal-laħam ma jkunx għadu juri l-karatteristiċi ta' laħam frisk u jkun akkumpanjat b'ċertifikat uffiċjali bl-attestazzjoni li ġejja:

“Prodotti tal-laħam konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 [C(2015) 6221] tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja”.

Artikolu 7

Deroga mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ u t-tqegħid fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ħalib għall-konsum uman, miksuba minn annimali bovini fiż-żona ristretta barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, u l-prodotti tal-ħalib magħmulin minnu, sakemm il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ikun sarilhom it-trattament deskritt fil-punti 1.1 sa 1.5 tal-Parti A tal-Anness IX tad- Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE (13).

2.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss id-dispaċċ lejn Stati Membri oħra ta' kunsinni ta' ħalib u prodotti tal-ħalib imsemmija fil-paragrafu 1, sakemm il-kunsinni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali, bl-attestazzjoni li ġejja:

“Ħalib jew prodotti tal-ħalib li jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 [C(2015) 6221] tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja”.

Artikolu 8

Marka sanitarja speċjali għal laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam imsemmija fl-Artikoli 5(1) u 6(2) rispettivament

Il-Greċja għandha tassigura li laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam imsemmija fl-Artikolu 5(1), u l- Artikolu 6(2) rispettivament jiġu mmarkati b'marka sanitarja jew b'marka ta' identifikazzjoni speċjali li ma tkunx ovali u li ma tkunx tixbaħ:

(a)

lill-marka tas-saħħa għal-laħam frisk stabbilita fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

(b)

lill-marka ta' identifikazzjoni għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam li fihom jew li jikkonsistu minn laħam tal-bovini stabbilita fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

Artikolu 9

Rekwiżiti dwar il-vetturi tat-trasport, it-tindif u d-diżinfezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li, għal kwalunkwe vettura li tkun ġiet f'kuntatt ma' speċijiet suxxettibbli fiż-żona ristretta u għandha l-ħsieb li tħalli din l-istess żona, l-operatur jew is-sewwieq ta' din il-vettura jipprovdi evidenza li turi li, wara l-aħħar kuntatt mal-annimali, il-vettura tnaddfet u ġiet diżinfettata b'mod li l-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda tiġi inattivata.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-operatur/mis-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem sabiex turi li d-diżinfezzjoni meħtieġa tkun seħħet.

Artikolu 10

Rekwiżiti ta' Informazzjoni

Il-Greċja għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, bir-riżultati ta' sorveljanza għall-marda tal-infafet fil-ġilda mwettqa fiż-żona ristretta.

Artikolu 11

Revoka

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423 jiġi mħassar.

Artikolu 12

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika sat-30 ta' Ottubru 2015.

Artikolu 13

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1423 tal-21 ta' Awwissu 2015 dwar ċerti miżuri interim ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja (ĠU L 222, 25.8.2015, p. 7).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

(7)  Id-Direttiva 92/65/KEE tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta' u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux soġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(8)  EFSA Journal 2015;13(1):3986 [73 pp.].

(9)  24th Edition, 2015.

(10)  EFSA Journal (2006) 347, p. 1.

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li tirrevoka d-Direttivi 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).


ANNESS

Il-Greċja:

L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:

L-unità reġjonali ta' Evros


Rettifika

8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/27


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/603 tat-13 ta' April 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-aċidu 2-naftilossaċetiku, l-aċetoklor, il-kloropikrin, id-diflufenikan, il-flurprimidol, il-flutolanil u l-ispinosad f'ċerti prodotti jew fuqhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 100 tas-17 ta' April 2015 )

F'paġna 12, fl-Artikolu 2 u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3:

minflok:

“is-7 ta' Diċembru 2015”.

aqra:

“is-7 ta' Novembru 2015”.