ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 226

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
29 ta' Awwissu 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1479 tat-28 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1480 tat-28 ta' Awwissu 2015 li temenda diversi annessi tad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-metodi ta' referenza, il-validazzjoni tad-dejta u s-siti tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fl-ambjent ( 1 )

4

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera stabbilita permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tal-20 ta' Awwissu 2015 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2015/1481]

12

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1479

tat-28 ta' Awwissu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

173,3

MK

36,9

ZZ

105,1

0709 93 10

TR

132,0

ZZ

132,0

0805 50 10

AR

147,8

BO

152,6

CL

152,6

TR

126,0

UY

147,2

ZA

155,9

ZZ

147,0

0806 10 10

BA

74,4

EG

201,5

MA

201,2

MK

68,3

TR

147,6

ZZ

138,6

0808 10 80

AR

94,8

BR

99,5

CL

139,3

NZ

140,9

US

142,3

UY

170,8

ZA

120,1

ZZ

129,7

0808 30 90

AR

73,8

CL

107,2

NZ

210,1

TR

128,5

ZA

141,5

ZZ

132,2

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

80,9

TR

139,6

ZZ

110,3

0809 40 05

BA

58,1

MK

51,8

XS

74,4

ZZ

61,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

29.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/4


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1480

tat-28 ta' Awwissu 2015

li temenda diversi annessi tad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-metodi ta' referenza, il-validazzjoni tad-dejta u s-siti tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fl-ambjent

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(15) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) tagħha,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 4(15) tad-Direttiva 2004/107/KE, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi IV u V.

(2)

L-Anness IV tad-Direttiva 2004/107/KE jistabbilixxi objettivi tal-kwalità tad-dejta li jeħtieġ li jiġu aġġornati biex ikun hemm aktar ċarezza.

(3)

L-Anness V tad-Direttiva 2004/107/KE jippreskrivi l-metodi ta' referenza għall-istima tal-konċentrazzjonijiet, u dawn il-metodi għandhom jiġu aġġornati sabiex jirriflettu l-iżvilupp tal-istandards rilevanti.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2008/50/KE, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi I, III, VI u IX.

(5)

It-taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2008/50/KE tistabbilixxi kriterji ta' assigurazzjoni tal-kwalità għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja tal-ambjent, li jeħtieġ li jiġu ċċarati u kkumplementati b'konsiderazzjoni tal-programmi ta' assigurazzjoni tal-kwalità organizzati miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni u li jintroduċu l-obbligu ta' reviżjoni tas-sistema tal-kontroll tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni kontinwa tal-istrumenti ta' monitoraġġ.

(6)

It-taqsimiet C u D tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50/KE jistabbilixxu kriterji għal-lokazzjoni ta' punti ta' ġbir ta' kampjuni, li jeħtieġ li jiġu ċċarati u kkumplementati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

(7)

It-taqsima A tal-Anness VI tad-Direttiva 2008/50/KE tistabbilixxi l-metodu ta' referenza għall-kejl ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, li jeħtieġu li jiġu adattati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'kont meħud tal-istandards l-iktar reċenti għall-ġbir ta' kampjuni u l-kejl ta' materja partikulata.

(8)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (4), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jerfgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi IV u V tad-Direttiva 2004/107/KE huma emendati skont l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi I, III, VI, u IX, tad-Direttiva 2008/50/KE huma emendati skont l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jinqraw flimkien ma' dawk tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), b'mod partikolari fir-rigward tal-akkreditazzjoni ta' korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità, u ma jintroduċu ebda deroga jew eċċezzjoni tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3.

(2)  ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Parti Tnejn (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109).

(4)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30),


ANNESS I

Id-Direttiva 2004/107/KE hija emendata kif ġej:

(1)

It-taqsima I tal-Anness IV hija emendata kif ġej:

(a)

it-tabella tinbidel b'dan li ġej:

 

“(Benżo(a)piren)

Arseniku, kadmju u nikil

Idrokarboni aromatiċi poliċikliċi barra mill-benżo(a)pirene, gassuż totali merkurju

Depożizzjoni totali

Inċertezza

 

 

 

 

Kejl fiss u indikattiv

50 %

40 %

50 %

70 %

Immudellar

60 %

60 %

60 %

60 %

Ġbir minimu ta' dejta

90 %

90 %

90 %

90 %

Kopertura minima ta' ħin

 

 

 

 

Kejl fiss (1)

33 %

50 %

 

 

Kejl indikattiv (1)  (2)

14 %

14 %

14 %

33 %

(b)

fit-tielet paragrafu titħassar is-sentenza li ġejja:

“Il-ġbir ta' kampjuni (huwa wkoll rakkomandabbli) tul erbgħa u għoxrin siegħa għall-kejl ta' konċentrazzjonijiet ta' arseniku, kadmju u nikil.”

(c)

wara t-tielet paragrafu jiddaħħal it-test li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet dwar kampjuni individwali fil-paragrafu preċedenti japplikaw ukoll għall-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-merkurju fi stat gassuż totali. Barra minn hekk, il-ġbir ta' sottokampjuni ta' filtri PM10 għall-metalli għal analiżi sussegwenti huwa permess, sakemm ikun hemm evidenza li s-sottokampjun huwa rappreżentattiv tal-kunsinna kollha u li ma tiġix kompromessa s-sensittività tad-detezzjoni bi tqabbil mal-objettivi rilevanti tal-kwalità tad-dejta. Bħala alternattiva għall-ġbir ta' kampjuni ta' kuljum, il-ġbir ta' kampjuni ta' kull ġimgħa għall-metalli f'PM10 huwa permess, sakemm il-karatteristiċi ta' ġbir ma jiġux kompromessi.”

(2)

It-taqsimiet I sa IV tal-Anness V jinbidlu b'dan li ġej:

“I.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent

Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 12341:2014. Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 14902:2005 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tal-Pb,Cd,As, u Ni fil-frazzjoni ta' PM10tal-materja partikolata sospiża’.

Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq.

II.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja tal-ambjent

Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja tal-ambjent huwa deskritt f'EN 12341:2014. Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-benżo(a)piren fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 15549:2008 ‘Il-kwalità tal-arja — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-benżo(a)piren fl-arja tal-ambjent’. Fin-nuqqas ta' metodu standardizzat CEN għall-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(8), l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi standard nazzjonali jew metodi tal-ISO bħall-istandard tal-ISO 12884.

Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq.

III.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-merkurju fl-arja tal-ambjent

Il-metodu ta' referenza għall-kejl ta' konċentrazzjonijiet tal-merkurju gassuż totali fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 15852:2010 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-merkurju gassuż totali’.

Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq.

IV.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tad-depożizzjoni tal-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi

Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil huwa dak deskritt f'EN 15841:2009 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb u n-nikil fid-depożizzjoni atmosferika’.

Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-merkurju huwa dak deskritt f'EN 15853:2010 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-merkurju’.

Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni ta' benżo(a)piren u l-idrokarboni poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(8) huwa dak deskritt f'EN 15980: 2011, ‘Il-kwalità tal-arja. Determinazzjoni tad-depożizzjoni ta' benż[a]antraċen, benżo[b]fluworanten, benżo[j]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, dibenż[a,h]antraċen u indeno[1,2,3-cd]piren’.”


(1)  Imqassam matul in-sena b'mod li jkun rappreżentattiv ta' kundizzjonijet varji fir-rigward tal-klima u l-attivitajiet antropoġeniċi.

(2)  Il-kejl indikattiv huwa kejl li jsir b'regolarità mnaqqsa iżda li jissodisfa l-għanijiet l-oħra dwar il-kwalità tad-dejta.”


ANNESS II

Id-Direttiva 2008/50/KE hija emendata kif ġej:

(1)

It-taqsima C tal-Anness I għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“C.   Assigurazzjoni tal-kwalità għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja tal-ambjent. Validazzjoni tad-dejta

1.

Sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni tal-kejl u l-konformità mal-objettivi tal-kwalità tad-dejta, stipulati fit-Taqsima A, l-awtoritajiet kompetenti adatti u l-korpi maħtura skont l-Artikolu 3 għandhom jiżguraw li:

(i)

il-kejl kollu li jsir fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja tal-ambjent skont l-Artikoli 6 u 9 jkun traċċabbli skont ir-rekwiżiti stabbiliti tal-istandard armonizzat għal-laboratorji ta' ttestjar u kkalibrar,

(ii)

l-istituzzjonijiet li jħaddmu n-networks u l-istazzjonijiet individwali jkollhom sistema stabbilita ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità li taħseb għal manutenzjoni regolari li tiżgura l-preċiżjoni kontinwa tal-apparat ta' kejl. Is-sistema tal-kwalità għandha tiġi riveduta kif meħtieġ u għall-inqas kull ħames snin mil-Laboratorju ta' Referenza Nazzjonali rilevanti

(iii)

jkun stabbilit proċess ta' assigurazzjoni tal-kwalità/kontroll tal-kwalità fir-rigward tal-proċess tal-ġbir tad-dejta u r-rappurtar u li l-istituzzjonijiet maħtura għal dan il-kompitu jipparteċipaw b'mod attiv fil-programmi rispettivi ta' assigurazzjoni tal-kwalità li jkopru l-Unjoni kollha,

(iv)

il-Laboratorji Nazzjonali ta' Referenza huma maħtura mill-awtorità kompetenti xierqa jew korp maħtur skont l-Artikolu 3 u huma akkreditati għall-metodi ta' referenza msemmija fl-Anness VI, għall-inqas għal dawk is-sustanzi li jniġġsu li għalihom il-konċentrazzjonjiet huma ogħla mil-limitu ta' taħt tal-valutazzjoni, skont l-istandard rilevanti armonizzat għal-laboratorji tal-ittestjar u l-ikkalibrar, li r-referenza għalihom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq. Dawn il-laboratorji għandhom ikunu responsabbli mill-koordinazzjoni fit-territorju tal-Istati Membri tal-programmi ta' assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni kollha li għandhom ikunu organizzati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u għandhom ikunu wkoll responsabbli biex jikkoordinaw, fuq livell nazzjonali, l-użu adegwat tal-metodi ta' referenza u t-turija tal-ekwivalenza tal-metodi li mhumiex tar-referenza. Il-Laboratorji ta' Referenza Nazzjonali li jorganizzaw l-interparagun fuq il-livell nazzjonali għandhom ukoll ikunu akkreditati skont l-istandard rilevanti armonizzat għall-ittestjar tal-profiċjenza.

(v)

il-Laboratorji Nazzjonali ta' Referenza, jieħdu sehem għall-inqas darba kull tliet snin fil-programmi li jsiru fl-Unjoni kollha għall-assigurazzjoni tal-kwalità organizzati miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni. Jekk din il-parteċipazzjoni tipproduċi riżultati mhux sodisfaċenti, il-laboratorju nazzjonali għandu juri fil-parteċipazzjoni fl-interparagun li jkun imiss miżuri ta' rimedju sodisfaċenti, u jipprovdi rapport liċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka dwar dawn.

(vi)

il-laboratorji nazzjonali ta' referenza jappoġġaw ix-xogħol magħmul min-Netwerk Ewropew ta' Laboratorji Nazzjonali ta' Referenza stabbiliti mill-Kummissjoni.

2.

Id-dejta kollha rrappurtata skont l-Artikolu 27 għandha titqies bħala valida minbarra dejta meqjusa bħala proviżorja.”

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima C hija emendata kif ġej:

(i)

l-ewwel u t-tieni inċiżi tal-paragrafu 1 jinbidlu b'dan li ġej:

“—

il-fluss madwar is-sonda kampjunarja tad-dħul ma għandux ikun imfixkel (b'mod ġenerali jkun ħieles f'ark ta' mill-anqas 270° jew 180° għall-punti tal-ġbir ta' kampjuni fil-linja tal-bini) bla ebda xkiel għall-fluss tal-arja qrib id-dħul (normalment xi ftit metri lil hinn mill-bini, il-gallariji, is-siġar u xkiel ieħor u tal-anqas 0,5 m mill-eqreb bini fil-każ ta' punti ta' ġbir ta' kampjuni li jirrappreżentaw il-kwalità tal-arja fil-linja tal-bini),

b'mod ġenerali, il-punt tad-dħul fejn isir il-ġbir ta' kampjun għandu jkun ta' bejn 1,5 m (iż-żona tan-nifs) u 4 m 'il fuq mill-art. Għażla ta' siti aktar fl-għoli tista' tkun xierqa jekk l-istazzjon ikun jirrappreżenta żona kbira u kull deroga għandha tiġi dokumentata bis-sħiħ.”;

(ii)

il-ħames inċiż tal-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'li ġej:

“—

għas-sustanzi li jniġġsu kollha, is-sondi kampjunarji f'siti bit-traffiku għandhom ikunu mill-anqas 25 m mit-tarf tas-slalep it-toroq ewlenin u mhux aktar minn 10 m mill-bankina. ‘Salib it-toroq’ li għandu jiġi kkunsidrat hawnhekk huwa salib it-toroq li jinterrompi l-fluss tat-traffiku u jikkawża emissjonijiet differenti (stop&go) mill-bqija tat-triq.”;

(iii)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“kwalunkwe devjazzjoni mill-kriterji elenkati f'din it-Taqsima għandha tkun ddokumentata b'mod sħiħ permezz tal-proċeduri deskritti fit-Taqsima D.”;

(b)

It-taqsima D tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“D.   Dokumentazzjoni u reviżjoni tal-għażla tas-siti

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha għandhom jiddokumentaw bis-sħiħ il-proċeduri għall-għażla tas-sit u jirreġistraw l-informazzjoni biex jappoġġaw it-tfassil tan-netwerk u l-għażla tal-post għas-siti ta' monitoraġġ kollha. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi ritratti compass-point taż-żona madwar is-siti ta' monitoraġġ u u mapep iddettaljati. Fejn jintużaw metodi supplementari ġewwa żona jew agglomerazzjoni, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta' dawn il-metodi u informazzjoni dwar kif jiġu sodisfatti l-kriterji elenkati fl-Artikolu 7(3). Id-dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ u riveduta talinqas kull ħames (5) snin, biex jiġi żgurat li l-kriterji ta' għażla, id-disinn tan-netwerk u l-postijiet fejn isir il-monitoraġġ tas-siti jibqgħu validi u l-aħjar li jista' jkun tul iż-żmien. Id-dokumentazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni fi żmien tliet (3) xhur minn meta tintalab.”

(3)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima A tinbidel b'dan li ġej:

“A.   Il-metodi ta' referenza għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u tal-ossidi tan-nitroġenu, tal-materja partikulata (PM10 u PM2,5), taċ-ċomb, tal-benżina, tal-monossidu tal-karbonju u tal-ożonu

1.   Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-konċentrazzjoni tad-dijossidu tal-kubrit

Il-metodu ta' referenza għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit huwa dak deskritt f'EN 14212:2012 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit bil-fluworexxenza ultravjola’.

2.   Il-metodu ta' referenza għall-kejl tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu

Il-metodu ta' referenza għall-kejl tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu huwa dak deskritt f'EN 14211:2012 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-monossidu tan-nitroġenu bil-kemiluminixxenza’.

3.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl taċ-ċomb— mhux mibdul

4.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-PM10

Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-PM10 huwa dak deskritt f'EN12341:2014 ‘L-arja tal-ambjent — il-metodu standard ta' kejl gravimetriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa tal-materja partikolata sospiża tal-PM10 jew tal-PM2,5’.

5.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-PM2,5

Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-PM2,5 huwa dak deskritt f'EN12341:2014 ‘L-arja tal-ambjent — Il-metodu standard ta' kejl gravimetriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa tal-materja partikolata sospiża tal-PM10 jew tal-PM2,5’.

6.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-benżene — mhux mibdul

7.   Metodu ta' referenza għall-kejl tal-monossidu tal-karbonju

Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-monossidu tal-karbonju huwa dak deskritt f'EN 14626:2012 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-monossidu tal-karbonju bl-ispettroskopija infraħamra mhux dispersiva’.

8.   Metodu ta' referenza għall-kejl tal-ożonu

Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-ożonu huwa dak deskritt f'EN 14625:2012 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-ożonu bil-fotometrija ultravjola’.”;

(b)

It-taqsima D titħassar

(c)

It-taqsima E tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“E.

Huma u juru li t-tagħmir huwa konformi mar-rekwiżiti ta' prestazzjoni tal-metodi ta' referenza elenkati fit-Taqsima A ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi maħtura skont l-Artikolu 3 għandhom jaċċettaw rapporti ta' testijiet maħruġa fi Stati Membri oħra dment li l-laboratorji tat-testijiet huma akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni.

Ir-rapporti tat-testijiet dettaljati u r-riżultati kollha tat-testijiet għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra jew il-korpi maħtura tagħhom. Ir-rapporti tat-testijiet għandhom juru li t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni inkluż fejn xi kundizzjonijiet tas-sit u tal-ambjent huma speċifiċi għal xi Stat Membru u huma 'l barra mill-kundizzjonijiet li għalihom it-tagħmir ġie diġà ttestjat u approvat għat-tip fi Stat Membru ieħor.”

(4)

It-taqsima A tal-Anness IX tinbidel b'dan li ġej:

“A.   Numru minimu ta' punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-kejl fiss tal-konċentrazzjonijiet tal-ożonu

In-numru minimu tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-kejl fiss kontinwu biex tiġi valutata l-konformità mal-valuri fil-mira, l-objettivi għall-perjodu fit-tul u l-informazzjoni u l-limiti minimi ta' allerta fejn tali kejl huwa s-sors uniku ta' informazzjoni.

Popolazzjoni (× 1 000 )

Agglomerazzjoni (1)

Żoni oħra (1)

Sfond rurali

< 250

 

1

Stazzjon wieħed/50 000  km2 bħala densità medja għaż-żoni kollha għal kull pajjiż (2)

< 500

1

2

< 1 000

2

2

< 1 500

3

3

< 2 000

3

4

< 2 750

4

5

< 3 750

5

6

> 3 750

Stazzjon addizzjonali kull żewġ (2) miljun abitant

Stazzjon addizzjonali kull żewġ (2) miljun abitant


(1)  Mill-inqas stazzjon wieħed (1) f'żoni fejn l-espożizzjoni tal-popolazzjoni għall-ogħla konċentrazzjonijiet tal-ożonu hija probabbli li sseħħ. Fl-agglomerazzjonijiet, mill-anqas 50 % tal-istazzjonijiet għandhom ikunu fiż-żoni suburbani.

(2)  Huwa rrakkomandat li jkun hemm stazzjon wieħed (1) għal kull 25 000 km2 għal terran kompless.”


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/12


ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA STABBILITA PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tal-20 ta' Awwissu 2015

li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2015/1481]

IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jieħu post l-Anness tal-Ftehim, b'seħħ mill-15 ta' Settembru 2015.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Margus RAHUOJA

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Peter MÜLLER


ANNESS

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

Bis-saħħa tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea;

Kull meta l-atti speċifikati f'dan l-Anness ikun fihom referenza għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita mill-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma' dawn tal-aħħar, għall-għan ta' dan il-Ftehim, ir-referenzi għandhom jinftiehmu li japplikaw bl-istess mod għall-Iżvizzera jew għar-rekwiżit ta' rabta mal-Iżvizzera;

Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru tal-Komunità” li ssir referenza għalih f'dawn id-Direttivi u r-Regolamenti Komunitarji għandu jinkludi trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja u li għandu l-post prinċipali tal-kummerċ tiegħu u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju rreġistrat tiegħu, fl-Iżvizzera, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Kull referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

Kull referenza f'dawn it-testi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim.

1.   Il-liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra dwar l-avjazzjoni ċivili

Nru 1008/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità.

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)

Nru 93/104

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bi:

id-Direttiva 2000/34/KE

Nru 437/2003

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru

Nru 1358/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Anness I u II tiegħu

Nru 785/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 793/2004

Nru 2009/12

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25)

Nru 80/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

2.   Ir-regoli dwar il-kompetizzjoni

Nru 1/2003

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)

(Safejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. L-inklużjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-ħidmiet skont dan il-Ftehim)

Nru 773/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008.

Nru 139/2004

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)

(L-Artikoli 1-18, 19(1)-(2) u 20-23)

Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, għandu japplika dan li ġej bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera:

(1)

Fir-rigward ta' konċentrazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fis-sens tal-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament u li tista' tiġi riveduta skont il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' mill-inqas tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament, qabel xi notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea b'dan permezz ta' sottomissjoni motivata sabiex il-Kummissjoni teżamina l-konċentrazzjoni.

(2)

Mingħajr dewmien, il-Kummissjoni Ewropea għandha tressaq is-sottomissjonijiet kollha lill-Konfederazzjoni Żvizzera skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti.

(3)

Meta l-Konfederazzjoni Żvizzera tesprimi nuqqas ta' qbil mat-talba għar-referenza tal-każ, l-awtorità Żvizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha u ma għandhiex tirreferi l-każ skont dan il-paragrafu.

B'referenza għal-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikolu 9(2) u (6) u fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-awtorità Żvizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni d-dokumenti kollha rilevanti skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2).

(2)

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera, il-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikolu 9(2) u (6) u fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom jibdew minn meta d-dokumenti rilevanti jaslu għand l-awtorità Żvizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Nru 802/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (l-Artikoli 1-24), kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013

Nru 2006/111

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi

Nru 487/2009

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru

3.   Is-sikurezza tal-avjazzjoni

Nru 216/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009,

ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2013.

Anki fl-Iżvizzera, l-Aġenzija se jkollha s-setgħat mogħtija lilha bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Anki fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni se tgawdi s-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5) u (7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3) u (5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).

Minkejja l-adattament orizzontali previst fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

F'dan ir-Regolament xejn ma għandu jiġi miftiehem li qed jittrasferixxi lill-EASA l-awtorità li taġixxi f'isem l-Iżvizzera skont il-ftehimiet internazzjonali għal skopijiet differenti għajr biex tgħinha taqdi l-obbligi tagħha skont dawn il-ftehimiet.

Għall-finijiet ta ' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti:

(a)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”;

(ii)

fil-paragrafu 2(a), wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”;

(iii)

fil-paragrafu 2, jitħassru l-punti (b) u (c);

(iv)

jiżdied dan il-paragrafu:

“3.   Kull meta l-Komunità tinnegozja ma' pajjiż terz sabiex tikkonkludi ftehim li jipprovdi li Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta' dak il-pajjiż terz, din għandha tagħmel ħilitha biex tikseb offerta ta' ftehim simili għall-Iżvizzera mal-pajjiż terz konċernat. Min-naħa tagħha, l-Iżvizzera għandha tikkonkludi ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jikkorrispondu ma' dawk tal-Komunità”.

(b)

Fl-Artikolu 29 jiżdied dan il-paragrafu:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

(c)

Fl-Artikolu 30 jiddaħħal dan il-paragrafu:

“Lill-Aġenzija, l-Iżvizzera għandha tapplikalha l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, stabbilit bħala l-Anness A ta' dan l-Anness, skont l-Appendiċi tal-Anness A.”

(d)

Fl-Artikolu 37 jiddaħħal dan il-paragrafu:

“L-Iżvizzera għandha tipparteċipa bis-sħiħ fil-Bord ta' Ġestjoni bl-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief għad-dritt tal-vot”.

(e)

Fl-Artikolu 59 jiżdied dan il-paragrafu:

“12.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b), skont din il-formula:

 

S (0,2/100) + S [1 – (a + b) 0,2/100] c/C

fejn:

S

=

il-parti tal-baġit tal-Aġenzija li mhix koperta mit-tariffi u l-imposti li jissemmew fil-paragrafu 1(c) u (d),

a

=

l-għadd ta' Stati Assoċjati,

b

=

l-għadd ta' Stati Membri tal-UE,

c

=

il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-baġit tal-ICAO,

C

=

il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 61 jiddaħħal dan il-paragrafu:

“Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità fl-Iżvizzera fejn jidħlu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B ta' dan l-Anness.”

(g)

L-Anness II tar-Regolament għandu jkun estiż għal dawn l-inġenji tal-ajru bħala prodotti li jkopri l-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):

 

A/c - [HB-IDJ] — tip CL600-2B19

 

A/c - [HB-IKR, HB-IMY, HB-IWY] — tip Gulfstream G-IV

 

A/c - [HB-IMJ, HB-IVZ, HB-JES] — tip Gulfstream G-V

 

A/c - [HB-XJF, HB-ZCW, HB-ZDF] — tip MD900.

Nru 1108/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE

Nru 1178/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445.

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006,

ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008

Nru 996/2010

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

Nru 2003/42

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-12)

Nru 1321/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta' implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta' tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'depożitu ċentrali ta' tagħrif

Nru 1330/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 2042/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2010,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2010,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2011,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2012

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea.

Nru 2111/2005

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE

Nru 473/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 474/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat l-aħħar bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2014

Nru 1332/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru

Nru 646/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u pagamenti perjodiċi ta' penali skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 748/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014

Nru 965/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140

Nru 2012/780

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

Nru 628/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006

Nru 139/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 319/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007

Nru 452/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 1321/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol

Nru 2015/340

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011

4.   Is-sigurtà tal-avjazzjoni

Nru 300/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002

Nru 272/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013

Nru 1254/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà

Nru 18/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Nru 72/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni

Nru 185/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 573/2010,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 983/2010,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2011,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2011,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2012,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2012,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2013,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2013,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 654/2013,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1103/2013,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1116/2013,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 278/2014,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2014,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/187

Nru 2010/774

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kif emendata bi:

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)2604,

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3572,

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)9139,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)5862,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)8042,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)9407,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)1228,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)5672,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)5880,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)1587,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)2045,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)4180,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)7275,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1200,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1635,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)3870,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)4054,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)561,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)984

Nru 2013/511

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2013 fir-rigward tal-iskrinjar ta' passiġġieri u ta' persuni għajr il-passiġġieri permezz ta' tagħmir għall-Individwazzjoni ta' Traċċi ta' Splussivi (ETD) flimkien ma' Tagħmir li Jinżamm fl-Idejn għall-Individwazzjoni tal-Metall (HHMD)

5.   Il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni se tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kelmiet “fil-livell Komunitarju” jinbidlu bil-kelmiet “fil-livell Komunitarju, inkluża l-Iżvizzera”.

Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

Nru 550/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta' Servizz), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Fil-konfront tal-Iżvizzera, il-Kummissjoni se tgawdi s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”.

(c)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”.

(e)

L-Artikolu 16(3) jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz b'dan, safejn tkun legalment konċernata”.

Nru 551/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Ajru), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni se tgawdi s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 3a, 6 u 10.

Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-Interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament tal-Interoperabbiltà), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni se tgawdi s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”.

(c)

L-Anness III jiġi emendat kif ġej:

Fit-tieni u l-aħħar inċiż tat-taqsima 3, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”.

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta' qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew [traduzzjoni mhux uffiċjali], kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta' tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta' notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta' titjiriet, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009

Nru 730/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008,

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011

Nru 482/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta' garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005

Nru 29/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dan l-adattament:

Fil-Parti A tal-Anness I jiżdiedu l-kelmiet “L-Iżvizzera UIR”.

Nru 262/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta' kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 73/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014

Nru 255/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012

Nru C(2010)/5134

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 dwar il-ħatra ta' Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

Nru 2014/672

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2014 dwar l-estensjoni tad-deżinjazzjoni tal-Korp ta' Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

Nru 176/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali

Nru 677/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 970/2014

Nru 2011/4130

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 dwar in-nomina ta' Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew

Nru 1034/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010

Nru 1035/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2014

Nru 1206/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dan l-adattament:

Fl-Anness I jiżdiedu l-kelmiet “L-Iżvizzera UIR”.

Nru 1207/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014

Nru 923/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340

Nru 1079/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013

Nru 390/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk

Nru 391/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru

Nru 409/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta' proġetti komuni, it-twaqqif ta' governanza u l-identifikazzjoni ta' inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

Nru 2014/132

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019

Nru 716/2014

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

6.   L-ambjent u l-istorbju

Nru 2002/30

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12 u 14-18)

(Għandhom japplikaw l-emendi fl-Anness I li jirriżultaw mill-punt 2 tat-Taqsima G (it-Trasport bl-Ajru) tal-Kapitolu 8 (il-Politika tat-Trasport) tal-Anness II, tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea).

Nru 89/629

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi

(l-Artikoli 1-8)

Nru 2006/93

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

7.   Il-protezzjoni tal-konsumaturi

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż

(l-Artikoli 1-10)

Nru 93/13

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur

(l-Artikoli 1-11)

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 889/2002

Nru 261/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

(l-Artikoli 1-18)

Nru 1107/2006

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru

8.   Mixxellanji

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku

(l-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2))

9.   Annessi

A

:

Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

B

:

Il-kontroll finanzjarju fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri fl-attivitajiet tal-ftehim Ewropew dwar l-avjazzjoni


(1)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.


ANNESS A

PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, skont l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-KEEA), fit-territorji tal-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea u l-KEEA jgawdu dawk il-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom,

QABLU fuq dawn id-dispożizzjonijet, li għandhom jinhemżu mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:

KAPITOLU I

IL-PROPRJETÀ, IL-FONDI, L-ASSI U L-ĦIDMIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Dawn għandhom ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhom ikunu suġġetti għall-ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżenti mit-taxxi diretti kollha.

Kull meta jkun possibbli, il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex ineħħu jew jirrimborżaw l-ammont ta' taxxa indiretta jew ta' taxxa fuq il-bejgħ inkluża fil-prezz tal-proprjetà mobbli jew immobbli, meta għall-użu uffiċjali tagħha l-Unjoni tagħmel xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jkun jinkludi taxxa ta' din ix-xorta. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati biex ifixklu l-kompetizzjoni fl-Unjoni.

L-ebda eżenzjoni ma għandha tingħata fir-rigward ta' taxxi u tariffi oħra dovuti li jammontaw sempliċiment għall-imposti għal servizzi ta' utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, mill-projbizzjonijiet jew mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward ta' oġġetti intenzjonati għall-użu uffiċjali tagħha: ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti importati b'dan il-mod, sew jekk bi ħlas u sew jekk mingħajru, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief b'kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.

L-Unjoni għandha tkun eżenti wkoll minn kull dazju doganali u kull projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U L-LAISSEZ-PASSER

Artikolu 5

Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u t-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, fit-territorju ta' kull Stat Membru, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jgawdu t-trattament mogħti minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u l-komunikazzjonijiet uffiċjali l-oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għaċ-ċensura.

Artikolu 6

Il-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu joħorġu laissez-passer lill-membri u lill-impjegati ta' dawn l-istituzzjonijiet, f'forma li jrid jippreskrivi l-Kunsill b'maġġoranza sempliċi, u din għandha tiġi rikonoxxuta bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Din il-laissez-passer għandha tinħareġ lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħrajn bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet sabiex din il-laissez-passer tiġi rikonoxxuta bħala dokument validu tal-ivvjaġġar fit-territorju ta' pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

IL-MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 7

L-ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta' natura oħra ma għandha tiġi imposta fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

Fir-rigward tal-kontrolli tad-dwana u tal-kambju, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jingħataw:

(a)

mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lill-uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-gvern ta' Stati Membri oħrajn, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lir-rappreżentanti ta' gvernijiet barranin waqt missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi forma ta' inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward ta' opinjonijiet espressi minnhom jew voti li jkunu tefgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 9

Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull miżura ta' detenzjoni u minn proċedimenti legali.

L-immunità għandha tapplika bl-istess mod għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tiġi invokata meta Membru jinqabad fil-fatt iwettaq reat u ma għandhiex iżżomm lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu.

KAPITOLU IV

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI JKUNU QED JIEĦDU SEHEM FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 10

Fil-qadi ta' dmirijiethom u waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqgħu, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom, għandhom igawdu l-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet tas-soltu.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.

KAPITOLU V

L-UFFIĊJALI U L-IMPJEGATI L-OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 11

Fit-territorju ta' kull Stat Membru u tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni:

(a)

soġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati relatati, minn naħa, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħrajn lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tagħha, għandhom igawdu l-immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kariga uffiċjali tagħhom, inkluż il-kliem li jkunu qalu jew kitbu. Dawn ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

(b)

flimkien mal-konjugi tagħhom u mal-membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma għandhomx ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-immigrazzjoni jew għall-formalitajiet tar-reġistrazzjoni ta' persuni barranin;

(c)

fir-rigward tar-regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, għandhom jingħataw l-istess faċilitajiet bħalma s-soltu jingħataw lill-uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

għandhom igawdu d-dritt li jimportaw, mingħajr ebda dazju, l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba fil-pajjiż ikkonċernat u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu dmirijiethom f'dak il-pajjiż, soġġett f'kull każ għall-kundizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-gvern tal-pajjiż fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat;

(e)

għandu jkollhom id-dritt li jimportaw, mingħajr ebda dazju, karozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma ċittadini skont it-termini li jirregolaw is-suq lokali ta' dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, soġġetti f'kull każ għall-kundizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-gvern tal-pajjiż konċernat.

Artikolu 12

L-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura stipulati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jimxu mar-regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

Dawn għandhom ikunu eżenti mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, tat-taxxa fuq il-ġid u tat-taxxa tas-suċċessjoni, u fl-applikazzjoni ta' konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-taxxa doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni li, unikament biex iwettqu dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet tat-taxxa meta jidħlu fis-servizz tal-Unjoni, għandhom jitqiesu, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet tat-taxxa, daqslikieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar, diment li dak il-pajjiż ikun membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjugi, safejn il-konjuġi ma jeżerċitawx separatament xi attività professjonali bi ħlas, u għall-ulied dipendenti fuq il-persuni msemmija f'dan l-Artikolu u li jkunu fir-responsabbiltà tagħhom.

Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qed joqogħdu, għandha tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f'dak il-pajjiż; għall-valutazzjoni ta' dik it-taxxa, dik il-proprjetà għandha titqies li tkun tinsab fil-pajjiż tad-domiċilju għal skopijiet tat-taxxa, soġġetta għad-drittijiet ta' pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali kontra t-taxxa doppja.

Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandux jiqies xi domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi tad-dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

Artikolu 14

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jimxu mar-regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 15

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jimxu mar-regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 u tal-Artikolu 13, kollha kemm huma jew f'parti minnhom.

Minn żmien għal żmien, il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu infurmati bl-ismijiet, bil-gradi u bl-indirizzi tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħrajn inklużi f'dawn il-kategoriji.

KAPITOLU VI

IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TA' MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 16

L-Istat Membru fejn l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi tas-soltu lill-missjonijiet ta' pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni unikament fl-interessi tal-Unjoni.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew lil xi impjegat ieħor kull meta dik l-istituzzjoni jkun jidhrilha li t-tali rinunzja ma tkunx tmur kontra l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 18

Bil-għan li jiġi applikat dan il-Protokoll, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri involuti.

Artikolu 19

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Reġistraturi u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mal-immunità minn proċedimenti legali għall-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-korpi tiegħu, għall-persunal tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Barra minn dan, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkun hemm b'rabta ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew l-istralċ tiegħu ma għandu jagħti lok għall-ebda impożizzjoni. Fl-aħħar nett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-korpi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq id-dħul min-negozju.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-korpi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Barra minn dan, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkun hemm b'rabta ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-korpi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq id-dħul min-negozju.

Appendiċi

Il-proċeduri għall-applikazzjoni fl-Iżvizzera tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

1.   L-estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera

Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) għandha tinftiehem li tapplika bl-istess mod għall-Iżvizzera, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor f'dawn id-dispożizzjonijiet.

2.   L-eżenzjoni tal-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)

L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera ma għandhomx ikunu suġġetti għat-taxxa Żvizzera fuq il-valur miżjud (il-VAT). Fil-każ tal-oġġetti u s-servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT għandha ssir permezz ta' rifużjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u s-servizzi indikat fuq il-fattura jew f'dokument ekwivalenti jkun tal-inqas 100 Frank Żvizzeru (bit-taxxa inkluża).

Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata meta d-Diviżjoni Prinċipali tal-VAT fl-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa tiġi ppreżentata bil-formoli pprovduti mill-Amministrazzjoni Żvizzera għal dan il-għan. Bħala regola, it-talbiet għar-rifużjoni għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur minn meta jkunu tressqu flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa.

3.   Il-proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-persunal tal-Aġenzija

Rigward it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, skont il-prinċipji tal-liġijiet nazzjonali tal-Iżvizzera, din għandha teżenta lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħrajn tal-Aġenzija fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġetti għal taxxa interna b'benefiċċju għaliha.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Iżvizzera ma għandhiex titqies bħala Stat Membru fis-sens tal-punt 1 ta' hawn fuq.

L-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea, mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha kompetenza esklussiva fil-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni u l-persunal tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.


(1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Ir-Regolamenti tal-lstaff) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).


ANNESS B

IL-KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FL-ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, destinatarji ta' pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità jew sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti li huma meħtieġa li jibagħtu abbażi tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni u tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u kull deċiżjoni meħuda skont dawn.

Artikolu 2

Il-kontrolli

1.   Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija fis-26 ta' Marzu 2003, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), kif ukoll skont l-istrumenti l-oħra msemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu li f'kull mument isiru verifiki xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew ta' xorta oħra fis-sedi tagħhom u tas-sottokuntratturi tagħhom minn impjegati tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija jew minn persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija.

2.   Sabiex iwettqu dawn il-verifiki, l-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u l-persuni l-oħrajn awtorizzati minnhom għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, u għall-informazzjoni kollha neċessarja, inkluża dik f'format elettroniku. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi ddikjarat espliċitament fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.

4.   Il-verifiki jistgħu jsiru sa ħames snin wara li tiskadi din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifika għandu jiġi infurmat minn qabel dwar il-verifiki li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhix se tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta' dawn il-verifiki.

Artikolu 3

Il-verifiki fuq il-post

1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (l-OLAF) hija awtorizzata twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).

2.   Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandha tħejjihom u tmexxihom il-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifika jew ma' awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifika, li għandhom jiġu notifikati fil-ħin dwar l-għan, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-kontrolli u tal-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet Żvizzeri kompetenti jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri konċernati jkunu jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jagħmluhom il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Żvizzeri kompetenti b'mod konġunt.

4.   Jekk il-parteċipanti fil-programm jopponu li jsir kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, b'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni biex jaqdu dmirhom u jagħmlu l-kontroll jew l-ispezzjoni fuq il-post.

5.   Mingħajr dewmien, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifika dwar kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li tkun saret taf bih waqt it-twettiq tal-kontroll jew tal-ispezzjoni fuq il-post. F'kull każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli u l-ispezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet Żvizzeri u Komunitarji kompetenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni bejniethom regolarment u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet Żvizzeri kompetenti għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar kull fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih dwar irregolarità marbuta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Il-kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba f'xi forma jew oħra skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni simili bil-leġiżlazzjoni nazzjonali Żvizzera u bid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata lil persuni oħra ħlief lil dawk li, fl-istituzzjonijiet Komunitarji, fl-Istati Membri jew fl-Iżvizzera, jeħtieġ ikunu jafuha minħabba l-funzjonijiet tagħhom, u ma tistax tintuża għal għanijiet oħra ħlief biex tiżgura l-ħarsien effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u penali amministrattivi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali ammistrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet li tieħu l-Aġenzija jew il-Kummissjoni fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni li jkunu jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-Istati, għandhom ikunu eżegwibbli fl-Iżvizzera.

L-ordni tal-infurzar trid tinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li għandha tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni b'dan. L-infurzar għandu jsir skont ir-regoli ta' proċedura Żvizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-infurzar hija soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maqtugħa skont klawżola ta' arbitraġġ huma eżegwibbli bl-istess termini.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.