|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1480 tat-28 ta' Awwissu 2015 li temenda diversi annessi tad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-metodi ta' referenza, il-validazzjoni tad-dejta u s-siti tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fl-ambjent ( 1 ) |
|
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
29.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1479
tat-28 ta' Awwissu 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
173,3 |
|
MK |
36,9 |
|
|
ZZ |
105,1 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
132,0 |
|
ZZ |
132,0 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
147,8 |
|
BO |
152,6 |
|
|
CL |
152,6 |
|
|
TR |
126,0 |
|
|
UY |
147,2 |
|
|
ZA |
155,9 |
|
|
ZZ |
147,0 |
|
|
0806 10 10 |
BA |
74,4 |
|
EG |
201,5 |
|
|
MA |
201,2 |
|
|
MK |
68,3 |
|
|
TR |
147,6 |
|
|
ZZ |
138,6 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
94,8 |
|
BR |
99,5 |
|
|
CL |
139,3 |
|
|
NZ |
140,9 |
|
|
US |
142,3 |
|
|
UY |
170,8 |
|
|
ZA |
120,1 |
|
|
ZZ |
129,7 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
73,8 |
|
CL |
107,2 |
|
|
NZ |
210,1 |
|
|
TR |
128,5 |
|
|
ZA |
141,5 |
|
|
ZZ |
132,2 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
MK |
80,9 |
|
TR |
139,6 |
|
|
ZZ |
110,3 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
58,1 |
|
MK |
51,8 |
|
|
XS |
74,4 |
|
|
ZZ |
61,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
29.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/4 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1480
tat-28 ta' Awwissu 2015
li temenda diversi annessi tad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-metodi ta' referenza, il-validazzjoni tad-dejta u s-siti tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fl-ambjent
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(15) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 4(15) tad-Direttiva 2004/107/KE, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi IV u V. |
|
(2) |
L-Anness IV tad-Direttiva 2004/107/KE jistabbilixxi objettivi tal-kwalità tad-dejta li jeħtieġ li jiġu aġġornati biex ikun hemm aktar ċarezza. |
|
(3) |
L-Anness V tad-Direttiva 2004/107/KE jippreskrivi l-metodi ta' referenza għall-istima tal-konċentrazzjonijiet, u dawn il-metodi għandhom jiġu aġġornati sabiex jirriflettu l-iżvilupp tal-istandards rilevanti. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2008/50/KE, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi I, III, VI u IX. |
|
(5) |
It-taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2008/50/KE tistabbilixxi kriterji ta' assigurazzjoni tal-kwalità għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja tal-ambjent, li jeħtieġ li jiġu ċċarati u kkumplementati b'konsiderazzjoni tal-programmi ta' assigurazzjoni tal-kwalità organizzati miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni u li jintroduċu l-obbligu ta' reviżjoni tas-sistema tal-kontroll tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni kontinwa tal-istrumenti ta' monitoraġġ. |
|
(6) |
It-taqsimiet C u D tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50/KE jistabbilixxu kriterji għal-lokazzjoni ta' punti ta' ġbir ta' kampjuni, li jeħtieġ li jiġu ċċarati u kkumplementati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
|
(7) |
It-taqsima A tal-Anness VI tad-Direttiva 2008/50/KE tistabbilixxi l-metodu ta' referenza għall-kejl ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, li jeħtieġu li jiġu adattati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'kont meħud tal-istandards l-iktar reċenti għall-ġbir ta' kampjuni u l-kejl ta' materja partikulata. |
|
(8) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (4), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jerfgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi IV u V tad-Direttiva 2004/107/KE huma emendati skont l-Anness I ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Annessi I, III, VI, u IX, tad-Direttiva 2008/50/KE huma emendati skont l-Anness II ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jinqraw flimkien ma' dawk tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), b'mod partikolari fir-rigward tal-akkreditazzjoni ta' korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità, u ma jintroduċu ebda deroga jew eċċezzjoni tar-Regolament imsemmi hawn fuq.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Parti Tnejn (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109).
(4) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30),
ANNESS I
Id-Direttiva 2004/107/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-taqsima I tal-Anness IV hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
It-taqsimiet I sa IV tal-Anness V jinbidlu b'dan li ġej: “I. Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 12341:2014. Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 14902:2005 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tal-Pb,Cd,As, u Ni fil-frazzjoni ta' PM10tal-materja partikolata sospiża’. Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq. II. Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja tal-ambjent Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja tal-ambjent huwa deskritt f'EN 12341:2014. Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-benżo(a)piren fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 15549:2008 ‘Il-kwalità tal-arja — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-benżo(a)piren fl-arja tal-ambjent’. Fin-nuqqas ta' metodu standardizzat CEN għall-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(8), l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi standard nazzjonali jew metodi tal-ISO bħall-istandard tal-ISO 12884. Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq. III. Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-merkurju fl-arja tal-ambjent Il-metodu ta' referenza għall-kejl ta' konċentrazzjonijiet tal-merkurju gassuż totali fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 15852:2010 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-merkurju gassuż totali’. Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq. IV. Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tad-depożizzjoni tal-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil huwa dak deskritt f'EN 15841:2009 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb u n-nikil fid-depożizzjoni atmosferika’. Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-merkurju huwa dak deskritt f'EN 15853:2010 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-merkurju’. Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni ta' benżo(a)piren u l-idrokarboni poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(8) huwa dak deskritt f'EN 15980: 2011, ‘Il-kwalità tal-arja. Determinazzjoni tad-depożizzjoni ta' benż[a]antraċen, benżo[b]fluworanten, benżo[j]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, dibenż[a,h]antraċen u indeno[1,2,3-cd]piren’.” |
(1) Imqassam matul in-sena b'mod li jkun rappreżentattiv ta' kundizzjonijet varji fir-rigward tal-klima u l-attivitajiet antropoġeniċi.
(2) Il-kejl indikattiv huwa kejl li jsir b'regolarità mnaqqsa iżda li jissodisfa l-għanijiet l-oħra dwar il-kwalità tad-dejta.”
ANNESS II
Id-Direttiva 2008/50/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-taqsima C tal-Anness I għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “C. Assigurazzjoni tal-kwalità għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja tal-ambjent. Validazzjoni tad-dejta
|
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
It-taqsima A tal-Anness IX tinbidel b'dan li ġej: “A. Numru minimu ta' punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-kejl fiss tal-konċentrazzjonijiet tal-ożonu In-numru minimu tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-kejl fiss kontinwu biex tiġi valutata l-konformità mal-valuri fil-mira, l-objettivi għall-perjodu fit-tul u l-informazzjoni u l-limiti minimi ta' allerta fejn tali kejl huwa s-sors uniku ta' informazzjoni.
|
(1) Mill-inqas stazzjon wieħed (1) f'żoni fejn l-espożizzjoni tal-popolazzjoni għall-ogħla konċentrazzjonijiet tal-ożonu hija probabbli li sseħħ. Fl-agglomerazzjonijiet, mill-anqas 50 % tal-istazzjonijiet għandhom ikunu fiż-żoni suburbani.
(2) Huwa rrakkomandat li jkun hemm stazzjon wieħed (1) għal kull 25 000 km2 għal terran kompless.”
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
29.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/12 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA STABBILITA PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU
tal-20 ta' Awwissu 2015
li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2015/1481]
IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jieħu post l-Anness tal-Ftehim, b'seħħ mill-15 ta' Settembru 2015.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Margus RAHUOJA
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Peter MÜLLER
ANNESS
Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:
|
— |
Bis-saħħa tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea; |
|
— |
Kull meta l-atti speċifikati f'dan l-Anness ikun fihom referenza għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita mill-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma' dawn tal-aħħar, għall-għan ta' dan il-Ftehim, ir-referenzi għandhom jinftiehmu li japplikaw bl-istess mod għall-Iżvizzera jew għar-rekwiżit ta' rabta mal-Iżvizzera; |
|
— |
Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru tal-Komunità” li ssir referenza għalih f'dawn id-Direttivi u r-Regolamenti Komunitarji għandu jinkludi trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja u li għandu l-post prinċipali tal-kummerċ tiegħu u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju rreġistrat tiegħu, fl-Iżvizzera, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Kull referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008; |
|
— |
Kull referenza f'dawn it-testi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim. |
1. Il-liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra dwar l-avjazzjoni ċivili
Nru 1008/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità.
Nru 2000/79
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)
Nru 93/104
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bi:
|
— |
id-Direttiva 2000/34/KE |
Nru 437/2003
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru
Nru 1358/2003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Anness I u II tiegħu
Nru 785/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010 |
Nru 95/93
Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament (KE) Nru 793/2004 |
Nru 2009/12
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti
Nru 96/67
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità
(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25)
Nru 80/2009
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89
2. Ir-regoli dwar il-kompetizzjoni
Nru 1/2003
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)
(Safejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. L-inklużjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-ħidmiet skont dan il-Ftehim)
Nru 773/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008. |
Nru 139/2004
Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)
(L-Artikoli 1-18, 19(1)-(2) u 20-23)
Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, għandu japplika dan li ġej bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera:
|
(1) |
Fir-rigward ta' konċentrazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fis-sens tal-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament u li tista' tiġi riveduta skont il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' mill-inqas tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament, qabel xi notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea b'dan permezz ta' sottomissjoni motivata sabiex il-Kummissjoni teżamina l-konċentrazzjoni. |
|
(2) |
Mingħajr dewmien, il-Kummissjoni Ewropea għandha tressaq is-sottomissjonijiet kollha lill-Konfederazzjoni Żvizzera skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti. |
|
(3) |
Meta l-Konfederazzjoni Żvizzera tesprimi nuqqas ta' qbil mat-talba għar-referenza tal-każ, l-awtorità Żvizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha u ma għandhiex tirreferi l-każ skont dan il-paragrafu. |
B'referenza għal-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikolu 9(2) u (6) u fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-awtorità Żvizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni d-dokumenti kollha rilevanti skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2). |
|
(2) |
Għall-Konfederazzjoni Żvizzera, il-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikolu 9(2) u (6) u fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom jibdew minn meta d-dokumenti rilevanti jaslu għand l-awtorità Żvizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni. |
Nru 802/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (l-Artikoli 1-24), kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 |
Nru 2006/111
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi
Nru 487/2009
Ir-Regolament tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru
3. Is-sikurezza tal-avjazzjoni
Nru 216/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009, |
|
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2013. |
Anki fl-Iżvizzera, l-Aġenzija se jkollha s-setgħat mogħtija lilha bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament.
Anki fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni se tgawdi s-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5) u (7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3) u (5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).
Minkejja l-adattament orizzontali previst fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.
F'dan ir-Regolament xejn ma għandu jiġi miftiehem li qed jittrasferixxi lill-EASA l-awtorità li taġixxi f'isem l-Iżvizzera skont il-ftehimiet internazzjonali għal skopijiet differenti għajr biex tgħinha taqdi l-obbligi tagħha skont dawn il-ftehimiet.
Għall-finijiet ta ' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti:
|
(a) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(b) |
Fl-Artikolu 29 jiżdied dan il-paragrafu: “4. B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.” |
|
(c) |
Fl-Artikolu 30 jiddaħħal dan il-paragrafu: “Lill-Aġenzija, l-Iżvizzera għandha tapplikalha l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, stabbilit bħala l-Anness A ta' dan l-Anness, skont l-Appendiċi tal-Anness A.” |
|
(d) |
Fl-Artikolu 37 jiddaħħal dan il-paragrafu: “L-Iżvizzera għandha tipparteċipa bis-sħiħ fil-Bord ta' Ġestjoni bl-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief għad-dritt tal-vot”. |
|
(e) |
Fl-Artikolu 59 jiżdied dan il-paragrafu: “12. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b), skont din il-formula:
fejn:
|
|
(f) |
Fl-Artikolu 61 jiddaħħal dan il-paragrafu: “Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità fl-Iżvizzera fejn jidħlu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B ta' dan l-Anness.” |
|
(g) |
L-Anness II tar-Regolament għandu jkun estiż għal dawn l-inġenji tal-ajru bħala prodotti li jkopri l-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):
|
Nru 1108/2009
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE
Nru 1178/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445. |
Nru 3922/91
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006, |
|
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 |
Nru 996/2010
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE
Nru 2003/42
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-12)
Nru 1321/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta' implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta' tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'depożitu ċentrali ta' tagħrif
Nru 1330/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Nru 2042/2003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2010, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2010, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2011, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2012 |
Nru 104/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea.
Nru 2111/2005
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE
Nru 473/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali]
Nru 474/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat l-aħħar bi:
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2014 |
Nru 1332/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru
Nru 646/2012
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u pagamenti perjodiċi ta' penali skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Nru 748/2012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014 |
Nru 965/2012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140 |
Nru 2012/780
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE
Nru 628/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006
Nru 139/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Nru 319/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007
Nru 452/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Nru 1321/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol
Nru 2015/340
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011
4. Is-sigurtà tal-avjazzjoni
Nru 300/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002
Nru 272/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013 |
Nru 1254/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà
Nru 18/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
Nru 72/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni
Nru 185/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 573/2010, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 983/2010, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2011, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2011, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2012, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2012, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2013, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2013, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 654/2013, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1103/2013, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1116/2013, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 278/2014, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2014, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/187 |
Nru 2010/774
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kif emendata bi:
|
— |
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)2604, |
|
— |
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3572, |
|
— |
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)9139, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)5862, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)8042, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)9407, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)1228, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)5672, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)5880, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)1587, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)2045, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)4180, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)7275, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1200, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1635, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)3870, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)4054, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)561, |
|
— |
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)984 |
Nru 2013/511
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2013 fir-rigward tal-iskrinjar ta' passiġġieri u ta' persuni għajr il-passiġġieri permezz ta' tagħmir għall-Individwazzjoni ta' Traċċi ta' Splussivi (ETD) flimkien ma' Tagħmir li Jinżamm fl-Idejn għall-Individwazzjoni tal-Metall (HHMD)
5. Il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru
Nru 549/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 |
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni se tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 2, il-kelmiet “fil-livell Komunitarju” jinbidlu bil-kelmiet “fil-livell Komunitarju, inkluża l-Iżvizzera”.
Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.
Nru 550/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta' Servizz), kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 |
Fil-konfront tal-Iżvizzera, il-Kummissjoni se tgawdi s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu emendati kif ġej:
|
(a) |
L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”. |
|
(b) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”. |
|
(c) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”. |
|
(d) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”. |
|
(e) |
L-Artikolu 16(3) jinbidel b'dan li ġej: “3. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz b'dan, safejn tkun legalment konċernata”. |
Nru 551/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Ajru), kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 |
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni se tgawdi s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 3a, 6 u 10.
Nru 552/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-Interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament tal-Interoperabbiltà), kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 |
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni se tgawdi s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 4, 7 u 10(3).
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu emendati kif ġej:
|
(a) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”. |
|
(b) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 4, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”. |
|
(c) |
L-Anness III jiġi emendat kif ġej: Fit-tieni u l-aħħar inċiż tat-taqsima 3, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”. |
Nru 2150/2005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru
Nru 1033/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta' qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew [traduzzjoni mhux uffiċjali], kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013 |
Nru 1032/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta' tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta' notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta' titjiriet, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009 |
Nru 730/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 |
Nru 219/2007
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008, |
|
— |
ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014 |
Nru 633/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011 |
Nru 482/2008
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta' garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005
Nru 29/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310. |
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dan l-adattament:
Fil-Parti A tal-Anness I jiżdiedu l-kelmiet “L-Iżvizzera UIR”.
Nru 262/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta' kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew
Nru 73/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014 |
Nru 255/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 |
Nru C(2010)/5134
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 dwar il-ħatra ta' Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew
Nru 2014/672
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2014 dwar l-estensjoni tad-deżinjazzjoni tal-Korp ta' Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew
Nru 176/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali
Nru 677/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 970/2014 |
Nru 2011/4130
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 dwar in-nomina ta' Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew
Nru 1034/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010
Nru 1035/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, |
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2014 |
Nru 1206/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dan l-adattament:
Fl-Anness I jiżdiedu l-kelmiet “L-Iżvizzera UIR”.
Nru 1207/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014 |
Nru 923/2012
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 |
Nru 1079/2012
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013 |
Nru 390/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk
Nru 391/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru
Nru 409/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta' proġetti komuni, it-twaqqif ta' governanza u l-identifikazzjoni ta' inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru
Nru 2014/132
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019
Nru 716/2014
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru
6. L-ambjent u l-istorbju
Nru 2002/30
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12 u 14-18)
(Għandhom japplikaw l-emendi fl-Anness I li jirriżultaw mill-punt 2 tat-Taqsima G (it-Trasport bl-Ajru) tal-Kapitolu 8 (il-Politika tat-Trasport) tal-Anness II, tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea).
Nru 89/629
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi
(l-Artikoli 1-8)
Nru 2006/93
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)
7. Il-protezzjoni tal-konsumaturi
Nru 90/314
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż
(l-Artikoli 1-10)
Nru 93/13
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur
(l-Artikoli 1-11)
Nru 2027/97
Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament (KE) Nru 889/2002 |
Nru 261/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91
(l-Artikoli 1-18)
Nru 1107/2006
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru
8. Mixxellanji
Nru 2003/96
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku
(l-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2))
9. Annessi
|
A |
: |
Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea |
|
B |
: |
Il-kontroll finanzjarju fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri fl-attivitajiet tal-ftehim Ewropew dwar l-avjazzjoni |
ANNESS A
PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, skont l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-KEEA), fit-territorji tal-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea u l-KEEA jgawdu dawk il-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom,
QABLU fuq dawn id-dispożizzjonijet, li għandhom jinhemżu mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:
KAPITOLU I
IL-PROPRJETÀ, IL-FONDI, L-ASSI U L-ĦIDMIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 1
L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Dawn għandhom ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhom ikunu suġġetti għall-ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 2
L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.
Artikolu 3
L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżenti mit-taxxi diretti kollha.
Kull meta jkun possibbli, il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex ineħħu jew jirrimborżaw l-ammont ta' taxxa indiretta jew ta' taxxa fuq il-bejgħ inkluża fil-prezz tal-proprjetà mobbli jew immobbli, meta għall-użu uffiċjali tagħha l-Unjoni tagħmel xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jkun jinkludi taxxa ta' din ix-xorta. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati biex ifixklu l-kompetizzjoni fl-Unjoni.
L-ebda eżenzjoni ma għandha tingħata fir-rigward ta' taxxi u tariffi oħra dovuti li jammontaw sempliċiment għall-imposti għal servizzi ta' utilità pubblika.
Artikolu 4
L-Unjoni għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, mill-projbizzjonijiet jew mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward ta' oġġetti intenzjonati għall-użu uffiċjali tagħha: ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti importati b'dan il-mod, sew jekk bi ħlas u sew jekk mingħajru, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief b'kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.
L-Unjoni għandha tkun eżenti wkoll minn kull dazju doganali u kull projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.
KAPITOLU II
KOMUNIKAZZJONIJIET U L-LAISSEZ-PASSER
Artikolu 5
Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u t-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, fit-territorju ta' kull Stat Membru, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jgawdu t-trattament mogħti minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.
Il-korrispondenza uffiċjali u l-komunikazzjonijiet uffiċjali l-oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għaċ-ċensura.
Artikolu 6
Il-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu joħorġu laissez-passer lill-membri u lill-impjegati ta' dawn l-istituzzjonijiet, f'forma li jrid jippreskrivi l-Kunsill b'maġġoranza sempliċi, u din għandha tiġi rikonoxxuta bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Din il-laissez-passer għandha tinħareġ lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħrajn bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet sabiex din il-laissez-passer tiġi rikonoxxuta bħala dokument validu tal-ivvjaġġar fit-territorju ta' pajjiżi terzi.
KAPITOLU III
IL-MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Artikolu 7
L-ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta' natura oħra ma għandha tiġi imposta fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.
Fir-rigward tal-kontrolli tad-dwana u tal-kambju, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jingħataw:
|
(a) |
mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lill-uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji; |
|
(b) |
mill-gvern ta' Stati Membri oħrajn, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lir-rappreżentanti ta' gvernijiet barranin waqt missjonijiet uffiċjali temporanji. |
Artikolu 8
Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi forma ta' inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward ta' opinjonijiet espressi minnhom jew voti li jkunu tefgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.
Artikolu 9
Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu:
|
(a) |
fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament tagħhom; |
|
(b) |
fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull miżura ta' detenzjoni u minn proċedimenti legali. |
L-immunità għandha tapplika bl-istess mod għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.
L-immunità ma tistax tiġi invokata meta Membru jinqabad fil-fatt iwettaq reat u ma għandhiex iżżomm lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu.
KAPITOLU IV
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI JKUNU QED JIEĦDU SEHEM FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 10
Fil-qadi ta' dmirijiethom u waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqgħu, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom, għandhom igawdu l-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet tas-soltu.
Dan l-Artikolu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.
KAPITOLU V
L-UFFIĊJALI U L-IMPJEGATI L-OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 11
Fit-territorju ta' kull Stat Membru u tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni:
|
(a) |
soġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati relatati, minn naħa, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħrajn lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tagħha, għandhom igawdu l-immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kariga uffiċjali tagħhom, inkluż il-kliem li jkunu qalu jew kitbu. Dawn ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom; |
|
(b) |
flimkien mal-konjugi tagħhom u mal-membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma għandhomx ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-immigrazzjoni jew għall-formalitajiet tar-reġistrazzjoni ta' persuni barranin; |
|
(c) |
fir-rigward tar-regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, għandhom jingħataw l-istess faċilitajiet bħalma s-soltu jingħataw lill-uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
(d) |
għandhom igawdu d-dritt li jimportaw, mingħajr ebda dazju, l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba fil-pajjiż ikkonċernat u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu dmirijiethom f'dak il-pajjiż, soġġett f'kull każ għall-kundizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-gvern tal-pajjiż fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat; |
|
(e) |
għandu jkollhom id-dritt li jimportaw, mingħajr ebda dazju, karozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma ċittadini skont it-termini li jirregolaw is-suq lokali ta' dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, soġġetti f'kull każ għall-kundizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-gvern tal-pajjiż konċernat. |
Artikolu 12
L-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura stipulati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jimxu mar-regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati.
Dawn għandhom ikunu eżenti mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni.
Artikolu 13
Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, tat-taxxa fuq il-ġid u tat-taxxa tas-suċċessjoni, u fl-applikazzjoni ta' konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-taxxa doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni li, unikament biex iwettqu dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet tat-taxxa meta jidħlu fis-servizz tal-Unjoni, għandhom jitqiesu, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet tat-taxxa, daqslikieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar, diment li dak il-pajjiż ikun membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjugi, safejn il-konjuġi ma jeżerċitawx separatament xi attività professjonali bi ħlas, u għall-ulied dipendenti fuq il-persuni msemmija f'dan l-Artikolu u li jkunu fir-responsabbiltà tagħhom.
Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qed joqogħdu, għandha tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f'dak il-pajjiż; għall-valutazzjoni ta' dik it-taxxa, dik il-proprjetà għandha titqies li tkun tinsab fil-pajjiż tad-domiċilju għal skopijiet tat-taxxa, soġġetta għad-drittijiet ta' pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali kontra t-taxxa doppja.
Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandux jiqies xi domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi tad-dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.
Artikolu 14
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jimxu mar-regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni.
Artikolu 15
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jimxu mar-regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 u tal-Artikolu 13, kollha kemm huma jew f'parti minnhom.
Minn żmien għal żmien, il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu infurmati bl-ismijiet, bil-gradi u bl-indirizzi tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħrajn inklużi f'dawn il-kategoriji.
KAPITOLU VI
IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TA' MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 16
L-Istat Membru fejn l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi tas-soltu lill-missjonijiet ta' pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.
KAPITOLU VII
ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 17
Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni unikament fl-interessi tal-Unjoni.
Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew lil xi impjegat ieħor kull meta dik l-istituzzjoni jkun jidhrilha li t-tali rinunzja ma tkunx tmur kontra l-interessi tal-Unjoni.
Artikolu 18
Bil-għan li jiġi applikat dan il-Protokoll, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri involuti.
Artikolu 19
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.
Artikolu 20
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Reġistraturi u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mal-immunità minn proċedimenti legali għall-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.
Artikolu 21
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-korpi tiegħu, għall-persunal tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.
Barra minn dan, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkun hemm b'rabta ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew l-istralċ tiegħu ma għandu jagħti lok għall-ebda impożizzjoni. Fl-aħħar nett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-korpi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq id-dħul min-negozju.
Artikolu 22
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-korpi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Barra minn dan, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkun hemm b'rabta ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-korpi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq id-dħul min-negozju.
Appendiċi
Il-proċeduri għall-applikazzjoni fl-Iżvizzera tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea
1. L-estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera
Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) għandha tinftiehem li tapplika bl-istess mod għall-Iżvizzera, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor f'dawn id-dispożizzjonijiet.
2. L-eżenzjoni tal-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)
L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera ma għandhomx ikunu suġġetti għat-taxxa Żvizzera fuq il-valur miżjud (il-VAT). Fil-każ tal-oġġetti u s-servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT għandha ssir permezz ta' rifużjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u s-servizzi indikat fuq il-fattura jew f'dokument ekwivalenti jkun tal-inqas 100 Frank Żvizzeru (bit-taxxa inkluża).
Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata meta d-Diviżjoni Prinċipali tal-VAT fl-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa tiġi ppreżentata bil-formoli pprovduti mill-Amministrazzjoni Żvizzera għal dan il-għan. Bħala regola, it-talbiet għar-rifużjoni għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur minn meta jkunu tressqu flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa.
3. Il-proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-persunal tal-Aġenzija
Rigward it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, skont il-prinċipji tal-liġijiet nazzjonali tal-Iżvizzera, din għandha teżenta lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħrajn tal-Aġenzija fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġetti għal taxxa interna b'benefiċċju għaliha.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Iżvizzera ma għandhiex titqies bħala Stat Membru fis-sens tal-punt 1 ta' hawn fuq.
L-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea, mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha kompetenza esklussiva fil-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni u l-persunal tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
(1) Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Ir-Regolamenti tal-lstaff) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
ANNESS B
IL-KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FL-ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI
Artikolu 1
Komunikazzjoni diretta
L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, destinatarji ta' pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità jew sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti li huma meħtieġa li jibagħtu abbażi tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni u tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u kull deċiżjoni meħuda skont dawn.
Artikolu 2
Il-kontrolli
1. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija fis-26 ta' Marzu 2003, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), kif ukoll skont l-istrumenti l-oħra msemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu li f'kull mument isiru verifiki xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew ta' xorta oħra fis-sedi tagħhom u tas-sottokuntratturi tagħhom minn impjegati tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija jew minn persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija.
2. Sabiex iwettqu dawn il-verifiki, l-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u l-persuni l-oħrajn awtorizzati minnhom għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, u għall-informazzjoni kollha neċessarja, inkluża dik f'format elettroniku. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi ddikjarat espliċitament fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.
3. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.
4. Il-verifiki jistgħu jsiru sa ħames snin wara li tiskadi din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.
5. L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifika għandu jiġi infurmat minn qabel dwar il-verifiki li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhix se tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta' dawn il-verifiki.
Artikolu 3
Il-verifiki fuq il-post
1. Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (l-OLAF) hija awtorizzata twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).
2. Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandha tħejjihom u tmexxihom il-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifika jew ma' awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifika, li għandhom jiġu notifikati fil-ħin dwar l-għan, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-kontrolli u tal-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet Żvizzeri kompetenti jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.
3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri konċernati jkunu jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jagħmluhom il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Żvizzeri kompetenti b'mod konġunt.
4. Jekk il-parteċipanti fil-programm jopponu li jsir kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, b'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni biex jaqdu dmirhom u jagħmlu l-kontroll jew l-ispezzjoni fuq il-post.
5. Mingħajr dewmien, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifika dwar kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li tkun saret taf bih waqt it-twettiq tal-kontroll jew tal-ispezzjoni fuq il-post. F'kull każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli u l-ispezzjonijiet.
Artikolu 4
Informazzjoni u konsultazzjoni
1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet Żvizzeri u Komunitarji kompetenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni bejniethom regolarment u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet.
2. L-awtoritajiet Żvizzeri kompetenti għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar kull fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih dwar irregolarità marbuta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Il-kunfidenzjalità
L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba f'xi forma jew oħra skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni simili bil-leġiżlazzjoni nazzjonali Żvizzera u bid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata lil persuni oħra ħlief lil dawk li, fl-istituzzjonijiet Komunitarji, fl-Istati Membri jew fl-Iżvizzera, jeħtieġ ikunu jafuha minħabba l-funzjonijiet tagħhom, u ma tistax tintuża għal għanijiet oħra ħlief biex tiżgura l-ħarsien effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.
Artikolu 6
Miżuri u penali amministrattivi
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali ammistrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5).
Artikolu 7
Irkupru u infurzar
Id-deċiżjonijiet li tieħu l-Aġenzija jew il-Kummissjoni fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni li jkunu jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-Istati, għandhom ikunu eżegwibbli fl-Iżvizzera.
L-ordni tal-infurzar trid tinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li għandha tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni b'dan. L-infurzar għandu jsir skont ir-regoli ta' proċedura Żvizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-infurzar hija soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maqtugħa skont klawżola ta' arbitraġġ huma eżegwibbli bl-istess termini.
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(3) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.