ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 224

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
27 ta' Awwissu 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1428 tal-25 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-unitajiet tat-tidwil li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz direzzjonali, bozoz b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta' Awwissu 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1430 tas-26 ta' Awwissu 2015 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jambon de Lacaune (IĠP)]

35

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1431 tas-26 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

37

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1432 tal-25 ta' Awwissu 2015 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja u għal-Litwanja (notifikata bid-dokument C(2015) 6031)  ( 1 )

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1428

tal-25 ta' Awwissu 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-unitajiet tat-tidwil li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz direzzjonali, bozoz b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni hija meħtieġa li twettaq reviżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 (2) fid-dawl tal-progress teknoloġiku, b'innutar partikolari tal-iżvilupp tal-bejgħ ta' tipi ta' bozoz b'użu speċjali sabiex tivverifika li dawn ma jintużawx għal skopijiet ġenerali ta' tidwil, u tal-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda bħal LEDs u tal-fattibbiltà tal-istabbiliment ta' rekwiżiti għall-effiċjenza tal-enerġija fil-livell tal-klassi “A” kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE (3).

(2)

Skont ix-xhieda mressqa fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 244/2009, ma jidhirx li huwa ekonomikament fattibbli għall-manifatturi li jiżviluppaw u jqiegħdu fis-suq mill-1 ta' Settembru 2016 'l quddiem, bozoz tal-aloġenu b'vultaġġ tal-mains li jilħqu l-limitu ffissat għall-“istadju 6” fit-Tabella 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 rigward il-potenza nominali massima għal fluss ta' luminożità nominali partikolari. Valutazzjoni tal-iżviluppi mistennija fl-użu ta' teknoloġiji tat-tidwil effiċjenti fl-enerġija tindika li waqt aktar ottimu għall-introduzzjoni ta' dak il-limitu jkun l-1 ta' Settembru 2018.

(3)

Sabiex il-benefiċċji ambjentali jilħqu l-massimu tagħhom u jitnaqqsu kwalunkwe impatti ekonomiċi negattivi għall-utent, huwa neċessarju li d-disinni tal-unitajiet tat-tidwil tal-futur jiġu meħtieġa li jkunu kompatibbli ma' soluzzjonijiet tat-tidwil effiċjenti fl-enerġija. Ir-riskju li “neħlu” ma' teknoloġiji qodma, li ma jibqgħux jintużaw, għandu jiġi mminimizzat billi jiġi żgurat li l-unitajiet tat-tidwil li jitqiegħdu fis-suq ikunu kompletament kompatibbli ma' bozoz effiċjenti ħafna li ta' mill-inqas jissodisfaw il-klassi ta' effiċjenza enerġetika “A+” skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (4).

(4)

Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 244/2009 wriet il-ħtieġa li jitwettqu aġġornament u kjarifika tad-definizzjoni ta' bozoz b'użu speċjali, bil-għan li jitnaqqas l-użu ta' bozoz b'użu speċjali f'applikazzjonijiet ta' tidwil ġenerali u li r-rekwiżiti jiġu adattati għall-iżviluppi teknoloġiċi. Ir-rekwiżiti regolatorji għandhom jiffaċilitaw aktar l-użu tal-iżjed taħlita ta' dawl effiċjenti fl-enerġija għal kull talba speċifika.

(5)

Huwa meħtieġ li tkun żgurata koerenza bejn ir-Regolament (KE) Nru 244/2009 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 (5) fir-rigward tad-definizzjoni u r-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar il-prodott għal prodotti b'użu speċjali, u dan jista' jinkiseb l-aħjar permezz ta' emenda kombinata taż-żewġ Regolamenti. Din għandha tissimplifika l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji għall-manifatturi u l-fornituri, u tappoġġja sorveljanza effettiva tas-suq mill-awtoritajiet nazzjonali.

(6)

Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 244/2009 tikkonkludi li l-fattibilità li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-effiċjenza tal-enerġija fil-livell tal-klassi “A” jew ogħla għandha tiġi mistħarrġa permezz ta' studju ta' segwitu bir-reqqa, li għandu wkoll jevalwa l-fattibbiltà ta' żieda ta' rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika għall-prodotti koperti fir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 (6) u r-Regolament (UE) Nru 1194/2012, li twessa' il-kamp ta' applikazzjoni ta' kull wieħed minnhom biex jiġi ottimizzat it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, u jitwaħħdu it-tliet regolamenti kollha f'miżura ta' implimentazzjoni waħda, koerenti dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tidwil.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 245/2009 jidentifika l-enerġija fil-fażi tal-użu kif ukoll il-kontenut ta' merkurju tal-bozoz bħala l-għan sinifikanti tiegħu. Għalhekk, rekwiżiti tal-prestazzjoni ta' prodott għall-bozoz jew mingħajr rekwiżiti tal-effikaċja tal-prodott inkella dwar il-kontenut tal-merkurju jirriżultaw f'piż regolatorju bla ħtieġa, u jafu jwasslu għal tneħħija gradwali tal-prodott għal raġunijiet mhux sinifikanti. L-emendar tal-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ta' prodott bil-għan li jkun hemm konformità mal-kamp ta' applikazzjoni tal-għan sinifikanti tar-Regolament għandu għalhekk itejjeb l-adegwatezza regolatorja.

(8)

B'qies tal-ħtiġijiet għar-reviżjoni tar-regolamenti dwar l-ekodisinn marbut mat-tidwil u dwar it-tikkettar enerġetiku, ikun xieraq li fost ħwejjeġ oħra jitqiesu mill-ġdid l-eżenzjoni tal-bozoz b'fissaġġ tat-tipi G9 u R7s, u r-rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni tal-enerġija tal-bozoz.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 244/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 244/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (4) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.

‘bozza b'użu speċjali’ tfisser bozza li tuża t-teknoloġiji koperti minn dan ir-Regolament iżda mhix maħsuba għall-użu fl-applikazzjonijiet speċjali minħabba l-parametri tekniċi tagħha kif deskritti fid-dokumentazzjoni teknika. Applikazzjonijiet speċjali huma dawk li jesiġu parametri tekniċi mhux meħtieġa għall-finijiet ta' tidwil ta' xeni jew oġġetti komuni f'ċirkostanzi normali. Dawn l-applikazzjonijet huma tat-tipi li ġejjin:

(a)

applikazzjonijiet fejn l-użu ewlieni tad-dawl mhuwiex it-tidwil, bħal

(i)

l-emissjoni ta' dawl bħala aġent fi proċess kimiku jew bijoloġiku (bħall-polimerizzazzjoni, id-dawl ultravjola użat għal fejqan/tnixxif/twebbis, it-terapija fotodinamika, l-ortikultura, il-kura tal-annimali domestiċi, il-prodotti kontra l-insetti);

(ii)

il-qbid tal-immaġni u l-projezzjoni ta' immaġini (bħal torċijiet, magni ta' fotokopjar, retroprojetturi);

(iii)

it-tisħin (bozoz infraħomor);

(iv)

is-sinjalar (bħall-kontroll tat-traffiku jew bozoz tal-mitjar);

(b)

applikazzjoni tat-tidwil fejn

(i)

id-distribuzzjoni spettrali tad-dawl hija maħsuba biex tbiddel id-dehra tax-xena mdawla jew l-oġġett imdawwal, kif ukoll biex tagħmilhom viżibbli (bħal tidwil ta' wiri tal-ikel jew bozoz ikkuluriti kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Anness I), bl-eċċezzjoni tal-varjazzjonijiet fit-temperatura tal-kulur ikkorrelatata; jew

(ii)

id-distribuzzjoni spettrali tad-dawl hija aġġustata għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' tagħmir tekniku partikolari, kif ukoll biex tagħmel ix-xena jew l-oġġett viżibbli għall-bnedmin (bħat-tidwil ta' studjo, tidwil ta' effett ta' spettaklu, tiwdil tat-teatri); jew

(iii)

ix-xena mdawla jew l-oġġett imdawwal jesiġu protezzjoni speċjali mill-effetti negattivi tas-sors tad-dawl (bħat-tidwil b'filtri attaposta għal pazjenti fotosensittivi jew eżibizzjonijiet fotosensittivi fil-mużewijiet); jew

(iv)

it-tidwil huwa meħtieġ biss għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza (bħal luminarji ta' tidwil ta' emerġenza jew tagħmir ta' kontroll għal tidwil ta' emerġenza); jew

(v)

il-prodotti ta' tidwil iridu jirreżistu l-kundizzjonijiet fiżiċi estremi (bħal vibrazzjonijiet jew temperaturi taħt – 20 °C jew ogħla minn 50 °C);

Bozoz inkandexxenti itwal minn 60 mm mhumiex bozoz b'użu speċjali, jekk ikunu reżistenti biss għal ċaqliq vjolenti jew vibrazzjonijiet mekkaniċi u ma jkunux bozoz inkandexxenti tas-sinjalar tat-traffiku; jew li għandhom potenza nominali ogħla minn 25 W u jiddikjaraw li għandhom karatteristiċi speċifiċi li huma wkoll preżenti f'bozoz ta' klassijiet ta' effiċjenza enerġetika ogħla skont ir-Regolament (UE) Nru 874/2012 (bħal emissjonijiet żero EMC, valur CRI ogħla jew ugwali għal 95, u emissjonijiet tal-UV anqas minn jew daqs 2 mW kull 1 000 lm);”

(b)

il-punt (9) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“9.

‘bozza aloġena tat-tungstenu’ tfisser bozza bil-filament li fiha l-filament huwa magħmul mit-tungstenu u huwa mdawwar b'gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġeni f'bozza mmanifatturata mill-kwarz jew mill-ħġieġ iebes, li tista tiġi mmuntata f'envelopp sekondarju. Il-provvista tal-elettriku tagħhom tista' tkun ġejja minn provvista integrata;”

(c)

il-punt 19 jiżdied, kif ġej:

“19.

‘bozza għas-sinjalar tat-traffiku inkandexxenti’ tfisser bozza inkandexxenti b'vultaġġ nominali ogħla minn 60 V, u rata ta' falliment ta' inqas minn 2 % matul l-ewwel 1 000 siegħa ta' tħaddim.”

2.

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   Bozoz tad-dar nondirezzjonali għandhom jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.

Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu japplika skont l-istadji li ġejjin:

 

Stadju 1: 1 ta' Settembru 2009,

 

Stadju 2: 1 ta' Settembru 2010,

 

Stadju 3: Il-Ħamis, 1 ta' Settembru 2011,

 

Stadju 4: Is-Sibt, 1 ta' Settembru 2012,

 

Stadju 5: 1 ta' Settembru 2013,

 

Stadju 6: 1 ta' Settembru 2018.

Sakemm rekwiżit ma jinbidilx b'rekwiżit ieħor jew dan jiġi speċifikat b'xi mod ieħor, għandu jkompli japplika flimkien mar-rekwiżiti l-oħrajn li jiġu introdotti fi stadji iktar ′il quddiem.

2.   Il-bozoz b'għan speċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Jekk il-koordinati tal-kromatiċità ta' bozza jaqgħu dejjem fil-medda li ġejja:

 

x < 0,270 or x > 0,530

 

y < – 2,3172 x2 + 2,3653 x – 0,2199 or y > – 2,3172 x2 + 2,3653 x – 0,1595;

il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jiġu ddikjarati fil-fajl ta' dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, li għandu jindika li, minħabba dawn il-koordinati, il-bozoz jitqiesu bħala bozza b'użu speċjali

(b)

Għall-bozoz kollha b'użu speċjali, l-użu maħsub għandu jitniżżel f'kull għamla ta' informazzjoni dwar il-prodott, flimkien ma' twissija li mhumiex maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet oħra.

Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandu jelenka l-parametri tekniċi li, permezz tagħhom, id-disinn tal-bozza jkun speċifiku għall-użu maħsub iddikjarat.

Jekk meħtieġ, il-parametri jistgħu jiġu elenkati b'tali mod li jevita l-iżvelar ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur.

Jekk il-bozza tintwera b'mod viżibbli lill-utenti aħħarin qabel tinxtara, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi indikata wkoll b'mod ċar u prominenti fuq l-imballaġġ:

(i)

l-użu maħsub;

(ii)

li mhix adattata għall-illuminazzjoni ta' kamra ta' dar; kif ukoll

(iii)

il-parametri tekniċi li jagħmlu d-disinn tal-bozza speċifiku għall-għan maħsub iddikjarat;

Alternattivament, l-informazzjoni msemmija fil-punt (iii) tista' tiġi pprovduta ġewwa l-imballaġġ.”

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 245/2009

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 245/2009 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1194/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 1194/2012 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (4) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.

‘prodott b'użu speċjali’ tfisser prodott li juża t-teknoloġiji koperti minn dan ir-Regolament iżda mhuwiex maħsub għall-użu fl-applikazzjonijiet speċjali minħabba l-parametri tekniċi tiegħu kif deskritti fid-dokumentazzjoni teknika. Applikazzjonijiet speċjali huma dawk li jesiġu parametri tekniċi mhux meħtieġa għall-finijiet ta' tidwil ta' xeni jew oġġetti komuni f'ċirkostanzi normali. Dawn l-applikazzjonijet huma tat-tipi li ġejjin:

(a)

applikazzjonijiet fejn l-użu ewlieni tad-dawl mhuwiex it-tidwil, bħal

(i)

l-emissjoni ta' dawl bħala aġent fi proċess kimiku jew bijoloġiku (bħall-polimerizzazzjoni, id-dawl ultravjola użat għal fejqan/tnixxif/twebbis, it-terapija fotodinamika, l-ortikultura, il-kura tal-annimali domestiċi, il-prodotti kontra l-insetti);

(ii)

il-qbid tal-immaġni u l-projezzjoni ta' immaġini (bħal torċijiet, magni ta' fotokopjar, retroprojetturi);

(iii)

it-tisħin (bozoz infraħomor);

(iv)

is-sinjalar (bħall-kontroll tat-traffiku jew bozoz tal-mitjar);

(b)

applikazzjoni tat-tidwil fejn

(i)

id-distribuzzjoni spettrali tad-dawl hija maħsuba biex tbiddel id-dehra tax-xena mdawla jew l-oġġett imdawwal, kif ukoll biex tagħmilhom viżibbli (bħal tidwil ta' wiri tal-ikel jew bozoz ikkuluriti kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Anness I), bl-eċċezzjoni tal-varjazzjonijiet fit-temperatura tal-kulur ikkorrelatata; jew

(ii)

id-distribuzzjoni spettrali tad-dawl hija aġġustata għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' tagħmir tekniku partikolari, kif ukoll biex tagħmel ix-xena jew l-oġġett viżibbli għall-bnedmin (bħat-tidwil ta' studjo, tidwil ta' effett ta' spettaklu, tiwdil tat-teatri); jew

(iii)

ix-xena mdawla jew l-oġġett imdawwal jesiġu protezzjoni speċjali mill-effetti negattivi tas-sors tad-dawl (bħat-tidwil b'filtri attaposta għal pazjenti fotosensittivi jew eżibizzjonijiet fotosensittivi fil-mużewijiet); jew

(iv)

it-tidwil huwa meħtieġ biss għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza (bħal luminarji ta' tidwil ta' emerġenza jew tagħmir ta' kontroll għal tidwil ta' emerġenza); jew

(v)

il-prodotti ta' tidwil iridu jirreżistu l-kundizzjonijiet fiżiċi estremi (bħal vibrazzjonijiet jew temperaturi taħt – 20 °C jew ogħla minn 50 °C);

Bozoz inkandexxenti itwal minn 60 mm mhumiex prodotti għal użu speċjali, jekk ikunu reżistenti biss għal ċaqliq vjolenti jew vibrazzjonijiet mekkaniċi u ma jkunux bozoz inkandexxenti tas-sinjalar tat-traffiku; jew li għandhom potenza nominali ogħla minn 25 W u jiddikjaraw li għandhom karatteristiċi speċifiċi li huma wkoll preżenti f'bozoz ta' klassijiet ta' effiċjenza enerġetika ogħla skont ir-Regolament (UE) Nru 874/2012 (bħal emissjonijiet żero EMC, valur CRI ogħla jew ugwali għal 95, u emissjonijiet tal-UV anqas minn jew daqs 2 mW kull 1 000 lm);”

(b)

il-punt (28) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“28.

‘unità tat-tidwil’ tfisser prodott li jiddistribwixxi, jiffiltra jew jittrasforma d-dawl li jgħaddi minn bozza waħda jew aktar li jinkludi l-partijiet kollha meħtieġa biex isostnu, jiffissaw u jipproteġu l-bozoz u, fejn meħtieġ, ċirkwiti awżiljarji flimkien mal-mezzi għall-konnessjoni tagħhom mal-provvista tal-elettriku. Jekk l-iskop primarju ta' prodott mhuwiex it-tidwil u l-prodott huwa dipendenti fuq input ta' enerġija għall-issodisfar tal-użu primarju tiegħu waqt l-użu (bħal friġġijiet, magni tal-ħjata, endoskopji, analizzaturi tad-demm) dan ma jitqiesx bħala unità ta' tidwil għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;”

(c)

il-punt (31) jiżdied, kif ġej:

“31.

‘bozza għas-sinjalar tat-traffiku inkandexxenti’ tfisser bozza inkandexxenti b'vultaġġ nominali ogħla minn 60 V, u rata ta' falliment ta' inqas minn 2 % matul l-ewwel 1 000 siegħa ta' tħaddim.”

2.

L-Annessi I, III u IV huma emendati kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda (ĠU L 76, 24.3.2009, p. 3).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE tas-27 ta' Jannar 1998 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward tat-tikketti għall-enerġija ta' bozoz tad-dar (ĠU L 71, 10.3.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz direzzjonali, bozoz b'dajowd li jemetti d-dawl u tagħmir relatat (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-unitajiet tat-tidwil li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 24.3.2009, p. 17).


ANNESS I

Emenda fl-Annessi I u III tar-Regolament (KE) Nru 245/2009

1.

Fl-Anness III, il-punt 1.2 (B), l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja b'rekwiżiti tal-effikaċja tal-bozoz għandu jkollhom tal-anqas il-fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza u l-fatturi ta' sopravivenza tal-bozza fit-Tabella 13:

Tabella 13

Fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza & fatturi ta' sopravivenza tal-bozza għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja — Stadju 2

Kategorija tal-bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja u sigħat jixegħlu għall-kejl

Fattur ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza

Fattur ta' sopravivenza tal-bozza

P ≤ 75 W

LLMF u LSF imkejla wara 12 000 siegħa mixgħula

Ra ≤ 60

> 0,80

> 0,90

Ra > 60

> 0,75

> 0,75

il-bozoz kollha retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja

> 0,75

> 0,80

P > 75 W ≤ 605 W

LLMF u LSF imkejla wara 16 000 siegħa mixgħula

Ra ≤ 60

> 0,85

> 0,90

Ra > 60

> 0,70

> 0,65

il-bozoz kollha retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja

> 0,75

> 0,55

Ir-rekwiżiti fit-Tabella 13 għall-bozoz retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja għandhom japplikaw sa 6 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.”

2.

Fl-Anness III, il-punt 1.2 (C) jinbidel b'dan li ġej:

“C.   Rekwiżiti tat-tielet stadju

Tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-bozoz tal-alid tal-metall b'rekwiżiti tal-effikaċja tal-bozoz għandu jkollhom tal-anqas il-fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza u l-fatturi ta' sopravivenza tal-bozza fit-Tabella 14:

Tabella 14

Fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza u fatturi ta' sopravivenza tal-bozza għal bozoz tal-alid tal-metall — Stadju 3

Sigħat mixgħula

Fattur ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza

Fattur ta' sopravivenza tal-bozza

12 000

> 0,80

> 0,80”


ANNESS II

Emendi għall-Annessi I, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 1194/2012

1.

Fl-Anness I, il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

Għall-prodotti kollha b'użu speċjali, l-użu maħsub għandu jitniżżel f'kull għamla ta' informazzjoni dwar il-prodott, flimkien ma' twissija li mhumiex maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet oħra.

Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandu jelenka l-parametri tekniċi li, permezz tagħhom, id-disinn tal-prodott ikun speċifiku għall-użu maħsub iddikjarat.

Jekk meħtieġ, il-parametri jistgħu jiġu elenkati b'tali mod li jevita l-iżvelar ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur.

Jekk il-prodott jintwera b'mod viżibbli lill-utenti aħħarin qabel jinxtara l-prodott, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi indikata b'mod ċar u prominenti fuq l-imballaġġ:

(a)

l-użu maħsub;

(b)

li mhuwiex adattat għall-illuminazzjoni ta' kamra ta' dar; kif ukoll

(c)

il-parametri tekniċi li jagħmlu d-disinn tal-bozza speċifiku għall-għan maħsub iddikjarat.

Alternattivament, l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tista' tiġi pprovduta ġewwa l-imballaġġ.”

2.

Fl-Anness III, il-punt 2.3 jiġi mibdul b'dan li ġej:

“2.3   Rekwiżit ta' funzjonalità għal tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mains u l-bozoz

(a)

Sa mill-istadju 2, tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mains u l-bozoz għandu jikkonforma mar-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kompatibbiltà mal-bozoz li l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tagħhom (ikkalkulat kemm għall-bozoz direzzjonali u l-bozoz li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda skont il-metodu stabbilit fil-punt 1.1 ta' dan l-Anness) ma jaqbiżx:

0,24 għal lampi mhux direzzjonali (jekk jitqies li Φużu = il-fluss ta' luminożità assenjat totali);

0,40 għal-lampi direzzjonali.

Meta apparat ta' kontroll tal-intensità tad-dawl jiġi mixgħul fuq il-konfigurazzjoni l-aktar baxxa ta' kontroll tiegħu li biha jikkunsmaw l-elettriku l-bozoz imħaddma, il-bozoz imħaddma għandhom jemettu mill-inqas 1 % tal-fluss ta' luminożità tagħhom fuq tagħbija sħiħa.

Meta titqiegħed unità tat-tidwil fis-suq u magħha jiġu inklużi bozoz li jistgħu jiġu sostitwiti mill-utenti aħħarin, dawn il-bozoz għandhom ikunu ta' waħda mill-ogħla żewġ klassijiet ta' enerġija, skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012, li l-unità tat-tidwil tkun ittikkettata bħala kompatibbli magħhom.

(b)

Sa mill-istadju 3, unità tat-tidwil iddisinjata għal bozoz sostitwibbli mill-utent aħħari li titqiegħed fis-suq, għandha tkun kompletament kompatibbli ma' bozoz ta', mill-inqas, il-klassi ta' effiċjenza enerġetika ‘A+’ skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012. Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika tat-tali unitajiet tat-tidwil imħejji għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandu jelenka talanaqas kombinazzjoni realistika waħda tal-konfigurazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-prodott li fihom jiġi ttestjat il-prodott.”

3.

Fl-Anness IV, il-punt 3 jiġi mibdul b'dan li ġej:

“3.   Proċedura ta' verifika għal tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejns u l-bozoz

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss unità waħda.

It-tagħmir għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament jekk jinstab li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' kompatibbiltà tal-punt 2.3 tal-Anness III, bl-applikazzjoni tal-metodi u l-kriterji l-aktar avvanzati għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, inklużi dawk stipulati f'dokumenti li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk jiġi konkluż li hemm nuqqas ta' kompatibbiltà fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-kompatibbiltà fil-punt 2.3.(a) tal-Anness III, il-mudell għandu xorta waħda jitiqies li jikkonforma jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar il-prodott fil-punt 3.3 tal-Anness III jew fl-Artikolu 3.2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012.

Minbarra r-rekwiżiti ta' kompatibbiltà, it-tagħmir li jikkontrolla l-bozza għandu jiġi ttestjat ukoll għar-rekwiżiti ta' effiċjenza fil-punt 1.2 tal-Anness III. It-test għandu jitwettaq fuq parti waħda tat-tagħmir li jikkontrolla l-bozza, u mhux fuq kombinazzjoni ta' għadd ta' partijiet tat-tagħmir li jikkontrolla l-bozza, anki jekk il-mudell ikun imfassal biex jiddependi fuq partijiet oħra tat-tagħmir li jikkontrolla l-bozza biex titħaddem il-bozza jew bozoz fi stallazzjoni partikolari. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti jekk ir-riżultati ma jvarjawx mill-valuri ta' limitu b'aktar minn 2,5 %. Jekk ir-riżultati jvarjaw mill-valuri ta' limitu b'aktar minn 2,5 %, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti jekk il-medja tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti ma tvarjax mill-valuri ta' limitu b'aktar minn 2,5 %.

Minbarra r-rekwiżiti ta' kompatibbiltà, il-luminarji maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati lill-utenti aħħarin għandhom jiġu wkoll ikkontrollati għall-preżenza ta' lampi fl-imballaġġ tagħhom. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma jekk ma jkunu preżenti l-ebda bozoz jew jekk il-bozoz li jkunu preżenti jkunu tal-klassijiet ta' enerġija meħtieġa fil-punt 2.3 tal-Anness III.

Minbarra r-rekwiżiti ta' kompatibbiltà, apparati ta' kontroll tal-intensità tad-dawl għandhom jiġu ttestjati b'lampi bil-filament meta l-apparat ta' kontroll qiegħed fil-pożizzjoni minima ta' intensità tad-dawl. Il-mudell għandu jitqies konformi jekk, meta installat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, il-lampi jipprovdu mill-inqas 1 % tal-fluss ta' luminożità tagħhom fuq tagħbija sħiħa.

Jekk il-mudell ma jissodisfax il-kriterji ta' konformità applikabbli imsemmija hawn fuq, dan għandu jitqies bħala mhux konformi. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.”


27.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1429

tas-26 ta' Awwissu 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Miżuri Provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/501 (2) (“ir-Regolament provviżorju”) li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) u mit-Tajwan

(2)

Il-Kummisjoni bdiet l-investigazzjoni wara li rċeviet ilment fit-13 ta' Mejju 2014 mingħand Eurofer (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi fl-Unjoni ta' prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ (stainless steel cold rolled, “SSCR”) li kienu qed jilmentaw. L-ilmentatur jirrappreżenta madwar 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' prodotti SSCR. L-ilment kien jinkludi evidenza ta' dumping u ta' dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Wara talba mill-ilmentatur, sostnuta bl-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 (3) fil-15 ta' Diċembru 2014 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' prodotti irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan soġġetti għal reġistrazzjoni mis-17 ta' Diċembru 2014 (“ir-regolament ta' Reġistrazzjoni”).

(4)

Partijiet interessati ddikjaraw li d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma kellhiex bażi, peress li l-kundizzjonijiet ma kinux issodisfati skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. Madankollu, dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux sostanzjati jew ibbażati fuq evidenza fattwali. Fl-istess żmien li kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-importazzjonijiet jiġu rreġistrati, il-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza prima facie biex jiġi ġġustifikat il-bżonn li l-importazzjonijiet jiġu rreġistrati: l-importazzjonijiet u l-ishma mis-suq minn dawn il-pajjiżi żdiedu b'mod qawwi. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward kellhom jiġu miċħuda.

1.3.   Proċedura Sussegwenti

(5)

Wara li ġew divulgati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jkunu imposti miżuri provviżorji tal-antidumping (“id-divulgazzjoni provviżorja”), għadd ta' partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom taw il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Esportatur Ċiniż wieħed, esportatur Tajwaniż wieħed u l-ilmentatur talbu, u ngħataw, seduti ta' smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali fl-24 ta' April 2015, fis-27 ta' April 2015 u fis-7 ta' Lulju 2015, rispettivament. L-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti dwar kummerċ kien ukoll disponibbli, fuq talba minn kwalunkwe parti interessanta, biex jivverifika kif is-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli mill-investigazzjoni użaw informazzjoni kunfidenzjali.

(6)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għall-kostatazzjonijiet definittivi tagħha. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, il-kostatazzjonijiet provviżorji ġew modifikati skont dan.

(7)

Barra minn hekk, saru żjarat ta' verifika fil-postijiet tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi f'pajjiżi analogi:

AK Steel Corporation, Ohio, l-Istati Uniti tal-Amerka

NAS North American Stainless, Kentucky, l-Istati Uniti

 

Importaturi mhux relatati

Acciai Vender S.p.A., Parma, l-Italja

Inox Market Service S.R.L, Padova, l-Italja

Nova Trading S.A., Torun, il-Polonja

 

Utenti

Franke S.p.A., Peschiera del Garda, l-Italja

Indesit Company S.p.A., Fabriano, l-Italja

(8)

Il-partijiet interessanti kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm l-intenzjoni li jiġi impost dazju tal-antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' SSCR li joriġinaw fil-pajjiżi konċernati u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju (“id-divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali.

(9)

Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, fejn xieraq.

1.4.   Teħid ta' Kampjuni

(10)

Kumpanija waħda kkontestat il-kostatazzjoni fil-premessa 14 tar-Regolament provviżorju li hija ma kinitx esportatur li jesporta. Madankollu, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda informazzjoni addizzjonali li setgħet tibdel il-pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju kif deskritt fil-premessa 14 tar-Regolament provviżorju.

(11)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn fir-rigward tal-metodu tat-teħid tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, tal-esportaturi fir-RPĊ u t-Tajwan u tal-esportaturi mhux relatati, il-konklużjonijiet provviżorji fil-premessi 7 sa 22 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

1.5.   Perjodu tal-investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(12)

Kif stipulat fil-premessa 25 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta' dumping u ta' dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-analiżi tax-xejriet relevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2010 u tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu f'kunsiderazzjoni”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Introduzzjoni

(13)

Kif imfisser fil-premessa 26 tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat huwa prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati bil-kesħa (imnaqqsin bil-kesħa) li joriġinaw fir-RPĊ u t-Tajwan u li jaqgħu bħalissa taħt il-kodiċijiet tan-NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81 u 7220 20 89 (“il-prodott konċernat”).

(14)

Il-prodotti tal-azzar inossidablli rrumblati ċatti fil-kiesaħ jintużaw f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet, pereżempju fil-produzzjoni ta' apparat domestiku (ngħidu aħna, in-naħa ta' ġewwa tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-platti), tubi wweldjati u tagħmir mediku kif ukoll fl-ipproċessar tal-ikel u fl-industriji tal-karozzi.

(15)

L-investigazzjoni wriet li t-tipi differenti tal-prodott konċernat kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u bażikament jintużaw għall-istess għanijiet.

2.2.   Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodotti

(16)

Il-partijiet interessati saħqu fuq l-argument li huma ressqu fl-istadju provviżorju li l-istrixxi dojoq u ta' preċiżjoni għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma tennew l-argument tagħhom li d-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni kien iddeċieda li jeskludi dan it-tip ta' prodott mis-suq tal-prodott relevanti fl-analiżi tiegħu tal-każ ta' fużjoni Outokumpu/INOXUM (4). Barra minn dan, il-partijiet interessati ressqu l-argument li s-sostituzzjoni kemm fuq in-naħa tad-domanda kif ukoll fuq in-naħa tal-provvista bejn SSCR “standard” u l-istrippi ta' preċiżjoni, hija limitata. Madankollu, kif diġà ġie dikjarat fil-premessa 31 tar-Regolament provviżorju, id-definizzjoni tas-suq f'każ ta' antidumping hija definita mill-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott ikkonċernat u mhux mis-sostituzzjoni min-naħa tad-domand u fuq min-naħa tal-provvista.

(17)

Wara d-divulazzjoni finali, parti interessata waħda saħqet fuq l-argument tagħha li d-definizzjoni tas-suq f'każ ta' fużjoni hija relevanti għad-definizzjoni tal-prodott f'kawża ta' antidumping. Biex isaħħu l-argument tagħhom, huma jiddikjaraw li b'żieda mal-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi tal-prodotti, l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jieħdu f'kunsiderazzjoni għadd ta' fatturi oħra bħal ma huma l-użu, l-iskambjabiltà, il-perċezzjoni tal-konsumaturi, il-kanali ta' distribuzzjoni, il-proċess tal-manifattura, il-kost tal-produzzjoni u l-kwalità. Allegatament, l-erba' parametri “l-użu, l-iskambjabbiltà, il-perċezzjoni tal-konsumatur u l-proċess tal-immanufatturar” huma sinonimi mas-sostituzzjoni fuq in-naħa tad-domanda u n-naħa tal-provvista.

(18)

Mingħajr ma ssir evalwazzjoni tal-argument jekk “l-użu, l-iskambjabbiltà, il-perċezzjoni tal-konsumatur u l-proċess tal-immanufatturar” humiex tabilħaqq sinonimi mas-sostituzzjoni fuq in-naħa tad-domanda u n-naħa tal-provvista, il-lista ta' elementi mogħtija hawn fuq tmur ferm lil hinn minn dawn l-erba' kriterji. L-argument li d-definizzjoni tas-suq f'każ ta' fużjonii hija relevanti għad-definizzjoni tal-prodott f'każ ta' antidumping għalhekk ma jistax jiġi aċċettat.

(19)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata oħra allegat li fl-evalwazzjoni ta' jekk l-istrippi ta' preċiżjoni għandhomx jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni l-kwistjoni li l-industrija tal-Unjoni allegatament ma kinitx tista' tbiegħ dan it-tip ta' prodott “fil-passat”. F'dan ir-rigward, il-premessa 30 tar-Regolament provviżorju tistipula b'mod ċar li l-industrija tal-Unjoni tista' tissupplixxi bis-sħiħ dan is-segment tas-suq. Mingħajr l-ebda definizzjoni aktar preċiża ta' “fil-passat”, huwa impossibbli li jiġi vverifikat kemm din l-allegazzjoni hix fattwalment korretta jew anki biss relevanti. F'kull każ, l-istrippi ta' preċiżjoni jikkondividu l-karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi, u kimiċi tal-prodott ikkonċernat.

(20)

Parti interessata waħda allegat li anki jekk l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' speċjalità jagħmlu anqas minn 1 % mill-importazzjonijiet totali, kif stabbiliet il-Kummissjoni fil-premessa 101 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni allegatament iddiskriminat parti mis-suq billi ma eskludithomx. Din il-parti ressqet l-argument li l-kumpaniji li jikkummerċjalizzaw prodotti ta' speċjalità allegatament ma jsibux fornituri oħra għal dawn il-prodotti ta' speċjalità. Ma ġiet ipprovduta l-ebda sostanzjazzjoni oħra.

(21)

F'dan is-sens, qed jiġi nnotat li d-dikjarazzjoni fil-premessa 101 tar-Regolament provviżorju qed tittieħed barra mill-kuntest. Id-dikjarazzjoni saret fil-kuntest ta' valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet mir-RPC u t-Tajwan, mhux għar-rigward tal-ambitu tal-prodott fl-investigazjoni. Tabilħaqq, mhux qed jiġi kkontestat li dawn il-prodotti ta' speċjalità jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi bħall-SSCT “standard”.

(22)

Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti u saħqet li l-ambitu tal-prodott taħt investigazzjoni għandu jibqa' kif inhu.

2.3.   Konklużjoni

(23)

Il-konklużjonijiet proviżorji fil-premessi minn 26 sa 32 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Ir-RPĊ

3.1.1.   Trattament ta' ekonomija tas-suq (TES)

(24)

Kif spjegat fil-premessa 34 tar-Regolament provviżorju, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati minn din l-investigazzjoni ma talab TES.

3.1.2.   Pajjiż analogu

(25)

Fir-Regolament provviżorju, l-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”) intgħażel bħala pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Żewġ produtturi esportaturi allegaw li l-Istati Uniti mhux pajjiż analogu xieraq għall-iskop li jiġi stabbilit il-valur normali minħabba li l-proċess tal-produzzjoni u l-materja prima użati huma differenti fir-RPC u fl-Istati Uniti. Barra minn dan, produttur esportatur wieħed ippreżenta l-argument li t-Tajwan tkun għażla aħjar bħala pajjiż analogu peress li l-kost tal-produzzjoni tal-imtieħen Ċiniżi huwa ħafna eqreb għal dik tal-imtieħen f'Tajwan milli hu għal dik tal-imtieħen fl-Istati Uniti. Skont il-produttur esportatur, dan huwa għaliex il-produtturi tal-SSCR ewlenin tat-Tajwan jużaw kwantitajiet sostanzjali ta' materjali intermedji, jiġifieri koljaturi suwed mir-RPC. Dawk il-koljaturi suwed isiru minn nikil ta' ħadid mhux maħdum (nickel pig iron — NPI), il-materjal prima użata kważi esklussivament fir-RPĊ. Produttur esportatur ieħor allega li l-produtturi fl-Istati Uniti huma b'xi mod jew ieħor relatati ma' ċerti produtturi tal-Unjoni u li l-konklużjonijiet fattwali rigward tad-daqs tas-suq fl-Istati Uniti mhumiex preċiżi.

(26)

Differenzi bejn l-Istati Uniti u r-RPĊ dwar minn fejn jiksbu n-nikil, waħda mill-materji primi primarji fil-produzzjoni tal-SSCR, fil-fatt jeżistu. Filwaqt li fiż-żewġ pajjiżi l-produtturi tal-SSCR jużaw ċerti kwantitajiet ta' nikil ta' utilità, il-fdalijiet tal-azzar inossidabbli huma s-sors ewlieni tan-nikil fl-Istati Uniti, u l-NPI fir-RPĊ. Madankollu, differenza bħal din ma tfissirx li l-Istati Uniti mhumiex pajjiż analogu xieraq f'dan il-każ, peress li l-prodotti finali prodotti fl-Istati Uniti u fir-RPĊ xorta huma paragunabbli skont kif jidher fil-premessa 29 tar-Regolament provviżorju u fil-premessa 15 hawn fuq. Kif spjegat fil-premessi 39 u 40 tar-Regolament provviżorju, l-Istati Uniti jitqies bħala pajjiż analogu xieraq abbażi ta' ċerti kriterji. Fid-dawl tad-daqs tas-suq tal-SSCR, u tal-livell ta' kompetizzjoni fi ħdanu fl-Istati Uniti, kif ukoll meta tiġi kkunsidrata l-kooperazzjoni disponibbli ta' żewġ pajjiżi biss, id-differenzi fis-sorsi tan-nikil u fil-proċess tal-produzzjoni ma jinvalidawx l-għażla tal-Istati Uniti. Min-naħa l-oħra, argument ibbażat fuq l-użu tal-NPI u l-proċess relatat ta' produzzjoni fir-RPĊ jaffettwa l-għoti lil Tajwan tal-istatus ta' pajjiż anolgu alternattiv kif ukoll kwalunkwe pajjiż ieħor fid-dinja bl-istess manjiera. L-NPI jiġi prodott u, minħabba ostakoli għall-esportazzjoni, jiġi kkummerċjalizzat u użat kważi esklussivament fir-RPĊ. Minn dan isegwi, u ġie stabbilit, li l-NPI ma jintużax fit-Tajwan, il-pajjiż analogu alternattiv. Il-materja prima ewlenija li tintuża fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fit-Tajwan hija n-nikil ta' utilità u, kif innutat minn wieħed mill-produtturi esportaturi, koljaturi suwed mixtrija l-aktar mir-RPĊ. Kif ukoll ġie dikjarat fil-premessa 39 tar-Regolament provviżorju, il-materja prima użata fl-Istati Uniti u fit-Tajwan hija fil-biċċa l-kbira l-istess. Barra minn dan, f'konformita mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jistgħu jintalbu aġġustamenti sabiex jittieħdu f'kunsiderazzjoni ċerti differenzi sakemm ikun hemm effett ippruvat fuq il-prezz kif ukoll tingħata prova li jkun xieraq li jsir aġġustament billi jittieħed kont tal-użu ta' pajjiż analogu skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(27)

It-tieni, rigward il-kosti tal-produzzjoni tal-produttur Tajwaniż li juża l-koljatura sewda mixtrija mir-RPĊ, kif spjegat fil-premessa 76 tar-Regolament provviżorju, il-koljaturi suwed inkwistjoni kienu nxtraw minn fornitur relatat fir-RPĊ. Dan kien l-uniku każ fl-investigazzjoni fejn il-koljaturi suwed mir-RPĊ intużaw fuq skala kbira. Fil-kalkolu tagħha, il-Kummissjoni ssostitwiet il-kost ta' dawk il-koljaturi mixtrija bil-kost tal-produzzjoni tal-kumpanija stess. Fi kliem ieħor, il-prezzijiet tax-xiri tal-koljaturi suwed, li allegatament kienu jirreflettu l-kosti tal-produzzjoni fir-RPĊ, ġew sostitwiti bil-kosti tal-produzzjoni f'Tajwan, fejn l-NPI ma jintużax. Bħala konsegwenza, l-allegazzjoni li l-użu tal-koljaturi suwed, li ġew prodotti fir-RPĊ mill-NPI, twassal biex il-kosti tal-produzzjoni fit-Tajwan u r-RPĊ ikunu qrib xulxun mhix valida.

(28)

It-tielet, wieħed mill-produtturi fl-Istati Uniti huwa relatat ma' produtturi fl-Unjoni. Madankollu, din ir-relazzjoni hija irrelevanti għall-iskop ta' din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li anki kieku stess il-produtturi fil-pajjiżi analogi ikunu relatati ma' produtturi tal-Unjoni, rabta bħal din la tinvalida u lanqas taffettwa d-determinazzjoni tal-valur normali abbażi ta' dejta vverifikata. Aktar minn hekk, ma hemm l-ebda raġuni speċifika li minħabba fiha wieħed għandu jiddubita mill-użu tad-dejta minn dan il-produttur tal-pajjiż analogu. Dan l-argument ġiet miċħud.

(29)

Ir-raba', l-argument li l-konklużjonijiet fattwali rigward id-daqs tas-suq fl-Istati Uniti ma kinux preċiżi ma ġiex ulterjorment issostanzjat. Għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud.

(30)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-aragumenti li l-Istati Uniti mhux pajjiż analogu adatt ġie miċħud. Il-konklużjonijiet provviżorji fil-premessi minn 39 sa 40 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

(31)

Il-Kummissjoni tikkonferma l-għażla tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu fit-tifsira tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(32)

Żewġ partijiet interessati saħqu fuq l-oġġezzjonijiet tagħhom li jintużaw l-Istati Uniti bħala l-pajjiż analogu billi insistew li l-proċess tal-produzzjoni tal-produtturi fl-Istati Uniti mhux simili għal dak ta' xi produtturi Ċiniżi u għal darba oħra ssuġġerew it-Tajwan.

(33)

Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa l-kummenti addizzjonali rigward l-għażla possibbli tat-Tajwan minflok l-Istati Uniti bħala l-pajjiż analogu. Il-Kummissjoni tqis li l-kummenti ma pproponew l-ebda argument speċifiku ġdid, u għalhekk ikkonfermat ir-raġunar imfisser fil-premessi 25 u 29 hawn fuq.

3.1.3.   Valur normali

(34)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar id-determinazzjoni tal-valur normali, il-premessi 43 sa 49 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

Prezz tal-esportazzjoni

(35)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment rigward id-determinazzjoni tal-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-premessa 65 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

3.1.4.   Tqabbil

(36)

Żewġ produtturi esportaturi ressqu l-argument li, kieku l-Istati Uniti kellhom jibqgħu bħala l-pajjiż analogu, ikun irid isir aġġustament minħabba l-materja prima differenti li tintuża. Wieħed mill-produtturi esportaturi nnota li wieħed mill-produtturi fl-Istati Uniti għandu kosti addizzjonali marbuta mat-trasport intern. Il-produttur esportatur ressaq l-argument li dan għandu jwassal għal aġġustament tal-valur normali. Wieħed mill-produtturi esportaturi nnota li fil-każ tad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni eliminat il-parametri għar-rigward tal-ħxuna, il-wisa' u t-truf min-numri tal-kontroll tal-prodott pridefiniti (“PCNs”) Il-produttur esportatur ressaq l-argument li l-ħxuna, u f'livell iżgħar, il-wisa' huma fatturi importanti peress li għandhom impatt dirett fuq il-kosti tal-produzzjoni u l-prezzijiet abbażi ta' kull tunellata.

(37)

L-ewwel nett, fil-kunsiderazzjoni tal-aġġustament minħabba d-differenza fil-materja prima, isegwi mill-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku li l-kalkoli dwar id-dumping huma bbażati fuq il-prezz u mhux fuq il-kosti. Id-differenzi fl-użu ta' materja prima u tal-proċessi tal-produzzjoni ma għandhom għalhekk l-ebda importanza, sakemm ma jkollhomx effett ippruvat fuq il-prezz u ma tingħatax prova li aġġustament ikun xieraq fil-kunsiderazzjoni tal-użu ta' pajjiż analogu skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Kull talba għall-aġġustamenti trid tiġi ssostanzjata. Il-Kummissjoni mhix konxja ta' xi indikazzjoni li d-differenza fil-materja prima u fil-proċessi tal-produzzjoni jkollha xi effett fuq il-possibilità ta' paragun bejn il-prezzijiet. Il-produtturi esportaturi ma taw prova tal-ebda effett fuq il-prezz li jiġi mill-użu ta' materja prima differenti u għalhekk l-aġġustamenti ma jitqisux bħala meħtieġa.

(38)

It-tieni, skont l-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku, irid isir aġġustament għad-differenzi fil-kosti relatati direttament li jinġarrbu meta l-prodott ikkonċernat jinġarr mill-post fejn jaħdem l-esportatur lejn bejjiegħ indipendenti, meta tali kosti jkunu inklużi fil-prezzijiet debitati. Din id-dispożizzjoni ma tkoprix il-kosti għat-trasport intern u għalhekk ma hu ġustifikat l-ebda aġġustament fuq din il-bażi.

(39)

It-tielet, il-Kummissjoni tinnota li dawk il-parametri PCN ġew eliminati fl-istadju provviżorju sabiex jiġi ffaċilitat il-paragun mal-prodott simili fil-pajjiż analogu. Sussegwentement, il-Kummissjoni żiedet it-tqabbil u rnexxielha tipparaguna l-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet abbażi tal-PCNs sħaħ inklużi l-parametri għall-ħxuna, il-wisa' u t-truf. Fil-każ tat-tranżazzjonijiet fejn dan ma kienx possibbli, il-paragun kien ibbażat fuq l-aktar PCN komplut possibbli. Dan wassal għal emenda fil-marġini tad-dumping, kif spjegat fil-premessa 49 hawn taħt.

(40)

Żewġ partijiet interessati ressqu l-argument li, meta ntużat id-dejta mill-Istati Uniti, il-Kummissjoni kellha tagħmel aġġustament għall-valur normali minħabba d-differenza fil-materja prima użata fir-RPĊ u fl-Istati Uniti. Parti interessata waħda argumentat li l-NPI huwa orħos peress li l-kontenut tiegħu ta' nikil huwa baxx, u l-kontenut ta' ħadid tiegħu jiġi pprovdut b'xejn. Sabiex tingħata prova li d-differenzi fil-kosti tal-materja prima taffettwa l-prezzijiet, l-istess parti ressqet l-argument li l-prezzijiet domestiċi fiċ-Ċina huma orħos minn dawk fl-Unjoni u fl-Istati Uniti. Skont il-parti interessata, din id-differenza fil-prezz ma tistax tiġi attribwita għas-sussidju allegat peress li l-Kummissjoni kienet itterminat l-investigazzjoni parallela kontra s-sussidju kontra r-RPĊ. Parti interessata oħra nnutat li l-kosti u l-prezzijiet fin-negozju tal-azzar huma marbuta.

(41)

Rigward l-aġġustamenti għall-valur normali, il-Kummissjoni tinnota li jekk parti titlob aġġustamenti taħt l-Artikolu 2(7)(a) jew 2(10) abbażi tar-Regolament bażiku, hija għandha tagħti prova li t-talba tagħha tkun iġġustifikata. L-oneru tal-prova li tali aġġustament ikun irid isir huwa ta' dawk li jixtiequ jistrieħu fuqhom. Il-Kummissjoni jkollha tirrifjuta aġġustament fil-każ ta' differenzi f'fatturi li dwarhom ma jkunux inġabu provi li affettwaw il-prezzijiet, u għalhekk il-paragunabilità tagħhom.

(42)

Meta tkun qed tipparaguna l-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni trid tieħu f'kunsiderazzjoni d-differenzi li jaffettwaw il-prezz u l-paragunabilità tal-prezz tal-prodotti, mhux il-kosti li jiġġarrbu għall-manifattura tagħhom. Għar-rigward tal-prezzijiet tal-NPI, il-Kummisjsoni tinnota li, bħal fil-każ tal-materja prima użata fl-Unjoni u fl-Istati Uniti, dawk il-prezzijiet isegwu l-prezz globali tan-nikil. Anki kieku l-NPI ikun orħos minħabba l-kontenut aktar baxx ta' nikil li jkun fih, il-produtturi li jużaw l-NPI ikollhom jużaw aktar minnu sabiex jilħqu l-kontenut ta' nikil li huwa stabbilit mill-istandards internazzjonali tal-SSCR. Rigward l-argument li l-ħadid fl-NPI jiġi pprovdut b'xejn, il-Kummissjoni tinnota li l-produttur tal-SSCR fl-Unjoni u fl-Istati Uniti ukoll ma jħallasx il-prezz sħiħ għall-ħadid li jkun hemm fil-ferronikil. Rigward il-paragun bejn il-prezzijiet domestiċi tal-SSCR fir-RPĊ, fl-Unjoni u fl-Istati Uniti bħala prova tal-effett fuq il-prezz tal-użu tal-NPI fir-RPĊ, il-Kummissjoni tinnota li l-prezzijiet domestiċi fiċ-Ċina jirriflettu s-sitwazzjoni f'pajjiż li ma jużax l-ekonomija tas-suq. L-Istati Uniti huwa pajjiż li juża l-ekonomija tas-suq.

(43)

Il-Kummisjsoni tfakkar li ilu żmien li ġie stabbilit li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku ma jistgħux jintużaw biex irendu l-Artikolu 2(7)(a) ta' dak ir-Regolament ineffettiv. F'dan is-sens, instab li l-valur normali stabbilit fil-pajjiż analogu huwa għal kollox kumpatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7), kif spjegat fil-premessa 31. Taħt l-Artiklu 2(7)(a) ma jista' jsir l-ebda aġġustament ġustifikat ulterjuri għal dan il-valur normali xieraq.

(44)

Rigward l-argument li prezzijiet domestiċi tal-SSCR orħos fir-RPĊ ma jistgħux ikunu l-effett ta' sussidju, il-Kummissjoni tinnota li l-investigazzjoni parallela ta' kontra s-sussidju kienet ġiet itterminata minħabba l-irtirar tal-ilment mill-ilmentaturi, u bħala riżultat ma kienet saret l-ebda kostatazzjonijiet rigward is-sussidju. Minħabba f'dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li l-produtturi esportaturi fir-RPĊ ma tawx prova li kien ġustifikabbli l-aġġustament minħabba l-materja prima differenti li tintuża fir-RPĊ u fl-Istati Uniti.

(45)

Parti interessata waħda allegat li meta l-Kummissjoni qabblet il-prezz tal-esportazzjoni mal-valur normali abbażi ta' PCN imnaqqas, hija kellha tagħmel aġġustament għall-paragunabilità tal-prezz. L-istess parti interessata allegat li kienet ristretta fl-abilità tagħha li tagħti prova jew tipproponi l-livell attwali ta' aġġustament minħabba l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni riċevuta mill-produtturi fil-pajjiż analogu.

(46)

Il-Kummissjoni tisħaq li l-maġġoranza tal-produtturi esportaturi (69 %) ġew ipparagunati abbażi tal-PCN sħiħ. Barra minn dan, anki fi ħdan ir-restrizzjonijiet imposti mill-protezzjoni tad-dejta kunfidenzjali tal-produtturi tal-pajjiż analogu, il-parti interessata setgħet ipproponiet livell ta' aġġustament għall-karatteristiċi fiżiċi peress li kienet taf il-kriterji li ġew imwarrba u l-parametri previsti fl-istruttura tal-PCN għal dawn il-kriterji. Peress li ma saret l-ebda talba kwantifikata, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda.

(47)

Parti interessata waħda staqsiet jekk il-prodotturi fil-pajjiż analogu għamlux bejgħ lill-utenti finali u, jekk iva, jekk talbux livell ta' aġġustament tal-kummerċ fuq bażi ta' PCN. Kif spjegat fil-premessa 53 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi tal-fabbrika (ex-works) u dak kien fl-istess livell tal-kummerċ. Tqies li ma kien hemm bżonn tal-ebda aġġustament, kuntrarju għal dak li ntalab. F'kull każ, peress li ma ġietx sostnuta ulterjorment, din l-allegazzjoni kellha tiġi skartata.

3.1.5.   Marġinijiet tad-dumping

(48)

Fl-assenza ta' kummenti, il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping, kif stabbilit fil-premessi 55 sa 60 tar-Regolament provviżorju, hija kkonfermata.

(49)

Filwaqt li jitqiesu l-aġġustamenti li saru għall-valur normali, kif ukoll il-paragun miżjud, u fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn, il-marġini tad-dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 1

Marġini tad-dumping, ir-RPĊ

Kumpanija

Marġini tad-dumping (%)

Baosteel Group: Baosteel Stainless Steel Co., Ltd; Ningbo Baoxin Stainless Steel Co., Ltd.

42,2

TISCO Group: Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd; Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co., Ltd.

50,2

Kumpanija oħra li qed jikkooperaw

49,1

Il-kumpaniji l-oħra kollha

50,2

3.2.   It-Tajwan

3.2.1.   Valur normali

(50)

Il-metodu għall-kalkolu tal-valur normali użati kif spjegat fil-premessi 63 sa 66 tar-Regolament provviżorju ma ħax f'kunsiderazzjoni l-bejgħ domestiku lid-distributuri u l-kummerċjanti.

(51)

Dan sar minħabba s-sitwazzjoni tas-suq speċifika fit-Tajwan, fejn id-distributuri jesportaw ammonti sinifikanti mill-produzzjoni, li fl-istess ħin jiġu rappurtati bħala bejgħ għall-konsum domestiku mill-produtturi esportaturi.

(52)

Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq żewġ elementi ċentrali, u hija ġġustifikata minnhom. L-ewwel nett, wieħed mid-distributuri ewlenin fit-Tajwan kompla jesporta l-biċċa l-kbira tal-volumi mixtrija mill-produtturi, għalhekk dak il-bejgħ ma kienx bejgħ domestiku għall-iskop tal-kalkolu tal-valur normali f'Tajwan. It-tieni, id-dejta dwar il-produzzjoni ta' produtturi magħrufa u l-istatistika dwar il-kummerċ tat-Tajwan juru li l-bejgħ domestiku rrappurtat mill-produtturi esportaturi magħrufa kien jammonta għal aktar minn 90 % tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni u li dan kien jinkludi wkoll madwar 50 % bejgħ, li kien esportat.

(53)

Żewġ produtturi esportaturi kkontestaw l-element ibbażat fuq l-istatikstika. Huma ressqu l-argument li l-Kummissjoni, meta ġiet biex tiddetermina l-produzzjoni totali Tajwaniża, ħadet f'kunsiderazzjoni biss il-kumpaniji li jikkooperaw u li jagħmlu xi esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Argument ieħor kien li l-Kummissjoni imissha tikkunsidra l-importazzjonijiet statistiċi totali Tajwaniżi bħala li jiġu esportati ulterjorment fl-analiżi deskritta fil-premessa 52 aktar 'l fuq.

(54)

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-bejgħ domestiku mill-produtturi Tajwaniżi kollha magħrufa, li kienet tinkludi wkoll dawk issuġġeriti minn wieħed mill-produtturi esportaturi. Dan sar sabiex jinkiseb it-taqbil l-aktar qrib possibbli mad-dejta statistika. L-informazzjoni addizzjonali li nġabret kellha impatt 'l isfel fuq ir-riżultat tal-analiżi deskritta fil-premessa 52 aktar 'l fuq. Abbażi ta' dan, il-bejgħ domestiku rrappurtat instab li kien jinkludi madwar 40 % ta' bejgħ li ġie esportat.

(55)

Għar-rigward tal-kunsiderazzjoni deskritta fil-premessa 53 aktar 'l fuq dwar it-total tal-importazzjoni statistika bħala li ġiet kollha esportata, il-produttur esportatur ma ppreżenta l-ebda evidenza bħala prova ta' dan. Normalment, l-importazzjonijiet għar-riesportazzjoni jkunu jaqgħu taħt reġim doganali speċjali u ma jitqisux fl-istatistika tal-kummerċ bħala esportazzjonijiet ġenwini. Il-Kummissjoni għalhekk ma tista' tiġbed l-ebda konklużjoni utli minn din l-allegazzjoni.

(56)

Barra minn dan, żewġ produtturi esportaturi allegaw li l-livell ta' bejgħ domestiku li ma tteħidx f'kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni ma kienx proporzjonali għall-perċentwali dikjarata fil-premessa 52 aktar 'l fuq. Huma saħqu fuq l-allegazzjoni tagħhom li huma ma kinux jafu x'inhi d-destinazzjoni tal-bejgħ tal-konsumaturi domestiċi tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta' għarfien tagħhom dwar id-destinazzjoni finali ta' biegħa mhux deċisiv. Il-Kummissjoni analizzat għal darb'oħra s-sitwazzjoni abbażi tal-evidenza disponibbli fl-investigazzjoni preżenti u rrevediet il-bejgħ li għandu jiġi eskluż mid-determinazzjoni tal-valur normali skont dan, sabiex tiġi riflessa b'mod preċiż kemm jista' jkun is-sitwazzjoni individwali tal-produtturi esportaturi investigati. Meta kien xieraq, xi wħud mill-atti ta' bejgħ li kienu ġew esklużi fi stadju provviżorju għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-valur normali intużaw fil-kalkolu tal-valur normali.

(57)

Parti interessata waħda kkontestat l-inklużjoni ta' bejgħ domestiku lil kummerċjanti u distributuri għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ġew ippreżentati argumenti b'dan l-effett f'kummenti bil-miktub u matul is-seduta li saret quddiem l-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti tal-kummerċ fis-7 ta' Lulju 2015.

(58)

Kif tfisser fil-premessa 56 aktar 'l fuq, wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, il-Kummissjoni kompliet teżamina l-klassifikazzjoni attwali tal-bejgħ lid-distributuri bil-għan li tkun tista' tasal għal klassifikazzjoni aktar preċiża u legalment korretta bejn bejgħ domestiku jew għall-esportazzjoni sabiex ikun jista' jiġi determinat il-valur normali, mhux aktar abbażi tal-presuppożizzjoni li l-bejgħ kollu lid-distributuri kien destinat għall-esportazzjoni. Il-kummenti li daħlu wara d-divulgazzjoni provviżorja ġew ikkunsidrati u tqiesu wkoll aktar dettalji.

(59)

Minflok ma jiġi mwarrab kollu kemm hu l-bejgħ lid-distributuri abbażi tal-presuppożizzjoni li l-bejgħ kollu lid-distributuri jispiċċa esportat, il-Kummissjoni eskludiet biss dak il-bejgħ lid-distributur li għalih kien hemm biżżejjed evidenza oġġettiva li fil-fatt kien esportat. Il-Kummissjoni eżaminat il-bejgħ irrappurtat inkwistjoni u kklassifikatu bħala domestiku jew għall-esportazzjoni abbażi tas-sitwazzjoni speċifika u tad-dejta ta' kull wieħed mill-prodotturi esportaturi kkonċernati. L-eżistenza ta' skontijiet orjentati lejn l-esportazzjoni pereżempju intużat bħala evidenza relevanti. Għall-kuntrarju, elementi suġġettivi bħall-intenzjoni jew l-għarfien, jew in-nuqqas tagħhom, ma kellhom l-ebda rwol fl-evalwazzjoni oġġettiva li saret mill-Kummissjoni.

(60)

Produttur esportatur wieħed ikkontesta l-fatt li t-tnaqqis għal ċerta rottamazzjoni jiġi eskluż mill-kost tal-produzzjoni. Biex din il-pretensjoni tiġi sostnuta huwa ppreżenta informazzjoni addizzjonali li turi t-telf fil-produzzjoni bħala kost għall-konverżjoni fit-tabella tiegħu tal-kost tal-produzzjoni. Skont l-allegazzjoni tiegħu, it-telf fil-produzzjoni huwa t-total tal-kost materjali mhux konvertit fil-prodott finali, flimkien mal-ispejjeż ġenerali għall-manifattura allokati lit-telf fil-produzzjoni. Il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa l-allegazzjoni tiegħu iżda sabet li l-kost materjali inkluż fit-telf għall-produzzjoni huwa ferm iżgħar mill-ammont dikjarat bħala tnaqqis għar-rottamazzjoni. Wara d-divulazzjoni finali l-kumpanija saħqet fuq il-pretenzjoni tagħha li l-valur għar-rottamazzjoni għandu jiġi pparagunat mal-valur tat-telf totali, inklużi l-ispejjeż ġenerali għall-manifattura allokati lilu. Il-Kummissjoni ssostni l-pożizzjoni tagħha li l-valur fis-suq għar-rottamazzjoni ma jistax ikun għola mill-materjal li minnu magħmul il-prodoitt. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni tal-produttur esportatur ikollha tinċaħad.

(61)

B'żieda ma' dan, il-produttur esportatur ma ssostanzjax l-allegazzjoni tiegħu rigward iċ-ċaħda ta' ċertu tnaqqis għar-rottamazzjoni billi pprovda l-kwantità attwali ta' materjal ikkonsmat fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat li kien jippermetti lill-Kummissjoni tevalwa t-telfa. Il-kumpanija allegat li l-kwantità tal-konsum u l-valur għal kull tip ta' materjal prima kien ingħata fid-dokumenti ppreżentati matul il-verifika fuq il-post. Il-Kummissjoni sabet li din id-dejta kienet tkopri aktar mill-prodott ikkonċernat bħal ma huma koljaturi rrumblati bis-sħana u mibjugha bħala prodotti intermedjarji. Dan ma jippermettix lill-Kummissjoni tivverifika t-telf materjali kkonvertit f'rottamazzjoni. Peress li t-telf u r-rottamazzjoni ġew irrappurtati biss bħala valuri, ma kienx possibbli li jiġi kkunsidrat jekk il-konsum materjali għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat kienx suffiċjenti għall-produzzjoni kemm tal-prodott ikkonċernat kif ukoll tar-rottamazzjoni, imnaqqsa mill-kost tal-produzzjoni. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi stabbilit b'mod affidabbli jekk it-telf irrappurtat kienx jinkludi xi kost materjali kif allegat u x'kien ikun l-ammont ta' tnaqqis għar-rottamazzjoni. Il-produttur esportatur irrepeta l-allegazzjoni tiegħu wara d-divulazzjoni finali, mingħajr ma żvela xi fatti ġodda.

(62)

Il-kostatazzjonijiet provviżorji fil-premessi 62 u 67 sa 78 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(63)

Fil-kummenti tiegħu kemm wara d-divulgazzjoni provviżorja kif ukoll dik finali, produttur esportatur wieħed ikkontesta l-esklużjoni ta' ċertu bejgħ ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni, li kien irrappurtat abbażi taċ-ċertifikati tal-esportazzjoni ppreżentati mill-konsumaturi tiegħu. Iċ-ċertifikati tal-esportazzjoni madankollu la jippermettu l-identifikazzjoni tal-produttur u lanqas dik tat-tranżazzjoni tal-bejgħ irrappurtata mill-produttur esportatur. Barra minn dan, iċ-ċertifikati tal-esportazzjoni ma nġabrux b'mod konsistenti mill-konsumaturi kollha matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Minkejja l-isforzi kbar li saru mill-produttur esportatur, id-destinazzjoni tal-bejgħ li ngħatat ma kinitx verifikabbli u f'kull każ ma kinitx tkopri l-perjodu kollu tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ma setgħetx tiddetermina b'mod affidabbli li dak il-bejgħ kien bejgħ għall-esportazjzoni għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-marġini ta' dumping. Għalhekk, it-talba ma ġietx milqugħa.

3.2.3.   Tqabbil

(64)

Produttur esportatur wieħed talab li titqies ir-rata tal-kambju bl-użu tar-rata fil-jum tas-saldu tal-obbligazzjoni. Sabiex ikun jista' jsir paragun skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, ġew użati b'mod konsistenti r-rati tal-kambju mensili tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-produtturi esportaturi kollha f'Tajwan. L-approċċ mitlub mill-produttur esportatur ma kienx ikun konfomi mar-Regolament bażiku, li jirrikjedi l-użu tar-rata tal-kambju applikabbli fid-data tal-bejgħ. Għaldaqstant, din it-talba ġiet miċħuda.

(65)

Esportatur produttur wieħed ikkontesta l-użu tar-rati tal-kambju mensili tal-Bank Ċentrali Ewropew u insista fuq l-użu tar-rati tal-kambju ta' kuljum. Il-produttur esportatur ma kkwantifikax id-differenza li dak l-użu jikkawża. Il-Kummissjoni użat ir-rati mensili għal skopijiet ta' kumparabbiltà u konsistenza, peress li l-marġini ta' dumping għal dan il-produttur kienet parti minn marġini ta' dumping waħda kkalkulata għal grupp wieħed ta' produtturi relatati fejn wieħed biss minnhom iddikjara li uża rati tal-kambju ta' kuljum.

3.2.4.   Marġinijiet tad-dumping

(66)

Filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-valur normali stabbilit fil-premessa 56 aktar 'l fuq, il-marġini ta' dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 2

Marġini tad-dumping, it-Tajwan

Kumpanija

Marġini tad-dumping (%)

Chia Far Industrial Factory Co., Ltd.

0

Tang Eng Iron Works Co., Ltd u Yieh United Steel Corporation

6,8

Kumpanija oħra li qed jikkooperaw

6,8

Il-kumpaniji l-oħra kollha

6,8

4.   DANNU

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(67)

Kif imfisser fil-premessa 90 tar-Regolament provviżorju, il-prodott simili kien immanifatturat minn disa' produtturi magħrufa fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(68)

Peress li ma ġie sottomess l-ebda kumment ulterjuri, id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif stabbilita fil-premessi 90 sa 93 tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk ikkonfermata.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(69)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward il-konsum fl-Unjoni, il-kostatazzjonijiet proviżorji fil-premessi 94 sa 96 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati

4.3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati

(70)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati saħqu fuq il-pretensjonijiet li kienu ressqu fl-istadju provviżorju li l-Kummissjoni, b'mod żbaljat, evalwat b'mod kumulattiv l-effetti fuq l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u t-Tajwan. Ma pprovdews elementi ġodda biex isostnu din il-pretensjoni.

(71)

Kif imfisser fil-premessa 66 aktar 'l fuq, wara kummenti dwar id-divulgazzjoni proviżorja, instab li produttur Tajwaniż wieħed ma kienx qed jagħmel dumping. Għaldaqstant, l-esportazzjonijiet ta' din il-kumpanija lejn l-Unjoni tnaqqsu mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u t-Tajwan.

(72)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-valutazzjoni kumulattiva, il-kostatazzjonijiet proviżorji fil-premessi 97 sa 102 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.3.2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati

(73)

Kif imfisser fil-premessa 71 aktar 'l fuq, l-importazzjonijiet minn produttur esportatur Tajwaniż wieħed li dwaru ġie kkostatat li ma kienx qed jagħmel dumping tnaqqsu mill-importazzjonijjiet oġġett ta' dumping. Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità l-volum u s-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet ma jistgħux jiġu divulgati. Madankolllu, it-tnaqqis negliġibbli fil-volum u s-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet, li huwa b'mod sinifikanti anqas minn 1 % ma affettwax ix-xejra tal-iżvilupp tal-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiiżi kkonċernati matul il-perjodu kkunsidrat.

(74)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, u meta jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-kostatazzjonijiet imfissra fil-premessa 73 aktar 'l fuq, il-kostatazzjonijiet provviżorji fil-premessi 103 sa 106 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.3.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati u t-twaqqigħ tal-prezz

(75)

Wara divulgazzjoni provviżorja, il-partijiet interessati talbu informazzjoni addizzjonali rigward in-natura tal-“kosti ta' wara l-importazzjoni” msemmija fil-premessa 110(ii) tar-Regolament provviżorju. Dawn il-kosti jirreferu għall-kost tal-immaniġġjar u l-ħżin temporanju tal-prodotti impurtati fil-punt tal-importazzjoni, it-tariffa tal-approvazzjoni doganali u l-kosti bankarji.

(76)

Il-kosti ta' wara l-importazzjoni kienu suġġetti għal verifika matul iż-żjarat fil-postijiet tal-importaturi elenkati fil-premessa 7 aktar 'l fuq. Wara dawn iż-żjarat ta' verifika l-Kummissjoni stabbiliet li l-kosti tal-importazzjoni huma orħos minn dawn stabbiliti abbażi tad-dejta disponibbli fiż-żmien tar-Regolament provviżorju.

(77)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda allegat li ma setgħetx tivverifika jekk il-kosti kollha relatati mal-importazzjoni sal-mument tat-twassil lill-ewwel konsumatur fl-Unjoni kinux ittieħdu f'kunsiderazzjoni. F'dan ir-rigward, qed jiġi kkjarifikat li t-twaqqigħ tal-prezz huwa paragun bejn il-prezz tal-bejgħ mill-fabbrika (ex-works) tal-industrija tal-Unjoni u l-prezz wara l-approvazzjoni mid-dwana tal-produtturi esportati fil-fruntiera tal-Unjoni. Għalhekk, il-kosti bejn il-post u l-ewwel konsumatur indipendenti ma jittiħdux f'kunsiderazzjoni f'dan il-paragun.

(78)

Parti interessata waħda nnotat li proporzjon sinifikanti mill-prodott simili fl-Unjoni tinbiegħ b'film protettiv (5). Il-produttur esportatur ressaq l-argument li l-użu ta' dan il-film għandu jkun rifless fil-PCN użat mill-Kummissjoni, peress li jaffettwa l-prezz b'mod sinifikanti.

(79)

Din il-pretensjoni tressqet tard ħafna, madwar 11-il xahar wara l-bidu tal-investigazzjoni u xi 10 xhur wara li l-PCN sar magħruf għall-partijiet. F'dan l-istadju il-Kummissjoni ma kinitx fil-pożizzjoni li tidentifika b'mod individwali t-tranżazzjonijiet affettwati.

(80)

Il-Kummissjoni madankollu għamlet evalwazzjoni ġenerali, ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni bħala reazzjoni għal din il-pretensjoni.

(81)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti interessata ressqet l-argument li l-aġġustament ma għandux isir b'mod ġenerali, iżda biss fuq it-tranżazjonijiet li fihom il-prodott simili kien tabilħaqq mgħotti bil-film protettiv. Aktar minn hekk, il-parti ma taqbilx mal-valutazzjoni li l-pretensjoni tagħhom saret tard, peress li din l-informazzjoni kienet pubblikament disponibbli qabel il-bidu ta' din l-investigazzjoni.

(82)

Kif ġie diġà spjegat, il-Kummissjoni applikat aġġustament ġenerali peress li ma kienx possibbli li jiġu identifikati b'mod individwali t-tranżazzjonijiet affettwati. Hu magħruf li t-tranżazzjonijiet affettwati huma proporzjon mhux insinifikanti mit-tranżazzjonijiet kollha. Parti ma tistax sempliċement tistrieħ fuq informazzjoni li tkun disponibbli pubblikament, iżda tkun trid tressaq pretensjoni sostanzjata biex tiġġustifika pretensjoni.

(83)

L-effett tal-kalkolu mill-ġdid ta' dawn il-kosti tal-importazzjoni orħos kien fil-biċċa l-kbira paċut mill-aġġustament li jirreferi għall-film protettiv. L-effett ikkombinat ta' dawk iż-żewġ aġġustamenti juri marġini pponderat medju kważi mhux mibdul ta' twaqqigħ tal-prezz għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fis-suq tal-Unjoni ta' bejn 9,8 % u 11,4 v % (imqabbel ma' bejn 9,6 % u 11,3 % fir-Regolament provviżorju). Il-marġini pponderata medja tat-twaqqigħ għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn is-suq tal-Unjoni baqgħet ukoll kważi mhux mibdul fil-livell ta' bejn 23,1 % u 25,3 % (imqabbel ma' bejn 22,9 % u 25,2 % fir-Regolament provviżorju).

(84)

Parti interessata waħda nnotat li l-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi kważi jbigħu b'mod esklużiv lil distributuri indipendenti jew lil ċentri tas-servizzi tal-azzar, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni biegħet lil distributuri, ċentri tas-servizzi integrati u lil utenti finali. Din il-parti interessata tallega li sabiex tkun tista' tqabbel dawk il-prezzijiet, il-Kummissjoni jkollha tikkunsidra l-kosti fissi taċ-ċentri tas-servizzi peress li hemm differenza fil-livell ta' kummerċ. Madankollu, jista' jsir aġġustament għal differenzi fil-livell ta' kummerċ biss jekk jintwera li jkun hemm differenżi konsistenti u distinti fil-prezz bejn dawk il-livelli ta' kummerċ, u mhux abbażi ta' differenzi fil-kosti. Il-paragun attwali tal-prezzijiet li bihom l-industrija tal-Unjoni biegħet liż-żewġ livelli ta' kummerċ fis-suq tal-Unjoni wriet li, kif indikat fil-premessa 112 tar-Regolament provviżorju, id-differenza fil-livell ta' kummerċ ma kellhiex impatt fuq il-prezzijiet. L-ebda parti interessata ma ppreżentat xi informazzjoni li tiċħad din il-kostatazzjoni. Il-kundizzjonijiet għal livell ta' aġġustatment ta' kummerċ għaldaqstant ma humiex issodisfati f'dan il-każ.

(85)

Wara d-divulazzjoni finali l-istess parti ressqet l-argument li paragun tal-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċentri tas-servizzi tal-industrija tal-Unjoni mal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi, allegatament ma tipparagunax prodotti komparabbli. F'dan ir-rigward, il-parti allegat li l-bejgħ taċ-ċentri tas-servizzi tal-industrija tal-Unjoni huwa fil-biċċa l-kbira magħmul minn prodotti ulterjorment ipproċessati, bħal ma huma strippi, koljaturi dojoq u diski, filwaqt li l-aktar li jbigħu l-esportaturi huma koljaturi standard.

(86)

F'dan ir-rigward qed jiġi nnotat li l-koljaturi standard ma ġewx ipparagunati ma' prodotti dojoq bħal ma huma strippi jew koljaturi dojoq. Il-wisa' tal-prodott kien element wieħed fil-PCN, biex jiġu pparagunati biss il-prodotti b'wisa' simili. Għar-rigward tad-diski, dawn ma kienu inklużi xejn fil-paragun peress li ma kinux esportati lejn l-Unjoni mill-istess produtturi esportaturi fil-kampjun.

(87)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz, konklużjonijiet oħra li ntlaħqu fil-premessi 107 sa 112 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kummenti Ġenerali

(88)

Il-partijiet interessati saħqu fuq l-allegazzjoni tagħhom li d-dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għandha tintuża b'mod konsistenti għall-valutazzjoni tad-dannu minflok ma jsir qsim tal-indikaturi f'indikaturi makroekonomiċi u indikaturi mikroekonomiċi. Madankollu, approċċ bħal dan ikun iwarrab l-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-industrija tal-Unjoni li tikkonċerna l-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u l-livell ta' marġini ta' dumping.

(89)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda saħqet fuq l-argument tagħha li l-fatt li l-akbar produttur tal-Unjoni, Outokumpu, mhix parti mill-kampjun iħarbat l-analiżi tad-dannu. Madankollu, kif indikat diġà fil-premessa 93 tar-Regolament provviżorju, il-kampjun tqis bħala rappreżentattiv, peress li l-kampjun kien jirrappreżenta madwar 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Għalhekk, il-fatt li Outokumpu ma kkoperatx fl-investigazzjoni ma jaffettwax ir-rappreżentattività tal-kampjun magħżul u l-kwalità tad-dejta verifikata tal-produtturi fil-kampjun.

(90)

Xi partijiet interessati ressqu l-argument li meta l-indikaturi tad-dannu jkunu maqsuma bejn indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi, wieħed ma jistax jasal għal xi konklużjoni utli dwar sa liema livell ikunu batew dannu l-produtturi fil-kampjun (jekk batew). Dan l-argument mhux relevanti. Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku id-determinazzjoni tad-dannu jsir fil-livell tal-industrija tal-Unjoni. It-teħid ta' kampjuni huwa teknika stipulata fl-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku li tippermetti lill-Kummissjoni tillimta l-għadd ta' partijiet investigati (f'dan il-każ il-produtturi tal-Unjoni) meta dak l-għadd ikun kbir. Madankolllu t-teħid tal-kampjun ma jillimitax id-determinazzjoni tad-danni għall-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Ċerti indikaturi tad-dannu, bħal fost oħrajn is-sehem mis-suq u l-volum tal-bejgħ, jiġu analiżżati f'mod li jkun utli biss fil-livell tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn dan, il-kostatazzjonijiet fir-rigward tal-kampjun jitqiesu bħala rappreżentattivi għall-livell tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, kull informazzjoni disponibbli li tikkonċerna lill-industrija tal-Unjoni fl-intier tagħha għandha tiġi kkunsidrata.

(91)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti addizzjonali oħra rigward il-kummenti ġenerali dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessi 107 sa 112 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

(92)

Rigward l-impjiegi, il-partijiet interessati ressqu l-argument li t-tnaqqis fl-impjiegi seħħ minħabba produttività akbar mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, iż-żieda tal-produttività ta' 6 % matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni kienet ħafna anqas mit-tnaqqis tal-impjiegi ta' 11 %. Dan it-tnaqqis ġie influwenzat ukoll mill-volum ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li naqas b'5 % f'suq li qed jikber.

(93)

Kif deskritt aktar 'l fuq, minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiż kkonċernati, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-produzzjoni f'suq li qed jikber. Kieku kien possibbli għall-industrija tal-Unjoni li tibbenefika mit-tkabbir tas-suq u żżid il-produzzjoni tagħha f'konformità mad-domanda li qed tiżdied, din il-produzzjoni miżjuda kienet tibbilanċja l-produttivita li qed tiżdied. It-telf riżultanti fl-impjiegi kien ikun sostanzjalment anqas. Jitqies għalhekk li t-tnaqqis fl-impjiegi huwa l-aktar affettwat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati, u li effiċjenza akbar tal-industrija tal-Unjoni kellha biss impatt minuri.

(94)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda ressqet l-argument li l-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni żdiedu b'mod sinifikanti b'55 % mill-perjodu ta' bejn l-2004 u l-2007. Madankollu, iċ-ċifra tal-impjiegi dikjarata fir-Regolament provviżorju hija dik tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, filwaqt li ċ-ċifra tal-impjiegi mogħtija għall-perjodu bejn l-2004 u l-2007 tirreferi biss għal parti mill-industrija tal-Unjoni. Dawn iċ-ċifri għalhekk mhux paragunabbli u ma jurux li hemm xi xejra li l-għadd ta' impjiegi qed jiżdied.

(95)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward l-indikaturi makroeknomiċi, il-konklużjonijiet fil-premessi 121 sa 132 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(96)

Xi partijiet interessati saħqu fuq l-argument tagħhom li l-prezzijiet tal-bejgħ isegwu l-kosti tal-materja prima, l-aktar il-kromju u n-nikil, u li x-xejra tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni għandha tiġi analizzata bl-esklużjoni tal-“sopratariffa fuq il-liga”.

(97)

Dawk il-partijiet ippreżentaw informazzjoni addizzjonali għar-rigward tal-flutwazzjoni bażi tal-prezzijiet, li ssir referenza għalihom fil-premessa 141 tar-Regolament provviżorju. Id-dejta rigward il-grad 304 SSCR bi ħxuna ta' 2 mm bil-finishing 2B li jinbiegħ mill-produtturi tal-Unjoni (6). Skont din id-dejta, il-prezz bażiku naqas b'mod kontinwu matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni b'madwar 11 % minn EUR 1 015/it-tunnellata fl-2010 għal 907 EUR/it-tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni. Il-livell tat-tnaqqis huwa anqas mit-tnaqqis minn 1 200 EUR/it-tunnellata għal 1 000 EUR/it-tunnellata kif imsemmi fir-Regolament provviżorju, iżda jsostni l-kostatazzjoni ta' prezz bażiku li qiegħed jonqos b'mod sinifikanti.

(98)

Parti interessata waħda allegat ukoll li l-evidenza pprovduta fil-premessa 141 tar-Regolament provviżorju rigward l-analiżi tal-prezz bażiku hija insuffiċjenti biex issostni l-kostatazzjoni li l-prezz bażiku roħos matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni għall-industrija tal-Unjoni, peress li allegatament ġiet ippreżentata minn produttur wieħed biss tal-Unjoni.

(99)

Filwaqt li l-informazzjoni ġiet ippreżentata minn produttur wieħed tal-Unjoni, hija ma tirreferix għal produttur wieħed biss tal-Unjoni. Tabilħaqq, din l-informazzjoni tirreferi għal informazzjoni ppubblikata minn CRU, ditta ta' konsultazzjoni għall-industrija tal-azzar magħrufa sew. CRU ippubblikat l-informazzjoni għas-suq Ġermaniż kollu kemm hu, u mhux għal prezzijiet ta' produtturi individwali tal-Unjoni. B'żieda ma' dan, il-fatt li l-prezzijiet bażiċi roħsu b'mod kontinwu matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni kien ikkonfermat minn informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra, kif imsemmi fil-premessa 97 aktar 'l fuq.

(100)

Għalhekk tintlaħaq il-konklużjoni li r-roħs kontinwu fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huwa kkawżat kemm mill-kostijiet tal-materja prima li qed jorħsu kif ukoll mit-tnaqqis sinifikanti tal-prezz bażiku li mhux relatat mal-iżviluppi fil-kost tal-materja prima. L-aħħar parti tat-tnaqqis fil-prezz, jiġifieri r-roħs fil-prezz bażiku, turi li l-industrija tal-Unjoni kellha tkompli traħħas il-prezzijiet matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni minkejja li tagħmel it-telf minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

(101)

Wara d-divulgazzjoni finali, importatur wieħed allega li l-informazzjoni li tikkonċerna l-iżvilupp fil-prezz bażiku mogħtija hawn fuq tikkonsisti minn “opinjonijiet suġġettivi” tal-produttur Ewropew li għandha tiġi vverifikata ulterjorment. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta fil-premessa 97 aktar 'l fuq ma ġietx ipprovduta minn produttur Ewropew iżda minn assoċjazzjoni ta' esportaturi, li hija parti li kienet qed topponi l-impożizzjoni ta' miżuri. Peress li din l-informazzjoni hija konformi ma' informazzjoni disponibbli pubblikament, ipprovduta minn aġenziji speċjalizzati ta' konsulenza, hija titqies bħala affidabbli.

(102)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata oħra ressqet l-argument li r-roħs fil-prezz bażiku kien l-aktar dovut għal valur eċċezzjonalment għoli fit-tieni kwart tal-2010. Il-parti ma pprovdiet l-ebda argument biex tissostanzja għala dan il-perjodu m'għandux jitqies fl-analiżi tal-iżvilupp tal-prezz bażiku. Peress li l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu jkollha tkopri l-perjodu sħiħ f'kunsiderazzjoni, dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat.

(103)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda indikat li skont it-Tabella 11 tar-Regolament provviżorju, il-prezz tal-bejgħ medju għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni dejjem kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni ta' kull unità matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni. Din id-differenza allegatament tfisser li t-telf imġarrab mill-produtturi tal-Unjoni ma ġiex spjegat.

(104)

F'dan is-sens, qiegħed jiġi nnutat li l-kost ta' produzzjoni kull unità fit-Tabella 11 tar-Regolament provviżorju kien jinkludi biss il-post tal-produzzjoni mingħajr l-ispejjeż tal-bejgħ, dawk amministrattivi u dawk ġenerali. Għalhekk, paragun dirett bejn dan il-kost kull unità mal-prezz tal-bejgħ kull unità ma jistax juri l-qligħ miksub mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

4.4.3.2.   Inventarji

(105)

Xi partijiet interessati kkummentaw dwar it-tnaqqis ta' 7 % fl-inventarji fil-perjodu kkunsidrat, u kkunsidrawh bħala indikazzjoni ta' sitwazzjoni sana fl-industrija tal-Unjoni.

(106)

Madankolllu, it-tnaqqis fl-inventarji ta' 7 % fil-perjodu f'kunsiderazzjoni qiegħda sempliċement issegwi l-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Tabilħaqq, kif jidher fit-Tabella 13 tar-Regolament provviżorju, il-livell tal-inventarji kien jgħodd għal madwar 15 % tal-produzzjoni matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni. Il-flutwazzjonijiet minuri bejn 14 % u 16 %, meta jitqies il-livell moderat tagħhom, għandhom jiġu kkunsidrati varjazzjonijiet normali fl-inventarji.

(107)

Barra minn dan, xi partijiet interessati ressqu l-argument li livell tal-inventarju ta' 15 % tal-produzzjoni annwali, li huwa ekwivalenti għal fatturat ta' madwar xahrejn (2), huwa għoli għal industrija li tipproduċi l-aktar skont l-ordnijiet li jidħlulha. Dan il-livell tal-inventarju huwa kkawżat mid-differenza taż-żmien bejn il-produzzjoni u l-istadji differenti tal-proċess tal-bejgħ kif ukoll minn bixriet ta' bejgħ differenti. Għalhekk, il-livell tal-istokk ta' 15 % tal-produzzjoni ma jistax jitqies bħala partikolarment għoli.

(108)

Il-Kummissjoni tikkonferma li l-inventarji mhumiex ikkunsidrati bħala indikatur siewi għall-iskopijiet tal-investigazzjoni.

4.4.3.3.   L-investimenti

(109)

Xi partijiet interessati kkummentaw li l-industrija tal-Unjoni għamlet investimenti massivi li jiżbqu l-biljun EUR fis-sena, matul il-perjodu kollu f'kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet, għar-rigward ta' din il-pretensjoni li l-livell tal-investimenti li ssir referenza għalih fir-Regolament provviżorju kien fil-fatt il-livell tal-valur kontabbilistiku totali net tal-assi. Il-livell attwali tal-investimenti jingħata fit-tabella hawn taħt, li tissostitwixxi l-linja rispettiva fit-tabella 14 fir-Regolament provviżorju.

Tabella 3

Investimenti, il-produtturi kollha tal-Unjoni (parti mill-indikaturi tad-dannu)

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Investimenti (EUR)

37 490 603

48 191 901

70 857 777

53 367 691

Indiċi (2010 = 100)

100

129

189

142

(110)

L-investimenti attwali żdiedu b'89 punti perċentwali minn EUR 37 miljun fl-2010 għal EUR 70 miljun fl-2012, li sussegwentement naqsu b'47 punt perċentwali għal EUR 53 miljun matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni. Madankollu, din iż-żieda nominali ġiet minħabba livell baxx ħafna ta' investimenti fl-2010. Tabilħaqq, il-livell ta' investimenti kien tant baxx li l-valur kontabbilistiku net tal-assi kien qed jonqos b'mod kontinwu matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni, kif jidher fit-tabella 14 tar-Regolament provviżorju.

(111)

Anki jekk dan l-indikatur tad-dannu tjieb nominalment matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni, ma jaffettwax il-valutazzjoni tad-dannu tal-Kummissjoni, li hija ġeneralment negattiva, peress li dan l-indikatur kellu livell baxx matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni.

(112)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda ressqet l-argument li wara reviżjoni tal-investimenti, l-indikatur għal “redditu fuq l-investiment” għandu jiġi rivedut ukoll. Madankollu, l-indikatur għar-redditu fuq l-investiment huwa l-qligħ f'perċentwali tal-valur kontabbilistiku net tal-investimenti, kif dikjarat fil-premessa 150 tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, reviżjoni tal-indikatur għall-investimenti ma jkollha l-ebda impatt fuq ir-redditu fuq l-investiment. Bħala konsegwenza, ir-redditu fuq l-investiment ma għandux għalfejn jiġi rivedut peress li dan kien dikjarat b'mod korrett fir-Regolament provviżorju.

(113)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda ressqet l-argument li investiment totali ta' EUR 209 miljun matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni huwa kuntrarju għall-imġiba ta' kumpaniji li sofrew danni. Madankollu, kif indikat fil-premessa 110 aktar 'l fuq, il-livell ta' investimenti kien baxx matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni. Għalhekk, l-argument ma jistax jiġi aċċettat.

(114)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward l-indikaturi makroeknomiċi, il-konklużjonijiet l-oħra fil-premessi 135 sa 151 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(115)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kull kumment ieħor, il-konklużjonijiet fil-premessi 152 sa 155 tar-Regolament provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku kienu kkonfermati.

5.   KAWŻALITÀ

(116)

F'konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi konċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin iddanneġġaw lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn barra l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi konċernati ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(117)

Xi partijiet interessati (produtturi esportaturi u distributuri) saħqu fuq l-allegazzjonijiet dwar il-kawżalità li tressqu matul l-istadju provviżorju mingħajr ma ressqu xi elementi ġodda għall-kunsiderazzjoni. Dawn il-kommenti jolqtu, fost affarijiet oħra: livell baxx ta' importazzjonijiet, prezzijiet tal-importazzjoni li jsegwu il-prezzijiet tal-materja prima, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra u l-kapaċità eċċessiva tal-industrija tal-Unjoni). Peress li ma nġabu l-ebda argumenti ġodda, il-kummenti jitqiesu bħala indirizzati fid-dettal fil-premessi 156 sa 208 tar-Regolament provviżorju. Għal skopijiet ta' ċarezza, ċerti kummenti qed jiġu diskussi wkoll aktar 'l isfel.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(118)

Xi partijiet interessati tennew ukoll li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonernati fil-livell ta' 4,3 % għar-RPĊ u ta' 5,1 % għat-Tajwan matul il-perjodu tal-investigazzjoni ma setgħux kienu r-raġuni għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, speċjalment b'sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ta' madwar 80 % fl-istess perjodu. Il-Kummissjoni stabbiliet li matul il-perjodu tal-investigazzjoni l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati kien iwaqqa' l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bejn 9,8 % u 11,4 % kif spjegat fil-premessa 83 aktar 'l fuq. Filwaqt li jista' jkun li l-importazzjonijiet ma jkunux restrizzjoni perfetta għall-kompetizzjoni, kif diġà tfisser fil-premessa 158 tar-Regolament provviżorju, dawn jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fl-industrija tal-Unjoni u għalhekk ma ppermettew lill-industrija tal-Unjoni la li żżomm is-sehem tagħha mis-suq u lanqas li ssir profitabbli. Barra minn dan, kif jiġi konkluż fil-premessa 70 aktar 'l fuq, il-Kummissjoni ddeterminat li l-kundizzjonijiet rigward il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u Tajwan li flimkien jagħmlu 9,5 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienu ssodisfati.

5.2.   L-effetti ta' fatturi oħra

5.2.1.   Importazzjonijiet mit-Tajwan mhux oġġett ta' dumping

(119)

Kif spjegat fil-premessa 66 aktar 'l fuq, wara kummenti dwar id-divulgazzjoni proviżorja, instab li produttur Tajwaniż wieħed ma kienx qed jagħmel dumping. L-impatt ta' dawn l-importazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni inġenerali tal-industrija tal-Unjoni trid għalhekk tiġi analizzata, peress li huma ma għadhomx inklużi fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(120)

Madankollu, il-volum ta' dawn l-importazzjonijiet kien negliġibbli matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni, u dejjem żamm sehem mis-suq li kien b'mod sinifikanti anqas minn 1 %. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li minħabba l-volum negliġibbli tal-importazzjonijiet mhux oġġett ta' dumping mit-Tajwan, dawn ma kkontribwew fl-ebda grad sinifikanti għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(121)

Produttur esportatur wieħed ressaq l-argument li l-prezzijiet tal-importazjoni minn pajjiżi oħra bħal ma huma l-Korea f'Isfel u l-Afrika t'Isfel huma orħos milli mir-RPĊ, u flimkien mal-importazzjonijiet mill-Indja, li għandhom prezzijiet simili għal dawn tal-importazzjonijiet Ċiniżi, jistgħu jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. L-argument tal-parti jkompli li l-prezzijiet medji minn dawn it-tliet pajjiżi huma orħos mill-prezz medju, mhux bid-dannu, tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(122)

Madankollu, kif diġà ġie dikjarat fil-premessa 174 tar-Regolament provviżorju, l-SSCR jikkonsisti fi gradi varji ta' azzar u dan iwassal għal differenza sinifikanti fil-prezzijiet li ma setgħetx tkun ikkunsidrata fil-prezz medju maħruġ mill-Eurostat. Għahekk is-sempliċi paragun bejn il-prezzijiet medji, li ma jiħdux f'kunsiderazzjoni dawn id-differenzi, ma jagħmilx sens. Tabilħaqq, it-twaqqigħ tal-prezz fil-każ tar-RPĊ u t-Tajwan ma ġiex stabbilit abbażi ta' prezzijiet medji, iżda abbażi ta' paragun tip ma' tip, kif dikjarat fil-premessa 111 tar-Regolament provviżorju.

(123)

L-istess parti ressqet ukoll l-argument li l-importazzjonijiet mill-Indja u mill-Korea t'Isfel turi żidiet sinifikanti, kemm f'termini assoluti kif ukoll f'termini relattivi. Għalhekk, l-esklużjoni ta' dawn il-pajjiżi hija allegatament mhux oġġettiva.

(124)

Għar-rigward tal-Korea t'Isfel, is-sehem mis-suq żdied minn 2,3 % għal 2,8 % matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni, żieda ta' 0,5 % punti perċentwali biss. Filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'rata aktar qawwija, dawn żammew sehem mis-suq żgħir ħafna ta' anqas minn 2 % matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni. Dan juri li hemm differenzi oġġettivi bejn is-sitwazzjoni fir-RPĊ u t-Tajwan fuq naħa, u l-Indja u l-Korea t'Isfel min-naħa l-oħra.

(125)

L-istess parti tinnota wkoll li l-Kummissjoni ma tippreżentax spjegazzjonijiet dwar dak li kkawża ż-żieda ġenerali fil-prezzijiet fl-2011 u dak li kkawża roħs fil-prezzijiet fl-2012.

(126)

Il-premessa 138 tar-Regolament provviżorju tispjega li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jsegwu l-iżvilupp tal-kosti tal-materja prima, l-aktar il-kromju u n-nikil. Peress li l-prezzijiet minn pajjiżi terzi oħra segwew xejra simili, wieħed jista' jassumi li r-raġunijiet għall-iżvilupp tal-prezzijiet huma simili. Madankollu, kif indikat fil-premessa 174 tar-Regolament provviżorju, l-SSCR jikkonsisti fi gradi varji ta' azzar u dan iwassal għal differenza sinifikanti fil-prezzijiet li ma setgħetx tkun ikkunsidrata fil-prezz medju maħruġ mill-Eurostat.

(127)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda ressqet l-argument li l-importazzjonijiet mill-Korea t'Isfel, l-Indja u l-Afrika t'Isfel ma jistgħux jitqiesu bħala negliġibbli, peress li b'mod kumulattiv jirrappreżentaw sehem mis-suq ta' 6,3 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Madankollu, l-ebda minn dawn l-importazzjonijiet ma tqiesu bħala negliġibbli fir-Regolament provviżorju u l-effetti tagħhom ġew analizzati kif xieraq.

(128)

L-argument tal-istess parti jkompli li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu fil-biċċa l-kbira tas-serje 304. Tipi oħra ta' prodott, bħal ma huma s-serje 316, 316L u 321 għandhom prezz ogħla, peress li kollha kemm huma għandhom kontenut akbar ta' nikil. Għalhekk, minkejja d-dikjarazzjoni fil-premessa 174 tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra jridu jkunu jew fis-serje 200 (li huwa prodott niċċa fl-Unjoni) jew ikunu oġġett ta' dumping sostanzjali. L-allegazzjoni għalhekk tindika li l-prezz medju mir-RPĊ huwa orħos, fil-paragun, peress li allegatament huma biss il-prodotti niċċa li għandhom prezz aktar baxx mill-aktar grad populari mibjugħ mill-esportaturi Ċiniżi.

(129)

Din l-evalwazzjoni madankollu tinjora għal kollox is-serje tal-grad 400, li għandha prezz irħis, li huwa prodott ta' komodità fl-Unjoni, kif dikjarat fil-premessa 189 tar-Regolament provviżorju. Tabilħaqq, ir-RPĊ esportat proporzjon li b'paragun huwa għoli tal-prodotti tas-serje 300 li għandhom prezz ogħla. Dan jintwera mill-fatt li r-RPĊ u t-Tajwan kellhom marġini simili ta' twaqqigħ tal-prezzijiet, minkejja li l-prezzijiet Ċiniżi matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienu bħala medja aktar minn EUR 100 ogħla mill-prezzijiet tat-Tajwan, kif jidher fit-Tabella 7 tar-Regolament provviżorju.

5.2.3.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(130)

Parti interessata waħda ressqet l-argument li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni ta' 11 % kif jidher fit-Tabella 16 tar-Regolament prvoviżorju juri li dan il-prezz ikkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(131)

F'dan is-sens, il-premessa 138 tar-Regolament provviżorju tispjega li kemm il-kosti kif ukoll il-prezzijiet isegwu l-iżvilupp tal-kosti tal-materja prima, l-aktar il-kromju u n-nikil. Ir-roħs fil-prezz fis-swieq tal-esportazzjoni huwa simili għar-roħs fil-prezz fis-suq tal-Unjoni, u b'hekk isegwi l-istess fatturi li jaffettwaw il-kost.

(132)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda ressqet l-argument li ma ngħatat l-ebda valutazzjoni jew spjegazzjoni rigward it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni. F'dan ir-rigward, il-premessa preċedenti tindirizza din il-kwistjoni, u tispjega li l-prezz għall-esportazzjoni orħos isegwi l-iżvilupp fil-kosti tal-materja prima.

5.2.4.   Kapaċità żejda

(133)

Xi partijiet interessanti ressqu l-argument li l-utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata minn kapaċitajiet eċċessivi stallati qabel l-2010. Madankollu, is-sena 2010 kienet is-sena bl-akbar utilizzazzjoni ta' kapaċità matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni. Ta' min ifakkar li matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset minn 77 % għal 70 % l-aktar minħabba tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni. Minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiż kkonċernati, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-produzzjoni f'suq li qed jikber. Għalhekk jitqies li ma jistax ikun li l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni qed tonqos minħabba kapaċitajiet eċċessivi stallati qabel l-2010.

5.2.5.   Tħassib relatat mal-kompetizzjoni

(134)

Għar-rigward tal-analiżi kawżali tal-preokkupazzjonijiet li jolqtu l-kompetizzjoni kif imfisser fil-premessi 183 sa 194 fir-Regolament provviżorju, parti interessata waħda ikkummentat li l-analiżi tal-Kummissjoni ma kinitx suffiċjenti. Skont din, il-Kummissjoni injorat l-allegazzjonijiet tagħha u miżinterpratat il-kostatazzjonijiet pprovduti fil-każ tal-fużjoni Outokumpu/INOXUM u l-fatti tal-investigazzjoni preżenti. B'sostenn għal din l-allegazzjoni, jgħidu li l-erba' produtturi ewlenin tal-Unjoni għadhom dominanti fis-suq billi jżommu madwar 80 % tas-sehem mis-suq.

(135)

Il-fatti juru li din l-allegazzjoni hija żbaljata. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien tabilħaqq 80 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni kif miġjub fit-tabella 9 tar-Regolament provviżorju. Madankollu, kif indikat fil-premessa 90 tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn disa' produtturi magħrufa. Dan jinkludi l-erba' produtturi integrati maġġuri u ħames prodotturi iżgħar.

(136)

L-istess parti ressqet l-argument li DG COMP kien ikkostata li “erba' atturi maġġuri tal-UE biss huma attivi fis-suq, u warajhom jiġi grupp ta' atturi żgħar mhux Ewropej li kull wieħed minnhom ma jirrappreżentax aktar minn 5 % tas-suq”, b'referenza għall-premessa 351 tad-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu/INOXUM.

(137)

Din l-allegata kwotazzjoni madankollu mhix korretta. Il-kwotazzjoni t-tajba tiddikjara li “huma biss erba' atturi maġġuri li huma attivi fis-suq, u warajhom hemm grupp ta' atturi żgħar Ewropej u mhux Ewropej.” Jidher ċar għalhekk li din il-parti kkwotat ħażin id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu/INOXUM, u injorat kompletament ħames produtturi iżgħar tal-Unjoni.

(138)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti rrikonoxxiet li ħalliet barra l-atturi żgħar Ewropej mill-kwotazzjoni għaliex kull wieħed minn dawn ma jirrappreżentax aktar minn 5 % tas-suq. Madankollu, huma jinsistu li l-erba' produtturi integrati maġġuri għandhom sehem mis-suq ta' 80 %, b'referenza għall-premessa 135 aktar 'l fuq. Madankollu, kif hemm f'din il-premessa, is-sehem mis-suq ta' 80 % jirreferi għad-disa' produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni L-allegazzjoni hija għalhekk mhix fattwalment tajba u tista' għaldaqstant titwarrab.

(139)

L-istess parti rreferiet għall-premessa 187 tar-Regolament provviżorju, u allegat li d-dikjarrazzjoni “anke jekk il-limitazzjoni dovuta għall-importazzjonijiet ma kinitx b'saħħitha fil-preżent, huwa possibbli li din tikber fil-ġejjien” hija purament spekulattiva u tirrefeti għal avveniment ipotetiku fil-futur. Din il-valutazzjoni hija tajba. Id-dikjarazzjoni kkwotata hija meħuda mid-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu/INOXUM u d-dikjarazzjoni “fil-ġejjieni” għalhekk tirreferi għal avvenimenti wara li tkun addotata d-Deċiżjoni ta' Fużjoni. Kif spjegat fl-istess premessa tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan żdiedu b'70 % matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni. Barra minn dan, ir-Regolament tar-Reġistrazzjoni jiddikjara li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew jiżdiedu b'115 % għar-RPĊ u 66 % għat-Tajwan fl-2014 (7). Żidiet kontinwi bħal dawn fil-volumi tal-importazzjoni juri li d-dikjarazzjoni ma kinitx spekulattiva, u li ż-żidiet ma kinux “avvenimenti ipotetiċi fil-futur” iżda saru realtà bejn l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu/INOXUM u l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju.

(140)

Fin-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli ġdida f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkonferma l-kostatazzjoni tagħha fil-premessa 183 sa 194 tar-Regolament provviżorju li l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fl-Unjoni ma setgħux iżommu lill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati milli jikkawżaw danni għall-industrija tal-Unjoni.

5.2.6.   Allegat żvilupp ċikliku tal-volumi tal-importazzjoni.

(141)

Fil-premessa 105 tar-Regolament provviżorju, kien hemm il-konklużjoni li l-importazzjonijiet żdiedu b'mod konsistenti matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni, ħlief fl-2012. Xi partijiet interessati, madankollu allegaw li l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjoni ma għaddiex minn xejra konsistenti li tiżdied matul il-perjodu f'kunsiderazzjoni, iżda kien pjuttost suġġett għal żvilupp ċikliku, bl-2010 u l-2012 ikunu snin fejn l-importazzjoni kienet l-anqas, u l-2011 u l-2013 ikunu snin bl-aktar importazzjoni. Sabiex din l-allegazzjoni tiġi eżaminata, ġew eżaminati l-importazzjonijiet fuq perjodu aktar twil mill-pajjiżi kkonċernati kif rappurtati mill-Eurostat Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, l-importazzjonijiet negliġibbli mill-produtturi esportatur mit-Tajwan, li nstab li ma kienx qed jagħmel dumping, ma ġewx esklużi. Madankollu dawn ma għandhom l-ebda impatt fuq ix-xejra kif tidher fit-Tabella 4.

Tabella 4

Volumi ta' importazzjoni mill-pajjiżi konċernati

 

2009

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

2014

Il-volumi tal-importazzjoni (tunnellata metrika)

87 517

184 140

269 845

220 151

312 517

583 460

Indiċi (2010 = 100)

48

100

147

120

170

317

Sors: Eurostat

(142)

Din l-istatistika dwar l-importazzjoni turi li għar-rigward tal-perjodu mill-2009 sal-2014, is-sena 2012 kienet l-unika eċċezzjoni f'xejra li altrimenti kienet dejjem turi żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

5.2.7.   Bejgħ u produzzjoni anqas minkejja żieda fl-ordnijiet

(143)

Parti interessata waħda allegat li l-volumi baxxi ta' produzzjoni u ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni qed jonqsu minkejja volum jikber ta' ordnijiet. Tabilħaqq, l-informazzjoni fl-ilment tindika li l-volum tal-ordnijiet jiżboq il-volum tal-bejgħ b'marġini sinifikanti. Madankollu, dawn iż-żewġ ċifri mhumiex paragunabbli direttament, peress li ma jiġux rappurtati kuljum. Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-industrija tal-Unjoni ppreżentat informazzjoni addizzjonali dwar il-paragunabilità ta' dawn iċ-ċifri bħala reazzjoni għal din l-allegazzjoni. Meta wieħed jipparaguna l-informazzjoni dwar l-ordnijiet u dwar il-bejgħ fuq bażi kumparabbli, din id-differenza hija tabilħaqq negliġibbli.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(144)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-kawżalità, il-konklużjonijiet l-oħra fil-premessi 156 sa 208 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(145)

Kif imfisser fil-premessa 209 tar-Regolament provviżorju, f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar dumping dannuż, ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(146)

Kif imfisser fil-premessi 210 sa 212 tar-Regolament provviżorju, il-maġġoranza tal-industrija tal-Unjoni tappoġġja l-impożizzjoni ta' miżuri, bl-akbar produttur tal-Unjoni (Outokumpu) jibqa' sieket. Barra minn dan, produttur wieħed ta' strippi ta' preċiżjoni, bħala prodott ikkonċernat, ta l-appoġġ tiegħu għall-miżuri wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju.

6.2.   L-interess tal-importaturi u d-distributuri mhux relatati

(147)

Kif tfisser diġà fil-premessa 7 hawn fuq, sabiex tiġi eżaminata fid-dettal il-validità tal-allegazzjonijiet ippreżentati, il-Kummissjoni għamlet żjarat ta' verifika fil-postijiet ta' tliet importaturi u ta' żewġ utenti, fl-Italja u fil-Polonja.

(148)

Kif imfisser fil-premessi 213 sa 217 tar-Regolament provviżorju, xi importaturi u distributuri mhux relatati kienu attivi ħafna fil-każ preżenti, ġeneralment b'oppożizzjoni għall-miżuri.

(149)

Parti interessata waħda kkumentat dwar differenzi fil-kwalità. Hija allegat li l-kwalità offruta minn produtturi tal-SSCR Indjani u tal-Istati Uniti mhix tal-istess livell ta' standard meta tiġi paragunata mal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni jew ma importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan. Din it-talba ma kinitx sostanzjata. Kif imfisser fil-premessa 101 tar-Regolament provviżorju, il-produtturi ġeneralment jissodisfaw l-istess standards globali, u ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li dan mhux il-każ għall-produtturi Indjani jew Amerikani.

6.3.   Interess tal-utenti

(150)

Għadd ta' produtturi esportaturi u distributuri tennew preokkupazzjoniniet dwar l-effetti negattivi possibbli tal-miżuri fuq l-utenti. Madankollu, l-utenti infushom ma kinux jikkondividu dawn il-preokkupazzjonijiet u l-grad ta' parteċipazjzoni tal-utenti f'dan il-każ baqa' baxx ħafna.

6.4.   L-interess ta' partijiet oħrajn

(151)

Fl-aħħar nett, it-trejdunjon Ġermaniża tal-ħaddiema tal-metall (IG Metall) ħarġet tappoġġja l-miżuri. Huma esprimew tħassib dwar l-impatt negattiv tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. Din it-trejdunjon tirrappreżenta wkoll ħaddiema f'industriji importanti ta' utenti, bħal ma huma dawk tal-vetturi u tat-tagħmir domestiku.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(152)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward l-interess tal-Unjoni, il-konklużjonijiet fil-premessi 209 sa 222 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

7.   RETROATTIVITÀ

(153)

Fir-rigward tal-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri antidumping, iridu jiġu evalwati l-kriterji stipulati fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 10(4)(b), kriterju importanti minnhom li jrid ikun issodisfat huwa li jkun hemm “żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet”“flimkien mal-livell tal-importazzjonijiet li kkawżaw ħsara matul il-perjodu tal-investigazzjoni”.

(154)

Paragun tal-importazzjonijiet medji mensili (8) tal-SSCR matul il-perjodu tal-investigazzjoni b'importazzjonijiet medji mensili għall-perjodu taħt reġistrazzjoni (is-17 ta' Diċembru 2014–il-25 ta' Marzu 2015) juri tnaqqis ta' volumi ta' importazzjoni għall-perjodu taħt reġistrazzjoni. Tabilħaqq, kif jidher fit-Tabella 6 tar-Regolament provviżorju, il-kwantità mensili mejda tal-importazzjoni tal-SSCR mill-pajjiżi kkonċernati kienet ta' 26 043 tunnellata (9) matul l-investigazzjoni. Għall-paragun, matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni, il-volum medju mensili tal-importazzjoni tal-SSCR mill-pajjiżi kkonċernati kien ta' madwar 22 000 tunellati jew madwar 15 % anqas. Għal darba oħra, għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, l-importazzjonijiet negliġibbli mill-produtturi esportatur minn Tajwan, li nstab li ma kienx qed jagħmel dumping, ma ġewx esklużi.

(155)

Għalhekk, il-kriterju rigward żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet mhux issodisfat. Minħabba f'hekk, huwa konkluż li d-dazju antidumping definittiv ma għandux ikun impost b'mod retroattiv qabel id-data ta' applikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

(156)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda talbet il-ġbir retroattiv tad-dazju u ressqet l-argument li l-Kummissjoni qieset perjodu b'mod mhux korrett fid-determinazzjoni dwar jekk timponix miżuri b'mod retroattiv. Il-parti allegat li l-iżvilupp ta' importazzjonijiet fil-perjodu kollu kemm hu wara l-perjodu tal-investigazzjoni għandu jitqies meta jkun qed jiġi determinat jekk hemmx żieda sostnuta ulterjuri fl-importazzjonijiet.

(157)

Il-parti ppreżentat żieda ta' importazzjonijiet bejn Frar u Diċembru 2014, jiġifieri minn qabel il-bidu tal-investigazzjoni u sa madwar ġimagħtejn wara l-bidu tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. Tabilħaqq, l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet uriet żieda f'dak il-perjodu, madankollu, żieda bħal din ma ħolqitx il-probabilità li l-effetti rimedjali tal-miżuri li għandhom jiġu imposti sa mis-26 ta' Marzu 2015 ikunu mminati b'mod serju jekk ma jiġux imposti miżuri ulterjuri sa mis-17 ta' Diċembru 2014.

(158)

Dan huwa għaliex wara Lulju 2014 (ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni) u aktar u anki wara Diċembru 2014 (il-bidu tar-reġistrazzjoni) l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet uriet xejra 'l isfel, u laħqet livelli ta' importazzjoni ekwivalenti għal dawk ta' matul il-perjodu tal-investigazzjoni u anki anqas kif ġie osservat fil-premessa 154 aktar 'l fuq. Għall-perjodu li għalih il-parti qed titlob applikazzjoni retroattiva tad-dazji (perjodu limitat għal 90 jum qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, jiġifieri bejn is-26 ta' Diċembru 2014–il-25 ta' Marzu 2015), l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet ċertament mhix ikkaratterizzata minn xi żieda iżda minn tnaqqis u għalhekk wieħed ma jista' jattribwixxi l-ebda effett ta' mminar fil-każ ta' dawn l-importazzjonijiet.

(159)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet legali għall-użu tal-poteri diskrezzjonali tagħha taħt l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati.

8.   IL-MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

(160)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa rigward id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajwan, skont ir-regola tad-dazju inferjuri taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

8.1.   Il-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara

(161)

Xi partijiet interessati ressqu l-argument li l-profitt fil-mira ma għandux ikun ibbażat fuq l-2007, peress li din kienet allegatament sena tajba b'mod eċċezzjonali għall-industrija tal-azzar. L-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni wriet madankollu li għall-perjodu ta' bejn l-2004 u l-2007, is-sena 2007 kienet tabilħaqq biss it-tielet l-aħjar sena għar-rigward tal-profitabilità tal-industrijal.

(162)

Parti interessata waħda ressqet ukoll l-argument li s-sena 2007 tabilħaqq kienet eċċezzjonali, peress li kellha kwarti li fihom inkisbu riżultati differenti ħafna. Tabilħaqq, matul l-ewwel żewġ kwarti tal-2007, l-industrija marret tajjeb ħafna, u kisbet marġini ta' profitt ogħla minn 10 %. Fit-tielet u r-raba' kwarti, madankollu, dehret stampa differenti ħafna, u l-marġini tal-profitt kienu kemm kemm ogħla mill-punt ta' ekwilibriju jew saħansitra anki negattivi.

(163)

Filwaqt li jista' jkun tassew il-każ li dan l-iżvilupp huwa eċċezzjoni, dan juri ukoll li l-medja ġenerali għall-2007 ma tistax tkun eċċezzjonalment għolja, peress li tkopri żewġ kwari ta' prestazzjoni tajba u żewġ kwarti ta' prestazzjoni ħażina tal-industrija tal-Unjoni.

(164)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda ressqet l-argument li l-profitt fil-mira huwa bħala paragun ogħla minn dak f'investigazzjonijiet oħra fejn jidħlu prodotti tal-azzar bħal ma huma tubi u pajpijiet iwweldjati (10) u prodotti b'vina parallela (grain-oriented) irrumblati ċatt ta' azzar silikon-elettriku (“GOES”) (11). Il-parti madankollu ma ppreżentat l-ebda argumenti dwar għaliex l-informazzjoni li tikkonċerna industrija li tipproduċi prodott differenti hija aktar relevanti minn informazzjoni li tikkonċerna l-industrija tal-Unjoni tal-SSCR innifisha. Barra minn dan, lanqas ma hu l-każ li l-informazzjoni użata kemm fit-tubi u l-pajpijiet iwweldjati kif ukoll fil-GOES hija bbażata fuq informazzjoni aktar reċenti milli fil-każ preżenti. Din l-informazzjoni mhix għalhekk ikkunsidrata aktar relevanti mill-informazzjoni użata fir-Regolament provviżorju.

(165)

Wara d-divulgazzjon finali, parti interessata waħda ressqet l-argument li l-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni fis-sena 2007 ma jistax jitqies bħala affidabbli jew rappreżentattiv, peress li l-kundizzjonijiet tas-suq ma kinux normali, kif deskritt fil-premessa 162 aktar 'l fuq. Din il-parti madankollu ma qajmitx dubju dwar il-fatt li l-2007 kienet biss it-tielet l-aħjar sena bejn tidħol il-profitabilità tal-industrija, kif jintqal fil-premessa 161 aktar 'il fuq. Peress li l-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni huwa konformi mal-profitabilità miksuba fis-snin preċedenti 2004–2006, l-argument li l-profitt tas-sena 2007 ma jistax ikun affidabbli jew rappreżentattiv ma jistax jiġi aċċettat.

(166)

Parti interessata waħda ressqet l-argument li bil-kalkolu tal-prezz mhux dannuż tal-prodott simili billi jiġu magħduda l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni mat-telf attwali mġarrab matul il-perjodu tal-investigazjoni, u ma' dan ikompli jiġi miżjud il-marġini ta' profitt ta' 8,1 % imsemmi aktar 'l fuq, il-Kummissjoni tkun qed titbiegħed mill-prassi allegatament stabbilita tagħha li tistabbilixxi l-prezz mhux dannuż billi żżid il-profitt immirat mal-kost tal-produzzjoni.

(167)

Iż-żewġ prassi jeżistu u japplikaw Fin-nuqqas ta' bejgħ paragunabbli mill-industrija tal-Unjoni, il-prezz mhux dannuż jista' jiġi stabbilit billi jiżdied il-profitt fil-mira mal-kosti totali. Fil-każ preżenti, madankollu, kien hemm bejgħ paragunabbli. Barra minn dan, il-prodott simili mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni kien jikkonsisti minn eluf ta' tipi ta' prodott u l-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun kellhom netwerk estensiv ta' kumpaniji relatati, inkluż ċentri tas-servizzi tal-ħadid, li ġarrbu kosti. Ma tqiesx għalhekk li kienet ħaġa prattika li tinġabar l-informazzjoni dwar il-kost għal kull tip ta' prodott fuq livell ta' PCN. Minflok, il-kosti totali ġew stabbiliti billi ġew magħduda flimkien il-prezz tal-bejgħ medju ponderat mat-telf medju ponderat li ġġarrab. Imbagħad, il-marġini ta' profitt ta' 8,1 % ġie magħdud mal-kosti totali hekk stabbiliti.

(168)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti interessata pprovdiet argumenti addizzjonali għaliex il-prezz mhux dannuż għandu jiġi kkalkulat billi jiżdied il-profitt immirat mal-kost tal-produzzjoni.

(169)

Fl-aħħar nett, il-parti nnutat li hemm differenza sinifikanti fil-prezz bejn id-diversi PCNs ta' 150 % li ma tistax tiġi spjegata b'differenzi fil-kost. Madankollu, dan l-argument ma ġie sostnut minn l-ebda evidenza. Tabilħaqq, ġie kkonfermat li d-diversi PCNs għandhom differenzi tal-kosti sinifikanti ħafna minħabba l-gradi, il-wesgħat, il-ħxuniet u l-finishings differenti tal-azzar. Tabilħaqq ġie kkonfermat li d-differenza fil-kost bejn id-diversi PCNs tista' tiżboq il-150 %.

(170)

It-tieni, il-parti pprovdiet eżempju billi użat kost ipotetiku ta' produzzjoni u prezz tal-bejgħ ipotetiku għal tip ta' prodott ipotetiku, li allegatament kien juri li l-kalkolu tal-prezz immirat abbażi tal-prezz tal-bejgħ mhux raġjonevoli. Madankollu, peress li l-informazjoni kollha użata fl-eżempju hija ipotetika, u ma tirreferix għal dejta attwali, ir-riżultat ta' dan l-eżempju ipotetiku ma jistax juri li l-metodoloġija mhux raġjonevoli.

(171)

It-tielet, il-parti tallega li l-Kummissjoni sempliċement ma ġabritx id-dejta tal-kost tal-produzjzoni minn PCM mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. Din l-allegazzjoni hija żbaljata. Id-dejta dwar il-kost tal-produzzjoni ntalbet mill-Kummissjoni fi kwestjonarju, pprovdut mill-produtturi tal-Unjoni u vverifikat.

(172)

Fl-aħħar nett, il-parti pprovdiet eżempju li allegatament juri li l-Kummissjoni żiedet il-profitt fil-mira ma' prezz tal-bejgħ li kellu bilfors jinbiegħ bi profitt għoli ħafna. Sabiex isostnu dan l-argument, huma pparagunaw il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni kemm mal-prezz tal-esportazzjoni tagħhom stess kif ukoll il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta' PCN simili.

(173)

Mdankollu, iż-żewġ PCNs użati fl-eżempju ġew esportati fi kwantitajiet insinifikanti u għalhekk ma kellhom l-ebda effett fuq il-marġini tad-dannu għall-kumpanija. Barra minn dan, id-dikjarazzjoni li l-PCN kellu bilfors jinbiegħ bi profitt għoli ħafna mhix appoġġjata minn evidenza u lanqas ma hi appoġġjata mill-kostatazzjonijiet tal-investigazzjoni.

(174)

Fl-assenza ta' kwalukwe kumment ieħor rigward il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi 224 sa 229 tar-Regolament provviżorju kienu kkonfermati.

8.2.   Dazji antidumping definittivi

(175)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqin rigward id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġni tad-dumping jew tad-dannu, skont ir-regola tad-dazju inferjuri.

(176)

Ir-rati tad-dazju antidumping definittivi, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntieri tal-Unjoni, bħala dazju doganali mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 5

Marġini ta' dumping, marġini ta' dannu u rati tad-dazju antidumping

Pajjiż

Kumpanija

Marġini tad-dumping

(%)

Marġini tad-dannu

(%)

Dazju antidumping

(%)

RPĊ

Baosteel Stainless Steel Co., Ltd.

42,2

25,3

25,3

RPĊ

Ningbo Baoxin Stainless Steel Co., Ltd.

42,2

25,3

25,3

RPĊ

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd.

50,2

24,4

24,4

RPĊ

Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co Ltd.

50,2

24,4

24,4

RPĊ

Kumpanija oħra li qed jikkooperaw

49,1

24,6

24,6

RPĊ

Il-kumpaniji l-oħra kollha

50,2

25,3

25,3

It-Tajwan

Chia Far Industrial Factory Co., Ltd.

0

 

0

It-Tajwan

Tang Eng Iron Works Co., Ltd.

6,8

23,1

6,8

It-Tajwan

Yieh United Steel Corporation

6,8

23,1

6,8

It-Tajwan

Kumpanija oħra li qed jikkooperaw

6,8

23,1

6,8

It-Tajwan

Il-kumpaniji l-oħra kollha

6,8

23,1

6,8

(177)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzoni. Gћaldaqstant, dawn jirriflettu l-qagħda li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina mill-pajjiżi konċernati u li huwa mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għal “il-kumpaniji l-oħra kollha”. Ma għandhomx ikunu suġġetti għal xi rata individwali ta' dazju antidumping.

(178)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (12). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż ta' informazzjoni dwar il-bidla fl-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(179)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq ta' dazji antidumping, ir-rata tad-dazju antidumping għall-“kumpaniji kollha l-oħrajn” għandha tkun applikata mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, imma anki għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

8.3.   Offerti għal impenn fuq il-prezz

(180)

Wara d-divulgazzjoni finali, tliet produtturi esportaturi ppreżentaw offerti ta' impenn fuq il-prezz skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku.

(181)

Il-Kummissjoni evalwat dawn l-offerti u kkonkludiet li, skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku, ma jkunx prattiku li t-tali impenji jiġu aċċettati. Dan huwa hekk l-aktar minħabba l-ammont kbir ħafna ta' tipi tal-prodott li ma tistax issir distinzjoni bejniethom, koperti mill-offerti, li jvarjaw b'mod sinifikanti fil-prezz kif ukoll fl-istrutturi kumplessi tal-kumpanija/tal-grupp tal-produtturi esportaturi, b'mod li l-monitoraġġ tal-impriżi jsir imprattiku.

(182)

Il-Kummissjoni spjegat lill-produtturi esportaturi li l-prodott ikkonċernat mhux idoneu għal impenn. Il-Kummissjoni spjegat ukoll li minħabba l-istrutturi tal-kumpanija/tal-grupp tagħhom il-monitoraġġ tal-impenji ma jkunx prattiku.

(183)

It-tliet offerti kollha ġew għalhekk miċħuda.

8.4.   Ġbir definittiv tad-dazji provviżorji

(184)

Parti interessata waħda ressqet l-argument li l-miżuri għandhom jeskludu volumi li diġà jkunu qegħdin fi tranżitu fil-mument tal-impożizzjoni tad-dazju provviżorju. Fil-prattika dan jammonta għal eżenzjoni mid-dazji li tista' timmina l-effetti rimedjali tal-miżuri, u għalhekk dan ma ntlaqax.

(185)

Fid-dawl tal-marġni ta' dumping li ġew kostatati u minħabba l-livell ta' dannu kkważata lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping provviżorju, impost bir-Regolament provviżorju, għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti li jaqbżu r-rata definittiva tad-dazji antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

(186)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed jiġi impost dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-azzar inossidabbli, mhux maħdumin aktar ħlief għal irrumblar fil-kesħa (imnaqqsa bil-kesħa), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81 u 7220 20 89 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan.

Ir-rati tad-dazju antidumping definittivi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u magħmula mill-kumpaniji elenkati hawn taħt ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju antidumping definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd, il-Belt ta' Taiyuan

24,4

C024

RPĊ

Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co., Ltd, il-Belt ta' Tianjin

24,4

C025

RPĊ

Kumpaniji oħrajn li kkoperaw elenkati fl-Anness

24,6

 

RPĊ

Il-kumpaniji l-oħra kollha

25,3

C999

It-Tajwan

Chia Far Industrial Factory Co., Ltd, il-Belt ta' Taipei

0

C030

It-Tajwan

Il-kumpaniji l-oħra kollha

6,8

C999

L-applikazzjoni tar-rati ta' dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha trid tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ tali fattura, identifikat/a b'ismu/isimha u l-kariga tiegħu/tagħha, imfassla skont is-sussegwenti: “Jien, is-sottoskritt/a, niċċertifika li l-(volum) tal-prodott tal-azzar inossidabbli rrumblat bil-kesħa biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) f'(Tajwan/ir-RPĊ). Niddikjara li l-informazzjoni provduta f'dan il-fattura hija kompleta u korretta.”. Jekk ma tkun ippreżentata l-ebda fattura bħal din, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha.”

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju tal-antidumping impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/501 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan jiġu miġbura b'mod definittiv. L-ammonti garantiti f'eċċess tar-rata definittiva ta' dazju antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Meta kwalunkwe produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) waqt il-perjodu tal-investigazzjoni (l-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013),

ma jkunx relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jkunu soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament,

ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

L-Artikolu 1(2) jista' jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u għaldaqstant jiġi soġġett għar-rata ta' dazju medja ponderata.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/501 tal- 24 ta' Marzu 2015 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 23).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1331/2014 tal- 15 ta' Diċembru 2014 li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 90).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Novembru 2012, indirizzata lil: Outokumpu OYJ li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kumpatbbli mas-suq intern u l-ftehim taż-ŻEE (il-Kawża COMP/M.6471 — Outokumpu/INOXUM).

(5)  Materjal sottili, ħafna drabi tal-PVC, applikat mal-wiċċ tal-SSCR sabiex jipproteġieh minn grif u biex titjieb il-kwalita tat-truf fil-każ ta' qtugħ.

(6)  Għas-snin 2010-2012 il-produtturi li d-dejta tagħhom intużat fil-kalkolu tal-prezz bażiku medju kienu Acerinox, AST, Aperam u Outokumpu u għas-sena 2013 Acerinox, Aperam u Outokumpu.

(7)  Ir-Regolament ta' Reġistrazzjoni, il-premessa 13.

(8)  Peress li l-perjodu tar-reġistrazzjoni huwa sinifikament iqsar mill-perjodu tal-investigazzjoni, paragun tal-valuri medji mensili huwa iktar utli minn paragun tal-volum totali taż-żewġ perjodi rispettivi.

(9)  312 517 tunellati mir-RPĊ u t-Tajwan allokati għal 12-il xahar.

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/110 tas-26 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw mill-Belarussja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Russja u li jtemm il-proċediment fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fl-Ukraina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 6).

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/763 tat-12 ta' Mejju 2015 li jimponi dazju provviżorju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti b'vina parallela (grain-oriented) irrumblati ċatt ta' azzar silikon-elettriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 120, 13.5.2015, p. 10).

(12)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.


ANNESS

Produtturi esportaturi miċ-Ċina li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

Pajjiż

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Lianzhong Stainless Steel Corporation, Guangzhou

C026

RPĊ

Ningbo Qi Yi Precision Metals Co., Ltd., Ningbo

C027

RPĊ

Tianjin Lianfa Precision Steel Corporation, Tianjin

C028

RPĊ

Zhangjiagang Pohang Stainless Steel Co., Ltd., Zhangjiagang City

C029


27.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1430

tas-26 ta' Awwissu 2015

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jambon de Lacaune (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Jambon de Lacaune” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), u dan skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Ladarba ma ġiet notifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Jambon de Lacaune” għandha tiġi rreġistrata.

(3)

Permezz tal-ittra li waslet fit-3 ta' Marzu 2014, l-awtoritajiet Franċiżi għarrfu lill-Kummissjoni li l-intrapriża SARL René Pujol, 11 avenue de Lattre de Tassigny, BP 52 81230 Lacaune u l-intrapriża salumerija Maison Nègre, 6 avenue de Naurois, 81230 Lacaune li jinsabu fit-territorju tagħhom, kienu kkummerċjalizzaw legalment il-prodott bl-isem “Jambon de Lacaune” billi użaw din id-denominazzjoni kontinwament għal iktar minn ħames snin; l-awtoritajiet ta' Franza nnotifikaw lill-Kummissjoni wkoll li dan il-punt tqajjem fil-qafas tal-proċedura nazzjonali ta' oppożizzjoni.

(4)

Billi l-intrapriżi SARL René Pujol u Maison Nègre imsemmija fil-punt 3, jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, sabiex jibbenefikaw minn perjodu ta' tranżizzjoni biex jużaw legalment id-denominazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni wara r-reġistrazzjoni tagħha, dawn għandhom jingħataw perjodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin li jibda minn meta jressqu t-talba għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni lill-Kummissjoni biex matulu jkunu jistgħu jibqgħu jużaw id-denominazzjoni “Jambon de Lacaune”.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Jambon de Lacaune” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2 — Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

L-intrapriżi SARL René Pujol u Maison Nègrees huma awtorizzati biex jużaw d-deniminazzjoni rreġistrata “Jambon de Lacaune” (IĠP) sat-3 ta' Marzu 2019.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 47, 10.2.2015, p. 5.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


27.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1431

tas-26 ta' Awwissu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

171,5

ZZ

171,5

0709 93 10

TR

125,7

ZZ

125,7

0805 50 10

AR

155,9

BO

152,6

CL

155,5

UY

133,4

ZA

161,9

ZZ

151,9

0806 10 10

BA

74,4

EG

213,1

MA

201,6

MK

68,3

TR

147,2

ZZ

140,9

0808 10 80

AR

124,0

BR

102,5

CL

133,1

NZ

146,1

US

162,3

UY

170,8

ZA

123,7

ZZ

137,5

0808 30 90

AR

131,9

CL

107,2

NZ

210,1

TR

126,8

ZA

106,7

ZZ

136,5

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

53,8

TR

134,6

ZZ

94,2

0809 40 05

BA

58,1

MK

24,5

ZZ

41,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

27.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/39


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1432

tal-25 ta' Awwissu 2015

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja u għal-Litwanja

(notifikata bid-dokument C(2015) 6031)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri differenzjati skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

(2)

F'Awwissu 2015, l-Estonja nnotifikat diversi każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fiż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Wieħed minn dawn il-każijiet seħħ f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u qrib żona elenkata fil-Parti I ta' dak l-Anness.

(3)

F'Awwissu 2015, il-Litwanja nnotifikat diversi tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fiż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Waħda minn dawn it-tifqigħat seħħet f'żona elenkata fil-Parti II ta' dak l-Anness.

(4)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f'dak li għandu x'jaqsam mad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju maħluq mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja u fil-Litwanja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, u biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, sabiex titqies is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda f'dawk l-Istati Membri.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata skont dan,

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn (il-belt) ta' Kallaste,

il-linn ta' Kunda,

il-linn ta' Mustvee,

il-linn ta' Pärnu,

il-linn ta' Tartu,

il-maakond (il-kontea) ta' Harjumaa,

il-maakond ta' Läänemaa,

il-vald (il-muniċipalità) ta' Alatskivi,

il-vald ta' Are,

il-vald ta' Audru,

il-vald ta' Haaslava,

il-vald ta' Halinga,

il-vald ta' Haljala,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Kasepää,

il-vald ta' Koonga,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Lavassaare,

il-vald ta' Luunja,

il-vald ta' Mäksa,

il-vald ta' Meeksi,

il-vald ta' Paikuse,

il-vald ta' Pala,

il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-vald ta' Peipsiääre,

il-vald ta' Piirissaare,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Saare,

il-vald ta' Sauga,

il-vald ta' Sindi,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Surju,

il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-vald ta' Tahkuranna,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-vald ta' Tootsi,

il-vald ta' Tori,

il-vald ta' Tõstamaa,

il-vald ta' Vara,

il-vald ta' Varbla,

il-vald ta' Vihula,

il-vald ta' Vinni,

il-vald ta' Viru-Nigula,

il-vald ta' Võnnu.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads (il-muniċipalità) ta' Krimuldas, il-pagasts (il-munaċipalità rurali) ta' Krimuldas,

fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Lauberes, Suntažu, Ķeipenes, Taurupes, Ogresgala u Mazozolu,

fin-novads ta' Priekuļu, il-pagasti ta' Priekuļu u Veselavas,

in-novads ta' Amatas,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Jurbarkas, is-seniūnija (il-muniċipalità) ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,

fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnija ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Naujamiesčio u Smilgių,

fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnija ta' Ariogalos, Ariogalos miestas, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnija ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda,

is-savivaldybė ta' Marijampolė.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-województwo podlaskie (id-dipartiment) ta' Podlasie:

il-gminy (il-muniċipalità) ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat (id-distrett) ta' Augustów,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady, Dobrzyniewo Duże u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Lbiċ tal-gmina ddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białystok,

il-gminy ta' Czyże, Hajnówka bil-bliet ta' Hajnówka, Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat ta' Hajnówka,

il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat ta' Siemiatycze,

il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' Wysokie Mazowieckie,

il-gminy ta' Krasnopol u Puńsk fil-powiat ta' Sejny,

il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat ta' Suwałki,

il-gminy ta' Rutki fil-powiat ta' Zambrow,

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat ta' Sokółka,

il-powiat ta' Bielsk,

il-powiat ta' M. Białystok,

il-powiat ta' M. Suwałki,

il-powiat ta' Mońki.

PARTI II

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Rakvere,

il-linn ta' Vändra,

il-linn ta' Viljandi,

il-maakond ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-maakond ta' Raplamaa,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Abja,

il-vald ta' Häädemeeste,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Kadrina,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Pärsti,

il-vald ta' Rakvere,

il-vald ta' Saarde,

il-vald ta' Tapa,

il-vald ta' Vändra.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Lēdurgas,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas,

fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Krapes, Madlienas u Menģeles,

fin-novads ta' Priekuļu, il-pagasti ta' Liepas u Mārsnēnu,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Aknīstes,

in-novads ta' Alūksnes,

in-novads ta' Apes,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Balvi,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Gulbenes,

in-novads ta' Ilūkstes,

in-novads ta' Jaunpiepalgas,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Rugāju,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Varakļānu,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Viļakas,

ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Jēkabpils,

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (ir-raħal distrettwali) ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Šilų, Bukonių u fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimas (ir-raħal) ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Kaišiadorių apylinkės, Kruonio, Nemaitonių, Paparčių, Žąslių, Žiežmarių, Žiežmarių apylinkės u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, Vilkijos apylinkių u Zapyškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, Kėdainių miesto,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnija ta' Karsakiškio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Vadoklių u Velžio,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnija ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnija ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

il-miesto savivaldybė (il-belt distrettwali) ta' Alytus,

il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevežys,

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Alytus,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

ir-rajono savivaldybė ta' Druskininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

is-savivaldybė (id-distrett) ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Elektrenai.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-podlaskie województwo ta' Podlasie:

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Supraśl, Wasilków u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Grigal tal-gmina iddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białostok,

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat ta' Sokółka,

il-gminy ta' Giby u Sejny bil-belt ta' Sejny fil-powiat ta' Sejny,

il-gminy ta' Lipsk u Płaska fil-powiat ta' Augustów,

il-gminy ta' Narew, Narewka u Białowieża fil-powiat ta' Hajnowka.

PARTI III

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Elva,

il-linn ta' Jõgeva,

il-linn ta' Põltsamaa,

il-linn ta' Võhma,

il-maakond ta' Järvamaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-maakond ta' Võrumaa,

il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mil-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u x-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Jõgeva,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Laeva,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Pajusi,

il-vald ta' Põltsamaa,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Puurmani,

il-vald ta' Rakke,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Tähtvere,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Torma,

il-vald ta' Ülenurme,

il-vald ta' Väike-Maarja.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

in-novads ta' Aglonas,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Beverīinas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Strenču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils,

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Viešintos u l-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimas Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u Žeimių miestelis,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Palomenės, Pravieniškių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnija ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos, Kalesninkų,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnija ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos, Vydenių,

il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Moletai,

ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Švencionys,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

ir-rajono savivaldybė ta' Utena,

ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

is-savivaldybe ta' Visaginas.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-podlaskie województwo (id-dipartiment) ta' Podlasie:

il-gminy ta' Gródek u Michałowo fil-powiat ta' Białostok,

il-gminy ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat ta' Sokółka.

PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni tal-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardinja.”