ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 193

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
21 ta' Lulju 2015

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi ( 1 )

1

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali ( 1 )

20

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1187 tas-27 ta' April 2015 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari ( 1 )

43

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali ( 1 )

76

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu ( 1 )

100

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1190 tal-20 ta' Lulju 2015 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 )

115

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1191 tal-20 ta' Lulju 2015 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Artemisia vulgaris L. bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

122

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1192 tal-20 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

124

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1193 tal-20 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

128

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1194 tal-20 ta' Lulju 2015 Dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 12635:2002+A1:2008 dwar bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

130

*

Deċiżjoni (UE) 2015/1195 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2015/298 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/25)

133

*

Deċiżjoni (UE) 2015/1196 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/26)

134

LINJI GWIDA

*

Linja Gwida (UE) 2015/1197 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2015/24)

147

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1185

tal-24 ta' April 2015

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta' bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f'termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li tkun ikkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżuri ta' implimentazzjoni għall-prodotti li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, bħall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta' tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li s-soltu jintużaw għat-tisħin fil-bini residenzjali u kummerċjali. Dan l-istudju twettaq flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

L-aspetti ambjentali tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-materja partikulata (it-trab), tal-komposti organiċi gassużi, tal-monossidu tal-karbonju u tal-ossidi tan-nitroġenu fil-fażi tal-użu.

(5)

L-istudju ta' tħejjija juri li, għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, mhumiex meħtieġa iktar rekwiżiti dwar il-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE.

(6)

L-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jinkludi l-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi maħsubin biex jaħdmu bil-fjuwils solidi (il-fjuwils tal-bijomassa jew il-fjuwils fossili). Il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li għandhom il-funzjonalità tat-tisħin indirett permezz ta' fluwidu wkoll jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jużaw bijomassa li mhix tal-injam għandhom karatteristiċi tekniċi speċifiċi u għalhekk għandhom jiġu eżentati minn dan ir-Regolament.

(7)

Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi ġie stmat li kien ta' 627 PJ fl-Unjoni fl-2010 (jiġifieri ammont li huwa ekwivalenti għal 15,0 miljun tunnellata żejt (Mtoe)), li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta' 9,5 miljun tunnellata ta' diossidu tal-karbonju (CO2). Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi mistenni jkun ta' 812 PJ fl-2030 (jiġifieri ammont li huwa ekwivalenti għal 19,4 miljun tunnellata żejt (Mtoe)), li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta' 8,8 miljun tunnellata ta' CO2.

(8)

Il-konsum tal-enerġija tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi jista' jkompli jitnaqqas billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji eżistenti li ma jwasslux għal żieda fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawn il-prodotti.

(9)

Ġie stmat li l-emissjonijiet annwali tal-materja partikulata (MP), tal-komposti organiċi gassużi (KOG) u tal-monossidu tal-karbonju (CO) kienu ta' 142 kilotunnellata fis-sena, 119-il kilotunnellata fis-sena u 1 658 kilotunnellata fis-sena rispettivament fl-2010. Il-miżuri speċifiċi adottati mill-Istati Membri u l-iżvilupp teknoloġiku mistennija jwasslu biex dawn l-emissjonijiet ikunu ta' 94 kilotunnellata fis-sena, 49 kilotunnellata fis-sena u 1 433 kilotunnellata fis-sena rispettivament fl-2030. L-emissjonijiet annwali tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) mistennija jiżdiedu jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi minħabba li d-disinni tal-ħiters tal-post lokali l-ġodda se jkunu jiddependu fuq temperaturi ogħla tal-kombustjoni.

(10)

L-emissjonijiet tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi jistgħu jkomplu jitnaqqsu billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji eżistenti li ma jwasslux għal żieda fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawk il-prodotti.

(11)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 (2) flimkien huma mistennija jwasslu għal iffrankar stmat tal-enerġija ta' madwar 41 PJ (0,9 Mtoe) fis-sena sal-2030, li jikkorrispondu għal 0,4 miljun tunnellata ta' CO2.

(12)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f'dan ir-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam mal-emissjonijiet li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi se jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP), tal-komposti organiċi gassużi (KOG) u tal-monossidu tal-karbonju (CO) ta' 27 kilotunnellata fis-sena, 5 kilotunnellati fis-sena u 399 kilotunnellata fis-sena rispettivament sal-2030.

(13)

Dan ir-Regolament ikopri prodotti li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti. Jekk jiġu imposti l-istess rekwiżiti tal-effiċjenza fuq dawn il-prodotti, ċerti teknoloġiji ma jitħallewx jitqiegħdu fis-suq u l-konsumaturi jispiċċaw ibatu l-konsegwenzi ta' dan. Minħabba f'hekk, rekwiżiti tal-ekodisinn li jkunu jikkorrispondu mal-potenzjal ta' kull teknoloġija joħolqu kundizzjonijiet indaqs fis-suq.

(14)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti marbutin mal-konsum tal-enerġija u mal-emissjonijiet tal-materja partikulata, tal-komposti organiċi gassużi, tal-monossidu tal-karbonju u tal-ossidi tan-nitroġenu għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi fl-Unjoni Ewropea kollha, sabiex is-suq intern jaħdem aħjar u sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta' dawk il-prodotti.

(15)

L-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi tonqos meta dawn jitħaddmu fir-realtà meta mqabbla mal-effiċjenza enerġetika mkejla fit-testijiet. Sabiex l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post titqarreb lejn l-effiċjenza enerġetika utli, il-manifatturi għandhom jiġu mħeġġa jużaw il-kontrolli. Għal dan il-għan, qed jiġi ssoponut skont globali għal din id-differenza bejn dawn iż-żewġ valuri, li wieħed jista' jirkuprah billi jagħżel għadd ta' għażliet ta' kontroll.

(16)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m'għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi jew kemm prezzhom ikun għall-but ta' kulħadd mill-perspettiva tal-utent aħħari u m'għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent.

(17)

L-iskeda taż-żmien biex jiddaħħlu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha tkun tali li tippermetti biżżejjed żmien lill-manifatturi biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. Hija għandha tqis kwalunkwe impatt tal-kostijiet għall-manifatturi, b'mod partikulari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, filwaqt li tiżgura l-kisba f'waqtha tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(18)

Il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi huma koperti bi standards armonizzati li għandhom jintużaw skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għall-finijiet taċ-ċertezza legali u tas-simplifikazzjoni, huwa xieraq li l-istandards armonizzati korrispondenti jiġu riveduti sabiex ikunu jirriflettu r-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(19)

Il-parametri tal-prodott għandhom jitkejlu u jiġu kkalkulati permezz ta' metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (4).

(20)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità japplikaw.

(21)

Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu t-tagħrif mogħti fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x'jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(22)

Sabiex ikomplu jillimitaw l-impatt ambjentali tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, il-manifatturi għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi tagħhom.

(23)

Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti valuri indikattivi ta' referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li t-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom ikun disponibbli b'mod wiesa' u jkun aċċessibbli faċilment.

(24)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jkollhom potenza termika nominali ta' 50 kW jew inqas.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

(a)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li huma maħsubin għall-kombustjoni tal-bijomassa li mhix tal-injam biss;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li huma maħsubin għall-użu fuq barra biss;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li l-potenza termika diretta tagħhom fil-potenza termika nominali hija inqas minn 6 % tal-potenza termika kkombinata diretta u indiretta tagħhom;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li mhumiex immuntati fil-fabbrika jew li ma jingħatawx minn manifattur wieħed bħala komponenti jew partijiet magħmulin minn qabel li jridu jiġu mmuntati fil-post;

(e)

għall-prodotti għat-tisħin bl-arja;

(f)

għall-istufi tas-sawna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi” tfisser apparat għat-tisħin tal-post li jarmi s-sħana permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett jew permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett flimkien mat-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott, possibbilment flimkien mal-produzzjoni tas-sħana għal spazji oħrajn, u li jkun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jibdlu l-fjuwils solidi direttament fi sħana;

2.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni ma jkunux iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

3.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni jistgħu jkunu iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

4.

“kuker” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li juża l-fjuwils solidi li jintegra f'qafas wieħed il-funzjoni ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi u ħobb jew forn għat-tħejjija tal-ikel, jew it-tnejn li huma, u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

5.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi bla tromba taċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab il-prodott;

6.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fetħa għaċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi, li jkun maħsub biex jitpoġġa taħt ċumnija jew f'fuklar ta' ċumnija mingħajr ma l-prodott ikun imqabbad mal-fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija, u li jippermetti lill-prodotti tal-kombustjoni jgħaddu mingħajr restrizzjoni mis-sodda tan-nar għal ġoċ-ċumnija jew għal ġot-tromba taċ-ċumnija;

7.

“stufa tas-sawna” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jkun inkorporat f'sawna niexfa jew imxarrba jew f'ambjenti simili, jew li jkun maħsub biex jintuża fihom;

8.

“prodott għat-tisħin bl-arja” tfisser prodott li jipprovdi s-sħana għal sistema ta' tisħin bl-arja biss, li jista' jkollu sistema ta' pajpijiet u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li jqassam l-arja permezz ta' fann, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott;

9.

“fjuwil solidu” tfisser fjuwil li huwa solidu f'temperaturi ambjentali ta' ġewwa normali, inklużi l-bijomassa solida u l-fjuwils fossili solidi;

10.

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

11.

“bijomassa tal-injam” tfisser il-bijomassa li ġejja mis-siġar, mill-buxx u mill-arbuxxelli, inkluż l-injam taz-zkuk, l-injam imlaqqax, l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, l-injam ikkompressat f'forma ta' mattunelli u s-serratura;

12.

“bijomassa li mhix tal-injam” tfisser bijomassa, minbarra l-bijomassa tal-injam, inkluż it-tiben, il-Miscanthus, il-qasab, il-qalba tal-frott li tista' tittiekel, iż-żrieragħ, l-għadam taż-żebbuġ, il-fdalijiet taż-żebbuġ u l-qxur tal-ġewż, fost l-oħrajn;

13.

“fjuwil fossili solidu” tfisser fjuwil solidu minbarra l-bijomassa, inkluż l-antraċite u l-faħam niexef għall-bajli, il-kokk iebes, il-kokk ta' temperatura baxxa, il-faħam bituminuż, il-linjite, taħlita ta' fjuwils fossili jew taħlita ta' bijomassa u fjuwils fossili, u għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, dan jinkludi wkoll il-pit;

14.

“fjuwil ippreferut” tfisser il-fjuwil li preferibbilment għandu jintuża għall-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

15.

“fjuwil ieħor adattat” tfisser fjuwil, minbarra l-fjuwil ippreferut, li jista' jintuża fil-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, li jinkludi kwalunkwe fjuwil li jissemma fil-manwal tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, fuq is-siti tal-Internet tal-manifatturi u tal-fornituri li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, fil-materjal tekniku jew ta' promozzjoni u fir-riklami;

16.

“potenza termika diretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott li tkun ġejja mir-radjazzjoni u mill-konvezzjoni tas-sħana, li tkun ħierġa mill-prodott għal ġol-arja jew li tkun ġejja minnu stess, minbarra l-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, mogħtija f'kW;

17.

“potenza termika indiretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, li tiġi mill-istess proċess ta' ġenerazzjoni tas-sħana li jipprovdi l-potenza termika diretta tal-prodott, mogħtija f'kW;

18.

“funzjonalità ta' tisħin indirett” tfisser il-kapaċità tal-prodott li jittrasferixxi parti mill-potenza termika totali għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana biex din tintuża għat-tisħin tal-post jew għall-produzzjoni tal-misħun għall-użu domestiku;

19.

“potenza termika nominali” (Pnom ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

20.

“potenza termika minima” (Pmin ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bl-inqas potenza termika possibbli, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

21.

“maħsub għall-użu fuq barra” tfisser li l-prodott huwa adattat għat-tħaddim sikur 'il barra mill-postijiet magħluqa, inkluż għall-użu possibbli fuq barra;

22.

“materja partikulata” tfisser partikuli ta' forom, strutturi u densitajiet differenti, imxerrdin waqt il-fażi gassuża tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija;

23.

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-punt 3 tal-Anness II, bħal dawk ta' mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-Annessi II sa V.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

1.   L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi.

2.   Il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II mill-1 ta' Jannar 2022.

3.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva jew is-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.

2.   Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

3.   F'każ li t-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika ta' mudell ikun inkiseb permezz ta' kalkolu magħmul abbażi tad-disinn jew permezz ta' estrapolazzjoni minn mudelli oħrajn, jew permezz tat-tnejn li huma, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tat-tali kalkoli jew tat-tali estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn li huma, u tat-testijiet li l-manifatturi jkunu wettqu sabiex jivverifikaw kemm dawn il-kalkoli li jkunu saru huma preċiżi. F'dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli li abbażi tagħhom tkun saret l-estrapolazzjoni u tal-mudelli l-oħra kollha li għalihom it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod.

Artikolu 5

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Valuri indikattivi ta' referenza

L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta' referenza għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.

Artikolu 7

Reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultat ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2024. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta, b'mod partikulari, l-affarijiet li ġejjin:

jekk huwiex xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika u għall-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP), tal-komposti organiċi gassużi (KOG), tal-monossidu tal-karbonju (CO) u tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx); u

jekk għandhomx jinbidlu t-tolleranzi tal-verifika.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi jekk huwiex xieraq li tiddaħħal iċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi u għandha tippreżenta r-riżultat ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mit-22 ta' Awwissu 2018.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Sal-1 ta' Jannar 2022, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u dwar l-emissjonijiet tal-materja partikulata, tal-komposti organiċi gassużi, tal-monossidu tal-karbonju u tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali (ara l-paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)

(3)  Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

ANNESS I

Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs) tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post, li għaliha jintuża ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala perċentwali;

2.

“koeffiċjent ta' konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta': CC = 2,5;

3.

“emissjonijiet tal-materja partikulata” tfisser l-emissjonijiet tal-materja partikulata fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3 ta' gass niexef mit-tromba taċ-ċumnija kkalkulat għal 273 K u 1 013-il mbar fi 13 % ta' O2 jew l-emissjonijiet medji ppeżati tal-materja partikulata fuq erba' rati tal-ħruq jew inqas, mogħtija fi g/kg ta' materja niexfa;

4.

“emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju” tfisser l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3 ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija kkalkulat għal 273 K u 1 013-il mbar fi 13 % ta' O2;

5.

“emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi” tfisser l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3 ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija kkalkulat għal 273 K u 1 013-il mbar fi 13 % ta' O2;

6.

“emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu” tfisser l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3 ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija mogħti bħala NO2 u kkalkulat għal 273 K u 1 013-il mbar fi 13 % ta' O2;

7.

“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li jkun fiha l-livell ix-xieraq ta' ndewwa tal-fjuwil, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni ma jerġgħux jinġiebu fit-temperatura ambjentali;

8.

“effiċjenza utli fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (ηth,nom jew ηth,min rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija, mogħti f'termini tan-NCV, ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi, mogħti bħala perċentwali;

9.

“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika nominali” (elmax) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

10.

“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika minima” (elmin) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika minima. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

11.

“qawwa elettrika meħtieġa fil-modalità Stennija” (elsb) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

12.

“l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti” (Ppilot) tfisser il-konsum tal-fjuwil solidu tal-prodott sabiex dan jipprovdi fjamma li sservi bħala sors ta' tqabbid għall-proċess iktar qawwi tal-kombustjoni li jkun meħtieġ għall-potenza termika nominali jew għall-potenza termika fil-każ ta' tagħbija parzjali, jekk din tkun mixgħula għal iktar minn ħames minuti qabel ma jinxtegħel il-berner prinċipali, mogħti f'kW;

13.

“potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu u ma jagħti l-ebda tagħrif dwar it-temperatura ambjentali biex il-potenza termika tiġi adattata b'mod awtomatiku għal magħha;

14.

“żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li wieħed jista' jvarja b'mod manwali l-potenza termika tal-prodott b'żewġ livelli jew aktar u li l-prodott mhuwiex mgħammar b'apparat li jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika skont it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa;

15.

“b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat mhux elettroniku li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

16.

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

17.

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal perjodu ta' 24 siegħa;

18.

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal ġimgħa sħiħa. Il-konfigurazzjoni tal-kronometru għandha tkun tali li tippermetti varjazzjoni minn jum għall-ieħor matul dak il-perjodu ta' sebat ijiem;

19.

“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li awtomatikament inaqqas il-livell tat-temperatura ambjentali li għandu jintlaħaq meta ma jkun hemm ħadd fil-kamra;

20.

“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jnaqqas il-potenza termika meta jinfetaħ bieb jew tinfetaħ tieqa. Kull meta jintuża sensur biex jiġi nnutat li nfetaħ bieb jew li nfetħet tieqa, dan jista' jew ikun installat fil-prodott, jew ikun jinsab fuq barra tiegħu, jew ikun imwaħħal fl-istruttura tal-bini stess, jewinkella tista' tintuża kombinazzjoni ta' dawn l-għażliet;

21.

“b'għażla ta' kontroll mill-bogħod” tfisser il-funzjoni li tippermetti interazzjoni mill-bogħod mal-apparat ta' kontroll tal-prodott minn barra l-bini fejn ikun installat il-prodott;

22.

“stadju wieħed” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu;

23.

“żewġ stadji” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu f'żewġ livelli separati, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu;

24.

“modulabbli” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fi tliet livelli separati jew iktar, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu;

25.

“modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta' riattivazzjoni jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istatus;

26.

“fjuwil fossili ieħor” tfisser fjuwil fossili minbarra l-antraċite u l-faħam niexef għall-bajli, il-kokk iebes, il-kokk ta' temperatura baxxa, il-faħam bituminuż, il-linjite, il-pit jew taħlita ta' fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli;

27.

“bijomassa oħra tal-injam” tfisser il-bijomassa tal-injam minbarra l-injam taz-zkuk li jkun fihom 25 % ndewwa jew inqas, il-fjuwil f'forma ta' mattunelli li jkun fih inqas minn 14 % ndewwa jew l-injam ikkompressat li jkun fih inqas minn 12 % ndewwa;

28.

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess manifattur;

29.

“kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil meta mqabbla mal-massa totali tal-fjuwil kif użat fil-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi.

(1)  Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2022 'il quddiem, il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 30 %;

(ii)

il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 65 %;

(iii)

il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 79 %;

(iv)

il-kukers għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 65 %.

2.   Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-emissjonijiet

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2022, l-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

(i)

l-emissjonijiet tal-materja partikulata li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ m'għandhomx jaqbżu l-50 mg/m3 fi 13 % ta' O2 meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III jew is-6 g/kg (ta' materja niexfa) meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(2) tal-Anness III;

(ii)

l-emissjonijiet tal-materja partikulata li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers m'għandhomx jaqbżu l-40 mg/m3 fi 13 % ta' O2 meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III jew il-5 g/kg (ta' materja niexfa) meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(2) tal-Anness III jew it-2,4 g/kg (ta' materja niexfa) għall-bijomassa jew il-5,0 g/kg (ta' materja niexfa) għall-fjuwils fossili solidi meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(3) tal-Anness III;

(iii)

l-emissjonijiet tal-materja partikulata li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits m'għandhomx jaqbżu l-20 mg/m3 fi 13 % ta' O2 meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III jew it-2,5 g/kg (ta' materja niexfa) meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(2) tal-Anness III jew il-1,2 g/kg (ta' materja niexfa) meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(3) tal-Anness III.

(b)

Mill-1 ta' Jannar 2022, l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi (KOG) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

(i)

l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers m'għandhomx jaqbżu l-120 mgC/m3 fi 13 % ta' O2;

(ii)

l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits m'għandhomx jaqbżu s-60 mgC/m3 fi 13 % ta' O2.

(c)

Mill-1 ta' Jannar 2022, l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

(i)

l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ m'għandhomx jaqbżu l-2 000 mg/m3 fi 13 % ta' O2;

(ii)

l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers m'għandhomx jaqbżu l-1 500 mg/m3 fi 13 % ta' O2;

(iii)

l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits m'għandhomx jaqbżu t-300 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

(d)

Mill-1 ta' Jannar 2022, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

(i)

l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq u mill-kukers li jużaw il-bijomassa m'għandhomx jaqbżu l-200 mg/m3 mogħtija bħala NO2 fi 13 % ta' O2;

(ii)

l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq u mill-kukers li jużaw il-fjuwils fossili solidi m'għandhomx jaqbżu t-300 mg/m3 mogħtija bħala NO2 fi 13 % ta' O2.

3.   Ir-rekwiżiti għat-tagħrif dwar il-prodotti

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2022, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

(i)

il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin u s-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(1)

it-tagħrif tekniku inkluż fit-Tabella 1, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija tal-għadd ta' ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

(2)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

(3)

tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom;

(ii)

id-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(1)

l-elementi speċifikati fil-punt (a);

(2)

lista tal-mudelli ekwivalenti, jekk din tkun tapplika;

(3)

f'każ li l-fjuwil ippreferut jew kwalunkwe fjuwil ieħor adattat ikun bijomassa oħra tal-injam, bijomassa li mhix tal-injam, fjuwil fossili ieħor jew taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwils fossili kif imsemmi fit-Tabella 1, deskrizzjoni tal-fjuwil li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità u l-istandard tekniku jew l-ispeċifikazzjoni teknika tal-fjuwil, inklużi l-kontenut ta' ndewwa mkejjel fil-fjuwil u l-kontenut ta' rmied imkejjel fih u, fil-każ ta' fjuwils fossili oħrajn, il-kontenut volatili mkejjel fil-fjuwil ukoll.

(b)

Mill-1 ta' Jannar 2022, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

(i)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bla tromba taċ-ċumnija u għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fetħa għaċ-ċumnija biss: il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas u l-pakkett tal-prodott għandhom jinkludu s-sentenza li ġejja, miktuba b'tali mod li tkun tidher u tkun tista' tinqara b'mod ċar u bi kliem li jiftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru fejn il-prodott ikun se jitqiegħed fis-suq: “Dan il-prodott mhux adattat biex jintuża bħala apparat ewlieni għat-tisħin.”;

(1)

fil-każ tal-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, din is-sentenza għandha tkun fuq il-paġna ta' quddiem tal-manwal;

(2)

fil-każ tas-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, din is-sentenza għandha tintwera flimkien mal-karatteristiċi l-oħra tal-prodott;

(3)

fil-każ tal-pakkett tal-prodott, is-sentenza għandha titqiegħed f'post fuq il-pakkett fejn l-utent aħħari jaraha sewwa qabel ma jixtri l-prodott.

Tabella 1

Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

Identifikatur(i) tal-mudell:

Funzjonalità ta' tisħin indirett: [iva/le]

Potenza termika diretta: …(kW)

Potenza termika indiretta: …(kW)

Fjuwil

Il-fjuwil ippreferut (wieħed biss):

Fjuwils oħrajn adattati:

ηs [f'x %]:

L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post fil-potenza termika nominali (*)

L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post fil-potenza termika minima (*)  (**)

MP

KOG

CO

NOx

MP

KOG

CO

NOx

f'[x] mg/Nm3 (fi 13 % ta' O2)

f'[x] mg/Nm3 (fi 13 % ta' O2)

Zkuk tal-injam li jkun fihom 25 % ndewwa jew inqas

[iva/le]

[iva/le]

Injam ikkompressat li jkun fih inqas minn 12 % ndewwa

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa oħra tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa li mhix tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Antraċite u faħam niexef għall-bajli

[iva/le]

[iva/le]

Kokk iebes

[iva/le]

[iva/le]

Kokk ta' temperatura baxxa

[iva/le]

[iva/le]

Faħam bituminuż

[iva/le]

[iva/le]

Linjite f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Pit f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita ta' fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Fjuwil fossili ieħor

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita ta' bijomassa u fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwils solidi

[iva/le]

[iva/le]

Karatteristiċi meta l-ħiter ikun qed jaħdem bil-fjuwil ippreferut biss

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika

Effiċjenza utli (abbażi tan-NCV kif jasal)

Potenza termika nominali

Pnom

x

kW

Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

ηth,nom

x,x

%

Potenza termika minima (valur ta' referenza)

Pmin

[x,x/N.A.]

kW

Effiċjenza utli fil-potenza termika minima (valur ta' referenza)

ηth,min

[x,x/N.A.]

%

Konsum tal-elettriku awżiljarju

It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali

(jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Fil-potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

Fil-potenza termika minima

elmin

x,xxx

kW

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

Fil-modalità Stennija

elSB

x,xxx

kW

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

[iva/le]

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

Ppilot

[x,xxx/N.A.]

kW

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

[iva/le]

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

[iva/le]

Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

[iva/le]

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

[iva/le]

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

[iva/le]

Dettalji ta' kuntatt

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(*)  MP = il-materja partikulata, KOG = il-komposti organiċi gassużi, CO = il-monossidu tal-karbonju, NOx = l-ossidi tan-nitroġenu.

(**)  Dawn huma meħtieġa biss jekk jiġu applikati l-fatturi ta' korrezzjoni F(2) jew F(3).

ANNESS III

Kejl u kalkoli

1.   Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 2 sa 5.

2.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

(a)

Il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi għandhom jiġu ttestjati għall-fjuwil ippreferut u għal kwalunkwe fjuwil ieħor adattat indikat fit-Tabella 1 tal-Anness II.

(b)

Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali u għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandhom jitqarrbu għal ċifra wara l-punt deċimali.

(c)

Il-valuri ddikjarati għall-emissjonijiet għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ.

3.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post (ηS ) għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv (ηS,on ), ikkoreġuta b'fatturi li jqisu l-kontroll tal-potenza termika, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u l-konsum tal-enerġija tal-fjamma pilota permanenti.

(b)

Il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni (CC) ta' 2,5.

4.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-emissjonijiet

(a)

Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, il-kejl għandu jqis l-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP), l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi (KOG), l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx), imkejlin fl-istess ħin ma' xulxin u mal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-post, ħlief għall-emissjonijiet tal-materja partikulata jekk jintuża l-metodu mogħti fil-punt 4(a)i)(2) jew fil-punt 4(a)i)(3).

(i)

Biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-materja partikulata, huma aċċettati tliet metodi, li kull wieħed minnhom għandu r-rekwiżiti partikulari tiegħu, iżda huwa biżżejjed li jintuża metodu wieħed biss minnhom:

(1)

il-kejl tal-materja partikulata billi jiġi analizzat kampjun parzjali tal-gass niexef mit-tromba taċ-ċumnija fuq filtru msaħħan. L-ammont ta' materja partikulata fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel waqt li l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza nominali tiegħu u waqt li dan ikollu tagħbija parzjali, jekk dan ikun xieraq;

(2)

il-kejl tal-materja partikulata billi jiġi analizzat, tul iċ-ċiklu kollu tal-ħruq u billi jintuża kurrent t'arja naturali, kampjun parzjali tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija meħud minn gass mit-tromba taċ-ċumnija dilwit permezz ta' mina għad-dilwizzjoni bi fluss sħiħ u filtru f'temperatura ambjentali;

(3)

il-kejl tal-materja partikulata billi jiġi analizzat, fuq perjodu ta' nofsiegħa u billi jintuża kurrent t'arja mit-tromba taċ-ċumnija ffissat fi 12-il Pa, kampjun parzjali tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija meħud minn gass mit-tromba taċ-ċumnija dilwit permezz ta' mina għad-dilwizzjoni bi fluss sħiħ u filtru f'temperatura ambjentali jew preċipitatur elettrostatiku.

(ii)

L-ammont ta' komposti organiċi gassużi fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel b'mod estrattiv u kontinwu permezz ta' individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma. Ir-riżultat miksub għandu jingħata f'milligrammi ta' karbonju. L-ammont ta' komposti organiċi gassużi fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel waqt li l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza nominali tiegħu u waqt li dan ikollu tagħbija parzjali, jekk dan ikun xieraq.

(iii)

L-ammont ta' monossidu tal-karbonju fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel b'mod estrattiv u kontinwu permezz ta' individwatur tar-raġġi infraħomor. L-ammont ta' monossidu tal-karbonju fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel waqt li l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza nominali tiegħu u waqt li dan ikollu tagħbija parzjali, jekk dan ikun xieraq.

(iv)

L-ammont ta' ossidi tan-nitroġenu fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel b'mod estrattiv u kontinwu permezz ta' detettur kimiluminixxenti. L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jitkejlu billi jingħaddu flimkien il-monossidu tan-nitroġenu u d-diossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw f'diossidu tan-nitroġenu. L-ammont ta' ossidi tan-nitroġenu fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel waqt li l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza nominali tiegħu u waqt li dan ikollu tagħbija parzjali, jekk dan ikun xieraq.

(b)

Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali, għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u għall-emissjonijiet għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ.

5.   Kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi hija ddefinita kif ġej:

ηS = ηS,on – 10% + F(2) + F(3) – F(4) – F(5)

fejn:

ηS,on hija l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv, mogħtija f'perċentwali u kkalkulata kif stabbilit fil-punt 5(b);

F(2) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku u ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

F(3) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

F(4) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-elettriku awżiljarju fuq l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mogħti f'perċentwali;

F(5) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti fuq l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mogħti f'perċentwali.

(b)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv hija kkalkulata kif ġej:

ηS,on = ηth,nom

fejn:

ηth,nom hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali abbażi tan-NCV.

(c)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku jew ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, il-fattur ta' korrezzjoni F(2) jikkorrispondi ma' wieħed mill-fatturi mogħtija fit-Tabella 2, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati. Jista' jintgħażel biss valur wieħed.

Tabella 2

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2)

Tagħmir tal-prodott (tista' tingħażel biss għażla waħda):

F(2)

potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

0,0 %

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura

1,0 %

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

2,0 %

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

4,0 %

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

6,0 %

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

7,0 %

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2) għandu jkun ta' żero għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II b'rabta mal-emissjonijiet f'każ li l-kontroll tat-temperatura jkun stabbilit fil-potenza termika minima. Il-potenza termika f'din il-konfigurazzjoni ma tistax tkun iktar minn 50 % tal-potenza termika nominali.

(d)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, il-fattur ta' korrezzjoni F(3) jikkorrispondi għall-għadd tal-valuri mogħtija fit-Tabella 3, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati.

Tabella 3

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3)

Tagħmir tal-prodott (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet):

F(3)

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

1,0 %

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

1,0 %

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

1,0 %

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3) għandu jkun ta' żero għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II b'rabta mal-emissjonijiet f'każ li l-kontroll tat-temperatura jkun stabbilit fil-potenza termika minima. Il-potenza termika f'din il-konfigurazzjoni ma tistax tkun iktar minn 50 % tal-potenza termika nominali.

(e)

Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej:

Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis il-konsum tal-elettriku awżiljarju waqt tħaddim tal-apparat fil-modalità Mixgħul u fil-modalità Stennija.

Formula

fejn:

elmax huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali, mogħti f'kW;

elmin huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika minima, mogħti f'kW. F'każ li l-prodott ma joffrix potenza termika minima, għandu jintuża l-valur tal-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali;

elsb huwa l-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

(f)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(5), li huwa marbut mal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti, huwa kkalkulat kif ġej:

Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti.

Formula

fejn:

Ppilot huwa l-konsum tal-fjamma pilota, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

ANNESS IV

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell. L-apparat għandu jiġi ttestjat bi fjuwil wieħed jew iktar li jkollu karatteristiċi li jkunu simili għal dawk tal-fjuwil jew fjuwils li l-manifattur ikun uża biex iwettaq il-kejl skont l-Anness III.

2.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk:

(a)

il-valuri ddikjarati jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II;

(b)

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , ma tkunx iktar minn 5 % inqas mill-valur iddikjarat;

(c)

l-emissjonijiet:

(1)

tal-materja partikulata (MP) m'għandhomx jaqbżu l-valur iddikjarat b'iktar minn 20 mg/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u għall-kukers u minn 10 mg/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III jew b'iktar minn 1 g/kg meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(2) tal-Anness III jew b'iktar minn 0,8 g/kg meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(3) tal-Anness III;

(2)

tal-komposti organiċi gassużi (KOG) m'għandhomx jaqbżu l-valur iddikjarat b'iktar minn 25 mgC/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u għall-kukers u minn 15-il mgC/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits;

(3)

tal-monossidu tal-karbonju (CO) m'għandhomx jaqbżu l-valur iddikjarat b'iktar minn 275 mg/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u għall-kukers u minn 60 mg/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits;

(4)

tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) m'għandhomx jaqbżu l-valur iddikjarat b'iktar minn 30 mg/m3 mogħtija bħala NO2 fi 13 % ta' O2.

3.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. Jekk ma jinkisibx xi wieħed mir-riżultati msemmija fil-punti 2(b) u 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell b'mod aleatorju biex dawn jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet apparati l-oħra li jintgħażlu jistgħu jkunu ta' mudell wieħed jew aktar ekwivalenti li jkunu tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur bħala prodotti ekwivalenti.

4.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk:

(a)

il-valuri ddikjarati għat-tliet apparati l-oħra jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II;

(b)

il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 5 % inqas mill-valur iddikjarat;

(c)

il-valur medju tal-emissjonijiet:

(1)

tal-materja partikulata (MP) tat-tliet apparati l-oħra m'għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b'iktar minn 20 mg/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u għall-kukers u minn 10 mg/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III u b'iktar minn 1 g/kg meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(2) tal-Anness III jew b'iktar minn 0,8 g/kg meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(3) tal-Anness III;

(2)

tal-komposti organiċi gassużi (KOG) tat-tliet apparati l-oħra m'għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b'iktar minn 25 mgC/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u għall-kukers u minn 15-il mgC/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits;

(3)

tal-monossidu tal-karbonju (CO) tat-tliet apparati l-oħra m'għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b'iktar minn 275 mg/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u għall-kukers u minn 60 mg/m3 fi 13 % ta' O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits;

(4)

tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) tat-tliet apparati l-oħra m'għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b'iktar minn 30 mg/m3 mogħtija bħala NO2 fi 13 % ta' O2.

5.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.

6.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u m'għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika.

ANNESS V

Il-valuri indikattivi ta' referenza msemmija fl-Artikolu 6

Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi f'dak li għandu x'jaqsam mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u mal-emissjonijiet tal-materja partikulata, tal-monossidu tal-karbonju, tal-komposti organiċi gassużi u tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej. Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, ma ġie identifikat l-ebda mudell ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jissodisfa l-valuri kollha speċifikati fil-punti 1 sa 5. Diversi mudelli tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi kienu jissodisfaw wieħed minn dawn il-valuri jew iktar:

1.

Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

(a)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ: 47 %;

(b)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits: 86 %;

(c)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits: 94 %;

(d)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-kukers li jużaw il-fjuwils solidi: 75 %.

2.

Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

(a)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-materja partikulata li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers: 20 mg/m3 fi 13 % ta' O2 meta dawn l-emissjonijiet jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III;

(b)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-materja partikulata li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits: 10 mg/m3 fi 13 % ta' O2 meta dawn l-emissjonijiet jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III.

3.

Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi (KOG) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

(a)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers: 30 mg/m3 fi 13 % ta' O2;

(b)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits: 10 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

4.

Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

(a)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers: 500 mg/m3 fi 13 % ta' O2;

(b)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits: 250 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

5.

Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

(a)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq u mill-kukers: 50 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

Il-valuri ta' referenza speċifikati fil-punti 1 sa 5 mhux bil-fors ifissru li ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta' dawk il-valuri.

Eżempju ta' kombinazzjoni tajba ta' dawk il-valuri għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, huwa mudell eżistenti li għandu effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' 83 %, emissjonijiet tal-materja partikulata ta' 33 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi ta' 69 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju ta' 1 125 mg/m3 fi 13 % ta' O2 u emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ta' 115-il mg/m3 fi 13 % ta' O2.

Eżempju ta' kombinazzjoni tajba ta' dawk il-valuri għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits huwa mudell eżistenti li għandu effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' 91 %, emissjonijiet tal-materja partikulata ta' 22 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi ta' 6 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju ta' 312-il mg/m3 fi 13 % ta' O2 u emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ta' 121 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

Eżempju ta' kombinazzjoni tajba ta' dawk il-valuri għall-kukers huwa mudell eżistenti li għandu effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' 78 %, emissjonijiet tal-materja partikulata ta' 38 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi ta' 66 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju ta' 1 375 mg/m3 fi 13 % ta' O2 u emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ta' 71 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/20

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1186

tal-24 ta' April 2015

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE teżiġi li l-Kummissjoni tadotta atti ddelegati dwar it-tikkettar tal-prodotti marbutin mal-enerġija li għandhom potenzjal sostanzjali għall-iffrankar fl-enerġija u li għandhom differenzi kbar fil-livelli tal-prestazzjoni rilevanti tagħhom f'funzjonalitajiet ekwivalenti.

(2)

Il-ħiters tal-post lokali b'funzjonalità ekwivalenti juru differenzi kbar f'termini tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija li jużaw tammonta għal parti sinifikanti mid-domanda totali għall-enerġija fl-Unjoni. Hemm lok għal tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-enerġija tagħhom.

(3)

Il-ħiters tal-post lokali li jużaw bijomassa li mhix tal-injam għandhom karatteristiċi tekniċi speċifiċi u għalhekk għandhom jiġu eżentati minn dan ir-Regolament.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet armonizzati dwar it-tikkettar u t-tagħrif standard dwar il-prodotti sabiex il-manifatturi jkollhom inċentiv itejbu l-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali, sabiex l-utenti aħħarin jitħeġġu jixtru prodotti li jkunu effiċjenti fl-enerġija u sabiex jingħata kontribut għall-funzjonament tas-suq intern.

(5)

Minħabba li l-użu tipiku tal-ħiters tal-post lokali huwa differenti minn dak ta' prodotti oħrajn għat-tisħin tal-post li qed jiġu rregolati u, għalhekk, ukoll il-konsum tal-enerġija tagħhom, dan ir-Regolament għandu jdaħħal skala tat-tikkettar għalihom li tkun differenti minn dik imdaħħla għal prodotti oħrajn għat-tisħin tal-post.

(6)

Minħabba li l-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi jinxtraw direttament mill-professjonisti u mhux mill-konsumaturi aħħarin, dan ir-Regolament mhu qed jistabbilixxi l-ebda rekwiżit tat-tikkettar enerġetiku għalihom.

(7)

Ir-rekwiżiti minimi li japplikaw għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku skont ir-Regolament iddelegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 (2) jipprovdu t-titjib tekniku massimu potenzjali ta' dawn il-prodotti. B'hekk, mhu se jitħalla l-ebda lok għad-divrenzjar bejniethom. Il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku ma jistgħux jeħdulhom posthom, b'mod dirett, il-ħiters tal-post lokali li jużaw fjuwils oħrajn li jkunu iktar effiċjenti minnhom u għalhekk, it-tikketta mhux se tikseb l-għan tagħha li l-konsumaturi jingħataw tagħrif dwar l-effiċjenza relattiva ta' prodotti differenti.

(8)

Il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-prodotti għat-tisħin hija konsistenti mal-għan li tiġi promossal-enerġija rinnovabbli. Għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament idaħħal approċċ speċifiku għall-ħiters tal-post lokali, jiġifieri “fattur tat-tikkettar tal-bijomassa”, li jkun iffissat f'ċertu livell hekk li l-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jużaw il-pelits biss ikunu jistgħu jiġu kklassifikati fil-klassi A++.

(9)

It-tagħrif mogħti fuq it-tikketta għandu jinkiseb permezz ta' proċeduri tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), sabiex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn.

(10)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketti tal-prodotti għall-ħiters tal-post lokali.

(11)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-iskeda tat-tagħrif tal-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għall-ħiters tal-post lokali.

(12)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għat-tagħrif li għandu jingħata f'kull każ ta' bejgħ mill-bogħod ta' ħiters tal-post lokali li jieħu kwalunkwe forma, u fi kwalunkwe riklam u materjal tekniku ta' promozzjoni dwarhom.

(13)

Huwa xieraq li jsir provvediment għal analiżi mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar enerġetiku u l-forniment ta' tagħrif addizzjonali dwar il-prodotti għall-ħiters tal-post lokali li jkollhom potenza termika nominali ta' 50 kW jew inqas.

Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

(a)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali li jużaw ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ċiklu ta' sorbiment għall-ġenerazzjoni tas-sħana u li jaħdmu bil-kompressuri tal-elettriku jew bil-fjuwil;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li huma maħsubin għall-kombustjoni tal-bijomassa li mhix tal-injam biss;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għal skopijiet oħra minbarra t-tisħin tal-post fuq ġewwa biex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin permezz tal-konvezzjoni jew tar-radjazzjoni tas-sħana;

(e)

għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għall-użu fuq barra biss;

(f)

għall-ħiters tal-post lokali li l-potenza termika diretta tagħhom fil-potenza termika nominali hija inqas minn 6 % tal-potenza termika kkombinata diretta u indiretta tagħhom;

(g)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li mhumiex immuntati fil-fabbrika jew li ma jingħatawx minn manifattur wieħed bħala komponenti jew partijiet magħmulin minn qabel li jridu jiġu mmuntati fil-post;

(h)

għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi;

(i)

għall-prodotti għat-tisħin bl-arja;

(j)

għall-istufi tas-sawna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“ħiter tal-post lokali” tfisser apparat għat-tisħin tal-post li jarmi s-sħana permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett jew permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett flimkien mat-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott, possibbilment flimkien mal-produzzjoni tas-sħana għal spazji oħrajn, u li jkun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jibdlu l-elettriku jew il-fjuwils solidi, likwidi jew gassużi direttament fi sħana jew permezz tal-użu tal-effett Joule jew permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils rispettivament;

2.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ, ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq jew kuker li juża l-fjuwils solidi;

3.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils gassużi;

4.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils likwidi;

5.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-effett Joule tal-elettriku biex jiġġenera s-sħana;

6.

“ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils solidi, likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni ma jkunux iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

7.

“ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils solidi, likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni jistgħu jkunu iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

8.

“kuker” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils solidi li jintegra f'qafas wieħed il-funzjoni ta' ħiter tal-post lokali u ħobb jew forn għat-tħejjija tal-ikel, jew it-tnejn li huma, u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

9.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwil” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ, ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq jew kuker;

10.

“ħiter tal-post lokali mudwal” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras u jkun immirat lejn il-post tal-użu sabiex is-sħana li tkun ħierġa mill-berner, li tkun fil-biċċa l-kbira tagħha radjazzjoni infraħamra, issaħħan b'mod dirett l-oġġetti li jridu jissaħħnu, u li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab;

11.

“ħiter tal-post lokali bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras ħdejn l-oġġetti li jridu jissaħħnu, li jsaħħan il-post b'mod ewlieni permezz tar-radjazzjoni infraħamra mit-tubu jew mit-tubi li jissaħħnu permezz tal-passaġġ intern tal-prodotti tal-kombustjoni, u li l-prodotti tal-kombustjoni tiegħu jridu jinħarġu 'l barra permezz ta' kanal tat-tromba taċ-ċumnija;

12.

“ħiter bla tromba taċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils solidi, likwidi jew gassużi, minbarra ħiter tal-post lokali mudwal, li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab il-prodott;

13.

“ħiter b'fetħa għaċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils solidi, likwidi jew gassużi, li jkun maħsub biex jitpoġġa taħt ċumnija jew f'fuklar ta' ċumnija mingħajr ma l-prodott ikun imqabbad mal-fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija, u li jippermetti lill-prodotti tal-kombustjoni jgħaddu mingħajr restrizzjoni mis-sodda tan-nar għal ġoċ-ċumnija jew għal ġot-tromba taċ-ċumnija;

14.

“prodott għat-tisħin bl-arja” tfisser prodott li jipprovdi s-sħana għal sistema ta' tisħin bl-arja biss, li jista' jkollu sistema ta' pajpijiet u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li jqassam l-arja permezz ta' fann, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott;

15.

“stufa tas-sawna” tfisser hiter lokali għat-tisħin tal-post li jkun inkorporat f'sawna niexfa jew imxarrba jew f'ambjenti simili, jew li jkun maħsub biex jintuża fihom;

16.

“fjuwil solidu” tfisser fjuwil li huwa solidu f'temperaturi ambjentali ta' ġewwa normali, inklużi l-bijomassa solida u l-fjuwils fossili solidi;

17.

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

18.

“bijomassa tal-injam” tfisser il-bijomassa li ġejja mis-siġar, mill-buxx u mill-arbuxxelli, inkluż l-injam taz-zkuk, l-injam imlaqqax, l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, l-injam ikkompressat f'forma ta' mattunelli u s-serratura;

19.

“bijomassa li mhix tal-injam” tfisser bijomassa, minbarra l-bijomassa tal-injam, inkluż it-tiben, il-Miscanthus, il-qasab, il-qalba tal-frott li tista' tittiekel, iż-żrieragħ, l-għadam taż-żebbuġ, il-fdalijiet taż-żebbuġ u l-qxur tal-ġewż, fost l-oħrajn;

20.

“fjuwil ippreferut” tfisser il-fjuwil li preferibbilment għandu jintuża għall-ħiter tal-post lokali skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;

21.

“fjuwil fossili solidu” tfisser fjuwil solidu minbarra l-bijomassa, inkluż l-antraċite u l-faħam niexef għall-bajli, il-kokk iebes, il-kokk ta' temperatura baxxa, il-faħam bituminuż, il-linjite, taħlita ta' fjuwils fossili jew taħlita ta' bijomassa u fjuwils fossili, u għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, dan jinkludi wkoll il-pit;

22.

“fjuwil ieħor adattat” tfisser fjuwil, minbarra l-fjuwil ippreferut, li jista' jintuża fil-ħiter tal-post lokali skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur, li jinkludi kwalunkwe fjuwil li jissemma fil-manwal tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, fuq is-siti tal-Internet tal-manifatturi u tal-fornituri li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, fil-materjal tekniku jew ta' promozzjoni u fir-riklami;

23.

“potenza termika diretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott li tkun ġejja mir-radjazzjoni u mill-konvezzjoni tas-sħana, li tkun ħierġa mill-prodott għal ġol-arja jew li tkun ġejja minnu stess, minbarra l-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, mogħtija f'kW;

24.

“potenza termika indiretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, li tiġi mill-istess proċess ta' ġenerazzjoni tas-sħana li jipprovdi l-potenza termika diretta tal-prodott, mogħtija f'kW;

25.

“funzjonalità ta' tisħin indirett” tfisser il-kapaċità tal-prodott li jittrasferixxi parti mill-potenza termika totali għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana biex din tintuża għat-tisħin tal-post jew għall-produzzjoni tal-misħun għall-użu domestiku;

26.

“potenza termika nominali” (Pnom ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-fornitur, mogħtija f'kW;

27.

“potenza termika minima” (Pmin ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bl-inqas potenza termika possibbli, kif iddikjarat mill-fornitur, mogħtija f'kW;

28.

“maħsub għall-użu fuq barra” tfisser li l-prodott huwa adattat għat-tħaddim sikur 'il barra mill-postijiet magħluqa, inkluż għall-użu possibbli fuq barra;

29.

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 2 jew fit-Tabella 3 tal-Anness V, bħal dawk ta' mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess fornitur.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa IX.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri u skeda taż-żmien

1.   Mill-1 ta' Jannar 2018, il-fornituri li jkunu qed iqegħdu fis-suq jew idaħħlu fis-servizz ħiters tal-post lokali li ma jkunux ħiters bla tromba taċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi u ħiters b'fetħa għaċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi għandhom jiżguraw:

(a)

li t-tali ħiters tal-post lokali ikollhom tikketta stampata li tkun konformi mal-format stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III u li tkun tinkludi t-tagħrif stabbilit fih u li jkunu konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Anness II;

(b)

li l-bejjiegħa titqegħdilhom għad-dispożizzjoni tagħhom tikketta elettronika għat-tali mudell ta' ħiter tal-post lokali li tkun fil-format stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III u tkun tinkludi t-tagħrif stabbilit fih u li tkun konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Anness II;

(c)

li tiġi pprovduta skeda tat-tagħrif tal-prodott għat-tali ħiters tal-post lokali skont l-Anness IV;

(d)

li l-bejjiegħa titqegħdilhom għad-dispożizzjoni tagħhom skeda elettronika tat-tagħrif tal-prodott għat-tali mudell ta' ħiter tal-post lokali skont l-Anness IV;

(e)

li d-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fl-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(f)

li kwalunkwe riklam li jkollu x'jaqsam mat-tali mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali u li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x'jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(g)

li kwalunkwe materjal tekniku ta' promozzjoni li jikkonċerna t-tali mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

2.   Mill-1 ta' Jannar 2022, il-fornituri li jkunu qed iqegħdu fis-suq jew idaħħlu fis-servizz il-ħiters bla tromba taċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi jew il-ħiters b'fetħa għaċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi għandhom jiżguraw:

(a)

li t-tali ħiters tal-post lokali ikollhom tikketta stampata li tkun konformi mal-format stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III u li tkun tinkludi t-tagħrif stabbilit fih u li jkunu konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Anness II;

(b)

li l-bejjiegħa titqegħdilhom għad-dispożizzjoni tagħhom tikketta elettronika għat-tali mudell ta' ħiter tal-post lokali li tkun fil-format stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III u tkun tinkludi t-tagħrif stabbilit fih u li tkun konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Anness II;

(c)

li tiġi pprovduta skeda tat-tagħrif tal-prodott għat-tali ħiters tal-post lokali skont l-Anness IV;

(d)

li l-bejjiegħa titqegħdilhom għad-dispożizzjoni tagħhom skeda elettronika tat-tagħrif tal-prodott għat-tali mudell ta' ħiter tal-post lokali skont l-Anness IV;

(e)

li d-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fl-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(f)

li kwalunkwe riklam li jkollu x'jaqsam mat-tali mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali u li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x'jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(g)

li kwalunkwe materjal tekniku ta' promozzjoni li jikkonċerna t-tali mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-bejjiegħa

Il-bejjiegħa tal-ħiters tal-post lokali għandhom jiżguraw:

(a)

li, fil-punt tal-bejgħ, kull ħiter tal-post lokali jkollu fuqu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3, fuq in-naħa ta' barra fuq quddiem tal-ħiter tal-post lokali, b'tali mod li din tkun tidher b'mod ċar;

(b)

li l-ħiters tal-post lokali offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs ikunu kkummerċjalizzati bit-tagħrif ipprovdut mill-fornituri skont l-Anness VI f'każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-prodott għall-wiri, ħlief f'każijiet fejn l-offerta ssir permezz tal-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c)

li kwalunkwe riklam ta' mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x'jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(d)

li kwalunkwe materjal tekniku ta' promozzjoni li jikkonċerna mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

Artikolu 5

Metodi tal-kejl u tal-kalkolu

It-tagħrif li għandu jingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandu jinkiseb permezz ta' metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness VIII.

Artikolu 6

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stabbilita fl-Anness IX meta jkunu qed jivvalutaw il-konformità tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali ddikjarata.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2024. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta, b'mod partikulari, jekk jistgħux jitnaqqsu l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tar-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018 għall-ħiters tal-post lokali li ma jkunux ħiters bla tromba taċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi u ħiters b'fetħa għaċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi. Madankollu, japplikaw mill-1 ta' April 2018 l-Artikoli 3(1)(f) and (g) and Article 4(b), (c) and (d).

3.   Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022 għall-ħiters bla tromba taċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi u għall-ħiters b'fetħa għaċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi. Madankollu, japplikaw mill-1 ta' April 2022 l-Artikoli 3(2)(f) and (g) and Article 4(b), (c) and (d).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (ara l-paġna 76 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

ANNESS I

Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa IX

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa IX, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“koeffiċjent ta' konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta': CC = 2,5;

(2)

“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li jkun fiha l-livell ix-xieraq ta' ndewwa tal-fjuwil, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni ma jerġgħux jinġiebu fit-temperatura ambjentali;

(3)

“effiċjenza utli fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (ηth,nom jew ηth,min rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija espress f'termini tan-NCV ta' ħiter tal-post lokali, mogħti bħala perċentwali,);

(4)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika nominali” (elmax) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

(5)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika minima” (elmin) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika minima. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

(6)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-modalità Stennija” (elsb) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

(7)

“l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti” (Ppilot) tfisser il-konsum tal-fjuwil solidu, likwidu jew gassuż tal-prodott sabiex dan jipprovdi fjamma li sservi bħala sors ta' tqabbid għall-proċess iktar qawwi tal-kombustjoni li jkun meħtieġ għall-potenza termika nominali jew għall-potenza termika fil-każ ta' tagħbija parzjali, jekk din tkun mixgħula għal iktar minn ħames minuti qabel ma jinxtegħel il-berner prinċipali, mogħti f'kW;

(8)

“potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu u ma jagħti l-ebda tagħrif dwar it-temperatura ambjentali biex il-potenza termika tiġi adattata b'mod awtomatiku għal magħha;

(9)

“żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li wieħed jista' jvarja b'mod manwali l-potenza termika tal-prodott b'żewġ livelli jew aktar u li l-prodott mhuwiex mgħammar b'apparat li jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika skont it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa;

(10)

“b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat mhux elettroniku li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

(11)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

(12)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal perjodu ta' 24 siegħa;

(13)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal ġimgħa sħiħa. Il-konfigurazzjoni tal-kronometru għandha tkun tali li tippermetti varjazzjoni minn jum għall-ieħor matul dak il-perjodu ta' sebat ijiem;

(14)

“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li awtomatikament inaqqas il-livell tat-temperatura ambjentali li għandu jintlaħaq meta ma jkun hemm ħadd fil-kamra;

(15)

“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jnaqqas il-potenza termika meta jinfetaħ bieb jew tinfetaħ tieqa. Kull meta jintuża sensur biex jiġi nnutat li nfetaħ bieb jew li nfetħet tieqa, dan jista' jew ikun installat fil-prodott, jew ikun jinsab fuq barra tiegħu, jew ikun imwaħħal fl-istruttura tal-bini stess, jewinkella tista' tintuża kombinazzjoni ta' dawn l-għażliet;

(16)

“b'għażla ta' kontroll mill-bogħod” tfisser il-funzjoni li tippermetti interazzjoni mill-bogħod mal-apparat ta' kontroll tal-prodott minn barra l-bini fejn ikun installat il-prodott;

(17)

“modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta' riattivazzjoni jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istatus;

(18)

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur jew tal-istess bejjiegħ;

(19)

“fjuwil fossili ieħor” tfisser fjuwil fossili minbarra l-antraċite u l-faħam niexef għall-bajli, il-kokk iebes, il-kokk ta' temperatura baxxa, il-faħam bituminuż, il-linjite, il-pit jew taħlita ta' fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli;

(20)

“bijomassa oħra tal-injam” tfisser il-bijomassa tal-injam minbarra l-injam taz-zkuk li jkun fihom 25 % ndewwa jew inqas, il-fjuwil f'forma ta' mattunelli li jkun fih inqas minn 14 % ndewwa jew l-injam ikkompressat li jkun fih inqas minn 12 % ndewwa;

(21)

“kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil meta mqabbla mal-massa totali tal-fjuwil kif użat fil-ħiter tal-post lokali.

(1)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

ANNESS II

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' ħiter tal-post lokali għandha tiġi stabbilita skont l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tiegħu kif stipulat fit-Tabella 1.

Tabella 1

Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI)

A++

EEI ≥ 130

A+

107 ≤ EEI < 130

A

88 ≤ EEI < 107

B

82 ≤ EEI < 88

Ċ

77 ≤ EEI < 82

D

72 ≤ EEI < 77

E

62 ≤ EEI < 72

F

42 ≤ EEI < 62

G

EEI < 42

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ta' ħiter tal-post lokali għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness VIII.

ANNESS III

It-tikketta

1.

Il-ħiters tal-post lokali

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

III.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-ħiter tal-post lokali għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

IV.

is-simbolu tal-potenza termika diretta;

V.

il- potenza termika diretta f'kW, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali;

VI.

għall-ħiters tal-post lokali bit-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, is-simbolu tal-potenza termika indiretta

VII.

għall-ħiters tal-post lokali bit-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, il-potenza termika indiretta u l-valur tagħha f'kW, imqarreb għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-post lokali għandhom ikunu skont il-punt 2 ta' dan l-Anness.

2.

Id-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-post lokali għandu jkun dan li ġej:

Image

fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 105 millimetri u għolja mill-inqas 200 millimetru. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom il-kodiċi CMYK — blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed — bħal f'dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-istampa t'hawn fuq):

Image

Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 4 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-logo tal-UE: kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

It-tikketta tal-enerġija: kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 86 millimetru, għoli: 17-il millimetru.

Image

Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, tul: 86 millimetru.

Image

L-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

il-vleġeġ: għoli: 6 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: 1,3 millimetri, kuluri:

l-aqwa klassi: X-00-X-00,

it-tieni klassi: 70-00-X-00,

it-tielet klassi: 30-00-X-00,

ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

il-ħames klassi: 00-30-X-00,

is-sitt klassi: 00-70-X-00,

is-seba' klassi: 00-X-X-00,

it-tmien klassi: 00-X-X-00,

l-aħħar klassi: 00-X-X-00;

il-kliem: Calibri tipa grassa 14-il pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

il-vleġġa: wisa': 22 millimetru, għoli: 12-il millimetru, 100 % iswed;

il-kliem: Calibri tipa grassa 24 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda.

Image

Il-funzjonalità tat-tisħin dirett:

pittogramma kif murija;

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Jekk applikabbli, il-funzjonalità tat-tisħin indirett:

pittogramma kif murija;

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-potenza termika diretta nominali:

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri;

il-valur “XY,Z”: Calibri tipa grassa 34 pt, 100 % iswed;

il-kliem “kW”: Calibri tipa normali 18-il pt, 100 % iswed.

Image

Jekk ikun il-każ, il-potenza termika indiretta nominali:

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri;

il-valur “XY,Z”: Calibri tipa grassa 34 pt, 100 % iswed;

il-kliem “kW”: Calibri tipa normali 18-il pt, 100 % iswed.

Image

Enerġija:

il-kliem: Calibri tipa normali 8 pt, 100 % iswed.

Image

Is-sena ta' dħul tat-tikketta u n-numru tar-Regolament:

il-kliem: Calibri tipa grassa 10 pt.

Image

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu.

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur:

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta' 86 bi 12-il millimetru.

ANNESS IV

L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott

1.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-ħiter tal-post lokali għandu jingħata fl-ordni li ġejja u għandu jiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f'materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

(c)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II;

(d)

il-potenza termika diretta f'kW, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali;

(e)

il-potenza termika indiretta f'kW, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali;

(f)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VIII;

(g)

l-effiċjenza enerġetika utli fil-potenza termika nominali u, jekk ikun il-każ, fit-tagħbija minima, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali u kkalkulata skont l-Anness VIII;

(h)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-post lokali jew meta ssirlu xi manutenzjoni.

2.

Skeda waħda tat-tagħrif tista' tkopri għadd ta' mudelli tal-ħiters tal-post lokali fornuti mill-istess fornitur.

3.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif jista' jingħata bħala kopja tat-tikketta, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Meta dan ikun il-każ, għandu jingħata wkoll it-tagħrif imniżżel fil-punt 1 li ma jkunx diġà muri fuq it-tikketta.

ANNESS V

Id-dokumentazzjoni teknika

Id-dokumentazzjoni teknika għall-ħiters tal-post lokali msemmija fl-Artikolu 3(1)(e) u fl-Artikolu 3(2)(e) għandha tinkludi:

(a)

isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell;

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati użati;

(d)

f'każ li l-fjuwil ippreferut ikun bijomassa oħra tal-injam, bijomassa li mhix tal-injam, fjuwil fossili ieħor jew taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwils fossili kif imsemmi fit-Tabella 2, deskrizzjoni tal-fjuwil li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità u l-istandard tekniku jew l-ispeċifikazzjoni teknika tal-fjuwil, inklużi l-kontenut ta' ndewwa mkejjel fil-fjuwil u l-kontenut ta' rmied imkejjel fih u, fil-każ ta' fjuwils fossili oħrajn, il-kontenut volatili mkejjel fil-fjuwil ukoll;

(e)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(f)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna li jkollha s-setgħa torbot lill-fornitur;

(g)

it-tagħrif inkluż fit-Tabella 2 (għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi) u fit-Tabella 3 (għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi), bil-valuri mkejlin u kkalkulati skont l-Anness VIII;

(h)

ir-rapporti tat-testijiet li jkunu saru mill-fornituri jew f'isimhom, inklużi l-isem u l-indirizz tal-entità li tkun wettqet it-testijiet;

(i)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-post lokali jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

(j)

lista tal-mudelli ekwivalenti, jekk din tkun tapplika.

Dan it-tagħrif jista' jingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri meħudin skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Tabella 2

Il-parametri tekniċi għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

Identifikatur(i) tal-mudell:

Funzjonalità ta' tisħin indirett: [iva/le]

Potenza termika diretta: …(kW)

Potenza termika indiretta: …(kW)

Fjuwil

Il-fjuwil ippreferut (wieħed biss):

Fjuwils oħrajn adattati:

Zkuk tal-injam li jkun fihom 25 % ndewwa jew inqas

[iva/le]

[iva/le]

Injam ikkompressat li jkun fih inqas minn 12 % ndewwa

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa oħra tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa li mhix tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Antraċite u faħam niexef għall-bajli

[iva/le]

[iva/le]

Kokk iebes

[iva/le]

[iva/le]

Kokk ta' temperatura baxxa

[iva/le]

[iva/le]

Faħam bituminuż

[iva/le]

[iva/le]

Linjite f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Pit f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita ta' fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Fjuwil fossili ieħor

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita ta' bijomassa u fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwils solidi

[iva/le]

[iva/le]

Karatteristiċi meta l-ħiter ikun qed jaħdem bil-fjuwil ippreferut

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, η s [f'perċentwali]:

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI):

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika

Effiċjenza utli (abbażi tan-NCV kif jasal)

Potenza termika nominali

Pnom

x,x

kW

Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

ηth,nom

x,x

%

Potenza termika minima (valur ta' referenza)

Pmin

[x,x/N.A.]

kW

Effiċjenza utli fil-potenza termika minima (valur ta' referenza)

ηth,min

[x,x/N.A.]

%

Konsum tal-elettriku awżiljarju

It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali

(jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Fil-potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

Fil-potenza termika minima

elmin

x,xxx

kW

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

Fil-modalità Stennija

elSB

x,xxx

kW

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

[iva/le]

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

[iva/le]

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

[iva/le]

Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

[iva/le]

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

[iva/le]

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

[iva/le]

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

Ppilot

[x,xxx/N.A.]

kW

Dettalji ta' kuntatt

Isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu

Tabella 3

Il-parametri tekniċi għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi

Identifikatur(i) tal-mudell:

Funzjonalità ta' tisħin indirett: [iva/le]

Potenza termika diretta: …(kW)

Potenza termika indiretta: …(kW)

Fjuwil

Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta' fjuwil

[gassuż/likwidu]

[Jekk jogħġbok speċifika]

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika

Effiċjenza utli (abbażi tan-NCV)

(1)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

ANNESS VI

It-tagħrif li għandu jingħata f'każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-prodott għall-wiri, ħlief fuq l-Internet

1.

It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) għandu jingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II;

(b)

il-potenza termika diretta f'kW, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali;

(c)

il-potenza termika indiretta f'kW, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali.

2.

It-tagħrif imsemmi fil-punt 1 għandu jkun stampat jew muri b'daqs u tipa li jkunu leġġibbli.

ANNESS VII

It-tagħrif li għandu jingħata fil-każ tal-bejgħ, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs fuq l-Internet

1.

Għall-għanijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“mekkaniżmu għall-wiri” tfisser kwalunkwe skrin li jintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva oħra li tintuża għal dan il-għan;

(b)

“wiri ta' ħaġa ġo oħra” tfisser interfaċċja viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

“skrin tattilu” tfisser skrin li jiġi attivat meta jintmess, bħall-iskrin tat-tablets, tal-kompjuters tat-tip slate u tal-ismartfowns;

(d)

“test alternattiv” tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li t-tagħrif jintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għat-tagħrif, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

2.

It-tikketta x-xierqa li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(b) jew l-Artikolu 3(2)(b) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fil-punt 2 tal-Anness III. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra darba fuq l-iskrin tattilu.

3.

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; u

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image

4.

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (“tab”) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

5.

L-iskeda tat-tagħrif ix-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(d) jew l-Artikolu 3(2)(d) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tal-iskeda tat-tagħrif tal-prodott għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tat-tagħrif għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem “L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott”. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tat-tagħrif tal-prodott għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.

ANNESS VIII

Kejl u kalkoli

1.

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 2 sa 4.

2.

Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

(a)

Il-ħiters tal-post lokali għandhom jiġu ttestjati għall-fjuwil ippreferut sabiex jiġu stabbiliti l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika u l-potenza termika diretta u indiretta.

(b)

Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika diretta u indiretta u għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għandhom jitqarrbu għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali.

3.

Kundizzjonijiet ġenerali għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika u għall-konsum tal-ħiters tal-post lokali

(a)

Fejn ikun il-każ, għandhom jitkejlu l-valuri ta' ηth,nom u ηth,min għall-effiċjenza utli u l-valuri ta' Pnom u Pmin għall-potenza termika diretta u indiretta.

(b)

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) għandu jiġi kkalkulat bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv (ηS,on ), ikkoreġuta, għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-bijomassa bħala l-fjuwil ippreferut, b'fattur li jqis in-natura rinnovabbli tal-fjuwil ippreferut, u kkoreġuta b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u l-konsum tal-enerġija tal-fjamma pilota permanenti. L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) jingħata bħala ċifra li tkun daqs il-valur tiegħu mogħti f'perċentwali.

4.

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tal-ħiters tal-post lokali kollha huwa ddefinit kif ġej:

Formula

fejn:

ηS,on hija l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv, mogħtija f'perċentwali u kkalkulata kif stabbilit fil-punt 4(b);

BLF huwa l-fattur tat-tikkettar tal-bijomassa, li huwa ta' 1,45 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils tal-bijomassa u ta' 1 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils fossili;

F(2) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku, ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

F(3) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

F(4) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-elettriku awżiljarju fuq l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, mogħti f'perċentwali;

F(5) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti fuq l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, mogħti f'perċentwali.

(b)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv hija kkalkulata kif ġej:

ηS,on= ηth,nom

fejn:

ηth,nom hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali abbażi tan-NCV.

(c)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku jew ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(2) jikkorrispondi ma' wieħed mill-fatturi mogħtija fit-Tabella 4, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati. Jista' jintgħażel biss valur wieħed.

Tabella 4

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2)

Tagħmir tal-prodott (tista' tingħażel biss għażla waħda):

F(2)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwil

potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

0,0 %

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura

1,0 %

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

2,0 %

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

4,0 %

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

6,0 %

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

7,0 %

Mill-1 ta' Jannar 2022, F(2) se jkun żero għal ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'emissjonijiet fejn il-kontroll tat-temperatura jkun qiegħed issettjat għal potenza termika minima ogħla minn dawk stipulati fl-Anness II, punt 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 (1). Il-potenza termika ta' dan is-setting m'għandhiex tkun ogħla minn 50 % tal-potenza termika nominali. Mill-1 ta' Jannar 2022, jekk F(2) ma jkunx żero, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti dwar l-emissjonijiet b'potenza termika minima.

(d)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(3) jikkorrispondi għall-għadd tal-valuri mogħtija fit-Tabella 5, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati.

Tabella 5

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3)

Tagħmir tal-prodott (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet):

F(3)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwil

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

1,0 %

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

1,0 %

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

1,0 %

Mill-1 ta' Jannar 2022, F(3) se jkun żero għal ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'emissjonijiet fejn il-kontroll tat-temperatura jkun qiegħed issettjat għal potenza termika minima ogħla minn dawk stipulati fl-Anness II, punt 2 tar-Regolament (UE) 2015/1185. Il-potenza termika ta' dan is-setting m'għandhiex tkun ogħla minn 50 % tal-potenza termika nominali. Mill-1 ta' Jannar 2022, jekk F(3) ma jkunx żero, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti dwar l-emissjonijiet b'potenza termika minima.

(e)

Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej:

Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis il-konsum tal-elettriku awżiljarju waqt tħaddim tal-apparat fil-modalità Mixgħul u fil-modalità Stennija.

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

elmax huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali, mogħti f'kW;

elmin huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika minima, mogħti f'kW. F'każ li l-prodott ma joffrix potenza termika minima, għandu jintuża l-valur tal-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali;

elsb huwa l-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

(f)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(5), li huwa marbut mal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti, huwa kkalkulat kif ġej:

Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti.

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, dan il-fattur ta' korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

Ppilot huwa l-konsum tal-fjamma pilota, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

ANNESS IX

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Bil-għan li tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell. L-apparat għandu jiġi ttestjat bi fjuwil li jkollu karatteristiċi li jkunu simili għal dawk tal-fjuwil li l-manifattur ikun uża biex iwettaq il-kejl skont l-Anness VIII.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri u l-klassijiet mogħtija fuq it-tikketta u fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott ikunu jikkorrispondu mal-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika; u jekk

(b)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat.

2.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. Jekk ma jinkisibx xi wieħed mir-riżultati msemmija fil-punti 2(b) sa 2(d), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell b'mod aleatorju biex dawn jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet apparati l-oħra li jintgħażlu jistgħu jkunu ta' mudell wieħed jew aktar ekwivalenti li jkunu tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala prodotti ekwivalenti.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri u l-klassijiet iddikjarati u mogħtija fuq it-tikketta u fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott għat-tliet apparati l-oħra jkunu jikkorrispondu mal-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, il-valur medju tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi, il-valur medju tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi, il-valur medju tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 2, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta jieħdu d-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VIII.

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u m'għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet mogħtija fuq it-tikketta jew fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott m'għandhomx ikunu iktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/43

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1187

tas-27 ta' April 2015

li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE tirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar it-tikkettar ta' prodotti marbutin mal-enerġija li għandhom potenzjal sinifikanti għall-iffrankar fl-enerġija u disparità kbira fil-livelli tal-prestazzjoni rilevanti b'funzjonalità ekwivalenti.

(2)

Il-ħiters tal-post b'funzjonalità ekwivalenti inkluż bojlers tal-fjuwil solidu juru disparità kbira f'termini tal-effiċjenza enerġetika. L-enerġija li jużaw il-bojlers tal-fjuwil solidu biex jipprovdu t-tisħin tal-post intern tammonta għal sehem sinifikanti tad-domanda tal-enerġija totali fl-Unjoni. Il-kamp ta' applikazzjoni għat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu huwa sinifikanti u jinkludi l-kombinament tagħhom ma' regolaturi tat-temperatura u apparat solari li jixirqu, u għalhekk il-pakketti tal-bojlers tal-fjuwil solidu, il-ħiters supplimentari, ir-regolaturi tat-temperatura u l-apparat solari għandhom jiġu koperti wkoll mir-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija.

(3)

Bojlers li jiġġeneraw is-sħana esklussivament biex jipprovdu ilma misħun tajjeb għax-xorb jew sanitarju, bojlers għat-tisħin tal-midja gassuża tat-trasferiment tas-sħana, bojlers tal-koġenerazzjoni b'kapaċità elettrika ta' 50 kW jew iktar u bojlers tal-bijomassa mhux tal-injam għandhom karatteristiċi tekniċi speċifiċi u għalhekk għandhom ikunu eżentati minn dan ir-Regolament.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet armonizzati dwar it-tikkettar u informazzjoni standard tal-prodotti fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika tal-bojlers tal-fjuwil solidu sabiex il-manifatturi jkollhom inċentivi biex itejbu l-effiċjenza enerġetika tal-bojlers tal-fjuwil solidu, sabiex l-utenti aħħarin jitħeġġu jixtru prodotti li jkunu effiċjenti fl-enerġija u biex jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern.

(5)

Sabiex il-konsumaturi jkollhom informazzjoni komparabbli dwar il-bojlers tal-fjuwil solidu, għandha tiġi introdotta skala tat-tikkettar koerenti mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 (2). Jekk l-approċċ applikat f'dak ir-Regolament jiġi applikat għall-enerġija rinnovabbli, dan mhux se jippromwovi effiċjenza enerġetika fil-bojlers tal-bijomassa. Jekk l-approċċ applikat għall-fjuwils fossili jiġi applikat għall-bijomassa, dan mhux se jkun konsistenti mal-għan għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk jixraq li dan ir-Regolament jintroduċi approċċ speċifiku għall-bojlers tal-bijomassa, “fattur tat-tikketta tal-bijomassa” stipulat f'tali livell li l-klassi A++ tista' tintlaħaq biss minn bojlers tal-bijomassa li jużaw il-kondensazzjoni.

(6)

L-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta għandha tinkiseb permezz ta' proċeduri tal-kejl u l-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu metodi tal-kejl u l-kalkolu mill-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), sabiex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn.

(7)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketti għall-bojlers tal-fjuwil solidu.

(8)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għall-bojlers tal-fjuwil solidu.

(9)

Apparti, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta' kwalunkwe forma ta' bejgħ mill-bogħod ta' bojlers tal-fjuwil solidu u fi kwalunkwe reklamar u materjal ta' promozzjoni teknika għall-bojlers tal-fjuwil solidu.

(10)

Fejn it-tikketti u l-informazzjoni tal-prodott huma bbażati fuq skeda tal-prodott mingħand il-fornituri, għandu jkun żgurat li l-utent aħħari jkollu aċċess faċli għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija ta' pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu kkombinat ma' ħiters supplimentari, apparat solari u regolaturi tat-temperatura.

(11)

Huwa xieraq li jsir provvediment għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar tal-enerġija ta' u l-provvista ta' informazzjoni tal-prodott supplimentari dwar il-bojlers tal-fjuwil solidu b'potenza termika nominali ta' 70 kW jew inqas u pakketti ta' bojlers tal-fjuwil solidu b'potenza termika nominali ta' 70 kW jew inqas, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

(a)

għall-bojlers li jiġġeneraw is-sħana biss biex jipprovdu ilma misħun tajjeb għax-xorb u sanitarju;

(b)

għall-bojlers użati għat-tisħin u d-distribuzzjoni ta' mezzi gassużi għat-trasferiment tas-sħana bħal pereżempju l-fwar jew l-arja;

(c)

għall-bojlers tal-fjuwil solidu b'koġenerazzjoni li jkollhom kapaċità elettrika massima ta' 50 kW jew iktar;

(d)

bojlers tal-bijomassa mhux tal-injam.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“bojler tal-fjuwil solidu” tfisser apparat mgħammar b'ġeneratur tas-sħana tal-fjuwil solidu wieħed jew iktar li jipprovdi s-sħana għal sistema ċentrali tat-tisħin ibbażata fuq l-ilma sabiex jilħaq u jżomm livell mixtieq ta' temperatura fuq ġewwa ta' spazju magħluq wieħed jew iktar, b'telf ta' sħana fl-ambjent tal-madwar ta' mhux iktar minn 6 % tal-potenza termika nominali;

(2)

“sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma” tfisser sistema li tuża l-ilma bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana sabiex jiddistribwixxi s-sħana prodotta ċentralment għal bċejjeċ ta' apparat li jarmu s-sħana għat-tisħin ta' spazji magħluqa fi ħdan bini jew partijiet minnu, inkluż tisħin ta' blokok jew netwerks ta' tisħin distrettwali;

(3)

“ġeneratur tas-sħana minn fjuwil solidu” tfisser il-parti ta' bojler tal-fjuwil solidu li tipproduċi s-sħana mill-kombustjoni ta' karburanti solidi;

(4)

“potenza termika nominali” jew “Pr ” tfisser il-potenza termika dikjarata ta' bojler tal-fjuwil solidu meta jkun qed jipprovdi t-tisħin ta' spazji magħluqa bil-fjuwil preferut, mogħti f'kW;

(5)

“fjuwil solidu” tfisser fjuwil li huwa solidu fit-temperaturi normali fuq ġewwa, inkluż bijomassa solida u fjuwil fossili solidu;

(6)

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

(7)

“bijomassa tal-injam” tfisser il-bijomassa li ġejja mis-siġar, mill-buxx u mill-arbuxxelli, inkluż l-injam taz-zkuk, l-injam imlaqqax, l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, l-injam ikkompressat f'forma ta' mattunelli u s-serratura;

(8)

“bijomassa mhux tal-injam” tfisser bijomassa apparti mill-bijomassa tal-injam inkluż tiben, miskantu, qasab, il-qalba (kernels), grani, għadam taż-żebbuġ, espellent taż-żebbuġ u qxur tal-lewż;

(9)

“fjuwil fossili” tfisser fjuwil minbarra l-bijomassa, inkluż antraċite, linjite, kokk, faħam bituminuż; għall-finijiet ta' dan ir-Regolament tinkludi wkoll pit;

(10)

“bojler tal-bijomassa” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li juża l-fjuwil tal-bijomassa bħala l-fjuwil preferut;

(11)

“bojler tal-bijomassa mhux tal-injam” tfisser bojler tal-bijomassa li juża l-bijomassa mhux tal-injam bħala l-fjuwil preferut u li għalih il-bijomassa tal-injam, il-fjuwil fossili jew taħlita ta' bijomassa u fjuwil fossili mhumiex elenkati fost l-fjuwils adatti l-oħrajn tiegħu;

(12)

“fjuwil preferut” tfisser il-fjuwil solidu uniku li jintuża preferibbilment għall-bojler skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;

(13)

“fjuwil ieħor adattat” tfisser fjuwil solidu, apparti mill-fjuwil preferut li jista' jintuża fil-bojler tal-fjuwil solidu skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur u jinkludi kwalunkwe fjuwil li jissemma' fil-manwal ta' struzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, fuq siti tal-Internet tal-fornituri aċċessibbli mingħajr pagament, fil-materjal ta' promozzjoni tekniku u fir-reklami.

(14)

“bojler tal-koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li kapaċi jiġġenera s-sħana u l-elettriku b'mod simultaneju;

(15)

“ħiter supplimentari” tfisser ħiter sekondarju jew pompa tas-sħana li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013 jew bojler tal-fjuwil solidu sekondarju, li jiġġenera sħana żejda fejn id-domanda tas-sħana hija iktar mill-potenza termika nominali fil-bojler primarju tal-fjuwil solidu;

(16)

“apparat għall-kontroll tat-temperatura” tfisser l-apparat li jservi ta' interfaċċa mal-utent aħħari b'rabta mal-valuri u l-iskeda taż-żmien tat-temperatura mixtieqa ta' ġewwa u li jikkomunika d-dejta rilevanti lil interfaċċa tal-bojler tal-fjuwil solidu bħall-proċessur ċentrali, biex b'hekk tkun tista' tiġi rregolata t-temperatura ta' ġewwa;

(17)

“apparat solari” tfisser sistema esklużivament solari, kollettur solari, tank tal-misħun solari jew pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur, li jitqegħdu fis-suq b'mod separat;

(18)

“sistema esklużivament solari” tfisser apparat li huwa mgħammar b'kollettur solari wieħed jew aktar u b'tankijiet tal-misħun solari u forsi wkoll b'pompi fis-sistema ċirkolari tal-kollettur u elementi oħrajn li titqiegħed fis-suq bħala unità waħda u ma tkun mgħammra bl-ebda ġeneratur tas-sħana, ħlief forsi għal xi ħiter sommerġibbli ta' riżerva wieħed jew aktar;

(19)

“kollettur solari” tfisser apparat iddisinjat biex jassorbi l-irradjanza solari globali u biex jittrasferixxi l-enerġija termika prodotta b'dan il-mod għal ġo fluwidu li jkun għaddej minnu;

(20)

“tank tal-misħun solari” tfisser tank tal-misħun li jaħżen l-enerġija termika prodotta minn kollettur solari wieħed jew aktar;

(21)

“tank tal-ħin tal-ilma misħun” tfisser kontenitur għall-ħżin tal-ilma misħun biex jissaħħan l-ilma jew xi post, inkluż kwalunkwe addittiv, li ma jkunx mgħammar b'xi ġeneratur tas-sħana ħlief possibbilment ħiter sekondarju sommerġibbli wieħed jew iktar;

(22)

“ħiter sekondarju sommerġibbli” tfisser ħiter ta' reżistenza elettrika tal-effett Joule li huwa parti minn tank tal-ħżin tal-ilma misħun u jiġġenera sħana biss meta l-provvista esterna tas-sors tas-sħana tiġi interrotta (inkluż matul perjodi ta' manutenzjoni) jew bil-ħsara, jew li jkun parti minn tank tal-ħżin solari tal-ilma misħun u jipprovdi s-sħana meta s-sors tas-sħana solari ma jkunx suffiċjenti biex jissodisfa l-livelli ta' kumdità meħtieġa;

(23)

“pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari” tfisser pakkett offrut lill-utent aħħari li fih bojler tal-fjuwil solidu kkombinat ma' ħiter supplimentari wieħed jew iktar, regolatur tat-temperatura wieħed jew iktar u apparat solari wieħed jew iktar;

(24)

“bojler ikkumbinat” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li huwa ddisinjat li jipprovdi s-sħana wkoll biex iwassal ilma misħun tax-xorb jew sanitarju f'livelli tat-temperatura stabbiliti, kwantitajiet u flussi tar-rata f'intervalli stabbiliti, u huwa mqabbad ma' provvista esterna tal-ilma tax-xorb jew sanitarju.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa X.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri u skeda taż-żmien

1.   Mill-1 ta' April 2017 il-fornituri li jikkummerċjalizzaw il-bojlers tal-fjuwil solidu jew idaħħluhom fis-servizz, inkluż dawk integrati f'pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, għandhom jiżguraw li:

(a)

kull bojler tal-fjuwil solidu għandu tikketta stampata fil-format u li fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 1.1 tal-Anness III u li tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II, u kull bojler tal-fjuwil solidu intenzjonat għall-użu f'pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, huwa pprovdut b'tikketta oħra fil-format u li fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 2 tal-Anness III;

(b)

tikketta elettronika fil-format u li fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 1.1 tal-Anness III u tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II hija magħmula disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' bojler tal-fjuwil solidu;

(c)

skeda tal-prodott, skont il-punt 1 tal-Anness IV, hija pprovduta għal kull bojler tal-fjuwil solidu, u skeda oħra, skont il-punt 2 tal-Anness IV hija pprovduta għal kull bojler tal-fjuwil solidu intenzjonat għall-użu f'pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

(d)

skeda elettronika tal-prodott, skont il-punt 1 tal-Anness IV, għandha tkun magħmula disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' bojler tal-fjuwil solidu;

(e)

li d-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(f)

kwalunkwe reklam relatat ma' mudell speċifiku ta' bojler tal-fjuwil solidu u li jkun fih informazzjoni dwar l-enerġija jew il-prezz jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(g)

kwalunkwe materjal tekniku ta' promozzjoni li jikkonċerna mudell speċifiku ta' bojler tal-fjuwil solidu u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

2.   Mis-26 ta' Settembru 2019 il-fornituri li jikkummerċjalizzaw il-bojlers tal-fjuwil solidu jew idaħħluhom fis-servizz, inkluż dawk integrati f'pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, għandhom jiżguraw li:

(a)

kull bojler tal-fjuwil solidu jkollu tikketta stampata fil-format u li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 1.2 tal-Anness III u tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II;

(b)

tikketta elettronika fil-format u li fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 1.2 tal-Anness III u tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II hija magħmula disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' bojler tal-fjuwil solidu;

3.   Mis-1 ta' April 2017 il-fornituri li jikkummerċjalizzaw jew idaħħlu fis-servizz pakketti ta' bojlers tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari għandhom jiżguraw li:

(a)

tikketta stampata fil-format u fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 2 tal-Anness III u tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II hija magħmula disponibbli għal kull pakkett tal-bojlers tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

(b)

tikketta elettronika fil-format u fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 2 tal-Anness III u tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II hija magħmula disponibbli għan-negozjanti għal kull pakkett tal-bojlers tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

(c)

tiġi pprovduta skeda tal-prodott, skont il-punt 2 tal-Anness IV, għal kull pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

(d)

tiġi magħmula disponibbli skeda elettronika tal-prodott, skont il-punt 2 tal-Anness IV, għan-negozjanti għal kull mudell magħmul minn pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika, skont il-punt 2 tal-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(f)

kwalunkwe reklam relatat ma' mudell speċifiku magħmul minn pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari u li fih informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz inkluż referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell;

(g)

kwalunkwe materjal ta' promozzjoni teknika dwar mudell speċifiku magħmul minn pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu inkluż referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell;

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tan-negozjanti

1.   In-negozjanti tal-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom jiżguraw li:

(a)

fil-post tal-bejgħ, kull bojler tal-fjuwil solidu jkollu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1) jew 3(2) fuq barra tal-wiċċ tal-bojler tal-fjuwil solidu, b'mod li tkun tidher sewwa;

(b)

il-bojlers tal-fjuwil solidu offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs, fejn l-utent aħħari ma jistax ikun mistenni li jara l-prodott muri, huma kummerċjalizzati bl-informazzjoni pprovduta mill-fornituri skont il-punt 1 tal-Anness VI, ħlief meta l-offerta ssir fuq l-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c)

kwalunkwe reklam għal mudell speċifiku ta' bojler tal-fjuwil solidu li jkun fih informazzjoni dwar l-enerġija jew il-prezz jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(d)

kwalunkwe materjal ta' promozzjoni teknika dwar mudell speċifiku ta' bojler tal-fjuwil solidu li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

2.   Negozjanti ta' pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari għandhom jiżguraw li:

(a)

kwalunkwe offerta għal pakkett speċifiku tinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-pakkett, billi fuq il-pakkett tintwera t-tikketta pprovduta mill-fornitur skont l-Artikolu 3(3)(a) u l-iskeda tal-prodott fornuta mill-fornitur skont l-Artikolu 3(3)(c), debitament mimlija bil-karatteristiċi ta' dak il-pakkett;

(b)

il-pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs, fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni li jara l-prodott għall-wiri, huma kummerċjalizzati bl-informazzjoni pprovduta skont il-punt 2 tal-Anness VI, ħlief meta l-offerta ssir fuq l-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c)

kwalunkwe reklam relatat ma' mudell speċifiku magħmul minn pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari u li fih informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz inkluż referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell;

(d)

kwalunkwe materjal ta' promozzjoni teknika dwar mudell speċifiku magħmul minn pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu inkluż referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell;

Artikolu 5

Metodi ta' kejl u kalkolu

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta' metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness VIII. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi determinata skont kif stipulat fl-Anness IX.

Artikolu 6

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness X meta jivvalutaw il-konformità ma' dan ir-Regolament tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika dikjarata tal-bojlers tal-fjuwil solidu u l-pakketti tal-bojlers tal-fjuwil solidu, il-ħiters supplimentari, il-regolaturi tat-temperatura u l-apparat solari.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2022. B'mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta jekk jixraqx li tiżdied klassi tal-effiċjenza tal-ilma misħun fuq it-tikketta tal-bojlers ikkumbinati.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta' April 2017. Madanakollu, l-Artikolu 3(1)(f) u (g), l-Artikolu 3(3)(f) u (g), l-Artikolu 4(1)(b), (c) u (d), u l-Artikolu 4(2)(b), (c) u (d) għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f 'dak li għandu x'jaqsam mat- tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal- post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 1).

(3)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(4)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi II sa X

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa X, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“identifikatur ta' mudell” tfisser il-kodiċi, normalment alfanumerika, li tiddistingwi mudell speċifiku li jinkludi bojler tal-fjuwil solidu jew pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari minn mudelli oħrajn bl-istess marka kummerċjali, isem tal-fornitur jew isem tan-negozjant;

(2)

“l-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post” jew “ηs ” tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post għal staġun tat-tisħin speċifikat, fornut permezz ta' bojler tal-fjuwil solidu u l-konsum annwali tal-enerġija meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, espressa bħala %;

(3)

“l-effiċjenza elettrika” jew “ηel ” tfisser il-proporzjon tal-output tal-elettriku u l-input totali tal-enerġija ta' bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, fejn l-input totali tal-enerġija huwa espress f'termini ta' GCV jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata b'CC;

(4)

“valur kalorifiku gross” jew “GCV” tfisser l-ammont totali ta' sħana rilaxxata minn unità ta' kwantità ta' fjuwil li jkun fiha l-kontenut xieraq ta' ndewwa, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġenu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(5)

“koeffiċjent ta' konverżjoni” jew “CC” tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta' CC = 2,5;

(6)

“skeda ta' regolatur tat-temperatura” tfisser l-iskeda tal-prodott meħtieġa li trid tingħata għar-regolaturi tat-temperatura permezz tal-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(7)

“skeda tal-bojler” tfisser l-iskeda tal-prodott għall-bojlers tal-fjuwil solidu meħtieġa li tiġi pprovduta skont l-Artikolu 3(1)(c) ta' dan ir-Regolament u l-iskeda tal-prodott meħtieġa għall-bojlers oħrajn apparti l-bojlers tal-fjuwil solidu li tiġi pprovduta għal bojlers bħal dawn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(8)

“skeda tal-apparat solari” tfisser l-iskeda tal-prodott meħtieġa li tiġi pprovduta għall-apparat solari permezz tal-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(9)

“skeda tal-pompa tas-sħana” tfisser l-iskeda tal-prodott meħtieġa li tiġi pprovduta għall-pompi tas-sħana permezz tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(10)

“bojler li juża l-kondensazzjoni” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li fih, fil-kundizzjonijiet operattivi normali u f'temperaturi tal-ilma partikulari tal-operat, parti mill-fwar tal-ilma fil-prodotti tal-kombustjoni jispiċċa kkondensat, sabiex is-sħana latenti ta' dan il-fwar tal-ilma tintuża għall-għanijiet tat-tisħin;

(11)

“bijomassa tal-injam oħra” tfisser bijomassa tal-injam minbarra: zkuk tal-injam b'kontenut ta' indewwa ta' 25 % jew inqas, bċejjeċ tal-injam b'kontenut ta' indewwa ta' 15 % jew iktar, injam kompressat fil-forma ta' pelits jew brikets, jew sellatura b'kontenut ta' indewwa daqs jew inqas minn 50 %.

(12)

“kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil mqabbla mal-massa totali kif użata fil-bojlers tal-fjuwil solidu;

(13)

“fjuwil fossili ieħor” tfisser fjuwil fossili għajr faħam bituminuż, faħam kannella (inklużi brikets), kokk, antraċite jew brikets tal-fjuwil fossili mħallat;

(14)

“rekwiżit tal-enerġija elettrika bil-potenza termika massima” jew “elmax ” tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-bojler tal-fjuwil solidu fil-potenza termika nominali, espressa f'kW, għajr il-konsum tal-elettriku minn ħiter ta' riżerva u minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji;

(15)

“rekwiżit tal-enerġija elettrika bil-potenza termika minima” jew “elmin ” tfisser il-konsum tal-elettriku tal-bojler tal-fjuwil solidu bit-tagħbija parzjali applikabbli, u mogħti f'kW minbarra l-konsum tal-elettriku minn ħiter ta' riżerva u minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji;

(16)

“ħiter sekondarju” tfisser element ta' reżistenza tal-elettriku b'effett Joule li jiġġenera s-sħana biss bħala prevenzjoni għall-bojler tal-fjuwil solidu jew is-sistema ta' tisħin ċentrali bbażata fuq l-ilma milli jiffriżaw jew meta jkun hemm interruzzjoni fis-sors estern tas-sħana (inkluż matul il-perjodi ta' manutenzjoni) jew ħsara;

(17)

“tagħbija parzjali applikabbli” tfisser, fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mqabbda awtomatikament, operazzjoni fi 30 % fil-potenza termika nominali, u, fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mqabbda manwalment f'50 % tal-potenza termika nominali, operazzjoni f'50 % tal-potenza termika nominali;

(18)

“konsum tal-enerġija fil-modalità ta' stennija” jew “PSB ” tfisser il-konsum tal-enerġija ta' bojler tal-fjuwil solidu li jkun fil-modalità ta' stennija, minbarra minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji espress f'kW;

(19)

“modalità ta' stennija” tfisser kundizzjoni fejn il-bojler tal-fjuwil solidu jkun imqabbad mas-sors prinċipali tal-elettriku, jiddependi mill-input tal-enerġija mis-sors prinċipali tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit: funzjoni ta' riattivazzjoni, jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss jew turija tal-informazzjoni jew tal-istatus;

(20)

“effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva” jew “ηson ” tfisser:

(a)

għall-bojlers tal-fjuwil solidu awtomatiċi imnajjra, il-medja ppeżata tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali u l-effiċjenza utli fi 30 % tal-potenza termika nominali;

(b)

għall-bojlers tal-fjuwil solidu manwali imnajjra li jistgħu joperaw f'50 % tal-potenza termika nominali f'modalità kontinwa, il-medja ppeżata tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali u l-effiċjenza utli f'50 % tal-potenza termika nominali;

(c)

għall-bojlers tal-fjuwil solidu manwali imnajjra li ma jistgħux joperaw f'50 % jew inqas tal-potenza termika nominali f'modalità kontinwa, l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali;

(d)

għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali;

(21)

“l-effiċjenza elettrika” jew “η” tfisser il-proporzjon tal-output tas-sħana utli u l-input totali tal-enerġija ta' bojler tal-fjuwil solidu, fejn l-input totali tal-enerġija huwa espress f'termini ta' GCV jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata b'CC;

(22)

“output tas-sħana utli” jew “P” tfisser l-output tas-sħana ta' bojler tal-fjuwil solidu trażmessa lit-trasportatur tas-sħana, espressa f'kW;

(23)

“bojler tal-fjuwil fossili” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li juża l-fjuwil fossili jew taħlita ta' bijomassa u fjuwil fossili bħala l-fjuwil preferut;

(24)

“valur kalorifiku gross mingħajr indewwa” jew “GCVmf ” tfisser l-ammont totali ta' sħana rilaxxata minn unità ta' fjuwil li tkun tneħħitilha l-indewwa tagħha, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġenu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(25)

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 4 tal-punt 1 tal-Anness V, bħala mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess fornitur.

(1)  Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

ANNESS II

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' bojler tal-fjuwil solidu għandha tiġi determinata abbażi tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tagħha, kif stipulat fit-Tabella 1.

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ta' bojler tal-fjuwil solidu għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness IX.

Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għall-bojlers tal-fjuwil solidu

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI)

A+++

EEI ≥ 150

A++

125 ≤ EEI < 150

A+

98 ≤ EEI < 125

A

90 ≤ EEI < 98

B

82 ≤ EEI < 90

C

75 ≤ EEI < 82

D

36 ≤ EEI < 75

E

34 ≤ EEI < 36

F

30 ≤ EEI < 34

G

EEI < 30

ANNESS III

It-tikketti

1.   BOJLERS TAL-FJUWIL SOLIDU

1.1.   Tikketta numru 1

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

III.

il-funzjoni tat-tisħin ta' post;

IV.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-bojler tal-fjuwil solidu għandu jitqiegħed fl-istess għoli tat-tarf tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

V.

il-potenza termika nominali f'kW, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

VI.

għall-bojlers tal-kombinament, il-funzjoni tat-tisħin tal-ilma addizzjonali wkoll.

VII.

għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, il-funzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku addizzjonali wkoll.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom ikunu skont il-punt 3 ta' dan l-Anness. Bħala eċċezzjoni, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tista' tiżdied kopja tal-ekotikketta tal-UE.

1.2.   Tikketta numru 2

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni imniżżla fil-punt 1.1(a) ta' dan l-Anness.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom ikunu skont il-punt 3 ta' dan l-Anness. Bħala eċċezzjoni, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-Unjoni Ewropea” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista' tiżdied kopja tal-ekotikketta tal-UE.

2.   PAKKETTI TA' BOJLER TAL-FJUWIL SOLIDU, ĦITERS SUPPLIMENTARI, REGOLATURI TAT-TEMPERATURA U APPARAT SOLARI

Tikketta għall-pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa G

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I.

isem jew il-marka kummerċjali tal-fornitur;

II.

identifikatur tal-mudell(i) tan-negozjant jew il-fornitur;

III.

il-funzjoni tat-tisħin ta' post;

IV.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-bojler tal-fjuwil solidu, determinata skont l-Anness II;

V.

indikazzjoni dwar il-possibbiltà li kollettur solari, tank tal-ħżin tal-ilma misħun, regolatur tat-temperatura jew ħiter supplimentari jistgħu jiġu inklużi fil-pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

VI.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, determinati skont il-punt 2 tal-Anness IV; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari għandu jitqiegħed fl-istess għoli tat-tarf tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għal pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, għandhom ikunu skont il-punt 4 ta' dan l-Anness. Għall-pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D, il-klassijiet E sa G fl-iskala A+++ sa G jistgħu jitħassru.

3.   ID-DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-BOJLERS TAL-FJUWIL SOLIDU GĦANDU JKUN DAN LI ĠEJ:

Image

fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 105 mm u għolja mill-inqas 200 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet t'hawn fuq.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri huma bil-kodiċi CMYK — cyan, maġenta, isfar, u iswed — bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-grafika t'hawn fuq):

Image

Linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 4 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

Image

Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

Tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: logo tal-UE + tikketta tal-enerġija: wisa': 86 mm, għoli: 17 mm.

Image

Linja tal-bordura tas-sottologos: 1 pt, kulur: cyan 100 %, tul: 86 mm.

Image

Funzjoni tat-tisħin ta' post:

Pittogramma kif murija.

Image

Skali A++-G u A+++-D, rispettivament:

Vleġġa: għoli: 5 mm, spazju: 1,3 mm, kuluri:

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

Is-seba' klassi: 00-X-X-00,

It-tmien klassi: 00-X-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00,

Kitba: Calibri tipa grassa 14 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda;

Vleġġa: għoli: 7 mm, spazju: 1 mm, kuluri:

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00,

Kitba: Calibri tipa grassa 16 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

Vleġġa: wisa': 22 mm, għoli: 12 mm, 100 % iswed;

Kitba: Calibri tipa grassa 24 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda.

Image

Potenza termika nominali:

Bordura: 2 pt — kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm,

Valur “YZ”: Calibri tipa grassa 45 pt, 100 % iswed.

Il-kliem “kW”: Calibri tipa regolari 30 pt, 100 % iswed.

Image

Funzjoni tat-tisħin tal-ilma:

Pittogramma kif murija,

Bordura: 2 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

Image

Il-funzjoni tal-elettriku:

Pittogramma kif murija,

Bordura: 2 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

Image

Sena li fiha ddaħħlet it-tikketta u n-numru tar-Regolament:

Kitba: Calibri tipa grassa 10 pt.

Image

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu.

Image

Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:

L-isem jew il-marka kummerċjali tal-fornitur u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqgħodu fi spazju ta' 86 × 12 mm.

4.   ID-DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-PAKKETTI TA' BOJLER TAL-FJUWIL SOLIDU, ĦITERS SUPPLIMENTARI, REGOLATURI TAT-TEMPERATURA U APPARAT SOLARI GĦANDU JKUN DAN LI ĠEJ:

Image

fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 210 mm u għolja mill-inqas 297 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet t'hawn fuq.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri huma bil-kodiċi CMYK — cyan, maġenta, isfar, u iswed — bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-grafika t'hawn fuq):

Image

Linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 6 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

Image

Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

Tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: logo tal-UE + tikketta tal-enerġija: wisa': 191 mm, għoli: 37 mm.

Image

Linja tal-bordura tas-sottologos: 2 pt, kulur: cyan 100 %, tul: 191 mm.

Image

Funzjoni tat-tisħin ta' post:

Pittogramma kif murija.

Image

Bojler tal-fjuwil solidu:

Pittogramma kif murija,

Klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-bojler tal-fjuwil solidu:

Vleġġa: wisa': 24 mm, għoli: 14 mm, 100 % sewda;

Kitba: Calibri tipa grassa 28 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda;

Bordura: 3 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

Image

Pakkett b'kolletturi solari, tankijiet tal-ħżin tal-ilma misħun, regolaturi tat-temperatura u ħiters supplimentari:

Pittogrammi kif murija;

is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 50 pt, cyan 100 %;

Kaxxi: wisa': 12 mm, għoli: 12 mm, bordura: 4 pt, cyan 100 %,

Bordura: 3 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

Image

Skala A+++-G mal-bordura:

Vleġġa: għoli: 15 mm, spazju: 3 mm, kuluri:

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

Is-seba' klassi: 00-X-X-00,

Jekk applikabbli, il-klassijiet tal-aħħar: 00-X-X-00,

Kitba: Calibri tipa grassa 30 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda;

Bordura: 3 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

Image

Klassi tal-effiċjenza enerġetika għal pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari:

Vleġġa: wisa': 33 mm, għoli: 19 mm, 100 % sewda;

Kitba: Calibri tipa grassa 40 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda.

Image

Sena li fiha ddaħħlet it-tikketta u n-numru tar-Regolament:

Kitba: Calibri tipa grassa 12 pt.

Image

Isem jew il-marka kummerċjali tan-negozjant jew il-fornitur.

Image

Identifikatur tal-mudell tan-negozjant jew il-fornitur:

L-isem jew il-marka kummerċjali tan-negozjant jew il-fornitur u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta' 191 × 19 mm.

(1)  Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).

ANNESS IV

Skeda ta' informazzjoni tal-prodott

1.   BOJLERS TAL-FJUWIL SOLIDU

1.1.   L-informazzjoni mogħtija fl-iskeda tal-prodott tal-bojler tal-fjuwil solidu għandha tingħata fl-ordni li ġejja u għandha tiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f'materjal ieħor ta' letteratura mogħti mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b)

identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

(c)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, determinata skont l-Anness II;

(d)

il-potenza termika nominali f'kW, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(e)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness IX;

(f)

l-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post f' %, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulata skont l-Anness VIII;

(g)

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat, installat jew mantnut bojler tal-fjuwil solidu;

(h)

fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu l-effiċjenza elettrika f' %, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

1.2.   Skeda waħda tal-prodott tista' tkopri għadd ta' mudelli ta' bojler tal-fjuwil solidu fornuti mill-istess fornitur.

1.3.   L-informazzjoni mogħtija fl-iskeda tal-prodott tista' tingħata fil-forma ta' kopja tat-tikketta, bil-kulur jew abjad fuq l-iswed. Meta dan ikun il-każ, għandha tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-punt 1.1 li ma tkunx diġà tidher fuq it-tikketta.

2.   PAKKETTI TA' BOJLER TAL-FJUWIL SOLIDU, ĦITERS SUPPLIMENTARI, REGOLATURI TAT-TEMPERATURA U APPARAT SOLARI

L-iskeda għal pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari għandu jkun fiha l-informazzjoni stipulata fil-Grafika 1 jew il-Grafika 2 kif jixraq, għall-evalwazzjoni tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-pakkett offrut, inkluż l-informazzjoni li ġejja:

(a)   I: il-valur tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-bojler tal-fjuwil solidu primarju;

(b)   II: il-fattur għall-ippeżar tal-output tas-sħana tal-bojler tal-fjuwil solidu primarju u l-ħiters supplimentari ta' pakkett kif hemm stipulat fit-Tabelli 2 u 3 ta' dan l-Anness, kif jixraq;

(c)   III: il-valur tal-espressjoni matematika: 294/(11 · Pr), fejn Pr tirreferi għall-bojler tal-fjuwil solidu primarju;

(d)   IV: il-valur tal-espressjoni matematika 115/(11 · Pr), fejn Pr tirreferi għall-bojler tal-fjuwil solidu primarju.

Tabella 2

Ippeżar tal-bojler tal-fjuwil solidu primarju u l-ħiters supplimentari, għall-iskopijiet tal-Grafika 1 ta' dan l-Anness  (1)

Psup/(Pr + Psup) (*)

II, pakkett li ma jkunx jinkludi tank tal-ħżin tal-misħun

II, pakkett li jkun jinkludi tank tal-ħżin tal-misħun

0

0

0

0,1

0,30

0,37

0,2

0,55

0,70

0,3

0,75

0,85

0,4

0,85

0,94

0,5

0,95

0,98

0,6

0,98

1,00

≥ 0,7

1,00

1,00

Tabella 3

Ippeżar tal-bojler tal-fjuwil solidu tal-koġenerazzjoni primarju u l-ħiters supplimentari, għall-iskopijiet tal-Grafika 2 ta' dan l-Anness  (1)

Pr/(Pr + Psup) (**)

II, pakkett li ma jkunx jinkludi tank tal-ħżin tal-misħun

II, pakkett li jkun jinkludi tank tal-ħżin tal-misħun

0

1,00

1,00

0,1

0,70

0,63

0,2

0,45

0,30

0,3

0,25

0,15

0,4

0,15

0,06

0,5

0,05

0,02

0,6

0,02

0

≥ 0,7

0

0

Grafika 1

Għall-bojlers tal-fjuwil solidu primarji, l-informazzjoni li għandha tingħata fuq l-iskeda tal-prodott għal pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, li tindika l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-pakkett offrut

Image

Grafika 2

Għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu primarji, l-informazzjoni li għandha tingħata fuq l-iskeda tal-prodott għal pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, li tindika l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-pakkett offrut

Image

(1)  Il-valuri intermedji jiġu kkalkulati permezz ta' interpolazzjoni lineari bejn iż-żewġ valuri li jinsabu ħdejn xulxin.

(*)  Pr tirreferi għall-bojler tal-fjuwil solidu primarju.

(**)  Pr tirreferi għall-bojler tal-fjuwil solidu primarju.

ANNESS V

Dokumentazzjoni teknika

1.   BOJLERS TAL-FJUWIL SOLIDU

Id-dokumentazzjoni teknika għall-bojlers tal-fjuwil solidu msemmija fl-Artikolu 3(1)(e) għandha tinkludi:

(a)

isem u indirizz tal-fornitur;

(b)

l-identifikatur tal-mudell;

(c)

fejn xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

f'każ li l-fjuwil ippreferut ikun bijomassa oħra tal-injam, bijomassa li mhix tal-injam, fjuwil fossili ieħor jew taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwils fossili kif imsemmi fit-Tabella 4, deskrizzjoni tal-fjuwil li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità u l-istandard tekniku jew l-ispeċifikazzjoni teknika tal-fjuwil, inkluż il-kontenut ta' ndewwa mkejjel fil-fjuwil u l-kontenut ta' rmied imkejjel fih u, fil-każ ta' fjuwils fossili oħrajn, il-kontenut volatili mkejjel fil-fjuwil ukoll;

(e)

fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn użati;

(f)

l-isem u l-firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fornitur;

(g)

l-informazzjoni inkluża fit-Tabella 4, bil-parametri mkejla tagħha u kkalkulati skont l-Anness VIII u IX;

(h)

rapporti tat-testijiet li saru mill-fornituri jew f'isimhom, inkluż l-isem u l-indirizz tal-korp li wettaq it-test;

(i)

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat, stallat jew mantnut il-bojler tal-fjuwil solidu;

(j)

lista tal-mudelli ekwivalenti, jekk applikabbli.

Din l-informazzjoni tista' tingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri meħudin skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Tabella 4

Parametri tekniċi għall-bojlers tal-fjuwil solidu u l-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu

Identifikatur tal-mudell

Modalità tan-najjar: [Manwalment: il-bojler għandu jiġi operat b'tank tal-ħżin tal-ilma misħun ta' volum ta' mill-inqas x (*) litri/Awtomatiku: huwa rakkomandat li l-bojler jiġi operat b'tank tal-ħżin tal-ilma misħun ta' volum ta' mill-inqas x (**) litri]

Bojler li juża l-kondensazzjoni: [iva/le]

Bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: [iva/le]

Bojler ikkombinat: [iva/le]

Fjuwil

Fjuwil ippreferut (wieħed biss):

Fjuwils oħrajn adattati:

Zkuk tal-injam, kontenut tal-indewwa ≤ 25 %

[iva/le]

[iva/le]

Bċejjeċ tal-injam, kontenut tal-indewwa ≤ 15-35 %

[iva/le]

[iva/le]

Bċejjeċ tal-injam, kontenut tal-indewwa > 35 %

[iva/le]

[iva/le]

Injam kompressat fil-forma ta' pelits jew brikets

[iva/le]

[iva/le]

Sellatura, kontenut tal-indewwa ≤ 50 %

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa oħra tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa li mhix tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Faħam bituminuż

[iva/le]

[iva/le]

Linjite (inkluż brikets)

[iva/le]

[iva/le]

Kokk

[iva/le]

[iva/le]

Antraċite

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita ta' fjuwils fossili f'forma ta' brikets

[iva/le]

[iva/le]

Fjuwil fossili ieħor

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa mħallta (30-70 %) u brikets tal-fjuwil fossili

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwil fossili

[iva/le]

[iva/le]

Karatteristiċi fl-operat bil-fjuwil preferut biss:

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post, η s [%]:

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika EEI:

Entrata

Simbolu

Valur

Unità

Entrata

Simbolu

Valur

Unità

Output tas-sħana utli

Effiċjenza utli

F'potenza termika nominali

Pn  (***)

x,x

kW

F'potenza termika nominali

ηn

x,x

%

Fi [30 %/50 %] tal-potenza termika nominali, jekk applikabbli

Pp

[x,x/N.A.]

kW

Fi [30 %/50 %] tal-potenza termika nominali, jekk applikabbli

ηp

[x,x/

M.A.]

%

Għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: Effiċjenza elettrika

Il-konsum tal-elettriku awżiljarju

F'potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

F'potenza termika nominali

ηel,n

x,x

%

Fi [30 %/50 %] tal-potenza termika nominali, jekk applikabbli

elmin

[x,xxx/

M.A.]

kW

Tat-tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji, jekk applikabbli

[x,xxx/

M.A.]

kW

Fil-modalità Stennija

PSB

x,xxx

kW

Dettalji ta' kuntatt

Isem u indirizz tal-fornitur

2.   PAKKETTI TA' BOJLER TAL-FJUWIL SOLIDU, ĦITERS SUPPLIMENTARI, REGOLATURI TAT-TEMPERATURA U APPARAT SOLARI

Għall-pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(3)(e) għandha tinkludi:

(a)

isem u indirizz tal-fornitur;

(b)

deskrizzjoni tal-mudell li minnu huwa magħmul pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, li tkun suffiċjenti biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità;

(c)

fejn xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn użati;

(e)

l-isem u l-firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fornitur;

(f)

il-parametri tekniċi:

(1)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(2)

il-parametri tekniċi stipulati fil-punt 1 ta' dan l-Anness, u fejn xieraq, il-parametri tekniċi stipulati fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(3)

il-parametri tekniċi stipulati fil-punti 3 u 4 tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(g)

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat, stallat jew mantnut il-pakkett tal-bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari.

(1)  Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10)

(*)  Volum tat-tank = 45 × Pr × (1 – 2,7/P r) jew 300 litru liema wieħed ikun l-iktar, b'P r indikat f'kW

(**)  Volum tat-tank = 20 × P r b'P r indikat f'kW

(***)  Għall-fjuwil preferut P n huwa daqs P r

ANNESS VI

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-prodott għall-wiri, ħlief fuq l-Internet

1.   BOJLERS TAL-FJUWIL SOLIDU

1.1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) għandha tingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, determinata skont l-Anness II;

(b)

il-potenza termika nominali f'kW, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(c)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness IX;

(d)

fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, l-effiċjenza elettrika f' %, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ.

1.2.   L-informazzjoni msemmija fil-punt 1.1 għandha tkun stampata jew murija f'daqs u tipa li jkunu leġibbli.

2.   PAKKETTI TA' BOJLER TAL-FJUWIL SOLIDU, ĦITERS SUPPLIMENTARI, REGOLATURI TAT-TEMPERATURA U APPARAT SOLARI

2.1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2)(b) għandha tingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, determinata skont l-Anness II;

(b)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(c)

l-informazzjoni stipulata fil-Grafika 1 u l-Grafika 2 tal-Anness IV, kif jixraq.

2.2.   L-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1 għandha tkun stampata jew murija f'daqs u tipa li jkunu leġibbli.

ANNESS VII

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

1.

Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“mekkaniżmu għall-wiri” tfisser kwalunkwe skrin li jintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet, inklużi l-iskrins tattili jew teknoloġija viżiva oħra;

(b)

“wiri ta' ħaġa ġo oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattili;

(c)

“skrin tattili” tfisser skrin li jaħdem billi jintmiss bħal dak tat-tablets, tal-kompjuters tat-tip slate jew smartphones;

(d)

“test alternattiv” tfisser test provdut bħala alternattiva għal grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f'forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista' jtella l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju fejn jakkumpanja applikazzjonijiet b'leħen ta' sinteżi.

2.

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3 jew fil-każ ta' pakkett fejn jiġi mimli b'mod xieraq ibbażat fuq it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni pprovduti mill-fornituri skont l-Artikolu 3 għandhom jintwerew fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett skont l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 3. Jekk jintwerew kemm prodott kif ukoll pakkett, iżda bi prezz li jidher biss fuq il-pakkett, għandha tintwera biss it-tikketta tal-pakkett. Id-daqs għandu jkun tat-tip fejn it-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fl-Anness III. It-tikketta tista' tintwera billi tintwera bħala ħaġa ġo oħra, f'liema każ l-istampa użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattili.

3.

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tal-pakkett fuq it-tikketta;

(b)

tindika fuq il-vleġġa l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew pakkett, bl-abjad f'daqs ta' tipa li tkun ekwivalenti għal dik tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image

4.

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattili;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, tab ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tal-pakkett, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

5.

L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott trid tkun ta' daqs fejn tidher u tinqara sew. L-iskeda tal-prodott tista' tintwera bħala wiri ta' ħaġa ġo oħra, f'liema każ, il-link li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem “Skeda ta' informazzjoni tal-prodott”. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda ta' informazzjoni tal-prodott għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-link jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-link darba fuq l-iskrin tattili.

ANNESS VIII

Kejl u kalkoli

1.   Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 5.

2.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

(a)

Il-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom jiġu ttestjati bil-fjuwil preferut.

(b)

Il-valur dikjarati għall-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post għandu jitqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

3.   Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post tal-bojlers tal-fjuwil solidu

(a)

Il-valuri tal-effiċjenza utli ηn , ηp u l-valuri tal-output tas-sħana utli Pn , Pp għandhom jitkejlu, fejn jixraq. Fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu jitkejjel ukoll il-valur ηel,n .

(b)

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post ηs għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva ηson , ikkorreġuta b'kontribuzzjonijiet li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u, għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, billi tiżdied l-effiċjenza elettrika mmultiplikata b'koeffiċjent ta' konverżjoni, CC ta' 2.5.

(c)

Il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni, CC, ta' 2.5.

4.   Kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post tal-bojlers tal-fjuwil solidu

(a)

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post ηs hija definita bħala:

ηs = ηson F(1)F(2) + F(3)

fejn:

(1)

ηson hija l-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post b'modalità attiva, espressa f'perċentwal, ikkalkulat kif inhu msemmi fil-punt 4(b);

(2)

F(1) jammonta għal telf mal-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post minħabba l-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-kontroll tat-temperatura; F(1) = 3 %;

(3)

F(2) jammonta għal kontribuzzjoni negattiva lill-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post mill-konsum tal-elettriku awżiljarju, espressa bħala perċentwal, u li tkun kkalkolata kif stabbilit fil-punt 4(c);

(4)

F(3) jirrappreżenta kontribuzzjoni pożittiva lill-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post mill-effiċjenza elettrika tal-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, espressa bħala perċentwal, u li tiġi kkalkulata kif ġej:

F(3) = 2,5 × ηel,n

(b)

effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post f'modalità attiva, ηson , tiġi kkalkulata kif ġej:

(1)

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li jkunu jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma awtomatikament:

ηson  = 0,85 × ηp  + 0,15 × ηn

(2)

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li ma jkunux jistgħu jiġu operati b'50 % jew inqas tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu:

ηson = ηn

(c)

F(2) jiġi kkalkulat kif ġej:

F(2) = 2,5 × (0,15 × elmax  + 0,85 × elmin  + 1,3 × PSB )/(0,15 × Pn  + 0,85 × Pp )

F(2) = 2,5 × (elmax  + 1,3 × PSB )/Pn

5.   KALKOLAZZJONI TAL-VALUR KALORIFIKU GROSS

Il-valur kalorifiku gross (GCV) għandu jinkiseb mill-valur kalorifiku gross bla ndewwa (GCVmf ) billi tiġi applikata l-konverżjoni li ġejja:

GCV = GCVmf × (1 – M)

fejn:

(a)

GCV u GCVmf huma espressi f'megajoules għal kull kilogramm;

(b)

M hija l-kontenut ta' ndewwa tal-fjuwil, espressa bħala proporzjon.

ANNESS IX

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija

1.

L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) tal-bojlers tal-fjuwil solidu għandu jkun ikkalkulat għall-fjuwil preferut u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ bħala:

EEI = ηson × 100 × BLFF(1)F(2) × 100 + F(3) × 100

fejn:

(a)

ηson hija l-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva, ikkalkulata kif stipulat fil-punt 4(b) tal-Anness VIII;

(b)

BLF huwa l-fattur tat-tikketta tal-bijomassa, li huwa 1,45 għall-bojlers tal-bijomassa u 1 għall-bojlers tal-fjuwil fossili;

(c)

F(1) hija l-kontribuzzjoni negattiva għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika minħabba l-kontribuzzjonijiet aġġustati tar-regolaturi tat-temperatura; F(1) = 3;

(d)

F(2) hija l-kontribuzzjoni negattiva għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika mill-konsum tal-elettriku awżiljarju, u hija kkalkulata kif stipulat fil-punt 4(c) tal-Anness VIII;

(e)

F(3) hija l-kontribuzzjoni pożittiva għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika mill-effiċjenza enerġetika tal-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, u hija kkalkulata kif ġej:

F(3) = 2,5 × ηel,n

2.

L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) tal-pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari għandu jiġi determinat skont il-punt 2 tal-Anness IV.

ANNESS X

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell. L-unità għandha tiġi ttestjata bi fjuwil li jkollu karatteristiċi li jkunu simili għal dawk tal-fjuwil li l-manifattur ikun uża biex iwettaq il-kejl skont l-Anness VIII.

2.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta u fl-iskeda tal-prodott jikkorrispondu għall-valuri fid-dokumentazzjoni teknika; kif ukoll

(b)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ma jkunx iktar minn 6 % inqas mill-valur iddikjarat tal-unità.

3.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. F'każ li ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(b), l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jagħżlu b'mod każwali għall-ittestjar tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu wieħed mill-mudelli ekwivalenti jew iktar li ġew elenkati bħala prodott ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur.

4.

Il-mudell għandu jiġi kkunsidrat konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk il-medja tat-tliet unitajiet addizzjonali għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ma tkunx iktar minn 6 % inqas mill-valur iddikjarat tal-unità.

5.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħtu r-riżultati tat-testijiet u l-informazzjoni l-oħra rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta' konformità tal-mudell.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Annessi VIII u IX.

It-tolleranzi tal-verifika stipulati fil-punt 2(b) u l-punt 4 ta' dan l-Anness jirreferu biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istat Membru u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa fuq il-valuri fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fl-iskeda tal-prodott ma għandhomx jiffavorixxu lill-fornitur iktar mill-valuri rrapportati fid-dokumentazzjoni teknika.

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/76

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1188

tat-28 ta' April 2015

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta' bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f'termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li tkun ikkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżuri ta' implimentazzjoni għall-prodotti li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, bħall-ħiters tal-post lokali.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta' tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-ħiters tal-post lokali li s-soltu jintużaw għat-tisħin fil-bini residenzjali u kummerċjali. Dan l-istudju twettaq flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

L-aspetti ambjentali tal-ħiters tal-post lokali li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu fil-fażi tal-użu.

(5)

L-istudju ta' tħejjija juri li, għall-ħiters tal-post lokali, mhumiex meħtieġa iktar rekwiżiti dwar il-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE.

(6)

L-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jinkludi l-ħiters tal-post lokali maħsubin biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi u bl-elettriku. Il-ħiters tal-post lokali li għandhom il-funzjonalità tat-tisħin indirett permezz ta' fluwidu wkoll jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-post lokali ġie stmat li kien ta' 1 673 PJ fl-Unjoni fl-2010 (jiġifieri ammont li huwa ekwivalenti għal 40,0 miljun tunnellata żejt (Mtoe)), li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta' 75,3 miljun tunnellata ta' diossidu tal-karbonju (CO2). Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-post lokali mistenni jkun ta' 1 630 PJ fl-2020 (jiġifieri ammont li huwa ekwivalenti għal 39,0 miljun tunnellata żejt (Mtoe)), li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta' 71,6 miljun tunnellata ta' CO2.

(8)

Il-konsum tal-enerġija tal-ħiters tal-post lokali jista' jkompli jitnaqqas billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji eżistenti li ma jwasslux għal żieda fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawn il-prodotti.

(9)

Ġie stmat li l-emissjonijiet annwali tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) mill-ħiters tal-post lokali kienu ekwivalenti għal 5,6 kilotunnellati ta' ossidi tal-kubrit (SOx) fl-2010. Il-miżuri speċifiċi adottati mill-Istati Membri u l-iżvilupp teknoloġiku mistennija jwasslu biex dawn l-emissjonijiet ikunu ekwivalenti għal 4,9 kilotunnellati ta' ossidi tal-kubrit (SOx) fl-2020.

(10)

L-emissjonijiet tal-ħiters tal-post lokali jistgħu jkomplu jitnaqqsu billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji eżistenti li ma jwasslux għal żieda fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawk il-prodotti.

(11)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 (2) flimkien huma mistennija jwasslu għal iffrankar stmat tal-enerġija ta' madwar 157 PJ (3,8 Mtoe) fis-sena sal-2020 u għal tnaqqis ta' 6,7 miljun tunnellata fl-emissjonijiet relatati tas-CO2.

(12)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f'dan ir-Regolament huma mistennija jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet li jkun ekwivalenti għal 0,6 kilotunnellati ta' ossidi tal-kubrit (SOx) fis-sena sal-2020.

(13)

Dan ir-Regolament ikopri prodotti li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti. Jekk jiġu imposti l-istess rekwiżiti tal-effiċjenza fuq dawn il-prodotti, ċerti teknoloġiji ma jitħallewx jitqiegħdu fis-suq u l-konsumaturi jispiċċaw ibatu l-konsegwenzi ta' dan. Minħabba f'hekk, rekwiżiti tal-ekodisinn li jkunu jikkorrispondu mal-potenzjal ta' kull teknoloġija joħolqu kundizzjonijiet indaqs fis-suq.

(14)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti marbutin mal-konsum tal-enerġija u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għall-ħiters tal-post lokali fl-Unjoni Ewropea kollha, sabiex is-suq intern jaħdem aħjar u sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta' dawk il-prodotti.

(15)

L-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali tonqos meta dawn jitħaddmu fir-realtà meta mqabbla mal-effiċjenza enerġetika mkejla fit-testijiet. Sabiex l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post titqarreb lejn l-effiċjenza enerġetika utli, il-manifatturi għandhom jiġu mħeġġa jużaw il-kontrolli. Għal dan il-għan, qed jiġi ssoponut skont globali għal din id-differenza bejn dawn iż-żewġ valuri, li wieħed jista' jirkuprah billi jagħżel għadd ta' għażliet ta' kontroll.

(16)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m'għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità tal-ħiters tal-post lokali jew kemm prezzhom ikun għall-but ta' kulħadd mill-perspettiva tal-utent aħħari u m'għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent.

(17)

L-iskeda taż-żmien biex jiddaħħlu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha tkun tali li tippermetti biżżejjed żmien lill-manifatturi biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. Hija għandha tqis kwalunkwe impatt tal-kostijiet għall-manifatturi, b'mod partikulari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, filwaqt li tiżgura l-kisba f'waqtha tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(18)

Il-parametri tal-prodott għandhom jitkejlu u jiġu kkalkulati permezz ta' metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(19)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità japplikaw.

(20)

Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu t-tagħrif mogħti fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x'jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(21)

Sabiex ikomplu jillimitaw l-impatt ambjentali tal-ħiters tal-post lokali, il-manifatturi għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi tagħhom.

(22)

Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti valuri indikattivi ta' referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li t-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-ħiters tal-post lokali tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom ikun disponibbli b'mod wiesa' u jkun aċċessibbli faċilment.

(23)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali għal użu domestiku li jkollhom potenza termika nominali ta' 50 kW jew inqas u ta' ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali li jkollhom potenza termika nominali tal-prodott jew ta' segment wieħed minnu ta' 120 kW jew inqas.

Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

(a)

għall-ħiters tal-post lokali li jużaw ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ċiklu ta' sorbiment għall-ġenerazzjoni tas-sħana u li jaħdmu bil-kompressuri tal-elettriku jew bil-fjuwil;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għal skopijiet oħra minbarra t-tisħin tal-post fuq ġewwa biex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin permezz tal-konvezzjoni jew tar-radjazzjoni tas-sħana;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għall-użu fuq barra biss;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali li l-potenza termika diretta tagħhom fil-potenza termika nominali hija inqas minn 6 % tal-potenza termika kkombinata diretta u indiretta tagħhom;

(e)

għall-prodotti għat-tisħin bl-arja;

(f)

għall-istufi tas-sawna;

(g)

għall-ħiters dipendenti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“ħiter tal-post lokali” tfisser apparat għat-tisħin tal-post li jarmi s-sħana permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett jew permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett flimkien mat-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott, possibbilment flimkien mal-produzzjoni tas-sħana għal spazji oħrajn, u li jkun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jibdlu l-elettriku jew il-fjuwils likwidi jew gassużi direttament fi sħana jew permezz tal-użu tal-effett Joule jew permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils rispettivament;

2.

“ħiter tal-post lokali għal użu domestiku” tfisser ħiter tal-post lokali minbarra dawk għal użu kummerċjali;

3.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils gassużi;

4.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils likwidi;

5.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-effett Joule tal-elettriku biex jiġġenera s-sħana;

6.

“ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali” tfisser jew ħiter tal-post lokali mudwal jew ħiter tal-post lokali bit-tubi;

7.

“ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni ma jkunux iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

8.

“ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni jkunu iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

9.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku portabbli” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li mhuwiex ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss, ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art, ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti, ħiter tal-post lokali tal-elettriku li jiddi b'mod viżibbli jew ħiter dipendenti;

10.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li mhuwiex maħsub biex jakkumula l-enerġija termali u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li ma jkunx inkorporat fl-istruttura tal-bini jew fil-finituri tiegħu;

11.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li huwa ddisinjat b'tali mod li jaħżen is-sħana fin-nukleu iżolat akkumulanti tiegħu u li mbagħad jirrilaxxa din is-sħana għal bosta sigħat wara l-fażi ta' akkumulazzjoni;

12.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun inkorporat fl-istruttura tal-bini jew fil-finituri tiegħu;

13.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li fih l-element li jarmi s-sħana għandu jkun immirat lejn il-post tal-użu sabiex ir-radjazzjoni termali tiegħu ssaħħan b'mod dirett l-oġġetti li jridu jissaħħnu u li, f'kundizzjonijiet normali tal-użu, jkollu żieda ta' mill-inqas 130 °C fit-temperatura tal-gradilja li tkun qed tgħatti l-element li jarmi s-sħana u/jew żieda ta' 100 °C fit-temperatura tal-uċuħ l-oħra kollha;

14.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti li jiddi b'mod viżibbli” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li fih l-element tat-tisħin ikun jidher minn barra l-ħiter u li, f'kundizzjonijiet normali tal-użu, jkollu temperatura ta' mill-inqas 650 °C;

15.

“stufa tas-sawna” tfisser prodott għat-tisħin tal-post li jkun inkorporat f'sawna niexfa jew imxarrba jew f'ambjenti simili, jew li jkun maħsub biex jintuża fihom;

16.

“ħiter dipendenti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li ma jkunx kapaċi jaħdem waħdu u li jrid jirċievi sinjali minn apparat ewlieni estern li jintuża biex jirregola l-ħiter li ma jkunx jifforma parti minn dak il-prodott iżda li jkun imqabbad miegħu permezz ta' wajer pilota, mingħajr wajers, permezz ta' kejbil tal-elettriku jew permezz ta' teknika ekwivalenti, sabiex jiġi rregolat kemm toħroġ sħana fil-kamra li fiha l-prodott ikun installat;

17.

“ħiter tal-post lokali mudwal” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras u jkun immirat lejn il-post tal-użu sabiex is-sħana li tkun ħierġa mill-berner, li tkun fil-biċċa l-kbira tagħha radjazzjoni infraħamra, issaħħan b'mod dirett l-oġġetti li jridu jissaħħnu, u li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab;

18.

“ħiter tal-post lokali bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras ħdejn l-oġġetti li jridu jissaħħnu, li jsaħħan il-post b'mod ewlieni permezz tar-radjazzjoni infraħamra mit-tubu jew mit-tubi li jissaħħnu permezz tal-passaġġ intern tal-prodotti tal-kombustjoni, u li l-prodotti tal-kombustjoni tiegħu jridu jinħarġu 'l barra permezz ta' kanal tat-tromba taċ-ċumnija;

19.

“sistema ta' ħiter bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali bit-tubi li jkun fih aktar minn berner wieħed, li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta' berner jistgħu jgħaddu għal ġol-berner li jkun imiss, u li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta' diversi berners iridu jinħarġu 'l barra permezz ta' fann tal-egżost wieħed;

20.

“segment tal-ħiter bit-tubi” tfisser parti minn sistema ta' ħiter bit-tubi li tinkludi l-elementi kollha meħtieġa għat-tħaddim indipendenti u li għalhekk tkun tista' tiġi ttestjata b'mod indipendenti mill-partijiet l-oħra tas-sistema tat-tisħin bit-tubi;

21.

“ħiter bla tromba taċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, minbarra ħiter tal-post lokali mudwal, li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab il-prodott;

22.

“ħiter b'fetħa għaċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li jkun maħsub biex jitpoġġa taħt ċumnija jew f'fuklar ta' ċumnija mingħajr ma l-prodott ikun imqabbad mal-fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija, u li jippermetti lill-prodotti tal-kombustjoni jgħaddu mingħajr restrizzjoni mis-sodda tan-nar għal ġoċ-ċumnija jew għal ġot-tromba taċ-ċumnija;

23.

“prodott għat-tisħin bl-arja” tfisser prodott li jipprovdi s-sħana għal sistema ta' tisħin bl-arja biss, li jista' jkollu sistema ta' pajpijiet u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li jqassam l-arja permezz ta' fann, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott;

24.

“potenza termika diretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott li tkun ġejja mir-radjazzjoni u mill-konvezzjoni tas-sħana, li tkun ħierġa mill-prodott għal ġol-arja jew li tkun ġejja minnu stess, minbarra l-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, mogħtija f'kW;

25.

“potenza termika indiretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, li tiġi mill-istess proċess ta' ġenerazzjoni tas-sħana li jipprovdi l-potenza termika diretta tal-prodott, mogħtija f'kW;

26.

“funzjonalità ta' tisħin indirett” tfisser il-kapaċità tal-prodott li jittrasferixxi parti mill-potenza termika totali għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana biex din tintuża għat-tisħin tal-post jew għall-produzzjoni tal-misħun għall-użu domestiku;

27.

“potenza termika nominali” (Pnom ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

28.

“potenza termika minima” (Pmin ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bl-inqas potenza termika possibbli, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

29.

“potenza termika massima kontinwa” (Pmax,c ) tfisser il-potenza termika ddikjarata ta' ħiter tal-post lokali tal-elettriku meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm b'mod kontinwu fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

30.

“maħsub għall-użu fuq barra” tfisser li l-prodott huwa adattat għat-tħaddim sikur 'il barra mill-postijiet magħluqa, inkluż għall-użu possibbli fuq barra;

31.

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1, fit-Tabella 2 jew fit-Tabella 3 tal-punt 3 tal-Anness II, bħal dawk ta' mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-Annessi II sa V.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

1.   L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali.

2.   Il-ħiters tal-post lokali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II mill-1 ta' Jannar 2018.

3.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva jew is-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.

2.   Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif stabbilit fil-punt 3(b) tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

3.   F'każ li t-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika ta' mudell ikun inkiseb permezz ta' kalkolu magħmul abbażi tad-disinn jew permezz ta' estrapolazzjoni minn apparat ekwivalenti ieħor, jew permezz tat-tnejn li huma, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tat-tali kalkoli jew tat-tali estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn li huma, u tat-testijiet li l-manifatturi jkunu wettqu sabiex jivverifikaw kemm dawn il-kalkoli li jkunu saru huma preċiżi. F'dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha li għalihom it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod.

Artikolu 5

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Valuri indikattivi ta' referenza

L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta' referenza għall-ħiters tal-post lokali li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultat ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta, b'mod partikulari, l-affarijiet li ġejjin:

jekk huwiex xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx);

jekk għandhomx jinbidlu t-tolleranzi tal-verifika;

il-validità tal-fatturi ta' korrezzjoni użati għall-valutazzjoni tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali;

kemm hu adegwat li tiddaħħal iċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Sal-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u dwar l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali (ara l-paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

ANNESS I

Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs) tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post, li għaliha jintuża ħiter tal-post lokali, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala perċentwali;

(2)

“koeffiċjent ta' konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta': CC = 2,5;

(3)

“emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu” tfisser l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/kWhinput abbażi tal-valur kalorifiku gross (il-GCV) għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi u għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali;

(4)

“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li jkun fiha l-livell ix-xieraq ta' ndewwa tal-fjuwil, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni ma jerġgħux jinġiebu fit-temperatura ambjentali;

(5)

“valur kalorifiku gross mingħajr indewwa” (GCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li tkun tneħħitilha l-indewwa tagħha, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-ħruq ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(6)

“effiċjenza utli fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (ηth,nom jew ηth,min rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija ta' ħiter tal-post lokali, mogħti bħala perċentwali, fejn:

(a)

għall-ħiters tal-post lokali għal użu domestiku, l-input totali tal-enerġija jingħata f'termini tal-NCV u/jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta' CC; u

(b)

għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, l-input totali tal-enerġija jingħata f'termini tal-GCV u f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta' CC;

(7)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika nominali” (elmax) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

(8)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika minima” (elmin) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika minima. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

(9)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-modalità Stennija” (elsb) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

(10)

“l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti” (Ppilot) tfisser il-konsum tal-fjuwil likwidu jew gassuż tal-prodott sabiex dan jipprovdi fjamma li sservi bħala sors ta' tqabbid għall-proċess iktar qawwi tal-kombustjoni li jkun meħtieġ għall-potenza termika nominali jew għall-potenza termika fil-każ ta' tagħbija parzjali, jekk din tkun mixgħula għal iktar minn ħames minuti qabel ma jinxtegħel il-berner prinċipali, mogħti f'kW;

(11)

“kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat” tfisser sensur imħaddem b'mod manwali integrat fil-prodott, li jkejjel u jirregola t-temperatura interna tiegħu biex ivarja l-ammont ta' sħana akkumulata;

(12)

“kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra” tfisser sensur imħaddem b'mod manwali integrat fil-prodott, li jkejjel it-temperatura interna tiegħu u jvarja l-ammont ta' sħana akkumulata fih skont it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra;

(13)

“kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew regolazzjoni mill-fornitur tal-enerġija” tfisser sensur imħaddem b'mod awtomatiku integrat fil-prodott, li jkejjel it-temperatura interna tiegħu u jvarja l-ammont ta' sħana akkumulata fih skont it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew apparat li t-tagħbija tas-sħana tiegħu tista' tiġi rregolata mill-fornitur tal-enerġija;

(14)

“potenza termika megħjuna minn fann” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'fann wieħed jew iktar integrati fih li jkunu jistgħu jiġu rregolati biex ivarjaw il-potenza termika skont id-domanda għas-sħana;

(15)

“potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu u ma jagħti l-ebda tagħrif dwar it-temperatura ambjentali biex il-potenza termika tiġi adattata b'mod awtomatiku għal magħha;

(16)

“żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li wieħed jista' jvarja b'mod manwali l-potenza termika tal-prodott b'żewġ livelli jew aktar u li l-prodott mhuwiex mgħammar b'apparat li jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika skont it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa;

(17)

“b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat mhux elettroniku li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

(18)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

(19)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal perjodu ta' 24 siegħa;

(20)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal ġimgħa sħiħa. Il-konfigurazzjoni tal-kronometru għandha tkun tali li tippermetti varjazzjoni minn jum għall-ieħor matul dak il-perjodu ta' sebat ijiem;

(21)

“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li awtomatikament inaqqas il-livell tat-temperatura ambjentali li għandu jintlaħaq meta ma jkun hemm ħadd fil-kamra;

(22)

“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jnaqqas il-potenza termika meta jinfetaħ bieb jew tinfetaħ tieqa. Kull meta jintuża sensur biex jiġi nnutat li nfetaħ bieb jew li nfetħet tieqa, dan jista' jew ikun installat fil-prodott, jew ikun jinsab fuq barra tiegħu, jew ikun imwaħħal fl-istruttura tal-bini stess, jewinkella tista' tintuża kombinazzjoni ta' dawn l-għażliet;

(23)

“b'għażla ta' kontroll mill-bogħod” tfisser il-funzjoni li tippermetti interazzjoni mill-bogħod mal-apparat ta' kontroll tal-prodott minn barra l-bini fejn ikun installat il-prodott;

(24)

“b'kontroll ta' bidjien adattabbli” tfisser il-funzjoni li tbassar l-aħjar mument biex jingħata bidu għat-tisħin u li tagħti bidu għal dan it-tisħin sabiex jintlaħaq il-livell tat-temperatura li għandu jintlaħaq fil-ħin mixtieq;

(25)

“b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim” tfisser li l-prodott għandu funzjoni li titfih b'mod awtomatiku wara ċertu perjodu taż-żmien li jkun stabbilit minn qabel;

(26)

“b'sensur b'boċċa sewda” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jkejjel it-temperatura tal-arja u t-temperatura radjanti;

(27)

“stadju wieħed” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu;

(28)

“żewġ stadji” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu f'żewġ livelli separati, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu;

(29)

“modulabbli” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fi tliet livelli separati jew iktar, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu;

(30)

“modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta' riattivazzjoni jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istatus;

(31)

“potenza termika tas-sistema tat-tubi” tfisser il-potenza termika kkombinata tas-segmenti tat-tubi fil-konfigurazzjoni li biha s-sistema titqiegħed fis-suq, mogħtija f'kW;

(32)

“potenza termika ta' segment tat-tubi” tfisser il-potenza termika, mogħtija f'kW, ta' segment tat-tubi li, flimkien ma' segmenti tat-tubi oħrajn, jifforma parti minn konfigurazzjoni ta' sistema tat-tubi;

(33)

“fattur radjanti fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (RFnom jew RFmin rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-potenza termika infraħamra tal-prodott meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali jew il-potenza termika minima, li jiġi kkalkulat billi l-produzzjoni tal-enerġija infraħamra tiġi diviża bl-input totali tal-enerġija abbażi tal-valur kalorifiku nett (NCV) tal-fjuwil meta l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali jew il-potenza termika minima, mogħti f'perċentwali;

(34)

“l-iżolament tal-involkru” tfisser il-livell ta' iżolament termali tal-involkru jew tal-għata tal-prodott użati biex jitnaqqas kemm jista' jkun it-telf tas-sħana f'każ li l-prodott ikun jista' jitqiegħed barra;

(35)

“fattur ta' telf mill-involkru” tfisser it-telf tas-sħana, mogħti bħala perċentwali, minn dik il-parti tal-prodott li tkun installata fuq barra tal-ispazju magħluq li jrid jissaħħan u li jiddependi mit-trażmittanza tal-involkru rilevanti ta' dik il-parti;

(36)

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess manifattur;

(37)

“kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil meta mqabbla mal-massa totali tal-fjuwil kif użat fil-ħiter tal-post lokali.

(1)  Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2018 'il quddiem, il-ħiters tal-post lokali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-ħiters tal-post lokali b'fuklar miftuħ li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 42 %;

(ii)

il-ħiters tal-post lokali b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 72 %;

(iii)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku portabbli għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 36 %;

(iv)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku fissi li jkollhom potenza termika nominali ta' iktar minn 250 W għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 38 %;

(v)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku fissi li jkollhom potenza termika nominali ta' 250 W jew inqas għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 34 %;

(vi)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 38,5 %;

(vii)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 38 %;

(viii)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 35 %;

(ix)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti li jiddu b'mod viżibbli li jkollhom potenza termika nominali ta' iktar minn 1,2 kW għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 35 %;

(x)

il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti li jiddu b'mod viżibbli li jkollhom potenza termika nominali ta' 1,2 kW jew inqas għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 31 %;

(xi)

il-ħiters tal-post lokali mudwalin għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 85 %;

(xii)

il-ħiters tal-post lokali bit-tubi għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 74 %.

2.   Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-emissjonijiet

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2018, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

(i)

l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali b'fuklar miftuħ u mill-ħiters tal-post lokali b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi m'għandhomx jaqbżu l-130 mg/kWhinput abbażi tal-GCV;

(ii)

l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali mudwalin u mill-ħiters tal-post lokali bit-tubi m'għandhomx jaqbżu l-200 mg/kWhinput abbażi tal-GCV.

3.   Ir-rekwiżiti għat-tagħrif dwar il-prodotti

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2018, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali:

(i)

il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin u s-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(1)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 1, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija taċ-ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

(2)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 2, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija taċ-ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

(3)

għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 3, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija taċ-ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

(4)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-post lokali jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

(5)

tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom;

(ii)

id-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(1)

l-elementi speċifikati fil-punt (a);

(2)

lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, jekk din tkun tapplika.

(b)

Mill-1 ta' Jannar 2018, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali:

(i)

għall-ħiters tal-post lokali bla tromba taċ-ċumnija u għall-ħiters tal-post lokali b'fetħa għaċ-ċumnija biss: il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas u l-pakkett tal-prodott għandhom jinkludu s-sentenza li ġejja, miktuba b'tali mod li tkun tidher u tkun tista' tinqara b'mod ċar u bi kliem li jiftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru fejn il-prodott ikun se jitqiegħed fis-suq: “Dan il-prodott mhux adattat biex jintuża bħala apparat ewlieni għat-tisħin.”;

(1)

fil-każ tal-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, din is-sentenza għandha tkun fuq il-paġna ta' quddiem tal-manwal;

(2)

fil-każ tas-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, din is-sentenza għandha tintwera flimkien mal-karatteristiċi l-oħra tal-prodott;

(3)

fil-każ tal-pakkett tal-prodott, is-sentenza għandha titqiegħed f'post fuq il-pakkett fejn l-utent aħħari jaraha sewwa qabel ma jixtri l-prodott.

(ii)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku biss: il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas u l-pakkett tal-prodott għandhom jinkludu s-sentenza li ġejja, miktuba b'tali mod li tkun tidher u tkun tista' tinqara b'mod ċar u bi kliem li jiftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru fejn il-prodott ikun se jitqiegħed fis-suq: “Dan il-prodott huwa adattat biss biex jintuża f'postijiet b'iżolament tajjeb jew biex jintuża darba fil.”;

(1)

fil-każ tal-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, din is-sentenza għandha tkun fuq il-paġna ta' quddiem tal-manwal;

(2)

fil-każ tas-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, din is-sentenza għandha tintwera flimkien mal-karatteristiċi l-oħra tal-prodott;

(3)

fil-każ tal-pakkett tal-prodott, is-sentenza għandha titqiegħed f'post fuq il-pakkett fejn l-utent aħħari jaraha sewwa qabel ma jixtri l-prodott.

Tabella 1

Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi

Identifikatur(i) tal-mudell:

Funzjonalità ta' tisħin indirett: [iva/le]

Potenza termika diretta: …(kW)

Potenza termika indiretta: …(kW)

Fjuwil

L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post (*)

NOx

Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta' fjuwil

[gassuż/likwidu]

[Jekk jogħġbok speċifika]

[mg/kWhinput] (abbażi tal-GCV)

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika

Effiċjenza utli (abbażi tan-NCV)

Potenza termika nominali

Pnom

x,x

kW

Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

ηth,nom

x,x

%

Potenza termika minima (valur ta' referenza)

Pmin

[x,x/N.A.]

kW

Effiċjenza utli fil-potenza termika minima (valur ta' referenza)

ηth,min

[x,x/N.A.]

%

Konsum tal-elettriku awżiljarju

It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Fil-potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

Fil-potenza termika minima

elmin

x,xxx

kW

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

Fil-modalità Stennija

elSB

x,xxx

kW

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

[iva/le]

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

[iva/le]

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

[iva/le]

Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

[iva/le]

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

[iva/le]

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

[iva/le]

b'kontroll ta' bidjien adattabbli

[iva/le]

b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim

[iva/le]

b'sensur b'boċċa sewda

[iva/le]

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

Ppilot

[x,xxx/N.A.]

kW

Dettalji ta' kuntatt

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Tabella 2

Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

Identifikatur(i) tal-mudell:

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Fattur

Unità

Potenza termika

It-tip ta' input termiku għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti biss (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Potenza termika nominali

Pnom

x,x

kW

kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat

[iva/le]

Potenza termika minima (valur ta' referenza)

Pmin

[x,x/N.A.]

kW

kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra

[iva/le]

Potenza termika massima kontinwa

Pmax,c

x,x

kW

kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra

[iva/le]

Konsum tal-elettriku awżiljarju

potenza termika megħjuna minn fann

[iva/le]

Fil-potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Fil-potenza termika minima

elmin

x,xxx

kW

potenza termika bi stadju wieħed u mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

Fil-modalità Stennija

elSB

x,xxx

kW

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

[iva/le]

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

[iva/le]

kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

[iva/le]

Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

[iva/le]

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

[iva/le]

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

[iva/le]

b'kontroll ta' bidjien adattabbli

[iva/le]

b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim

[iva/le]

b'sensur b'boċċa sewda

[iva/le]

Dettalji ta' kuntatt

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Tabella 3

Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali

Identifikatur(i) tal-mudell:

It-tip ta' tisħin: [mudwal/b'tubi radjanti]

Fjuwil

Fjuwil

L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post (**)

NOx

Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta' fjuwil

[gassuż/likwidu]

[Jekk jogħġbok speċifika]

mg/kWhinput (abbażi tal-GCV)

Karatteristiċi meta l-ħiter ikun qed jaħdem bil-fjuwil ippreferut biss

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika

Effiċjenza utli (abbażi tal-GCV) — għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi biss  (***)

Potenza termika nominali

Pnom

x,x

kW

Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

ηth,nom

x,x

%

Potenza termika minima

Pmin

[x,x/N.A.]

kW

Effiċjenza utli fil-potenza termika minima

ηth,min

[x,x/N.A.]

%

Potenza termika minima (bħala perċentwali tal-potenza termika nominali)

..

[x]

%

Potenza termika nominali tas-sistema tat-tubi (jekk din tkun applikabbli)

Psystem

x,x

kW

Potenza termika nominali tas-segment tat-tubi (jekk din tkun applikabbli)

Pheater,i

[x,x/N.A.]

kW

Effiċjenza utli tas-segment tat-tubi fil-potenza termika minima (jekk din tkun applikabbli)

ηi

[x,x/N.A.]

%

(jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn)

..

[x,x/N.A.]

kW

(jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn)

..

[x,x/N.A.]

%

l-għadd ta' segmenti tat-tubi identiċi

n

[x]

[-]

Fattur radjanti

Telf mill-involkru

fattur radjanti fil-potenza termika nominali

RFnom

[x,x]

[-]

Klassi tal-iżolament tal-involkru

U

W/(m2K)

fattur radjanti fil-potenza termika minima

RFmin

[x,x]

[-]

Fattur ta' telf mill-involkru

Fenv

[x,x]

%

fattur radjanti ta' segment tat-tubi fil-potenza termika nominali

RFi

[x,x]

[-]

Ġeneratur tas-sħana li għandu jiġi installat 'il barra miż-żona msaħħna

[iva/le]

(jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn)

..

Konsum tal-elettriku awżiljarju

It-tip ta' kontroll tal-potenza termika (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Fil-potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

bi stadju wieħed

[iva/le]

Fil-potenza termika minima

elmin

x,xxx

kW

b'żewġ stadji

[iva/le]

Fil-modalità Stennija

elSB

x,xxx

kW

modulabbli

[iva/le]

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

Ppilot

[x,xxx/N.A.]

kW

Dettalji ta' kuntatt

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(*)  

NOx = l-ossidi tan-nitroġenu

(**)  

NOx = l-ossidi tan-nitroġenu.

(***)  Għall-ħiters tal-post lokali mudwalin, l-effiċjenza termali pponderata hija awtomatikament ta' 85,6 %.

ANNESS III

Kejl u kalkoli

1.   Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 2 sa 5.

2.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

(a)

Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali u għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandhom jitqarrbu għal ċifra wara l-punt deċimali.

(b)

Il-valuri ddikjarati għall-emissjonijiet għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ.

3.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post (ηS ) għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv (ηS,on ), ikkoreġuta b'fatturi li jqisu l-ħżin tas-sħana u l-kontroll tal-potenza termika, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u l-konsum tal-enerġija tal-fjamma pilota permanenti.

(b)

Il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni (CC) ta' 2,5.

4.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-emissjonijiet

(a)

Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi, il-kejl għandu jqis l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx). L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-dijossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw bħala ammont ta' dijossidu tan-nitroġenu.

5.   Kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali kollha minbarra l-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija ddefinita kif ġej:

ηS = ηS,on – 10 % + F(1) + F(2) + F(3) – F(4) – F(5)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija ddefinita kif ġej:

ηS = ηS,on F(1) – F(4) – F(5)

fejn:

ηS,on hija l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv, mogħtija f'perċentwali u kkalkulata kif stabbilit fil-punt 5(b);

F(1) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv tal-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-għażliet għall-ħżin tas-sħana u għall-potenza termika; u l-kontribut negattiv tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-għażliet għall-potenza termika, mogħti f'perċentwali;

F(2) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku u ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

F(3) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali.

F(4) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-elettriku awżiljarju fuq l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mogħti f'perċentwali;

F(5) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti fuq l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mogħti f'perċentwali.

(b)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv hija kkalkulata kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali kollha minbarra l-ħiters tal-post lokali tal-elettriku u l-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:

ηS,on = ηth,nom

fejn:

ηth,nom hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali abbażi tan-NCV.

Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku:

Formula

fejn:

CC huwa “l-koeffiċjent ta' konverżjoni” tal-enerġija elettrika f'enerġija primarja.

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, ηth,on għandha valur ta' 100 %.

Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:

ηS,on = ηS,th · ηS,RF

fejn:

ηS,th hija l-effiċjenza termali pponderata, mogħtija f'perċentwali;

ηS,RF hija l-effiċjenza tal-emissjonijiet, mogħtija f'perċentwali.

Għall-ħiters tal-post lokali mudwalin, ηS,th għandha valur ta' 85,6 %;

Għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi:

ηS,th = (0,15 · ηth,nom + 0,85 · ηth,min ) – Fenv

fejn:

ηth,nom hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali abbażi tal-GCV, mogħtija f'perċentwali;

ηth,min hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika minima abbażi tal-GCV, mogħtija f'perċentwali.

Fenv huwa t-telf mill-involkru tal-ġeneratur tas-sħana, mogħti f'perċentwali;

Jekk il-manifattur jew il-fornitur jispeċifika li l-ġeneratur tas-sħana tal-ħiter tal-post lokali bit-tubi jrid jiġi installat ġol-ispazju ta' fuq ġewwa li jrid jissaħħan, it-telf mill-involkru jkun ta' 0 (żero).

Jekk il-manifattur jew il-fornitur jispeċifika li l-ġeneratur tas-sħana tal-ħiter tal-post lokali bit-tubi jrid jiġi installat 'il barra miż-żona msaħħna, il-fattur ta' telf mill-involkru jkun jiddependi fuq it-trażmittanza termali tal-involkru tal-ġeneratur tas-sħana skont it-Tabella 4.

Tabella 4

Il-fattur ta' telf mill-involkru tal-ġeneratur tas-sħana

It-trażmittanza termali tal-involkru (U)

U ≤ 0,5

2,2 %

0,5 < U ≤ 1,0

2,4 %

1,0 < U ≤ 1,4

3,2 %

1,4 < U ≤ 2,0

3,6 %

U > 2,0

6,0 %

L-effiċjenza tal-emissjonijiet tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

RFS huwa l-fattur radjanti tal-ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali, mogħti f'perċentwali.

Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali kollha minbarra s-sistemi tat-tubi:

RFS = 0,15 · RFnom + 0,85 · RFmin

fejn:

RFnom , huwa l-fattur radjanti fil-potenza termika nominali, mogħti f'perċentwali;

RFmin , huwa l-fattur radjanti fil-potenza termika minima, mogħti f'perċentwali.

Għas-sistemi tat-tubi:

Formula

fejn:

RFnom,i , huwa l-fattur radjanti ta' kull segment tat-tubi fil-potenza termika nominali, mogħti f'perċentwali;

RFmin,i , huwa l-fattur radjanti ta' kull segment tat-tubi fil-potenza termika minima, mogħti f'perċentwali;

Pheater,i , hija l-potenza termika ta' kull segment tat-tubi, mogħtija f'kW u bbażata fuq il-GCV;

Psystem , hija l-potenza termika tas-sistema kollha tat-tubi, mogħtija f'kW u bbażata fuq il-GCV.

L-ekwazzjoni t'hawn fuq tapplika biss jekk il-berner, it-tubi u r-rifletturi tas-segment tat-tubi użati fis-sistema tat-tubi jkunu tfasslu bl-istess mod bħal ħiter tal-post lokali b'tubu wieħed u jekk il-konfigurazzjonijiet li jiddeterminaw il-prestazzjoni tas-segment tat-tubi jkunu bħal dawk ta' ħiter tal-post lokali b'tubu wieħed.

(c)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-input termiku u tal-potenza termika u jekk is-sħana tkunx titqassam permezz tal-konvezzjoni naturali jew megħjuna minn fann għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, u għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-kontribut negattiv marbut mal-kapaċità tal-prodott li jirregola l-potenza termika tiegħu.

Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, il-fattur ta' korrezzjoni tal-potenza termika, F(1), huwa kkalkulat kif ġej:

F'każ li l-prodott ikun mgħammar b'waħda mill-għażliet murija fit-Tabella 5 (li jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku), il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għandu jiżdied mal-valur korrispondenti ta' dik l-għażla.

Tabella 5

Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti

Tagħmir tal-prodott (tista' tingħażel biss għażla waħda):

Perċentwal li bih jiżdied F(1)

Kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat

0,0 %

Kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra

2,0 %

Kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew regolazzjoni mill-fornitur tal-enerġija

3,5 %

F'każ li l-potenza termika tal-ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti tkun megħjuna minn fann, għandu jiżdied ukoll 1,5 % ieħor mal-fattur ta' korrezzjoni F(1).

Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni tal-potenza termika huwa kkalkulat kif ġej:

Tabella 6

Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali

It-tip ta' kontroll tal-potenza termika tal-prodotti:

Kalkolu ta' F(1):

bi stadju wieħed

F(1) = 5 %

b'żewġ stadji

Formula

modulabbli

Formula

Il-valur minimu tal-fattur ta' korrezzjoni F(1) huwa ta' 2,5 % għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali b'żewġ stadji u ta' 5 % għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali modulabbli.

Għall-ħiters tal-post lokali li mhumiex ħiters tal-elettriku akkumulanti jew ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għandu jkun ta' 0 (żero).

(d)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku jew ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(2) jikkorrispondi ma' wieħed mill-fatturi mogħtija fit-Tabella 7, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati. Jista' jintgħażel biss valur wieħed.

Tabella 7

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2)

Tagħmir tal-prodott (tista' tingħażel biss għażla waħda):

F(2)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi

portabbli

fissi

akkumulanti

ta' taħt l-art

b'diffużjoni radjanti

Potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

0,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

Żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura

1,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

2,0 %

1,0 %

B'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

6,0 %

1,0 %

0,5 %

1,0 %

1,0 %

2,0 %

B'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

7,0 %

3,0 %

1,5 %

3,0 %

2,0 %

4,0 %

B'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

8,0 %

5,0 %

2,5 %

5,0 %

3,0 %

6,0 %

B'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

9,0 %

7,0 %

3,5 %

7,0 %

4,0 %

7,0 %

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2) ma japplikax għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali.

(e)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(3) jikkorrispondi għall-għadd tal-valuri mogħtija fit-Tabella 8, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati.

Tabella 8

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3)

Tagħmir tal-prodott (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet):

F(3)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi

portabbli

fissi

akkumulanti

ta' taħt l-art

b'diffużjoni radjanti

Kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

1,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

2,0 %

1,0 %

Kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

0,0 %

1,0 %

0,5 %

1,0 %

1,0 %

1,0 %

B'għażla ta' kontroll mill-bogħod

0,0 %

1,0 %

0,5 %

1,0 %

1,0 %

1,0 %

B'kontroll ta' bidjien adattabbli

0,0 %

1,0 %

0,5 %

1,0 %

0,0 %

0,0 %

B'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim

0,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

1,0 %

0,0 %

B'sensur b'boċċa sewda

0,0 %

0,0 %

0,0 %

0,0 %

1,0 %

0,0 %

(f)

Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej:

Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis il-konsum tal-elettriku awżiljarju waqt tħaddim tal-apparat fil-modalità Mixgħul u fil-modalità Stennija.

Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, il-fattur ta' korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej:

Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

elsb huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW;

α huwa fattur li jqis jekk il-prodott huwiex konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 (1) jew le;

jekk il-prodott ikun konformi mal-valuri ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1275/2008, il-valur ta' α jkun awtomatikament ta' 0 (żero);

jekk il-prodott ma jkunx konformi mal-valuri ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1275/2008, il-valur ta' α jkun awtomatikament ta' 1.3.

Għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi, il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

elmax huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali, mogħti f'kW;

elmin huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika minima, mogħti f'kW. F'każ li l-prodott ma joffrix potenza termika minima, għandu jintuża l-valur tal-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali;

elsb huwa l-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

(g)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(5), li huwa marbut mal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti, huwa kkalkulat kif ġej:

Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti.

Għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi, dan il-fattur huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

Ppilot huwa l-konsum tal-fjamma pilota, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

F'każ li l-prodott ma jkollux dawl (fjamma) pilota permanenti, il-valur ta' Ppilot ikun ta' 0 (żero).

fejn:

Ppilot huwa l-konsum tal-fjamma pilota, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f'modalità standby u f'modalità mitfija (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45).

ANNESS IV

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell.

2.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk:

(a)

il-valuri ddikjarati jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , ma tistax tkun inqas mill-valur iddikjarat fil-potenza termika nominali tal-apparat;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi għal użu domestiku, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , ma tkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi għal użu domestiku, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , ma tkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(e)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi għal użu domestiku, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) ma jkunux jaqbżu l-valur iddikjarat b'iktar minn 10 %;

(f)

għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ma tkunx iktar minn 10 % inqas mill-valur iddikjarat;

(g)

għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) ma jkunux jaqbżu l-valur iddikjarat b'iktar minn 10 %.

3.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a) jew 2(b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. Jekk ma jinkisibx xi wieħed mir-riżultati msemmija fil-punti 2(c) sa 2(i), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell b'mod aleatorju biex dawn jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet apparati l-oħra li jintgħażlu jistgħu jkunu ta' mudell wieħed jew aktar ekwivalenti li jkunu tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur bħala prodotti ekwivalenti.

4.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk:

(a)

il-valuri ddikjarati jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi għal użu domestiku, il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi għal użu domestiku, il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi għal użu domestiku, il-valur medju tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx jaqbeż il-valur iddikjarat b'iktar minn 10 %;

(e)

għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi, il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 10 % inqas mill-valur iddikjarat;

(f)

għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi, il-valur medju tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx jaqbeż il-valur iddikjarat b'iktar minn 10 %.

5.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell għandu jitqies li mhuwiex konformi ma' dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.

6.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u m'għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika.

ANNESS V

Il-valuri indikattivi ta' referenza msemmija fl-Artikolu 6

Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters tal-post lokali f'dak li għandu x'jaqsam mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej:

1.

Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali:

(a)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali b'fuklar miftuħ li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi: 65 %;

(b)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi: 88 %;

(c)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-elettriku: iktar minn 39 %;

(d)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali mudwalin: 92 %;

(e)

il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali bit-tubi: 88 %.

2.

Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali:

(a)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi: 50 mg/kWhinput abbażi tal-GCV;

(b)

il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali mudwalin u mill-ħiters tal-post lokali bit-tubi: 50 mg/kWhinput abbażi tal-GCV.

Il-valuri ta' referenza speċifikati fil-punti 1 u 2 mhux bil-fors ifissru li ħiter tal-post lokali partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta' dawk il-valuri.

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/100

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1189

tat-28 ta' April 2015

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/125/KE tesiġi li l-Kummissjoni tistipula r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta' bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li joffru potenzjal sinifikanti għal titjib mil-lat tal-impatt ambjentali tagħhom, mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprevedi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li tkun ikkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżuri ta' implimentazzjoni għall-prodotti li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, bħal tagħmir tat-tisħin li jinkludi l-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, kontrolli tat-temperatura u apparat solari.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta' tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta' bojlers tal-fjuwil solidu li tipikament jintużaw fid-djar u għal għanijiet kummerċjali. L-istudju twettaq flimkien mal-partijiet interessati tal-Unjoni u l-pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

L-aspetti ambjentali tal-bojlers tal-fjuwil solidu li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-emissjonijiet ta' materja partikulata (trab), aġenti organiċi komposti gassużi u l-ossidi tan-nitroġenu, u l-monossidu tal-karbonju fil-fażi tal-użu. Il-konsum annwali tal-enerġija marbut ma' bojlers tal-fjuwil solidu huwa mistenni li jkun 530 petajoules (“PJ”) (madwar 12,7 miljun tunnellata ta' ekwivalenti f'dak li hu żejt “Mtoe”) fl-2030 u l-emissjonijiet annwali mistennija jilħqu ammont li jkun 25 kilotunnellata (“KT”) ta' materja f'sura ta' partiċelli, 25 KT ta' organiċi komposti gassużi u 292 KT ta' monossidu tal-karbonju fl-2030. L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu huma mistennija jiżdiedu minħabba d-disinji potenzjalment ġodda tal-bojlers tal-fjuwil solidu li jimmiraw għal effiċjenza enerġetika akbar u b'inqas emissjonijiet organiċi. L-istudju ta' tħejjija juri li l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-emissjonijiet mill-bojlers tal-fjuwil jistgħu jitnaqqsu b'mod sinifikanti.

(5)

L-istudju ta' tħejjija juri li r-rekwiżiti ulterjuri dwar parametri oħra tal-ekodisinn għall-prodotti li jissemmew fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex neċessarji fil-każ tal-bojlers tal-fjuwil solidu. B'mod partikolari, l-emissjonijiet tad-diossini u furani mhumiex identifikati bħala sinifikanti.

(6)

Bojlers li jipproduċu s-sħana esklussivament biex jipprovdu ilma għax-xorb jew ilma sanitarju sħun, bojlers għat-tisħin u d-distribuzzjoni ta' mezzi gassużi għat-trasferiment tas-sħana u bojlers ta' koġenerazzjoni b'kapaċità elettrika ta' 50 kW jew iżjed li jkollhom karatteristiċi tekniċi speċifiċi għandhom għalhekk jiġu eżentati minn dan ir-Regolament. Bojlers tal-bijomassa mhux tal-injam huma eżentati, għaliex fil-preżent ma hemmx biżżejjed informazzjoni madwar l-Ewropa sabiex jiġu determinati l-livelli xierqa għar-rekwiżiti tal-ekodisinn għalihom u jaf ikollhom impatti sinifikanti ulterjuri fuq l-ambjent, bħal emissjonijiet tal-furani u d-diossini. Meta jkun qed jiġi rrivedut dan ir-Regolament se jiġi vvalutat mill-ġdid kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal bojlers mhux tal-injam.

(7)

Il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-bojlers tal-fjuwil solidu jistgħu jitnaqqsu billi jiġu applikati teknoloġiji mhux proprjetarji eżistenti fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawn il-prodotti.

(8)

L-effett ikkombinat tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati f'dan ir-Regolament u fir-Regolament Delagat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1187 (2) sal-2030, huwa stmat li jirriżulta fi frankar tal-enerġija ta' madwar 18 PJ (madwar 0,4 Mtoe), flimkien ma' tnaqqis relatat ta' diossidu tal-karbonju (“CO2”), tnaqqis fl-emissjonijiet ta' madwar 0,2 Mt, u tnaqqis ta' 10 kt fil-partikuli, 14 kt fil-komposti organiċi gassużi, u 130 kt fil-monossidu karboniku.

(9)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija u tal-emissjonijiet għal bojlers tal-fjuwil solidu madwar l-Unjoni, sabiex is-suq intern jaħdem aħjar u biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ta' dawn il-prodotti.

(10)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m'għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità jew l-affordibbiltà tal-bojlers tal-fljuwil solidu mill-perspettiva tal-utent aħħari u m'għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent.

(11)

L-introduzzjoni ta' rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jagħtu lill-manifatturi biżżejjed żmien biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. L-iskeda taż-żmien għandha tqis l-impatt fuq il-kostijiet għall-manifatturi, b'mod partikulari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f'waqtha tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(12)

Il-parametri tal-prodott għandhom jitkejlu u jiġu kkalkulati permezz ta' metodi li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni wara talba mill-Kummissjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(13)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità japplikaw. Filwaqt li jixraq li tiġi reveduta l-addattezza taċ-ċertifikazzjoni tal-parti terza fl-istess waqt kif rekwiżit mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 (4) la huwa mixtieq u lanqas ma jidher li hu fattibbli li jiġu affettwati bidliet tal-valutazzjoni tal-konformità tal-bojlers tal-fjuwil solidu qabel id-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti dwar l-ekodisinn.

(14)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni li tkun fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE safejn dik l-informazzjoni tkun relatata mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

(15)

Sabiex ikomplu jillimitaw l-impatt ambjentali tal-bojlers tal-fjuwil solidu, il-manifatturi għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi tagħhom.

(16)

Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu ddeterminati valuri indikattivi ta' referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li t-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-bojlers tal-fjuwil solidu tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom ikun disponibbli b'mod wiesa' u jkun aċċessibbli faċilment.

(17)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jkollhom potenza termika nominali ta' 500 kilowatt (“kW”) jew inqas, inkluż dawk li huma integrati f'pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, tagħmir għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/XXX.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

(a)

għall-bojlers li jipproduċu s-sħana esklussivament biex jipprovdu ilma għax-xorb jew ilma sanitarju sħun;

(b)

għall-bojlers użati għat-tisħin u d-distribuzzjoni ta' mezzi gassużi għat-trasferiment tas-sħana bħal pereżempju l-fwar jew l-arja;

(c)

għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu tal-post li jkollhom kapaċità elettrika massima ta' 50 kW jew iktar;

(d)

bojlers tal-bijomassa mhux tal-injam.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“bojler tal-fjuwil solidu” tfisser apparat mgħammar b'ġeneratur tas-sħana minn fjuwil solidu wieħed jew aktar li jipprovdi s-sħana lil sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura ta' ġewwa fil-livell mixtieq fi spazju jew spazji magħluqa, b'telf ta' sħana fl-ambjent tal-madwar ta' mhux aktar minn 6 % tal-potenza termika nominali;

(2)

“sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma” tfisser sistema li tuża l-ilma bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana sabiex jiddistribwixxi s-sħana prodotta ċentralment għal bċejjeċ ta' apparat li jarmu s-sħana għat-tisħin ta' spazji magħluqa fi ħdan bini jew partijiet minnu, inkluż tisħin ta' blokok jew netwerks ta' tisħin distrettwali;

(3)

“ġeneratur tas-sħana minn fjuwil solidu” tfisser il-parti ta' bojler tal-fjuwil solidu li tipproduċi s-sħana mill-kombustjoni ta' karburanti solidi;

(4)

“Potenza termika nominali” jew “PR” tfisser il-potenza termika ddikjarata ta' bojler tal-fjuwil solidu meta jkun qed jipprovdi t-tisħin ta' spazji magħluqa bil-fjuwili preferut, mogħti f'kW;

(5)

“fjuwil solidu” tfisser fjuwil li huwa solidu f'temperaturi ambjentali normali ta' ġewwa, inklużi l-bijomassa solida u l-fjuwils fossili solidi;

(6)

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

(7)

“bijomassa tal-injam” tfisser bijomassa tal-injam li joriġina minn siġar, arbuxxelli, inkluż injam mill-għesieleġ, injam imlaqqax, injam ikkumpressata fl-għamla ta' gerbub, injam ikkumpressata fil-forma ta' trab ippressat fi briks, u serratura;

(8)

“bijomassa mhux tal-injam” tfisser bijomassa għajr bijomassa tal-injam, inklużi tiben, miskantu, qasab, ġlub, qmuħ, żrieragħ, għadam taż-żebbuġ, pasta taż-żebbuġ u qxur tal-ġwież;

(9)

“fjuwil fossili” tfisser fjuwil għajr bijomassa, inkluż antraċite, faħam kannella, kokk, faħam bituminuż; għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament tinkludi wkoll il-pit;

(10)

“bojler tal-bijomassa” tfisser bojler tal-fjuwiil solidu li juża l-fjuwil tal-bijomassa bħala l-fjuwil preferut;

(11)

“bojler tal-bijomassa mhux tal-injam” tfisser bojler tal-bijomassa li juża bijomassa mhux tal-injam bħala l-fjuwil preferut u li għalih il-bijomassa tal-injam, il-fjuwil fossili jew it-taħlita ta' bijomassa u l-fjuwils fossili li mhumiex elenkati fost il-fjuwils l-oħra adatti għalih;

(12)

“fjuwil preferut” tfisser il-fjuwil solidu uniku li għandu jiġi preferut għall-użu għall-bojler skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(13)

“fjuwil ieħor adattat” tfisser fjuwili solidu, għajr il-fjuwil preferut, li jista' jintuża f'bojler li jaħdem bil-fjuwil solidu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u li tinkludi kwalunkwe fjuwil li jissemma fil-manwal tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, fuq siti elettroniċi b'aċċess ħieles tal-manifatturi, fil-materjal promozzjonali tekniku u fir-riklami;

(14)

“bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li kapaċi li jipproduċi s-sħana u l-elettriku fl-istess ħin;

(15)

“effiċjenza enerġetika staġjonali tat-tisħin tal-ispazju” jew “ηs” tfisser il-proporzjon bejn id-domanda għat-tisħin tal-ispazju għal staġun tat-tisħin speċifikat imwassla minn bojler tal-fjuwil solidu, imqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala %;

(16)

“materja partikolata” tfisser partiċelli ta' għamla, struttura u densità varji mifruxa fil-fażi gassuża tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa V.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

1.   L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu.

2.   Il-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II mill-1 ta' Jannar 2020.

3.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva jew is-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi l-informazzjoni stipulata fil-punt 2(c) tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Meta jwettqu l-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stipulata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura tal-verifika deskritta fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Parametri ta' referenza indikattivi

L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta' referenza għall-bojlers tal-fjuwil solidu bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta' din ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2022. B'mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta jekk huwiex xieraq:

(a)

li jiġu inklużi l-bojlers tal-fjuwil solidu b'potenza termika nominali sa 1 000 kilowatt;

(b)

li jiġu inklużi l-bojlers tal-bijomassa mhux tal-injam, bir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tipi speċifiċi tagħhom ta' emissjonijiet li jniġġsu;

(c)

li jiġu stabbiliti rekwiżiti iktar stretti 'l hinn mill-2020 tal-ekodisinn għall-effiċjenza tal-enerġija u għal emissjonijiet ta' materja f'sura ta' partiċelli, organiċi komposti gassużi u l-monossidu tal-karbonju; u

(d)

li jiġu varjati t-tolleranzi tal-verifika.

2.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk jixraqx li tiġi introdotta ċertifikazzjoni ta' parti terza għal bojlers tal-fjuwil solidu u tippreżenta r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar tard mit-22 ta' Awwissu 2018.

Artikolu 8

Dispożizzjoni tranżitorja

Sal-1 ta' Jannar 2020 l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ dwar l-effiċjenza enerġetika staġjonali tat-tisħin tal-ispazji, u l-emissjonijiet ta' materja f'sura ta' partiċelli, organiċi komposti gassużi, monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Ir-Regolament Delagat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1187 tas-27 ta' April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku ta' bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, tagħmir għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari (ara l-paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136).

(5)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi II sa V

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V japplikaw id-defenizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali” tfisser:

(a)

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod awtomatiku, medja differenzjata tal-emissjonijiet fir-rata tal-potenza termika u l-emissjonijiet fi 30 % tar-rata tal-potenza termika, espressi f'mg/m3;

(b)

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod manwali li jistgħu jitħaddmu f'50 % tar-rata tal-potenza termika f'modalità kontinwa, medja differenzjata tal-emissjonijiet fir-rata tal-potenza termika u l-emissjonijiet f'50 % tar-rata tal-potenza termika, espressi f'mg/m3;

(c)

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod manwali li ma jistgħux jitħaddmu f'50 % jew anqas tar-rata tal-potenza termika f'modalità kontinwa, l-emissjonijiet fir-rata tal-potenza termika, espressi f'mg/m3;

(d)

fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, l-emissjonijiet fir-rata tal-potenza termika, espressi f'mg/m3.

(2)

“bojler tal-fjuwil fossili” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li għalih il-fjuwil fossili jew taħlita ta' bijomassa u fuwil fossili huwa l-fjuwil preferut;

(3)

“qafas ta' bojler tal-fjuwil solidu” tfisser il-parti ta' bojler li jaħdem bil-fjuwil solidu maħsuba għall-armar ta' ġeneratur tas-sħana tal-fjuwil solidu;

(4)

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku tal-bojler tal-fjuwil solidu minn mudelli oħrajn bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-manifattur;

(5)

“bojler li juża l-kondensazzjoni” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li fih, fil-kundizzjonijiet operattivi normali u f'temperaturi tal-ilma partikulari tal-operat, parti mill-fwar tal-ilma fil-prodotti tal-kombustjoni jispiċċa kkondensat, sabiex is-sħana latenti ta' dan il-fwar tal-ilma tintuża għall-għanijiet tat-tisħin;

(6)

“bojler ikkombinat” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li jkun iddisinjat b'mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b'temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma' provvista esterna ta' ilma sanitarju jew għax-xorb;

(7)

“bijomassa tal-injam oħra” tfisser injam tal-għesieleġ b'kontenut ta' ndewwa ta' 25 % jew anqas, injam imqatta' b'kontenut ta' ndewwa ta' 15 % jew aktar, injam ikkumpressat fil-forma ta' pellets jew briquettes, jew ċana b'kontenut ta' ndewwa ta' 50 % jew anqas;

(8)

“kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil mqabbla mal-massa totali kif użata fil-bojlers tal-fjuwil solidu;

(9)

“fjuwil fossili ieħor” tfisser fjuwil fossili għajr faħam bituminuż, faħam kannella (inklużi briquettes), kokk, antraċite jew briquettes tal-fjuwil fossili mħallat;

(10)

“effiċjenza elettrika” jew “ηel ” tfisser il-proporzjon tal-elettriku li jkun qed jiġi prodott meta mqabbel mal-kontribut totali tal-enerġija ta' bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, espress bħala perċentwali, fejn il-kontribut totali tal-enerġija jingħata f'termini tal-ηel jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta' CC;

(11)

“valur kalorifiku gross” jew “GCV” tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxata minn unità ta' kwantità ta' fjuwil li jkun fiha l-kontenut xieraq ta' ndewwa, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(12)

“koeffiċjent ta' konverżjoni” jew “CC” tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta' CC = 2,5;

(13)

“rekwiżit tal-enerġija elettrika bil-potenza termika massima” jew “elmax ” tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-bojler tal-fjuwil solidu bir-rata tal-potenza termika espressa f'kW, għajr il-konsum tal-elettriku minn ħiter ta' riżerva, u minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji

(14)

“rekwiżit tal-enerġija elettrika bil-potenza termika minima” jew “elmin ” tfisser il-konsum tal-elettriku tal-bojler tal-fjuwil solidu bit-tagħbija parzjali applikabbli, u mogħti f'kWh minbarra l-konsum tal-elettriku minn ħiter ta' riżerva u minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji;

(15)

“ħiter ta' riżerva” tfisser element ta' reżistenza elettrika bl-effett-Joule li jipproduċi s-sħana biss biex jiskansa li jiffriżaw il-bojler li jaħdem bil-fjuwil solidu jew is-sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma jew meta l-provvista esterna tas-sors tas-sħana tiġi interrotta (inkluż matul il-perjodi ta' manutenzjoni) jew meta tinqalagħlu xi ħsara;

(16)

“tagħbija parzjali applikabbli” tfisser, fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mqabbda awtomatikament, operazzjoni fi 30 % tar-rata tal-potenza termika, u, fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mqabbda manwalment f'50 % tar-rata tal-potenza termika, operazzjoni f'50 % tar-rata tal-potenza termika;

(17)

“konsum tal-enerġija fil-modalità ta' stennija” jew “PSB ” tfisser il-konsum tal-enerġija ta' bojler tal-fjuwil solidu li jkun fil-modalità ta' stennija, minbarra minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji espress f'kW;

(18)

“modalità ta' stennija” tfisser kundizzjoni li fiha l-bojler tal-fjuwil solidu jkun imqabbad mal-mejn, ikun jiddependi fuq l-enerġija introdotta mill-mejn biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit: funzjoni ta' riattivazzjoni, jew funzjoni ta' riattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata, jew turija ta' informazzjoni jew status;

(19)

“effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali fil-modalità attiva” jew “ηson ” tfisser:

(a)

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod awtomatiku, medja differenzjata tal-effiċjenza siewja fir-rata tal-potenza termika u l-effiċjenza siewja fi 30 % tar-rata tal-potenza termika, espressa f' %;

(b)

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod manwali li jistgħu jitħaddmu f'50 % tar-rata tal-potenza termika f'modalità kontinwa, medja differenzjata tal-effiċjenza siewja fir-rata tal-potenza termika u l-effiċjenza siewja f'50 % tar-rata tal-potenza termika, espressa f' %;

(c)

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod manwali li ma jistgħux jitħaddmu f'50 % jew anqas tar-rata tal-potenza termika f'modalità kontinwa, l-effiċjenza siewja fir-rata tal-potenza termika, espressa f' %;

(d)

fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, l-effiċjenza siewja fir-rata tal-potenza termika, espressa f' %;

(20)

“effiċjenza siewja” jew “η” tfisser il-proporzjon tal-potenza tas-sħana siewja u l-kontribut tal-enerġija totali ta' bojler tal-fjuwil solidu, espressi f' %, fejn il-kontribut totali tal-enerġija jiġi espress f'termini tal-GCV jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta' CC;

(21)

“potenza termika siewja” jew “P” tfisser il-potenza termika ta' bojler tal-fjuwil solidu trażmessa lill-fluwidu trasportatur tas-sħana, espressa f'kW;

(22)

“apparat għall-kontroll tat-temperatura” tfisser l-apparat li jservi ta' interfaċċa mal-utent aħħari b'rabta mal-valuri u l-iskeda taż-żmien tat-temperatura mixtieqa ta' ġewwa u li jikkomunika d-dejta rilevanti lil interfaċċa tal-bojler tal-fjuwil solidu bħall-proċessur ċentrali, biex b'hekk tkun tista' tiġi rregolata t-temperatura ta' ġewwa;

(23)

“valur kalorifiku gross bla ndewwa” jew “GCVmf” tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxata minn unità ta' kwantità ta' fjuwil imnixxef mill-indewwa inerenti, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu, u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(24)

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-punt 2 tal-Anness II, bħal dawk ta' mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur.

(1)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   Rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn

Mill-1 ta' Jannar 2020 il-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali għall-bojlers b'rata ta' potenza termika ta' 20 kW jew anqas ma għandhiex tkun inqas minn 75 %;

(b)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali għall-bojlers b'rata ta' potenza termika ta' aktar minn 20 kW jew anqas ma għandhiex tkun inqas minn 77 %;

(c)

l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' emissjonijiet ta' materja partikulata ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 40 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod awtomatiku u ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 60 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod manwali;

(d)

l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' komposti gassużi organiċi ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 20 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod awtomatiku u ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 30 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod manwali;

(e)

l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' monossidu tal-karbonju ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 500 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod awtomatiku u ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 700 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod manwali;

(f)

l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' ossidi tan-nitroġenu, espressi f'diossidu tan-nitroġenu ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 200 mg/m3 għal bojlers tal-bijomassa u ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 350 mg/m3 għal bojlers tal-fjuwil fossili;

Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati għall-fjuwil preferut u għal kull fjuwil ieħor addattat għall-bojler tal-fjuwil solidu.

2.   Ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-prodotti

Mill-1 ta' Jannar 2020, l-informazzjoni li ġejja dwar il-bojlers tal-fjuwil solidu għandha tiġi pprovduta:

(a)

fil-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u fuq websajts b'aċċess ħieles tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi:

(1)

it-tagħrif mogħti fit-Tabella 1, bil-parametri tekniċi, imkejjel u kkalkulat skont l-Anness III u li juri n-numru ta' ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

(2)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-bojler tal-fjuwil solidu jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

(3)

struzzjoni dwar il-mod xieraq kif jopera bojler tal-fjuwil solidu u dwar ir-rekwiżiti ta' kwalità fir-rigward tal-fjuwil preferut u fjuwils xierqa oħra;

(4)

għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-bojlers tal-fjuwil solidu u l-oqfsa għall-bojlers tal-fjuwil solidu maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana, il-karatteristiċi tagħhom, ir-rekwiżiti għall-immuntar tagħhom (sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu) u, fejn ikun xieraq, il-lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati mill-manifattur.

(b)

fuq il-parti għall-professjonisti tas-siti elettroniċi tal-aċċess b'xejn tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi: tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom.

(c)

fid-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4:

(1)

l-informazzjoni elenkata fil-punti (a) u (b);

(2)

lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, fejn applikabbli;

(3)

fejn il-fjuwil preferut jew kwalunkwe fjuwil ieħor adatt huwa differenti bijomassa tal-injam oħra, minn bijomassa mhux tal-injam, minn fjuwil fossili ieħor jew minn taħlita ta' bijomassa u fjuwil fossili kif imsemmija fit-Tabella 1, deskrizzjoni tal-fjuwil li tkun biżżejjed għall-identifikazzjoni mhux ambigwa tiegħu u l-istandard tekniku jew speċifikazzjoni tal-fjuwil, inklużi l-kontenut imkejjel ta' ndewwa, u l-kontenut imkejjel tal-irmied, u wkoll għal fjuwils fossili oħra l-kontenut volatili mkejjel tal-fjuwil.

(d)

il-kapaċità elettrika, immarkata b'mod permanenti fuq il-bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tista' tingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/30/UE.

Tabella 1

Rekwiżiti ta' informazzjoni għal bojlers tal-fjuwil solidu

Identifikatur(i) tal-mudell

Modalità tan-najjar: [Manwal: il-bojler għandu jitħaddem b'tank tal-ħażna tal-ilma jaħraq ta' volum tal-anqas x (*) litri/Awtomatiku: huwa rrakkomandat li l-bojler jitħaddem b'tank tal-ħażna tal-ilma jaħraq ta' volum tal-anqas x (**) litri]

Bojler li juża l-kondensazzjoni: [iva/le]

Bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: [iva/le]

Bojler ikkombinat: [iva/le]

Fjuwil

Fjuwil preferut (wieħed biss):

Fjuwil(s) ieħor/oħrajn addattat(i):

ηs [x%]:

Emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali (****)

PM

OGC

CO

NOx

[x] mg/m3

Injam tal-għesieleġ, kontenut ta' ndewwa ≤ 25 %

[iva/le]

[iva/le]

Injam imqatta', kontenut ta' ndewwa ≤ 15-35 %

[iva/le]

[iva/le]

Injam imqatta', kontenut ta' ndewwa > 35 %

[iva/le]

[iva/le]

Injam ikkumpressat fil-forma ta' pellets jew briquettes

[iva/le]

[iva/le]

Ċana, kontenut ta' ndewwa ≤ 50 %

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa tal-injam oħra

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa mhux tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Faħam bituminuż

[iva/le]

[iva/le]

Faħam kannella (inklużi briquettes)

[iva/le]

[iva/le]

Kokk

[iva/le]

[iva/le]

Antraċit

[iva/le]

[iva/le]

Briquettes tal-fjuwil fossili imħallat

[iva/le]

[iva/le]

Fjuwils fossili oħra

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa mħallta (30-70 %)/briquettes ta' fjuwil fossili

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwil fossili

[iva/le]

[iva/le]

Karatteristiċi meta jopera bil-fjuwil preferut biss:

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Produzzjoni tas-sħana utli

Effiċjenza utli

Fir-rata tal-potenza termika

Pn  (***)

x,x

kW

Fir-rata tal-potenza termika

ηn

x,x

%

Fi [30 %/50 %] tar-rata tal-potenza termika, meta applikabbli

Pp

[x,x/N.A.]

kW

Fi [30 %/50 %] tar-rata tal-potenza termika, meta applikabbli

ηp

[x,x/N.A.]

%

Għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: Effiċjenza elettrika

Il-konsum tal-elettriku awżiljarju

Bir-rata tal-potenza termika

elmax

x,xxx

kW

Fir-rata tal-potenza termika

ηel,n

x,x

%

Bi [30 %/50 %] tar-rata tal-potenza termika, meta applikabbli

elmin

[x,xxx/N.A.]

kW

Tat-tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji, jekk applikabbli

[x,xxx/N.A.]

kW

Fil-modalità ta' stennija

PSB

x,xxx

kW

Dettalji ta' kuntatt

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(*)  Volum tat-tank = 45 × Pr × (1 – 2,7/Pr) jew 300 litru, skont liema l-ogħla, b' Pr indikat f'kW

(**)  Volum tat-tank = 20 × Pr bi Pr indikat f'kW

(***)  Għall-fjuwil preferut Pn ifisser Pr

(****)  PM = materja partikulata, OGC = komposti gassużi organiċi, CO = monossidu tal-karbonju, NOx = ossidi tan-nitroġenu

ANNESS III

Kejl u kalkoli

1.   Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 6.

2.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

(a)

Il-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom jiġu ttestjati għall-fjuwil preferut u kwalunke fjuwil xieraq kif indikat fit-tabella 1 tal-Anness II, għajr il-bojlers ittestjati għal injam imqatta' b'kontenut ta' ndewwa ta' aktar minn 35 % li jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli u li jitqiesu li jissodisfaw ukoll it-tali rekwiżiti għal injam imqatta' b'kontenut ta' ndewwa ta' 15-35 % u li mhumiex rekwiżiti li jiġu ttestjati għal injam imqatta' b'kontenut ta' ndewwa ta' 15-35 %.

(b)

Il-valuri ddikjarati għall- effiċjenza tal-enerġija tat-tisħin tal-ispazju staġjonali u l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali għandhom jiġu ssimplifikati sal-eqreb numru sħiħ.

(c)

Kwalunkwe ġeneratur tas-sħana mill-fjuwil solidu li jkun iddisinjat għal bojler tal-fjuwil solidu u kwalunkwe qafas għall-bojler tal-fjuwil solidu maħsub biex ikun mgħammar bit-tali bojler tal-fjuwil solidu għandu jiġi ttestjat b'qafas xieraq għall-ħiter tal-ilma u b'ġeneratur xieraq tas-sħana.

3.   Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali.

(a)

Il-valuri tal-effiċjenza utli ηn , ηp u l-valuri tal-potenza tas-sħana utli Pn , Pp għandhom jitkejlu, fejn jixraq. Fil-każ ta' bojlers koġeneraturi tal-fjuwil solidu ηel,n jitkejjel ukoll.

(b)

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali, ηs , għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva, ηson , ikkoreġuta b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u, għall-bojlers koġeneraturi tal-fjuwil solidu, billi tiżdied l-effiċjenza elettrika mmultiplikata b'koeffiċjent ta' konverżjoni, CC ta' 2,5.

(c)

Il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni, CC, ta' 2,5.

4.   Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali.

(a)

L-effiċjenza tal-enerġija tat-tistħin tal-ispazju staġjonali ηs hija definita bħala:

ηs = ηson F(1)F(2) + F(3)

fejn:

(1)

ηson hija l-effiċjenza tal-enerġija tat-tisħin tal-ispazju staġjonali b'modalità attiva espressa f'perċentwal, ikkalkulat kif inhu msemmi fil-punt 4(b);

(2)

F(1) jammonta għal telf mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-ispazju minħabba l-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-kontroll tat-temperatura; F(1) = 3 %;

(3)

F(2) jammonta għal kontribuzzjoni negattiva lill-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali mill-konsum tal-elettriku awżiljarju, espressa bħala perċentwal, u li tkun kkalkolata kif stabbilit fil-punt 4(c);

(4)

F(3) jirrappreżenta kontribuzzjoni pożittiva lill-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali mill-effiċjenza elettrika tal-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwili solidu, espressa bħala perċentwal, u li tiġi kkalkulata kif ġej:

F(3) = 2,5 × ηel,n

(b)

l-effiċjenza tal-enerġija tat-tisħin tal-ispazju staġjonali f'modalità attiva, ηson , tiġi kkalkulata kif ġej:

(1)

Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li jkunu jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma awtomatikament:

ηson  = 0,85 × ηp  + 0,15 × ηn

(2)

Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li ma jkunux jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu:

ηson = ηn

(c)

F(2) jiġi kkalkulat kif ġej:

(1)

Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li jkunu jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma awtomatikament:

F(2) = 2,5 × (0,15 × elmax + 0,85 × elmin + 1,3 × PSB )/(0,15 × Pn  + 0,85 × Pp )

(2)

Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li ma jkunux jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu:

F(2) = 2,5 × (elmax + 1,3 × PSB)/Pn

5.   Kalkolu tal-valur kalorifiku gross

Il-valur kalorifiku gross (GCV) għandu jinkiseb mill-valur kalorifiku gross bla ndewwa (GCVmf ) billi tiġi applikata l-konverżjoni li ġejja:

GCV = GCVmf × (1 – M)

fejn:

(a)

GCV u GCVmf huma espressi f'megajoules għal kull kilogramm;

(b)

M hija l-kontenut ta' ndewwa tal-fjuwil, espressa bħala proporzjon.

6.   L-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali

(a)

L-emissjonijiet ta' materja partikulata, organiċi komposti gassużi, monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu għandu jkun espress b'mod standardizzat fuq bażi ta' gass niexef li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni b'10 % ossiġnu u kundizzjonijiet standard ta' 0 °C u 1 013 millibar.

(b)

L-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali Es , tal-materja partikulata, organiċi komposti gassużi, monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu rispettivi jiġu kkalkulati kif ġej:

(1)

Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li jkunu jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma awtomatikament:

Es  = 0,85 × Es,p  + 0,15 × Es,n

(2)

Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li ma jkunux jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu:

Es = Es,n

fejn:

(a)

Es,p huma l-emissjonijiet tal-materja partikulata, organiċi komposti gassużi, monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu rispettivi bi 30 % jew 50 % tal-potenza termika nominali, kif applikabbli;

(b)

Es,n huma l-emissjonijiet tal-materja partikulata, organiċi komposti gassużi, monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu rispettivi mkejla bil-potenza termika nominali.

(c)

L-emissjonijiet ta' materja partikulata għandhom jitkejlu b'metodu gravimetriku mingħajr kull materja partikulata iffurmata minn komposti gassużi organiċi meta gass fiċ-ċumnija jitħallat mal-arja tal-ambjent.

(d)

L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jiġu kkalkolati bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-diossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw bħala ammont ta' dijossidu tan-nitroġenu.

ANNESS IV

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell. L-unità għandha tiġi ttestjata b'wieħed jew aktar mill-fjuwils bil-karatteristiċi fl-istess medda bħal tal-fjuwil(s) li ntużaw mill-manifattur biex iwettaq il-kejl skont l-Anness III.

(2)

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk:

(a)

il-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jikkonformaw mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II; u wkoll

(b)

l-ittestjar tal-parametri tal-mudell li huma elenkati fit-Tabella 2 juri l-konformità ta' dawk il-parametri kollha;

(3)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. F'każ li ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(b), l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jagħżlu b'mod każwali għall-ittestjar tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu ta' mudell ekwivalenti wieħed jew aktar li ġew elenkati bħala prodotti ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur.

(4)

Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk l-ittestjar tal-parametri tal-mudell relevanti elenkat fit-Tabella 2 għat-tliet unitajiet addizzjonali juri konformità ma' dawk il-parametri kollha.

(5)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħtu r-riżultati tat-testijiet u l-informazzjoni l-oħra rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta' konformità tal-mudell.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

It-tolleranzi tal-verifika stipulati f'dan l-Anness jirreferu biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istat Membru u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew l-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika.

Tabella 2

Parametru

Tolleranzi tal-verifika

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ηs

Il-valur determinat (1) mhux aktar minn 4 % anqas mill-valur iddikjarat tal-unità.

L-emissjonijiet ta' materja partikulata

Il-valur determinat (1) mhux aktar minn 9 mg/m3 ogħla mill-valur iddikjarat tal-unità.

L-emissjonijiet ta' komposti organiċi gassużi

Il-valur determinat (1) mhux aktar minn 7 mg/m3 ogħla mill-valur iddikjarat tal-unità.

L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju

Il-valur determinat (1) mhux aktar minn 30 mg/m3 ogħla mill-valur iddikjarat tal-unità.

L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

Il-valur determinat (1) mhux aktar minn 30 mg/m3 ogħla mill-valur iddikjarat tal-unità.

(1)  Il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti fil-każ ta' tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 3.

ANNESS V

Punti ta' riferiment indikattivi msemmija fl-Artikolu 6

Il-punti ta' riferiment indikattivi għall-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għal bojlers tal-fjuwil solidu fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin. Fil-waqt tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ma ġie identifikat l-ebda bojler ta' fjuwil solidu partikolari li jissodisfa l-valuri kollha speċifikati fil-punti 1 u 2. Diversi bojlers ta' fjuwil solidu ssodisfaw wieħed jew aktar minn dawn il-valuri:

(1)

Għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali: 96 % għall-bojlers koġeneraturi tal-fjuwil solidu, 90 % għall-bojlers tal-kondensjoni u 84 % għall-bojlers ta' fjuwil solidu ieħor.

(2)

Għall-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali:

(a)

2 mg/m3 għall-materja partikulata għall-bojlers tal-bijomassa; 10 mg/m3 għall-bojlers tal-fjuwil fossili;

(b)

1 mg/m3 għall-komposti gassużi organiċi;

(c)

6 mg/m3 għall-monossidu tal-karbonju;

(d)

97 mg/m3 għall-ossidi tan-nitroġenu għall-bojlers tal-bijomassa; 170 mg/m3 għall-bojlers tal-fjuwil fossili.

Il-valuri ta' riferiment speċifikati fil-punti 1 u 2(a) sa (d) mhux bilfors ifissru li bojler tal-fjuwil solidu partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta' dawn il-valuri. Eżempju ta' kombinazzjoni tajba huwa mudell eżistenti b'effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' 81 % u b'emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' materja partikulata ta' 7 mg/m3, ta' komposti organiċi gassużi ta' 2 mg/m3, ta' monossidu tal-karbonju ta' 6 mg/m3 u ta' ossidi tan-nitroġenu ta' 120 mg/m3.

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/115

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1190

tal-20 ta' Lulju 2015

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kosmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Wara l-studju xjentifiku tal-2001 bl-isem “Use of permanent hair dyes and bladder cancer risk”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti li mhumiex tal-Ikel maħsuba għal Konsumaturi, li wara ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (Scientific Committee on Consumer Products, SCCP), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali tal-użu taż-żebgħa tax-xagħar kienu ta' tħassib. Fl-opinjoniji tiegħu, l-SCCP irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

L-SCCP irrakkomanda wkoll strateġija ta' valutazzjoni ġenerali tas-sikurezza għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar ta' sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità jew il-karċinoġenità potenzjali tagħhom.

(3)

Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar skont kif l-industrija ntalbet tippreżenta fajls, bid-dejta xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji.

(4)

L-SCCP, li wara ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali li għalihom tressqu fajls aġġornati li ġew ippreżentati mill-industrija.

(5)

Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza ta' sustanzi individwali, huwa xieraq li jiġu limitati l-konċentrazzjonijiet massimi ta' disa' sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar ivvalutati u li jiġu inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(6)

Fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010 u fuq il-bażi tad-dejta disponibbli sa dak iż-żmien, l-SCCS ma qajjem l-ebda tħassib ewlieni fir-rigward tal-ġenotossicità u l-karċinoġeniċità taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti ta' reazzjoni tagħhom użati bħalissa fl-Unjoni, fir-rigward tal-evalwazzjoni ta' riskji possibbli għas-saħħa tal-konsumatur minn prodotti ta' reazzjoni fformati minn sustanzi ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar matul il-proċess taż-żebgħa tax-xagħar.

(7)

Il-potenzjal ta' sensitizzazzjoni ta' sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar individwali ġiet indirizzata mill-SCCS fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom. Sabiex il-konsumatur ikun informat aħjar dwar l-effetti ħżiena possibbli li jistgħu jirriżultaw mill-użu taż-żebgħa tax-xagħar, u biex jitnaqqsu r-riskji ta' sensitizzazzjoni għall-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar fost il-konsumaturi, għandhom jiġu stampati avviżi adattati fuq it-tikketta ta' ċerti prodotti tas-sustani taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi li fihom potenzjal ta' sensitizzazzjoni estremi u qawwijin.

(8)

Id-definizzjoni ta' prodott tax-xagħar fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 eskludiet l-applikazzjoni tiegħu fuq ix-xagħar tal-għajnejn. Din l-esklużjoni ġiet imħeġġa mill-fatt li l-livell ta' riskju huwa differenti meta l-prodotti kożmetiċi huma applikati fuq ix-xagħar tar-ras u x-xagħar tal-għajnejn. Għaldaqstant, kien hemm bżonn ta' valutazzjoni speċifika tas-sikurezza għall-applikazzjoni tal-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu fuq ix-xagħar tal-għajnejn.

(9)

Fl-opinjoni tiegħu dwar l-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu tal-11 ta' Novembru 2013, l-SCCS ikkonkluda li l-użu ġenerali (użu personali fid-dar mill-konsumaturi) ta' prodotti maħsuba għall-brim tax-xagħar tal-għajnejn li fihom l-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu mhux rakkomandat minħabba li waqt l-applikazzjoni jaf ikun hemm ir-riskju ta' irritazzjoni fl-għajnejn. Madankollu, il-konċentrazzjoni tal-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu f'dawn il-prodotti mhix ta' periklu sa 11 % meta l-prodotti jiġu applikati fuq ix-xagħar tal-għajnejn minn professjonist, minħabba li jitnaqqas ir-riskju ta' kuntatt dirett mal-għajnejn. Barra minn hekk, l-SCCS ikkonkluda li l-użu sa 5 % ta' aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu huwa sikur għall-użu ta' depilazzjoni meta jintuża kif suppost. Is-sikurezza ta' dawn it-tipi ta' prodotti kożmetiċi tiddependi ħafna fuq ġestjoni responsabbli tar-riskji, inklużi t-twissijiet u l-gwida estensiva dwar l-użu tagħhom.

(10)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika tal-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu, l-użu tagħhom għandu jkun permess fi prodotti maħsuba għall-brim tax-xagħar tal-għajnejn u għall-użu ta' depilazzjoni. Madankollu, dawn għandhom jitħallew għall-użu professjonali biss sabiex il-konsumatur jevita kull riskju meta japplika l-prodotti maħsuba għall-brim tax-xagħar tal-għajnejn. Għandhom jiġu stampati twissijiet xierqa fuq it-tikketti tagħhom sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-effetti negattivi possibbli tal-applikazzjoni ta' prodotti li jkun fihom l-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu fuq ix-xagħar tal-għajnejn u biex jitnaqqas ir-riskju tas-sensibilizzazzoni tal-ġilda għal dawk il-prodotti.

(11)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(12)

L-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet dwar is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar tiġi ddifferita biex l-industrija tkun tista' tikkonforma mar-rekwiżiti tal-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar. B'mod partikolari, wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament l-impriżi għandhom jingħataw tnax-il xahar biex iqiegħdu fis-suq prodotti li huma konformi u li jneħħu mis-suq prodotti li mhumiex konformi.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-10 ta' Awwissu 2015, ħlief id-dispożizzjonijiet fil-punt 2 tal-Anness li japplikaw mill-10 ta' Awwissu 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/210/KE tat-3 ta' Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta' Settembru 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta' Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).

ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata 2 a tinbidel b'dan li ġej:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“2 a

Aċidu tijoglikoliku and u l-imluħ tiegħu

Thioglycolic acid

68-11-1

200-677-4

(a)

Prodotti biex jagħmlu x-xagħar imġiegħed jew lixx:

(a)

(i)

8 %

(ii)

11 %

(a)

(i)

Użu ġenerali

lest għall-użu minn pH 7 sa 9,5

(ii)

Użu professjonali

lest għall-użu minn pH 7 sa 9,5

Kundizzjonijiet ta' użu:

(a) (b) (c) (d)

Evita l-kuntatt mal-għajnejn

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.

(a) (c) (d)

Ilbes ingwanti adattati.

It-twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta:

(a)i (b) (c)

Fih it-tijoglikolat

Segwi l-istruzzjonijiet

Żommu 'l bogħod mit-tfal

(a)ii (d)

Għall-użu professjonali biss

Fih it-tijoglikolat

Segwi l-istruzzjonijiet”

(b)

Depiliatorji

(b)

5 %

(b)

lest għall-użu minn pH 7 sa 12,7

(c)

Prodotti oħra tat-tlaħliħ tax-xagħar

(c)

2 %

(c)

lest għall-użu minn pH 7 sa 9,5

(d)

Prodotti maħsuba għall-brim tax-xagħar tal-għajnejn

(d)

11 %

Il-perċentwali t'hawn fuq huma kkalkulati bħala aċidu tijoglikoliku

(d)

Għall-użu professjonali

lest għall-użu minn pH 7 sa 9,5

(2)

jiżdiedu l-entrati 288 sa 296 li ġejjin:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“288

3-[(4-ammino-3-metil-9,10-diosso-9,10-diidroantraċen-1-il)ammino]-N,N,N-trimetilpropan-1-aminju, melħ tal-metilsulfat

HC Blue No 17

16517-75-2

605-392-2

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

2,0 %

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż it-2,0 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhuwiex intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

289

Kompost tal-aċidu fosforiku b'4-[(2,6-diklorofenil) (4-immino-3,5-dimetil-2,5-ċikloeżadien-1-iliden) metil]-2,6-dimetilanilina (1:1)

HC Blue No 15

74578-10-2

277-929-5

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi.

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi.

(b)

0,2 %

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż iż-0,2 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhuwiex intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

290

2,2′-(9,10-diossoantraċen-1,4-diildiimino)bis(5-metilsulfonat) tad-disodju

Acid Green 25

4403-90-1

224-546-6

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,3 %

291

4-[(9,10-diidro-4-idrossi-9,10-diosso-1-antril)ammino]toluwen-3-sulfonat tas-sodju

Acid Violet 43

4430-18-6

224-618-7

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,5 %

292

1,4-Benżendiammina, 2-(metossimetil)

1,4-Benżendiammina, 2-(metossimetil)-, sulfat

2-Methoxymethyl-p-Phenylenediamine

2-Methoxymethyl-p-Phenylenediamine Sulfate

337906-36-2

337906-37-3

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

Wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż il-1,8 % (ikkalkulata bħala bażi ħielsa).

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhuwiex intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

293

1-N-Metilmorfolinjupropilammino-4-idrossiantrakinon, sulfat tal-metil

Hydroxyanthraquinone-aminopropyl Methyl Morpholinium Methosulfate

38866-20-5

254-161-9

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,5 %

- Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhuwiex intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

294

2,2′-[[3-metil-4-[(E)-(4-nitrofenil)ażo]fenil]immino]bis- tal-etanol

Disperse Red 17

3179-89-3

221-665-5

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi.

(b)

0,2 %

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż it-2,0 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhuwiex intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’”

295

4-Ammino-5-idrossi-3-(4-nitrofenilażo)-6-(fenilażo)-2,7-aċidu naftalenedisulfoniku, melħ tad-disodju

Acid Black 1

1064-48-8

213-903-1

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,5 %

296

3-idrossi-4-[(E)-(4-metil-2-sulfonatofenil)diażenil]-2-naftoat tad-disodju

Pigment Red 57

5858-81-1

227-497-9

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,4 %

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/122

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1191

tal-20 ta' Lulju 2015

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Artemisia vulgaris L. bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' April 2013, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, mingħand l-Institut Technique de l'Agriculture Biologique (ITAB) għall-approvazzjoni tal-Artemisia vulgaris L. bħala sustanza bażika. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3).

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) għal għajnuna xjentifika. Fil-25 ta' Awwissu 2014, l-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni b'Rapport Tekniku dwar is-sustanza kkonċernata (2). Fis-27 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' analiżi (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Artemisia vulgaris L. lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(3)

Id-dokumentazzjoni li ressaq l-applikant turi li l-Artemisia vulgaris L. tissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Madankollu, ix-xorb alkoħoliku mill-ispeċi Artemisia huwa inkluż fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti sustanzi, li jkunu preżenti b'mod naturali fl-aromatizzanti u fl-ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti, f'ċertu ikel kompost kif ikkonsmat li miegħu ġew miżjuda l-aromatizzanti u/jew l-ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti. Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, fl-ikel kompost elenkat f'dik il-Parti B, il-livelli massimi ma għandhomx jinqabżu minħabba l-użu ta' aromatizzanti u/jew ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti. Għaldaqstant, l-ispeċi Artemisia ma tistax tintuża bħala oġġett tal-ikel mingħajr kwalifika.

(4)

Ġie identifikat tħassib speċifiku fir-Rapport Tekniku tal-Awtorità dwar l-esponiment għat-tujon, l-ewkaliptol u l-kamfor u r-riskju għall-operaturi, il-ħaddiema, il-persuni fil-qrib, il-konsumaturi u l-organiżmi mhux fil-mira.

(5)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-Rapport Tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(6)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma jistax jiġi eliminat.

(7)

Għaldaqstant, fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni ma ġiex stabbilit li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, jixraq li l-Artemisia vulgaris L. ma tiġix approvata bħala sustanza bażika.

(8)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-Artemisia vulgaris L. bħala sustanza bażika skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' approvazzjoni bħala sustanza bażika

Is-sustanza Artemisia vulgaris L. mhijiex approvata bħala sustanza bażika.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for Artemisia vulgaris for use in plant protection as insecticide/repellent on orchards, vineyards and vegetables (L-eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni tas-sustanza bażika għall-Artemisia vulgaris biex tintuża għall-protezzjoni tal-pjanti bħala insettiċida/repellent fil-ġonna tas-siġar tal-frott, fid-dwieli u fil-ħxejjex). Il-pubblikazzjoni ta' sostenn tal-EFSA 2014:EN-644. 36pp.

(3)  http://ec.europa.eu/sanco_pesticides/public/?event=homepage

(4)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/124

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1192

tal-20 ta' Lulju 2015

li japprova s-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fl-14 ta' Settembru 2011 in-Netherlands irċevew applikazzjoni mingħand il-kumpanija AgraQuest Inc. (issa magħrufa bħala Bayer CropScience AG) għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460. B'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, fl-4 ta' Ottubru 2011, in-Netherlands, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

(2)

Fit-30 ta' Lulju 2013, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”), fejn ġie vvalutat jekk din is-sustanza attiva hijiex mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Bi qbil mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din talbet li l-applikant jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. F'Mejju tal-2014 il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali tressqet mill-Istat Membru relatur lill-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport tal-valutazzjoni.

(4)

Fis-26 ta' Awwissu 2014 l-Awtorità bagħtet il-konklużjonijiet tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar jekk is-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460 hix mistennija li tissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità poġġiet il-konklużjonijiet tagħha għad-disponibbiltà tal-pubbliku.

(5)

L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport tar-rieżami.

(6)

Fid-29 ta' Mejju 2015 il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tar-rieżami tat-taħlita tat-terpenojdi QRD 460 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u ppreżentat ukoll abbozz ta' Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni tat-taħlita ta' terpenojdi QRD 460.

(7)

Ġie stabbilit li l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar, ta' mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew ivvalutati u spjegati fir-rapport tar-rieżami tal-Kummissjoni. Għalhekk, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni huma meqjusin li kienu ssodisfati. Għalhekk jixraq li tiġi approvata t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460.

(8)

Iżda, bi qbil mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma.

(9)

B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

L-emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  The EFSA Journal 2014;12(10):3816. Dawn huma disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Taħlita ta' terpenojdi QRD 460

Nru CIPAC: 982

It-taħlita ta' terpenojdi QRD 460 fiha tliet komponenti:

α-terpinin: 1-isopropil-4-metilċikloeża-1,3-dien;

p-ċimen: 1-isopropil-4-metilbenżen;

d-limonen: (R)-4-isopropenil-1-metilċikloeżen.

Il-konċentrazzjoni nominali ta' kull komponent fis-sustanza attiva mmanifatturata trid tkun din li ġejja:

α-terpinen: 59,7 %;

p-ċimen: 22,4 %;

d-limonen: 17,9 %.

Kull komponent irid ikollu l-purità minima li tidher hawn taħt:

α-terpinen: 89 %;

p-ċimen: 97 %;

d-limonen: 93 %.

l-10 ta' Awwissu 2015

l-10 ta' Awwissu 2025

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-rieżami dwar it-taħlita ta' terpenojdi QRD-460, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

(a)

għall-istabbiltà tal-preparazzjonijiet meta jinħażnu;

(b)

għall-protezzjoni tal-operaturi u l-ħaddiema, billi jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu li għandu jintuża tagħmir adegwat tal-protezzjoni personali, fejn japplika;

(c)

għall-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza tintuża f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet tal-klima vulnerabbli;

(d)

għall-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ u tal-organiżmi akkwatiċi;

(e)

għall-protezzjoni tan-naħal u ta' artropodi li mhumiex fil-mira.

Fejn hemm bżonn, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni konfermatorja dwar:

(1)

L-ispeċifikazzjoni teknika tas-sustanza attiva mmanifatturata (għandha tingħata analiżi ta' 5 lottijiet tat-taħlita), sostnuta minn metodi ta' analiżi aċċettati u vvalidati. Għandu jiġi kkonfermat li l-materjal tekniku ma jkunx fih impuritajiet rilevanti;

(2)

L-ekwivalenza tal-materjal użat fl-istudji tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi bl-ispeċifikazzjoni teknika kkonfermata.

L-applikant għandu jressaq din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-10 ta' Frar 2016.

(1)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport tar-rieżami.

ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“84

Taħlita ta' terpenojdi QRD 460

Nru CIPAC: 982

It-taħlita ta' terpenojdi QRD 460 fiha tliet komponenti:

α-terpinin: 1-isopropil-4-metilċikloeża-1,3-dien;

p-ċimen: 1-isopropil-4-metilbenżen;

d-limonen: (R)-4-isopropenil-1-metilċikloeżen.

Il-konċentrazzjoni nominali ta' kull komponent fis-sustanza attiva mmanifatturata trid tkun din li ġejja:

α-terpinen: 59,7 %;

p-ċimen: 22,4 %;

d-limonen: 17,9 %.

Kull komponent irid ikollu l-purità minima li tidher hawn taħt:

α-terpinen: 89 %;

p-ċimen: 97 %;

d-limonen: 93 %.

l-10 ta' Awwissu 2015

l-10 ta' Awwissu 2025

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-rieżami dwar it-taħlita ta' terpenojdi QRD-460, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

(a)

għall-istabbiltà tal-preparazzjonijiet meta jinħażnu;

(b)

għall-protezzjoni tal-operaturi u l-ħaddiema, billi jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu li għandu jintuża tagħmir adegwat tal-protezzjoni personali, fejn japplika;

(c)

għall-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza tintuża f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet tal-klima vulnerabbli;

(d)

għall-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ u tal-organiżmi akkwatiċi;

(e)

għall-protezzjoni tan-naħal u ta' artropodi li mhumiex fil-mira.

Fejn hemm bżonn, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni konfermatorja dwar:

(1)

L-ispeċifikazzjoni teknika tas-sustanza attiva mmanifatturata (għandha tingħata analiżi ta' 5 lottijiet tat-taħlita), sostnuta minn metodi ta' analiżi aċċettati u vvalidati. Għandu jiġi kkonfermat li l-materjal tekniku ma jkunx fih impuritajiet rilevanti;

(2)

L-ekwivalenza tal-materjal użat fl-istudji tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi bl-ispeċifikazzjoni teknika kkonfermata.

L-applikant għandu jippreżenta din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-10 ta' Frar 2016.”

(*)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport tar-rieżami.

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/128

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1193

tal-20 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

29,8

MA

177,7

MK

48,3

ZZ

85,3

0707 00 05

TR

137,2

ZZ

137,2

0709 93 10

AR

73,3

TR

119,4

ZZ

96,4

0805 50 10

AR

132,5

LB

87,7

TR

109,0

UY

138,8

ZA

137,4

ZZ

121,1

0808 10 80

AR

95,4

BR

102,7

CH

142,8

CL

134,5

NZ

151,4

US

151,6

UY

155,7

ZA

121,0

ZZ

131,9

0808 30 90

AR

98,8

CL

140,6

NZ

307,3

ZA

121,5

ZZ

167,1

0809 10 00

TR

244,6

ZZ

244,6

0809 29 00

CA

1 187,7

TR

229,1

ZZ

708,4

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

142,5

ZZ

142,5

0809 40 05

BA

77,4

IL

133,1

ZZ

105,3

(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.

DEĊIŻJONIJIET

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/130

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1194

tal-20 ta' Lulju 2015

Dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 12635:2002+A1:2008 dwar bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

Billi:

(1)

Meta standard nazzjonali li jittrasponi standard armonizzat u li r-referenza tiegħu tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikopri rekwiżit wieħed jew aktar essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, il-makkinarju mibni skont dan l-istandard jitqies li jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza kkonċernati.

(2)

F'Diċembru 2010, ir-Renju Unit ressaq oġġezzjoni formali rigward l-istandard EN 12635:2002+A1:2008 dwar “Bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx — Installazzjoni u użu”, propost mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex jiġi armonizzat skont id-Direttiva 2006/42/KE u li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata għall-ewwel darba f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-8 ta' Settembru 2009 (3).

(3)

Il-mertu tal-oġġezzjoni formali, huwa bbażat fuq in-nuqqas tal-istandard ta' referenza EN 12453 “Bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx — Sigurtà fl-użu ta' bibien imħaddma mekkanikament — Rekwiżiti”, imsemmi fil-punt 5.1 Installazzjoni u l-Anness D ta' EN 12635:2002+A1:2008, li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà kollha tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE.

(4)

In-nuqqasijiet identifikati tal-istandard imsemmi EN 12453:2000 għandhom x'jaqsmu mal-punti tiegħu 4.1.1 Il-perikli kkawżati minn tgħaffiġ, tiċrit u punti li jiġbdu'l ġewwa, 4.2 Il-perikli kkawżati mit-trażmissjoni jew is-sors tal-enerġija, 4.4.3 Il-mekkaniżmu tal-overrunning of leaf, 4.5 L-influwenza tat-tip ta' użu fuq il-livell ta' riskju, 5.1.1 L-evitar jew is-salvagwardjar ta' perikli kkawżati minn tgħaffiġ, tiċrit jew punti li jiġbdu 'l ġewwa u 5.5 Il-livell minimu ta' salvagwardja.

(5)

Wara li eżaminat l-istandard EN 12635:2002+A1:2008 flimkien mar-rappreżentanti tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2006/42/KE, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sikurezza stipulati fil-punti 1.1.2 Il-prinċipji tal-integrazzjoni tas-sikurezza, 1.1.6 L-ergonomija, 1.2.1 Is-sigurtà u l-affidabilità tas-sistemi ta' kontroll, 1.3.7 Ir-riskji relatati mal-partijiet li jiċċaqalqu, 1.3.8.2 Il-partijiet li jiċċaqalqu li huma involuti fil-proċess, 1.4.1 Ir-rekwiżiti ġenerali għall-mezzi ta' lqugħ u ta' protezzjoni, 1.4.3. Ir-rekwiżiti speċjali għall-mezzi ta' protezzjoni u 1.5.14 Ir-riskju li wieħed jinqabad f'magna tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE.

(6)

B'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li jittejbu l-aspetti tas-sigurtà tal-istandard EN 12635:2002+A1:2008 u sakemm isseħħ reviżjoni xierqa ta' dak l-istandard, il-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 12635:2002+A1:2008 għandha tkun akkumpanjata bi twissija xierqa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenza tal-istandard EN 12635:2002+A1:2008 “Bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx — Installazzjoni u użu”, tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bir-restrizzjoni li hemm stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(2)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(3)  ĠU C 214, 8.9.2009, p. 1.

ANNESS

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI FIL-QAFAS TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2006/42/KE

(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)

ESO (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

(u d-dokument tar-referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Referenza tal-istandard sostitwit

Id-data tat-tmiem tal-preżunzjoni tal-konformità tal-istandard sostitwit

Nota 1

CEN

EN 12635:2002+A1:2008 “Bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx — Installazzjoni u użu”

8.9.2009

Twissija: Fir-rigward tal-paragrafu 5.1 u l-Anness D, din il-pubblikazzjoni ma għandhiex x'taqsam mar-referenza għall-EN 12453:2000, l-applikazzjoni ta' liema ma tikkonferixxix preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza 1.1.2, 1.1.6, 1.2.1, 1.3.7, 1.3.8.2, 1.4.1, 1.4.3 u 1.5.14 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE.

Nota 1:

Ġeneralment id-data li fiha tintemm il-preżunzjoni tal-konformità tkun id-data tar-revoka (id-“dow”, date of withdrawal), stabbilita mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f'ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor.

Nota 2:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess kamp ta' applikazzjoni bħall-istandard sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard sostitwit ma jibqax jagħti preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew ma' rekwiżiti oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

(1)  ESO: L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni

CEN: Avenue Marnix 17, B-1000, Brussels, Tel.+32 2 5500811; fax + 32 2 5500819 (http://www.cen.eu)

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/133

DEĊIŻJONI (UE) 2015/1195 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta' Lulju 2015

li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2015/298 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/25)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (1) tistabbilixxi programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (iktar 'il quddiem il-“PSPP”). Jeħtieġ li jsir provvediment għad-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE mill-PSPP fid-Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57) (2).

(2)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2015/298 (BĊE/2014/57) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

Il-punt (d) tal-Artikolu 1 tad-Decizjoni (UE) 2015/298 (BĊE/2014/57) huwa mibdul b'dan li gej:

“(d)

‘Id-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli’ tfisser id-dħul nett li jirriżulta minn xiri mill-BĊE ta' titoli: (i) taħt l-SMP skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/5; (ii) taħt is-CBPP3 skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/40; (iii) taħt l-ABSPP skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/45; u (iv) taħt il-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (PSPP) skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (*).

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tieghu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Lulju 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI

(1)  Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)(ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).

(2)  Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57) (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 24).

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/134

DEĊIŻJONI (UE) 2015/1196 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta' Lulju 2015

li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/26)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 (1) tistabbilixxi r-regoli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(2)

Jeħtieġ li jiġi kkjarifikat ir-rapportar finanzjarju ta' titoli maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali li jinxtraw bħala parti mill-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku mis-swieq sekondarji stabbilit permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (2) bil-għan li jiġi żgurat ir-rapportar ta' dawn l-investimenti taħt il-partita tal-assi 7.1.

(3)

Huma meħtieġa wkoll xi bidliet tekniċi oħrajn fl-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2010/21.

(4)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Anness I għad-Deċiżjoni BĊE/2010/21 huwa ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Lulju 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI

(1)  Deċiżjoni BĊE/2010/21 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 1).

(2)  Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10) (ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).

ANNESS

“ANNESS I

KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

ASSI

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u pretensjonijiet biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purità fejn ikun hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

2

Pretensjonijiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

Pretensjonijiet kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bil-bilanċi f'euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f'euro għal spejjeż amministrattivi) jista' jiġi inkluż taħt din il-partita jew taħt il-partita ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'euro’

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

SDRs

Investimenti f'SDRs (gross)

(b)

SDRs

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(ċ)

Pretensjonijiet oħrajn

Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta' self, self taħt arranġamenti speċjali ta' teħid ta' self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

(c)

Klejms oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

2.2

Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Self barrani (depożiti) lil residenti barra ż-żona tal-euro minbarra dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(c)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin

(d)

Assi barranin oħrajn

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro

(d)

Assi barranin oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

3

Pretensjonijiet kontra residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

(a)

Investimenti f'titoli fiż-żona euro minbarra dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħra’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro

(a)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Klejms oħrajn kontra residenti taż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub, self varju

(b)

Pretensjonijiet oħrajn

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

4

Pretensjonijiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro

4.1

Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-assi ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b'lura marbutin mal-ġestjoni ta' titoli ddenominati f'euro

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Strumenti ta' ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

(c)

Self lil residenti minn barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(ċ)

Self barra ż-żona tal-euro

Depożiti skont il-valur nominali

(d)

Titoli maħruġin minn entitajiet barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ u l-element tal-assi 7.1 ‘Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja’

Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż. il-Bank Ewropew tal-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, u mhux mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja

(d)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

4.2

Pretensjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

5

Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Elementi 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti ta' politika monetarja rispettivi deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1)

5.1

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa

Valur nominali jew kost repo

5.2

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità ta' kull xahar u li normalment għandhom maturità ta' tliet xhur

Valur nominali jew kost repo

5.3

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar

Valur nominali jew kost repo

5.4

Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

5.5

Faċilità ta' self marġinali

Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

5.6

Krediti relatati ma' sejħiet marġinali

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost

6

Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt l-element tal-assi 7 ‘Titoli ta' residenti taż-żona euro denominati f'euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona euro u klejms oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Klejms u operazzjonijiet oħrajn mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Valur nominali jew kost

7

Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja

Titoli miżmuma għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta' dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta' rfinar

(a)

Titoli negozjabbli

Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

(i)

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Kost suġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt il-partita nru. 13(b) tal-passiv ‘Provvedimenti’)

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(b)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-assi 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja’ u taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità

(a)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(b)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(c)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(d)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

8

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro

Pretensjonijiet fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

9

Klejms intra-Eurosistema

9.1

Klejms marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Pretensjonijiet intra-Eurosistema fil-konfront ta' BĊNi, li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

9.2

Klejms marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

Krediti marbutin mal-ħruġ ta' karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (2)

Valur nominali

9.3

Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

(a)

klejms netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv. Ara ukoll l-element tal-passiv 10.2 ‘Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

(b)

klejms oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

10

Partiti fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (pretensjonijiet), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

11

Assi oħrajn

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti Euro

Valur nominali

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta' assi fuq il-perijodu ta' utilità tiegħu. Il-perijodu ta' utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta' utilità ta' assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b'perijodi ta' utilità differenti. Il-perijodi ta' utilità ta' dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment.

Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħrajn diretti jew indiretti għandhom jiġu nklużi

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT: mingħajr kapitalizzazzjoni)

11.3

Assi finanzjarji oħrajn

Interessi parteċipanti u investimenti f'sussidjarji, ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/politiċi

Titoli inklużi ekwitajiet, u strumenti finanzjarji u bilanċi oħrajn inklużi d-depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti miżmumin bħala portafoll immarkat

Transazzjonjiet repo bil-maqlub ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mal-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt dan l-element

(a)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

(b)

Interessi parteċipanti u ishma ta' ekwità mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta' ekwità oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

(c)

Investiment f'sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-assi nett

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Primjums/skontijiet huma ammortizzati

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

(g)

Bilanċi ma' banek u self

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani jekk il-bilanċi/id-depożiti huma ddenominati f'valuti barranin

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

11.5

Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Prezz mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

11.6

Varji

(a)

Ħlasijiet bil-quddiem, self u elementi minuri oħrajn. Self mogħti fuq bażi ta' fiduċja

(a)

Valur nominali jew kost

(b)

Investimenti relatati ma' depożiti ta' deheb tal-klijent

(b)

Valur tas-suq

(c)

Assi ta' pensjonijiet netti

(ċ)

Skont l-Artikolu 24(2)

(d)

Krediti pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema

(d)

Valur nominali/li jista' jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf)

(e)

Assi jew krediti (fil-konfront ta' terzi) negozjati jew miksuba fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

(e)

Spiża (kkonvertita bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma denominati f'valuti barranin)

12

Telf ghas-sena

Valur nominali

OBBLIGAZZJONIJIET

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

2

Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi)

Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

Valur nominali

2.2

Faċilità ta' depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

2.3

Depożiti għal terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni

Valur nominali

2.4

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Valur nominali jew kost repo

2.5

Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali

Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali

3

Obbligazzjonijiet oħrajn għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro

Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo bil-maqlub simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-assi ‘Titoli ta' residenti fiż-żona tal-euro denominati f'euro’. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kontijiet kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost repo

4

Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE

Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Kost

Kull skont huwa ammortizzat

5

Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

5.2

Obbligazzjonijiet oħrajn

Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (Ara l-element tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

6

Obbligazzjonijiet għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro. Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

7

Obbligazzjonijiet għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

Kontijiet kurrenti. Obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8

Obbligazzjonijiet fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

8.1

Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

Kontijiet kurrenti Obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8.2

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

9

Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF

Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

10

Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema

10.1

Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin

Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominat f'euro

Valur nominali

10.2

Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

(a)

klejms netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv. Ara ukoll l-element tal-assi 9.3 ‘Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

(b)

klejms oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

11

Partiti fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro

Valur nominali

12

Passiv ieħor

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f'perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma' perjodu futur

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

12.3

Varji

(a)

Kontijiet sospiżi għat-taxxa Kreditu f'valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Tranżazzjonijiet repo ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 11.3 tal-assi ‘Assi finanzjarji oħrajn’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta' riżerva. Partiti minuri oħra. Obbligazzjonijiet fuq bażi fiduċjarja.

(a)

Valur nominali jew kost (repo)

(b)

Depożiti tad-deheb tal-klijent.

(b)

Valur tas-suq

(ċ)

Obbligazzjonijiet tal-pensjonijiet netti

(c)

Skont l-Artikolu 24(2)

13

Provvedimenti

(a)

Għar-rata tal-kambju barrani, rata ta' imgħax, riskji fil-kreditu u fil-prezz tad-deheb, u għal finijiet oħra, eż. spejjeż mistennija fil-futur u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ għal dak li jirrigwarda banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati.

(a)

Kost/valur nominali

(b)

Għal riskji tal-kontroparti jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja

(b)

Valur nominali (ibbażat fuq valutazzjoni fi tmiem is-sena mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE)

14

Kontijiet ta' rivalutazzjoni

(a)

Kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta' titoli denominati f'euro, għal kull tip ta' titoli denominati f'valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma' derivattivi tar-rata ta' imgħax; kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' caqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta' valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta' kambju barrani u SDRs

Kontijiet speċjali ta' rivalutazzjoni li joriġinaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fil-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati. Ara l-Artikolu 13(2)

(a)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

(b)

Ir-riżultati tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (assi) fir-rigward ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg, li hija l-pożizzjoni nett tas-subpartiti li ġejjin:

(i)

Qligħ u telf attwarjali fil-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju ddefinit;

(ii)

Ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (assi);

(iii)

Kull tibdil fl-effett tal-massimu tal-assi, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (assi)

(b)

Skont l-Artikolu 24(2)

15

Kapital u riżervi

15.1

Kapital

Kapital imħallas

Valur nominali

15.2

Riżervi

Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati

Valur nominali

16

Profitt għas-sena

Valur nominali”

(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(2)  Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus euro (riformulazzjoni) (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).

LINJI GWIDA

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/147

LINJA GWIDA (UE) 2015/1197 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta' Lulju 2015

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2015/24)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 (1) tistabbilixxi r-regoli għall-istandardizzar tal-kontabilità u r-rapportar finanzjarju ta' operazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali.

(2)

Jeħtieġ li jiġi kkjarifikat ir-rapportar finanzjarju ta' titoli maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonalili li jinxtraw bħala parti mill-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji stabbilit permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (2) bil-għan li jiġi żgurat ir-rapportar ta' dawn l-investimenti taħt il-partita tal-assi 7.1.

(3)

Huma meħtieġa wkoll ċerti bidliet tekniċi oħrajn fl-Anness IV tal-Linja Gwida BĊE/2010/20.

(4)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2010/20 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

Anness IV għal Linja Gwida BĊE/2010/20 huwa mibdul bl-Anness għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI

(1)  Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 31).

(2)  Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)(ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).

ANNESS

“ANNESS IV

REGOLI TA' KOMPOŻIZZJONI U REGOLI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ  (1)

ASSI

Partita tal-karta tal-bilanċ (2)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

Skop tal-applikazzjoni (3)

1

1

Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u pretensjonijiet biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purità fejn ikun hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

Obbligatorju

2

2

Pretensjonijiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

Pretensjonijiet kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

2.1

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bil-bilanċi f'euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f'euro għal spejjeż amministrattivi) jista' jiġi inkluż taħt din il-partita jew taħt il-partita ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'euro’

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)

SDRs

Investimenti f'SDRs (gross)

(b)

SDRs

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(ċ)

Pretensjonijiet oħrajn

Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta' self, self taħt arranġamenti speċjali ta' teħid ta' self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

(ċ)

Pretensjonijiet oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

2.2

2.2

Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(ċ)

Self barrani (depożiti) barra ż-żona tal-euro li mhuwiex dak li jaqa' taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(ċ)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin

Obbligatorju

(d)

Assi barranin oħrajn

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro

(d)

Assi barranin oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

3

3

Pretensjonijiet kontra residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

(a)

Investimenti f'titoli fiż-żona tal-euro minbarra dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħra’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro

(a)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)

Pretensjonijiet oħrajn kontra residenti taż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub, self varju

(b)

Pretensjonijiet oħrajn

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

4

4

Pretensjonijiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro

4.1

4.1

Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum. Tranżazzjonijiet repo bil-maqlub ta' assi konnessi mal-amministrazzjoni tat-titoli denominati f'euro

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Strumenti ta' ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorju

(ċ)

Self barra ż-żona tal-euro li mhuwiex dak li jaqa' taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(ċ)

Self barra ż-żona tal-euro

Depożiti skont il-valur nominali

Obbligatorju

(d)

Titoli maħruġin minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ u l-partita tal-assi 7.1 ‘Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja’, maħruġa minn entitajiet barra ż-żona tal-euro

Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż. il-Bank Ewropew tal-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, u mhux mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja

(d)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

4.2

4.2

Pretensjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

Obbligatorju

5

5

Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (4)

5.1

5.1

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

Tranżaz6zjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.2

5.2

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità ta' kull xahar u li normalment għandhom maturità ta' tliet xhur

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.3

5.3

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.4

5.4

Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.5

5.5

Faċilità ta' self marġinali

Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.6

5.6

Krediti relatati ma' sejħiet marġinali

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost

Obbligatorju

6

6

Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-attiv ‘Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona tal-euro u pretensjonijiet oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Talbiet oħra u operazzjonijiet mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Pretensjonijiet li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta' politika monetarja mibdijin minn BĊN qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew kost

Obbligatorju

7

7

Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro

7.1

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja

Titoli miżmuma għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta' dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta' rfinar

(a)

Titoli negozjabbli

Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

(i)

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Kost suġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt il-partita nru. 13(b) tal-passiv ‘Provvedimenti’)

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(b)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

7.2

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt il-partita nru. 7.1 tal-attiv ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja’ u taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità

(a)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(b)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(c)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(d)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorju

8

8

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro

Pretensjonijiet fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

Obbligatorju

9

Pretensjonijiet intra-Eurosistema+)

9.1

Interess parteċipanti fil-BĊE+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Is-sehem ta' kull BĊN fil-kapital tal-BĊE skont it-Trattat u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ

Kost

Obbligatorju

9.2

Pretensjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Pretensjonijiet denominati f'euro kontra l-BĊE fir-rigward ta' trasferimenti inizjali u addizzjonali ta' riżervi barranin taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ

Valur nominali

Obbligatorju

9.3

Pretensjonijiet marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss

Pretensjonijiet intra-Eurosistema fil-konfront ta' BĊNi, li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

Obbligatorju

9.4

Pretensjonijiet nett marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+),  (*)

Għall-BĊNi: kreditu nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus i.e. inklużi l-bilanċi interni għall-Eurosistema relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kompensatorju u l-entrata tal-bilanċ tal-kontabilità kif iddefinita mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23 (5)

Għall-BĊE: pretensjonijiet relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

Obbligatorju

9.5

Pretensjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)+)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

(a)

pretensjonijiet netti li jirriżultaw mill-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-pretensjonijiet u l-passiv — ara wkoll il-partita nru. 10.4 tal-passiv ‘Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

pretensjoni li tirriżulta minħabba differenza bejn id-dħul monetarju li jrid jiġi aggregat u dak li jrid jitqassam mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn ir-reġistrazzjoni tad-dħul monetarju bħala parti mill-proċeduri fi tmiem is-sena, u l-pagament tiegħu fl-aħħar jum tax-xogħol f'Jannar ta' kull sena

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

(ċ)

pretensjonijiet oħrajn intra-Eurosistema denominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni provviżorja tad-dħul tal-BĊE (*)

(ċ)

Valur nominali

Obbligatorju

9

10

Partiti fil-proċess tas-saldu

Bilanċi fil-kont tas-saldu (pretensjonijiet), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

Obbligatorju

9

11

Assi oħrajn

9

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti euro jekk BĊN ma jkunx l-emittent legali

Valur nominali

Obbligatorju

9

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Irrakkomandat

Rati ta' deprezzament:

kompjuters u hardware/software relatati, u vetturi bil-mutur: 4 snin

apparat, għamara u impjanti fil-bini 10 snin

nefqa f'bini u f'rinovazzjoni ewlenija kkapitalizzata. 25 sena

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT: mingħajr kapitalizzazzjoni)

9

11.3

Assi finanzjarji oħrajn

Interessi parteċipanti u investimenti f'sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/ta' politika

Titoli, inklużi ishma azzjonarji, u strumenti u bilanċi finanzjarji oħra (eż. depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti), miżmumin bħala portafoll immarkat

Tranżazzjonjiet repo bil-maqlub ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mal-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt din il-partita

(a)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

Irrakkomandat

(b)

Interessi parteċipanti u ishma ta' ekwità mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta' ekwità oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Irrakkomandat

(c)

Investiment f'sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-assi nett

Irrakkomandat

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Irrakkomandat

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Irrakkomandat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Irrakkomandat

(g)

Bilanċi ma' banek u self

Valur nominali, mibdul bir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma denominati f'valuti barranin

Irrakkomandat

9

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

9

11.5

Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsin minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu)

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

Obbligatorju

9

11.6

Varji

Avvanzi, self u partiti minuri oħra.

Kontijiet ta' sospiża tar-rivalutazzjoni (l-unika partita tal-karta tal-bilanċ matul is-sena: telf mhux realizzat fid-dati ta' rivalutazzjoni matul is-sena, li mhumiex koperti mill-kontijiet ta' rivalutazzjoni rispettivi taħt il-partita tal-passiv ‘Kontijiet ta' rivalutazzjoni’). Self mogħti fuq bażi fiduċjarja Investimenti marbutin ma' depożiti ta' deheb tal-klijent Muniti denominati f'unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-euro. Spiża kurrenti (telf akkumulat nett), telf tas-sena ta' qabel il-kopertura Assi nett tal-pensjoni

Valur nominali jew kost

Irrakkomandat

Kontijiet temporanji tar-rivalutazzjoni

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorju

Investimenti marbutin ma' depożiti ta' deheb tal-klijent

Valur tas-suq

Obbligatorju

Pretensjonijiet pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema

Pretensjonijiet pendenti (minn inadempjenzi)

Valur nominali/li jista' jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf)

Obbligatorju

Assi jew pretensjonijiet (fil-konfront ta' terzi) negozjati u/jew miksubin fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

Assi jew talbiet (minn inadempjenzi)

Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma ddenominati f'valuti barranin)

Obbligatorju

12

Telf ghas-sena

Valur nominali

Obbligatorju

OBBLIGAZZJONIJIET

Partita tal-karta tal-bilanċ (7)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni (**)

1

1

Karti tal-flus f'ċirkolazzjoni  (6)

(a)

Karti tal-flus euro, b'żieda/tnaqqis tal-aġġustamenti relatati mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 u d-Deċiżjoni BĊE/2010/29

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

Karti tal-flus denominati f'unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona tal-euro matul is-sena li nbidlu l-flus

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

2

2

Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti nru. 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

2.1

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi)

Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

Valur nominali

Obbligatorju

2.2

2.2

Faċilità ta' depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

Obbligatorju

2.3

2.3

Depożiti għal terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni

Valur nominali

Obbligatorju

2.4

2.4

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

2.5

2.5

Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali

Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali

Obbligatorju

3

3

Passiv ieħor għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro

Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo bil-maqlub simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-assi ‘Titoli ta' residenti fiż-żona tal-euro denominati f'euro’. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kont kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. Kull passiv/depożitu li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' politika monetarja mibdijin minn bank ċentrali qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

4

4

Ċertifikati ta' dejn maħruġin

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss — għall-BĊNi partita tranżitorja tal-karta tal-bilanċ.

Ċertifikati ta' dejn kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Kost

Kull skont huwa ammortizzat

Obbligatorju

5

5

Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro

5.1

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

Obbligatorju

5.2

5.2

Passiv ieħor

Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (ara l-partita nru. 2.1 tal-passiv ‘Kontijiet kurrenti’); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba

Valur nominali

Obbligatorju

6

6

Passiv għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro.

Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

7

7

Passiv għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

Kontijiet kurrenti, passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

8

8

Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

8.1

8.1

Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

8.2

8.2

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

9

9

Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF

Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq

Obbligatorju

10

Passiv intra-Eurosistema+)

10.1

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin+)

Partita fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss denominat f'euro

Valur nominali

Obbligatorju

10.2

Passiv relatat mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Passiv intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊE li jirriżulta mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

Obbligatorju

10.3

Obbligazzjonijiet netti marbuta mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+),  (6)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Għall-BĊNi: passiv nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta' karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta' bilanċ, kif definiti mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23

Valur nominali

Obbligatorju

10.4

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (netti)+)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

(a)

obbligazzjonijiet netti li jirriżultaw minn bilanċi ta' kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti ta' BĊNi i.e. iċ-ċifra netta tal-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet — ara wkoll il-partita nru. 9.5 tal-assi ‘Pretensjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)’

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

obbligazzjoni li tirriżulta minħabba differenza bejn id-dħul monetarju li jrid jiġi aggregat u dak li jrid jitqassam mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn l-entrata tad-dħul monetarju bħala parti mill-proċeduri ta' tmiem is-sena, u l-ħlas tiegħu fl-aħħar jum tax-xogħol f'Jannar ta' kull sena

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

(ċ)

obbligazzjonijiet oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni provviżorja tad-dħul tal-BĊE (**)

(ċ)

Valur nominali

Obbligatorju

10

11

Partiti fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro

Valur nominali

Obbligatorju

10

12

Passiv ieħor

10

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

10

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f'perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma' perjodu futur

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

Obbligatorju

10

12.3

Varji

Kontijiet provviżorji għat-taxxa. Kreditu f'valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Tranżazzjonijiet repo ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 11.3 tal-assi ‘Assi finanzjarji oħrajn’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta' riżerva. Partiti minuri oħra. Dħul kurrenti (profitt akkumulat nett), profitt tas-sena preċedenti qabel id-distribuzzjoni. Obbligazzjonijiet fuq bażi fiduċjarja. Depożiti tad-deheb tal-klijent. Muniti f'ċirkolazzjoni fil-każ li xi BĊN ikun l-emittent legali. Karti tal-flus f'ċirkolazzjoni denominati f'unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona tal-euro li m'għadhomx valuta legali iżda li għadhom f'ċirkolazzjoni wara s-sena tal-bidla għall-euro, jekk mhux murijin taħt il-partita tal-obbligazzjonijiet ‘Provvedimenti’. Obbligazzjonijiet tal-pensjoni netti

Valur nominali jew kost (repo)

Irrakkomandat

Depożiti f'deheb tal-konsumatur

Valur tas-suq

Depożiti f'deheb tal-konsumatur: obbligatorju

10

13

Provvedimenti

(a)

Għal pensjonijiet, għar-rata tal-kambju, għar-riskji tar-rata tal-imgħax u tal-prezz tad-deheb, u għal skopijiet oħra eż. spejjeż futuri mistennija, provvedimenti għal unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-euro li jkunu spiċċaw bħala valuta legali imma li jkunu għadhom f'ċirkolazzjoni wara s-sena tat-tibdil tal-flus kontanti jekk dawn il-karti tal-flus ma jidhrux taħt il-partita nru. 12.3 tal-obbligazzjonijiet ‘Obbligazzjonijiet oħrajn/Varji’

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita nru. 9.1 tal-attiv ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

(a)

Kost/valur nominali

Irrakkomandat

(b)

Għal riskji tal-kontroparti jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

11

14

Kontijiet ta' rivalutazzjoni

Kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta' titoli denominati f'euro, għal kull tip ta' titoli denominati f'valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma' derivattivi tar-rata ta' imgħax; kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' caqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta' valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta' kambju barrani u SDRs

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita tal-assi nru. 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorju

12

15

Kapital u riżervi

12

15.1

Kapital

Kapital imħallas — il-kapital tal-BĊE huwa kkonsolidat bl-ishma kapitali tal-BĊNi

Valur nominali

Obbligatorju

12

15.2

Riżervi

Riżervi legali u riżervi oħra. Qligħ miżmum

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita nru. 9.1 tal-assi ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

Valur nominali

Obbligatorju

10

16

Profitt għas-sena

Valur nominali

Obbligatorju

(*)  Partiti li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta' din il-Linja Gwida

(1)  L-iżvelar b'rabta mal-karti tal-flus euro f'ċirkolazzjoni, ir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet/passiv nett intra-Eurosistema li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta' karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema, u d-dħul monetarju għandhom ikunu armonizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ppubblikati mill-BĊNi. Il-partiti li jridu jiġu armonizzati huma indikati b'asterisk fl-Annessi IV, VIII u IX.

(2)  In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta' bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa tal-Eurosistema.

(3)  Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' valutazzjoni elenkati f'dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u l-passiv materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema, jiġifieri relevanti għall-operat tal-Eurosistema.

(4)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(5)  Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17).

(6)  Partiti li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta' din il-Linja Gwida

(7)  In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta' bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa tal-Eurosistema.

(**)  Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' valutazzjoni elenkati f'dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u l-passiv materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema, jiġifieri relevanti għall-operat tal-Eurosistema.”