ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1176 tas-17 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
18.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1176
tas-17 ta' Lulju 2015
li japprova s-sustanza attiva virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-30 ta' Lulju 2012 il-Belġju rċieva applikazzjoni mingħand De Ceuster NV għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906. F'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, il-Belġju, bħala l-Istat Membru relatur, fl-10 ta' Jannar 2013 innotifika lill-Kummissjoni dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni. |
(2) |
Fit-8 ta' Jannar 2014, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”), fejn ġie vvalutat jekk dik is-sustanza attiva hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(3) |
L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F'konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din talbet li l-applikant iforni informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. F'Ottubru 2014, il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur tresqet quddiem l-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni. |
(4) |
Fid-19 ta' Diċembru 2014, l-Awtorità kkomunikat il-konklużjonijiet tagħha dwar jekk is-sustanza attiva virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906 hix mistennija li tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2) lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. L-Awtorità għamlet il-konklużjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku. |
(5) |
Fl-20 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, ir-rapport ta' eżami għall-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906 u abbozz ta' Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni tal-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906. |
(6) |
L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta' eżami. |
(7) |
Fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta' eżami, ġie stabbilit li l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jistgħu jitqiesu li huma ssodisfati. Għaldaqstant hija xierqa l-approvazzjoni tal-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906. |
(8) |
Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ, madankollu, li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. |
(9) |
Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906 hija sustanza attiva b'riskju baxx. Il-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906 mhijiex sustanza ta' tħassib u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906 hija razza (arblu) ta' virus tal-pjanti li sseħħ b'mod naturali. Il-virus tal-pjanti ma jirreplikax barra miċ-ċelluli tal-pjanta, ma jkollux struttura ċellulari u ma jipproduċix metaboliti. Mhuwiex patoġeniku għall-bnedmin jew għall-annimali. L-esponiment addizzjonali tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent bl-użi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa mistenni li jkun negliġibbli meta mqabbel mal-esponiment mistenni permezz ta' sitwazzjonijiet naturali realistiċi. |
(10) |
Għaldaqstant hija xierqa l-approvazzjoni tal-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906 bħala sustanza b'riskju baxx. F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta' sustanza attiva
Is-sustanza attiva virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA Journal 2015;13(1):3977 Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
Virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906 GenBank, numru tal-adeżjoni JN835466 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Mhux applikabbli |
konċentrazzjoni minima 5 × 105 kopji ta' ġenomi virali għal kull μL |
Is-7 ta' Awwissu 2015 |
Is-7 ta' Awwissu 2030 |
Jista' jkun awtorizzat biss l-użu fis-serer. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif hemm referenza fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tar-rapport ta' eżami dwar il-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906, u b'mod partikolari tal-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, u jqisu li l-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906 għandu jitqies bħala sensitizzatur potenzjali. Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. Il-produttur għandu jiżgura li jkun hemm manutenzjoni stretta tal-kundizzjonijiet ambjentali kif ukoll analiżi tal-kontrolli tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' eżami.
ANNESS II
Fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (*1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
“4 |
Virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906 GenBank, numru tal-adeżjoni JN835466 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Mhux applikabbli |
konċentrazzjoni minima 5 × 105 kopji ta' ġenomi virali għal kull μL |
Is-7 ta' Awwissu 2015 |
Is-7 ta' Awwissu 2030 |
Jista' jkun awtorizzat biss l-użu fis-serer. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif hemm referenza fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tar-rapport ta' eżami dwar il-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906, u b'mod partikolari tal-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, u jqisu li l-virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906 għandu jitqies bħala sensitizzatur potenzjali. Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. Il-produttur għandu jiżgura li jkun hemm manutenzjoni stretta tal-kundizzjonijiet ambjentali kif ukoll analiżi tal-kontrolli tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.” |
(*1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' eżami.
18.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1177
tas-17 ta' Lulju 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
211,3 |
MK |
39,0 |
|
ZZ |
125,2 |
|
0707 00 05 |
TR |
137,2 |
ZZ |
137,2 |
|
0709 93 10 |
TR |
113,5 |
ZZ |
113,5 |
|
0805 50 10 |
AR |
111,5 |
LB |
87,7 |
|
TR |
109,0 |
|
UY |
130,6 |
|
ZA |
133,8 |
|
ZZ |
114,5 |
|
0808 10 80 |
AR |
95,4 |
BR |
111,0 |
|
CH |
142,8 |
|
CL |
118,3 |
|
NZ |
157,6 |
|
US |
165,6 |
|
UY |
155,7 |
|
ZA |
124,9 |
|
ZZ |
133,9 |
|
0808 30 90 |
AR |
109,3 |
CL |
146,8 |
|
NZ |
307,3 |
|
ZA |
128,9 |
|
ZZ |
173,1 |
|
0809 10 00 |
TR |
247,3 |
ZZ |
247,3 |
|
0809 29 00 |
CA |
1 187,7 |
TR |
228,2 |
|
US |
493,3 |
|
ZZ |
636,4 |
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
142,5 |
ZZ |
142,5 |
|
0809 40 05 |
BA |
80,6 |
IL |
133,1 |
|
ZZ |
106,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
18.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1178
tas-17 ta' Lulju 2015
li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill-1 sas-7 ta' Lulju 2015 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Lulju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 huma iktar mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Lulju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 huma iktar mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006, flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu. |
(4) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill-1 sas-7 ta' Lulju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma mogħtija fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma mogħtija fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
PARTI A
Numru tal-grupp |
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 (%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 (f'kg) |
1 |
09.4211 |
0,362538 |
— |
2 |
09.4212 |
0,734532 |
— |
4A |
09.4214 |
0,696278 |
— |
09.4251 |
0,792129 |
— |
|
09.4252 |
— |
7 224 290 |
|
6A |
09.4216 |
0,371886 |
— |
09.4260 |
0,458718 |
— |
|
7 |
09.4217 |
— |
22 177 600 |
8 |
09.4218 |
— |
6 957 600 |
PARTI B
Numru tal-grupp |
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 (%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 (f'kg) |
5A |
09.4215 |
0,567537 |
— |
09.4254 |
1,460433 |
— |
|
09.4255 |
6,211209 |
— |
|
09.4256 |
— |
3 050 002 |
DEĊIŻJONIJIET
18.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/11 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/1179 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Lulju 2015
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2015/000 TA 2015 — Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b' mod partikolari tal-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jsostni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li jaħdmu għal rashom u li jkunu waqqfu l-attività tagħhom b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
(2) |
Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jipprevedi li fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni kull sena jista' jintuża 0,5 % tal-ammont massimu annwali għall-għajnuna teknika. |
(4) |
Il-FEG għandu, għaldaqstant, jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 630 000 għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2015, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 630 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u f'approprjazzjonijiet ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta' Lulju 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.).
18.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/13 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/1180 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Lulju 2015
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (għargħar fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fl-Italja)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari tal-punt 11 tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
billi:
(1) |
Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn katastrofi. |
(2) |
Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
(3) |
Ir-Rumanija ppreżentat żewġ applikazzjonijiet bl-għan li jimmobilizzaw il-Fond rigward l-għargħar. |
(4) |
Il-Bulgarija ppreżentat applikazzjoni bl-għan li timmobilizza l-Fond rigward l-għargħar. |
(5) |
L-Italja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond rigward għargħar. |
(6) |
Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 66 505 850 fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati mir-Rumanija, mill-Bulgarija u mill-Italja. |
(7) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li jieħu l-Fond biex jiġi mobilizzat, din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2015, għandha tiġi mobilizzata somma ta' EUR 66 505 850 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament taħt l-intestatura tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tapplika mit-8 ta' Lulju 2015.
Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta' Lulju 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.).
18.7.2015 |
EN |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/15 |
COUNCIL IMPLEMENTING DECISION (EU) 2015/1181
of 17 July 2015
on granting short-term Union financial assistance to Greece
THE COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION,
Having regard to the Treaty on the Functioning of the European Union,
Having regard to Council Regulation (EU) No 407/2010 of 11 May 2010 establishing a European financial stabilisation mechanism (1), and in particular Article 3(2) thereof,
Having regard to the proposal from the European Commission,
Whereas:
(1) |
Greece has requested new financial assistance from the European Stability Mechanism (“ESM”) and there is an agreement in principle to provide the requested assistance. |
(2) |
However, Greece needs bridge financing until such assistance can be put into place, in order to preserve the integrity of the euro area, preserve financial stability and avoid further default on its repayment obligations. In view of the severe economic and financial disturbance caused by exceptional circumstances beyond the control of the Government, Greece officially requested some urgent financial assistance from the Union on 15 July 2015 with a view to safeguarding financial stability in Greece, the euro area and the Union. The assistance to be granted to Greece by the ESM will be used to repay the loan received by Greece under the European Financial Stability Mechanism (“EFSM”). |
(3) |
The draft economic and financial adjustment programme (the “Programme”) submitted by Greece to the Commission and to the Council aims to ensure the adoption of a set of reforms needed to improve the sustainability of public finances and the regulatory environment. |
(4) |
The assessment by the Commission, in liaison with the European Central Bank (“ECB”), is that Greece needs financing of a total amount of EUR 7 160 million over the month of July 2015. The detailed financial terms should be laid down in a Loan Facility Agreement. |
(5) |
The Union financial assistance should be managed by the Commission. |
(6) |
Greece submitted to the Commission and to the Council the Programme aiming to ensure the adoption of a set of reforms needed to improve the sustainability of public finances and the regulatory environment. On 15 July 2015, an agreement was reached at services level between the Government and the Commission in respect of the Programme, to be laid down in a Memorandum of Understanding on Specific Economic Policy Conditionality (the “Memorandum of Understanding”). |
(7) |
The Commission should verify at regular intervals that the economic policy conditions attached to the assistance are fulfilled, through missions and regular reporting by the Greek authorities. |
(8) |
The assistance should be provided with a view to supporting the successful implementation of the Programme. |
(9) |
The euro area Member States have communicated their commitment to reimburse jointly and promptly through a dedicated arrangement each non euro area Member State for the amount that that non euro area Member State has paid in own resources corresponding to the use of the general budget of the Union in cases of losses stemming from a Union financial assistance to a euro area Member State under Regulation (EU) No 407/2010. Appropriate arrangements will also be put in place so as to ensure the absence of over-compensation of non euro area Member States, when instruments to protect the general budget of the Union, including the recovery of debt, where necessary by offsetting amounts receivable and payments over time, are activated. |
(10) |
The EFSM loan is guaranteed by the general budget of the Union. In case of default under this loan, the Commission can call additional funds in excess of its assets taking into account any surplus cash balances, to service the Union's debt. Regulation (EU, Euratom) No 966/2012 of the European Parliament and of the Council (2) (the “Financial Regulation”) applicable to the general budget of the Union and its detailed rules foresee instruments to protect the Union budget including the recovery of debt, where necessary by offsetting amounts receivable and payments over time. The Commission will apply these instruments, |
HAS ADOPTED THIS DECISION:
Article 1
1. The Union shall make available to Greece a loan amounting to a maximum of EUR 7 160 million, with a maximum maturity of three months.
2. Union financial assistance under this Decision shall not be made available unless liquid collateral amounting to their exposure has been provided to those Member States whose currency is not the euro under legally binding arrangements such that it is immediately payable to them to the extent required to cover any liability they may incur as a result of any failure by Greece to repay the financial assistance in accordance with its terms.
3. The financial assistance shall be made available immediately after the entry into force of this Decision.
4. The Union financial assistance shall be made available by the Commission to Greece in up to two instalments.
5. The instalments shall be released subject to the entry into force of the Loan Agreement and the Memorandum of Understanding, and compliance by Greece with the relevant policy conditionality, in accordance with Article 3.
6. Greece shall pay the cost of funding of the Union, with a mark-up of ten basis points.
7. The costs referred to in Article 7 of Regulation (EU) No 407/2010 shall be charged to Greece.
8. If required, in order to finance the loan in time, the Commission shall be allowed to borrow via a private placement of notes or via any other appropriate financial arrangement that allows it to raise funds at very short term.
Article 2
1. The assistance shall be managed by the Commission in a manner consistent with Greece's undertakings.
2. The Commission, in consultation with the ECB, shall agree with the Greek authorities the specific economic policy conditions attached to the financial assistance as set out in Article 3. Those conditions shall be laid down in the Memorandum of Understanding, which shall be signed by the Commission and the Greek authorities consistent with the undertakings referred to in paragraph 1 of this Article. The detailed financial terms shall be laid down in a Loan Facility Agreement to be concluded with the Commission.
3. The Commission shall verify at regular intervals that the economic policy conditions attached to the assistance are fulfilled, and report to the Economic and Financial Committee. To this end, the Greek authorities shall cooperate in full with the Commission and the ECB, and shall place all the necessary information at their disposal. The Commission shall keep the Economic and Financial Committee informed of all relevant developments.
Article 3
1. The economic and financial adjustment programme (the “Programme”) prepared by the Greek authorities is hereby approved.
2. The disbursement of the assistance shall be conditioned on Greece's:
(i) |
adopting the measures mentioned in the Programme as having 15 July 2015 as the deadline for adoption; |
(ii) |
taking unambiguous steps to prepare the implementation of the other policy conditions listed in the Programme; and |
(iii) |
obtaining the agreement in principle from ESM members under Article 13(2) of the Treaty establishing the European Stability Mechanism to provide financial assistance to Greece. |
3. Greece shall adopt in a timely manner the measures indicated below:
|
VAT system
|
|
Pensions
|
|
Statistical governance
|
|
Implementation of the Treaty on Stability, Coordination and Governance (TSCG) in the EMU
|
Article 4
Greece shall open a special account with the Bank of Greece for the management of the Union financial assistance.
Article 5
This Decision shall take effect upon notification.
Article 6
This Decision is addressed to the Hellenic Republic.
Article 7
This Decision shall be published in the Official Journal of the European Union.
Done at Brussels, 17 July 2015.
For the Council
The President
J. ASSELBORN
(1) OJ L 118, 12.5.2010, p. 1.
(2) Regulation (EU, Euratom) No 966/2012 of the European Parliament and of the Council of 25 October 2012 on the financial rules applicable to the general budget of the Union and repealing Council Regulation (EC, Euratom) No 1605/2002 (OJ L 298, 26.10.2012, p. 1).
18.7.2015 |
EN |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/19 |
COUNCIL IMPLEMENTING DECISION (EU) 2015/1182
of 17 July 2015
approving the adjustment programme of Greece
THE COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION,
Having regard to the Treaty on the Functioning of the European Union,
Having regard to Regulation (EU) No 472/2013 of the European Parliament and of the Council of 21 May 2013 on the strengthening of economic and budgetary surveillance of Member States in the euro area experiencing or threatened with serious difficulties with respect to their financial stability (1), and in particular Article 7(2) thereof,
Having regard to the proposal from the European Commission,
Whereas:
(1) |
Regulation (EU) No 472/2013 sets rules for the approval of a macro-economic adjustment programme for a Member State in receipt of financial assistance, including from the European Financial Stabilisation Mechanism (EFSM). These rules need to be consistent with the provisions of Council Regulation (EU) No 407/2010 (2) establishing the EFSM. |
(2) |
Greece has been granted financial assistance from the EFSM by Council Implementing Decision (EU) 2015/1181 (3) on granting short-term Union financial assistance to Greece. |
(3) |
For reasons of consistency, the approval of the macroeconomic adjustment programme for Greece under Regulation (EU) No 472/2013 should be done by reference to the relevant provisions of Implementing Decision (EU) 2015/1181, |
HAS ADOPTED THIS DECISION:
Article 1
The measures specified in Article 3(3) of Implementing Decision (EU) 2015/1181 to be taken by Greece as part of its adjustment programme are hereby approved.
Article 2
This Decision shall take effect upon the date of its notification.
Article 3
This Decision is addressed to the Hellenic Republic.
Article 4
This Decision shall be published in the Official Journal of the European Union.
Done at Brussels, 17 July 2015.
For the Council
The President
J. ASSELBORN
(1) OJ L 140, 27.5.2013, p. 1.
(2) Council Regulation (EU) No 407/2010 of 11 May 2010 establishing a European financial stabilisation mechanism (OJ L 118, 12.5.2010, p. 1).
(3) See page 15 of this Official Journal.
18.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/20 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1183
tas-17 ta' Lulju 2015
li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 jipprovdi li l-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà ġenerali tal-programm EGNOS u jikkonferixxi lilha setgħat ta' implimentazzjoni biex tiddetermina l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali meħtieġa għall-evoluzzjoni tas-sistema EGNOS. |
(2) |
Is-sistema EGNOS diġà evolviet, peress li l-verżjoni 1 ġiet introdotta fis-snin 2000, u din ġiet segwita mill-verżjoni 2 fl-2009. It-tliet servizzi offruti mis-sistema, jiġifieri s-servizz miftuħ, is-servizz għat-tixrid ta' dejta kummerċjali (“EDAS”) u s-servizz ta' Safety-of-Life (“SoL”) (servizz ta' sikurezza tal-ħajja) definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 saru operazzjonali fit-30 ta' Ottubru 2009, fis-26 ta' Lulju 2012 u fit-12 ta' Marzu 2011 rispettivament. |
(3) |
Sabiex jikkonformaw mal-karatteristiċi u jissodisfaw l-għanijiet speċifiċi tal-programm EGNOS imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013, issa jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tal-verżjoni 3 tas-sistema. Din il-verżjoni 3, li għandha tibda titħaddem fis-snin 2020, se tkun aħjar mill-verżjoni 2 għaliex, f'termini tekniċi, għandha tinkludi, min-naħa waħda l-monitoraġġ u l-korrezzjoni tas-sinjali tas-servizz miftuħ offruti mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo, u min-naħa l-oħra l-użu ta' frekwenza doppja, kemm għas-sistema tal-GPS kif ukoll għal dik tal-programm Galileo. |
(4) |
L-evoluzzjoni teknika tal-verżjoni 2 għall-verżjoni 3 għandha ttejjeb il-kopertura ġeografika tat-tliet servizzi offruti mis-sistema u ttejjeb il-prestazzjoni tagħhom. |
(5) |
Fir-rigward ta' kopertura ġeografika, l-evoluzzjoni tas-sistema għandu jkollha l-għan, l-ewwel u qabel kollox, li tiggarantixxi l-kopertura tat-territorji kollha tal-Istati Membri tal-UE li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa, inklużi l-Ażores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira. L-estensjoni ta' din il-kopertura lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri tal-UE biex tinkludi l-pajjiżi kandidati tal-UE u l-pajjiżi involuti fil-Politika Ewropea tal-Viċinat għandha tkun possibbli wkoll, sakemm din tkun teknikament fattibbli u abbażi ta' ftehimiet internazzjonali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013. |
(6) |
Il-prestazzjoni fil-verżjoni 3 tas-sistema, l-aktar dik tas-servizz “SoL”, għandha tkun aħjar minn dik fil-verżjoni 2. |
(7) |
Għas-servizz miftuħ, it-titjib fil-prestazzjoni għandu jinvolvi l-forniment ta' dejta preċiża f'termini tal-kejl tal-ħin, bħad-differenzi bejn il-ħin użat mill-EGNOS, min-naħa waħda, u l-ħin UTC u dak tas-sistema GPS min-naħa l-oħra. |
(8) |
Għas-servizz “EDAS”, dan it-titjib għandu fuq kollox iservi biex il-ħin ta' trażmissjoni tad-dejta jitnaqqas għal żewġ sekondi, kif ukoll biex jitnaqqas il-perjodu ta' żmien li matulu dan is-servizz ma jkunx disponibbli. |
(9) |
Madankollu, it-titjib fil-prestazzjoni miksub mill-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS għandu jikkonċerna l-aktar is-servizz “SoL”, b'mod partikolari għas-setturi tal-avjazzjoni ċivili u tat-trasport marittimu. |
(10) |
Għall-avjazzjoni ċivili u sabiex jiġu ssodisfati b'mod adegwat il-ħtiġijiet tan-navigazzjoni tal-ajru, b'mod partikolari fir-rigward tal-ottimizzazzjoni tal-fluss tat-traffiku bejn diversi żoni ġeografiċi, il-verżjoni 3 għandha tipprovdi servizz ġdid “Cat I Precision Approach” minbarra t-tliet servizzi diġà offruti fil-verżjoni 2, jiġifieri s-servizzi “En-Route — Non precision Approach”, “Approach with Vertical Guidance APV-I” u “LPV 200 Approach”. Barra minn hekk, id-disponibbiltà tas-servizz “LPV 200 Approach” għandha tiżdied b'mod sinifikanti peress li l-perjodu li matulu dan is-servizz ikun disponibbli għandu jkun fil-medda ta' bejn 0,99 u 0,999. |
(11) |
Fl-avjazzjoni ċivili, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li s-servizz “SoL” ikompli jikkonforma mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 (2). Fil-fatt, kif stabbilit fil-premessa 14 ta' dan ir-Regolament, il-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom joperaw f'konformità mal-istandards rilevanti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, sakemm issir it-traspożizzjoni sħiħa tal-istandards ta' dik l-organizzazzjoni internazzjonali fil-liġi tal-UE. |
(12) |
Għat-trasport marittimu, il-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS għandha tintroduċi s-servizz “SoL” f'konformità mal-istandards internazzjonali stabbiliti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, li jippermettu applikazzjonijiet EGNOS ġodda li, minħabba li jkunu aktar preċiżi jżidu l-effettività u sikurezza ta' dan is-settur. Għal dan l-għan u meta jitqiesu l-limiti inerenti għan-navigazzjoni qrib il-kosta, fl-approċċ u d-dħul fil-portijiet, l-estensjoni tas-servizz “SoL” għas-settur marittimu għandha, b'mod partikolari, tipprovdi livell għoli ħafna ta' disponibbiltà, ta' aktar minn 0,998 fuq skala ta' bejn 0 u 1, filwaqt li jiġu ggarantiti l-integrità tas-servizz f'intervall ta' inqas minn għaxar sekondi u preċiżjoni laterali ta' inqas minn 10 metri. |
(13) |
Barra minn hekk, sabiex ma jaffettwawx lill-utenti EGNOS jew jikkompromettu l-applikazzjonijiet kummerċjali attwali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tal-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS għandhom ikunu kompatibbli ma' dawk tal-verżjoni 2 sabiex ma jipperikolawx ir-riżultati miksuba s'issa, jew jiddegradaw l-użi possibbli attwali, u dan għad-detriment tal-utenti. |
(14) |
Sabiex l-evoluzzjoni teknika tal-verżjoni 2 għall-verżjoni 3 tas-sistema tkun kompleta, għandhom jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali stipulati fl-Anness. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tal-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 271, 18.10.2011, p. 23).
ANNESS
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI U OPERAZZJONALI
1. Karatteristiċi ewlenin tal-EGNOS v3 miżmuma, imtejba jew miżjuda meta mqabbel mal-EGNOS v2
|
EGNOS v2 |
EGNOS v3 |
||||||||||||||
Modalitajiet tar-riċevituri |
|
|
||||||||||||||
Servizzi speċifiċi għall-Avjazzjoni |
|
|
||||||||||||||
Servizzi speċifiċi għat-Trasport Marittimu |
mhux applikabbli |
|
||||||||||||||
Il-kapaċità tas-sistema biex tiġi replikata |
iva |
iva |
||||||||||||||
Il-kompatibbiltà tal-prestazzjoni tas-servizzi fil-livell tal-utent vs. dik tal-verżjoni preċedenti |
mhux applikabbli |
iva |
||||||||||||||
Il-limitazzjoni tas-servizzi (1) |
|
xejn (2) |
2. Speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tas-servizz miftuħ
|
Servizz miftuħ |
||||
Preċiżjoni laterali (95 %) |
3 m |
||||
Preċiżjoni vertikali (95 %) |
4 m |
||||
Disponibbiltà OS |
0,99 |
||||
Żona tas-Servizz |
SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
||||
Garanzija tas-servizz |
Le |
||||
Aċċessibbiltà |
|
|
Servizz tal-kejl tal-ħin |
||||
Preċiżjoni tal-ħin tan-Netwerk EGNOS imqabbel mal-ħin tas-sistema UTC |
20 ns 3sigma |
||||
Preċiżjoni tal-ħin tan-Netwerk EGNOS imqabbel mal-ħin tas-sistema GPS |
Massimu 50 s |
||||
Disponibbiltà tas-servizz tal-kejl tal-ħin |
99 % |
||||
Garanzija tas-servizz |
Le |
||||
Aċċessibbiltà |
|
3. Speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tas-Servizz tal-Aċċess għad-Dejta EGNOS (EDAS)
|
EDAS |
|
Speċifikazzjonijiet tas-servizz |
Prodotti pprovduti direttament mis-sistema |
Dejta mhux ipproċessata RIMS |
Dejta dwar il-messaġġi tal-EGNOS |
||
Dejta dwar l-istat tas-saħħa tal-EGNOS |
||
Latenza (3) |
2 sekondi |
|
Disponibbiltà |
0,999 |
|
Aċċessibbiltà |
Prodotti pprovduti lill-utenti aħħarin permezz ta' fornituri ta' servizzi speċifiċi konnessi mas-server EGNOS |
|
Speċifikazzjonijiet tas-server |
Arkitettura sikura għal aċċess dinji Konnettività b'wisà tal-banda suffiċjenti |
4. Speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tas-servizz “SoL”
4.1. Servizz tal-avjazzjoni (4)
|
En-route — Non Precision Approach |
Approach with Vertical Guidance APV-I (legacy service) |
LPV 200 Approach |
Cat I Precision Approach |
Standards |
Anness V, punt 3(a) tar-Regolament (UE) Nru 1035/2011, kif applikabbli |
|||
Preċiżjoni laterali |
220 m |
16 m |
16 m |
16 m |
Preċiżjoni vertikali |
Mhux applikabbli |
20 m |
4 m |
4 m |
VNSE — mingħajr difetti |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
10 m bi probabbiltà ta' 10– 7/150 s |
Mhux applikabbli |
VNSE — ħsara fis-sistema |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
15 m bi probabbiltà ta' 10– 5/150 s |
Mhux applikabbli |
Riskju għall-integrità |
1,10– 7/siegħa |
2,10– 7/150 s |
2,10– 7/150 s |
2,10– 7/150 s |
Ħin tal-Allarm |
10 s |
10 s |
6 s |
6 s |
HAL |
556 m |
40 m |
40 m |
40 m |
VAL |
Mhux applikabbli |
50 m |
35 m |
10 m |
Riskju għall-kontinwità |
1,10– 5/siegħa |
8,10– 6/15 s |
8,10– 6/15 s |
8,10– 6/15 s |
Disponibbiltà tas-servizz “SOL” (5) |
0,999 |
0,99 |
minn 0,99 sa 0,999 |
0,99 |
Żona tas-servizz |
Reġjuni ta' Informazzjoni dwar Titjir (FIRs) tal-SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Massi tal-art (6) tal-SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Massi tal-art tal-SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Massi tal-art tal-SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Objettiv tal-estensjoni taż-żona tas-servizz |
Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 |
|||
Prestazzjoni tal-modalitajiet ta' riverżjoni |
L-EGNOS v3 għandu jipprovdi livell ta' servizz tal- LPV 200 (7) fiż-Żona ta' Servizz tiegħu b'disponibbiltà ta' 99 % meta terġa' tibda tintuża l-kostellazzjoni Galileo biss. L-EGNOS v3 għandu jipprovdi servizz tal-LPV 200 fil-massi tal-art taż-Żona ta' Servizz b'disponibilità ta' 99 % meta tintilef għalkollox il-frekwenza ta' L5/E5a fil-livell tal-utent. |
|||
Garanzija tas-servizz |
Iva |
|||
Aċċessibbiltà |
Permezz ta' riċevituri kompatibbli mal-SBAS |
4.2. Servizz marittimu (8)
|
Navigazzjoni fid-dħul tal-portijiet, fl-approċċ tal-portijiet u fl-ilmijiet kostali |
Standards |
Ir-Riżoluzzjonijiet tal-IMO Nru A.915(22) u Nru A.1046(27) |
Preċiżjoni laterali |
10 m |
Preċiżjoni vertikali |
Mhux applikabbli |
Riskju għall-integrità |
1,10– 5/3 sigħat |
Ħin tal-Allarm |
10 s |
HAL |
25 m |
VAL |
Mhux applikabbli |
Riskju għall-kontinwità |
3,10– 4/15-il minuta |
Disponibbiltà tas-servizz “SoL” |
0,998 |
Żona tas-Servizz |
Ilmijiet Nazzjonali (9) tal-SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Garanzija tas-servizz |
Iva |
Aċċessibbiltà |
Permezz ta' riċevituri kompatibbli mal-SBAS |
(1) L-aċċess tal-utenti għal servizz miftuħ u għas-servizzi ta' sikurezza tal-ħajja limitat għaż-żona ta' viżibbiltà tas-satelliti ġeostazzjonarji.
(2) L-assenza ta' limitazzjoni li tippermetti li d-diżinn tal-EGNOS v3 jinkludi stazzjonijiet addizzjonali sabiex jestendi, b'mod kontinwu, iż-żona tas-servizz tal-EGNOS kif stipulat fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013.
(3) Il-latenza hija ż-żmien li jkun għadda mit-trażmissjoni tal-aħħar biċċa tal-messaġġ ta' navigazzjoni mis-segment tal-ispazju (is-satelliti EGNOS u GPS/Galileo) sakemm id-dejta tħalli s-server tal-EGNOS.
(4) L-ispeċifikazzjonijiet tal-prestazzjoni inklużi f'din it-tabella jindirizzaw biss kontribuzzjonijiet signal-in-space
(5) Għad-disponibbiltà tas-servizz għall-proċedura tal-avviċinament (approach) tingħata medda ta' valuri. Il-parti ta' isfel tal-medda għandha tikkorrispondi mad-disponibbiltà prevista għas-servizz “GPS L1-only”. Il-parti ta' fuq tal-medda għandha tkun disponibbli għall-utenti mgħammra b'riċevitur ta' frekwenza doppja GPS L1-L5 jew b'riċevitur ta' frekwenza doppja kombinat GPS/Galileo.
(6) “Massi tal-art ta' żona ” tfisser kwalunkwe territorju tal-art, inklużi l-gżejjer, fil-FIR ta' dik iż-żona minbarra għas-servizz “CAT I”, li għalih, il-kopertura tal-Ażores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji hija eskluża
(7) Sakemm l-prestazzjoni ta' Galileo tasal f'livell sodisfaċenti se jiġi aċċettat il-livell ta' servizz APV-I.
(8) L-ispeċifikazzjonijiet tal-prestazzjoni inklużi f'din it-tabella jindirizzaw biss kontribuzzjonijiet signal-in-space.
(9) L-ilmijiet nazzjonali (jew territorjali) huma definiti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-1982 bħala ilmijiet li jestendu sa mhux iktar minn 12-il mil nawtiku mill-kosta.
Appendiċi
AKRONIMI
APV |
Approach Procedure with Vertical Guidance (Proċedura tal-Approach with vertical guidance) |
CAT |
Category (Kategorija) |
EDAS |
EGNOS Data Access Service (Servizz tal-Aċċess għad-Dejta EGNOS) |
EGNOS |
European Geostationary Navigation Overlay Service (Servizz Overlay tan-Navigazzjoni Ġeostazzjonarja Ewropea) |
EU-MS |
European Union Member States (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) |
FIR |
Flight Information Region (Reġjun ta' informazzjoni dwar titjir) |
Galileo E1 |
Frekwenza E1 tas-sistema Galileo, korrispondenti għal 1 575,42 MHz |
Galileo E5a |
Frekwenza E5a tas-sistema Galileo, korrispondenti għal 1 176,45 MHz |
GPS |
Global Positioning System (Sistema ta' lokalizzazzjoni bis-satellita) |
GPS L1 |
Frekwenza L1 tas-sistema GPS, korrispondenti għal 1 575,42 MHz |
GPS L5 |
Frekwenza L5 tas-sistema GPS, korrispondenti għal 1 176,45 MHz |
HAL |
Horizontal Alert Limit (Limitu orizzontali tal-allert) |
ICAO |
International Civil Aviation Organization (Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali) |
IMO |
International Maritime Organization (Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali) |
LPV |
Localizer Performance with Vertical guidance (Prestazzjoni tal-Lokalizzazzjoni bi gwida Vertikali) |
OS |
Open Service (Servizz Miftuħ) |
RIMS |
Ranging and Integrity Monitoring Station (Stazzjon tal-Kejl u tal-Monitoraġġ tal-Integrità) |
SARPs |
Standard and Recommended Practices (Standards u Prattiki Rakkomandati) |
SBAS |
Satellite-Based Augmentation System (Sistema ta' Awmentazzjoni Abbażi ta' Satelliti) |
SoL |
Sikurezza tal-Ħajja |
UTC |
Coordinated Universal Time (Ħin Universal Koordinat) |
VAL |
Vertical Alert Limit (Limitu vertikali tal-allert) |
VNSE |
Vertical Navigation System Error (Żball tas-Sistema ta' Navigazzjoni Vertikali) |
RAKKOMANDAZZJONIJIET
18.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/27 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1184
tal-14 ta' Lulju 2015
dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 121(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,
Billi:
(1) |
It-Trattat jipprevedi li l-Istati Membri għandhom iqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta' interess komuni u jikkoordinawhom fil-Kunsill. It-Trattat jipprevedi wkoll il-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika u l-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jiġu adottati mill-Kunsill biex jiggwidaw il-politiki tal-Istati Membri u tal-Unjoni. |
(2) |
Skont it-Trattat, l-Unjoni żviluppat u implimentat strumenti ta' koordinazzjoni tal-politika għall-politika fiskali u politiki makrostrutturali. Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien strumenti differenti f'qafas ġenerali għal sorveljanza ekonomika u baġitarja multilaterali integrata. Is-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tas-Semestru Ewropew, kif jistipula l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 tal-Kummissjoni, għandhom ikomplu jtejjbu l-funzjonament tiegħu. |
(3) |
Il-kriżi finanzjarja u ekonomika żvelat u enfasizzat dgħufijiet importanti fl-ekonomija tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Il-kriżi enfasizzat ukoll l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji u s-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri. Barra minn hekk, iż-żieda qawwija fil-livelli ta' dejn pubbliku ħolqot riskji għas-sostenibbiltà fiskali. L-isfida ewlenija tal-lum hija li l-Unjoni timxi lejn stat ta' tkabbir u ħolqien tal-impjiegi li jkunu intelliġenti, sostenibbli u inklużivi. Għal dan il-għan hemm bżonn azzjoni politika kkoordinata u ambizzjuża, kemm fil-livell tal-Unjoni u kif ukoll fil-livell nazzjonali, li tkun konformi mat-Trattat u l-governanza ekonomika tal-Unjoni. Billi tgħaqqad flimkien miżuri min-naħa tal-provvista ma' dawk min-naħa tad-domanda, dik l-azzjoni ta' politika għandha tagħti spinta lill-investiment, iġġedded l-impenn għal riformi strutturali u tħaddem ir-responsabbiltà fiskali. |
(4) |
L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jindirizzaw ukoll l-impatt soċjali tal-kriżi u jimmiraw li jsawru soċjetà koeżiva fejn il-persuni jkollhom is-setgħa li jantiċipaw u jamministraw il-bidla, u li jkunu jistgħu jieħdu sehem b'mod attiv fis-soċjetà u l-ekonomija. Għandhom jiġu żgurati aċċess u opportunitajiet għal kulħadd filwaqt li jonqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, l-aktar billi jkun żgurat funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u s-sistemi tas-sigurtà soċjali u jingħelbu l-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-ġid tat-tkabbir ekonomiku jitqassam fost iċ-ċittadini kollha u r-reġjuni kollha. |
(5) |
Azzjoni konformi mal-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u ta' impjieg tal-Istati Membri hija kontribut importanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal impjiegi u tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (“Strateġija Ewropa 2020”). L-istrateġija Ewropa 2020 għandha tkun sostnuta b'ġabra integrata ta' politiki Ewropej u nazzjonali, li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jimplimentaw, biex ir-riformi strutturali kkoordinati jħallu effetti kollaterali pożittivi, issir taħlita tajba tal-politiki ekonomiċi ġenerali, il-politiki Ewropej jagħtu kontribut aktar konsistenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr ostakli tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea, annessi għal din ir-Rakkomandazzjoni, u l-linji gwida rilevanti għall-politiki ta' impjieg jiffurmaw flimkien il-linji gwida integrati għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 (“linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020”). |
(6) |
Għalkemm il-linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020 huma indirizzati lill-Istati Membri u lill-Unjoni, dawn għandhom jiġu implimentati bi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, filwaqt li jiġu involuti aktar mill-qrib kemm il-parlamenti kif ukoll is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. |
(7) |
Il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi jiggwidaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-riformi, u jirriflettu l-interdipendenza bejn l-Istati Membri. Dawn huma konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Dawn il-linji gwida għandhom isawru l-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li l-Kunsill jista' jagħmel lill-Istati Membri, |
B'DAN JIRRAKKOMANDA li fil-politiki ekonomiċi tagħhom l-Istati Membri, u meta rilevanti, anke l-Unjoni, iqisu l-linji gwida stabbiliti fl-Anness, li jagħmlu parti mil-linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
ANNESS
Linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea
Parti I tal-linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020
Linja gwida 1: Nippromwovu l-investiment
Hu tassew meħtieġ li jiżdied il-livell ta' investiment produttiv fl-Ewropa biex tingħata spinta lid-domanda u jitjiebu l-kompetittività u l-potenzjal għal tkabbir fit-tul fl-Ewropa. L-isforzi għandhom jiffokaw fuq il-mobilizzazzjoni ta' finanzjament għal proġetti ta' investiment vijabbli, il-modi biex il-finanzjament jilħaq l-ekonomija reali u t-titjib fl-ambjent tal-investiment. Sabiex l-Unjoni tibqa' lok attraenti għall-investiment fis-settur privat, inkluż l-investiment barrani, huwa kruċjali li jkun hemm stabbiltà makroekonomika u finanzjarja, kif ukoll prevedibbiltà regolatorja, u ftuħ u trasparenza fis-settur finanzjarju tagħha.
Għandu jiġi sfruttat għalkollox il-potenzjal tal-fondi tal-Unjoni, fosthom il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u l-fondi strutturali, u tal-fondi nazzjonali biex jiġu ffinanzjati investimenti li jtejbu t-tkabbir f'oqsma ewlenin. Għal dak il-għan, fejn adatt, hemm bżonn li l-ġestjoni tal-fondi tkun orjentata lejn ir-riżultati u li jintużaw aktar strumenti finanzjarji innovattivi.
Sabiex il-finanzjament jilħaq l-ekonomija reali jeħtieġ li jiżdiedu t-trasparenza u l-għoti ta' informazzjoni, b'mod partikolari billi jinħolqu ċentru ta' konsulenza dwar investiment Ewropew fl-awspiċi tal-Bank Ewropew tal-Investiment u sensiela ta' proġetti trasparenti. Hemm bżonn ukoll li l-partijiet konċernati rilevanti kollha jaħdmu id f'id mill-qrib biex ikun żgurat li l-operazzjonijiet isiru bla intoppi, jittieħed riskju adegwat u jinkiseb l-akbar valur miżjud.
Linja gwida 2: Inżidu t-tkabbir permezz tal-implimentazzjoni tar-riformi strutturali tal-Istati Membri
Sabiex jissaħħaħ u jiġi sostnut l-irkupru ekonomiku, u jiġu żgurati finanzi pubbliċi sostenibbli, titjieb il-kompetittività, jiġu impediti u jissewwew l-iżbilanċi makroekonomiċi li jkunu ta' ħsara f'konformità mal-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku u jiżdied il-potenzjal tal-ekonomiji tal-Unjoni għat-tkabbir huwa kruċjali li l-Istati Membri jimplimentaw riformi strutturali ambizzjużi kemm fis-swieq tal-prodotti u tax-xogħol, fis-sistemi tas-sigurtà soċjali u dawk tal-pensjonijiet. Dan jgħin ukoll biex tinkiseb aktar koeżjoni ekonomika u soċjali. B'riformi li jsaħħu l-kompetizzjoni, b'mod partikolari fis-settur mhux kummerċjabbli, funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol u ambjent aħjar għan-negozji, tkun qed tingħata għajnuna biex jingħelbu l-ostakli għat-tkabbir u għall-investiment u tiżdied il-kapaċità ta' aġġustament tal-ekonomija. L-Istati Membri għandhom iqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta' tħassib komuni, u għandhom jikkoordinawhom sabiex jitjiebu s-sinerġiji pożittivi u jiġu evitati konsegwenzi negattivi.
Għandhom isiru riformi tas-sistema soċjali u tas-suq tax-xogħol sabiex jiġu promossi t-tkabbir u l-impjiegi, filwaqt li jkun żgurat aċċess għal kulħadd għal servizzi soċjali u benefiċċji li jkunu ta' kwalità tajba ħafna, affordabbli u sostenibbli. Għandha tittieħed azzjoni fil-qasam tar-riformi tas-suq tax-xogħol, pereżempju b'mekkaniżmi għall-iffissar tal-pagi u biż-żieda fir-rata ta' parteċipazzjoni, li tkun konformi mal-gwida aktar dettaljata stipulata fil-linji gwida dwar l-impjiegi.
Jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex l-Unjoni ssir destinazzjoni attraenti għat-talenti u l-ħiliet. Għandu jitkompla l-proċess ta' riforma u aktar integrazzjoni fis-swieq tal-prodotti biex ikun żgurat li l-konsumaturi u n-negozji tal-Unjoni jgawdu minn prodotti u servizzi bi prezzijiet orħos u varjetà usa'. Bi swieq integrati aħjar, il-kumpaniji jkollhom aċċess għal suq ferm akbar mis-suq domestiku tagħhom, u b'hekk ikollhom aktar opportunitajiet biex jikbru. Swieq tal-prodotti li jkunu aktar kompetittivi u integrati aħjar ser jagħtu spinta lill-innovazzjoni u jistgħu jgħinu biex l-aġġustament għax-xokkijiet ekonomiċi isir aktar malajr u tiżdied ir-reżiljenza kontrihom fi Stati Membri individwali u għall-Unjoni kollha.
Għandhom jitkomplew l-isforzi sabiex jittejjeb l-ambjent regolatorju fejn joperaw l-intrapriżi, biex jingħata appoġġ partikolarment lill-intrapriżi żgħar u medji, u għandhom jinkludu l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, aktar trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa u x-xogħol mhux iddikjarat, it-titjib tal-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji, kif ukoll permezz tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti u proċeduri ta' insolvenza li jaħdmu tajjeb.
It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-ekonomija diġitali huma xprun importanti għall-produttività, l-innovazzjoni u t-tkabbir fis-setturi kollha tal-ekonomija. Filwaqt li jiġi promoss l-investiment privat fir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom isiru riformi mill-qiegħ biex jiġu modernizzati s-sistemi tar-riċerka u tal-innovazzjoni, titjieb il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi u s-settur privat, u jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-qafas usa' biex il-kumpaniji jissaħħu fl-għarfien. Filwaqt li jiżdiedu l-kwalità u l-effiċjenza tal-investimenti pubbliċi fir-riċerka u l-innovazzjoni, tkompli titjieb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi u tista' titjieb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.
Linja gwida 3: Negħlbu l-ostakli ewlenin għat-tkabbir u l-impjiegi sostenibbli fil-livell tal-Unjoni
Sabiex l-Ewropa tibqa' lok attraenti kemm għan-negozji domestiċi kif ukoll għal dawk barranin huwa kruċjali li tkompli ssir integrazzjoni tas-suq uniku, inkluż billi jingħelbu l-ostakli li fadal, tiżdied il-kompetizzjoni u jitjieb l-ambjent tan-negozju. Sabiex jitwessa' l-limitu tal-produttività tal-Ewropa hemm bżonn li jiżdiedu l-innovazzjoni u l-formazzjoni tal-kapital uman u li jkun żgurat suq uniku diġitali integrat u li jaħdem sew. Jekk in-negozji u l-konsumaturi jużaw aktar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, dan jgħin biex tissawwar Ewropa diġitali mingħajr fruntieri u tiżdied il-produttività.
Settur finanzjarju li jaħdem sew huwa kruċjali biex l-ekonomija timxi mingħajr ostakli. Fil-qasam tas-swieq finanzjarji u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu implimentati għalkollox id-dispożizzjonijiet regolatorji u superviżorji msaħħa u r-regoli għall-protezzjoni tal-konsumaturi. Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex fl-Ewropa jinbena suq tat-titolizzazzjoni sostenibbli għax dan ser jgħin biex titjieb il-kapaċità ta' finanzjament effettiv tal-banek tal-Unjoni. Filwaqt li ssir ħidma msejsa fuq il-kisbiet tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji u l-kapital jeħtieġ li tinħoloq Unjoni tas-Swieq Kapitali ġenwina.
Il-ħolqien ta' Unjoni tal-enerġija b'saħħitha għandu jiżgura enerġija affordabbli, sigura u sostenibbli għan-negozji u għall-unitajiet domestiċi. Għandha ssir implimentazzjoni kosteffettiva, li tinkludi kemm riformi tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-provvista, tal-qafas tal-2030 għall-klima u l-enerġija u ssir it-transizzjoni għal ekonomija kompetittiva, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li jiġu promossi impjiegi ekoloġiċi, teknoloġiji ekoloġiċi u soluzzjonijiet innovattivi. F'dak ir-rigward, jibqa' jkun meħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lis-settur tal-enerġija u dak tat-trasport, inkluż fir-rigward tal-interkonnessjonijiet u l-infrastruttura.
Il-leġislazzjoni tal-Unjoni għandha tiffoka fuq dawk il-kwistjonijiet, li l-aħjar mod kif jistgħu jiġu indirizzati huwa fil-livell Ewropew, u għandha titfassal b'tali mod li tqis l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali tagħhom. Jekk jinħolqu kundizzjonijiet ekwi bejn il-fruntieri, b'aktar prevedibbiltà regolatorja u f'konformità sħiħa mar-regoli tal-kompetizzjoni, dawn ikomplu jattiraw l-investiment. Ambjent tan-negozju aħjar u aktar prevedibbli hu partikolarment importanti għal industriji li jużaw netwerk għax dawn iħarsu lejn investimenti fit-tul u jagħmlu investimenti inizjali fuq skala kbira. Għandha tiġi żviluppata aktar id-dimensjoni esterna tas-suq intern.
Linja gwida 4: Intejbu s-sostenibbiltà u l-finanzi pubbliċi li jiffavorixxu t-tkabbir
Finanzi pubbliċi sodi huma kruċjali għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Is-sostenibbiltà fiskali hija essenzjali biex ikunu żgurati l-fiduċja tal-investituri u l-ispazju fiskali meħtieġ biex jingħelbu l-iżviluppi mhux mistennija u jiżdied kemm jista' jkun l-effett pożittiv li jħallu l-finanzi pubbliċi fuq l-ekonomija. Dan joħloq ukoll il-kondizzjonijiet adegwati biex jiġu appoġġati t-tkabbir u l-investiment. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kontroll fit-tul fuq il-livelli tad-defiċit u tad-dejn. Il-politiki fiskali għandhom jitmexxew fi ħdan il-qafas tal-Unjoni bbażat fuq ir-regoli, b'mod partikolari l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u magħhom għandhom isiru arranġamenti baġitarji nazzjonali sodi. Il-politiki fiskali għandhom jirriflettu l-kondizzjonijiet ekonomiċi u r-riskji għas-sostenibbiltà fil-livell ta' Stat Membru, filwaqt li jkunu jiżguraw li ssir koordinazzjoni tajba tal-politiki ekonomiċi. L-Istati Membri taż-żona tal-euro huma mistiedna biex ikomplu jissorveljaw mill-qrib u jiddiskutu s-sitwazzjoni fiskali aggregata taż-żona tal-euro inkluża l-pożizzjoni fiskali.
Waqt li jkunu qed ifasslu u jwettqu l-konsolidazzjoni baġitarja, l-istrateġiji għandhom jagħtu prijorità lil partiti tan-nefqa li jżidu t-tkabbir f'oqsma bħall-edukazzjoni, il-ħiliet u l-impjegabbiltà, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-investiment f'netwerks b'impatti pożittivi fuq il-produttività. Ir-riformi tan-nefqa għandhom jimmiraw li jtejbu l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika; dawn ir-riformi jistgħu jitħejjew b'mod partikolari b'analiżi tal-infiq bil-ħsieb li tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul.
Ir-riformi tan-nefqa li jippromwovu allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi biex jiġu appoġġati t-tkabbir u l-impjiegi filwaqt li tinżamm l-ekwità għandhom jiġu kkomplementati, fejn meħtieġ, bil-modernizzazzjoni tas-sistemi tad-dħul. Għandhom tibqa' tiġi esplorata l-bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva. Bidliet għal taxxi li jiffavorixxu aktar it-tkabbir, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, jistgħu jgħinu biex jissewwew l-ineffiċjenzi tas-suq u jħejju s-sisien għal tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi. Fl-istess ħin huwa importanti li jitqiesu l-effetti distributtivi bi kwalunkwe bidla fit-tassazzjoni. L-effiċjenza tas-sistema fiskali tista' titjieb billi jitwessgħu l-bażijiet tat-taxxa, pereżempju jitneħħew jew jitnaqqsu l-użu u l-ġenerożità tal-eżenzjonijiet u l-iskemi preferenzjali, jiġu vverifikati l-ambitu u l-effiċjenza tan-nefqa fiskali u billi tissaħħaħ l-amministrazzjoni tat-taxxa, tiġi ssimplifikata s-sistema fiskali u billi jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.