ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
7.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1086
tat-2 ta' Lulju 2015
li japprova emendi mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Abondance (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Abondance”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1107/96 (2). |
(2) |
Billi l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament (3). |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Abondance” (DOP) huma b'dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1-10).
7.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1087
tat-2 ta' Lulju 2015
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Salsiccia di Calabria (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Salsiccia di Calabria”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/98 (2). |
(2) |
Billi l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emendi tal-Ispeċifikazzjoni għandhom jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Salsiccia di Calabria” (DOP) huma b'dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 134/98 tal-20 ta' Jannar 1998 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 6).
7.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1088
tat-3 ta' Lulju 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward ta' tnaqqis għall-proċeduri tal-manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (2) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u l-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir ajrunwatiċi u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u l-persunal involuti f'dawn il-kompiti. |
(2) |
Hemm bżonn li titnaqqass il-kumplessità ta' dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni biex jiġu adattati fir-rigward tar-riskji assoċjati mal-kategoriji differenti tal-inġenji tal-ajru u t-tip ta' tħaddim u, b'mod partikolari, biex jitnaqqsu r-riskji marbuta mal-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali, sabiex jitwettaq tnaqqis fil-proċeduri tal-manutenzjoni biex iwasslu għal flessibilità akbar u tnaqqis tal-ispejjeż għas-sidien tal-inġenji tal-ajru affettwati. |
(3) |
Barra minn hekk, peress li xi ċertifikati, kif stipulat fl-Appendiċi tal-Annessi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 (3), jirreferu għal dak ir-Regolament, li ġie riformulat bir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, hemm bżonn li jiġu aġġornati dawk ir-referenzi. |
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt (ka) li ġej wara l-punt (k):
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Il-programmi ta' manutenzjoni approvati f'konformità mar-rekwiżiti applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2015 għandhom jitqiesu approvati f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.” |
(3) |
L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness I (il-Parti-M) hu emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
L-Anness II (il-Parti-145) hu emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
L-Anness IV (il-Parti-147) hu emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta' Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-werrej hu emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-punt M.A.201 hu emendat kif ġej:
|
(3) |
Fil-punt M.A.301, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
Il-punt M.A.302 hu emendat kif ġej:
|
(5) |
Fil-punt M.A.604, il-punt (a), il-punti 5 u 6 jinbidlu b'dawn li ġejjin:
|
(6) |
Il-punt M.A.606 hu emendat kif ġej:
|
(7) |
Il-punt M.A.607 hu emendat kif ġej:
|
(8) |
Il-punt M.A.614 hu emendat kif ġej:
|
(9) |
Fil-punt M.A.615, jiżdiedu l-punti (e) u (f) li ġejjin:
L-organizzazzjoni għandha twettaq manutenzjoni biss fuq inġenju tal-ajru jew il-komponent li għalih tkun approvata meta l-faċilitajiet, it-tagħmir, l-għodda, il-materjal, id-dejta tal-manutenzjoni u l-istaff li jiċċertifika kollha jkunu disponibbli.” |
(10) |
Fil-punt M.A.617, il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:
|
(11) |
Fil-punt M.A.707, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
(12) |
Il-punt M.A.710 hu emendat kif ġej:
|
(13) |
Il-punt M.A.901 hu emendat kif ġej:
|
(14) |
Fil-punt M.A.904, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
(15) |
Il-punt M.B.301 jinbidel b'dan li ġej: “M.B.301 Programm ta' manutenzjoni
|
(16) |
Fl-Appendiċi II, il-punt 5 jiġi emendat kif ġej:
|
(17) |
L-Appendiċi III hu emendat kif ġej:
|
(18) |
Fl-Appendiċi IV, it-tabella fil-partita 13 hi emendata kif ġej:
|
(19) |
L-Appendiċi V jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi V Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (il-Parti-M), is-subparti F
|
(20) |
Fl-Appendiċi VIII, il-punt (b) jiġi emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal- 5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).” ”
ANNESS II
L-Anness II (il-Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-werrej tal-Parti-145 hu emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-punt 145.A.30 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
jiżdied il-punt 145.A.36 li ġej: “145.A.36 Rekords tal-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha rigward l-istaff li jiċċertifika u għandha żżomm lista attwali tal-membri kollha tal-istaff li jiċċertifika, flimkien mal-ambitu tal-approvazzjoni tagħhom bħala parti mill-espożizzjoni tal-organizzazzjoni skont il-punt 145.A.70(a)6. L-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekord għall-aħħar tliet snin tal-istaff imsemmi f'dan il-punt li jkun temm l-impjieg (jew l-impenn bħala kuntrattur jew voluntier) mal-organizzazzjoni jew malli tkun ġiet irtirata l-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fuq talba, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandha tforni lill-membri tal-istaff imsemmi f'dan il-punt b'kopja tar-reġistru personali tagħhom meta jħallu l-organizzazzjoni. L-istaff imsemmi f'dan il-punt għandu jingħata l-aċċess wara talba għar-rekords personali tagħhom kif spjegat hawn fuq.” |
(4) |
Il-punt 145.A.55 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Il-punt (a) tal-punt 145.A.70 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fil-punt 145.A.75, jiżdiedu l-punti (f) u (g) li ġejjin:
|
(7) |
Fil-punt 145.A.85, il-partita 6 tinbidel b'dan li ġej:
|
(8) |
L-Appendiċi III jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi III Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness II (il-Parti-145)
|
ANNESS III
L-Anness IV (il-Parti-147) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Appendiċi II jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi II Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tat-Taħriġ fil-Manutenzjoni li hemm referenza għaliha fl-Anness IV (il-Parti-147) — Il-Formola 11 tal-EASA
|
(2) |
Fl-Appendiċi III, il-Formoli 148 u 149 tal-EASA jinbidlu b'dan li ġej: “Appendiċi III Ċertifikati ta' Rikonoxximent li hemm referenza għalihom fl-Anness IV (il-Parti-147) — Il-Formoli 148 u 149 tal-EASA
|
7.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/29 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1089
tas-6 ta' Lulju 2015
li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistipulaw is-sehem speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 20(3), 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) and 53(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja innotifikat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar 2015 bl-oqsma identifikati f'konformità mal-Artikolu 57a(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2), li kienu ngħataw lura għall-użu agrikolu, fis-sena kalendarja 2014. Dik in-notifika inkludiet ukoll l-għadd ta' intitolamenti għal pagament disponibbli għall-bdiewa fil-31 ta' Diċembru 2014 kif ukoll l-ammont li baqa' ma ntefaqx f'riżerva speċjali għat-tneħħija tal-mini f'dik id-data. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kummissjoni kkalkulat sussegwentement l-ammonti li għandhom jiżdiedu għas-snin kalendarji 2015 'il quddiem mal-ammonti tal-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament, għall-finanzjament tal-appoġġ li għandu jingħata għal artijiet li jitneħħewlhom il-mini skont l-iskemi elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Din iż-żieda, li żdiedet bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/851 (3) mal-limitu massimu nazzjonali tal-Kroazja stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa ta' 700 000 EUR fl-2015. |
(3) |
Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-sehem li għandu jiġi applikat għal din iż-żieda, bl-iskop li tinkludi l-ammont li jirriżulta f'riżerva speċjali għat-tneħħija tal-mini għal skopijiet ta' allokazzjoni ta' intitolamenti għal pagament għal artijiet li jitneħħewlhom il-mini. Dak is-sehem għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-proporzjon bejn il-livell massimu tal-iskema ta' pagament bażiku għall-2015 u l-limitu massimu nazzjonali għal dik is-sena stipulata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u mingħajr ma titqies iż-żieda miżjuda bir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/851. |
(4) |
Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta' pagament bażiku stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 22(1) ta' dak ir-Regolament għall-2015 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kwalunkwe żidiet applikati mill-Istati Membri skont din id-dispożizzjoni għandhom jiġu kkunsidrati. |
(5) |
Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-skema ta' pagament uniku skont l-erja prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament għall-2015 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqas mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament il-limiti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament. |
(6) |
Għal kull Stat Membru li jagħti l-pagament ridistributtiv previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament għas-sena 2015 għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 42(1) ta' dak ir-Regolament. |
(7) |
Fir-rigward tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2015, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl- Artikolu 47(3) ta' dak ir-Regolament għall-2015 għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 47(1) ta' dak ir-Regolament u jammontaw għal 30 % tal-limitu massimu nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti kif stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(8) |
Għal Stati Membri li jagħtu l-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 49(2) ta' dak ir-Regolament għall-2015 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat mill-Istati Membri rilevanti skont l-Artikolu 49(1) ta' dak ir-Regolament. |
(9) |
Fir-rigward tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ, previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 51(4) ta' dak ir-Regolament għall-2015 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament u abbażi ta' massimu ta' 2 % stabbilit f'din l-istess dispożizzjoni. |
(10) |
Meta l-ammont total tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ applikat fl-2015 fi Stat Membru jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dak l-Istat Membru, id-differenza għandha tiġi ffinanzjata mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 51(2) ta' dak ir-Regolament filwaqt li jiġi rrispettat l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit dan l-ammont massimu għal kull Stat Membru. |
(11) |
Għal kull Stat Membru li jagħti l-appoġġ akkoppjat volontarju previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2015, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 53(7) ta' dak ir-Regolament għall-2015 fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament. |
(12) |
Fir-rigward tas-sena 2015, l-implimentazzjoni ta' skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdew fl-1 ta' Jannar 2015. Għal raġunijiet ta' konsistenza bejn l-applikabbiltà ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2015 u l-applikabbiltà ta' limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sehem imsemmi fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 ikun sabbilit għal 43,3496 % għas-sena 2015. Skont dan, l-ammont li għandu jiġi inkluż fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini tal-Kroazja sabiex jiġu allokati drittijiet ta' pagamenti għaż-żoni msemmija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jkun ta' EUR 303 447.
Artikolu 2
1. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-iskema ta' pagament bażiku msemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt I tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 applikabbli għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmi fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt II tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
3. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament(UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt III tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
4. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-pagamenti ta' prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt IV tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
5. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt V tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
6. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VI tal-Anness għal dan ir-Regolament.
7. L-ammonti massimi għall-2015 għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
8. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
(3) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/851 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (ĠU L 135, 2.6.2015, p. 8).
ANNESS
I. IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT BAŻIKU IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013
(f'eluf ta' EUR) |
|
Sena kalendarja |
2015 |
Il-Belġju |
231 512 |
Id-Danimarka |
565 119 |
Il-Ġermanja |
3 063 113 |
L-Irlanda |
828 305 |
Il-Greċja |
1 205 698 |
Spanja |
2 809 785 |
Franza |
3 577 319 |
Il-Kroazja |
79 648 |
L-Italja |
2 345 126 |
Il-Lussemburgu |
22 859 |
Malta |
648 |
In-Netherlands |
521 770 |
L-Awstrija |
471 284 |
Il-Portugall |
279 102 |
Is-Slovenja |
74 803 |
Il-Finlandja |
267 423 |
L-Iżvezja |
383 289 |
Ir-Renju Unit |
2 114 466 |
II. IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 36(4) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013
(f'eluf ta' EUR) |
|
Sena kalendarja |
2015 |
Il-Bulgarija |
305 708 |
Ir-Repubblika Ċeka |
462 980 |
L-Estonja |
75 485 |
Ċipru |
31 041 |
Il-Latvja |
96 858 |
Il-Litwanja |
159 842 |
L-Ungerija |
737 469 |
Il-Polonja |
1 544 022 |
Ir-Rumanija |
721 556 |
Is-Slovakkja |
247 436 |
III. IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENT RIDISTRIBUTTIV IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 42(2) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013
(f'eluf ta' EUR) |
|
Sena kalendarja |
2015 |
Il-Belġju |
48 911 |
Il-Bulgarija |
55 917 |
Il-Ġermanja |
343 894 |
Franza |
365 837 |
Il-Kroazja |
18 374 |
Il-Litwanja |
62 684 |
Il-Polonja |
280 424 |
Ir-Rumanija |
92 345 |
IV. IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENTI GĦAL PRATTIKI AGRIKOLI TA' BENEFIĊĊJU GĦALL-KLIMA U L-AMBJENT KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 47(3) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013
(f'eluf ta' EUR) |
|
Sena kalendarja |
2015 |
Il-Belġju |
157 097 |
Il-Bulgarija |
237 273 |
Ir-Repubblika Ċeka |
253 456 |
Id-Danimarka |
261 225 |
Il-Ġermanja |
1 473 832 |
L-Estonja |
34 313 |
L-Irlanda |
364 501 |
Il-Greċja |
576 590 |
Spanja |
1 452 797 |
Franza |
2 190 642 |
Il-Kroazja |
55 121 |
L-Italja |
1 170 612 |
Ċipru |
15 235 |
Il-Latvja |
54 313 |
Il-Litwanja |
125 367 |
Il-Lussemburgu |
10 081 |
L-Ungerija |
403 724 |
Malta |
1 572 |
In-Netherlands |
224 795 |
L-Awstrija |
207 920 |
Il-Polonja |
1 013 581 |
Il-Portugall |
169 745 |
Ir-Rumanija |
535 028 |
Is-Slovenja |
41 396 |
Is-Slovakkja |
131 490 |
Il-Finlandja |
157 000 |
L-Iżvezja |
209 067 |
Ir-Renju Unit |
951 997 |
V. IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENT GĦAL ŻONI B'RESTRIZZJONIJIET NATURALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 49(2) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013
(f'eluf ta' EUR) |
|
Sena kalendarja |
2015 |
Id-Danimarka |
2 857 |
VI. IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENT GĦAL BDIEWA ŻGĦAŻAGĦ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 51(4) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013
(f'eluf ta' EUR) |
|
Sena kalendarja |
2015 |
Il-Belġju |
9 898 |
Il-Bulgarija |
3 717 |
Ir-Repubblika Ċeka |
1 690 |
Id-Danimarka |
17 415 |
Il-Ġermanja |
49 128 |
L-Estonja |
343 |
L-Irlanda |
24 300 |
Il-Greċja |
38 439 |
Spanja |
96 853 |
Franza |
73 021 |
Il-Kroazja |
3 675 |
L-Italja |
39 020 |
Ċipru |
508 |
Il-Latvja |
2 716 |
Il-Litwanja |
7 313 |
Il-Lussemburgu |
504 |
L-Ungerija |
2 691 |
Malta |
21 |
In-Netherlands |
14 986 |
L-Awstrija |
13 861 |
Il-Polonja |
33 786 |
Il-Portugall |
11 316 |
Ir-Rumanija |
32 000 |
Is-Slovenja |
1 380 |
Is-Slovakkja |
2 403 |
Il-Finlandja |
5 233 |
L-Iżvezja |
13 938 |
Ir-Renju Unit |
54 261 |
VII. AMMONTI MASSIMI GĦALL-PAGAMENT GĦAL BDIEWA ŻGĦAŻAGĦ IMSEMMI FL-ARTIKOLU 51(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013
(f'eluf ta' EUR) |
|
Sena kalendarja |
2015 |
Il-Belġju |
10 473 |
Il-Bulgarija |
15 818 |
Ir-Repubblika Ċeka |
16 897 |
Id-Danimarka |
17 415 |
Il-Ġermanja |
98 255 |
L-Estonja |
2 288 |
L-Irlanda |
24 300 |
Il-Greċja |
38 439 |
Spanja |
96 853 |
Franza |
146 043 |
Il-Kroazja |
3 675 |
L-Italja |
78 041 |
Ċipru |
1 016 |
Il-Latvja |
3 621 |
Il-Litwanja |
8 358 |
Il-Lussemburgu |
672 |
L-Ungerija |
26 915 |
Malta |
105 |
In-Netherlands |
14 986 |
L-Awstrija |
13 861 |
Il-Polonja |
67 572 |
Il-Portugall |
11 316 |
Ir-Rumanija |
35 669 |
Is-Slovenja |
2 760 |
Is-Slovakkja |
8 766 |
Il-Finlandja |
10 467 |
L-Iżvezja |
13 938 |
Ir-Renju Unit |
63 466 |
VIII. IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-APPOĠĠ AKKOPJAT VOLONTARJU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 53(7) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013
(f'eluf ta' EUR) |
|
Sena kalendarja |
2015 |
Il-Belġju |
87 237 |
Il-Bulgarija |
118 636 |
Ir-Repubblika Ċeka |
126 728 |
Id-Danimarka |
24 135 |
L-Estonja |
4 237 |
L-Irlanda |
3 000 |
Il-Greċja |
141 600 |
Spanja |
584 919 |
Franza |
1 095 321 |
Il-Kroazja |
27 560 |
L-Italja |
429 224 |
Ċipru |
4 000 |
Il-Latvja |
27 157 |
Il-Litwanja |
62 684 |
Il-Lussemburgu |
160 |
L-Ungerija |
201 862 |
Malta |
3 000 |
In-Netherlands |
3 500 |
L-Awstrija |
14 554 |
Il-Polonja |
506 791 |
Il-Portugall |
117 535 |
Ir-Rumanija |
219 064 |
Is-Slovenja |
20 698 |
Is-Slovakkja |
56 970 |
Il-Finlandja |
104 667 |
L-Iżvezja |
90 596 |
Ir-Renju Unit |
52 600 |
7.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/38 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1090
tas-6 ta' Lulju 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
20,6 |
MA |
149,4 |
|
MK |
73,7 |
|
ZZ |
81,2 |
|
0709 93 10 |
TR |
117,8 |
ZZ |
117,8 |
|
0805 50 10 |
AR |
108,6 |
BO |
144,3 |
|
UY |
135,9 |
|
ZA |
138,2 |
|
ZZ |
131,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
114,8 |
BR |
103,0 |
|
CL |
130,3 |
|
NZ |
155,0 |
|
US |
117,1 |
|
ZA |
125,9 |
|
ZZ |
124,4 |
|
0808 30 90 |
AR |
117,6 |
CL |
134,8 |
|
NZ |
235,1 |
|
ZA |
113,5 |
|
ZZ |
150,3 |
|
0809 10 00 |
IL |
315,1 |
TR |
245,3 |
|
ZZ |
280,2 |
|
0809 29 00 |
TR |
267,3 |
ZZ |
267,3 |
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
CL |
181,4 |
ZZ |
181,4 |
|
0809 40 05 |
CL |
126,8 |
IL |
241,9 |
|
ZZ |
184,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
Rettifika
7.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/40 |
Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 740/2014 tat-8 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 200 tad-9 ta' Lulju 2014 )
F'paġna 2, fl-Anness, punt III, l-unika entrata (kif ikkoreġuta permezz tar-rettifika ppubblikata fil-ĠU L 328, 13.11.2014, p. 60):
minflok:
|
“Isem |
Isem (Ortografija Bjelorussa) |
Isem (Ortografija Russa) |
Raġunijiet |
233. |
Volkov, Vitaliy Nikolayevich |
Волкаў, Віталь Мiкалаевiч |
Волков, Виталий Николаевич |
Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' vjolazzjonijiet allegati tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu”; |
aqra:
|
“Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (Ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (Ortografija Russa) |
Informazzjoni li tidentifika |
Raġunijiet għall-elenkar |
233. |
Volkau, Vital Mikalayevich Volkov, Vitaliy Nikolayevich |
Волкаў, Віталь Мiкалаевiч |
Волков, Виталий Николаевич |
|
Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' vjolazzjonijiet allegati tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu.”. |
7.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/41 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/439/PESK tat- 8 ta' Lulju 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 200 tad-9 ta' Lulju 2014 )
F'paġna 14, Anness, punt II, entrata unika (kif ikkoreġuta mir-Rettifika ippubblikata fil-ĠU L 328, 13.11.2014, p. 61).
flok:
|
Isem |
Isem (Ortografija Bjelorussa) |
Isem (Ortografija Russa) |
Raġunijiet |
“233. |
Volkov, Vitaliy Nikolayevich |
Волкаў, Віталь Мiкалаевiч |
Волков, Виталий Николаевич |
Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' vjolazzjonijiet allegati tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu.” |
aqra:
|
Ismijiet Transkrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Transkrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (Ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (Ortografija Russa) |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet ta' elenkar |
“233. |
Volkau, Vital Mikalayevich Volkov, Vitaliy Nikolayevich |
Волкаў, Віталь Мiкалаевiч |
Волков, Виталий Николаевич |
|
Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' vjolazzjonijiet allegati tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu.” |