ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 161

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
26 ta' Ġunju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1001 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1002 tas-16 ta' Ġunju 2015 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Obazda/Obatzter (IĠP)]

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1003 tat-22 ta' Ġunju 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Saint-Nectaire (DPO))

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1004 tal-24 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 dwar l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1005 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f'ċerti oġġetti tal-ikel ( 1 )

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1006 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' arseniku inorganiku fl-oġġetti tal-ikel ( 1 )

14

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1007 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 tal-25 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

19

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1009 tal-24 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/195/KEE fir-rigward tal-entrati għall-Iżrael, għal-Libja u għas-Sirja, l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/196/KEE fir-rigward tal-entrata għall-Iżrael, l-Anness I tad-Deċiżjoni 93/197/KEE fir-rigward tal-entrati għall-Iżrael u għas-Sirja u l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrati għall-Brażil, għall-Iżrael, għal-Libja u għas-Sirja (notifikata bid-dokument C(2015) 4183)  ( 1 )

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1001

tal-25 ta' Ġunju 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 (2) persuna waħda u tmien entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(3)

Barra minn hekk, l-entrati li jikkonċernaw sitt entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, għandhom jiġu emendati.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 tal-25 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ara paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

1.

L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

I.

Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran

A.   PERSUNI

5.

Mahmood JANNATIAN

B.   ENTITAJIET

160.

CF Sharp and Company Private Limited

III.

Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

B.   ENTITAJIET

60.

Bright-Nord GmbH und Co. KG

63.

Cosy-East GmbH und Co. KG

86.

Great-West GmbH und Co. KG

87.

Happy-Süd GmbH und Co. KG

127.

NHL Basic Ltd.

128.

NHL Nordland GmbH

132.

Prosper Basic GmbH

2.

L-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

I.

Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

B.   ENTITAJIET

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

76.

Iran Marine Industrial Company (SADRA)

Sadra Building No. 3, Shafagh St., Poonak Khavari Blvd., Shahrak Ghods, P.O. Box 14669-56491, Tehran, Iran

Effettivament ikkontrollata minn Sepanir Oil & Gas Energy Engineering Company, indikata mill-UE bħala kumpannija tal-IRGC. Tipprovdi appoġġ lill-Gvern tal-Iran permezz tal-involviment tagħha fis-settur tal-enerġija Iranjan inkluż fil-kamp tal-gass South Pars.

23.5.2011

77.

Shahid Beheshti University

Daneshju Blvd., Yaman St., Chamran Blvd., P.O. Box 19839-63113, Tehran, Iran

Shahid Beheshti University hija entità pubblika li taqa' taħt is-superviżjoni tal-Ministeru għax-Xjenza, ir-Riċerka u t-Teknoloġija. Twettaq riċerka xjentifika fir-rigward tal-iżvilupp ta' armamenti nukleari.

23.5.2011

132.

Naftiran Intertrade Company (magħrufa bħala. Naftiran Trade Company) (NICO)

5th Floor, Petropars Building, No. 35 Farhang Boulevard, Snadat Abad Avenue, Tehran, Iran Tel. +98 21 22372486; +98 21 22374681; +98 21 22374678;Fax +98 21 22374678; +98 21 22372481 E-Mail: info@naftiran.com

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC)

16.10.2012

154.

First Islamic Investment Bank

Fergħa: 19 A-31-3 A, Level 31 Business Suite, Wisma UOA, Jalan Pinang 50450, Kuala Lumpur; Kuala Lumpur; Wilayah Persekutuan; 50450 Tel. 603-21620361/2/3/4, +6087417049/417050, +622157948110

Fergħa: Unit 13 (C), Main Office Tower, Financial Park Labuan Complex, Jalan Merdeka, 87000 Federal Territory of Labuan, Malaysia; Labuan F.T; 87000

Relazzjonijiet mal-Investituri: Menara Prima 17 th floor Jalan Lingkar, Mega Kuningan Blok 6.2 Jakarta 12950 — Indonesia; South Jakarta; Jakarta; 12950

First Islamic Investment Bank (FIIB) qed jagħti appoġġ finanzjarju u loġistiku lill-Gvern tal-Iran. FIIB ntuża minn Babak Zanjani biex jittrasferixxi ammont sinifikanti ta' ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt f'isem il-Gvern tal-Iran.

22.12.2012

157.

HK Intertrade Company Ltd (HK Intertrade)

HK Intertrade Company, 21st Floor, Tai Yau Building, 181 Johnston Road, Wanchai, Hong Kong

HK Intertrade hija kompletament proprjetà ta' u kkontrollata minn National Iranian Oil Company, entità indikata u proprjetà tal-Istat li tipprovdi appoġġ lill-Gvern tal-Iran. Barra minn hekk, HK Intertrade ipprovdiet appoġġ loġistiku u finanzjarju lill-Gvern tal-Iran billi iffaċilitat it-trasferiment ta' flus relatat maż-żejt f'isem il-Gvern tal-Iran.

22.12.2012

158.

Petro Suisse

Petro Suisse Avenue De la Tour- Halimand 6, 1009 Pully, Svizzera

Petro Suisse, kumpannija involuta fis-settur taż-żejt u tal-gass Iranjan, hija 100 % proprjetà tan-NIOC (National Iranian Oil Company) li hija entità indikata li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. Petro Suisse hija wkoll assoċjata ma' Naftiran Intertrade Co (NICO) li hija indikata bħala sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

22.12.2012


26.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1002

tas-16 ta' Ġunju 2015

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Obazda/Obatzter (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Obazda”/“Obatzter” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Obazda”/“Obatzter” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Obazda”/“Obatzter” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni speċifikata fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott fil-Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.), kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 55, 14.2.2015, p. 15.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


26.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1003

tat-22 ta' Ġunju 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Saint-Nectaire (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Saint-Nectaire”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; il-Kummissjoni għalhekk ippubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Il-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha għalhekk tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'rabta mad-denominazzjoni “Saint-Nectaire” (DPO) b'dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)  ĠU C 29, 29.1.2015, p. 5.


26.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1004

tal-24 ta' Ġunju 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 dwar l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd.

(2)

Minn monitoraġġ regolari tad-dejtali abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi tal-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika mill-aktar fis wara li toħroġ id-dejta, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament (KE) Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Prezz rappreżentattiv

(EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(EUR/100 kg)

Origini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

139,2

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

153,3

0

AR

170,1

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta' sriedaq jew ta' tiġieġ, iffriżati

324,4

0

AR

238,9

18

BR

342,8

0

CL

308,7

0

TH

0207 27 10

Qatgħat dissussati ta' dundjani, iffriżati

348,9

0

BR

413,2

0

CL

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

384,3

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedaq u ta' tiġieġ

269,1

5

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ ifisser ‘oriġini oħrajn’.”


26.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1005

tal-25 ta' Ġunju 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f'ċerti oġġetti tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel.

(2)

Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (il-Bord CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni dwar iċ-ċomb fl-ikel fit-18 ta' Marzu 2010 (3). Il-Bord CONTAM identifika n-newrotossiċità fl-iżvilupp tat-tfal żgħar u effetti kardjovaskulari u n-nefrotossiċità fl-adulti bħala effetti negattivi kritiċi potenzjali taċ-ċomb li fuqhom tissejjes il-valutazzjoni tar-riskju. Indika wkoll li l-protezzjoni tat-tfal u tan-nisa fl-età tat-tqala kontra r-riskju potenzjali ta' effettifl-iżvilupp newroloġiku hija biżżejjed biex jiġu protetti l-popolazzjonijiet kollha mill-effetti negattivi l-oħrajn taċ-ċomb. Huwa għalhekk xieraq li jitnaqqas l-esponiment għaċ-ċomb fid-dieta billi jitbaxxew il-livelli massimi eżistenti fl-ikel u jiġu ffissati livelli massimi addizzjonali għaċ-ċomb fi prodotti rilevanti.

(3)

Diġà jeżistu livelli massimi għall-formoli tat-trabi u l-formoli ta' prosegwiment. Sabiex tiġi garantita aktar it-tkomplija tat-tnaqqis tal-esponiment fid-dieta tat-trabi u t-tfal żgħar, il-livelli massimi eżistenti għandhom jitbaxxew u għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi ġodda għal ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali għal trabi u tfal żgħar u xarbiet, li huma ferm ikkunsmati minn dan il-grupp vulnerabbli ta' konsumaturi.

(4)

Dejta ta' okkorrenza ġdida turi li xi eżenzjonijiet eżistenti mil-livelli massimi awtomatiċi mhumiex aktar meħtieġa peress li l-livelli massimi awtomatiċi jistgħu jiġu mħarsa permezz ta' prassi tajba jew ikunu jistgħu jintlaħqu livelli massimi aktar baxxi. Għaldaqstant, il-livelli massimi speċifiċi ma għadhomx meħtieġa għall brassika għajr għall-brassika mwerrqa, il-legumi friski, il-biċċa l-kbira tal-berries u l-frott żgħir filwaqt li l-livelli massimi eżistenti għandhom jitnaqqsu għaċ-ċefalopodi, il-biċċa l-kbira tal-ħxejjex tal-frott, il-biċċa l-kbira tal-meraq tal-frott, l-inbid u l-inbid aromatizzat.

(5)

Għal-leħjet il-bodbod, il-konformità mal-livelli massimi attwali hija diffiċli. Billi l-konsum ta' dan il-prodott huwa baxx u billi l-effetti fuq l-esponiment tal-bniedem huma negliġibbli, ikun xieraq li l-livelli massimi taċ-ċomb fil-leħjet il-bodbod jogħlew.

(6)

Is-sejbiet erratiċi ta' livelli għolja ta' ċomb fl-għasel qanqlu azzjonijiet ta' infurzar mill-Istati Membri b'livelli differenti ta' ċomb. Id-differenzi fir-regoli adottati mill-Istati Membri jistgħu jtellfu l-funzjonament tas-suq komuni, u għalhekk għandu jiġi stabbilit livell massimu għaċ-ċomb fl-għasel.

(7)

Billi l-konsum tat-te u l-infużjonijiet erbali jista' jkun kontributur importanti għall-esponiment fid-dieta, għandu jiġi stabbilit livell massimu għal dawn il-prodotti. Madankollu, fin-nuqqas ta' dejta dwar il-weraq nixfin tat-te u l-partijiet nixfin ta' pjanti oħra għall-preperazzjoni ta' infużjonijiet erbali li biha jista' jiġi stabbilit dan il-livell massimu, id-dejta ta' okkorrenza għandha tinġabar fid-dawl tal-iffissar possibbli ta' livell massimu speċifiku fil-ġejjieni.

(8)

Il-leġiżlazzjoni dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi u t-tfal żgħar u l-ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali ġiet sostitwita u wasslet għall-ħtieġa ta' bidliet għal ċerti noti tal-aħħar.

(9)

L-Istati Membri u l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jingħataw żmien biex jadattaw għal-livelli massimi ġodda stabbiliti b'dan ir-Regolament. Għalhekk, id-data tal-applikazzjoni tal-livelli massimi taċ-ċomb għandha tiġi differita.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-livelli massimi għaċ-ċomb stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat b'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016. Prodotti tal-ikel li ma jkunux konformi ma' dawn il-livelli massimi u li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2016 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati wara dik id-data sad-data ta' skadenza jew sad-data minima ta' durabilità tagħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Scientific Opinion on Lead in Food. EFSA Journal 2010; 8(4):1570.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Is-Subtaqsima 3.1 (Ċomb), hija sostitwita b'dan li ġej:

“3.1

Ċomb

 

3.1.1

Ħalib nej (6), ħalib trattat bis-sħana u ħalib għall-manifattura tal-prodotti bbażati fuq il-ħalib

0,020

3.1.2

Ħalib tat-trabi u ħalib ta' prosegwiment

 

 

mibjugħ bħala trab (8) (29)

0,050

 

mibjugħ bħala likwidu (8) (29)

0,010

3.1.3

Ikel ipproċessat b'bażi ta' ċereali u ikel tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar (3) (29) għajr 3.1.5

0,050

3.1.4

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali (9) maħsub speċifikament għat-trabi u t-tfal żgħar

 

 

mibjugħ bħala trab (29)

0,050

 

mibjugħ bħala likwidu (29)

0,010

3.1.5

Xorb għat-trabi u t-tfal żgħar ttikkettat u li jinbiegħ bħala tali, minbarra dawk imsemmija fi 3.1.2 u 3.1.4

 

 

mibjugħ bħala likwidu jew biex ikun rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur inkluż il-meraq tal-frott (4)

0,030

 

li għandu jitħejja permezz ta' infużjoni jew dekozzjoni (29)

1,50

3.1.6

Laħam (minbarra l-ġewwieni) ta' annimali bovini, nagħaġ, majjali u tjur (6)

0,10

3.1.7

Ġewwieni tal-annimali bovini, nagħaġ, majjali u tjur (6)

0,50

3.1.8

Laħam tal-muskoli tal-ħut (24) (25)

0,30

3.1.9

Ċefalopodi (52)

0,30

3.1.10

Krustaċej (26) (44)

0,50

3.1.11

Molluski bivalvi (26)

1,50

3.1.12

Ċereali u legumi

0,20

3.1.13

Ħxejjex għajr il-brassika mwerrqa, il-leħjet il-bodbod, il-ħxejjex tal-weraq u l-ħxejjex aromatiċi friski, il-fungi, il-ħxejjex tal-frott, u l-ħaxix tal-baħar (27) (53)

0,10

3.1.14

Il-Brassika mwerrqa, il-leħjet il-bodbod, il-ħxejjex bil-weraq għajr il-ħwawar friski u l-fungi li ġejjin Agaricus bisporus (faqqiegħ komuni), Pleurotus ostreatus (faqqiegħ tal-ferla), Lentinula edodes (faqqiegħ shiitake) (27)

0,30

3.1.15

Ħxejjex tal-frott

 

 

qamħirrum ħelu (27)

0,10

 

għajr il-qamħirrum ħelu (27)

0,05

3.1.16

Frott, għajr il-cranberry, il-passolina, il-frott tas-sebuqa u l-frott tal-imbrijagla (27)

0,10

3.1.17

Cranberry, passolina, il-frott tas-sebuqa u l-frott tal-imbrijagla (27)

0,20

3.1.18

Xaħmijiet u żjut, inkluż xaħam tal-ħalib

0,10

3.1.19

Meraq tal-frott, meraq tal-frott ikkonċentrat bħala rikostitwit, u nettari tal-frott

 

 

esklussivament minn berries u frott żgħir ieħor (14)

0,05

 

mill-frott għajr il-berries u frott żgħir ieħor (14)

0,03

3.1.20

Prodotti tal-inbid (inkluż inbid spumanti, ħlief inbid likur), sidru, perry jew inbid mill-frott (11)

 

 

prodotti magħmula mill-ħsad tal-frott tal-2001 sal-ħsad tal-frott tal-2015

0,20

 

prodotti magħmula mill-ħsad tal-frott tal-2016 'il quddiem

0,15

3.1.21

Inbid aromatizzat, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails ta' prodotti ta' nbid aromatizzat (13)

 

 

prodotti magħmula mill-ħsad tal-frott tal-2001 sal-ħsad tal-frott tal-2015

0,20

 

prodotti magħmula mill-ħsad tal-frott tal-2016 'il quddiem

0,15

3.1.22

Supplimenti tal-ikel (39)

3,0

3.1.23

Għasel

0,10”

(2)

In-nota tat-tmiem (3) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:

“(3)

L-oġġetti tal-ikel elenkati f'din il-kategorija kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).”

(3)

In-noti tat-tmiem (8) u (9) huma mħassra. Ir-referenzi għan-noti tat-tmiem (8) u (9) huma sostitwiti b'referenzi għan-nota tat-tmiem (3).

(4)

In-nota tat-tmiem (11) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:

“(11)

L-inbid u l-inbid spumanti kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79,(KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).”

(5)

In-nota tat-tmiem (13) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:

“(13)

L-oġġetti tal-ikel elenkati f'din il-kategorija kif defniti fir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

Il-livell massimu għall-OTA applikabbli għal dawn ix-xarbiet huwa funzjoni tal-proporzjon ta' nbid u/jew għeneb li għandu jkun preżenti fil-prodott finali.”

(6)

In-nota tat-tmiem (16) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:

“(16)

It-trabi u t-tfal żgħar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).”

(7)

In-nota tat-tmiem (28) hija mħassra.

(8)

In-nota tat-tmiem (44) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:

“(44):

Laħam tal-muskoli mill-appendiċi u l-addome. Din id-definizzjoni teskludi ċ-ċefalotoraċi tal-krustaċej. Fil-każ tal-granċijiet u ta' krustaċej simili għall-granċijiet (Brachyura u Anomura) Laħam tal-muskoli mill-appendiċi.”

(9)

In-noti tat-tmiem (52) u (53) li ġejjin huma miżjuda:

“(52):

il-livell massimu japplika għall-annimali mibjugħa mingħajr vixxeri.

(53):

fir-rigward tal-patata l-livell massimu japplika għall-patata mqaxxra.”


26.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1006

tal-25 ta' Ġunju 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' arseniku inorganiku fl-oġġetti tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel.

(2)

Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (il-Panel CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni dwar l-arseniku fl-ikel (3) fit-12 ta' Ottubru 2009. F'din l-opinjoni, il-Panel CONTAM ikkonkluda li d-doża provviżorja tollerabbli fil-ġimgħa (PTWI) ta' 15 μg/kg ta' piż tal-ġisem li ġiet stabbilita mill-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi fl-Ikel (JECFA) ma għadhiex xierqa għaliex id-dejta wriet li l-arkseniku inorganiku jikkawża l-kanċer tal-pulmun, tal-bużżieqa tal-awrina kif ukoll tal-ġilda, u li ġew rapportati firxa ta' effetti negattivi f'esponimenti iktar baxxi minn dawk riveduti mill-JECFA.

(3)

Il-Panel CONTAM identifika firxa ta' valuri limitu ta' kunfidenza baxxa tad-doża punt ta' riferiment (BMDL01) ta' bejn 0,3 u 8 μg/kg ta' piż tal-ġisem kull jum għall-kanċer tal-pulmun, tal-ġilda u tal-bużżieqa tal-awrina, kif ukoll għal leżjonijiet tal-ġilda. L-opinjoni xjentifika kkonkludiet li l-esponimenti dijetetiċi stmati għall-arseniku inorganiku għal konsumaturi ta' livell medju u għoli fl-Ewropa huma fi ħdan il-firxa tal-valuri BMDL01 identifikati, u li għalhekk hemm biss marġni żgħir ta' esponiment, jew l-ebda marġni, u l-possibbiltà ta' riskju għal ċerti konsumaturi ma tistax tiġi eskluża.

(4)

L-opinjoni xjentifika identifikat il-konsumaturi kbar tar-ross fl-Ewropa, bħal ċerti gruppi etniċi, u t-tfal ta' taħt it-tliet snin, bħala l-iktar li huma esposti għall-esponiment dijetetiku tal-arseniku inorganiku. L-esponiment dijetetiku għall-arseniku inorganiku għal tfal ta' taħt it-tliet snin, inkluż minn ikel ibbażat fuq ir-ross, huwa ġeneralment stmat li huwa d-doppju jew t-tripplu ta' dak li hu għall-adulti.

(5)

Peress li l-analiżi tal-arseniku inorganiku hija affidabbli għar-ross u għall-prodotti magħmula mir-ross, il-livelli massimi għall-arseniku inorganiku għandhom jiġu ffissati għar-ross u għall-prodotti magħmula mir-ross. Minħabba l-kontenut tal-arseniku, għandhom jiġu proposti livelli massimi differenzjati.

(6)

L-informazzjoni xjentifika dwar il-ħtieġa għal livell massimu speċifiku għal ross mitħun b'togħlija parzjali hija riċenti ħafna. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiġbru dejta addizzjonali qabel l-1 ta' Jannar 2018 dwar il-kontenut tal-arseniku inorganiku ta' din il-komodità sabiex tiġi kkonfermata l-ħtieġa għal livell massimu speċifiku għal din il-komodità, u sabiex il-limitu massimu jiġi vvalutat mill-ġdid.

(7)

Id-dejta dwar l-okkorrenza turi li l-wofils tar-ross, il-wejfers tar-ross, il-krakers tar-ross u l-kejkijiet tar-ross jista' jkun fihom livelli għoljin ta' arseniku inorganiku, u dawn il-komoditajiet jistgħu jservu bħala kontribuzzjoni importanti għall-esponiment dijetetiku tat-tfal żgħar u tfal ikbar. Għalhekk, għandu jkun hemm livell massimu speċifiku għal dawn il-komoditajiet.

(8)

Ir-ross huwa ingredjent importanti f'firxa wiesgħa ta' ikel għat-tfal żgħar u tfal ikbar. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit livell massimu speċifiku għal din il-komodità meta tintuża bħala ingredjent għall-produzzjoni ta' ikel ta' dan it-tip.

(9)

L-Istati Membri u l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għal-livelli massimi ġodda stabbiliti permezz ta' dan ir-Regolament. Għalhekk id-data tal-applikazzjoni tal-livelli massimi tal-arseniku għandha tiġi differita.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-livelli massimi għall-arseniku stabbiliti fis-sottotaqsima 3.5. (Arseniku (inorganiku)) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendati b'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw sa mill-1 ta' Jannar 2016.

Prodotti tal-ikel li ma jkunux konformi ma' dawn il-livelli massimi u li jitqiegħdu fis-suq legalment qabel id-data tal-applikazzjoni jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati wara dik id-data sad-data ta' skadenza jew sad-data minima ta' durabilità tagħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Scientific Opinion on Arsenic in Food. EFSA Journal 2009; 7(10):1351.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Is-sottotaqsima li ġejja tiġi introdotta wara s-Sottotaqsima 3.4 Tin (inorganiku):

“3.5

Arseniku (inorganiku) (50) (51)

 

3.5.1

Ross mitħun mingħajr togħlija parzjali (ross ippolixxjat jew abjad)

0,20

3.5.2

Ross b'togħlija parzjali u ross imfesdaq

0,25

3.5.3

Wofils tar-ross, wejfers tar-ross, krakers tar-ross u kejkijiet tar-ross

0,30

3.5.4

Ross maħsub għall-produzzjoni ta' ikel għal tfal żgħar u tfal ikbar (3)

0,10”

(2)

Jiżdiedu n-noti tat-tmiem (50) u (51) li ġejjin:

“(50)

Ammont totali ta' As(III) u As(V).

(51)

Ross, ross imfesdaq, ross mitħun u ross b'togħlija parzjali kif definit fl-Istandard 198-1995 tal-Codex.”


26.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1007

tal-25 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

32,3

MA

147,7

MK

36,9

TR

82,4

ZZ

74,8

0707 00 05

MK

20,6

TR

113,7

ZZ

67,2

0709 93 10

TR

108,5

ZZ

108,5

0805 50 10

AR

124,1

BO

143,4

BR

107,1

TR

102,0

ZA

147,3

ZZ

124,8

0808 10 80

AR

161,3

BR

99,4

CL

132,2

NZ

143,2

US

164,2

ZA

123,6

ZZ

137,3

0809 10 00

TR

269,9

ZZ

269,9

0809 29 00

TR

350,3

US

581,4

ZZ

465,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

26.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1008

tal-25 ta' Ġunju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill irreveda l-lista ta' persuni u entitajiet indikati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Persuna waħda u tmien entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(4)

Barra minn hekk, l-entrati li jikkonċernaw sitt entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, għandhom jiġu emendati.

(5)

Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


ANNESS

1.

L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

I.

Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal- missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

A.   Persuni

5.

Mahmood JANNATIAN

B.   Entitajiet

160.

CF Sharp and Company Private Limited

III.

Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

B.   Entitajiet

60.

Bright-Nord GmbH und Co. KG

63.

Cosy-East GmbH und Co. KG

86.

Great-West GmbH und Co. KG

87.

Happy-Süd GmbH und Co. KG

127.

NHL Basic Ltd.

128.

NHL Nordland GmbH

132.

Prosper Basic GmbH

2.

L-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

I.

Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal- missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

76.

Iran Marine Industrial Company (SADRA)

Sadra Building No. 3, Shafagh St., Poonak Khavari Blvd., Shahrak Ghods, P.O. Box 14669-56491, Tehran, Iran

Effettivament ikkontrollata minn Sepanir Oil & Gas Energy Engineering Company, indikata mill-UE bħala kumpannija tal-IRGC. Tipprovdi appoġġ lill-Gvern tal-Iran permezz tal-involviment tagħha fis-settur tal-enerġija Iranjan inkluż fil-kamp tal-gass South Pars.

23.5.2011

77.

Shahid Beheshti University

Daneshju Blvd., Yaman St., Chamran Blvd., P.O. Box 19839-63113, Tehran, Iran

Shahid Beheshti University hija entità pubblika li taqa' taħt is-superviżjoni tal-Ministeru għax-Xjenza, ir-Riċerka u t-Teknoloġija. Twettaq riċerka xjentifika fir-rigward tal-iżvilupp ta' armamenti nukleari.

23.5.2011

132.

Naftiran Intertrade Company (magħrufa bħala Naftiran Trade Company) (NICO)

5th Floor, Petropars Building, No. 35 Farhang Boulevard, Snadat Abad Avenue, Tehran, Iran Tel. +98 21 22372486; +98 21 22374681; +98 21 22374678;Fax +98 21 22374678; +98 21 22372481 E-Mail: info@naftiran.com

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC)

16.10.2012

154.

First Islamic Investment Bank

Fergħa: 19 A-31-3 A, Level 31 Business Suite, Wisma UOA, Jalan Pinang 50450, Kuala Lumpur; Kuala Lumpur; Wilayah Persekutuan; 50450 Tel. 603-21620361/2/3/4, +6087417049/417050, +622157948110

Fergħa: Unit 13 (C), Main Office Tower, Financial Park Labuan Complex, Jalan Merdeka, 87000 Federal Territory of Labuan, Malaysia; Labuan F.T; 87000

Relazzjonijiet mal-Investituri: Menara Prima 17 th floor Jalan Lingkar, Mega Kuningan Blok 6.2 Jakarta 12950 — Indonesia; South Jakarta; Jakarta; 12950

First Islamic Investment Bank (FIIB) qed jagħti appoġġ finanzjarju u loġistiku lill-Gvern tal-Iran. FIIB ntuża minn Babak Zanjani biex jittrasferixxi ammont sinifikanti ta' ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt f'isem il-Gvern tal-Iran.

22.12.2012

157.

HK Intertrade Company Ltd (HK Intertrade)

HK Intertrade Company, 21st Floor, Tai Yau Building, 181 Johnston Road, Wanchai, Hong Kong

HK Intertrade hija kompletament proprjetà ta' u kkontrollata minn National Iranian Oil Company, entità indikata u proprjetà tal-Istat li tipprovdi appoġġ lill-Gvern tal-Iran. Barra minn hekk, HK Intertrade ipprovdiet appoġġ loġistiku u finanzjarju lill-Gvern tal-Iran billi iffaċilitat it-trasferiment ta' flus relatat maż-żejt f'isem il-Gvern tal-Iran.

22.12.2012

158.

Petro Suisse

Petro Suisse Avenue De la Tour- Halimand 6, 1009 Pully, l-Iżizzera

Petro Suisse, kumpannija involuta fis-settur taż-żejt u tal-gass Iranjan, hija 100 % proprjetà tan-NIOC (National Iranian Oil Company) li hija entità indikata li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. Petro Suisse hija wkoll assoċjata ma' Naftiran Intertrade Co (NICO) li hija indikata bħala sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

22.12.2012


26.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1009

tal-24 ta' Ġunju 2015

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/195/KEE fir-rigward tal-entrati għall-Iżrael, għal-Libja u għas-Sirja, l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/196/KEE fir-rigward tal-entrata għall-Iżrael, l-Anness I tad-Deċiżjoni 93/197/KEE fir-rigward tal-entrati għall-Iżrael u għas-Sirja u l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrati għall-Brażil, għall-Iżrael, għal-Libja u għas-Sirja

(notifikata bid-dokument C(2015) 4183)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), l-Artikoli 15(a) u 16, u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Is-sitwazzjoni partikolari fil-Libja u fis-Sirja u n-nuqqas ta' rapportar tal-mard lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) ma tippermettix lil dawk il-pajjiżi terzi jipprovdu l-assigurazzjonijiet neċessarji dwar il-konformità jew l-ekwivalenza mal-kundizzjonijiet rilevanti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ekwidi fl-Unjoni kif imsemmi fid-Direttiva 2009/156/KE. Għalhekk, jeħtieġ li l-entrati għal-Libja u għas-Sirja jitħassru mil-listi ta' pajjiżi terzi stipulati fl-Anness I tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE (3) u 93/195/KEE (4), u li l-entrata għas-Sirja titħassar mil-lista ta' pajjiżi terzi stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE (5).

(2)

L-Iżrael huwa wkoll inkluż fil-listi ta' pajjiżi terzi stipulati fl-Anness I tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE u fil-lista ta' pajjiżi stipulata fin-nota 3 f'qiegħ il-paġna tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE (6). Għal raġunijiet ta' trasparenza tas-suq u f'konformità mal-liġi internazzjonali, għandu jiġi ċċarat li fil-każ tal-Iżrael, il-kopertura territorjali taċ-ċertifikati veterinarji hija limitata għat-territorju tal-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-amministrazzjoni Iżraeljana minn Ġunju tal-1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, il-Medda ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-kumplament tax-Xatt tal-Punent.

(3)

Ladarba l-emenda tal-entrata għall-Iżrael fl-Anness I rispettiv tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE, u fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/196/KEE ma tikkostitwixxix reġjonalizzazzjoni, id-denominazzjoni ġeografika emendata għall-Iżrael għandha tiġi spjegata f'nota ġdida f'qiegħ il-paġna li tiżdied mal-listi rispettivi ta' pajjiżi terzi fl-Annessi ta' dawk id-Deċiżjonijiet.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistipula li l-importazzjonijiet ta' ekwidi fl-Unjoni huma awtorizzati biss minn pajjiżi terzi, jew minn partijiet mit-territorju ta' pajjiżi terzi fejn hija applikata r-reġjonalizzazzjoni, u li ilhom ħielsa mill-glanders (marda taż-żwiemel li tittieħed b'nefħa taħt ix-xedaq u tnixxija ta' mħat mill-imnieħer) għal perjodu ta' sitt xhur.

(6)

Il-lista ta' pajjiżi terzi, jew ta' partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwidi u ta' semen, ta' ova u ta' embrijuni tagħhom, hija stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (7).

(7)

Il-Brażil huwa attwalment inkluż f'dik il-lista ta' pajjiżi terzi. Peress li l-glanders tinstab f'partijiet mit-territorju tal-Brażil, l-importazzjonijiet ta' ekwidi, u tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni tagħhom, huma awtorizzati biss mir-reġjun BR-1 tat-territorju ta' dak il-pajjiż terz, kif deskritt fil-kolonna 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. L-Istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Mato Grosso do Sul, Goiás, Distrito Federal, u Rio de Janeiro huma attwalment inklużi fir-reġjun BR-1 tal-Brażil.

(8)

Permezz ta' ittra tal-20 ta' Novembru 2014, il-Brażil innotifika lill-Kummissjoni dwar il-konferma ta' każ ta' glanders fl-Istat ta' Goiás. Minħabba f'hekk, il-Brażil waqqaf il-ħruġ taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali f'konformità mad-Direttiva 2009/156/KE għall-grupp kollu tal-istati federali li huma inklużi fir-reġjun BR-1.

(9)

Fil-21 ta' April 2015, il-Brażil għarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda bħala prevenzjoni għall-introduzzjoni tal-glanders fiż-żoni ta' dak il-pajjiż terz li huwa eliġibbli biex jitniżżel fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE u pprovda lista tal-istati federali fejn dik il-marda mhijiex preżenti. Il-Brażil ikkonferma wkoll li mill-aħħar każ li ġie rrapportat fis-16 ta' Lulju 2012 'l hawn, l-Istat ta' Rio de Janeiro baqa' ħieles mill-glanders.

(10)

Ladarba l-Istati ta' Goiás u, skont il-lista ta' Stati ħielsa mill-glanders li ntbagħtet mill-Brażil, ta' Santa Catarina ma għadhiex ħielsa mill-glanders, u l-Brażil pprovda garanziji rigward l-assenza ta' dik il-marda fl-istati federali l-oħra, li wħud minnhom huma attwalment inklużi fir-reġjun BR-1, l-entrata għal dak ir-reġjun fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata sabiex l-Istati ta' Goiás u ta' Santa Catarina jitħassru mil-lista attwali u sabiex jerġa' jiddaħħal l-Istat ta' Paraná.

(11)

L-avvenimenti ekwestri tal-Logħob Olimpiku mill-5 sal-21 ta' Awwissu 2016 u tal-Logħob Para-Olimpiku mis-7 sal-21 ta' Settembru 2016, kif ukoll l-avveniment ta' prova qabel il-Logħob Olimpiku tal-2015 mis-7 sad-9 ta' Awwissu 2015, se jseħħu fiċ-Ċentru Ekwestri ta' Deodoro f'Rio de Janeiro, li huwa ġestit bħala żona separata ħielsa mill-mard tal-ekwini fi ħdan l-Istat ta' Rio de Janeiro.

(12)

Għalhekk, mal-entrata għall-Brażil fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandu jiżdied reġjun separat “BR-2” b'mod temporanju li jkun jinkludi ċ-Ċentru Ekwestri ta' Deodoro f'Rio de Janeiro fl-Istat ta' Rio de Janeiro u t-triq li tagħti għall-Ajruport Internazzjonali ta' Galeão.

(13)

Għal raġunijiet spjegati fil-premessi Nru 2 u Nru 3, l-entrata għall-Iżrael fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata u spjegata f'nota ġdida f'qiegħ il-paġna.

(14)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta' ekwidi li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fiċ-ċertifikati mudell korrispondenti previsti fid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tal-kategorija rilevanti ta' ekwidi, it-tip ta' importazzjoni u l-grupp sanitarju, li huma indikati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE li fih ġie assenjat il-pajjiż terz jew parti mit-territorju tal-pajjiż terz ta' esportazzjoni. Għalhekk, il-bidliet li saru lil dawk id-Deċiżjonijiet fir-rigward tal-Libja u tas-Sirja jridu jiġu riflessi skont dan fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(15)

Għall-kuntrarju ta' x'jiġri f'każijiet oħra meta l-importazzjoni ta' ekwidi tiġi sospiża għal raġunijiet ta' mard billi titħassar l-“X” mill-kolonni 6 sa 14 tat-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, it-tħassir tal-Libja u tas-Sirja minn dik il-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom huwa neċessarju għax din il-lista tintuża bħala lista ta' referenza għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti bażiċi oħra, bħal ċerti prodotti sekondarji tal-annimali f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (8) u l-klieb, l-qtates u l-inmsa f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/519/UE (9).

(16)

Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE u 2004/211/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(17)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 92/260/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/196/KEE huwa emendat skont l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/197/KEE huwa emendat skont l-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness V ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta' April 1992 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati (ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta' Frar 1993 fuq il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni tal-veterinarju għall-importazzjoni ta' annimali tar-razza tal-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE tal-5 ta' Frar 1993 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta' ekwidi għall-qatla (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 7).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/519/UE tal-21 ta' Ottubru 2013 li tistabbilixxi l-lista ta' territorji u pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta' klieb, qtates u inmsa u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal tali importazzjonijiet (ĠU L 281, 23.10.2013, p. 20).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni 92/260/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata għall-Grupp Sanitarju E hija sostitwita b'dan li ġej:

Il-Grupp Sanitarju E (1)

L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Iżrael (4) (IL), il-Ġordan (ĠO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdija (3) (SA), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (3) (TR)”.

(2)

Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

“(4)

Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael minn Ġunju tal-1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, il-Medda ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-kumplament tax-Xatt tal-Punent.”.


ANNESS II

L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata għall-Grupp Sanitarju E hija sostitwita b'dan li ġej:

Grupp Sanitarju E (1)

L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Iżrael (4) (IL), il-Ġordan (ĠO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdija (3) (SA), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (3) (TR)”.

(2)

Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

“(4)

Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael minn Ġunju tal-1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, il-Medda ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-kumplament tax-Xatt tal-Punent.”.


ANNESS III

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/196/KEE, in-noti f'qiegħ il-paġna huma emendati kif ġej:

(1)

Fin-nota (3) f'qiegħ il-paġna, it-test marbut mal-Grupp E huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Grupp E

L-Alġerija (DZ), l-Iżrael (10) (IL), il-Marokk (MA), it-Tuneżija (TN)”.

(2)

Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

“(10)

Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael minn Ġunju tal-1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, il-Medda ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-kumplament tax-Xatt tal-Punent.”.


ANNESS IV

L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/197/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata għall-Grupp Sanitarju E hija sostitwita b'dan li ġej:

Grupp Sanitarju E (1)

L-Emirati Għarab Magħquda (3) (AE), il-Baħrejn (3) (BH), l-Alġerija (DZ), l-Iżrael (4) (IL), il-Ġordan (3) (ĠO), il-Kuwajt (3) (KW), il-Libanu (3) (LB), il-Marokk (MA), Mauritius (3) (MU), l-Oman (3) (OM), il-Qatar (3) (QA), l-Arabja Sawdija (2) (3) (SA), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (2) (3) (TR)”.

(2)

Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

“(4)

Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael minn Ġunju tal-1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, il-Medda ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-kumplament tax-Xatt tal-Punent.”.


ANNESS V

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata għall-Brażil hija sostitwita b'dan li ġej:

“BR

Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

D

 

BR-1

L-Istati ta':

Rio Grande do Sul, Paraná, Mato Grosso do Sul, Distrito Federal u Rio de Janeiro ħlief ir-reġjun BR-2 sal-31 ta' Ottubru 2016

D

X

X

X

 

BR-2

Iċ-Centro Olimpico de Hipismo tal-Iskola tal-Irkib taż-Żwiemel tal-Armata Brażiljana ta' Vila Militar f'Deodoro Rio de Janeiro fl-Istat ta' Rio de Janeiro u t-triq li tagħti għall-Ajruport Internazzjonali ta' Galeão

D

X

X

X

Valida sal-31 ta' Ottubru 2016”

(2)

L-entrata għall-Iżrael hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringiela għall-Iżrael hija sostitwita b'dan li ġej:

“IL

l-Iżrael (2)

IL-0

Il-pajjiż kollu

E

X

X

X

X

X

X

X

X

X”

 

(b)

in-nota (2) f'qiegħ il-paġna tiddaħħal wara t-tabella li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi, u bejn in-nota “(1)” f'qiegħ il-pagna u l-intestatura “Nota”:

“(2)

Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael minn Ġunju tal-1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, il-Medda ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-kumplament tax-Xatt tal-Punent.”.

(3)

L-entrata għal-Libja hija mħassra.

(4)

L-entrata għas-Sirja hija mħassra.