ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 157

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
23 ta' Ġunju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/960 tad-19 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/961 tat-22 ta' Ġunju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

20

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha ( 1 )

21

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/963 tat-22 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

32

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/964 tat-22 ta' Ġunju 2015 li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tarrifarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 442/2009 fis-settur tal-laħam tal-majjal

34

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/965 tat-22 ta' Ġunju 2015 li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika

36

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/966 tat-22 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

38

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/967 tat-22 ta' Ġunju 2015 li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

40

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/968 tat-22 ta' Ġunju 2015 li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2014 għall-bajd, il-prodotti tal-bajd u l-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna

42

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/969 tad-19 ta' Ġunju 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO)

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/970 tat-22 ta' Ġunju 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/971 tat-22 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/972 tat-22 ta' Ġunju 2015 li tvara operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED)

51

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/973 tat-22 ta' Ġunju 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

52

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/974 tas-17 ta' Ġunju 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (notifikata bid-dokument C(2015) 4087)

53

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/975 tad-19 ta' Ġunju 2015 dwar miżura li ħadet Spanja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' trapan tal-impatt importat fi Spanja minn HIDALGO'S GROUP, Spanja (notifikata bid-dokument C(2015) 4086)  ( 1 )

96

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/976 tad-19 ta' Ġunju 2015 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel ( 1 )

97

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE – Ukraina tal-15 ta' Diċembru 2014 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati [2015/977]

99

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE – Ukraina tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar l-istabbiliment ta' żewġ Sottokumitati [2015/978]

110

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' apparat ta' pressjoni ( ĠU L 189, 27.6.2014 )

112

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/960

tad-19 ta' Ġunju 2015

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F'Ġunju tal-2014 l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ħareġ parir xjentifiku dwar l-istokk tal-ispnott fil-Grigal tal-Atlantiku, u kkonferma li dan l-istokk kien qed juri tnaqqis rapidu sa mill-2012. Barra minn hekk, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ivvaluta kemm fil-fatt il-miżuri nazzjonali fis-seħħ jipproteġu l-ispnott u, b'mod ġenerali, kien tal-fehma li dawk il-miżuri mhumiex effettivi. L-ispnott huwa speċi li timmatura tard u tikber bil-mod. Bħalissa, il-mortalità mis-sajd tal-ispnott fil-Grigal tal-Atlantiku hija erba' darbiet ogħla mil-livell li jista' jiżgura rendiment massimu sostenibbli (MSY).

(2)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/111 (1), ibbażat fuq l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni adottat miżuri urġenti sabiex titnaqqas il-mortalità mis-sajd ikkawżata minn bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li jimmiraw għall-ġlejjeb riproduttivi tal-ispnott. Dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni skada fit-30 ta' April 2015.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (3) ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/523 (4), bil-għan li jitnaqqas l-impatt tas-sajd rikreattiv fuq il-mortalità mis-sajd.

(4)

Jeħtieġ li jkun hemm tnaqqis ulterjuri fil-qabdiet u għalhekk il-qabdiet tas-sajd kummerċjali immirat għandhom jitnaqqsu bl-impożizzjoni ta' limiti ta' qbid ta' kull xahar fid-diviżjonijiet tal-ICES IVb u IVc, kif ukoll VIId, VIIe, VIIf u VIIh. Fid-diviżjonijiet tal-ICES VIIa u VIIg, il-limiti tal-qbid ta' kull xahar għandhom japplikaw fil-baħar territorjali tar-Renju Unit biss. Tali tnaqqis fil-qabdiet għandu jippermetti li s-sajjieda jadattaw is-sajd attwali tagħhom sabiex is-sajd tal-ispnott jiġi evitat, filwaqt li jkun jista' jinżamm ċertu livell ta' qabdiet inċidentali.

(5)

Barra minn hekk. l-azzjonijiet ta' konservazzjoni meħuda mill-Irlanda, jiġifieri l-projbizzjonijiet rigward il-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord, it-trasferiment jew il-ħatt l-art tal-ispnott, għandhom jinżammu u jiġu estiżi biex ikopru l-bastimenti kollha tal-Unjoni attivi fid-diviżjonijiet tal-ICES VIIb, VIIc, VIIj u VIIk. Dawn l-azzjonijiet għandhom japplikaw ukoll fid-diviżjonijiet tal-ICES VIIa u VIIg, bl-eċċezzjoni tal-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linja bażi taħt is-sovranità tar-Renju Unit, fejn japplika r-reġim tal-limiti tal-qbid ta' kull xahar.

(6)

Il-qabdiet tal-ispnott għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi ta' kull xahar permezz ta' ġbir ta' data mill-Istati Membri.

(7)

Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland min-naħa l-oħra (5), u l-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti f'dak il-Ftehim (6), jipprevedu li l-Unjoni għandha tirċievi 7,7 % tat-total tal-qabdiet disponibbli (TAC) għall-kapelin fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni tal-ICES V u XIV.

(8)

Ir-Regolament (UE) 2015/104 ffissa kwota tal-Unjoni ta' 0 tunnellati għall-2015 għall-istokk tal-kapelin f'dawk l-ilmijiet ta' Greenland.

(9)

Fit-13 ta' Mejju 2015 l-Unjoni rċeviet informazzjoni mill-awtoritajiet ta' Greenland li t-TAC għall-kapelin fl-ilmijiet ta' Greenland tas-subżoni tal-ICES V u XIV ġew stabbiliti għall-perijodu mill-20 ta' Ġunju 2015 sat-30 ta' April 2016, u l-Unjoni ġiet offerta kwota ta' 23 100 tunnellata. Huwa xieraq li l-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni jiġu ffissati u allokati skont dan.

(10)

Fil-qafas tal-konsultazzjonijiet annwali dwar is-sajd bejn l-Unjoni u n-Norveġja, l-Unjoni ħadet l-impenn li tipprovdi lin-Norveġja bi kwantità addizzjonali ta' 20 000 tunnellata ta' kapelin fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żona tal-ICES XIV għall-2015. Huwa xieraq li dak l-ammont jiġi allokat mill-kwota tal-Unjoni disponibbli f'dawk l-ilmijiet. Il-limiti tal-qbid tal-kapelin previsti b'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-20 ta' Ġunju 2015.

(11)

In-Norveġja qablet li l-kwoti tal-Unjoni jiżdiedu għall-istokkijiet li ġejjin: għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II b'1 512-il tunnellata; għall-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II bi 88 tunnellata; għal-lipp fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV b'150 tunnellata; u għall-merluzz tal-linja sewda fiż-żona IV u fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa b'250 tunnellata. It-tabelli ta' TAC korrispondenti għandhom għalhekk jiġu aġġornati skont dan.

(12)

Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-5 % tal-flessibbiltà bejn iż-żoni (kondizzjoni speċjali) għar-raja ondjata tapplika biss għall-kwota tal-qabda aċċessorja tar-raja ondjata.

(13)

Ċerti qabdiet ta' kelb il-baħar jistgħu jkunu permessi, filwaqt li tinżamm il-projbizzjoni fuq il-qbid tal-kelb il-baħar bil-konzijiet.

(14)

Il-partijiet tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC) ma setgħux jaqblu dwar miżura xierqa ta' ġestjoni għar-redfish f'ilmijiet internazzjonali tas-subżoni tal-ICES I u II għall-2015, u l-ICES tat il-parir li l-qbid rakkomandat mill-Partijiet kollha ma għandux jaqbeż 30 000 tunnellata. B'kont meħud tal-fatt li s-sajd għal dan l-istokk isir kemm ġewwa l-ilmijiet tal-Istati Kostali kif ukoll fl-ilmijiet internazzjonali, l-Unjoni kienet irrakkomandat fil-Laqgħa Annwali tan-NEAFC f'Novembru 2014 li għandha tiġi adottata miżura li tillimita dan is-sajd għal 19 500 tunnellata. Fin-nuqqas ta' miżura ta' ġestjoni tan-NEAFC, kif kien il-każ fl-2014, is-sajd fl-ilmijiet internazzjonali għall-2015 għandu jkun limitat għal 19 500 tunnellata għal bastimenti tas-sajd tal-Partijiet kollha tan-NEAFC fiż-żona, inklużi bastimenti tal-Unjoni.

(15)

Fl-2015 ser ikomplu l-konsultazzjonijiet dwar opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tar-redfish fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II. Il-limiti ta' qbid għal dan l-istokk ser jiġu ffissati matul l-2015, b'kont meħud tal-eżitu ta' dawn il-konsultazzjonijiet.

(16)

Sabiex jiġi rifless b'mod korrett it-tqassim tal-irkaptu tal-flotta Spanjola tas-sajd għat-tonn għall-2015, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2015/104, li jistabbilixxi l-limitazzjonijiet fuq is-sajd, il-farms u t-tismin tat-tonn.

(17)

Reċentement, bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Franza u li kellu fil-mira t-tonnijiet tropikali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) ġie rreġistrat mill-ġdid bħala bastiment Taljan. Il-kapaċità korrispondenti f'tunnellaġġ gross allokata lil Franza fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2015/104 għandha għalhekk tiġi trasferita lill-Italja. Dan it-trasferiment la jaqbeż il-limiti tal-kapaċità għall-Italja stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u lanqas jaffettwa l-limiti tal-kapaċità stabbiliti mill-IOTC.

(18)

Għandhom isiru xi korrezzjonijiet għar-Regolament 2015/104 sabiex jiġi żgurat li, minħabba l-arrotondament, it-totali tal-kwoti tal-Istati Membri ma jaqbżux il-kwota disponibbli għall-Unjoni u wkoll biex jiġu indirizzati impreċiżjonijiet tipografiċi jew biex jiżdiedu l-kodiċijiet tar-rappurtar.

(19)

Ir-Regolament (UE) 2015/104 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(20)

Huwa neċessarju li l-miżuri inklużi f'dan ir-Regolament jibdew japplikaw kemm jista' jkun malajr. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (UE) 2015/104, għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

Miżuri fir-rigward tal-ispnott

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu, iżommu abbord, jittrasferixxu, jittrasbordaw jew iħottu l-art kwantitajiet ta' spnott li jaqbżu l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2 li jinqabdu fiż-żoni li ġejjin:

(a)

id-diviżjonijiet tal-ICES IVb, IVc, VIId, VIIe, VIIf u VIIh;

(b)

l-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linja bażi taħt is-sovranità tar-Renju Unit fid-diviżjonijiet tal-ICES VIIa u VIIg.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-limiti ta' qbid li ġejjin:

Kategorija u kodiċi tal-irkaptu (7)

Il-qabda massima ta' spnott permessa għal kull bastiment għal kull xahar kalendarju (f'kg)

Xbieki tat-tkarkir jew xbieki tat-tkarkir pelaġiku, inkluż OTM u PTM

1 500

It-tipi kollha ta' xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ inklużi tartaruni Daniżi/Skoċċiżi, inkluż OTB, OTT, PTB, TBB, SSC, SDN, SPR, SV, SB, SX, TBN, TBS u TB

1 800

It-tipi kollha ta' GN, kull sajd b'għażel tat-tisqif u bi xbieki fissi (parit), inkluż GTR, GNS, GND, FYK, FPN u FIX

1 000

Is-sajd kollu bil-konzijiet jew bil-bastun u x-xlief jew bil-qasba u x-xlief, inkluż LHP, LHM, LLD, LL, LTL, LX u LLS

1 300

tartaruni tal-borża, kodiċijiet tal-irkaptu PS u LA

3 000

3.   Għal bastimenti tal-Unjoni li jużaw aktar minn irkaptu wieħed fl-istess xahar kalendarju, għandu japplika l-inqas limitu tal-qbid stabbilit għal kull irkaptu fil-paragrafu 2.

4.   Il-limiti tal-qbid iffissati fil-paragrafu 2 ma għandhomx ikunu trasferibbli minn xahar għall-ieħor jew bejn il-bastimenti.

5.   Għandu jkun ipprojbit li bastimenti tal-Unjoni jżommu abbord, jittrasbordaw, jittrasferixxu jew iħottu l-art spnott maqbud fid-diviżjonijiet tal-ICES VIIb, VIIc, VIIj u VIIk, kif ukoll fl-ilmijiet tad-diviżjonijiet tal-ICES VIIa u VIIg li jinsabu aktar minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi taħt is-sovranità tar-Renju Unit.

6.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-qabdiet ta' spnott għal kull tip ta' rkaptu sa mhux aktar tard minn 20 jum wara t-tmiem ta' kull xahar.”.

Artikolu 2

1.   L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   L-Anness IB tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

3.   L-Anness IC tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat skont l-Anness III għal dan ir-Regolament.

4.   L-Anness ID tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat skont l-Anness IV għal dan ir-Regolament.

5.   L-Anness IF tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat skont l-Anness V għal dan ir-Regolament.

6.   L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

7.   L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. REIRS


(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/111 tas-26 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi miżuri sabiex tittaffa t-theddida serja għall-konservazzjoni tal-istokk tal-ispnott (Dicentrarchus labrax) fil-Baħar Ċeltiku, il-Kanal Ingliż, il-Baħar Irlandiż u n-Nofsinhar tal-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 31).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/523 tal-25 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014, u (UE) 2015/104 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 1).

(5)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.

(6)  ĠU L 293, 23.10.2012, p. 5.

(7)  Skont il-kodiċijiet alfa 3 tal-FAO tal-irkaptu tas-sajd.


ANNESS I

1.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) f'IV u fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

Żona:

IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa

(HAD/2AC4.)

Belġju

254

 

 

Danimarka

1 745

 

 

Ġermanja

1 111

 

 

Franza

1 936

 

 

In-Netherlands

190

 

 

Żvezja

176

 

 

Renju Unit

28 785

 

 

L-Unjoni

34 197

 

 

Norveġja

6 514

 

 

TAC

40 711

 

TAC analitika

Għandu japplika l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament

fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni li ġejjin:

 

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV (HAD/*04N-)

L-Unjoni

25 252

2.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lipp (Molva molva) fl-ilmijiet Norveġiżi ta' IV għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Lipp

Molva molva

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

(LIN/04-N.)

Belġju

8

 

 

Danimarka

965

 

 

Ġermanja

27

 

 

Franza

11

 

 

In-Netherlands

2

 

 

Renju Unit

87

 

 

L-Unjoni

1 100

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

3.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj (Rajiformes) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Rebekkini u raj

Rajiformes

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

(SRX/67AKXD)

Belġju

725 (1)  (2)  (3)

 

 

Estonja

4 (1)  (2)  (3)

 

 

Franza

3 255  (1)  (2)  (3)

 

 

Ġermanja

10 (1)  (2)  (3)

 

 

Irlanda

1 048  (1)  (2)  (3)

 

 

Litwanja

17 (1)  (2)  (3)

 

 

In-Netherlands

3 (1)  (2)  (3)

 

 

Portugall

18 (1)  (2)  (3)

 

 

Spanja

876 (1)  (2)  (3)

 

 

Renju Unit

2 076  (1)  (2)  (3)

 

 

L-Unjoni

8 032  (1)  (2)  (3)

 

 

TAC

8 032  (3)

 

TAC ta' prekawzjoni

Għandu japplika l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament

4.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj (Rajiformes) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Rebekkini u raj

Rajiformes

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId

(SRX/07D.)

Belġju

72 (4)  (5)  (6)

 

 

Franza

602 (4)  (5)  (6)

 

 

In-Netherlands

4 (4)  (5)  (6)

 

 

Renju Unit

120 (4)  (5)  (6)

 

 

L-Unjoni

798 (4)  (5)  (6)

 

 

TAC

798 (6)

 

TAC ta' prekawzjoni

5.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj (Rajiformes) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIII u IX għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Rebekkini u raj

Rajiformes

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIII u IX

(SRX/89-C.)

Belġju

7 (7)  (8)

 

 

Franza

1 298  (7)  (8)

 

 

Portugall

1 051  (7)  (8)

 

 

Spanja

1 057  (7)  (8)

 

 

Renju Unit

7 (7)  (8)

 

 

L-Unjoni

3 420  (7)  (8)

 

 

TAC

3 420  (8)

 

TAC ta' prekawzjoni

6.

L-ewwel nota f'qiegħ il-paġna fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-mazzola griża (Squalus acanthias) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV u l-ewwel nota f'qiegħ il-paġna tat-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-mazzola griża (Squalus acanthias) fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali ta' I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV għandhom jiġu sostitwiti kif ġej:

“Il-mazzola griża ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperti minn din it-TAC. Meta aċċidentalment jinqabdu fis-sajd li għadu mhux soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art, ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jiġu rilaxxati minnufih. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom”.

7.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati (Trisopterus esmarki) fi IIIa, fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati

Trisopterus esmarki

Żona:

IIIa; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV

(NOP/2A3A4.)

Danimarka

127 882  (9)

 

 

Ġermanja

24 (9)  (10)

 

 

In-Netherlands

94 (9)  (10)

 

 

L-Unjoni

128 000  (9)  (11)

 

 

Norveġja

15 000

 

 

Gżejjer Faeroe

7 000  (12)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

8.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal speċijiet oħra f'ilmijiet Norveġiżi ta' IV għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Speċijiet oħra

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

(OTH/04-N.)

Belġju

40

 

 

Danimarka

3 624

 

 

Ġermanja

409

 

 

Franza

168

 

 

In-Netherlands

290

 

 

Żvezja

Mhux rilevanti (13)

 

 

Renju Unit

2 719

 

 

L-Unjoni

7 250  (14)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC ta' prekawzjoni

(1)  Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/67AKXD), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/67AKXD), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/67AKXD), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/67AKXD), tar-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/67AKXD), tar-raja rotonda (Raja circularis) (RJI/67AKXD) u tar-raja petruża (Raja fullonica) (RJF/67AKXD) għandhom jiġu ddikjarati b'mod separat.

(2)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId (SRX/*07D.), mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet tal-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*07D.), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/*07D.), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/*07D.), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/*07D.), tar-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/*07D.), tar-raja rotonda (Raja circularis) (RJI/*07D.) u tar-raja petruża (Raja fullonica) (RJF/*07D.) għandhom jiġu ddikjarati b'mod separat. Din il-kondizzjoni speċjali ma għandhiex tapplika għar-raja ondjata (Raja undulata).

(3)  Mhux applikabbli għar-raja ondjata (Raja undulata). Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperti minn din it-TAC. F'każijiet fejn ma jkunx soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art, il-qabda aċċessorja ta' raja ondjata fiż-żona VIIe jista' biss jinħatt l-art sħiħ jew imnaddaf, u dment li ma jkunx jammonta għal aktar minn 20 kilogramma piż ħaj għal kull vjaġġ tas-sajd. Il-qabdiet għandhom jibqgħu taħt il-kwoti li jidhru fit-tabella ta' hawn taħt. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet aċċessorji ta' raja ondjata għandhom jiġu ddikjarati separatament taħt il-kodiċi li ġej: (RJU/67AKXD). Fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet ta' raja ondjata mniżżla hawn taħt:

Speċi:

Raja ondjata

Raja undulata

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIe

(RJU/67AKXD)

Belġju

9

 

 

Estonja

0

 

 

Franza

41

 

 

Ġermanja

0

 

 

Irlanda

13

 

 

Litwanja

0

 

 

In-Netherlands

0

 

 

Portugall

0

 

 

Spanja

11

 

 

Renju Unit

26

 

 

L-Unjoni

100

 

 

TAC

100

 

TAC ta' prekawzjoni

Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId u jiġu ddikjarati skont il-kodiċi li ġej: (RJU/07D.). Din il-kondizzjoni speċjali hija mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom.

(4)  Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/07D.), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/07D.), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/07D.), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/07D.), tar-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/07D.) u tar-raja ondjata (Raja undulata) (RJU/07D.) għandhom jiġu ddikjarati b'mod separat.

(5)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k (SRX/*67AKD). Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*67AKD), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/*67AKD), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/*67AKD), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/*67AKD) u tar-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/*67AKD) għandhom jiġu ddikjarati b'mod separat. Din il-kondizzjoni speċjali ma għandhiex tapplika għar-raja ondjata (Raja undulata).

(6)  Mhux applikabbli għar-raja ondjata (Raja undulata). Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperti minn din it-TAC. F'każijiet fejn ma jkunx soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art, il-qabda aċċessorja ta' raja ondulata fiż-żona koperta minn din it-TAC jista' jinħatt biss sħiħ jew imnaddaf, u dment li ma jkunx jammonta għal aktar minn 20 kilogramma piż ħaj għal kull vjaġġ tas-sajd. Il-qabdiet għandhom jibqgħu taħt il-kwoti li jidhru fit-tabella ta' hawn taħt. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet aċċessorji ta' raja ondjata għandhom jiġu ddikjarati separatament taħt il-kodiċi li ġej: (RJU/07D.). Fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet ta' raja ondjata mniżżla hawn taħt:

Speċi:

Raja ondjata

Raja undulata

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId

(RJU/07D.)

Belġju

1

 

 

Franza

8

 

 

In-Netherlands

0

 

 

Renju Unit

2

 

 

L-Unjoni

11

 

 

TAC

11

 

TAC ta' prekawzjoni

Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIe u ddikjarati skont il-kodiċi li ġej: (RJU/*67AKD). Din il-kondizzjoni speċjali hija mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom.

(7)  Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/89-C.), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/89-C.) u tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/89-C.) għandhom jiġu ddikjarati b'mod separat.

(8)  Mhux applikabbli għar-raja ondjata (Raja undulata). Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperti minn din it-TAC. F'każijiet fejn ma jkunx soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art, il-qabda aċċessorja ta' raja ondjata fiż-żona VIII jista' biss jinħatt l-art sħiħ jew imnaddaf, u dment li ma jkunx jammonta għal aktar minn 20 kilogramma ta' piż ħaj għal kull vjaġġ tas-sajd. Il-qabdiet għandhom jibqgħu taħt il-kwoti li jidhru fit-tabella ta' hawn taħt. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet aċċessorji ta' raja ondjata għandhom jiġu ddikjarati separatament taħt il-kodiċi li ġej: (RJU/89-C.). Fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet ta' raja ondjata mniżżla hawn taħt:

Speċi:

Raja ondjata

Raja undulata

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIII

(RJU/89-C.)

Belġju

0

 

 

Franza

9

 

 

Portugall

8

 

 

Spanja

8

 

 

Renju Unit

0

 

 

L-Unjoni

25

 

 

TAC

25

 

TAC ta' prekawzjoni

(9)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' ħatt l-art, il-qabdiet tal-merlangu jistgħu jingħaddu ma' mhux aktar minn 5 % tal-kwota (OT2/*2A3A4), dment li dawn il-qabdiet u qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċi li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'kollox ma jirrappreżentawx aktar minn 9 % ta' din il-kwota għall-merluzz tan-Norveġja.

(10)  Il-kwota tista' tiġi mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIa, IIIa u IV biss.

(11)  Il-kwota tal-Unjoni tista' tiġi mistada biss mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru 2015.

(12)  Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni. Li tinkludi massimu ta' 15 % tal qabdiet aċċessorji (NOP/*2A3A4), li għandhom jingħaddu ma' din il-kwota.

(13)  Kwota allokata min-Norveġja lill-Iżvezja għal “speċijiet oħra” f'livell tradizzjonali.

(14)  Inkluż sajd mhux imsemmi speċifikament. Jistgħu jiġu introdotti eċċezzjonijiet wara li jsiru konsultazzjonijiet, kif meħtieġ.


ANNESS II

1.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa (Clupea harengus) fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali ta' I u II għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali ta' I u II

(HER/1/2-)

Belġju

6 (1)

 

 

Danimarka

6 314  (1)

 

 

Ġermanja

1 105  (1)

 

 

Spanja

21 (1)

 

 

Franza

272 (1)

 

 

Irlanda

1 634  (1)

 

 

In-Netherlands

2 259  (1)

 

 

Polonja

319 (1)

 

 

Portugall

21 (1)

 

 

Finlandja

98 (1)

 

 

Żvezja

2 339  (1)

 

 

Renju Unit

4 036  (1)

 

 

L-Unjoni

18 424  (1)

 

 

Gżejjer Faeroe

9 000  (2)  (3)

 

 

TAC

Mhux stabbilita

 

TAC analitika

2.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw (Gadus morhua) fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

(COD/1N2AB.)

Ġermanja

2 663

 

 

Greċja

330

 

 

Spanja

2 970

 

 

Irlanda

330

 

 

Franza

2 444

 

 

Portugall

2 970

 

 

Renju Unit

10 329

 

 

L-Unjoni

22 036

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

3.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin (Mallotus villosus) fl-ilmijiet ta' Greenland ta' V u XIV għandha tinbidel bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Kapelin

Mallotus villosus

Żona:

L-ilmijiet ta' Greenland ta' V u XIV

(CAP/514GRN)

Danimarka

2 635

 

 

Ġermanja

115

 

 

Żvezja

189

 

 

Renju Unit

25

 

 

L-Istati Membri kollha

136 (4)

 

 

L-Unjoni

3 100  (5)

 

 

Norveġja

20 000

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

4.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

(HAD/1N2AB.)

Ġermanja

276

 

 

Franza

166

 

 

Renju Unit

846

 

 

L-Unjoni

1 288

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

5.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-redfish (Sebastes spp.) fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Redfish

Sebastes spp.

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

(RED/1/2AB.)

L-Unjoni

Għandha tiġi stabbilita

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

 

6.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-redfish (Sebastes spp.) fl-ilmijiet internazzjonali ta' I u II għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Redfish

Sebastes spp.

Żona:

L-ilmijiet internazzjonali ta' I u II

(RED/1/2INT)

L-Unjoni

Mhux rilevanti (6)  (7)

 

 

TAC

19 500

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika


(1)  Meta l-qabdiet jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li ġew mistada f'kull waħda miż-żoni li ġejjin għandhom ukoll jiġu kkomunikati: iż-Żona Regolatorja tan-NEAFC u l-ilmijiet tal-Unjoni.

(2)  Tista' tiġi mistada fl-ilmijiet tal-UE fit-Tramuntana ta' 62° N

(3)  Għandhom jinqatgħu mil-limiti ta' qbid tal-Gżejjer Faeroe.

Kondizzjoni speċjali:

fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni li ġejjin:

L-ilmijiet Norveġiżi fit-Tramuntana ta' 62° N u ż-żona ta' sajd madwar Jan Mayen (HER/*2AJMN)

0

 

II, Vb fit-Tramuntana ta' 62° N (ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe) (HER/*2 A 5B-F))

Belġju

3

Danimarka

3 084

Ġermanja

540

Spanja

10

Franza

133

Irlanda

798

In-Netherlands

1 104

Polonja

156

Portugall

10

Finlandja

48

Żvezja

1 143

Renju Unit

1 971

(4)  Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit jistgħu jaċċessaw il-kwota tal-“Istati Membri kollha” biss meta jkunu eżawrew il-kwota proprja tagħhom. Madankollu, Stati Membri b'aktar minn 10 % tal-kwota tal-Unjoni ma għandhom bl-ebda mod jaċċessaw il-kwota tal-“Istati Membri kollha”

(5)  Għal perijodu ta' sajd mill-20 ta' Ġunju sat-30 ta' April tas-sena ta' wara

(6)  Is-sajd jista' jsir biss fil-perijodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2015. Is-sajd ser jingħalaq meta t-TAC tkun ġiet eżawrita kompletament mill-Partijiet Kontraenti tan-NEAFC. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar id-data li fiha s-Segretarjat tan-NEAFC ikun innotifika lill-Partijiet Kontraenti tan-NEAFC li t-TAC tkun ġiet eżawrita kompletament. Minn dik id-data l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu s-sajd dirett għar-redfish minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

(7)  Il-bastimenti għandhom jillimitaw il-qabdiet aċċessorji tagħhom tar-redfish f'sajd ieħor għal massimu ta' 1 % tal-qabda totali miżmuma abbord.


ANNESS III

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-klamar tal-pinen qosra (Illex illecebrosus) fis-subżoni 3 u 4 tan-NAFO għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Klamar tal-pinen qosra

Illex illecebrosus

Żona:

Is-subżoni 3 u 4 tan-NAFO

(SQI/N34.)

Estonja

128 (1)

 

 

Latvja

128 (1)

 

 

Il-Litwanja

128 (1)

 

 

Il-Polonja

227 (1)

 

 

L-Unjoni

Mhux rilevanti (1)  (2)

 

 

TAC

34 000

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika


(1)  Is-sajd għandu jsir bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2015.

(2)  L-ebda sehem speċifikat tal-Unjoni. L-ammont ta' 29 458 tunnellata huwa disponibbli għall-Kanada u l-Istati Membri tal-Unjoni minbarra l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.


ANNESS IV

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-alonga tat-tramuntana (Thunnus alalunga) fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Alonga tat-Tramuntana

Thunnus alalunga

Żona:

Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana 5° N

(ALB/AN05N)

Irlanda

2 510,64  (2)

 

 

Spanja

17 690,59  (2)

 

 

Franza

4 421,71  (2)

 

 

Renju Unit

195,89 (2)

 

 

Portugall

2 120,3  (2)

 

 

L-Unjoni

26 939,13  (1)

 

 

TAC

28 000

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika


(1)  L-għadd ta' bastimenti tal-Unjoni li jistadu għall-alonga tat-Tramuntana bħala speċi fil-mira, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 520/2007 [1], għandu jkun kif ġej: 1 253

[1]

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' ċerti ħażniet ta' speċi li jpassu ħafna (ĠU L 123, 12.5.2007, p. 3).

(2)  It-tqassim bejn l-Istati Membri tal-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru awtorizzati biex jistadu għall-alonga tat-Tramuntana bħala l-speċi fil-mira f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 520/2007:

Stat Membru

Għadd massimu ta' bastimenti

Irlanda

50

Spanja

730

Franza

151

Renju Unit

12

Portugall

310


ANNESS V

1.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-alfonsinos (Beryx spp.) f'SEAFO għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Alfonsinos

Beryx spp.

Żona:

SEAFO

(ALF/SEAFO)

TAC

200 (1)

 

TAC ta' prekawzjoni

2.

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-mera tal-Atlantiku (Hoplostethus atlanticus) fis-subdiviżjoni B1 ta' SEAFO għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Speċi:

Mera tal-Atlantiku

Hoplostethus atlanticus

Żona:

Is-Subdiviżjoni B1 ta' SEAFO (2)

(ORY/F47NAM)

TAC

0 (3)

 

TAC ta' prekawzjoni

(1)  Ma jistgħux jittieħdu aktar minn 132 tunnellata fid-Diviżjoni B1 (ALF/*F47NA).

(2)  Għall-fini ta' dan it-TAC, iż-żona miftuħa għas-sajd hija ddefinita bħala li għandha:

il-limitu tal-Punent tagħha fuq il-lonġitudni 0° E,

il-limitu tat-Tramuntana tagħha fuq il-latitudni 20° S,

il-limitu tan-Nofsinhar tagħha fuq il-latitudni 28° S, u

il-limiti ta' barra nett tal-limitu tal-Lvant taż-ŻEE tan-Namibja.

(3)  Ħlief għal qabda aċċessorja permissibbli ta' 4 tunnellati (ORY/*F47NA).


ANNESS VI

L-Anness IV għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS IV

ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-ICCAT  (1)

1.   L-għadd massimu ta' dgħajjes tal-Unjoni ta' sajd bil-lixka u bir-rixa awtorizzati biex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115 cm fil-Lvant tal-Atlantiku

Franza

37

L-Unjoni

37

2.   L-għadd massimu ta' bastimenti tal-Unjoni ta' sajd artiġjanali kostali awtorizzati biex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115 cm fil-Mediterran

Spanja

84

Franza

94

Italja

30

Ċipru

6 (2)

Malta

28 (3)

L-Unjoni

242

3.   L-għadd massimu ta' bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115 cm fil-Baħar Adrijatiku għal finijiet tal-farms tal-ħut

Kroazja

11

Italja

12

L-Unjoni

23

4.   L-għadd massimu u l-kapaċità totali f'tunnellaġġ gross ta' bastimenti tas-sajd ta' kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għal, iżommu abbord, jittrasbordaw, jittrasportaw jew iħottu l-art tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran

Tabella A

Għadd ta' bastimenti tas-sajd (4)

 

Ċipru (5)

Greċja (6)

Kroazja

Italja

Franza

Spanja

Malta (7)

Tartaruni tal-borża

1

1

11

12

17

6

1

Bastimenti li jistadu bil-konzijiet

6 (8)

0

0

30

8

59

28

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka

0

0

0

0

8

15

0

Bix-xlief

0

0

12

0

29 (9)

1

0

Bastiment tat-tkarkir

0

0

0

0

57

0

0

Sajd artiġjanali ieħor (10)

0

21

0

0

94

273

0


Tabella B

Kapaċità totali f'tunnellaġġ gross

 

Ċipru

Kroazja

Greċja

Italja

Franza

Spanja

Malta

Tartaruni tal-borża

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Bastimenti li jistadu bil-konzijiet

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Dgħajjes bil-lixka

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Bix-xlief

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Bastimenti tat-tkarkir

Trid tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Sajd artiġjanali ieħor

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

Għandha tiġi stabbilita

5.   L-għadd massimu ta' nases użati fis-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran awtorizzati minn kull Stat Membru

Għadd ta' nases (11)

Spanja

5

Italja

6

Portugall

2

6.   Il-kapaċità massima ta' farms u ta' tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-kontribut massimu ta' tonn maqbud mis-selvaġġ li kull Stat Membru jista' jalloka lill-farms tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran

Tabella A

Kapaċità massima ta' farms u ta' tismin tat-tonn

 

Għadd ta' farms

Kapaċità (f'tunnellati)

Spanja

14

11 852

Italja

15

13 000

Greċja

2

2 100

Ċipru

3

3 000

Kroazja

7

7 880

Malta

8

12 300


Tabella B

Kontribut massimu ta' tonn maqbud mis-selvaġġ (f'tunnellati)

Spanja

5 855

Italja

3 764

Greċja

785

Ċipru

2 195

Kroazja

2 947

Malta

8 768


(1)  In-numri li jidhru fit-taqsimiet 1, 2 u 3 jistgħu jonqsu sabiex ikunu konformi ma' obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(2)  Din iċ-ċifra tista' tiżdied b'10, jekk Ċipru jiddeċiedi li jissostitwixxi l-bastiment tas-sajd b'tartarun tal-borża b'10 bastimenti tas-sajd bil-konz, kif indikat fin-nota 5 f'qiegħ il-paġna għat-tabella A tat-taqsima 4.

(3)  Din iċ-ċifra tista' tiżdied b'10, jekk Malta tiddeċiedi li tissostitwixxi l-bastiment tas-sajd b'tartarun tal-borża b'10 bastimenti tas-sajd bil-konz, kif indikat fin-nota 7 f'qiegħ il-paġna għat-tabella A tat-taqsima 4.

(4)  In-numri f'din it-Tabella A tat-taqsima 4 jistgħu jiżdiedu aktar, sabiex ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(5)  Bastiment tas-sajd wieħed b'tartarun tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.

(6)  Bastiment tas-sajd wieħed b'tartarun tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd artiġjanali jew b'bastiment tas-sajd wieħed żgħir b'tartarun tal-borża u tliet bastimenti tas-sajd artiġjanali.

(7)  Bastiment tas-sajd wieħed b'tartarun tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.

(8)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'aktar minn irkaptu wieħed.

(9)  Bastimenti li jistadu bir-rixa fil-Lvant tal-Atlantiku.

(10)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'aktar minn irkaptu wieħed (bil-konz, bix-xlief, bir-rixa).

(11)  Dan in-numru jista' jiżdied aktar, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.”.


ANNESS VII

L-Anness VI għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS VI

ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-IOTC

1.

L-għadd massimu ta' bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għat-tonn tropikali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC

Stat Membru

Għadd massimu ta' bastimenti

Kapaċità (tunnellaġġ gross)

Spanja

22

61 364

Franza

27

45 383

Portugall

5

1 627

Italja

1

2 137

L-Unjoni

55

110 511

2.

Għadd massimu ta' bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC

Stat Membru

Għadd massimu ta' bastimenti

Kapaċità (tunnellaġġ gross)

Spanja

27

11 590

Franza

41 (1)

7 882

Portugall

15

6 925

Renju Unit

4

1 400

L-Unjoni

87

27 797

3.

Il-bastimenti msemmija fil-punt 1 għandhom ukoll ikunu awtorizzati jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC.

4.

Il-bastimenti msemmija fil-punt 2 għandhom ukoll ikunu awtorizzati jistadu għat-tonn tropikali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC.”.


(1)  Din iċ-ċifra ma tinkludix bastimenti rreġistrati f'Mayotte; hija tista' tiżdied fil-futur f'konformità mal-pjan għall-iżvilupp tal-flotta ta' Mayotte.


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/961

tat-22 ta' Ġunju 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Għandha titneħħa persuna minn fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi stipulati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat skontl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

L-isem tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata, huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

A.   Persuni

12.

Fawwaz (

Image

) Al-Assad (

Image

)

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/21


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/962

tat-18 ta' Diċembru 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2010/40/UE jiffissa bħala azzjoni ta' prijorità l-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha għall-iżvilupp u l-użu ta' speċifikazzjonijiet u standards.

(2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2010/40/UE jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta l-ispeċifikazzjonijiet neċessarji biex tiżgura l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità għall-varar u l-użu operattiv tas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (STI) għall-forinment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha. Dan ir-Regolament ifittex li jtejjeb l-aċċessibbiltà, l-iskambju, l-użu mill-ġdid u l-aġġornament tad-dejta dwar it-toroq u t-traffiku meħtieġa għall-forniment ta' servizzi ta' kwalità għolja u kontinwi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-Unjoni kollha

(3)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/40/UE jipprovdi li l-ispeċifikazzjonijiet adottati f'konformità mal-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-STI, meta dawn ikunu varati mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar il-varar ta' dawn l-applikazzjonijiet u s-servizzi fit-territorju tiegħu.

(4)

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom japplikaw għall-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni tat-traffiku f'ħin reali kollha mingħajr preġudizzju għal speċifikazzjonijiet partikolari adottati f'atti oħra skont id-Direttiva 2010/40/UE, partikolarment ir-Regolament Delegat (UE) Nru 885/2013 (2) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 (3).

(5)

Is-suq għall-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali diġà jeżisti fl-Unjoni u huwa fl-interess kemm tal-utenti u l-konsumaturi kif ukoll tal-fornituri ta' dawn is-servizzi li jinħolqu l-kundizzjonijiet xierqa ta' qafas għal dan is-suq sabiex jiġi ppreservat u jiġi żviluppat aktar f'modi innovattivi. Fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali, id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi regoli minimi dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha. Fir-rigward tal-użu mill-ġdid ta' dejta fil-pussess mill-awtoritajiet tat-toroq u mill-operaturi tat-toroq pubbliċi, ir-regoli stabbiliti b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk dwar l-aġġornamenti tad-dejta, huma applikabbli bla preġudizzju għar-regoli stabbiliti bid-Direttiva 2003/98/KE.

(6)

Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) toħloq infrastruttura tad-dejta ġeografika tal-Unjoni Ewropea sabiex tippermetti l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ġeografika u aċċess pubbliku għaliha (inklużi t-tema tad-dejta ġeografika “netwerks tat-trasport”) fl-Unjoni kollha bil-ħsieb li jiġu sostnuti l-politiki ambjentali tal-Unjoni, u l-politiki jew l-attivitajiet li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent. L-ispeċifikazzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament għandhom ikunu kompatibbli mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2007/2/KE u l-atti ta' implimentazzjoni tagħha, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (6). L-estensjoni tal-applikazzjoni ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet għat-tipi kollha ta' dejta statika dwar it-toroq jistgħu wkoll jippromwovu aktar armonizzazzjoni f'dan il-qasam.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jiddefinixxi l-infrastruttura tat-trasport bit-triq li tagħmel parti min-netwerk ewlieni u min-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Dan ir-Regolament għandu japplika għan-netwerk tat-toroq trans-Ewropew komprensiv kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 peress f'dan in-netwerk isir l-aktar it-trasport internazzjonali bit-toroq. Peress li l-biċċa l-kbira l-awtostradi diġà huma inklużi f'dan in-netwerk, awtostradi oħra għandhom ukoll jiġu koperti b'dan ir-Regolament għal raġunijiet ta' konsistenza għall-utenti tat-toroq. Esternalitajiet tat-traffiku rikorrenti u diffikultajiet oħra tal-ġestjoni tat-traffiku, bħalma huma l-konġestjoni, it-tniġġis tal-arja jew l-istorbju, mhumiex limitati għan-netwerk trans-Ewropew tat-toroq jew għall-awtostradi. Fil-fatt, sehem sinifikanti tal-konġestjoni tat-traffiku rikorrenti jseħħ f'żoni urbani. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet għal toroq magħżula, lil hinn min-netwerk trans-Ewropew u n-netwerk tal-awtostradi, identifikati minnhom bħala żoni ta' prijorità. Minħabba n-natura kontinwament tinbidel tax-xejriet tat-traffiku, l-Istati Membri għandhom jitħallew jaġġornaw dawk fiż-żoni ta' prijorità.

(8)

Id-dejta statika dwar it-toroq, id-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq u d-dejta dwar it-traffiku kollha għandhom karatteristiċi differenti u kull waħda għandha tikkonforma mar-rekwiżiti xierqa. Minħabba d-diversità tas-sorsi tad-dejta li jvarjaw minn sensuri bbażati fuq l-infrastruttura għal vetturi li jaġixxu bħala sensuri, huwa importanti li l-ispeċifikazzjonijiet għandhom japplikaw għal kategoriji ta' dejta rilevanti irrispettivament mis-sors tad-dejta u t-teknoloġija użata biex toħloq jew taġġorna d-dejta.

(9)

F'każ li d-dejta personali tkun se tiġi pproċessata, din għandha tiġi anonimizzata b'mod irrversibbli, fejn hu possibbli. Barra minn hekk, għandha tiġi pproċessata f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, kif stabbilit, b'mod partikolari, fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għalihom. U dan għandu jikkonforma mal-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-dejta.

(10)

Jekk is-servizz tal-informazzjoni għandu jiddependi fuq il-ġbir tad-dejta, inkluż il-ġeolokazzjoni min-naħa tal-utenti finali infushom jew permezz ta' sistemi kooperattivi fil-futur, allura l-utenti aħħarin għandhom ikunu infurmati b'mod ċar dwar il-ġbir ta' din id-dejta, l-arranġamenti għall-ġbir tad-dejta u l-intraċċar potenzjali, u l-perjodi li matulhom tinżamm din id-dejta. Għandhom jiġu varati miżuri tekniċi li jixirqu mill-kolletturi tad-dejta pubbliċi u privati bħalma huma operaturi tat-toroq, il-fornituri tas-servizz u l-industriji tal-vetturi biex jiżguraw l-anonimità tad-dejta li tasal mingħand l-utenti aħħarin jew mill-vettura tagħhom.

(11)

Sabiex jiġi żviluppat forniment armonizzat u mingħajr xkiel tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali, l-Istati Membri għandhom jistrieħu fuq soluzzjonijiet u standards tekniċi eżistenti, provduti mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali, bħalma hi d-DATEX II (CEN/TS 16157 u l-verżjonijiet aġġornati li jiġu wara) u l-istandards ISO. Għal tipi ta' dejta li għalihom ma hemmx format standardizzat, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu mħeġġa li jikkooperaw sabiex jintlaħaq ftehim dwar id-definizzjoni tad-dejta, il-format tad-dejta u l-metadejta.

(12)

Diġà jeżistu diversi metodi ta' referenza dwar il-lokazzjoni dinamika fl-Unjoni u qed jiġu applikati fl-Istati Membri. L-użu ta' metodi ta' referenza dwar il-lokazzjoni differenti għandhom jibqgħu permessi. Madankollu, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu mħeġġa biex jikkooperaw bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar il-metodi permessi ta' referenza dwar il-lokazzjoni, jekk hemm bżonn permezz ta' korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej.

(13)

L-aċċessibbiltà u l-aġġornament regolari tad-dejta statika dwar it-toroq milll-awtoritajiet u l-operaturi tat-toroq huma indispensabbli biex jippermettu l-produzzjoni ta' mapep diġitali aġġornati u preċiżi li huma element fundamentali għal applikazzjonijiet affidabbli tas-SIT. Il-produtturi tal-mapep diġitali jiġu mħeġġa biex jintegraw l-aġġornamenti tad-dejta statika dwar it-toroq fis-servizzi tal-mapep u fl-aġġornament tal-mapep eżistenti tagħhom fil-ħin. Sabiex ikunu konformi ma' politiki pubbliċi bħalma hija s-sikurezza fit-toroq, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu kapaċi jitolbu l-fornituri tas-servizzi u l-produtturi tal-mapep diġitali biex jikkoreġu l-ineżattezzi fid-dejta tagħhom.

(14)

L-aċċessibbiltà tad-dejta statika tat-toroq, id-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq u d-dejta dwar it-traffiku preċiżi u aġġornati hija essenzjali għall-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni tat-traffiku f'ħin reali fl-Unjoni kollha. Id-dejta rilevanti tinġabar u tinħażen mill-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq u l-fornituri tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali. Sabiex jiffaċilitaw l-iskambju u l-użu mill-ġdid ta' din id-dejta għall-forniment ta' tali servizzi, l-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi u l-fornituri tas-servizzi ta' informazzjoni tat-traffiku f'ħin reali għandhom jagħmlu d-dejta, il-metadejta korrispondenti u l-informazzjoni dwar il-kwalità tad-dejta aċċessibbli għal awtoritajiet oħra tat-toroq, l-operaturi tat-toroq, il-fornituri tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali u għall-produtturi tal-mapep diġitali permezz ta' punt ta' aċċess nazzjonali jew komuni. Il-punt ta' aċċess jista' jieħu l-forma ta' repożitorju, reġistru, portal tal-web jew simili skont it-tip ta' dejta. L-Istati Membri għandhom jiġbru flimkien il-punti ta' aċċess pubbliċi u privati eżistenti f'punt uniku biex jippermettu l-aċċess għat-tipi ta' dejta rilevanti disponibbli li jaqgħu fl-ambitu ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jitħallew jikkooperaw ma' xulxin biex jiġi stabbilit punt ta' aċċess komuni li jkopri d-dejta disponibbli tal-Istati Membri parteċipanti. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu li jużaw il-punti ta' aċċess stabbiliti skont atti delegati oħra adottati skont id-Direttiva 2010/40/UE bħala punti ta' aċċess nazzjonali għad-dejta li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

(15)

Sabiex l-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq, il-fornituri tas-servizzi u l-produtturi tal-mapep diġitali jkunu jistgħu jiskopru b'suċċess u b'mod kost-effiċjenti, u jużaw id-dejta rilevanti, huwa meħtieġ li l-kontenut u l-istruttura ta' din id-dejta jiġu deskritti b'mod ċar permezz tal-metadejta.

(16)

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet ma għandhomx jobbligaw l-awtoritajiet tat-toroq jew l-operaturi tat-toroq u l-fornituri tas-servizz li jibdew jiġbru kwalunkwe dejta li mhumiex jiġbru diġà jew li jiddiġitaliizzaw kwalunkwe dejta li mhix diġà disponibbli f'format li tinqara minn magna. Ir-rekwiżiti speċifiċi dwar l-aġġornamenti tad-dejta statika tat-toroq, tad-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq u tad-dejta dwar it-traffiku għandhom japplikaw biss għad-dejta li attwalment tinġabar u hi disponibbli f'format li jinqara minn magna. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu biex ifittxu modi kosteffettivi li huma adatti għall-ħtiġijiet tagħhom għad-diġitalizzazzjoni tad-dejta statika dwar it-toroq eżistenti.

(17)

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet ma għandhomx jobbligaw l-awtoritajiet tat-toroq jew l-operaturi tat-toroq biex jiddefinixxu jew jimplimentaw il-pjani taċ-ċirkulazzjoni tat-traffiku u miżuri temporanji ta' ġestjoni tat-traffiku. Dawn ma għandhomx jobbligaw lill-fornituri tas-servizz li jikkondividu xi dejta minn tagħhom ma' fornituri oħra tas-servizz. Il-fornituri tas-servizz għandhom ikunu liberi li jikkonkludu ftehimiet kummerċjali bejniethom għall-użu mill-ġdid tad-dejta rilevanti.

(18)

L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati tas-STI għandhom jiġu mħeġġa biex jikkooperaw sabiex jinkiseb qbil dwar definizzjonijiet komuni tal-kwalità tad-dejta bil-ħsieb li jintużaw indikaturi komuni għall-kwalità tad-dejta fil-katina kollha tal-valur tad-dejta dwar it-traffiku, bħalma huma l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-aġġornament tad-dejta, il-metodu tal-akkwiżizzjoni u l-metodu ta' referenza dwar il-lokazzjoni użati, kif ukoll il-verifiki tal-kwalità applikati. Huma għandhom ukoll jiġu mħeġġa biex ikomplu jaħdmu biex jistabbilixxu l-metodi tal-kejl tal-kwalità assoċjati u l-monitoraġġ tat-tipi differenti ta' dejta. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jaqsmu bejniethom l-għarfien, l-esperjenza u l-aħjar prattiki tagħhom f'dan il-qasam.

(19)

Huwa rikonoxxut li l-użu tad-dejta dwar it-toroq u t-traffiku u tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali ġġenerati mill-fornituri privati tas-servizzi jistgħu jirrappreżentaw mod kosteffikaċi għall-awtoritajiet pubbliċi biex itejbu l-ġestjoni tat-traffiku kif ukoll il-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura. Madankollu, it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-użu jew l-użu mill-ġdid ta' tali dejta u s-servizzi assoċjati għandhom jitħallew f'idejn il-partijiet ikkonċernati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/98/KE.

(20)

Il-fornituri tas-servizzi privati jistgħu jużaw id-dejta statika dwar it-toroq, id-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq u d-dejta dwar it-traffiku miġbura mill-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-toroq bħala dejta tal-input għas-servizzi ta' informazzjoni tat-traffiku f'ħin reali tagħhom stess. It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-użu mill-ġdid ta' tali dejta għandhom jitħallew f'idejn il-partijiet ikkonċernati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/98/KE.

(21)

Sabiex jiġi żgurat li dawn l-ispeċifikazzjonijiet jiġu implimentati b'mod korrett, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti dwar l-aċċessibbiltà, l-iskambju, l-użu mill-ġdid u l-aġġornament tad-dejta dwar it-toroq u t-traffiku mill-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq, il-produtturi tal-mapep diġitali.u l-fornituri tas-servizzi. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu liberi li jistrieħu fuq dikjarazzjoni bbażata fuq l-evidenza ta' konformità sottomessa mill-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq, il-produtturi tal-mapep diġitali u l-fornituri tas-servizzi.

(22)

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet ma jillimitawx il-libertà tal-espressjoni tax-xandara tar-radju sakemm ma jobbligawhomx biex jieħdu xi pożizzjoni speċifika fir-rigward tal-informazzjoni li trid tinxtered, u jitħalla biżżejjed spazju għall-Istati Membri li jqisu t-tradizzjonijiet kostituzzjonali nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni tax-xandara tar-radju.

(23)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u ta opinjoni fis-17 ta' Ġunju 2015,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet neċessarji sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà, l-iskambju, l-użu mill-ġdid u l-aġġornament tad-dejta dwar it-toroq u t-traffiku mill-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq u l-fornituri tas-servizz għall-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha.

Din tapplika għan-netwerk tat-toroq trans-Ewropew komprensiv kif ukoll għal awtostradi li mhumiex inklużi f'dan in-netwerk u għal żoni ta' prijorità identifikati mill-awtoritajiet nazzjonali fejn iqisu li dan huwa rilevanti.

Din tapplika skont skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/40/UE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/40/UE.

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“netwerk tat-toroq trans-Ewropew ewlieni” tfisser l-infrastruttura tat-trasport bit-triq li hija parti min-netwerk ewlieni kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(2)

“netwerk tat-toroq trans-Ewropew komprensiv” tfisser l-infrastruttura tat-trasport bit-triq li hija parti min-netwerk ewlieni kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(3)

“awtostrada” tfisser triq li hija nominata bħala tali mill-Istat Membru fejn tinsab;

(4)

“żoni ta' prijorità” tfisser partijiet ta' toroq identifikati mill-awtoritajiet nazzjonali fejn iqisu li dawn huma rilevanti, b'mod partikolari f'żoni urbani, li mhumiex parti min-netwerk tat-toroq trans-Ewropew komprensiv u mhumiex awtostradi, bbażati fuq il-livelli ta' konġestjoni tat-traffiku rikorrenti jew kunsiderazzjonijiet oħrajn tal-ġestjoni tat-traffiku;

(5)

“l-aċċessibbiltà tad-dejta” tfisser il-possibbiltà li tintalab u tinkiseb id-dejta fi kwalunkwe ħin f'format li jista' jinqara minn magna;

(6)

“dejta statika dwar it-toroq” tfisser dejta dwar it-toroq li ma tinbidilx ta' spiss jew fuq bażi regolari, kif elenkat fil-punt 1 tal-Anness;

(7)

“dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq” tfisser dejta dwar it-toroq li tinbidel ta' spiss jew fuq bażi regolari u tiddeskrivi l-istat tat-toroq, kif elenkat fil-punt 2 tal-Anness;

(8)

“dejta dwar it-traffiku” tfisser dejta dwar il-karatteristiċi tat-traffiku fit-toroq, kif elenkat fil-punt 3 tal-Anness;

(9)

“aġġornament tad-dejta” tfisser kwalunkwe modifika ta' dejta eżistenti, inkluż it-tħassir tagħha jew iż-żieda ta' elementi ġodda jew addizzjonali;

(10)

“informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali” tfisser informazzjoni li ġejja minn kwalunkwe dejta statika dwar it-toroq, dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq, dejta dwar it-traffiku, jew taħlita tagħhom, provduta minn xi awtoritajiet tat-toroq, operaturi tat-toroq jew fornituri tas-servizzi, għall-utenti u l-utenti finali, permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni;

(11)

“servizz ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali” tfisser servizz tas-STI li jipprovdi mill-ewwel lill-utenti, u l-utenti finali, informazzjoni f'ħin reali dwar it-traffiku;

(12)

“awtorità tat-toroq” tfisser kwalunkwe awtorità pubblika responsabbli għall-ippjanar, il-kontroll jew il-ġestjoni tat-toroq li jaqgħu taħt il-kompetenza territorjali tagħha;

(13)

“operatur tat-toroq” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata li hija responsabbli għall-manutenzjoni u l-ġestjoni tat-toroq;

(14)

“fornitur tas-servizzi” tfisser kwalunkwe persuna pubblika jew fornitur privat tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali, minbarra s-sempliċi trażmissjoni tal-informazzjoni, lill-utenti u l-utenti finali;

(15)

“utent” tfisser kwalunkwe awtoritajiet tat-toroq, operaturi tat-toroq, fornituri tas-servizz, u produtturi tal-mapep diġitali;

(16)

“utent aħħari” tfisser kwalunkwe utent, persuna naturali jew legali, li jkollu aċċess għas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali;

(17)

“punt ta' aċċess” tfisser interfaċċa diġitali fejn id-dejta statika dwar it-toroq, id-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq u d-dejta dwar it-traffiku, flimkien mal-metadejta korrispondenti jsiru aċċessibbli għall-użu mill-ġdid tal-utenti, jew fejn is-sorsi u l-metadejta ta' din id-dejta jkunu aċċessibbli għall-użu mill-ġdid tal-utenti;

(18)

“metadejta” tfisser deskrizzjoni strutturata tal-kontenut tad-dejta li tiffaċilita s-sejbien u l-użu ta' din id-dejta;

(19)

“servizzi ta' sejbien” tfisser servizzi li jippermettu t-tiftix tal-informazzjoni mitluba bl-użu tal-kontenut tal-metadejta korrispondenti u li juru tali kontenut;

(20)

“miżuri temporanji ta' ġestjoni tat-traffiku” tfisser miżuri temporanji maħsuba biex isolvu tfixkil tat-traffiku partikolari u pereżempju, mfassla biex jikkontrollaw u jiggwidaw il-flussi tat-traffiku;

(21)

“pjanijiet ta' ċirkolazzjoni tat-traffiku” tfisser miżuri permanenti ta' ġestjoni tat-traffiku li tfasslu mill-kontrolluri tat-traffiku biex jikkontrollaw u jiggwidaw il-flussi tat-traffiku b'rispons għal disturbi tat-traffiku permanenti jew rikorrenti.

Artikolu 3

Punti ta' aċċess nazzjonali

1.   Kull Stat Membru jistabbilixxi punt ta' aċċess nazzjonali. Il-punt ta' aċċess nazzjonali jikkostitwixxi punt uniku ta' aċċess għall-utenti għad-dejta dwar it-toroq u t-traffiku, inklużi l-aġġornamenti tad-dejta, provduti mill-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq u l-fornituri tas-servizz u li jikkonċernaw it-territorju ta' Stat Membru partikolari.

2.   Il-punti ta' aċċess nazzjonali eżistenti li ġew stabbiliti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin minn atti delegati adottati skont id-Direttiva 2010/40/UE jistgħu jintużaw, jekk jitqiesu xierqa mill-Istati Membri, bħala punti ta' aċċess nazzjonali.

3.   Il-punti ta' aċċess nazzjonali għandhom jipprovdu servizzi ta' sejbien xierqa għall-utenti.

4.   L-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-toroq, f'kooperazzjoni mal-produtturi tal-mapep diġitali u l-fornituri tas-servizzi, jiżguraw li jipprovdu l-metadejta xierqa sabiex jippermettu li l-utenti jiskopru u jużaw is-settijiet tad-dejta li jingħata aċċess għalihom permezz tal-punti ta' aċċess nazzjonali.

5.   Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jistabbilixxu punt ta' aċċess komuni.

Artikolu 4

L-aċċessibbiltà, l-iskambju u l-użu mill-ġdid tad-dejta statika dwar it-toroq

1.   Bil-għan li jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali kompatibbli, interoperabbli u kontinwi mal-Unjoni kollha, l-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-toroq jipprovdu d-dejta statika dwar it-toroq li jiġbru u jaġġornaw, skont l-Artikolu 8 f'format standardizzat, jekk disponibbli, jew fi kwalunkwe format li jinqara minn magna.

2.   Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 u l-metadejta korrispondenti li tinkludi l-informazzjoni dwar il-kwalità tagħha tkun aċċessibbli għall-iskambju u l-użu mill-ġdid minn kwalunkwe produttur tal-mapep diġitali jew il-fornitur tas-servizzi fi ħdan l-Unjoni:

(a)

fuq bażi mhux diskriminatorja;

(b)

f'perjodu ta' żmien li jiżgura l-forniment f'waqtu tas-servizz ta' informazzjoni tat-traffiku f'ħin reali;

(c)

permezz ta' punt ta' aċċess nazzjonali jew komuni msemmi fl-Artikolu 3;

(d)

L-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq, il-produtturi tal-mapep diġitali u l-fornituri tas-servizzi li jużaw id-dejta statika dwar it-toroq imsemmija fil-paragrafu 1 jikkollaboraw sabiex jiżguraw li kwalunkwe ineżattezzi marbuta mad-dejta statika dwar it-toroq jiġu rapportati mingħajr dewmien mill-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-toroq li minnhom tkun ġejja d-dejta.

3.   Meta l-fornituri tas-servizz jużaw id-dejta statika dwar it-toroq imsemmija fil-paragrafu 1 provduta mill-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-toroq, huma jqisu, kemm jista' jkun, kwalunkwe pjanijiet għaċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku żviluppati mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 5

L-aċċessibbiltà, l-iskambju u l-użu mill-ġdid tad-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq

1.   Bil-għan li jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku kompatibbli, interoperabbli u kontinwi f'ħin reali fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-toroq jipprovdu d-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq li jiġbru u jaġġornaw, skont l-Artikolu 9 fil-format tad-DATEX II (CEN/TS 16157 u l-verżjonijiet aġġornati li jiġu wara) jew kwalunkwe format li jinqara minn magna li huwa kompatibbli u interoperabbli kompletament mad-DATEX II.

2.   Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 u l-metadejta korrispondenti li tinkludi l-informazzjoni dwar il-kwalità tagħha għandha tkun aċċessibbli għall-iskambju u l-użu mill-ġdid minn kull fornitur tas-servizz fi ħdan l-Unjoni:

(a)

fuq bażi mhux diskriminatorja;

(b)

f'perjodu ta' żmien li jiżgura l-forniment f'waqtu tas-servizz ta' informazzjoni tat-traffiku f'ħin reali;

(c)

permezz ta' punt ta' aċċess nazzjonali jew komuni msemmi fl-Artikolu 3;

3.   Meta l-fornituri tas-servizzi jużaw id-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq imsemmija fil-paragrafu 1 provduta mill-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-toroq, jikkunsidraw, sa fejn huwa possibbli, xi miżuri temporanji tal-ġestjoni tat-traffiku meħuda mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 6

L-aċċessibbiltà, l-iskambju u l-użu mill-ġdid tad-dejta dwar it-traffiku

1.   Bil-għan li jiġi ffaċilitat il-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku kompatibbli, interoperabbli u kontinwi f'ħin reali fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-toroq jipprovdu d-dejta dwar it-traffiku li jiġbru u jaġġornaw skont l-Artikolu 10 fil-format tad-DATEX II (CEN/TS 16157 u l-verżjonijiet aġġornati li jiġu wara) jew kwalunkwe format li jinqara minn magna li huwa kompletament kompatibbli u interoperabbli mad-DATEX II.

2.   Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 u l-metadejta korrispondenti li tinkludi informazzjoni dwar il-kwalità tagħha tkun aċċessibbli għall-iskambju u l-użu mill-ġdid minn kwalunkwe fornitur tas-servizz fi ħdan l-Unjoni:

(a)

fuq bażi mhux diskriminatorja;

(b)

f'perjodu ta' żmien li jiżgura l-forniment f'waqtu tas-servizz ta' informazzjoni tat-traffiku f'ħin reali;

(c)

permezz ta' punt ta' aċċess nazzjonali jew komuni msemmi fl-Artikolu 3;

3.   Bil-għan li tiġi ottimizzata l-ġestjoni tat-traffiku, l-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-trasport jistgħu jitolbu lill-fornituri tas-servizzi biex jipprovdu dejta dwar it-traffiku li jiġbru u jaġġornaw skont l-Artikolu 10. Tali dejta għandha tiġi propvduta fil-format tad-DATEX II (CEN/TS 16157 u l-verżjonijiet aġġornati li jiġu wara) jew kwalunkwe format li jinqara mill-magna li huwa kompatibbli u interoperabbli kompletament mad-DATEX II, permezz ta' punt ta' aċċess imsemmi fl-Artikolu 3 u akkumpanjat mill-metadejta korrispondenti li tinkludi l-informazzjoni dwar il-kwalità tagħha.

Artikolu 7

L-aġġornamenti tad-dejta

Is-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali jkunu bbażati fuq aġġornament tad-dejta statika dwar it-toroq, id-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq u d-dejta dwar it-traffiku, jew kull taħlita tagħhom. Id-dejta kollha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq, u l-fornituri tas-servizzi, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 10. L-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq, il-fornituri tas-servizzi jikkoreġu fil-ħin xi ineżattezzi misjuba minnhom fid-dejta tagħhom jew li nġibditilhom l-attenzjoni għalihom mill-utenti finali, jew minn kwalunkwe utent ieħor.

Artikolu 8

L-aġġornament tad-dejta statika dwar it-toroq

1.   L-aġġornamenti tad-dejta statika dwar it-toroq jikkonċernaw ta' mill-inqas dawn il-parametri li ġejjin:

(a)

it-tip ta' dejta statika dwar it-toroq kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness ikkonċernat mill-aġġornament;

(b)

il-lokazzjoni tal-kundizzjoni milquta mill-aġġornament;

(c)

it-tip ta' aġġornament (modifika, inserzjoni jew tħassir);

(d)

id-deskrizzjoni tal-aġġornament;

(e)

id-data meta d-dejta ġiet aġġornata;

(f)

id-data u l-ħin meta l-bidla f'kundizzjoni partikolari tkun seħħet jew hija ppjanata li sseħħ;

(g)

il-kwalità tal-aġġornament tad-dejta.

Il-lok tal-kundizzjoni kkonċernat mill-aġġornament ikun determinat billi jintuża metodu standardizzat jew kwalunkwe metodu ieħor ta' refenzjar dinamiku ta' lokazzjoni ġeneralment aċċettat li jippermetti d-dekodifika u l-interpretazzjoni tal-lok mingħajr ambigwità.

2.   L-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-toroq jiżguraw l-aġġornament fil-ħin tad-dejta statika dwar it-toroq u, meta jkun magħruf u possibbli, jipprovdu dawn l-aġġornamenti lill-utenti bil-quddiem.

3.   Meta l-produtturi tal-mapep diġitali u l-fornituri tas-servizzi jużaw l-aġġornamenti tad-dejta statika dwar it-toroq, huma jiżguraw li dawn l-aġġornamenti jiġu pproċessati fil-ħin sabiex l-informazzjoni ssir aċċessibbli għal utenti finali mingħajr dewmien

Artikolu 9

L-aġġornament tad-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq

1.   L-aġġornamenti tad-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq jikkonċernaw ta' mill-inqas dawn il-parametri li ġejjin:

(a)

it-tip ta' dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness ikkonċernat mill-aġġornament u, fejn jixraq, deskrizzjoni qasira tiegħu;

(b)

il-lok tal-avveniment jew il-kundizzjoni kkonċernata mill-aġġornament;

(c)

il-perjodu tal-okkorrenza tal-avveniment jew il-kundizzjoni kkonċernata mill-aġġornament;

(d)

il-kwalità tal-aġġornament tad-dejta aġġornata.

Il-lok tal-avveniment jew il-kundizzjoni kkonċernata mill-aġġornament ikunu determinati billi jintuża metodu standardizzat jew kwalunkwe metodu ieħor ta' refenzjar dinamiku ta' lokazzjoni ġeneralment aċċettat li jippermetti d-dekodifika u l-interpretazzjoni tal-lok mingħajr ambigwità.

2.   L-awtoritajiet tat-toroq u l-operaturi tat-toroq jiżguraw l-aġġornament fil-ħin tad-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq u, fejn ikun magħruf u possibbli, jipprovdu dawn l-aġġornamenti minn qabel.

3.   L-informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali tkun modifikata b'mod xieraq jew tiġi rtirata mill-aktar fis possibbli wara li l-istat tad-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq ikkonċernata tinbidel.

4.   Meta l-fornituri tas-servizzi jużaw aġġornamenti tad-dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq, huma jiżguraw li dawn jiġu pproċessati fil-ħin sabiex l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-utenti finali mingħajr dewmien.

Artikolu 10

Aġġornament tad-dejta tat-traffiku

1.   L-aġġornamenti tad-dejta dwar it-traffiku jinkludu ta' mill-inqas dawn il-parametri li ġejjin:

(a)

it-tip ta' dejta dwar it-traffiku kif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness ikkonċernat mill-aġġornament u, fejn hu xieraq, deskrizzjoni qasira tiegħu;

(b)

il-lok tal-avveniment jew il-kundizzjoni kkonċeranata mill-aġġornament;

(c)

il-kwalità tal-aġġornament tad-dejta aġġornata.

Il-lok tal-avveniment jew il-kundizzjoni kkonċernata mill-aġġornament ikunu determinati billi jintuża metodu standardizzat jew kwalunkwe metodu ieħor ta' refenzjar dinamiku ta' lokazzjoni ġeneralment aċċettat li jippermetti d-dekodifika u l-interpretazzjoni tal-lok mingħajr ambigwità.

2.   L-informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali tiġi modifikata kif xieraq jew irtirata mill-operaturi tat-toroq u l-fornituri tas-servizzi kemm jista' jkun malajr wara li l-istat tad-dejta dwar it-traffiku konċernata jkun inbidel.

3.   Meta l-fornituri tas-servizzi jużaw aġġornamenti tad-dejta dwar it-traffiku, huma jiżguraw li dawn jiġu pproċessati fil-ħin sabiex l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-utenti finali mingħajr dewmien.

Artikolu 11

Valutazzjoni tal-konformità

1.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk l-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq, il-produtturi tal-mapep diġitali u l-fornituri tas-servizzi kkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10 skont il-paragrafi 2 sa 3.

2.   Sabiex jipproċedu għall-istima, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jitolbu mingħand l-awtoritajiet tat-toroq, l-operaturi tat-toroq, il-produtturi tal-mapep diġitali u l-fornituri tas-servizzi d-dokumenti li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tad-dejta dwar it-toroq u t-traffiku, il-mapep diġitali jew is-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali li jipprovdu, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-kwalità tagħhom u l-kundizzjonijiet ta' użu mill-ġdid ta' din id-dejta;

(b)

dikjarazzjoni bażata fuq l-evidenza ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10.

3.   L-Istati Membri għandhom, b'mod każwali, jeżaminaw il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt b) tal-paragrafu 2.

Artikolu 12

Rappurtar

1.   Sa mhux aktar tard mit-13 ta' Lulju 2017, l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport dwar il-miżuri li ttieħdu, jekk ikun hemm, biex jiġi stabbilit il-punt ta' aċċess nazzjonali u dwar il-modalitajiet tal-funzjonament tiegħu, u fejn rilevanti, il-lista ta' awtostradi li mhumiex inklużi fin-netwerk trans-Ewropew tat-toroq u ż-żoni ta' prijorità identifikati.

2.   Sa mhux aktar tard mit-13 ta' Lulju 2018 u kull sentejn kalendarji minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-progress li sar f'termini ta' aċċessibilità, skambju u użu mill-ġdid tat-tipi ta' dejta dwar it-toroq u t-traffiku elenkati fl-Anness;

(b)

l-ambitu ġeografiku u l-kontenut tad-dejta dwar it-toroq u t-traffiku tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali u l-kwalità tagħhom, inklużi l-kriterji li jiddefinixxu din il-kwalità u l-mezzi użati għall-monitoraġġ tagħha;

(c)

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 11 bir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10;

(d)

fejn rilevanti, deskrizzjoni tal-bidliet fil-punt nazzjonali jew il-punt komuni ta' aċċess.

(e)

fejn rilevanti, deskrizzjoni tal-bidliet taż-żoni ta' prijorità.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-13 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta' informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b'xejn lill-utenti (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 6).

(4)  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

(5)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 l-linji gwida għall-iżvilupp ta' netwerk ta' trasport trans-Ewropew li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(8)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta(ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(9)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS

KATEGORIJI TAD-DEJTA

(kif imsemmija fl-Artikoli 2, 8, 9, 10 u 12)

1.

It-tipi ta' dejta statitika dwar it-toroq jinkludu b'mod partikolari:

(a)

links tan-netwerk tat-toroq u l-attributi fiżiċi tagħhom, bħal:

(i)

ġeometrija;

(ii)

wisa' tat-triq;

(iii)

għadd ta' korsiji;

(iv)

inklinazzjonijiet;

(v)

ġunzjonijiet;

(b)

klassifika tat-toroq;

(c)

sinjali tat-traffiku li jirriflettu r-regolamenti tat-traffiku u li jidentifikaw il-perikli, bħal:

(i)

kundizzjonijiet tal-aċċess għall-mini;

(ii)

kundizzjonijiet tal-aċċess għall-pontijiet;

(iii)

restrizzjonijiet ta' aċċess permanenti;

(iv)

regolamenti oħra tat-traffiku;

(d)

limiti tal-veloċità;

(e)

pjanijiet taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku;

(f)

regolamenti dwar il-kunsinna tal-merkanzija;

(g)

lok tal-istazzjonijiet ta' pedaġġ;

(h)

identifikazzjoni ta' toroq b'pedaġġ, applikabbli għal ħlasijiet fissi mill-utent u l-metodi ta' ħlasijiet disponibbli;

(i)

lok ta' postijiet ta' parkeġġ u żoni ta' servizz;

(j)

lok ta' punti għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom;

(k)

lok ta' stazzjonijiet ta' gass naturali kompressat, gass naturali likwifikat, gass tal-pitrolju likwifikat;

(l)

lok ta' waqfien tat-trasport pubbliku u punti ta' skambju;

(m)

lok ta' żoni ta' kunsinna.

2.

It-tipi ta' dejta dinamika dwar l-istat tat-toroq jinkludu b'mod partikolari:

(a)

toroq magħluqa;

(b)

korsiji magħluqa;

(c)

pontijiet magħluqa;

(d)

projbizzjonijiet għas-sorpass fuq vetturi tqal tal-merkanzija;

(e)

xogħlijiet fit-triq;

(f)

aċċidenti u inċidenti;

(g)

limiti tal-veloċità dinamiaċi

(h)

direzzjoni ta' vjaġġ fuq korsiji riversibbli;

(i)

kundizzjonijiet ħżiena fit-toroq;

(j)

miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku temporanji;

(k)

imposti varjabbli għall-utenti tat-toroq u l-metodi ta' pagament disponibbli;

(l)

disponibbiltà tal-postijiet tal-parkeġġ;

(m)

disponibbiltà ta' żoni ta' kunsinna;

(n)

spiża tal-parkeġġ;

(o)

disponibbiltà ta' punti għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi;

(p)

kundizzjonijiet tat-temp li jaffettwaw il-wiċċ tat-triq u l-viżibilità.

M'hemmx bżonn li dik id-dejta tiġi inkluża fl-aġġornamenti ta' mapep diġitali peress li ma jitqiesux bħala bidliet ta' natura permanenti.

3.

It-tipi ta' dejta dwar it-toroq jinkludu b'mod partikolari:

(a)

volum tat-traffiku;

(b)

veloċità;

(c)

lok u t-tul ta' kjuwijiet tat-traffiku;

(d)

ħinijiet tat-trasport;

(e)

ħin ta' stennija fil-punti ta' qsim tal-fruntieri lejn Stati Membri li ma jkunux membri tal-UE.


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/963

tat-22 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

141,5

MK

69,6

TR

82,4

ZZ

97,8

0707 00 05

TR

116,3

ZZ

116,3

0709 93 10

TR

112,4

ZZ

112,4

0805 50 10

AR

92,6

BO

147,3

BR

107,1

ZA

145,0

ZZ

123,0

0808 10 80

AR

168,8

BR

101,6

CL

135,7

NZ

159,8

US

148,3

ZA

125,0

ZZ

139,9

0809 10 00

TR

252,1

ZZ

252,1

0809 29 00

TR

331,3

ZZ

331,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/34


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/964

tat-22 ta' Ġunju 2015

li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tarrifarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 442/2009 fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. Il-kwoti li jidhru fl-Anness I, il-parti B tar-Regolament imsemmi huma amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 442/2009, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 tas-27 ta' Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal (ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015

(f'kg)

09.4038

8 581 250

09.4170

1 230 500

09.4204

1 156 000


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/965

tat-22 ta' Ġunju 2015

li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li ġejjin mill-Istati Uniti tal-Amerika.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015

(f'kg)

09.4169

5 336 250


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/966

tat-22 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015

(f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg)

09.4015

27 000 000

09.4401

795 000

09.4402

3 100 000


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/967

tat-22 ta' Ġunju 2015

li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 (2) fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, li għandhom jiżdiedu għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas- 26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015

(f'kg)

09.4091

420 000

09.4092

2 830 000


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/968

tat-22 ta' Ġunju 2015

li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2014 għall-bajd, il-prodotti tal-bajd u l-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 412/2014 (2) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015 huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jixraq, għalhekk, li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 412/2014, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 412/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 32).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015

(f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg)

09.4275

1 087 500

09.4276

2 250 000


DEĊIŻJONIJIET

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/969

tad-19 ta' Ġunju 2015

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1) (EULEX KOSOVO)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap ta' Missjoni.

(2)

Fit-12 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/349/PESK (3) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u li testendi t-tul ta' żmien tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2016.

(3)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni 2014/707/PESK (EULEX KOSOVO/2/2014) (4) biex ħatar lill-Ambaxxatur Gabriele MEUCCI bħala Kap tal-Missjoni tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2015.

(4)

Fil-15 ta' Ġunju 2015, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tal-Ambaxxatur Gabriele MEUCCI bħala Kap tal-Missjoni tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tal-Ambaxxatur Gabriele MEUCCI bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) huwa b'dan estiż sal-14 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta' Ġunju 2015.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  Id-denominazzjoni “Kosovo” ma tippreġudikax pożizzjonijiet dwar status, u hija konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat-12 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 42).

(4)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà 2014/707/PESK (EULEX KOSOVO/2/2014) tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 59).


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/970

tat-22 ta' Ġunju 2015

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta Konklużjonijiet li jiddeskrivu l-approċċ imġedded tal-Unjoni lejn il-Bożnija-Ħerzegovina.

(2)

Fid-19 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/77 (1) li ħatret lis-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina.

(3)

Il-mandat tar-RSUE jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2015.

(4)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta' erba' xhur.

(5)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) huwa b'dan estiż sal-31 ta' Ottubru 2015. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u ta' proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina (BiH) li ġejjin: progress kontinwat fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bil-għan ta' BiH stabbli, vijabbli, paċifiku, multietniku u unit, li jikkoopera paċifikament mal-ġirien tiegħu u li jimxi irriversibbilment fit-triq lejn sħubija fl-Unjoni. L-Unjoni ser tkompli wkoll tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas Ġenerali għall-Paċi (GFAP) fil-BiH.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

joffri l-konsulenza tal-Unjoni u jiffaċilita l-proċess politiku;

(b)

jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni;

(c)

jiffaċilita l-progress fir-rigward tal-prijoritajiet politiċi, ekonomiċi u Ewropej;

(d)

jimmonitorja u jipprovdi konsulenza lill-awtoritajiet eżekuttivi u leġislattivi fil-livelli kollha tal-gvern fil-BiH, u jżomm kollegament mal-awtoritajiet u l-partiti politiċi fil-BiH;

(e)

jassigura l-implimentazzjoni tal-isforzi tal-Unjoni fil-firxa kollha tal-attivitajiet fil-qasam tal-istat tad-dritt u r-riforma tas-settur tas-sigurtà, jippromwovi l-koordinazzjoni globali tal-Unjoni ta', u jagħti direzzjoni politika lokali lill-isforzi tal-Unjoni fl-indirizzar tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u, f'dan il-kuntest, jipprovdi lir-RGħ u lill-Kummissjoni b'evalwazzjonijiet u konsulenza kif neċessarju;

(f)

jipprovdi appoġġ għall-interfaċċa raffurzata u aktar effettiva bejn is-sistema tal-ġustizzja kriminali u l-pulizija fil-BiH;

(g)

mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand militari, joffri lill-Kmandant tal-Forza tal-UE gwida politika dwar kwistjonijiet militari b'dimensjoni politika lokali, b'mod partikolari rigward operazzjonijiet sensittivi, relazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u mal-mezzi tax-xandir lokali; jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza tal-UE qabel ma jieħu azzjoni politika li jista' jkollha impatt fuq is-sitwazzjoni tas-sigurtà;

(h)

jikkoordina u jimplimenta l-isforzi ta' komunikazzjoni tal-Unjoni rigward kwistjonijiet tal-Unjoni lejn il-pubbliku fil-BiH;

(i)

jippromwovi l-proċess tal-integrazzjoni fl-UE permezz ta' diplomazija pubblika mmirata u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-Unjoni mfasslin biex jiżguraw intendiment u appoġġ usa' mill-pubbliku tal-BiH rigward materji relatati mal-UE, anke permezz tal-involviment ta' atturi tas-soċjetà ċivili lokali;

(j)

jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-BiH, f'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

(k)

jokkupa ruħu mal-awtoritajiet rilevanti tal-BiH dwar il-kooperazzjoni sħiħa tagħhom mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY);

(l)

f'konformità mal-proċess ta' integrazzjoni tal-Unjoni, jipprovdi konsulenza, jassisti, jiffaċilita u jimmonitorja d-djalogu politiku dwar il-bidliet kostituzzjonali neċessarji;

(m)

iżomm kuntatti u konsultazzjonijiet mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli fil-BIĦ u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn li jaħdmu fil-pajjiż;

(n)

jipprovdi konsulenza lir-RGħ kif meħtieġ rigward persuni fiżiċi jew ġuridiċi li fir-rigward tagħhom jistgħu jiġu imposti miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-BiH;

(o)

mingħajr preġudizzju għal-linji ta' kmand applikabbli, jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni fuq il-post jiġu applikati b'mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġjat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti relevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Ottubru 2015 għandu jkun ta' EUR 1 700 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent għandhom ikunu permessi jitfgħu offerti għal kuntratti.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Għandu jiġi assenjat persunal iddedikat biex jassisti lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu u biex jikkontribwixxi għall-koerenza, il-viżibilità u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni fil-BiH. Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-kostituzzjoni tal-iskwadra tiegħu. L-iskwadra għandha tinkludi membri li jkollhom konoxxenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif rikjest mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra tiegħu.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jkun issekondah, tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tiegħu

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-eżekuzzjoni u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal stazzjonat barra l-Unjoni f'kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta' responsabbiltà, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel, jew kif, jaslu fiż-żona ta' responsabbiltà, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u jipprovdi lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta' progress u tal-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi rapporti orali u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, kif neċessarju,. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jiġu impenjati b'mod konsistenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk ta' RSUE oħrajn attivi fir-reġjun, kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali fuq il-post, u b'mod partikolari jżomm koordinazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli fil-BiH.

3.   B'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Unjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet, ir-RSUE, flimkien ma' atturi tal-Unjoni oħrajn preżenti fuq il-post, għandu jtejjeb id-disseminazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni minn dawk l-atturi tal-Unjoni bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' għarfien u valutazzjoni komuni tas-sitwazzjoni.

Artikolu 13

Assistenza rigward pretensjonijiet

Ir-RSUE u l-persunal tiegħu għandhom jassistu fil-provediment ta' elementi b'rispons għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li joħroġ mill-mandati tar-RSUE preċedenti fil-BiH, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawn l-għanijiet.

Artikolu 14

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat qabel tmiem Settembru 2015.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/77 tad-19 ta' Jannar 2015 li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina (ĠU L 13, 20.1.2015, p. 7).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/971

tat-22 ta' Ġunju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fid-19 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew qabel li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa, sal-31 ta' Diċembru 2015, tal-ftehimiet ta' Minsk.

(3)

Jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra biex il-Kunsill ikun jista' jivvaluta l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk.

(4)

Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2016.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/972

tat-22 ta' Ġunju 2015

li tvara operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778.

(2)

Bħala segwitu tar-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni, l-EUNAVFOR MED għandha tiġi varata fit-22 ta' Ġunju 2015.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. B'konsegwenza ta' dan, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, la hi marbuta minnha u lanqas hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, u ma tipparteċipax fil-finanzjament ta' din l-operazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pjan tal-Operazzjoni u r-Regoli ta' Kumbattiment fir-rigward tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) huma b'dan approvati.

Artikolu 2

1.   L-EUNAVFOR MED għandha tiġi varata fit-22 ta' Ġunju 2015.

2.   F'konformità mal-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill għandu jivvaluta jekk ġewx sodisfatti l-kondizzjonijiet għat-tranżizzjoni sussegwenti għall-ewwel fażi tal-operazzjoni, b'kont meħud ta' kwalunkwe Riżoluzzjoni applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-kunsens mogħti mill-Istati kostali kkonċernati. Soġġett għal tali kunsens mill-Kunsill, u f'konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi meta ssir it-tranżizzjoni bejn il-fażijiet differenti tal-operazzjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/52


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/973

tat-22 ta' Ġunju 2015

li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Għandha titneħħa persuna minn fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

L-isem tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata, huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

A.   Persuni

12.

Fawwaz (

Image

) Al-Assad (

Image

)

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/53


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/974

tas-17 ta' Ġunju 2015

li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi

(notifikata bid-dokument C(2015) 4087)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3 tad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta' derogi nazzjonali, li jippermettu li jiġu kkunsidrati ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Ċerti Stati Membri talbu deroga nazzjonali ġdida u diversi emendi għad-derogi awtorizzati.

(2)

Dawn id-derogi għandhom jiġu awtorizzati.

(3)

Billi l-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, Taqsima III.3 għandhom jiġu adattati, huwa xieraq li, għal raġunijiet ta' ċarezza, jinbidlu fl-intier tagħhom.

(4)

Għaldaqstant id-Direttiva 2008/68/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-kumitat dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża stabbilit permezz tad-Direttiva 2008/68/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fl-Anness huma awtorizzati jimplimentaw id-derogi stipulati fiha dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-territorju tagħhom.

Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 2

It-Taqsima I.3 tal-Anness I, it-Taqsima II.3 tal-Anness II u t-Taqsima III.3 tal-Anness III, tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


ANNESSI

L-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, it-Taqsima I.3 tinbidel b'dan li ġej:

“I. 3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO= Triq

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS= Taqsira għal Stat Membru

nn= numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

RO–a–BE–1

Suġġett: Klassi 1 — Kwantitajiet żgħar.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6 jillimita l-kwantità ta' splussiv tal-minjieri li jista' jiġi ttrasportat f'vettura ordinarja għal 20 kg.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta' mħażen 'l bogħod miċ-ċentri ta' provvista jistgħu jkunu awtorizzati li jittrasportaw 25 kg ta' dinamita jew splussiv qawwi u mhux aktar minn 300 detonatur f'vetturi bil-mutur ordinarji, suġġetti għal kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz tal-isplussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l'arrêté royal 23 septembre 1958 sur les produits explosifs.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2020.

RO–a–BE–2

Suġġett: It-trasport ta' kontejners vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta' klassijiet differenti.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni tad-dokument ta' trasport ‘imballaġġ vojt mhux imnaddaf li fih kien hemm prodotti ta' klassijiet differenti’.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

Kummenti: Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 21 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2020

RO–a–BE-3

Suġġett: L-adozzjoni ta' RO–a–UK–4.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2020

RO–a–BE–4

Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti ADR kollha għat-trasport nazzjonali sa massimu ta' 1 000 detettur joniku tad-duħħan minn djar privati għall-faċilità tat-trattament fil-Belġju minn ġol-punti tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan

Referenza għall-ADR: ir-rekwiżiti kollha

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE:

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta' tip approvat. It-trasport ta' dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 2.2.7.1.2(d)).

Id-Direttiva 2002/96/KE (dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku) teħtieġ il-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan użati għat-trattament tal-unitajiet ta' ċirkwit u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjoattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lid-djar privati jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f'ċentru tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi minn daqqiet via ċentru tal-ġbir ieħor jew post ta' ħżin immedjat.

Fiċ-ċentru tal-ġbir ikun hemm disponibbli imballaġġ tal-metall li jesa' sa massimu ta' 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn iċ-ċentri, imballaġġ bħal dan li jkollu fih id-detetturi tad-duħħan jista' jiġi ttrasportat flimkien ma' skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem ‘detettur tad-duħħan’.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: xenarju għall-ġbir selettiv tal-lokalizzaturi tad-duħħan huwa parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet irjali tal-20.7.2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2020

DE Il-Ġermanja

RO–a–DE–1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta' parts tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma' ċerta merkanzija perikoluża (n4).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: UN 0431 u UN 0503 jistgħu jitgħabbew flimkien ma' ċerta merkanzija perikoluża (prodotti relatati ma' fabbrikazzjoni ta' karrozzi) f'ċerti ammonti, elenkati fl-eżenzjoni. Il-valur ta' 1 000 (komparabbli ma' 1.1.3.6.4) ma għandux jinqabeż.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jitwasslu bla telf ta' żmien, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta' prodotti, il-ħżin ta' dawn il-prodotti f'garaxxijiet lokali mhijiex komuni.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–DE–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-kunsinnatur għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi, kif iddefiniti f'1.1.3.6(n1).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra mill-Klassi 7: mhuwa meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet previsti f'1.1.3.6.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-informazzjoni mogħtija mill-immarkar u t-tikketti ta' pakketti għandha titqies li tkun biżżejjed għal trasport nazzjonali, minħabba li dokument ta' trasport mhux dejjem ikun adatt fejn tkun involuta distribuzzjoni lokali.

Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–DE–3

Suġġett: It-trasport tal-istandards tal-kejl u l-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa)

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-imballaġġ, l-immarkar, id-dokumenti, l-istruzzjonijiet tat-trasport u l-immaniġġar, l-istruzzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma' imballaġġ vojt, mhux imnaddaf; aktar minn 1 000 l: Konformità ma' ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–DE–5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta' imballaġġ ikkombinat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta' imballaġġ imħallat ta' oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f'imballaġġ imħallat fil-grupp II tal-imballaġġ u fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

DK id-Danimarka

RO–a–DK–2

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' imballaġġ li jkun fih sustanzi splussivi u ta' imballaġġ li jkun fih id-detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jitħarsu meta jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l.

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma' detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu ttrasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport skont dawn il-kundizzjonijiet:

1.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta' sustanzi splussivi taħt il-Grupp D.

2

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 200 biċċa ta' detonaturi taħt il-Grupp B.

3.

Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi għandhom ikunu ippakkjati separatament f'imballaġġ iċċertifikat min-NU skont ir-regoli previsti fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

4.

Id-distanza bejn l-imballaġġ li jkun fih id-detonaturi u dawk li jkun fih is-sustanzi splussivi għandha tkun mill-inqas metru (1). Din id-distanza għandha tibqa' tapplika anki wara li l-brejkijiet jiġu magħfusa ħesrem. L-imballaġġ li jkun fih sustanzi splussivi u dak li fih detonaturi jrid jitpoġġa b'mod li ma jkunx possibbli li jitneħħa malajr mill-vettura.

5.

Iridu jitħarsu r-regoli kollha l-oħra dwar it-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–DK–3

Suġġett: It-trasport fit-triq ta' imballaġġ u oġġetti li jkun fihom skart u residwi ta' oġġetti perikolużi ta' ċerti klassijiet minn djar privati u intrapriżi għall-iskop ta' rimi.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-imballaġġ, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord u rekwiżiti ta' taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ intern u oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta' merkanzija perikoluża ta' ċerti klassijiet miġbura minn djar privati jew impriżi biex jintremew, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f'ċertu imballaġġ estern u/jew overpacks u jinġarru skont proċeduri speċjali tal-kunsinna inkluż restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u l-immarkar. Il-kwantità ta' merkanzija perikoluża għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta' trasport hija ristretta.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta' oġġetti perikolużi minn djar privati u intrapriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f'imballaġġ li jkun nbigħ għall-bejgħ bl-imnut.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2019

FI il-Finlandja

RO–a–FI–1

Suġġett: Trasport ta' oġġetti perikolużi f'ċerti ammonti fix-xarabanks u materjali b'radjoattività baxxa fi kwantitajiet żgħar għal għanijiet ta' kura tas-saħħa u r-riċerka

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1, 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ, dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'ċerti ammonti inqas mil-limitu ta' 1.1.3.6 b'massa massima netta ta' mhux aktar minn 200 kg fix-xarabanks huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument tat-trasport u mingħajr ma jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha tal-imballaġġ. Waqt it-trasport tal-materjali b'radjoattivà baxxa b'piż massimu ta' 50 kg għal għanijiet ta' kura tas-saħħa u għar-riċerka, il-vettura ma hemmx għalfejn tkun immarkata jew mgħammra skont l-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003; 312/2005).

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–FI–2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta mniżżla fid-dokument tat-trasport,

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf, vetturi, kontejners, tankijiet, vetturi tal-batteriji u kontejners ta' gass ta' elementi multipli (‘MEGCs’).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta' vetturi bit-tank, vojta u mhux imnaddfa li fihom inġarru żewġ sustanzi jew aktar bin-numri NU 1202, 1203 u 1223, id-deskrizzjoni fid-dokumenti tat-trasport tista' timtela bil-kliem ‘L-aħħar tagħbija’ flimkien ma' isem il-prodott li għandu l-aktar punt ta' infjammabbiltà baxx. ‘Vettura bit-tank vojt, 3, l-aħħar tagħbija: NU 1203 Motor spirit, II’.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–FI–3

Suġġett: Tikkettar u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport li jittrasportaw (normalment f'vannijiet) ammonti żgħar ta' splussivi (sa massimu ta' 1 000 kg (nett)) għall-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jiġu ttikkettati fuq quddiem u fuq wara, bl-użu tal-plakards skont il-mudell Nru 1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

FR Franza

RO–a–FR–2

Suġġett: It-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 12.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–FR–5

Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'vetturi pubbliċi li jġorru l-passiġġieri (18)

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta' passiġġieri u oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, f'vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala bagalja tal-idejn (hand luggage): japplikaw biss id-dispożizzjonijiet relatati mal-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar tal-pakketti stabbiliti f'4.1, 5.2 u 3.4.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1.

Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew inkella għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f'bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta' skadenza: 28 ta' Frar 2022

RO–a–FR–6

Suġġett: It-trasport personali ta' kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi (18)

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta' dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta' kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f'1.1.3.6. mhuwiex suġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif previst f'5.4.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1.

Data ta' skadenza: 28 ta' Frar 2022

RO–a–FR–7

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' kampjuni ta' sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom merkanzija perikoluża għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet minn 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta' merkanzija perikoluża ppakkjata fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta' imballaġġ u tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, tal-immaniġġar, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta' sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom merkanzija perikoluża li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta' sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f'imballaġġ ikkombinat. Għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għal imballaġġ intern skont it-tip ta' merkanzija perikoluża involuta. L-imballaġġ estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għal kaxex tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġ estern għandu jkollu l-marki skont it-Taqsima 3.4.7, tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE u t-test ‘Kampjuni għall-analiżi’ (bil-Franċiż: ‘Echantillons destinés à l'analyse’). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jiġu mħarsa, il-ġarr mhuwiex suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l'arrêté du 29 mai 2009 relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres

Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE ma tipprevedix it-trasport tal-analiżi ta' kampjuni ta' oġġetti perikolużi meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jew f'isimhom. Sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għal kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sikurezza tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom merkanzija perikoluża. Peress li mhux dejjem fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġ intern ġie ddefinit b'mod aktar operattiv.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2019

HU Ungerija

RO-a-HU-1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-DE-2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

RO–a-HU-2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

IE l-Irlanda

RO–a–IE–1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta' 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta' pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati taħt 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b'temperatura biex jieħu n-nar ta' anqas minn 23 °C)), fejn il-kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet previsti fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ dokument tat-trasport għall-ġarr ta' pestiċidi tal-Klassijiet 3 u 6.1 tal-ADR, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet previsti f'1.1.3.6 tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004’.

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta' dawn il-pestiċidi.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–IE-4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta' ċilindri tal-gass li jintużaw f'distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B għall-ADR għaċ-ċilindri tal-gassijiet li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gassijiet ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: L-attivitajiet prinċipali jikkonsistu fit-tqassim ta' pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma' kwantitajiet żgħar ta' ċilindri żgħar ta' gassijiet assoċjati mal-użu fix-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–IE–5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b'mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew, ittestjati u użati skont il-Kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b'trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ivvjaġġar bit-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu ta' ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta' dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta' 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew u ttestjati skont il-Kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-Kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu ġew trasportati lejn il-kunsinnatur permezz ta' trasport multimodali, fosthom il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta' dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni sa għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, f'ġurnata waħda, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fi ħdan l-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta' trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu tqassmu lokalment fi ħdan l-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f'dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet partikolarment speċifikati — ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u lanqas f'ebda parti oħra taż-żona ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet tagħha. It-trasport multimodali, li jibda barra ż-żona ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fl-Irlanda. Dan it-trasport fuq it-territorju tal-Irlanda għandu jsir fir-rispett tal-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–IE–6

Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u l-ittikkettar ta' kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f'1.1.3.6) ta' oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċi tal-klassifikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404, NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għal ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari għar-rimi.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet 1, 2, 4, 5 u 6.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali. Klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ. Dispożizzjonijiet għall-kunsinna. Il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u l-ittikkettar ta' materjal pirotekniku skadut, bin-numri NU rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-imballaġġ tat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE jiġu rispettati u jiġi inkluż tagħrif addizzjonali fid-dokument tat-trasport. Din id-deroga tapplika biss għat-trasport lokali, lejn kwartieri militari jew range, ta' kwantitajiet żgħar ta' dan il-materjal pirotekniku skadut bl-għan li jiġu eliminati b'mod sikur.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: 349 tar-Regolament 57 tal-2011 (f) u (g)

Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta' materjal pirotekniku marittimu ‘skadut’, speċjalment minn sidien ta' dgħajjes għad-delizzju u fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jintremew, ħoloq diffikultajiet partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-imballaġġ. Id-deroga hija għal kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f'1.1.3.6) għal trasport lokali, li jħaddan in-numri NU kollha assenjati għal materjal pirotekniku marittimu.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

UK Ir-Renju Unit

RO–a–UK–1

Suġġett: Il-ġarr ta' ċerti oġġetti li jkun fihom materjal radjoattiv ta' periklu baxx bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli (E1).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar il-ġarr ta' materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijijet tar-regolamenti nazzjonali dwar ċerti prodott kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux iktar minn 500 lokalizzatur tad-duħħan għall-użu domestiku b'attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux aktar minn ħames biċċiet tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b'attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 3(10):

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (‘IAEA’) jiġu inkorporati fl-ADR.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi (minbarra tal-Klassi 7) kif iddefinit fi 1.1.3.6 (E2)

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta' trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jifformaw parti minn tagħbija akbar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a).

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn dokument tat-trasport ma jkunx dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal ta' radjoattività ta' livell baxx biex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4)

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat tat-tifi tan-nar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarru ċilindri tat-tifi tan-nar meta jkun qed jiġu trasportat biss pakketti ta' eċċezzjoni (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jipprevedi rekwiżit inqas strett meta jinġarr biss għadd żgħir ta' pakketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d).

Kummenti: Il-ġarr ta' tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta' NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jkunu jistgħu jinġarru f'vetturi żgħar.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–4

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' oġġetti fl-pakketti interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta' dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ ma jeħtiġlux ikollu l-marka RID/ADR jew NU u lanqas li jkun immarkat b'xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti previsti fl-Iskeda 3.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) and Regulation 36, Authorisation Number 13.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta' ġarr minn depożitu ta' distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-għan ta' din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ estern.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–5

Suġġett: Sabiex tkun permessa ‘kwantità massima totali differenti għal kull unità ta' trasport’ għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f'1.1.3.6.3 (N10)

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.3 and 1.1.3.6.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f'kull unità ta' trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta' splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; Ir-Regolament 14 u l-Iskeda 4.

Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta' kwantità għal merkanzija ta' Klassi 1, jiġifieri ‘50’ għal Kategorija 1 u ‘500’ għal Kategorija 2. Għall-finijiet tal-ikkalkular ta' tagħbijiet imħallta, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom ikunu ta' ‘20’, għal Kategorija tat-trasport 1 u ‘2’ għal Kategorija tat-Trasport 2.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–6

Suġġett: Iż-żieda tal-massa massima netta ta' splussiv permessibbli f'vetturi EX/II (N13)

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.5.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta' sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta' sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3.

Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa massima netta ta' 5 000 kg f'vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta' Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J.

Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jittieħdu lejn l-Unjoni jkunu kbar jew goffi, u dawn jaqbżu madwar iż-2,5 m fit-tul. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u l-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Hemm biss ftit vetturi EX/III użati fir-Renju Unit u jkun ta' piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta' aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jinġarr dan it-tip ta' splussiv.

Fir-Renju Unit, l-isplussivi militari jiġu trasportati l-aktar permezz ta' vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux jittieħdu l-vantaġġi mill-eżenzjoni għal vetturi militari li hemm fid-Direttiva 2008/68/KE. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg minn dawn l-oġġetti f'vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem suffiċjenti għaliex oġġett jista' jkun fih aktar minn 1 000 kg ta' splussiv.

Mill-1950, seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin '50) li rrigwardaw l-isplużjoni ta' materjal splussiv b'toqol ta' aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b'tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti.

Hemm evidenza empirika li tindika li oġġetti splussivi imballati sew mhumiex probabbli li jieħdu n-nar minħabba f'impatt, eż. f'inċident tat-traffiku. L-evidenza minn rapporti militari u minn dejta ta' provi dwar l-impatt ta' missili juru li biex l-iskrataċ jieħdu n-nar għandhom bżonn veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta' tfigħ minn għoli ta' 12-il metru.

L-istandards attwali ta' sikurezza ma jkunux milquta.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–7

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta' ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.4 u 8.5 S1(6).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti ta' sorveljanza għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta' merkanzija perikoluża.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprovdi għal parkeġġ sikur u faċilitajiet ta' superviżjoni iżda ma teżiġix li ċerti tagħbijiet tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti kif inhu meħtieġ fi 8.5 S1(6) tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta' superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f'kuntest nazzjonali.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–8

Suġġett: It-tħassir tar-restrizzjonijiet għal trasport ta' tagħbijiet imħallta ta' splussivi, u ta' splussivi ma' merkanzija oħra perikoluża, f'vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet dwar ċerti tipi ta' tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista' jitwettaq mingħajr riskju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 18.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma' splussiv ieħor kif ukoll ta' splussiv ma' oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandu jkollha limitu ta' kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk ‘ikunu ttieħdu il-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f'kuntatt ma' kwalunkwe oġġetti minn dawn, jew inkella li jpoġġu tali oġġetti fil-periklu jew li jkunu mhedda minn tali oġġetti’.

Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:

1.

Splussiv bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jista' jinġarr fl-istess vettura ma' merkanzija perikoluża bin-numru tal-klassifikazzjoni NU Numru 1942. Il-kwantità ta' NU 1942 li titħalla tinġarr għandha tkun limitata billi titqies li tkun splussiv ta' 1.1D.

2.

Splussivi kklassifikati bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, u 0453 jistgħu jkunu trasportati fl-istess vettura ma' oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta' gassijiet li jaqbdu malajr, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tat-2 kategorija tat-trasport jew oġġetti perikolużi tat-3 kategorija tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, bil-kundizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi tat-2 kategorija tat-trasport ma taqbiżx/jaqbiżx il-500 kg jew l u l-massa totali netta ta' dawn l-isplussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta' 1.4G jistgħu jinġarru flimkien ma' likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija 2 tat-trasport jew ma' gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew fi kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbżux il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta' splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma' oġġetti splussivi fil-Grupp ta' Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta' splussivi bin-Numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–9

Suġġett: Alternattiva biex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta' materjal radjoattiv f'vetturi żgħar.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f'vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjoattiv.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi jrid jew:

(a)

ikollhom plakard skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 tal-ADR; jew

(b)

fil-każ ta' vettura li ġġorr mhux aktar minn għaxar pakketti b'materjal radjoattiv mhux fissili jew li huma fissili fejn is-somma tal-indiċi tat-trasport ta' dawn il-pakketti ma taqbiżx il-valur ta' 3, tista' minflok iġġorr nota f'konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regolament 5(4)(d).

Kummenti:

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK-10

Suġġett: It-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: id-dipożizzjonijiet kollha

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, għat-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert min-NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Din id-deroga hija maħsuba biex tinħareġ fl-ambitu ta' The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2011.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

RO–bi–BE–4

Suġġett: Trasport ta' merkanzija perikoluża f'tankijiet biex titneħħa billi tinħaraq.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta' deroga mit-tabella fil-Kapitolu 3.2, huwa permess l-użu ta' kontenitur tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok il-kodiċi tat-tank L4DH għat-trasport ta' likwidu idroreattiv, tossiku, III, n.o.s. (mhux speċifikati b'mod ieħor) taħt ċertu kundizzjonijiet.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dérogation 012002.

Kummenti: Dan ir-regolament jista' jkun applikat biss għat-trasport ta' skart perikoluż fuq distanzi qosra.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2020

RO–bi–BE–5

Suġġett: Ġarr ta' skart lejn impjanti tar-rimi tal-iskart.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-regolament l-antik: A5, 2X14, 2X12).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti dwar l-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan xi grupp. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-imballaġġ huma inqas restrittivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Kummenti: Dan ir-regolament jista' jintuża għall-ġarr ta' kwantitajiet żgħar ta' skart lejn impjanti ta' rimi.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2020

RO–bi–BE–6

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–5

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2020

RO–bi–BE–7

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2020

RO–bi–BE–8

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–UK–2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2020

RO–bi–BE–9

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–3.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018

RO–bi–BE–10

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta' żoni industrijali inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, it-tikkettar u l-immarkar ta' pakketti, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Kummenti: Il-lista li ġejja tipprovdi numru ta' deroga fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-distanza permessa u l-oġġetti perikolużi involuti.

deroga 2-2001

:

300 m (il-klassijiet 3, 6.1 u 8) — data ta' skadenza it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 6-2004

:

massimu ta' 5 km (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 7-2005

:

qsim ta' triq pubblika (NU 1202) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 1-2006

:

600 m (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 13-2007

:

8 km (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 2-2009

:

350 m (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 3-2009

:

massimu ta' 4,5 km (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 5-2009

:

massimu ta' 4,5 km (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 9-2009

:

massimu ta' 20 km (Klassi 2 f'imballaġġi) — data ta' skadenza: it-9 ta' Settembru 2015

deroga 16-2009

:

200 m (IBC) — data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018

DE Il-Ġermanja

RO–bi–DE–1

Suġġett: Tneħħija ta' ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-klassijiet 1 (bl-eċċezzjoni ta' 1.4S), 5.2 u 7.

Ebda indikazzjoni ma hija meħtieġa fid-dokument tat-trasport:

(a)

għad-destinatarju fil-każ ta' distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f'ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi tal-imballaġġ, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(c)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku konċernat.

Id-deroga kienet irreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–DE–3

Suġġett: Trasport ta' skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 to 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u immarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ imħallat u trasport ta' skart perikoluż f'pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun imballaġġat f'imballaġġ intern (kif miġbur) u maqsum f'kategoriji speċifiċi ta' skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'ħdan grupp ta' skart); użu ta' struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta' skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta' skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–DE–4

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–BE-1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: —

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017

RO-bi–DE-5

Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 3343 (taħlita ta' nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b'mhux inqas minn 30 % ta' nitrogliċerina skont il-massa) f'kontejners tank, b'deroga mis-Subtaqsima 4.3.2.1.1 tat-Taqsima I.1. tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' kontejners tank

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f'kontejners tank, fuq distanzi qosra, suġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.   Rekwiżiti għall-kontejners tank

1.1.

Jistgħu jintużaw biss il-kontejners tank li huma awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop, li f'kuntesti oħra jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-awtorizzazzjoni ta' mudelli ta' kostruzzjoni, testijiet, tikkettar u operat fil-Kapitolu 6.8 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE.

1.2.

Il-mekkaniżmu ta' għeluq tal-kontejner tank għandu jkollu sistema ta' rilaxx tal-pressjoni li titla' sa pressjoni interna ta' 300 kPa (3 bar) ogħla mill-pressjoni normali u permezz ta' dan tillibera apertura li tħares 'il fuq b'erja għar-rilaxx tal-pressjoni ta', mill-inqas, 135 ċm2 (dijametru ta' 132 mm). L-apertura ma għandhiex tingħalaq mill-ġdid wara li tiġi attivata. Bħala stallazzjoni ta' sikurezza, jistgħu jintużaw wieħed mill-elementi ta' sikurezza jew aktar, bl-istess proċess ta' attivazzjoni u erja għar-rilaxx tal-pressjoni korrispondenti. It-tip ta' kostruzzjoni tal-istallazzjoni ta' sikurezza jeħtieġ li jkun għadda, b'suċċess, minn ittestjar tat-tip u approvazzjoni tat-tip mill-awtorità responsabbli.

2.   It-tikkettar

Kull kontejner tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b'tikketta ta' periklu skont il-mudell 3 fis-Subtaqsima 5.2.2.2.2 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE.

3.   Dispożizzjonijiet operattivi

3.1.

Għandu jiġi żgurat li waqt it-trasport, in-nitrogliċerina tkun iddistribwita b'mod indaqs fil-midjum ta' flemmatizzazzjoni u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda separazzjoni tal-komponenti tat-taħlita.

3.2.

Waqt it-tagħbija u l-ħatt, mhuwiex permess li xi ħadd jibqa' ġol-vettura jew fuqha, ħlief biex jiġi operat it-tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt.

3.3.

Fil-post tal-ħatt, il-kontejners tank għandhom jitbattlu kompletament. Jekk ma jistgħux jitbattlu kompletament, dawn għandhom jingħalqu b'mod issikkat wara l-ħatt sakemm jerġgħu jimtlew.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga North Rhine-Westphalia

Rimarki: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f'kontejners tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta' produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, sit tal-produzzjoni A jipprovdi, bħala parti minn trasport konformi mar-regola, f'kontejners tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-imballaġġ II, lis-sit ta' produzzjoni B. Hawnhekk, soluzzjoni tan-nitrogliċerina tiġi miżjuda u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta' kolla li tinkludi n-nitrogliċerina desensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b'mhux aktar minn 30 % ta' nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta' ritorn ta' din is-sustanza lejn is-sit ta' produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontejners tank imsemmija hawn fuq, li jkunu ġew speċjalment iċċekkjati u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni speċifika tat-trasport u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN.

Tmiem il-perjodu ta' validità: l-1 ta' Jannar 2017

RO-bi–DE-6

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE-6.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: § 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB)

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021.

RO-bi–DE-7

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–BE-10

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta' skadenza: it-20 ta' Marzu 2021

DK id-Danimarka

RO–bi–DK–1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 — ebda dokument tat-trasport.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Meħtieġ dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta' prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta' gassijiet tal-Klassi 2 b'rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil destinatarju jew destinatarji u l-ġbir ta' oġġetti ritornati f'sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub barra mit-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal din id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jittrażmettu informazzjoni dwar il-klijenti lill-vetturi. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u tintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli — qabel ma jibda t-trasport — li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta' trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–DK–2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–DK–3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–UK–1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–DK–4

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża ta' ċerti klassijiet minn djar privati u intrapriżi għal postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet minn 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali, dispożizzjonijiet ta' klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġjar, ir-rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, it-tagħmir, l-operazzjoni u d-dokumentazzjoni u r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Oġġetti perikolużi minn djar privati u intrapriżi jistgħu taħt ċerti kundizzjonijiet jinġarru lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi. Dispożizzjonijiet differenti għandhom jiġu osservati skont il-karattru u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta' trasport, u jekk il-ġarr ta' oġġetti perikolużi hija anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta' oġġetti perikolużi minn djar privati u intrapriżi biex jinġarr lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi. L-iskart huwa tipikament pakketti li nġarru oriġinarjament skont l-eżenzjoni tas-Subtaqsima 1.1.3.1(c) tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħa bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1(c) ma tapplikax għall-ġarr lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4, tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adattati għal ġarr ta' skart ta' imballaġġ intern.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2019

EL Il-Greċja

RO–bi–EL–1

Suġġett: Deroga għar-rekwiżiti ta' sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il-31 ta' Diċembru 2001, għat-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta' xi kategoriji ta' oġġetti perikolużi.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontejners tank u vetturi bit-tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u vetturi tal-batterija u MEGCs.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontejner tank li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta' Jannar 1985 u l-31 ta' Diċembru 2001 għandhom jistgħu jintużaw. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tikkonċerna vetturi għat-trasport tal-materjali perikolużi li ġejjin (NU: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Hija intenzjonata biex tkopri kwantitajiet żgħar jew it-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul dak il-perjodu. Din id-dispożizzjoni tranżitorja għandha tidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank adattati skont:

1.

Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, (ADR 1999: 211.151, 211.152, 211.153, 211.154).

2.

Ħxuna minima tal-qoxra ta' 3 mm għat-tankijiet li jkollhom kompartimenti bil-qoxra b'kapaċità sa 3 500 litru, u minn tal-anqas 4 mm ħxuna ta' ħadid azzarjat għal kompartimenti b'kapaċità sa 6 000 litru, indipendentement mit-tip jew il-ħxuna tal-ħitan diviżorji.

3.

Jekk il-materjal użat ikun aluminju jew metall ieħor, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ħxuna u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra derivati minn disinji tekniċi approvati mill-awtorità lokali tal-pajjiż fejn dawn kienu rreġistrati qabel. Fin-nuqqas ta' disinji tekniċi, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' 6.8.2.1.17 (211.127).

4.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi marġinali 211.128, 6.8.2.1.28 (211.129), il-paragrafu 6.8.2.2 mas-subparagrafi 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2 (211.130, 211.131).

B'mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b'massa ta' inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali ta' nafta (gas oil) biss (NU 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2002, li jkollhom il-ħxuna tal-qoxra inqas minn 3 mm, jistgħu jintużaw biss jekk ikunu mibdula f'konformità mal-paragrafu marġinali 211.127 (5)b4 (6.8.2.1.20).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta' oġġetti perikolużi).

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2016.

RO-bi–EL–2

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-vetturi bażi maħsuba għat-trasport lokali ta' oġġetti perikolużi rreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2001

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta' Vetturi Bażi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta' oġġetti perikolużi (il-kategoriji NU 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li ġew irreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2001.

Il-vetturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' 9 (9.2.1 sa 9.2.6) tal-Anness B tad-Direttiva 94/55/KE bl-eċċezzjonijiet li ġejjin.

Konformità mar-rekwiżiti ta' 9.2.3.2. hija meħtieġa biss jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b'sistema ABS (sistema tal-brejkijiet antilokk); trid tkun mgħammra b'sistema EBS (sistema ta' bbrejkjar ta' reżistenza) kif iddefinita f'9.2.3.3.1, iżda mhux neċessarjament konformi ma' 9.2.3.3.2. u 9.2.3.3.3.

L-enerġija elettrika għat-takografu għandha tkun ipprovduta permezz ta' lqugħ ta' sikurezza mqabbad direttament mal-batterija (marġinali 220 514) u t-tagħmir elettriku tal-mekkaniżmu għall-irfigħ ta' fus ta' karru jrid ikun installat fejn kien oriġinalment installat mill-manifattur tal-vettura u jrid ikun protett f'kaxxa adegwata u ssiġillata (marġinali 220 517).

Partikolarment, il-vetturi bit-tank b'massa massima ta' inqas minn 4 tunnellati maħsuba għat-trasport lokali taż-żejt tat-tisħin bid-diżil (NU: 1202) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3. u 9.2.4.5, iżda mhux neċessarjament l-oħrajn.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων. (Ir-rekwiżiti tekniċi ta' vetturi li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni, maħsuba għat-trasport lokali ta' ċerti kategoriji ta' oġġetti perikolużi.)

Kummenti: L-għadd tal-vetturi msemmija hawn fuq huwa żgħir meta mqabbel mal-għadd totali ta' vetturi li huma diġà rreġistrati u barra minn hekk huma maħsuba biss għat-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta tal-vetturi inkwistjoni, kif ukoll it-tip ta' oġġetti trasportati ma joħolqux problemi ta' sikurezza fit-triq.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2016.

ES Spanja

RO–bi–ES–2

Suġġett: tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta' ammonijaka anidra.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Biex jiġi evitat kull telf ta' kontenut fil-każ ta' ħsara lill-attrezzaturi esterni (pajpijiet, mezzi laterali ta' għeluq), il-valv intern ta' interċetazzjoni u l-post fejn ikun imqiegħed għandhom ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn pressjonijiet esterni jew jitfasslu b'mod li jirreżistu pressjonijiet bħal dawn. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) iridu jkunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tankijiet użati għall-finijiet agrikoli għal distribuzzjoni u applikazzjoni ta' ammonijaka anidra li nġiebu fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b'attrezzaturi esterni, minflok interni, ta' sikurezza, bil-kundizzjoni li joffru protezzjoni ekwivalenti mill-anqas għall-protezzjoni mogħtija mill-ħajt tat-tank.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l-1 ta' Jannar 1997 fl-agrikoltura kien użat esklussivament tip ta' tank mgħammar b'attrezzaturi esterni ta' sikurezza biex japplika ammonijaka anidra direttament għal fuq l-art. Tankijiet varji ta' dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f'azjendi agrikoli kbar.

Data ta' skadenza: 28 ta' Frar 2022.

FI il-Finlandja

RO–bi–FI–1

Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a)

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta' detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta' splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta' kwantitajiet żgħar ittrasportati lokalment.

Id-deroga hija rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 31.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–FI–2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–10

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–FI–3

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–DE–1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta' skadenza: 28 ta' Frar 2022

FR Franza

RO–bi–FR–1

Suġġett: L-użu ta' dokumenti marittimi bħala dokumenti tat-trasport għal vjaġġi qosra wara li tinħatt it-tagħbija minn fuq il-vapur.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-informazzjoni li għandha tidher fid-dokumenti użati bħala dokumenti tat-trasport ta' merkanzija perikoluza.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f'raġġ ta' 15-il km.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 23-4.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–FR–3

Suġġett: It-trasport ta' tankijiet fissi ta' ħażna ta' gass ta' żejt likwefatt (LPG) (18).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' tankijiet fissi għall-ħżin tal-LPG huwa suġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 30.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

HU Ungerija

RO–bi-HU–1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-bi-SE-3

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

IE l-Irlanda

RO–bi–IE–3

Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta' merkanzija perikoluża, li lilha tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f'7.5.11 jew S1 fi 8.5, titħalla ssir f'post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immanipular.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tagħbija u ħatt ta' merkanzija perikoluża f'post pubbliku jitħallew isiru mingħajr permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b'deroga mir-rekwiżiti ta' 7.5.11 jew 8.5.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–IE–6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punt 4.3.4.2.2, li teħtieġ li l-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil, li ma jkunux imqabbda b'mod permanenti mal-qoxra ta' vettura bit-tank, ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta' vetturi bit-tank.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-manek flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma' vetturi bit-tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta' prodotti taż-żejt bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul il-ġarr bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe telf ta' kontenut.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Il-manek flessibbli mwaħħla ma' vetturi bit-tank tat-tqassim domestiku jridu jibqgħu mimlija l-ħin kollu anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-‘wet-line’ li teħtieġ li l-arloġġ u l-manka tal-vettura bit-tank jkunu mimlija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta' prodott.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–IE–7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta' 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport fi kwantitajiet kbar ta' Fertilizzant bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet s'għand id-destinatarji.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali koretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta' trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta biex tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattiċitajiet tat-trasport fi kwantitajiet kbar bejn il-port u d-destinatarju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali ‘CV24’ dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-merkanzija. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment tal-merkanzija, jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastimenti tal-merkanzija u d-destinatarji, dokument wieħed tat-trasport li approssimattivament jindika l-massa totali ta' kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali ‘CV24’.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO-bi-IE-8

Suġġett: It-trasport ta' merkanzija perikoluża bejn bini privat u vettura oħra fil-qrib immedjat tal-bini, jew bejn żewġ partijiet ta' bini privat li jkunu jinsabu fil-viċinanza immedjata minn xulxin iżda separati minn triq pubblika.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: L-Anness I, it-Taqsima 1.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Esklużjoni mill-applikazzjoni tar-regolamenti fejn vettura tkun qed tintuża għat-trasferiment ta' merkanzija perikoluża

(a)

bejn bini privat u vettura oħra fil-viċinanza immedjata ta' dak il-bini, jew

(b)

bejn żewġ partijiet ta' bini privat fil-viċinanza immedjata minn xulxin iżda li jistgħu jkunu separati bi triq pubblika,

sakemm it-trasport iseħħ permezz tal-aktar rotta diretta.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: European Communities (Carriage of Dangerous Goods by Road and Use of Transportable Pressure Equipment) Regulations 2011 and 2013, Regulation 56.

Kummenti: Meta l-merkanzija tiġi ttrasferita bejn żewġ partijiet ta' bini privat jew bejn bini privat u vettura assoċjata li huma separati bi triq pubblika jistgħu jiżvolġu diversi sitwazzjonijiet. Dan it-tip ta' trasport ma jinvolvix ġarr ta' merkanzija perikoluża fis-sens tas-soltu, u għaldaqstant ir-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport ta' oġġetti perikolużi m'hemmx bżonn li jiġu applikati. Ara wkoll RO-bi-SE-3 u RO-bi-UK-1.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

NL Il-Pajjiżi l-Baxxi

RO–bi–NL–13

Suġġett: L-iskema tal-2015 għat-trasport ta' skart domestiku perikoluż

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet għal ċerti kwantitajiet; dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġ; l-użu ta' imballaġġ żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ; it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar; il-ħaddiema; it-tagħmir; it-tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: dispożizzjonijiet marbuta mat-trasport ta' skart żgħir domestiku perikoluż miġbur kif ukoll skart domestiku perikoluż minn negozji, li jiġi pprovdut f'imballaġġ xieraq b'kapaċità massima ta' 60 litru. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f'kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta' dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulat skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-iskema tal-2015 għat-trasport ta' skart domestiku perikoluż.

Kummenti: L-iskema twaqqfet sabiex tippermetti lill-individwi u lin-negozji jarmu skart zgħir kimiku f'sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal skart taż-żebgħa. Il-livell ta' periklu huwa mminimizzat permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta' elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b'mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista' tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f'imballaġġ issiġillat sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġama' fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għal ħżin ta' kategoriji varji ta' skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta' skart ippreżentat, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta' kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta' tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta' periklu assoċjati ma' dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness għall-iskema.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

PT Il-Portugall

RO–bi–PT–1

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif previst fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva ‘UN No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.’, trasportati f'ċilindri, jista' jinbidel f'ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

 

‘NU 1965 Butan’ fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f'ċilindri;

 

‘NU 1965 Propan’ fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, ittrasportat f'ċilindri.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, 16 ta' April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei Nru 267-A/2003 tas-27 ta' Ottubru.

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta' merkanzija perikoluża hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta' dawn l-operazzjonijiet.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–PT–2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta' tankijiet u kontejners vojta u mhux imnaddfa.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta' ritorn ta' tankijiet u kontejners vojta li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista' jitbiddel bid-dokument ta' trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex titwassal il-merkanzija.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, l-Erbgħa, 28 ta' Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei Nru 267-A/2003 tas-27 ta' Ottubru.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta' tankijiet u kontejners vojta li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża jrid ikun akkumpanjat minn dokument ta' trasport skont l-RPE, f'ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

SE L-Isvezja

RO–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta' skart perikoluż għal postijiet fejn jintremal-iskart perikoluż

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet minn 5 sa 6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta' pakketti li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ADR li minnhom huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta' sustanzi u oġġetti.

L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

L-imballaġġ żgħir (inqas minn 30 kg) ta' oġġetti perikolużi bħala skart jista' jiġi ppakkjat f'imballaġġ, inkluż IBCs u imballaġġ kbir, mingħajr ma jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima I. 1, tal-Anness I, għal din id-Direttiva. L-imballaġġ, inkluż l-IBCs u l-imballaġġ kbir m'għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu ippreparati għall-ġarr b'kampjun rappreżentattiv ta' imballaġġ zgħir ġo fihom.

Dan huwa permess sakemm:

l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi kbar ikunu konformi mat-tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-imballaġġ I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6 tat-Taqsima I.1, tal-Anness I, ta' din id-Direttiva;

l-imballaġġi żgħar huma ppakkjati b'materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu ħieles li jista' jiskula fl-imballaġġi esterni, l-IBCs jew fl-imballaġġi il-kbar waqt it-trasport; kif ukoll

l-imballaġġi, l-IBCs kif ukoll l-imballaġġi l-kbar kif imħejjija għal ġarr jkollhom massa grossa ta' mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta' disinn tan-NU għall-gruppi I jew II tal-imballaġġ għall-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar; kif ukoll

is-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport ‘Ippakkjat skont il-Parti 16 tal-ADR-S’

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta' merkanzija perikoluża maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża.

Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima I.1, tal-Anness I, ta' din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għax l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b'kampjun rappreżentattiv ta' skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–2

Suġġett: Isem u indirizz tal-kunsinnatur fid-dokument tat-trasport.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta' trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur mhumiex meħtieġa jekk il-pakkett vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta' distribuzzjoni.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Imballaġġ vojt u mhux imnaddfa li jintbagħtu lura bosta drabi jkun għad fihom kwantitajiet żgħar ta' merkanzija perikoluża.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma' oħrajn mimlija.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–3

Suġġett: It-trasport ta' merkanzija perikoluża fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta' merkanzija perikoluża fuq toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw l-ittikkettar u l-immarkar tal-imballaġġ, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni skont 9.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Ikun hemm bosta sitwazzjonijiet li fihom merkanzija perikoluża tinġarr bejn bini li jkun jinsab fuq naħat opposti ta' triq pubblika. Dan it-tip ta' trasport ma jikkostitwixxix ġarr ta' merkanzija perikoluża minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mal-Artikolu 6(14) tad-Direttiva 96/49/KE.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–4

Suġġett: Trasport ta' merkanzija perikoluża li tkun inqabdet mill-awtoritajiet.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta' protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta' provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta' sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta' oġġetti konfiskati mill-pulizija bħal splussivi jew beni misruqa. Il-problema b'dawn it-tipi ta' oġġetti hija li wieħed qatt ma jista' jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ppakkjati, immarkati jew tikkettati skont l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq bosta mijiet ta' operazzjonijiet ta' trasport ta' dan it-tip. Fil-każ ta' alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu 'l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) kull pakkett ma jeħtiġlux ikollu tikketta, u b) ma jkunx meħtieġ li jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull palit li jkollu imballaġġ bħal dan għandu jkollu tikketti korretti. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom ikunu ssodisfati. Isiru madwar 20 operazzjoni ta' trasport ta' dan it-tip kull sena.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–5

Suġġett: Trasport ta' merkanzija perikoluża ġewwa u qrib ħafna ta' portijiet.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta' trasport; kull unità ta' trasport li ġġorr merkanzija perikoluża għandha tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5.

It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, Artikolu 6(14).

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta' taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F'xi każijiet vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati bl-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru merkanzija perikoluża bħala tagħbija, eż. tankijiet mhux imnaddfa u vojta.

Ir-rekwiżiti f'1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f'tankers.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet u għal kontejners tank vojta u mhux imnaddfa, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta' aktar minn destinatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f'dokumenti oħra.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet jew kontejners tank vojta u mhux imnaddfa id-deskrizzjoni fid-dokument ta' trasport skont 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta' sustanza fil-pjan ta' tagħbija ikun immarkat b'0. Isem u indirizz id-destinatarji mhumiex meħtieġ fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–9

Suġġett: It-trasport lokali b'rabta ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b'rabta ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni jista' ma jikkonformax ma' xi regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta' merkanzija perikoluża mhijiex meħtieġa;

(b)

tankijiet/kontejners qodma mhux magħmula b'mod konformi mal-Kapitolu 6.8, iżda b'mod konformi ma' leġiżlazzjoni nazzjonali aktar antika, u li dawn ikunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ, xorta jisgħu jibqgħu jintużaw;

(c)

ankijiet eqdem, li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti li hemm fil-punt 6.7 jew 6.8, u li huma maħsuba għat-trasport ta' sustanzi tan-NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b'tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, xorta jista' jibqa' jintuża għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta' postijiet fejn ikun qed isiru xogħlijiet fuq it-toroq;

(d)

Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni għall-ekwipaġġ ta' vaguni jew tankers b'tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, mhumiex meħtieġa.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa tip ta' karavann għall-ewkipaġġ tax-xogħol, b'kamra għall-ekwipaġġ u mgħammar b'tank/kontenitur mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta' tratturi tal-foresti.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–10

Suġġett: Trasport ta' splussiv f'tankijiet.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati skont il-punt 4.1.4.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f'tankijiet. It-trasport f'tankijiet huwa biss permess għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta' awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħobbija bi splussvi għandha tkun immarkata skont 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2 u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta' trasport jista' jkun fiha merkanzija perikoluża.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta' merkanzija perikoluża maħruġin skont l-Att dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża u r-regolament Svediż SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta' natura lokali. Ir-regolamenti konċernati kienu fis-seħħ qabel mal-Isvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta' trasport tal-isplussivi f'vetturi b'tank. Fil-futur qarib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga l-antika Nru 84.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–11

Suġġett: Liċenzja ta' sewwieq

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-taħriġ ta' sewwieqa ma jitħalliex isir għal kull vettura msemmija fi 8.2.1.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta' merkanzija perikoluża maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–12

Suġġett: Trasport ta' logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta' vetturi EX/II u EX/III.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f' 7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta' splussiv ta' iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b'NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fi 2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tal-NU.

Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi SRegolamenti speċifiċi għat-trasport intern ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att tat-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi.

Kummenti: It-trasport ta' logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mingħand il-kunsinnaturi sat-terminals jista' jsir mill-flotta preżenti tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta' dak li jibqa' lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta' vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati li jinvestu f'approvazzjonijiet bħal dawn minħabba li ma jkunux jistħu jirkupraw l-ispejjeż tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

UK Ir-Renju Unit

RO–bi–UK–1

Suġġett: Vetturi għall-ġarr ta' merkanzija perikoluża li jaqsmu toroq pubbliċi (N8).

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta' merkanzija perikoluża fuq toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Nuqqas ta' applikazzjoni tar-regolamenti dwar merkanzija perikoluża għall-ġarr ġewwa bini privat separat bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplika għall-ebda dispożizzjoni tar-Regolamenti (tat-Trasport bit-Triq) ta' Materjal Radjoattiv għall-2002.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b).

Kummenti: Sitwazzjoni tista' sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta' triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi ġarr ta' merkanzija perikoluża minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar il-merkanzija perikoluża ma għandha tapplika f'każ bħal dan.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew assistent ta' sewwieq jiftaħ pakketti ta' oġġetti perikolużi f'katina ta' distribuzzjoni lokali minn depożitu ta' distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent aħħari u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut sa għand l-utent aħħari (għajr għall-Klassi 7) (N11)

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistent ta' sewwieq jiftaħ pakketti ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta' ftuħ ta' pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni ‘Unless authorised to do so by the operator of the vehicle’ (Għajr f'każ ta' awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12(3).

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista' toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–UK–3

Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għall-ġarr ta' btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-Imballaġġ III.

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti tal-imballaġġ u l-ittikkettar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti il-ġarr ta' xorb alkoħoliku b'kontenut ta' alkoħol iktar minn 24 %, iżda inqas minn 70 % f'termini ta' volum (Grupp tal-Imballaġġ III) fi btieti tal-injam mingħajr l-approvazzjoni min-NU li ma għandhomx tikketti ta' periklu, suġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(13) and (14).

Kummenti: Dan huwa prodott b'valur għoli suġġett għal dazju tas-sisa tal-gvern li jeħtieġlu jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f'vetturi ssiġillati u żguri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. Il-laxkezza fuq l-imballaġġ u l-ittikkettar titqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–UK–4

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–12

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Parti 1.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–UK–5

Suġġett: Il-ġbir ta' batteriji użati għar-rimi jew riċiklaġġ

Referenza għat-Taqsima I.1, tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Ċelluli u batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta' ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma' ċelluli jew batteriji li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Għandhom ikunu ppakkjati fi krietel IH2 jew f'kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta' prestazzjoni tal-grupp II tal-imballaġġ għas-solidi;

 

Mhux aktar minn 5 % ta' kull pakkett għandu jkun litju jew batteriji tal-litju;

 

Il-massa grossa massima ta' kull pakkett m'għandhiex taqbeż il-25 kg;

 

Il-kwantità totali tal-pakketti għal kull Unità tat-Trasport m'għandhiex taqbeż it-333 kg;

 

Ma tista' tinġarr l-ebda merkanzija perikoluża oħra.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 part 1.

Kummenti: Il-punti ta' ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex prattiku li jitħarreġ għadd kbir ta' nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-UK Waste and Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħataw pakketti adatti konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021”

(2)

Fl-Anness II, it-Taqsima II.3 tinbidel b'dan li ġej:

“II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

RA= Ferrovija

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS= Taqsira għal Stat Membru

nn= numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

RA–a–DE–2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għal imballaġġ ikkombinat.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta' imballaġġ ikkombinat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta' imballaġġ imħallat ta' merkanzija fil-Klassi 1.4S (skrataċ għall-armi żgħar), ajrusoli (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattament fil-Klassijiet 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet biex jinbigħu f'imballaġġ imħallat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

FR Franza

RA–a–FR–3

Suġġett: Ġarr għall-ħtiġijiet ta' sid il-ferrovija.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi li għandu jkun indikat fin-nota tal-konsinna.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ġarr għall-ħtiġijiet ta' sid il-ferrovija ta' kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti preskritti f'1.1.3.6 m'ghandux għalfejn ikollu d-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de ferArtikolu 20.2.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RA–a–FR–4

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta' tikketti fuq ċerti vaguni tal-posta.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta' tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni tal-posta biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati metriċi ta' materjal tal-istess klassi (li mhux dak ta' 1, 6.2 or 7) iridu jitwaħħlulhom it-tikketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de ferArtikolu 21.1.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

SE L-Iżvezja

RA–a–SE–1

Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b'tikketti.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b'tikketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Hemm limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta' kwantitajiet żgħar.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

UK Ir-Renju Unit

RA–a–UK–1

Suġġett: Ġarr ta' oġġetti li fihom ċertu materjal b'radjoattività baxxa bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-RID.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-trasport ta' materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijijet tar-regolamenti nazzjonali dwar ċerti prodott kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu inkorporati emendi simili għar-regoli tal-IAEA fl-RID.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RA–a–UK–2

Suġġett: It-tħassir tar-restrizzjonijiet għal trasport ta' tagħbijiet imħallta ta' splussivi, u ta' splussivi ma' merkanzija oħra perikoluża, f'vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6).

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet dwar ċerti tipi ta' tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista' jitwettaq mingħajr riskju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit għall-splussivi ma' splussivi oħra, kif ukoll ta' splussivi ma' oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni ser ikollha limitu ta' kwantità fuq waħda jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk ‘il-miżuri prattiċi kollha jkunu ttieħdu b'mod raġonevoli sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f'kuntatt ma', jew inkella jpoġġu fil-periklu jew ikunu mhedda minn, dawn l-oġġetti’.

Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:

1.

Splussivi li ġew allokati n-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jiġu trasportati fl-istess vettura mal-oġġetti perikolużi li ġew allokati fir-rigward tan-numru ta' klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta' NU 1942 li tista' tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv tal-1.1D.

2.

Splussivi kklassifikati bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, u 0453 jistgħu jkunu trasportati fl-istess vettura ma' oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta' gassijiet li jaqbdu malajr, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tat-2 kategorija tat-trasport jew oġġetti perikolużi tat-3 kategorija tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, bil-kundizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi tat-2 kategorija tat-trasport ma taqbiżx/jaqbiżx il-500 kg jew l u l-massa totali netta ta' dawn l-isplussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta' 1,4G jistgħu jinġarru flimkien ma' likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija 2 tat-trasport jew ma' gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew fi kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbżux il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta' splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma' oġġetti splussivi fil-Grupp ta' Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta' splussivi bin-Numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RA–a–UK–3

Suġġett: Li tkun permessa kwantità totali massima għal kull unità ta' trasport għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fil-punt 1.1.3.1.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sabiex tistipula regoli dwar eżenzjonijiet fuq kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta' splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 3(7)(b).

Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta' kwantitajiet limitati u fatturi ta' multiplikazzjoni għat-trasport mħallat ta' oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri ‘50’ għall-Kategorija 1 u ‘500’ għall-Kategorija 2. Għal raġunijiet ta' kalkolu tat-tagħbija mħallta, il-fatturi ta' multiplikazzjoni għandhom jinqraw ‘20’ għall-Kategorija tat-trasport 1 u ‘2’ għat-tieni (2) Kategorija tat-trasport.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RA–a–UK–4

Suġġett: Adozzjoni ta' RA–a–FR–6.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.3.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-illaxkar tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ ‘piggyback carriage’.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f'każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b'mod ċar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 7(12):

Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RA–a–UK–5

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' oġġetti f'imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta' dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Ir-Regolament 26.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID huma inadatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta' distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-iskop ta' din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr il-pakkett ta' barra.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

RA–bi–DE–2

Suġġett: Trasport ta' skart perikoluż imballaġġat.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u immarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ imħallat u trasport ta' skart perikoluż f'pakketti u IBCs; l-iskart għandu jiġi imballaġġat f'imballaġġ intern (kif miġbur) u kategorizzat fi gruppi tal-iskart speċifiċi (sabiex jiġu evitati reazzjonijiet perikolużi fil-grupp tal-iskart); użu ta' struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta' skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta' skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

RA-bi–DE-3

Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I f'vaguni b'tankijiet tal-ferrovija,

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta' tankijiet u vaguni b'tankijiet. Is-Subtaqsima 6.8.2.3 tal-Kapitolu 6.8, teħtieġ l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta' NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f'vaguni b'tankijiet tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-merkanzija huwa suġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020 (awtorizzazzjoni estiża)

DK id-Danimarka

RA–bi–DK-1

Suġġett: Ġarr ta' oġġetti perikolużi minn mini

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fit-Taqsima II.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta' merkanzija perikoluża.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal-15 ta' Frar 2005.

Kummenti:

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021.

RA–bi–DK-2

Suġġett: Ġarr ta' oġġetti perikolużi minn mini

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fit-Taqsima II.1 tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja tal-linja fissa li tgħaddi minn Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta' merkanzija perikoluża.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal-15 ta' Frar 2005.

Kummenti:

Data ta' skadenza: 28 ta' Frar 2022

SE L-Iżvezja

RA–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta' skart perikoluż għal postijiet fejn jintremal-iskart perikoluż

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: Taqsimiet 5 sa 6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta' pakketti li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jitwettaq f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li minnha huma biss permessi ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta' sustanzi u oġġetti.

L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

Pakketti żgħar (inqas minn 30 kg) ta' oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f'imballaġġi, inklużi IBCs u imballaġġi kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 and 6.6.5.4.3 tat-Taqsima II, 1 tal-Anness II, għal din id-Direttiva. L-imballaġġ, inkluż l-IBCs u l-imballaġġ kbir m'għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu ippreparati għall-ġarr b'kampjun rappreżentattiv ta' imballaġġ zgħir ġo fihom.

Dan huwa permess sakemm:

l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi mat-tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-imballaġġ I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6 tat-Taqsima II. 1, tal-Anness II, ta' din id-Direttiva;

l-imballaġġi żgħar huma ppakkjati b'materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu ħieles li jista' jiskula fl-imballaġġi esterni, l-IBCs jew fl-imballaġġi il-kbar waqt it-trasport; kif ukoll

l-imballaġġi, l-IBCs kif ukoll l-imballaġġi l-kbar kif imħejjija għal ġarr jkollhom massa grossa ta' mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta' disinn tan-NU għall-gruppi I jew II tal-imballaġġ għall-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar; kif ukoll

is-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport ‘Ippakkjat skont il-Parti 16 ta' RID-S’

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta' merkanzija perikoluża maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża.

Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima II. 1 tal-Anness II, għal din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għax l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b'kampjun rappreżentattiv ta' skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

Data ta' skadenza: 30 ta' Ġunju 2021

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

RA–bii–DE–1

Suġġett: It-trasport lokali taċ-ċjanur tal-idroġenu NU 1051, stabbilizzat, likwidu, li għandu 1 % ilma jew inqas skont il-massa, f'vaguni tal-ferrovija b'tankijiet, b'deroga mis-Subtaqsima 4.3.2.1.1 tat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: projbizzjoni fuq it-trasport ta' NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu b'1 % ilma jew inqas skont il-massa

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: it-trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot iddeżinjati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f'kundizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. It-trasport iseħħ f'vaguni b'tankijiet li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-immuntar tagħhom huma kontinwament adattati skont l-aħħar teknoloġija tas-sikurezza (pereżempju tagħmir ta' lqugħ għat-taħbit skont it-TE 22). Il-proċess tat-trasport huwa regolat fid-dettall permezz ta' dispożizzjonijiet ulterjuri tas-sikurezza operattiva bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u kontra l-periklu u jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet ta' sorveljanza rilevanti.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga Nru E 1/97 (ir-raba' (4) verżjoni emendata), l-Uffiċċju Federali għall-Ferroviji

Tmiem il-perjodu ta' validità: l-1 ta' Jannar 2017

RA-bii-DE-2

Suġġett: it-trasport lokali fuq rotot iddeżinjati ta' NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, f'kontenituri fuq il-vaguni.

Referenza għat-Taqsima II.1, tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport fi kwantitajiet kbar. Il-Kapitolu 3.2, Tabella A, ma jippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr fi kwantitajiet kbar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, fuq rotot speċifikament iddeżinjati, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f'kundizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. It-tagħbijiet jinġarru f'kontenituri f'vaguni mibnija apposta. It-trasport tal-merkanzija huwa suġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10.

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018”

(3)

Fl-Anness III, it-Taqsima III.3 tinbidel b'dan li ġej:

“III.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: IW-a/bi/bii-MS-nn

IW= Passaġġi interni fuq l-ilma

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS= Taqsira għal Stat Membru

nn= numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BG Il-Bulgarija

IW–bi–BG–1

Suġġett: Klassifikazzjoni u spezzjoni ta' bastimenti bunker

Referenza għat-Taqsima III.1, tal-Anness III, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Kapitolu 1.15

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1.15, ir-Rikonoxximent ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, jesiġu li soċjetà tal-klassifikazzjoni, li se tiġi rikonoxxuta skont id-dispożizzjonijiet, għandha twettaq il-proċedura għar-rikonoxximent tagħha speċifikata fit-Taqsima 1.15.2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-klassifikazzjoni u l-ispezzjoni ta' bastimenti bunker għal prodotti petroliferi li joperaw fl-ilmijiet tal-portijiet tax-xmajjar Bulgari jew żoni oħra taħt il-ġurisdizzjoni diretta ta' dawn il-portijiet, imwettqa minn soċjetà tal-klassifikazzjoni li mhijiex rikonoxxuta skont il-Kapitolu 1.15 tat-Taqsima III.1 tal-Anness III, tad-Direttiva 2008/68/KE hija awtorizzata sakemm ma tiġix kompromessa s-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Наредба № 16 от 20 юни 2006 г. за обработка и превоз на опасни товари по море и по вътрешни водни пътища; Наредба № 4 от 9 януари 2004 г. за признаване на организации за извършване на прегледи на кораби и корабопритежатели (Ordinanza Nru 16 tal-20 ta' Ġunju 2006 dwar l-immaniġġar tal-oġġetti perikolużi u l-ġarr tagħhom bil-baħar u bil-passaġġi interni fuq l-ilma; Ordinanza Nru 4 tad-9 ta' Jannar 2004 dwar ir-rikonoxximent ta' soċjetajiet ta' eżaminar ta' stħarriġ tal-bastimenti u s-sidien tal-bastimenti).

Kummenti: Id-deroga tapplika biss għal bastimenti li joperaw fl-erja tal-port jew erji oħra taħt il-ġurisdizzjoni diretta ta' dawn il-portijiet.

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018”


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/96


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/975

tad-19 ta' Ġunju 2015

dwar miżura li ħadet Spanja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' trapan tal-impatt importat fi Spanja minn HIDALGO'S GROUP, Spanja

(notifikata bid-dokument C(2015) 4086)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Spanja infurmat lill-Kummissjoni dwar miżura li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' trapan tal-impatt, tat-tip Dayron/70000, importat fi Spanja minn HIDALGO'S GROUP, Spanja.

(2)

It-trapan tal-impatt għandu l-marka CE skont id-Direttiva 2006/42/KE.

(3)

Il-miżura ttieħdet għax it-trapan tal-impatt ma jikkonformax mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, il-punt 1.3.2 — Ir-riskju ta' ksur waqt it-tħaddim, il-punt 1.7.3 — Immarkar tal-makkinarju u l-punt 1.7.4.2 — Kontenut tal-istruzzjonijiet, peress li l-għodda ma għaddietx mit-test tar-reżistenza, tkisser il-qafas tagħha, u għalhekk ħolqot ir-riskju ta' qtugħ u/jew il-possibbiltà ta' aċċess għall-partijiet attivi.

(4)

Spanja infurmat lid-distributur u lill-importatur b'dawn in-nuqqasijiet. Minn jeddu, id-distributur ħa l-miżuri meħtieġa biex ineħħi mis-suq il-prodotti li mhumiex konformi.

(5)

Id-dokumentazzjoni disponibbli, il-kummenti espressi u l-azzjoni li ħadu l-partijiet konċernati juru li t-trapan tal-impatt tat-tip Dayron/70000 ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza tad-Direttiva 2006/42/KE. Għaldaqstant jixraq li l-miżura li ħadet Spanja titqies ġustifikata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura li ħadet Spanja biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' trapan tal-impatt, tat-tip Dayron/70000, importat fi Spanja minn HIDALGO'S GROUP, Spanja, hija ġustifikata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Elzbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/97


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/976

tad-19 ta' Ġunju 2015

dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bord Xjentifiku dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (il-Bord CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni dwar l-alkalojdi tropaniċi fl-ikel u fl-għalf (1).

(2)

L-aktar alkalojdi tropaniċi studjati huma (-)-joxjamina u (-)-skopolamina. L-atropina hija taħlita raċemika ta' (-)-joxjamina u (+) -joxjamina li minnha l-enantjomeru (-)-joxjamina biss juri attività antikolinerġika.

(3)

Il-preżenza ta' alkalojdi tropaniċi fil-ġenus Datura hija magħrufa sew. Id-Datura stramonium hija mxerrda sew f'reġjuni bi klima moderata u tropikali u għal din ir-raġuni ż-żrieragħ tad-Datura stramonium instabu bħala impuritajiet fiż-żerriegħa tal-kittien, fis-sojja, fis-sorgu, fil-millieġ, fil-ġirasol u fil-qamħ Saraċin u fil-prodotti tagħhom. Iż-żrieragħ tad-Datura stramonium ma jistgħux jitneħħew faċilment mis-sorgu, mill-millieġ u mill-qamħ Saraċin bl-issortjar u bit-tindif.

(4)

Hija meħtieġa aktar dejta dwar l-okkorrenza tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel. Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġu mifhuma l-kundizzjonijiet agrikoli li fihom iseħħu l-alkalojdi tropaniċi fil-prodotti agrikoli.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li ssir rakkomandazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozji tal-ikel, l-Istati Membri għandhom iwettqu monitoraġġ tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel, u b'mod partikolari:

fiċ-ċereali u fil-prodotti derivati minnhom, b'mod partikolari (f'ordni ta' prijorità)

fil-qamħ Saraċin, fis-sorgu, fil-millieġ, fil-qamħirrum u fid-dqiq tal-qamħ Saraċin, tas-sorgu, tal-millieġ u tal-qamħirrum

fl-ikel ibbażat fuq iċ-ċereali għat-tfal ta' kull età

fiċ-ċereali tal-kolazzjon

fil-prodotti tat-tħin tal-qamħ

fil-qamħ għall-konsum mill-bniedem

fil-prodotti mingħajr glutina

fis-supplimenti tal-ikel, fit-tejiet u fl-infużjonijiet erbali

fil-legumi (mingħajr il-miżwed), fiż-żrieragħ tal-legumi bil-miżwed u fiż-żrieragħ taż-żejt u l-prodotti derivati.

2.

L-alkalojdi tropaniċi li għandhom jiġu analizzati jekk xejn għandhom ikunu l-atropina u s-skopolamina u, jekk possibbli, għandhom jiġu analizzati separatament l-enantjomeri tal-joxjamina kif ukoll alkalojdi tropaniċi oħrajn.

3.

Sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-lott ikkampjunat, l-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (2).

4.

Il-metodu ta' analiżi li għandu jintuża għall-monitoraġġ preferibbilment huwa l-Kromotografija Likwida ta' Prestazzjoni Għolja — Spettometrija tal-Massa/(Mass Spectrometry) (HPLC-MS/(MS) jew, jekk ma jkunx possibbli l-HPLC-MS/(MS), il-Kromatografija b'fażi gassuża — Spettrometrija tal-Massa (GC-MS).

Il-Limitu ta' Kwantifikazzjoni (LOQ) għall-atropina (taħlita raċemika ta' enantjomeri tal-joxjamina) u tal-iskopolamina għandu preferibbilment ikun anqas minn 5 μg/kg u mhux ogħla minn 10 μg/kg għal komoditajiet agrikoli, l-ingredjenti, supplimenti tal-ikel u tè tal-ħxejjex aromatiċi u preferibbilment għandhom ikunu inqas minn 2 μg/kg għal ikel lest (eż. ċereali tal-kolazzjon) u 1 μg/kg għal ikel b'bażi ta' ċereali għat-trabi u t-tfal żgħar.

5.

Bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozji tal-ikel, l-Istati Membri għandhom iwettqu investigazzjonijiet biex jidentifikaw il-kundizzjonijiet agrikoli li jirriżultaw fil-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel, f'każ li jiġu osservati livelli sinifikanti ta' alkalojdi tropaniċi.

6.

Fuq bażi regolari u sa mhux aktar tard minn Ottubru 2016, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati analitiċi jiġu pprovduti lill-EFSA fil-format tal-preżentazzjoni tad-dejta tal-EFSA f'konformità mar-rekwiżiti tal-Gwida tal-EFSA “Guidance on Standard Sample Description (SSD) for Food and Feed” (3) u mar-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi tar-rappurtar tal-EFSA.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel tal-EFSA), 2013. Scientific Opinion on Tropane alkaloids in food and feed. EFSA Journal 2013;11(10):3386, 113 pp. doi:10.2903/j.efsa.2013.3386.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).

(3)  http://www.efsa.europa.eu/en/datex/datexsubmitdata.htm


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/99


DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE – UKRAINA

tal-15 ta' Diċembru 2014

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati [2015/977]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE – UKRAINA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 462 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Novembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 462(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

(3)

Skont l-Artikolu 464(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu minn Kumitat ta' Assoċjazzjoni filwaqt li skont l-Artikolu 465(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddetermina fir-regoli ta' proċedura tiegħu d-dmirijiet u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati, kif stabbiliti fl-Annessi I u II rispettivament, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ANNESS I

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 461(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst fl-Artikoli 461 u 463 tal-Ftehim.

2.   Kif previst fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom ikollhom laqgħat regolari ta' djalogu politiku fuq livell ta' Summit. Skont l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, għandu jsir d-djalogu politiku, fuq livell ministerjali, bi ftehim reċiproku, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni msemmi fl-Artikolu 460 tal-Ftehim u fil-qafas ta' laqgħat regolari bejn ir-rappreżentanti tal-Partijiet fil-livell ta' Ministri tal-Affarijiet Barranin.

3.   Kif previst fl-Artikolu 462(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u membri tal-Kummissjoni Ewropea, minn naħa waħda, u minn membri tal-Gvern tal-Ukraina, min-naħa l-oħra. Il-kompożizzjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tqis il-kwistjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati fi kwalunkwe laqgħa partikolari. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' fil-livell ministerjali.

4.   Kif previst fl-Artikolu 463(1) tal-Ftehim, u sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet li huma vinkolanti fuq il-Partijiet. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu l-miżuri xierqa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu, inkluż, jekk meħtieġ, billi jagħti s-setgħa lil entitajiet speċifiċi stabbiliti taħt il-Ftehim sabiex jaġixxu f'ismu. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega s-setgħat tiegħu lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

5.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma dawk kif definiti fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, b'mod alternat, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena, u meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet. Sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor mill-Partijiet, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jsir fil-post fejn is-soltu jsiru l-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Kull sessjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tinżamm f'data miftiehma mill-Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, bi qbil mal-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

Artikolu 4

Rappreżentanza

1.   F'każ li l-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma jkunux jistgħu jattendu, jkunu jistgħu jiġu rrappreżentati. Jekk membru jkun jixtieq jiġi rrappreżentat, għandu jinnotifika lill-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bil-miktub bl-isem tar-rappreżentant tiegħu qabel ma tibda l-laqgħa li fiha l-membru jkun se jiġi rrappreżentat.

2.   Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

1.   Il-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tiġi infurmata, permezz tas-Segretarjat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista', bi qbil bejn il-Partijiet, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti fil-qasam biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet li taħthom dawk l-osservaturi jkunu jistgħu jattendu l-laqgħat.

Artikolu 6

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ukraina għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju jew tal-Unjoni jew tal-Ukraina, li min-naħa tagħhom jgħarrfu lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tiġi trażmessa lill-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u, skont il-każ, iċċirkolata lill-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

3.   Il-korrispondenza ċċirkolata b'dan il-mod għandha tintbagħat, skont il-każ, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lill-Missjoni tal-Ukraina għall-Unjoni Ewropea.

4.   Il-komunikazzjonijiet mill-President għandhom jintbagħtu lid-destinatarji mis-Segretarjati f'isem il-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Tali komunikazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati, skont il-każ, lill-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif previst fil-paragrafu 3.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tippreżenta informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Din għandha tintbagħat mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li fir-rigward tagħhom il-President ikun irċieva talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Dawn il-punti ma jinkitbux fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumenti ta' sostenn rilevanti ma jkunux intbagħtu lis-Segretarji qabel id-data li fiha tintbagħat l-aġenda.

3.   L-aġenda għandha tkun adottata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt ieħor apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

4.   Il-President jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex iqis il-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Artikolu 10

Minuti

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw dawn li ġejjin fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni;

(b)

kwalunkwe dikjarazzjoni li membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun talab li tiddaħħal fil-minuti, u

(c)

kwistjonijiet li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-Partijiet, bħal deċiżjonijiet adottati, id-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u kull konklużjoni.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu japprova dak l-abbozz tal-minuti fil-laqgħa tiegħu li jmiss. Alternattivament, dak l-abbozz ta' minuti jista' jiġi approvat bil-miktub.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet u mat-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu wkoll deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan. Għal dan il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat bil-miktub mill-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-membri tiegħu skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih il-membri għandhom jgħarrfu r-riżervi jew l-emendi li jixtiequ jagħmlu. Il-Presidenza tista' tqassar il-limitu ta' żmien imsemmi sabiex jittieħed kont tal-ħtiġijiet ta' xi każ partikolari, b'konsultazzjoni mal-Partijiet.

3.   L-atti tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, fit-tifsira tal-Artikolu 463(1) tal-Ftehim, għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament, segwiti b'numru ta' serje, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-Presidenza u awtentikati mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

4.   Kull deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

Artikolu 12

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija f'dawk il-lingwi.

Artikolu 13

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li hija tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa li għandha x'taqsam mas-servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, traduzzjoni u riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Unjoni. F'każ li l-Ukraina teħtieġ interpretazzjoni jew traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra barra dawk previsti fl-Artikolu 12, l-ispejjeż relatati magħhom għandhom jitħallsu mill-Ukraina.

3.   L-ispejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita l-laqgħat.

Artikolu 14

Kumitat ta' Assoċjazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 464(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, fil-prinċipju f'livell ta' uffiċjal pubbliku anzjan.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fejn xieraq u jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim b'mod ġenerali. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jqis kull kwistjoni li titressaq quddiemu mingħand il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għal approvazzjoni lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Skont l-Artikolu 465(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega s-setgħa deċiżjonali lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

3.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li għalihom huwa ġie awtorizzat taħt il-Ftehim.

4.   F'każijiet fejn il-Ftehim jirriferi għal obbligu ta' konsultazzjoni jew possibbiltà ta' konsultazzjoni jew fejn il-Partijiet jiddeċiedu bi ftehim komuni li jikkonsultaw lil xulxin, tali konsultazzjoni tista' ssir fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, ħlief fejn previst mod ieħor fil-Ftehim. Il-konsultazzjoni tista' tkompli fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

Artikolu 15

L-emendament tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati skont l-Artikolu 11.


ANNESS II

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI U TA' SOTTOKUMITATI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, stabbilit skont l-Artikolu 464(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jgħin lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u jwettaq il-kompiti stipulati fil-Ftehim u assenjati lilu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Skont l-Artikolu 465(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddetermina fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu d-dmirijiet u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fejn xieraq u jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim b'mod ġenerali. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jqis kull kwistjoni li titressaq quddiemu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni ta' kuljum tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jippreżenta proposti jew abbozzi ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

3.   Kif previst fl-Artikolu 464(2) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, fil-prinċipju f'livell ta' uffiċjal pubbliku anzjan, li jkunu responsabbli għall-kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati f'kull laqgħa partikolari.

4.   Skont l-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, meta l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), iwettaq il-kompiti mogħtija lilu taħt it-Titolu IV tal-Ftehim, huwa għandu jkun kompost minn uffiċjali anzjani tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ukraina li jkunu responsabbli għall-kummerċ u għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Ukraina li jkunu responsabbli għall-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ jaġixxi bħala President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ skont l-Artikolu 2 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Fil-laqgħat jattendi wkoll rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

5.   Kif previst fl-Artikolu 465(3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fil-Ftehim u f'oqsma li fihom il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun iddelega setgħat lilu. Dawk id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom.

6.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom ikunu definiti kif previst fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, fuq bażi ta' alternanza, għal perjodi ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' b'mod regolari, minn tal-inqas darba fis-sena. Jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

2.   Kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tissejjaħ mill-Presidenza tagħha f'post u fi żmien li dwarhom ikun hemm qbil bejn il-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan. Kull laqgħa għandha tissejjaħ mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'post, f'data u bil-mezzi li dwarhom ikun hemm qbil bejn il-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

4.   Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

5.   B'mod eċċezzjonali u jekk jaqblu dwar dan il-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku li jintlaħaq qbil dwaru, bħal vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet għandhom jiġu infurmati, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa fuq iż-żewġ naħat.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Unjoni u uffiċjal tal-Ukraina għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt sakemm dawn ir-Regoli ta' Proċedura ma jipprovdux mod ieħor, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ukraina li jkollhom ir-responsabbiltà għal kwistjonijiet kummerċjali u relatati mal-kummerċ għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tingħata lill-President tal-Kumitat u tiġi ċċirkolata, skont il-każ, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, skont il-każ, kif previst fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Parti għandha tibgħat id-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jibgħat dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ukraina f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Ukraina għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Ukraina u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni f'tali korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni ma għandhomx ikunu pubbliċi. Meta Parti tippreżenta informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, il-Parti l-oħra għanda tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operattivi kif stipulat fl-Artikolu 10 mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tkun tinkludi punti li s-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkun irċieva talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda mingħand Parti, sostnuti mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandha tiġi ċċirkolata kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

4.   Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawn l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta' żmien previsti fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operattivi

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw dawn li ġejjin fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista ta' uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' kull osservatur jew espert li jattendi l-laqgħa;

(b)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni;

(c)

id-dikjarazzjonijiet li l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu fil-minuti; u

(d)

konklużjonijiet operattivi mil-laqgħa, kif previst fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu japprova dak l-abbozz tal-minuti fil-laqgħa tiegħu li jmiss. Alternattivament, dak l-abbozz tal-minuti jista' jiġi approvat bil-miktub. L-abbozz tal-minuti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jiġi approvat fi żmien 28 jum kalendarju minn kull laqgħa. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   Abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tal-Parti li jkollha l-presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, u għandu jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, normalment mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel id-data tal-bidu tal-laqgħa. Dan l-abbozz għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jadotta l-konklużjonijiet operattivi, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-Partijiet. Ladarba jkun hemm qbil dwarhom, il-konklużjonijiet operattivi għandhom ikunu mehmużin mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi eżaminata mill-ġdid waqt kull laqgħa sussegwenti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Għal dan il-għan il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta' azzjoni jiġi identifikat fi skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   F'każijiet speċifiċi fejn il-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jieħu deċiżjonijiet jew fejn tali setgħa tkun ġiet iddelegata lilu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu deċiżjonijiet. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet u meta jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u awtentikata mis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President jista' jqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali, b'konsultazzjoni mal-Partijiet. Ladarba jintlaħaq qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President u awtentikata mis-Segretarji.

3.   L-atti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati lill-Partijiet.

5.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jirrapporta lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tas-sottokumitati, tal-gruppi ta' ħidma u tal-korpi l-oħra tiegħu f'kull laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.   Il-lingwi ta' ħidma tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ukrainjan. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li hija tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   L-ispejjeż marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ukrainjan kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

4.   F'każijiet fejn tkun meħtieġa t-traduzzjoni ta' dokumenti bil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, in-nefqa għandha titħallas mill-Unjoni.

Artikolu 15

L-emendament tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni skont l-Artikolu 465(1) tal-Ftehim.

Artikolu 16

Sottokumitati, kumitati jew korpi speċjali

1.   Skont l-Artikolu 466(1) u (3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe sottokumitat f'oqsma speċifiċi neċessarju għall-implimentazzjoni tal-Ftehim minbarra dawk li hemm previsti fil-Ftehim, sabiex jgħin lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq ta' dmirijietu. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jabolixxi tali sottokumitat u jiddefinixxi jew jemenda r-regoli ta' proċedura tiegħu. Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, kwalunkwe tali sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa.

2.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Ftehim jew miftiehem fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, dawn ir-Regoli ta' Proċeduri għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kull sottokumitat kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jinżammu b'mod flessibbli skont il-bżonn, personalment, fi Brussell jew fl-Ukraina jew pereżempju permezz ta' vidjokonferenza. Is-sottokumitati għandhom iservu bħala pjattaforma biex jiġi sorveljat il-progress dwar l-approssimazzjoni f'oqsma speċifiċi, biex jiġu diskussi ċerti kwistjonijiet u sfidi li jirriżultaw minn dak il-proċess u biex jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet operattivi.

4.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jirċievi kopja tal-korrespondenza, dokumenti u komunikazzjonijiet rilevanti kollha li jikkonċernaw sottokumitat, kumitat jew korp speċjali.

5.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim jew miftiehem mill-Partijiet fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kwalunkwe sottokumitat, kumitat jew korp speċjali għandu jkollu biss is-setgħa li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 17

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom japplikaw mutandis mutatis għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sakemm ma jkunx previst mod ieħor.


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/110


DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE – UKRAINA

tal-15 ta' Diċembru 2014

dwar l-istabbiliment ta' żewġ Sottokumitati [2015/978]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE – UKRAINA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 466 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Novembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 466(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe kumitat jew korp speċjali f'oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim biex jassisti lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

(3)

Sabiex jippermettu diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, għandhom jiġu stabbiliti żewġ sottokumitati.

(4)

Bi ftehim tal-Partijiet, għandu jkun possibbli li jiġu modifikati l-lista ta' sottokumitati u l-ambitu tas-sottokumitati individwali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan stabbiliti s-Sottokumitati elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitati elenkati fl-Anness huma regolati mill-Artikolu 16 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u tas-Sottokumitati kif adottati bid-Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE – Ukraina.

Artikolu 3

Bil-qbil tal-Partijiet, jistgħu jsiru modifiki fil-lista tas-Sottokumitati elenkati fl-Anness u fl-ambitu tas-Sottokumitati individwali elenkati fl-Anness.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ANNESS

LISTA TA' SOTTOKUMITATI

(1)

Sottokumitat għal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

(2)

Sottokumitat għall-Kooperazzjoni fl-Ekonomija u f'Setturi Oħrajn.


Rettifika

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/112


Rettifika tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' apparat ta' pressjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 189 tas-27 ta' Ġunju 2014 )

F'paġna 184, l-Artikolu 14(7):

minflok:

“7.   Bħala deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fejn ikun iġġustifikat … li għalihom ma kinux ġew applikati l-proċeduri li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u li l-użu tagħhom ikun għal sperimentazzjoni.”,

aqra:

“7.   Bħala deroga mill-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fejn ikun iġġustifikat … li għalihom ma kinux ġew applikati l-proċeduri li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu u li l-użu tagħhom ikun għal sperimentazzjoni.”;

F'paġna 200, l-Artikolu 48(2):

minflok:

“2.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim ta' apparat jew assemblaġġi ta' pressjoni koperti bid-Direttiva 97/23/KE u li jikkonformaw ma' dik id-Direttiva u li ġew introdotti fis-suq qabel l-1 ta' Ġunju 2015.”,

aqra:

“2.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim ta' apparat jew assemblaġġi ta' pressjoni koperti bid-Direttiva 97/23/KE u li jikkonformaw ma' dik id-Direttiva u li ġew introdotti fis-suq qabel id-19 ta' Lulju 2016.”.