ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 144

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
10 ta' Ġunju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/885 tad-9 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/886 tat-8 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (notifikata bid-dokument C(2015) 3782)  ( 1 )

12

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/887 tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/427/UE

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

10.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/884

tat-8 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4c tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4c tad-Direttiva 2009/101/KE jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita b'dik id-Direttiva.

(2)

Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandha tintuża wkoll biex timplimenta ċerti rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE (2) u fid-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Sabiex tiġi stabbilita s-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri, huwa meħtieġ li jiġu definiti u adottati speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tas-sistema, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fil-karatteristiċi tekniċi fir-reġistri tal-Istati Membri.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Interkonnessjoni tar-Reġistri Ċentrali, Kummerċjali u tal-Kumpaniji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikolu 4a(2) tad- Direttiva 2009/101/KE għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta' kumpaniji rregolati bil-liġijiet ta' Stat Membru ieħor (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36).

(3)  Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpaniji ta' responsabbiltà limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).


ANNESS

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 1

Fejn issir referenza hawnhekk għal “reġistri”, dawn għandhom dejjem jinftiehmu bħala “reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji”.

Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri tkun riferuta bħala s-Sistema tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS).

1.   Metodi ta' komunikazzjoni

BRIS tuża metodi bbażati fuq is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, bħal servizzi tal-Internet, għall-fini ta' interkonnessjoni tar-reġistri.

Il-komunikazzjoni bejn il-portal u l-pjattaforma, u bejn reġistru u l-pjattaforma, tkun komunikazzjoni ta' wieħed ma' wieħed. Il-komunikazzjoni mill-pjattaforma għar-reġistri tista' tkun wieħed ma' wieħed jew wieħed ma' ħafna.

2.   Protokolli ta' komunikazzjoni

Protokolli tal-Internet siguri, bħal HTTPS, jintużaw għall-komunikazzjoni bejn il-portal, il-pjattaforma, ir-reġistri u l-punti ta' aċċess fakultattiv.

Protokolli ta' komunikazzjoni standard, bħall-Protokoll ta' Aċċess ta' Oġġett Uniku (SOAP), jintużaw għat-trażmissjoni ta' dejta strutturata u l-metadejta.

3.   L-istandards tas-sigurtà

Għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' informazzjoni permezz tal-BRIS, il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta' sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informatika jinkludu:

(a)

Miżuri sabiex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, inkluż billi jintużaw kanali siguri (HTTPS);

(b)

Miżuri biex tiġi żgurata l-integrità tad-dejta filwaqt li tkun qed tiġi skambjata;

(c)

Miżuri biex jiġi żgurat non-rifjut ta' oriġini ta' min qed jibgħat informazzjoni fi ħdan il-BRIS u non-rifjut ta' riċeviment ta' informazzjoni;

(d)

Miżuri biex jiġi żgurat tħaddim ta' avvenimenti ta' sigurtà f'konformità ma' rakkomandazzjonijiet internazzjonali għal standards tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni;

(e)

Miżuri li jiżguraw l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' kull utent irreġistrat u miżuri biex jivverifikaw l-identità ta' sistemi konnessi mal-portal, il-pjattaforma jew ir-reġistri fil-BRIS.

4.   Metodi ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa

Il-metodu li ġej jintuża għall-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikolu 3d tad-Direttiva 2009/101/KE u fl-Artikolu 5a tad-Direttiva 89/666/KEE:

(a)

Ir-reġistru tal-kumpanija jagħmel disponibbli, mingħajr dewmien, lill-pjattaforma l-informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta' kull proċediment ta' stralċ jew insolvenza u fuq it-tneħħija tal-kumpanija (“l-informazzjoni żvelata”);

(b)

Biex tkun żgurata l-irċevuta mingħajr dewmien tal- informazzjoni divulgata, ir-reġistru tal-fergħa jitlob din l-informazzjoni mingħand il-pjattaforma. Din it-talba tista' tikkonsisti f'li jiġi indikat lill-pjattaforma l-kumpaniji li r-reġistru tal-fergħa huwa interessat li jirċievi l-informazzjoni żvelata;

(c)

B'din it-talba, il-pjattaforma tiżgura li r-reġistru tal-fergħa jkollu aċċess għall-informazzjoni divulgata mingħajr dewmien.

Miżuri tekniċi xierqa u l-proċeduri jkunu fis-seħħ sabiex jittrattaw kull żball ta' komunikazzjoni bejn ir-reġistru u l-pjattaforma.

5.   Lista tad-dejta li trid tiġi skambjata bejn ir-reġistri

5.1.   Divulgazzjoni ta' fergħat ta' notifika

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri stabbiliti fl-Artikolu 3d tad-Direttiva 2009/101/KE u fl-Artikolu 5a tad-Direttiva 89/666/KEE jiġu msemmija bħala “notifika ta' divulgazzjoni tal-fergħa”. Il-proċediment li jwassal għal din in-notifika jiġi msemmi bħala “avveniment ta' divulgazzjoni tal-fergħa”.

Għal kull notifika ta' divulgazzjoni tal-fergħa msemmija fl-Artikolu 3d tad-Direttiva 2009/101/KE u fl-Artikolu 5a tad- Direttiva 89/666/KEE, l-Istati Membri jiskambjaw id-dejta li ġejja:

Tip ta' dejta

Deskrizzjoni

Kardinalità (1)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta

1

Id-Data u l-Ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-dejta

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-UE rilevanti

0…n

It-test

Dejta relatata ma' proċediment

 

1

Grupp ta' Elementi

Data Effettiva

Data meta l-proċediment li jaffettwa l-kumpanija daħal fis-seħħ

1

Data

Tip ta' Proċediment

It-tip ta' proċediment li jwassal għal avveniment ta' divulgazzjoni tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikolu 5a(1) tad-Direttiva 89/666/KEE

1

Kodiċi

(Ftuħ ta' Stralċ

Terminazzjoni tal-Istralċ

Ftuħ u Terminazzjoni tal-Istralċ

Revoka tal-Istralċ

Ftuħ ta' Insolvenza

Terminazzjoni ta' Insolvenza

Ftuħ u Terminazzjoni ta' Insolvenza

Revoka ta' Insolvenza

It-tneħħija)

Id-dejta tal-kumpanija

 

1

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

1

Identifikatur

Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID

ID alternattiv

Identifikaturi oħra tal-kumpanija (pereż. Identifikatur tal-Entità Legali)

0…n

Identifikatur

Forma legali

It-tip ta' forma legali

1

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE

Isem

Isem tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

1

It-test

Uffiċċju Reġistrat

L-Uffiċċju Reġistrat tal-Kumpanija

1

It-test

Isem ir-Reġistru

L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija

1

It-test

Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi dejta teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.

L-iskambju ta' informazzjoni jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.

5.2.   Notifika dwar il-mergers transfruntiera

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/56/KE jiġi msejjaħ bħala “notifika ta' mergers transfruntiera”. Għal kull notifika ta' mergers transtransfruntiera msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/56/KE, l-Istati Membri jiskambjaw id-dejta li ġejja:

Tip ta' dejta

Deskrizzjoni

Kardinalità

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta

1

Id-data u l-Ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-organizzazzjoni li ħarġet din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-dejta

Organizzazzjoni Reċipjenti

Organizzazzjoni li lilha hija indirizzata din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-dejta

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-UE rilevanti

0…n

It-test

Dejta relatata mal-merger

 

1

Grupp ta' Elementi

Data Effettiva

Data meta l-merger issir effettiva

1

Data

Tip ta' merger

Tip ta' merger kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2005/56/KE

1

Kodiċi

(Merger transfruntiera permezz ta' akkwist

Merger transfruntiera permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida

Merger transfruntiera ta' kumpanija posseduta kollha)

Kumpanija riżultanti

 

1

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger

1

Identifikatur

Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID

IDs Alternattivi

Identifikaturi oħra

0…n

Identifikatur

Forma legali

It-tip ta' forma legali

1

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE

Isem

Isem tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger

1

It-test

Uffiċċju Reġistrat

Uffiċju reġistrat tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger

1

It-test

Isem ir-Reġistru

Isem ir-reġistru fejn il-kumpanija li tirriżulta mill-merger ġiet irreġistrata

1

It-test

Kumpanija li qed tingħaqad

 

1…n

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li qed tingħaqad

1

Identifikatur

Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID

IDs Alternattivi

Identifikaturi oħra

0…n

Identifikatur

Forma Legali

It-tip ta' forma legali

1

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE

Isem

Isem tal-kumpanija li tieħu sehem fil-merger

1

It-test

Uffiċċju Reġistrat

Uffiċju reġistrat tal-kumpanija li tieħu sehem fil-merger

0…1

Test

Isem ir-Reġistru

Ir-reġistru fejn kumpanija li qed tingħaqad tkun ġiet irreġistrata

1

Test

Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi dejta teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.

L-iskambju ta' informazzjoni jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.

6.   L-istruttura tal-format ta' messaġġ standard

L-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri, il-pjattaforma u l-portal ikun ibbażat fuq metodi standard ta' strutturar tad-dejta u jiġi espress f'format ta' messaġġ standard bħal XML.

7.   Dejta għall-pjattaforma

It-tip ta' dejta li ġejja tiġi pprovduta sabiex il-pjattaforma tkun tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha:

(a)

Dejta li tippermetti l-identifikazzjoni ta' sistemi li huma konnessi mal-pjattaforma. Dik id-dejta tista' tikkonsisti f'URLs jew kwull numru jew kodiċi ieħor li jidentifika b'mod uniku kull sistema fil-BRIS;

(b)

Indiċi ta' dettalji elenkati fl-Artikolu 3c(2) tad-Direttiva 2009/101/KE. Din id-dejta tintuża biex tkun żgurata konsistenza u riżultati ta' malajr tas-servizz ta' tiftix. Meta d-dejta ma tkunx disponibbli għall-pjattaforma għall-indiċizzazzjoni, l-Istati Membri jagħmlu l-istess dettalji disponibbli għall-iskop tas-servizz ta' tiftix b'mod li jiggarantixxi l-istess livell ta' servizz kif ipprovdut mill-pjattaforma;

(c)

Identifikaturi uniċi ta' kumpaniji msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/101/KE u identifikaturi uniċi ta' fergħat imsemmija fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 89/666/KEE. Dawn l-identifikaturi jintużaw biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tar-reġistri permezz tal-pjattaforma;

(d)

Kull dejta operattiva oħra li hija meħtieġa għall-pjattaforma sabiex tkun tista' tiżgura l-funzjonament xieraq u effiċjenti tas-servizz ta' tiftix u l-interoperabbiltà tar-reġistri. Din id-dejta tista' tinkludi listi ta' kodiċi, dejta ta' referenza, glossarji u traduzzjonijiet relatati ta' dawn il-metadejta, kif ukoll dejta ta' reġistrazzjoni u rappurtar.

Id-dejta u l-metadejta mmaniġġati mill-pjattaforma jiġu pproċessati u maħżuna f'konformità mal-istandards tas-sigurtà deskritti fit-Taqsima 3 ta' dan l-Anness.

8.   L-istruttura u l-użu tal-identifikatur uniku

L-identifikatur uniku għall-fini ta' komunikazzjoni bejn ir-reġistri jiġi msejjaħ bħala EUID (Identifikatur Uniku Ewropew).

L-istruttura tal-EUID tkun konformi mal-ISO 6523 u jkun fiha l-elementi li ġejjin:

Element EUID

Deskrizzjoni

Deskrizzjoni addizzjonali

Kodiċi tal-pajjiż

Elementi li jagħmluha possibbli li jiġi identifikat l-Istat Membru tar-reġistru

Mandatorju

L-Identifikatur tar-Reġistru

Elementi li jagħmluha possibbli li jiġi identifikat ir-reġistru domestiku tal-oriġini tal-kumpanija u tal-fergħa rispettivament

Mandatorju

Numru tar-reġistrazzjoni

In-numru tal-kumpanija/fergħa jirreferi għan-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija/fergħa fir-reġistru domestiku ta' oriġini

Mandatorju

In-numru ta' verifika

Elementi li jagħmluha possibbli li jiġu evitati żbalji ta' identifikazzjoni

Fakultattivi

L-EUID jintuża biex jiġu identifikati b'mod inekwivoku l-kumpaniji u l-fergħat għall-fini ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri permezz tal-pjattaforma.

9.   Metodi ta' tħaddim tas-sistema u s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma

Għad-distribuzzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, is-sistema tkun ibbażata fuq il-metodu ta' ħidma tekniku li ġej:

Image

Għat-twassil ta' messaġġi fil-verżjoni tal-lingwa rilevanti, il-pjattaforma tipprovdi artefatti ta' dejta ta' referenza, bħal-listi ta' kodiċijiet, vokabularji kkontrollati u glossarji. Meta rilevanti, dawn jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali tal-UE. Meta possibbli jintużaw, standards rikonoxxuti u messaġġi standardizzati.

Il-Kummissjoni taqsam mal-Istat Membru aktar dettalji dwar il-metodu ta' teknika għall-implimentazzjoni u l-operazzjoni u s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma.

10.   Kriterji tat-Tfittix

Mill-inqas pajjiż wieħed għandu jintgħażel meta ssir tfittxija.

Il-portal jipprovdi l-kriterji armonizzati li ġejjin għat-tfittxija:

Isem il-kumpanija,

Numru ta' reġistrazzjoni. Dan jirreferi għan-numru ta' reġistrazzjoni ta' kumpanija jew fergħa f'reġistru domestiku.

Aktar kriterji ta' tfittxija jistgħu jkunu disponibbli fuq il-portal.

11.   Modalitajiet ta' ħlas

Għad-dokumenti u d-dettalji li għalihom l-Istati Membri jitolbu ħlas u li huma disponibbli fuq il-Portal tal-Ġustizzja elettronika permezz tal-BRIS, is-sistema tippermetti lill-utenti li jħallsu onlajn bl-użu ta' ħafna modalitajiet ta' pagament bħal karti ta' kreditu u ta' debitu.

Is-sistema tista' tipprovdi wkoll metodi alternattivi ta' ħlas onlajn, bħal trasferimenti bankarji jew kartieri virtwali (depożitu).

12.   It-tikketti ta' spjegazzjoni

F'dak li għandu x'jaqsam mad-dettalji u t-tipi ta' dokumenti elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE, l-Istati Membri jipprovdu t-tabelli spjegattivi li ġejjin:

(a)

Titolu qasir għal kull partikolari u dokument (pereżempju: “Artikoli ta' inkorporazzjoni”);

(b)

Kif xieraq, deskrizzjoni qasira tal-kontenut ta' kull dokument jew partikolari, inkluż, b'mod voluntarju, informazzjoni dwar il-valur legali tad-dokument.

13.   Disponibbiltà tas-servizzi

Iż-żmien li fih jingħata servizz għandu jkun 24/7, b'rata ta' disponibbiltà tas-sistema ta' mill-inqas 98 % eskluża l-manutenzjoni skedata.

L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' manutenzjoni kif ġej:

(a)

ħamest ijiem ta' xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta' manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw nuqqas ta' disponibbiltà sa perjodu ta' erba' sigħat;

(b)

għaxart ijiem ta' xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta' manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw nuqqas ta' disponibbiltà sa perjodu ta' 12-il siegħa;

(c)

30 jum tax-xogħol bil-quddiem għal manutenzjoni tal-kamra tal-infrastruttura tal-kompjuter, li jistgħu jikkawżaw sa sitt ijiem ta' nuqqas ta' disponibbiltà f'perjodu ta' sena.

Sa fejn ikun possibbli, operazzjonijiet ta' manutenzjoni għandhom ikunu ppjanati barra mill-ħinijiet tax-xogħol (7:00pm–8:00am CET).

Fejn l-Istati Membri għandhom ħinijiet tal-operar fissi għal kull ġimgħa, huma jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħin u l-ġurnata tal-ġimgħa meta tali ħinijiet tal-operar huma ppjanati. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi fil-punti (a) sa (c) tat-tieni paragrafu, jekk is-sistemi tal-Istati Membri ma jibqgħux disponibbli matul tali perjodu fiss, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni f'kull okkażjoni.

F'każ ta' ħsara teknika mhux mistennija ta' dawn is-sistemi tal-Istati Membri, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bin-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema tagħhom, u, jekk ikunu magħrufa, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.

F'każ ta' nuqqas mhux mistenni fil-pjattaforma ċentrali jew fil-Portal, il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien bin-nuqqas ta' disponibbiltà tal-pjattaforma jew tal-portal, u jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.

14.   Punti ta' aċċess opzjonali

14.1.   Proċedura

L-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar iż-żmien ippjanat tal-istabbiliment tal-punti ta' aċċess fakultattivi, in-numru ta' punti ta' aċċess fakultattiv li jgħaqqdu l-pjattaforma, u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna(i) li tista' tiġi kkuntattjata għall-iskop li tiġi stabbilita konnessjoni teknika.

Il-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri bid-dettalji tekniċi neċessarji u appoġġ għall-ittestjar u l-użu ta' konnessjoni għal kull punt ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma.

14.2.   Rekwiżiti tekniċi

Għall-konnessjoni ta' punti ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, l-Istati Membri jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti definiti f'dan l-Anness, inklużi l-ħtiġijiet ta' siġurtà għat-trażmissjoni ta' dejta permezz tal-punti ta' aċċess fakultattiv.

Meta l-ħlas ikun meħtieġ permezz ta' punt ta' aċċess fakultattiv, l-Istati Membri jipprovdu metodi ta' pagament tal-għażla tagħhom u jiġġestixxu operazzjonijiet ta' ħlas relatati.

L-Istati Membri jwettqu ttestjar xieraq qabel mal-konnessjoni mal-pjattaforma ssir operattiva u qabel ma jsiru xi bidliet sinifikanti ma' konnessjoni eżistenti.

Wara konnessjoni b'suċċess tal-punt ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwull tibdil sinifikanti li jmiss tal-punt ta' aċċess li jista' jaffettwa l-funzjonament tal-pjattaforma, b'mod partikolari l-għeluq tal-punt ta' aċċess. L-Istati Membri jipprovdu biżżejjed dettalji tekniċi b'rabta mal-bidla, sabiex jippermettu integrazzjoni xierqa ta' kwalunkwe bidliet relatati.

L-Istati Membri jindikaw dwar kull punt ta' aċċess fakultattiv li s-servizz ta' tiftix huwa pprovdut permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri.


(1)  Kardinalità 0 tfisser li d-dejta hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-dejta hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' dejta tista' tiġi pprovduta.


10.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/885

tad-9 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

128,2

MK

79,9

TN

138,3

TR

72,2

ZZ

104,7

0707 00 05

MK

39,4

TR

121,3

ZZ

80,4

0709 93 10

TR

121,6

ZZ

121,6

0805 50 10

AR

111,5

BO

147,7

TR

67,0

ZA

137,7

ZZ

116,0

0808 10 80

AR

104,6

BR

94,4

CL

154,9

NZ

140,2

US

124,3

ZA

128,9

ZZ

124,6

0809 10 00

TR

266,2

ZZ

266,2

0809 29 00

TR

451,2

US

525,9

ZZ

488,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

10.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/886

tat-8 ta' Ġunju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa

(notifikata bid-dokument C(2015) 3782)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE (2) tipprevedi perjodu tranżizzjonali għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa, sabiex ikollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom ħalli b'hekk jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Minkejja dan, l-Istati Membri għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux jistgħu jivverifikaw il-prodotti Ekotikkettati fiż-żmien li ngħatalhom ta' 12-il xahar minħabba n-numru kbir ta' prodotti u r-rekwiżiti addizzjonali. Perjodu addizzjonali huwa meħtieġ biex tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr intoppi.

(2)

L-esperti tekniċi nnotifikaw lill-Kummissjoni u xi Stati Membri li l-formulazzjoni attwali tal-punt 14 tal- Artikolu 2 mhix ċara. Id-definizzjoni li ngħatat tippermetti l-interpretazzjoni ħażina fir-rigward tar-referenza għal “sistemi polari”. It-terminu “sistema polari” li jirreferi għas-sistema analitika u mhux għas-sistema tal-kisi jeħtieġ li jiġi ċċarat. Barra minn hekk, ġie rrakkomandat li fid-definizzjoni jiġi speċifikat parametru tekniku addizzjonali, il-pressjoni tal-fwar. Kwalunkwe bidla fil-kliem tal-punt 14 tal-Artikolu 2 għandha, f'ġieħ il-konsistenza u ċ-ċarezza, tkun riflessa wkoll fil-kliem tal-punt 13 tal- Artikolu 2 rigward il-VOCs.

(3)

Abbażi ta' diskussjonijiet li saru f'Novembru 2014 Il-Bord tal-Ekotikkettjar tal-Unjoni Ewropea u f'laqgħat tal-Forum tal-Korp Kompetenti jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-kriterju 3(a) u referenza assoċjata fit-Tabella 2 ma jkunux japplikaw għal prodotti adeżivi tal-ewwel passata (primers) u kwalunkwe kisi ieħor trasparenti, iżda japplikaw għal dawk semitrasparenti.

(4)

Għal raġunijiet ta' konsistenza fil-kriterju 3 (Effiċjenza fl-użu), it-Tabella 2 — il-ħames kolonna (“Kisi dekorattiv magħqud ta' barra u ta' ġewwa (l))” fl-ewwel linja (li jirreferi għall-kriterji tar-rata ta' tixrid 3(a)) tad-Deċiżjoni 2014/312/UE, l-unità tal-kejl (1 m2/L) għandha toħdilha postha “1m2/kg”.

(5)

Il-Kriterju 5(a)(i) tad- Deċiżjoni 2014/312/UE jipprevedi lista ta' gruppi ta' sustanzi li huma indikati b'mod espliċitu bħala suġġett ta' valutazzjoni u verifika tal-kriterju 5(a). Madankollu, ġie ppruvat li din il-lista ta' sustanzi mhix eżawrjenti u grupp addizzjonali ta' sustanzi jeħtieġ li jiżdied fiha, jiġifieri “8. Sustanzi f'binders u d-dispersjonijiet tal-polimeri 8a. Binders u aġenti li jgħaqqdu trasversali, 8b. Prodotti tar-reazzjoni u residwi”. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' ċarezza, il-lista ta' gruppi ta' sustanzi għandha tiġi tiddaħħal mat-test ta' valutazzjoni u verifika tal-kriterju peress li din il-lista tintuża għall-valutazzjoni u l-verifika.

(6)

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/312/UE, il-punt 7(a) jiffissal-limiti tal-konċentrazzjoni għall-preżenza ta' formaldeid fil-prodott finali, iżda l-limiti ta' konċentrazzjoni fit-tabella mhumiex f'lokhom. Dik it-tabella għandha turi b'mod ċar li l-limiti ta' konċentrazzjoni għall-prodotti kollha huma ta' 0,0010 %, sakemm ma japplikawx xi derogi.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010.

(8)

Id-Deċiżjoni 2014/312/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/312/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-punt 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“13.

‘komposti organiċi volatili’ (VOCs) tfisser kwalunkwe kompost organiku li jagħli inizjalment f'temperatura ta' 250 °C jew inqas, imkejla fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa kif iddefinit fid-Direttiva 2004/42/KE u li, f'kolonna kapillari, jgħaddi minn elużjoni sa n-Tetradekan (C14H30) u jinkludih;”

(2)

Fl-Artikolu 2, il-punt 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“14.

‘komposti organiċi semivolatili’ (SVOCs) tfisser kwalunkwe kompost organiku li jagħli f'temperatura ogħla minn 250 °C u anqas minn 370 °C imkejla fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa u li, f'kolonna kapillari, jgħaddi minn elużjoni b'firxa ta' ritenzjoni wara n-Tetradekan (C14H30) u sa n-Dokosan (C22H46) u jinkludih;”

;

(3)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-liċenzji għall-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE jistgħu jintużaw għal 21 xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.”

;

(4)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE tat-28 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 45).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/312/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-kriterju 3 (effiċjenza fl-użu), Tabella 2 l-isem tal-kriterju 3a huwa sostitwit b'dan li ġej: “3(a) Rata ta' tixrid (għaż-żebgħa l-bajda u għaż-żebgħa ta' kulur ċar biss, inkluża ż-żebgħa ta' bażi l-bajda li tintuża fis-sistemi li jagħtu l-lewn)) — ISO 6504/1. Ma japplikax għall-verniċ, għal-lażuri (il-likwidi li jlewnu l-injam), għaż-żebgħa trasparenti ta' adeżjoni tal-ewwel passata jew għal kwalunkwe kisi trasparenti ieħor.”

(2)

fil-kriterju 3 (Effiċjenza fl-użu), Tabella 2, fit-tmien u d-disa' kolonni li jirreferu għal “Żebgħa tal-ewwel passata (g)” u “Żebgħa ta' taħt u żebgħa tal-ewwel passata (h)” it-test “6 m2/L (mingħajr opaċità)” huwa sostitwit fiż-żewġ kolonni b'dan li ġej: “6 m2/L (mingħajr opaċità jew b'karatteristiċi speiċifiċi”.

(3)

fil-kriterju 3(a), il-ħames paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Iż-żebgħa tal-ewwel passata u ta' taħt semitrasparenti għandu jkollhom rata ta' tixrid ta' mill-inqas 6 m2 u dawk opaki ta' mill-inqas 8 m2. Iż-żebgħa tal-ewwel passata opaka li jkollha karatteristiċi speċifiċi sabiex tibblokka/tissiġilla u tippenetra/tgħaqqad u ż-żebgħa tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċjali ta' adeżjoni għandu jkollha rata ta' tixrid ta' mill-inqas 6 m2 għal kull litru tal-prodott.”

(4)

il-kriterju 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

fir-raba' paragrafu, is-sentenza li ġejja “L-indikaturi mogħtija fit-Tabella 4 għandhom jintużaw bħala l-bażi għad-delimitazzjoni tar-riżultati tal-kromatografija b'fażi gassuża għall-KOSV” hija sostitwita b'dan li ġej “It-test għandu jsir bl-użu tas-sistema analitika kif identifikat fil-Manwal tal-Utenti dwar il-Kriterji.”;

(b)

it-Tabella 4 titħassar;

(c)

fit-taqsima Valutazzjoni u verifika, it-tieni paragrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“It-test għandu jitwettaq b'referenza għall-modifki għall-ISO 11890-2 disponibbli fil-Manwal tal-Utenti dwar il-Kriterji.”;

(5)

fil-kriterju 5, il-punt (a)(i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għall-użu ta' dan il-grupp ta' prodotti, ingħataw derogi għal gruppi definiti ta' sustanzi li jistgħu jinsabu fil-prodott finali. Dawn id-derogi jistipulaw il-klassifikazzjonijiet ta' periklu li ngħataw deroga għal kull grupp ta' sustanzi speċifiku u l-kundizzjonijiet tad-deroga assoċjati u l-limiti tal-konċentrazzjoni li japplikaw. Id-derogi huma stipulati fl-Appendiċi.”

;

(6)

fil-kriterju 5(a)(ii), it-tieni paragrafu, it-tieni inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

L-ingredjenti tal-formula taż-żebgħa jew tal-verniċ li jaqgħu fi ħdan il-gruppi ta' sustanzi elenkati hawn taħt:

(1)

Preżervattivi miżjudin mas-sustanzi li jagħtu l-kulur, mal-binders u mal-prodott finali

(a)

Preżervattivi ta' ġol-bottijiet,

(b)

Preżervattivi użati fil-magni tal-lewn,

(c)

Preżervattivi b'saff niexef,

(d)

Stabbilizzaturi tal-preżervattivi,

(2)

Aġenti li jnixxfu u għal kontra t-tqaxxir,

(a)

Aġenti li jnixxfu,

(b)

Aġenti għal kontra t-tqaxxir,

(3)

Inibituri tal-korrużjoni,

(a)

Inibituri tal-korrużjoni,

(b)

Prevenzjoni tal-firdirram,

(4)

Tensjoattivi,

(a)

Tensjoattivi ta' użu ġenerali,

(b)

Alkilfenoletoksilati (APEOs),

(c)

Tensjoattivi perfluworinati,

(5)

Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjoni ġenerali,

(a)

Emulsjoni tar-raża tas-siliċju fiż-żebgħa l-bajda, s-sustanzi li jagħtu l-kulur u l-bażijiet għall-għoti ta' lewn ħafif,

(b)

Metalli u l-komposti tagħhom,

(c)

Materja prima minerali, inkluż materjal għall-mili,

(d)

Aġenti li jinnewtralizzaw,

(e)

Luminanti ottiċi,

(f)

Pigmenti,

(6)

Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjonijiet speċjalizzati,

(a)

Protetturi UV u stabbilizzaturi,

(b)

Plastifikanti,

(7)

Fdalijiet li jista' jkun hemm fil-prodott finali,

(a)

Formaldeid,

(b)

Solventi,

(c)

Monomeri li ma jirreaġixxux,

(d)

Komposti Aromatiċi Volatili u komposti aloġenati,

(8)

Sustanzi f'binders u d-dispersjonijiet tal-polimeri,

(a)

Binders u aġenti li jgħaqqdu traversali,

(b)

Prodotti tar-reazzjoni u residwi,

u li huma preżenti f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 0,010 %”

;

(7)

fl-Appendiċi 5, l-entrati għall-formaldeid għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“7.   Fdalijiet ta' sustanzi li jista' jkun hemm fil-prodott finali

(a)

Formaldeid

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha.

Il-formaldeid liberu ma għandux jiżdied intenzjonalment mal-prodott finali. Il-prodott finali għandu jiġi ttestjat sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta' formaldeid liberu fih. Ir-rekwiżiti tal-kampjunar għall-ittestjar għandhom jirriflettu l-firxa tal-prodotti.

Għandu japplika l-valur ta' limitu tal-għadd totali li ġej:

Id-derogi li ġejjin huma magħmula mir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel paragrafu:

(i)

Fejn huma meħtieġa preżervattivi li huma donaturi tal-formaldeid bħala preżervattivi ta' ġol-bottijiet biex jipproteġu tip speċifiku ta' żebgħa jew verniċ u fejn il-formaldeid donatur jintuża minflok il-preżervattivi tal-iżotijażolinon.

(ii)

Fejn id-dispersjonijiet tal-polimeri (binders) jipprovdu, permezz tal-livelli tal-formaldeid li jibqa', il-funzjoni ta' donaturi tal-formaldeid minflok il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet.

Fiż-żewġ każijiet (i) u (ii) l-għadd totali ma għandux jaqbeż il-valur ta' limitu li ġej:

 

Verifika:

Il-kontenut tal-formaldeid liberu għandu jiġi stabbilit għall-bażi l-bajda jew għall-bażi trasparenti għall-għoti ta' lewn ħafif li tkun maħsuba li jkun fiha l-ogħla ammont teoretiku ta' formaldeid. Għandu jiġi stabbilit ukoll il-kontenut tal-bażi li tagħti l-lewn li tkun maħsuba li jkun fiha l-ogħla ammont teoretiku ta' formaldeid.

Metodu tat-test:

 

Valur ta' limitu ta' 0,0010 %:

Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' ġol-bottijiet bl-użu tal-metodu Merckoquant. Jekk l-eżitu ma jkunx definittiv bl-użu ta' dan il-metodu, allura għandha tintuża l-kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC) biex tiġi kkonfermata l-konċentrazzjoni ta' ġol-bottijiet.

 

Valur ta' limitu ta' 0,010 %:

(1)

Iż-żebgħa kollha: Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' formaldeid ta' ġol-bottijiet permezz ta' analiżi bl-użu tal-VdL-RL 03 jew tal-kromatografija likwida ta' rendiment għoli (HPLC).

(2)

Iż-żebgħa u l-verniċ ta' ġewwa: Determinazzjoni permezz ta' analiżi skont l-istandard ISO 16000-3. L-emissjonijiet ma għandhomx ikunu ta' iktar minn 0,25 ppm mal-ewwel applikazzjoni u għandhom ikunu ta' inqas minn 0,05 ppm wara 24 siegħa mill-ewwel applikazzjoni.”

0,0010 %

0,010 %


10.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/17


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/887

tad-9 ta' Ġunju 2015

dwar ir-rikonoxximent tal-iskema “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/427/UE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7d(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(6) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u l-Bijolikwidi,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE it-tnejn li huma jistipulaw il-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijofjuwils. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7b, 7c u tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE huma simili għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17 u 18 u tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(2)

Meta jrid jittieħed kont tal-bijofjuwils u l-bijolikwidi għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi ekonomiċi juru li l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(3)

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali turi li l-kunsinni tal-bijofjuwil jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali biex jitkejjel kemm qed jiġu ffrankati emissjonijiet tal-gassijiet serra irid jibda jkun fiha dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) ta' din id-Direttiva.

(4)

Meta operatur ekonomiku jagħti provi jew jipprovdi dejta miksuba skont skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert bid-deċiżjoni ta' rikonoxximent, Stat Membru ma għandux għalfejn jitlob li l-fornitur jipprovdi aktar evidenza ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà.

(5)

L-iskema “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” ġiet rikonoxxuta bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/427/UE (3) għal lista speċifika ta' prodotti agrikoli. Fit-30 ta' Ġunju 2014, l-iskema ressqet it-talba tagħha lill-Kummissjoni biex din tirrikonoxxiha fil-każ ta' lista akbar ta' prodotti agrikoli. L-iskema aġġornata tkopri ċ-ċereali u ż-żrieragħ taż-żejt kollha manifatturati fit-Tramuntana tal-Gran Brittanja sal-ewwel punt ta' wasla ta' dawn il-prodotti agrikoli. Ladarba tiġi rrikonoxxuta, l-iskema se tkun disponibbli fil-pjattaforma ta' trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE.

(6)

Valutazzjoni tal-iskema “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” sabet li din tkopri b'mod adegwat il-kriterji ta' sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE, kif ukoll li din tapplika, sal-ewwel punt fejn jiġu kkunsinnati ta' dawn il-prodotti agrikoli, metodoloġija ta' bilanċ tal-massa li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE. L-iskema tipprovdi dejta preċiża dwar żewġ elementi neċessarji għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, jiġifieri ż-żona ġeografika li minnha jkunu ġejjin il-prodotti agrikoli u l-emissjonijiet, fuq bażi annwali, li jkunu ġejjin minn bidliet fl-istokk tal-karbonju kkawżati minn bidla fl-użu tal-art. Perċentwali żgħir ta' membri tal-iskema ma jkoprux il-kriterji ta' sostenibbiltà għal parti mill-art tagħhom. L-iskema tindika l-istat ta' konformità sħiħa jew parzjali tal-art tal-membri tagħha fid-database għall-iċċekkjar tal-membri tagħha li tinsab onlajn u turi l-konformità tal-kunsinni mal-kriterji ta' sostenibbiltà fuq il-passaport imsejjaħ “Scottish Quality Crops”.

(7)

L-evalwazzjoni tal-iskema “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” sabet li din tissodisfa standards adegwati ta' affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti.

(8)

Din id-Deċiżjoni ma tqis ebda element ta' sostenibbiltà ieħor kopert bl-iskema “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited”. Dawn l-elementi addizzjonali ta' sostenibbiltà mhumiex obbligatorji biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta' sostenibbiltà previsti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/427/UE li tirrikonoxxi l-iskema għal firxa aktar limitat ta' uċuħ tar-raba' għandha għalhekk titħassar.

(10)

Il-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti u tal-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema volontarja “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited”, (minn issa 'l quddiem “l-iskema”), li tressqet quddiem il-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2014 biex tiġi rikonoxxuta fil-każ ta' lista estiża tal-prodotti agrikoli, permezz tal-passaport tagħha msejjaħ “Scottish Quality Crops passport” turi li l-kunsinni tal-materja prima jkunu jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stipulati fl-Artikoli 17(3), 17(4) u 17(5) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikoli 7b(3), 7b(4) u 7b(5) tad-Direttiva 98/70/KE.

Din l-iskema fiha dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-emissjonijiet, fuq bażi annwali, li jkunu ġejjin minn bidliet fl-istokk tal-karbonju kkawżati minn bidla fl-użu tal-art (e l ), imsemmija fil-punt 1 tal-parti C tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fil-punt 1 tal-parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE, li l-iskema turi li huma ekwivalenti għal żero, u maż-żona ġeografika msemmija fil-punt 6 tal-parti C tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fil-punt 6 tal-parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

L-iskema tista' tintuża sal-ewwel punt tal-kunsinna, għall-kunsinni kkonċernati, biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta' ħames snin wara li tidħol fis-seħħ. Jekk wara li tiġi adottata din id-Deċiżjoni isir xi tibdil fil-kontenut tal-iskema b'tali mod li dan jista' jaffettwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, dan it-tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b'mod adegwat il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet irrikonoxxuta jew le.

Il-Kummissjoni tista' tirrevoka din id-Deċiżjoni jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni u jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta' dawk l-elementi.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/427/UE hija mħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/427/UE tal-24 ta' Lulju 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 198, 25.7.2012, p. 17).