ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 139

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
5 ta' Ġunju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/864 tal-4 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/865 tal-4 ta' Ġunju 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers u swiegli tal-wajer tal-azzar mhux illigat (wajers u swiegli PSC) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/866 tal-4 ta' Ġunju 2015 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

30

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/867 tal-4 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

46

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/864

tal-4 ta' Ġunju 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 132 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 (2), il-ħlasijiet u l-ispejjeż stipulati f'dak ir-Regolament għandhom jiġu riveduti kull sena b'referenza għar-rata ta' inflazzjoni kif stabbilita skont l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (3).

(2)

B'konsegwenza ta' dan ir-rieżami annwali, li sar fl-2014, dawn it-tariffi għandhom jiġu aġġustati skont ir-rata annwali medja tal-inflazzjoni applikabbli, kif ippubblikat mill-Eurostat, ta' 1,5 % għas-sena 2013.

(3)

L-aġġustament ġenerali tal-miżati u tal-imposti huwa ffissat f'livell b'tali mod li d-dħul idderivat minnhom meta kkombinat ma' sorsi oħra ta' dħul tal-Aġenzija skont l-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ikun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż tas-servizzi mogħtija.

(4)

Il-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija għandu, bis-setgħat konferiti lilu permezz tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ikompli jimmonitorja l-isforzi mwettqa mill-Aġenzija biex titjieb l-effiċjenza sabiex tinkiseb l-aħjar relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati miksuba. Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Bord ta' Ġestjoni waqt ir-rieażami li jmiss tat-tariffi u tal-imposti tal-Aġenzija skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 340/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Għal raġunijiet ta' ċertezza ġuridika, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sottomissjonijiet validi li jkunu pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I sa VIII tar-Regolament (KE) Nru 340/2008 jinbidlu bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma japplikax għal sottomissjonijiet validi li huma pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta' April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1).


ANNESS

ANNESS I

Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard

 

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 1 sa 10 tunnellati

EUR 1 739

EUR 1 304

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 10 sa 100 tunnellata

EUR 4 674

EUR 3 506

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata

EUR 12 501

EUR 9 376

Ħlas għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata

EUR 33 699

EUR 25 274


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

 

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 1 sa 10 tunnellati

EUR 1 131

EUR 848

EUR 609

EUR 457

EUR 87

EUR 65

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 10 sa 100 tunnellata

EUR 3 038

EUR 2 279

EUR 1 636

EUR 1 227

EUR 234

EUR 175

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata

EUR 8 126

EUR 6 094

EUR 4 375

EUR 3 282

EUR 625

EUR 469

Ħlas għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata

EUR 21 904

EUR 16 428

EUR 11 795

EUR 8 846

EUR 1 685

EUR 1 264

ANNESS II

Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 17(2), 18(2) u(3) jew 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard

 

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Ħlas

EUR 1 739

EUR 1 304


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

 

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Ħlas

EUR 1 131

EUR 848

EUR 609

EUR 457

EUR 87

EUR 65

ANNESS III

Ħlasijiet għall-aġġornament ta' reġistrazzjonijiet skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ

 

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata

EUR 2 935

EUR 2 201

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

EUR 10 762

EUR 8 071

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 31 960

EUR 23 970

F'medda bejn 10-100 tunnellati sa medda bejn 100-1 000  tunnellata

EUR 7 827

EUR 5 870

F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000  tunnellata

EUR 29 025

EUR 21 768

F'medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 21 198

EUR 15 898


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ

 

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata

EUR 1 908

EUR 1 431

EUR 1 027

EUR 770

EUR 147

EUR 110

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

EUR 6 995

EUR 5 246

EUR 3 767

EUR 2 825

EUR 538

EUR 404

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 20 774

EUR 15 580

EUR 11 186

EUR 8 389

EUR 1 598

EUR 1 198

F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

EUR 5 087

EUR 3 816

EUR 2 739

EUR 2 055

EUR 391

EUR 294

F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 18 866

EUR 14 150

EUR 10 159

EUR 7 619

EUR 1 451

EUR 1 088

F'medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000  tunnellata

EUR 13 779

EUR 10 334

EUR 7 419

EUR 5 564

EUR 1 060

EUR 795


Tabella 3

Ħlasijiet għal aġġornamenti oħra

Tip ta' aġġornament

Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika

EUR 1 631

Tip ta' aġġornament

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni:

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 4 892

EUR 3 669

Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 631

EUR 1 223

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 4 892

EUR 3 669

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 3 261

EUR 2 446

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 631

EUR 1 223


Tabella 4

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs għal aġġornamenti oħra

Tip ta' aġġornament

Intrapriża medja

Intrapriża żgħira

Mikrointrapriża

Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika

EUR 1 060

EUR 571

EUR 82

Tip ta' aġġornament

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni:

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 2 120

EUR 1 590

EUR 1 141

EUR 856

EUR 163

EUR 122

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

ANNESS IV

Ħlasijiet għat-talbiet skont il-punt (xi) tal-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard

Oġġett li jeħtieġ il-kunfidenzjalità

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 4 892

EUR 3 669

Kwantita ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 631

EUR 1 223

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 4 892

EUR 3 669

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 3 261

EUR 2 446

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 631

EUR 1 223


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

Oġġett li jeħtieġ il-kunfidenzjalità

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 2 120

EUR 1 590

EUR 1 141

EUR 856

EUR 163

EUR 122

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

ANNESS V

Ħlasijiet u spejjeż għan-notifiki PPORD skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet għan-notifiki PPORD

Ħlas standard

EUR 544

Ħlas imnaqqas għal intrapriża medja

EUR 353

Ħlas imnaqqas għal intrapriża żgħira

EUR 190

Ħlas imnaqqsa għal mikrointrapriża

EUR 27


Tabella 2

Spejjeż għall-estensjoni ta' eżenzjoni PPORD

Spiża standard

EUR 1 087

Spiża mnaqqsa għal intrapriża medja

EUR 707

Spiża mnaqqsa għal intrapriża żgħira

EUR 380

Spiża mnaqqsa għal mikrointrapriża

EUR 54

ANNESS VI

Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard

Ħlas ta' bażi

EUR 54 100

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 10 820

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 10 820

Ħlas addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali mhuwiex SME: EUR 40 575

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża ta' daqs medju: EUR 30 431

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi medji

Ħlas ta' bażi

EUR 40 575

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 8 115

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 8 115

Ħlas addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża ta' daqs medju: EUR 30 431

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 3

Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar

Ħlas ta' bażi

EUR 24 345

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 4 869

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 4 869

Ħlas addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 4

Ħlasiiet imnaqqsa għal mikrointrapriżi

Ħlas ta' bażi

EUR 5 410

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 1 082

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 1 082

Ħlas addizzjonali għal kull applikant

Applikant addizzjonali: EUR 4 057

ANNESS VII

Spejjeż għar-rieżami ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Spejjeż standard

Spiża ta' bażi

EUR 54 100

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 10 820

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 10 820

Spiża addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali mhuwiex SME: EUR 40 575

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża ta' daqs medju: EUR 30 431

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 2

Ħlasiiet imnaqqsa għal mikrointrapriżi

Spiża ta' bażi

EUR 40 575

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 8 115

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 8 115

Spiża addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża ta' daqs medju: EUR 30 431

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 3

Ħlasiiet imnaqqsa għal mikrointrapriżi

Spiża ta' bażi

EUR 24 345

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 4 869

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 4 869

Spiża addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 4

Ħlasiiet imnaqqsa għal mikrointrapriżi

Spiża ta' bażi

EUR 5 410

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 1 082

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 1 082

Spiża addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058

ANNESS VIII

Ħlasijiet għal appelli skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard

Appell kontra d-deċizjoni meħuda skont:

Ħlas

L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 2 392

L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 4 783

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 7 175


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

Appell kontra d-deċiżjoni meħuda skont:

Ħlas

L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 794

L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 3 587

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 5 381


5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/865

tal-4 ta' Ġunju 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers u swiegli tal-wajer tal-azzar mhux illigat (wajers u swiegli PSC) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni ta' antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 383/2009 (2) kif ġie emendat l-aħħar permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 986/2012 (3), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers u swiegli tal-azzar mingħajr liga tal-prestressing u l-poststressing (wajers u swiegli PSC) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”).

(2)

Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju ad valorem ta' 46,2 %, bl-eċċezzjoni ta' Kiswire Qingdao, Ltd (0 %) kif ukoll Ossen Innovation Materials Co. Joint Stock Company Ltd u Ossen Jiujiang Steel Wire Cable Co. Ltd (it-tnejn 31,1 %).

2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza fil-qrib (4) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, fis-7 ta' Frar 2014 il-Kummissjoni rċeviet talba għat-tnedija ta' reviżjoni tal-iskadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba saret mill-European Stress Information Service (“ESIS”) (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti wajers u swiegli PSC.

(5)

It-talba kienet ibbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx tirriżulta f'issoktar ta' dumping u ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(6)

Billi ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat, stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza, fit-8 ta' Mejju 2014 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (5) (“l-Avviż ta' bidu”), il-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   Perjodi rilevanti koperti mill-investigazzjoni ta' rieżami

(7)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2013 sal-31 ta' Marzu 2014 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni (il-“perjodu kkunsidrat”).

5.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni u t-teħid ta' kampjuni

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, il-produtturi tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fiċ-Ċina, importaturi u utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti taċ-Ċina bil-bidu tar-rieżami ta' skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehma tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Avviż ta' bidu.

(9)

Fid-dawl tan-numru apparentament kbir ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina u importaturi mhux relatati fl-Unjoni, il-Kummissjoni, fl-Avviż ta' bidu indikat li jista' jkun li tapplika it-teħid ta' kampjuni ta' dawk il-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(10)

Fl-Avviż ta' bidu tagħha, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi ta' produzzjoni tal-prodott simili. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'ħames produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 64 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-kampjun provviżorju iżda ma rċeviet l-ebda kumment. Il-kampjun provviżorju ġie għalhekk ikkonfermat u jitqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(11)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni għandux ikun meħtieġ fir-rigward ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina u ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni, dawk il-partijiet intalbu jippreżentaw ruħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fl-Avviż ta' bidu. Madankollu, peress li l-ebda waħda minn dawn il-partijiet ma ppreżentaw ruħhom, it-teħid ta' kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi esportaturi u importaturi mhux relatati.

6.   Il-kwestjonarji u l-verifika

(12)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping, il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara, u l-interess tal-Unjoni.

(13)

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-partijiet l-oħra kollha li talbu għal dan qabel l-iskadenzi stabbiliti fl-Avviż ta' bidu, jiġifieri produtturi esportaturi magħrufa fiċ-Ċina, produtturi magħrufa fi tmien pajjiżi terzi b'ekonomija tas-suq fejn hemm indikazzjonijiet li l-produzzjoni tal-prodott simili qed isseħħ, produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u lill-utenti magħrufa fl-Unjoni.

(14)

Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-ħames produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u tnax-il produttur addizzjonali. Risposta waħda għall-kwestjonarju waslet mingħand utent. Ħdax-il utent u tliet fornituri għamlu sottomissjonijiet bil-miktub. L-ebda produttur esportatur Ċiniż ma wieġeb il-kwestjonarju. Tliet tweġibiet tal-kwestjonarju waslu minn produtturi f'pajjiżi terzi b'ekonomija tas-suq.

(15)

Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun:

CB Trafilati Acciai, Tezze sul Breta, l-Italja,

D &D Drótáru Ipari és Kereskedelmi, Miskolc, l-Ungerija,

DWK Drahtwerk GmbH, Köln, il-Ġermanja,

Nedri Spanstaal BV, Venlo, in-Netherlands,

Trenzas y Cables de Acero PSC, Santander, Spanja.

(b)

produttur fil-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq:

Scaw South Africa (Pty) Limited, Germiston, l-Afrika t'Isfel.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-Prodott ikkonċernat

(16)

Il-prodott ikkonċernat huwa wajer tal-azzar mingħajr liga, wajer tal-azzar mingħajr liga bbanjat jew miksi biż-żingu u wajer bis-swiegli tal-azzar mingħajr liga kemm jekk ibbanjat jew miksi kemm jekk le b'mhux aktar minn 18-il wajer li bil-piż fih 0,6 % jew aktar ta' karbonju, b'dimensjoni trasversali massima li taqbeż it-3 mm, li attwalment jaqa' fil-kodiċi NM ex 7217 10 90, ex 7217 20 90, ex 7312 10 61, ex 7312 10 65 u ex 7312 10 69 u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Is-swiegli ggalvanizzati (iżda mingħajr l-ebda kisja b'materjal ieħor) b'seba' wajers li fihom id-dijametru tal-wajer ċentrali jkun identiku għal jew inqas minn 3 % akbar mid-dijametru ta' kull wieħed mis-6 wajers l-oħra, mhux koperti mill-miżuri attwalment fis-seħħ u mhumiex soġġetti għal din ir-reviżjoni.

(17)

Il-prodott ikkonċernat jintuża l-aktar bħala rinfurzar tal-konkos mill-industrija tal-bini iżda jista' jinstab ukoll f'elementi ta' sospensjoni u għall-pontijiet sospiżi permezz tal-kejbils (stay cable bridges). Huwa magħmul minn vireg tal-wajer tal-azzar bil-livell ta' karbonju għoli li jitnaddfu, jissaħħnu u — f'każ ta' fergħat — jitwaħħlu flimkien b'mod elikojdali biex jinkisbu l-karatteristiċi speċifiċi ta' dijametru, reżistenza u stabbiltà.

2.   Il-prodott simili

(18)

L-investigazzjoni ta' reviżjoni kkonfermat li l-wajers u swiegli PSC prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, dawk magħmulin u mibjugħin fis-suq domestiku fl-Afrika t'Isfel, li serva bħala pajjiż analogu, kif ukoll dawk prodotti fiċ-Ċina u potenzjalment mibjugħa lill-Unjoni essenzjalment għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użu bażiku.

(19)

Għaldaqstant, dawn il-prodotti jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW IR-RIKORRENZA TA' DUMPING

1.   Kummenti preliminari

(20)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti x'aktarx jwasslux għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping miċ-Ċina.

(21)

Iċ-Ċina esportat kwantitajiet negliġibbli tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni. Għaldaqstant, m'hemm l-ebda probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping għaċ-Ċina. Il-valutazzjoni kienet limitata għall-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping bl-użu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra.

(22)

Kif iddikjarat fil-premessa (14) hawn fuq, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda risposta mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. B'hekk, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina, l-analiżi globali, inkluż il-kalkolu tad-dumping, hija bbażata fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-awtoritajiet Ċiniżi ġew infurmati dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li tibbaża r-riżultati tagħha fuq fatti disponibbli.

(23)

Għalhekk, il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping ġiet ivvalutata bl-użu tal-informazzjoni fit-talba għal rieżami tal-iskadenza, flimkien ma' sorsi oħra ta' informazzjoni, bħalma huma statistiċi tal-kummerċ dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (statistika tal-Eurostat, Ċiniża u ta' pajjiżi terzi oħra) u rapporti tal-industrija.

2.   Pajjiż analogu

(24)

F'konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, ċ-Ċina mhix meqjusa bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq. Fl-investigazzjoni oriġinali, it-Turkija ntużat bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq bil-għan li jiġi stabbilit il-valur normali (“pajjiż analogu”).

(25)

Fl-Avviż ta' bidu, il-Kummissjoni: i) ipprevediet li terġa' tuża lit-Turkija bħala pajjiż analogu f'din ir-reviżjoni ta' skadenza, kif issuġġerit mill-applikant; ii) identifikat pajjiżi terzi oħra b'ekonomija tas-suq li jesportaw il-wajers u s-swiegli PSC fl-Unjoni li huwa l-Brażil, l-Indja, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel u t-Tajlandja. Dawn il-pajjiżi kellhom l-ogħla livelli ta' importazzjonijiet ta' wajers u swiegli PSC lejn l-Unjoni fl-2013 (ibbażat fuq dejta tal-Eurostat).

(26)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk hemmx produzzjoni u bejgħ ta' wajers u swiegli PSC, f'dawk il-pajjiżi terzi b'ekonomija tas-suq fejn hemm indikazzjonijiet li l-produzzjoni ta' wajers u swiegli PSC qed isseħħ. Il-Kummissjoni kkuntattjat produtturi u l-assoċjazzjonijiet industrijali tagħhom f'seba' pajjiżi li jipproduċu l-azzar msemmija fl-Avviż ta' bidu u fl-Istati Uniti.

(27)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-produtturi fl-Indja, fl-Afrika t'Isfel u fit-Turkija. L-applikant ressaq oġġezzjoni li tintuża l-Indja bħala pajjiż analogu, billi sostna li s-suq domestiku tagħha huwa mfixkel minn sussidji tal-gvern li tibbenefika minnhom l-industrija tal-azzar. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment minn partijiet interessati oħrajn.

(28)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Afrika t'Isfel kienet l-aktar pajjiż analogu xieraq fir-reviżjoni preżenti bbażata fuq l-elementi li ġejjin:

Kopertura sħiħa għat-tipi ta' prodotti kkonċernati,

L-eżistenza tal-istess standards ta' kwalità għal karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi bħal fis-suq tal-Unjoni,

Il-kwalità u l-kompletezza tad-dejta sottomessa fit-tweġibiet għall-kwestjonarju,

L-eżistenza ta' livell suffiċjenti ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku,

Daqs suffiċjenti ta' bejgħ domestiku tal-produttur li kkoopera.

3.   Dumping probabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' riveżjoni

3.1.   Determinazzjoni tal-valur normali

(29)

L-informazzjoni li waslet mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu li kkoopera ntużat bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali għaċ-Ċina, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(30)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku tal-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu kienx rappreżentattiv. Il-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti rrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali f'esportazzjonijiet ta' wajers u swiegli PSC lejn pajjiżi terzi użati fil-kalkolu tad-dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Fuq din il-bażi, it-total tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili tal-produttur kooperativ tal-prodott simili fis-suq domestiku fil-pajjiż analogu kien rappreżentattiv.

(31)

Imbagħad il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħa f'livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta' prodott mibjugħa għall-esportazzjoni fil-pajjiżi terzi użati fil-kalkulazzjoni tad-dumping.

(32)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon ta' bejgħ profitabbli lill- konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(33)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott irrispettivament jekk dan il-bejgħ huwiex profitabbli u sew jekk m'huwiex, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li hu daqs jew ogħla mill-ispiża kkalkolata tal-produzzjoni, rrappreżent aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott; u

(b)

il-prezz tal-bejgħ medju peżat ta' dak it-tip ta' prodott huwa daqs jew ogħla mill-ispiża ta' produzzjoni għal kull unità.

(34)

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(35)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ tat-tipi ta' prodott domestiku profitabbli biss matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip; jew

(b)

il-prezz medju peżat ta' dan it-tip ta' prodott huwa anqas mill-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità.

(36)

Għal tip ta' prodott wieħed, fejn l-ebda bejgħ domestiku ma nstab fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu, il-valur normali nħoloq billi mal-medja ppeżata tal-prodott simili, żdiedet l-ispiża tal-manifattura tal-prodott simili u ċertu ammont għall-ispejjeż tal-bejgħ, għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-qligħ, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(37)

Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont kien ibbażat fuq data attwali li għandha x'taqsam mal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu.

3.2.   Il-kalkolu tal-prezz probabbli tal-esportazzjoni

(38)

Fin-nuqqas ta' koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kellhom jiġu bbażati fuq fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(39)

Il-Kummissjoni analizzat l-istatistika mill-Eurostat. Il-kwantitajiet importati tal-prodott importat miċ-Ċina kienu ferm limitati u, b'hekk, prezzhom ma kienx ikkunsidrat rappreżentattiv.

(40)

Il-Kummissjoni analizzat l-istatistika tal-kummerċ Ċiniż. Dawn l-istatistiċi kklassifikaw il-prodott ikkonċernat taħt il-Kodiċi HS li kien jinkludi prodotti oħrajn ta' valur sinifikament ogħla bħal prodotti tal-azzar inossidabbli u ħbula tal-wajer tal-azzar. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li l-istatistika tal-kummerċ Ċiniża ma setgħatx tintuża sabiex tistabbilixxi l-prezz probabbli tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(41)

Il-Kummissjoni għażlet l-akbar destinazzjonijiet tal-pajjiżi tal-esportazzjonijiet Ċiniżi magħmula taħt il-Kodiċijiet HS inkluż il-prodott ikkonċernat (il-Brażil, il-Ġappun, il-Malasja, il-Korea t'Isfel, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Vjetnam). Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk l-istatistika tal-importazzjoni ta' dawn il-pajjiżi tistgħax tidentifika wajers u swiegli PSC bħala l-prodott ikkonċernat u wriet li tali wajers u swiegli PSC kienu ġew importati f'volumi sinifikanti. Peress li l-istatistika kummerċjali ta' xi wħud minn dawn il-pajjiżi ssodisfatt dawn iż-żewġ kriterji, l-prezz probabbli tal-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi ta' dawn l-istatistiċi tal-kummerċ dwar importazzjonijiet miċ-Ċina.

3.3.   Tqabbil

(42)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz probabbli tal-esportazzjoni sar abbażi tal-prezz FOB taċ-Ċina.

(43)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust tqiesu d-differenzi li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fejn applikabbli, saru konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, spejjeż tal-assigurazzjoni, il-VAT mhux rimborsabbli, l-ispejjeż tal-esportazzjoni, ir-rifużjonijiet u l-iskontijiet.

3.4.   Dumping probabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

(44)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-marġni tad-dumping probabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku kien 27,2 %.

4.   L-iżvilupp tal-esportazzjonijiet fil-każ li l-miżuri jitħassru

4.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi

(45)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn xi produttur esportatur Ċiniż, ġew użati s-sorsi li ġejjin:

l-informazzjoni mogħtija mill-applikant,

pubblikazzjonijiet disponibbli pubblikament,

l-informazzjoni miġbura fl-investigazzjoni oriġinali.

(46)

L-industrija tal-industrija tal-azzar Ċiniża hija magħrufa bħala l-akbar waħda fid-dinja. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, iċ-Ċina kellha produzzjoni annwali ta' madwar 2,5 miljun u 3 miljun tunnellata għal wajers u swiegli PSC fl-2013 u b'kapaċità stmata ta' bejn 4 u 5 miljun tunnellata. Minn din il-produzzjoni bejn 1 u 1,5 miljun tunnellata kineu esportati lejn pajjiżi terzi u bejn 1 u 2 miljun tunnellata inbiggħu fis-suq domestiku. L-importazzjonijiet ta' wajers u swiegli PSC fiċ-Ċina kienu negliġibbli. Il-kapaċita żejda ta' produzzjoni fiċ-Ċina (iġifieri bejn 1,5 miljun u 2 miljun tunnellata) hija mill-inqas 3 darbiet iktar mid-daqs tas-suq tal-Unjoni.

(47)

L-applikant stima li l-kapaċità tal-produzzjoni ta' wajers u swiegli PSC fiċ-Ċina taqbeż sew il-11-il miljun tunnellata fis-sena. B'bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni bejn 6 sa 7 miljun tunnellata fis-sena, il-kapaċità żejda totali b'hekk imbagħad tkun taqbeż l-4 miljun tunnellata.

(48)

F'dan ir-rigward, qabel ma ġew imposti l-miżuri, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b'seba' darbiet fi żmien tliet snin, u laħqu qrib is-87 000 tunnellata (li huwa 8,2 % tal-konsum matul l-investigazzjoni oriġinali iżda 17 % tal-konsum tas-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni).

(49)

Għalhekk, fil-każ li l-miżuri jitħassru, hemm riskju sostanzjali li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jbigħu kwantitajiet sinifikanti ta' wajers u swiegli tal-PSC lejn is-suq tal-Unjoni.

4.2.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(50)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn xi produttur esportatur Ċiniż, ir-riżultati huma bbażati fuq il-fatti disponibbli. Il-valutazzjoni tar-riskju ta' devjazzjoni tal-kummerċ lejn is-suq tal-Unjoni fil-każ li l-miżuri jitħassru huwa bbażat fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku.

(51)

Is-suq tal-Unjoni huwa sostanzjali u kien jiswa madwar EUR 365 miljun matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni. Barra minn hekk, meta mqabbla ma' prezzijiet medji ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, il-livell tat-tnaqqis fil-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-pajjiżi terzi rilevanti msemmija fil-premessa (41) ġie stabbilit minn din l-investigazzjoni għal 47 %. Din id-differenza fil-prezz ċertament turi l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u l-kapaċità taċ-Ċiniżi li jikkompetu permezz tal-prezzijiet fil-każ li l-miżuri jitħassru.

(52)

Wara l-iżvelar, il-partijiet interessati pprovdew elementi li, barra mill-prezzijiet tas-Suq tal-Unjoni, juru l-attrattività tas-suq tal-Unjoni. Dawn jinlkudu:

Proċeduri tas-sejħa għall-offerti trasparenti u preveddibli,

Termini favorevoli ta' ħlas,

Konsumaturi fuq skala kbira li jikkonsmaw kwantitajiet kbar ta' wajers u swiegli,

L-Irkuprar tas-settur tal-kostruzzjoni f'xi Stati Membri.

Dawn l-elementi juru li l-prezz m'huwiex l-element unkiu li jagħmel lill-Unjoni suq attraetni għall-esportaturi Ċiniżi

(53)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fil-każ li l-miżuri jitħassru, hemm riskju sinifikanti ta' devjazzjoni tal-kummerċ lejn is-suq tal-Unjoni minn pajjiżi terzi inqas attraenti.

5.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping

(54)

Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni jwasslu għall-konklużjoni li hemm riskju ta' żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat fil-każ li l-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu

D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(55)

Il-prodott simili kien manifatturat minn 21 produttur tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn il-21 kumpanija jiffurmaw “l-industrija tal-Unjoni” fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

E.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-konsum tal-Unjoni

(56)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni mal-importazzjonijiet miċ-Ċina u pajjiżi terzi oħra bl-użu ta' dejta mill-Eurostat fuq il-livell tal-Kodiċi TARIC (Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea).

(57)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni

 

2010

2011

2012

2013

PIR

Konsum totali tal-Unjoni (tunnellati)

564 973

561 342

504 591

508 226

497 708

Indiċi

100

99

89

90

88

Sors: Eurostat u r-risposti tal-kwestjonarji

(58)

Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis tad-domanda seħħ l-aktar fl-2011-2012 u jirrifletti tendenza ġenerali madwar is-settur tal-kostruzzjoni wara l-kriżi finanzjarja.

2.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

2.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(59)

Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu stabbiliti fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat.

(60)

Il-volum tal-importazzjoni lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem tas-suq

Pajjiż

 

2010

2011

2012

2013

PIR

Iċ-Ċina

Volum (tunnellati)

676

5

503

76

99

Indiċi

100

1

74

11

15

Sehem mis-suq

0,1 %

0,0 %

0,1 %

0,0 %

0,0 %

Sors: Eurostat (TARIC)

(61)

L-impożizzjoni ta' miżuri antidumping kważi waqqfet l-importazzjonijiet Ċiniżi. Matul il-perjodu meqjus, l-importazzjoni miċ-Ċina kienet baxxa ħafna, naqset minn 676 tunnellata fl-2010 (0,1 % tas-suq tal-Unjoni) għal 99 tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

2.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(62)

Il-ftit bejgħ tal-prodott ikkonċernat mic-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami ma setax jintuża bħala bażi biex fuqu ssir konklużjoni siewja.

(63)

Peress li ma kienx possibbli li tintuża l-istatistika tal-kummerċ Ċiniża rigward l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq oħra (ara l-premessa (40) hawn fuq), il-prezz probabli tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq statistika tal-kummerċ ta' ċerti pajjiżi terzi rigward importazzjonijiet ta' wajers u swiegli PSC li joriġinaw miċ-Ċina (ara l-premessa (41) hawn fuq).

(64)

Sar tqabbil bejn il-prezzijiet tal-prodott simili, prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet ta' wajers u swiegli PSC prodotti fiċ-Ċina mibjugħa lil ċerti pajjiżi terzi, aġġustat għal CIF fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni.

(65)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet wera marġni sinifikanti ta' twaqqigħ probabli tal-prezz medju ta' 47 %.

3.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn mhux soġġetti għal miżuri

(66)

Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum u sehem mis-suq ta' pajjiżi terzi oħra

Pajjiż

 

2010

2011

2012

2013

PIR

It-Tajlandja

Volum (tunnellati)

11 454

12 889

11 371

8 061

6 416

Indiċi

100

113

99

70

56

Is-sehem mis-suq

2,0 %

2,3 %

2,3 %

1,6 %

1,3 %

L-Afrika t'Isfel

Volum (tunnellati)

1 681

561

1 727

6 682

6 463

Indiċi

100

33

103

397

384

Is-sehem mis-suq

0,3 %

0,1 %

0,3 %

1,3 %

1,3 %

Oħrajn

Volum (tunnellati)

12 981

15 867

16 690

12 036

10 911

Indiċi

100

122

129

93

84

Is-sehem mis-suq

2,3 %

2,8 %

3,3 %

2,4 %

2,2 %

Il-pajjiżi terzi kollha (ħlief iċ-Ċina)

Volum (tunnellati)

26 112

29 316

29 788

26 779

23 790

Indiċi

100

112

114

103

91

Is-sehem mis-suq

4,6 %

5,2 %

5,9 %

5,3 %

4,8 %

Sors: Eurostat (TARIC)

(67)

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għajr iċ-Ċina kellhom sehem mis-suq relattivament stabbli bejn 4,6 % u 5,9 % matul il-perjodu meqjus. Aktar minn nofs dawn l-importazzjonijiet ġew mit-Tajlandja u l-Afrika t'Isfel. Fost pajjiżi esportaturi kien hemm l-Indja, ir-Russja u l-Ukrajna.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(68)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istat tal-industrija tal-Unjoni.

4.1.   Indikaturi makroekonomiċi

4.1.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(69)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 4

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

2013

PIR

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

687 576

657 933

609 099

615 466

602 692

Indiċi

100

96

89

90

88

Kapaċità ta' produzzjoni

1 047 810

1 043 810

922 270

934 170

858 170

Indiċi

100

100

88

89

82

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità

66 %

63 %

66 %

66 %

70 %

Indiċi

100

96

101

100

107

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju (il-produtturi kollha)

(70)

Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba l-istabbiltà tas-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni, il-produzzjoni segwiet mill-qrib l-evoluzzjoni tal-konsum tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni.

(71)

L-industrija tal-Unjoni rreaġixxiet għal dan it-tnaqqis tal-volumi ta' produzzjoni billi segwiet sforz sinifikanti ta' ristrutturar. Ir-ristrutturar wassal għal tnaqqis ta' 18 % tal-kapaċità ta' produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat, li qabżet it-tnaqqis fid-domanda.

(72)

B'riżultat ta' dan, l-użu tal-kapaċità żdied minn 66 % għal 70 % matul il-perjodu kkunsidrat. Hija baqgħet madankollu taħt il-livelli ottimi tagħha. Dan jissuġġerixxi l-persistenza ta' kapaċità eċċessiva fl-industrija tal-Unjoni.

4.1.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(73)

Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

2013

PIR

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

538 185

532 021

474 300

481 370

473 819

Indiċi

100

99

88

89

88

Is-sehem mis-suq

95,3 %

94,8 %

94,0 %

94,7 %

95,2 %

Indiċi

100

99

99

99

100

Sors: Tweġibiet mill-kwestjonarju (il-produtturi kollha)

(74)

Il-volum tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat b'konformità mal-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni.

(75)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' stabbli fil-perjodu meqjus. Il-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni kien 10 % inqas mill-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi f'dawn l-aħħar tliet snin tal-perjodu li kien qed jiġi eżaminat u ġeneralment ekwivalenti qabel.

4.1.3.   It-tkabbir

(76)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bl-istess proporzjon tal-konsum tal-Unjoni, li ssarrfet f'sehem tas-suq stabbli ta' 95,2 %.

4.1.4.   L-impjiegi u l-produttività

(77)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

L-impjiegi u l-produttività

 

2010

2011

2012

2013

PIR

Numru ta' impjegati

1 580

1 544

1 435

1 405

1 267

Indiċi

100

98

91

89

80

Produttività (tunnellata/impjegat)

435

426

424

438

476

Indiċi

100

98

98

101

109

Sors: Tweġibiet mill-kwestjonarju (il-produtturi kollha)

(78)

Bħala konsegwenza tar-ristrutturar tal-industrija, l-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqsu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, minn 1 580 impjegat fl-2010 għal 1 267 impjegat waqt il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni.

(79)

L-investimenti żdiedu b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien dovut għal tnaqqis b'rata iktar mgħaġġla ta' impjiegi milli minn produzzjoni tal-Unjoni.

4.2.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.2.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(80)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2010

2011

2012

2013

PIR

Prezz medju ta' bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

767

822

782

741

726

Indiċi

100

107

102

97

95

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata metrika)

784

834

789

741

726

Indiċi

100

106

101

95

93

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju (produtturi fil-kampjun)

(81)

Il-prezz tal-bejgħ unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda bejn l-2010 u l-2011 u t-tnaqqis sussegwenti fis-sena ta' wara irrifletta primarjament iż-żieda fl-ispiża tal-materja prima. It-tnaqqis fil-prezz li segwa huwa aktar relatat mal-pressjoni fuq il-prezzijiet li jirriżultaw mill-effett kombinat ta' tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni u l-eżistenza ta' kapaċità eċċessiva fl-industrija tal-Unjoni.

(82)

L-ispiża tal-produzzjoni naqset b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif imsemmi hawn fuq, iż-żieda osservata fl-ewwel sentejn irriżultat minn żieda fl-ispiża tal-materja prima. Minħabba l-isforzi sinifikanti ta' ristrutturar, titjib fl-użu tal-kapaċità u fil-produttività, l-industrija rnexxielha tibbilanċja l-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-prezz medju tal-bejgħ matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni.

4.2.2.   Il-kostijiet lavorattivi

(83)

L-ispejjeż medji tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Spejjeż lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2010

2011

2012

2013

PIR

Pagi medji għal kull impjegat (EUR)

41 351

43 035

44 440

43 429

43 942

Indiċi

100

104

107

105

106

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju (produtturi fil-kampjun)

(84)

L-ispejjeż tax-xogħol medji għal kull impjegat żdiedu b'6 %. Lil hinn mill-effett tal-inflazzjoni, dan huwa prinċipalment indikattiv tal-konċentrazzjoni ta' telf ta' impjiegi f'pajjiżi b'livell baxx ta' spejjeż tas-salarji u tal-isforzi biex tittejjeb il-produttività.

4.2.3.   Inventarji

(85)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 9

Inventarji

 

2010

2011

2012

2013

PIR

Ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

16 885

15 314

17 596

16 073

17 352

Indiċi

100

91

115

91

108

Il-ħażniet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

2,5 %

2,3 %

2,9 %

2,6 %

2,9 %

Indiċi

100

95

118

106

117

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju (produtturi fil-kampjun)

(86)

Kumplessivament, l-inventarju tal-għeluq żdied bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni baqa' stabbli u perċentwal baxx tal-produzzjoni tal-Unjoni.

4.2.4.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital

(87)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 10

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redittu fuq l-investimenti

 

2010

2011

2012

2013

PIR

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tad-dħul tal-bejgħ)

– 3,2 %

– 2,7 %

– 1,5 %

– 0,8 %

– 0,5 %

Indiċi

100

116

153

174

183

Il-fluss tal-flus (EUR)

– 3,1 %

– 1,3 %

0,3 %

1,5 %

0,6 %

Indiċi

100

158

211

248

221

Investimenti (EUR)

3 204 173

1 851 350

1 300 200

1 464 117

1 673 643

Indiċi

100

58

41

46

52

Redditu fuq l-investimenti

– 13 %

– 16 %

– 9 %

– 8 %

– 6 %

Indiċi

100

82

130

141

153

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju (produtturi fil-kampjun)

(88)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. B'mod ġenerali, il-profittabilità tal-produtturi fil-kampjun tjiebet matul il-perjodu kkunsidrat minn bażi baxxa ferm ta' – 3,2 % biex laħqet punt ta' ekwilibriju fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni.

(89)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus nett wera xejra ugwali bħal titjib fil-profittabilità matul il-perjodu kkunsidrat, b'titjib sostanzjali f'dawn l-aħħar tliet perjodi sal-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni.

(90)

L-investimenti żdiedu bi 48 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huma jirrappreżentaw prinċipalment investimenti meħtieġa għall-manutenzjoni.

(91)

Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili kien negattiv imma tjieb mill-2011. Id-differenza f'termini ta' perċentwali fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn turi intensità ta' kapital iżjed baxxa tal-industrija tal-Unjoni u it-tnaqqis fl-assi netti minħabba l-livell limitat ta' investimenti.

(92)

F'kuntest ekonomiku kkaratterizzat b'aċċess ristrett għall-finanzjament, speċjalment għall-industriji relatati mas-settur tal-kostruzzjoni, u b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità tagħha biex iżżid il-kapital ġdid kienet limitat ħafna.

4.2.5.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping

(93)

L-investigazzjoni stabbilixxiet probabilità ta' rikorrenza ta' dumping f'marġini sinifikanti. Għalhekk, id-daqs ma jistax jitqies negliġibbli.

4.2.6.   L-irkupru minn dumping tal-passat

(94)

Il-makroindikaturi eżaminati hawn fuq juru li, minkejja li l-miżuri antidumping parzjalment kisbu r-riżultat mistenni minnhom, jiġifieri li jneħħu l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni, l-industrija xorta waħda għadha f'sitwazzjoni ferm fraġli u vulnerabbli. Fil-fatt, matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni naqas bi 12 %, il-volum tal-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fl-UE naqas bi 12 % u l-impjiegi naqsu b'20 %. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf. Għalhekk, ma seta jiġi stabbilit ebda rkupru attwali mid-dumping tal-passat u l-Kummisjoni tqis li l-industrija tal-Unjoni tibqa' ferm vulnerabbli għall-effetti ta' ħsara ta' kull importazzjoni oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni.

5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(95)

L-indikaturi prinċipali tal-ħsara wrew xejra negattiva, relatata mal-impatt tal-kriżi esperjenzata fis-settur tal-kostruzzjoni. B'hekk, il-konsum, il-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(96)

Madankollu, il-miżuri kienu effettivi biex jgħinu lill-industrija tal-Unjoni biex tegħleb din il-kriżi u tagħmel sforz sinifikanti ta' ristrutturar materjalizzat permezz ta' tnaqqis tal-kapaċità ta' produzzjoni u l-forza tax-xogħol.

(97)

Sinjali ta' titjib tfaċċaw fl-aħħar snin tal-perjodu kkunsidrat fejn żieda fil-produttività u l-użu tal-kapaċità jistgħu jiġu osservati. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-produzzjoni tressqu qrib il-prezz medju tal-bejgħ.

(98)

Madankollu, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha fraġli. Filwaqt li bosta indikaturi finanzjarji tjiebu, għadhom ma laħqux livell sostenibbli. Il-konsum u l-prezzijiet jibqgħu baxxi u hemm sinjali ta' kapaċità żejda persistenti fl-Unjoni.

(99)

Il-miżuri antidumping laħqu parzjalment l-għan tagħhom billi neħħew ftit mill-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni bħala konsegwenza ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping miċ-Ċina. Filwaqt li indikaturi finanzjarji bħall-profitabilità u r-redditu fuq l-investiment tjiebu matul il-perjodu kkunsidrat, dawn jibqgħu negattivi. Il-fluss tal-flus tjieb ukoll u sar ftit aktar pożittiv. Għaldaqstant huwa ċar li l-industrija tal-Unjoni għadha ma rkupratx b'mod sħiħ mill-effetti ta' dumping tal-passat, u għadha f'sitwazzjoni fraġli, u għalhekk vulnerabbli ħafna għal kull rikorrenza ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(100)

Anki jekk is-sitwazzjoni fraġli tal-industrija tal-Unjoni tqieset bħala ħsara materjali, dan ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet miċ-Ċina li tirrappreżenta sehem mis-suq ta' inqas minn 1 % tas-Suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' pressjoni tal-prezzijiet miċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm is-sehem mis-suq u tnaqqas it-telf tagħhom.

F.   IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA

1.   Kumment preliminari

(101)

Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet, iżda għadha fraġli. Matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien negliġibbli. Fl-istess ħin, kif spjegat fil-premessi minn (20) sa (54) hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li kien hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

2.   L-impatt tal-volum proġettat tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tħassir tal-miżuri

(102)

Il-Kummissjoni vvalutat il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu jekk il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa jitħallew jiskadu, jiġifieri l-impatt potenzjali tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(103)

Din l-analiżi ffukat fuq l-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-mod ta' kif qed jipprezzaw meta jesportaw lejn pajjiżi oħra.

(104)

Kif stabbilit fil-premessa (46) hawn fuq, il-kapaċità żejda totali għall-produzzjoni ta' wajers u swiegli PSC fiċ-Ċina kien stmata għal madwar 1,7 miljun tunnellata fl-2013. Dan l-ammont qabeż bil-kbir il-konsum totali tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

(105)

Jista' jiġi konkluż b'mod raġonevoli li, jekk il-miżuri jiġu revokati, mill-inqas parti minn din il-kapaċità żejda, b'kull probabbiltà, tkun diretta lejn is-suq tal-Unjoni.

(106)

F'dan ir-rigward, kif osservat fil-premessa (48) hawn fuq, qabel il-miżuri attwalment fis-seħħ kienu imposti, importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b'seba' darbiet fi żmien tliet snin, u laħqu madwar 87 000 tunnellata, jiġifieri 8,2 % tal-konsum matul l-investigazzjoni oriġinali jew 17 % tal-konsum attwali tas-suq tal-Unjoni. Dan juri l-abbiltà tal-importazzjonijiet Ċiniżi li malajr jippenetraw is-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta' miżuri.

(107)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (65) hawn fuq, il-prezzijiet ta' importazzjoni Ċiniżi mingħajr dazji antidumping x'aktarx iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'marġni sinifikanti (47 %). Din il-marġni għolja ta' twaqqigħ probabli ibbażata fuq tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, tagħmel is-suq tal-Unjoni aktar attraenti mis-swieq ta' pajjiżi terzi oħra għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. Tabilħaqq, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet ogħla minn dawk lejn pajjiżi terzi filwaqt li għadhom qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(108)

Fuq din il-bażi, il-Kummisjoni kkonkludiet li, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi x'aktarx li jżidu l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, u b'hekk iwasslu biex id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni jmur għall-agħar.

3.   Konklużjoni

(109)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni, jiġifieri l-kapaċità żejda, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u l-livelli tal-prezzijiet mistennija tal-importazzjonijiet Ċiniżi, huwa kkunsidrat li t-tħassir tal-miżuri aktarx iwassal għal rikorrenza ta' dannu u jkompli jiddeterjora s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-probabbiltà ta' żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet dumped li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(110)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament ta' kull wieħed mill-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

(111)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-veduti tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(112)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping u dannu, eżistewx raġunijiet konvinċenti li wasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(113)

L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li kien hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu materjali jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jitħallew jiskadu.

(114)

Jekk il-miżuri jinżammu huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni se tkun kapaċi tagħmel ristrutturar u eventwalment ittejjeb il-profittabilità tagħha.

(115)

Għaldaqstant, il-Kummisjoni kkonkludiet li l-miżuri fis-seħħ kontra ċ-Ċina jkunu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

2.   Interess ta' importaturi/kummerċjanti tas-suq

(116)

L-ebda importatur/kummerċjant ma ppreżenta ruħu wara l-pubblikazzjoni tal-Avviż ta' bidu.

(117)

Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li l-impożizzjoni tal-miżuri kellha impatt negattiv fuq l-attività tagħhom, l-importaturi m'humiex dipendenti fuq iċ-Ċina u jistgħu jiksbu wajers u swiegli PSC minn pajjiżi fornituri oħra bħat-Tajlandja u l-Afrika t'Isfel.

3.   Interess tal-fornituri

(118)

Tliet fornituri esprimew l-appoġġ tagħhom għall-miżuri. Tnejn minnhom kienu produtturi ta' vireg tal-wajer u kienu relatati mal-applikant. It-tielet kumpanija forniet lubrikant tal-ġbid tal-wajers u kimiki lill-industrija tal-Unjoni.

(119)

Il-virga tal-wajer mibjugħa lill-industrija tal-Unjoni tirrappreżenta proporzjon żgħir tal-fatturat tas-settur u r-revoka tal-miżuri, għalhekk, mhux mistenni li jkolla impatt sinifikanti fuq il-fornituri. Għalhekk, huwa fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li l-miżuri jitħallew.

4.   Interess tal-utenti

(120)

Tnax-il utent li ppreżentaw ruħhom f'din l-investigazzjoni biex jesprimu l-appoġġ tagħhom għall-miżuri, inkluża kumpanija waħda b'volum kbir ta' xiri tal-prodott simili.

(121)

L-ebda utent ma wieġeb b'mod sħiħ il-kwestjonarju tagħna. Madankollu, l-investigazzjoni inizjali stabbilit li wajers u swiegli PSC rrappreżentaw 5 % tal-ispiża ta' produzzjoni tagħhom u inqas minn 1 % ta' dak tal-klijenti aħħarin tagħhom.

(122)

Fin-nuqqas ta' miżuri dwar pajjiżi oħra minnbarra ċ-Ċina, l-utenti jkollhom aċċess għal sorsi alternattivi ta' provvista. Barra minn hekk, l-ikbar produtturi tal-Unjoni għandhom ishma tas-suq simili, li jżommu livell għoli ta' kompetizzjoni interna.

(123)

L-utenti li ppreżentaw ruħhom esprimew it-tħassib tagħhom li revoka tal-miżuri jiddestabilizza l-industrija tal-Unjoni u għalhekk jaffettwaw l-affidabilità tal-katina tal-provvista tagħhom. Huma qiegħdu valur ogħla fuq is-sigurtà tal-provvista minn iffrankar possibbli fl-ispejjeż.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(124)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li m' hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali kontra ċ-Ċina.

H.   IL-MIŻURI ANTIDUMPING

(125)

Minn dan ta' hawn fuq isegwi li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat (wajers u swiegli PSC) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, imposti bir-Regolament (KE) Nru 383/2009, għandhom jinżammu.

(126)

Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(127)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (6). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li wieħed juri li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż ta' informazzjoni dwar il-bidla fl-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(128)

Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' wajer tal-azzar mingħajr liga mhux ibbanjat jew mhux miksi, wajer tal-azzar mingħajr liga bbanjat jew miksi biż-żingu u wajer bis-swiegli tal-azzar mingħajr liga kemm jekk ibbanjat jew miksi u kemm jekk le b'mhux aktar minn 18-il wajer, li fihom 0,6 % bil-piż jew aktar ta' karbonju, b'dimensjoni ta' profil trasversali massima li taqbeż it-3 mm, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7217 10 90, ex 7217 20 90, ex 7312 10 61, ex 7312 10 65 u ex 7312 10 69 (il-kodiċi TARIC 7217109010, 7217209010, 7312106111, 7312106191, 7312106511, 7312106591, 7312106911 u 7312106991) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Is-swiegli galvanizzati (iżda mingħajr l-ebda kisja b'materjali oħra) b'seba' wajers li fihom id-dijametru tal-wajer ċentrali jkun identiku għal jew inqas minn 3 % akbar mid-dijametru ta' kwalunkwe wieħed mis-6 wajers l-oħra, m'humiex koperti mid-dazju antidumping definittiv.

2.   Ir-rata tad-dazju definittiv antidumping applikabbli għall-prezz liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u magħmulin mill-kumpaniji ta' hawn taħt tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju antidumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Kiswire Qingdao, Ltd, Qingdao

0 %

A899

Ossen Innovation Materials Co. Joint Stock Company Ltd, Maanshan, u Ossen Jiujiang Steel Wire Cable Co. Ltd, Jiujiang

31,1 %

A952

Il-kumpaniji l-oħra kollha

46,2 %

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati ta' dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, u tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura ta' dan it-tip, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 383/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jimponi dazju definittiv ta' antidumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers u swiegli tal-azzar mingħajr liga tal-prestressing u l-poststressing (wajers u swiegli PSC) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 118, 13.5.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 986/2012 tat-22 ta' Ottubru 2012 li jikkjarifika l-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 383/2009 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers u swiegel PSC li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 1).

(4)  ĠU C 270, 19.9.2013, p. 12

(5)  ĠU C 138, 8.5.2014, p. 33

(6)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office N105 08/170, 1040 Brussels, BELGIUM.


ANNESS

Stqarrija ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

1.

L-isem u l-pożizzjoni tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura kummerċjali.

2.

L-istqarrija li ġejja

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-[volum] ta' wajers u swiegli tal-PSC mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u s-sede reġistrata) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

Data u firma”


5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/866

tal-4 ta' Ġunju 2015

li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament anti-dumping bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku antisussidji”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRA

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi (“moduli”) bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “CCCME”) biex tppreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlu. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi serje ta' impenji fuq il-prezzijiet individwali għal kull produttur esportatur, li huwa, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinat mis-CCCME.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazji antidumping provviżorji. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 biex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju.

(4)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE) Nru 1238/2013 (6), impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli u ċelloli li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. (“il-prodotti kkonċernati”) Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE) Nru 1239/2013 (7), impona wkoll dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat.

(5)

Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8) l-aċċettazzjoni tal-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka b'mod partikolari lista tal-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, inkluż:

(a)

CSI Solar Power (China) Inc., Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc., u CSI Cells Co. Ltd flimkien mal-kumpanija relatata magħhom fl-Unjoni Ewropea b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B805 (“Canadian Solar”);

(b)

ET Solar Industry Limited u ET Energy Co. Ltd flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni Ewropea, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B819 (“ET Solar”); kif ukoll

(c)

Renesola Zhejiang Ltd u Renesola Jiangsu Ltd flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni Ewropea, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B921 (“ReneSola”).

(6)

Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9) il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-grupp tal-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodott kkonċernat kopert mill-impenn, jiġifieri moduli u ċelloli li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċi TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“prodotti koperti”). L-antidumping u d-dazji kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa “miżuri”.

B.   IT-TERMINI TAL-IMPENN LI ĠEW MIKSURA

(7)

Il-produtturi esportaturi qablu, li fost l-oħrajn, ma jbigħux il-prodott kkonċernat lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni taħt ċertu prezz minimu ta' importazzjoni (“l-MIP”), fil-livell annwali assoċjat mal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni stipulati fl-impenn.

(8)

L-impenn jikkjarifika wkoll, f'lista mhux eżawrjenti, dak li jikkostitwixxi ksur tal-impenn. Il-lista tinkludi, b'mod partikolari, arranġamenti ta' kumpens mal-klijenti tagħhom, u dikjarazzjonijiet qarrieqa rigward l-oriġini tal-prodott ikkonċernat jew l-identità tal-esportatur.

(9)

Il-produtturi esportaturi impenjaw ruħhom ukoll biex ma jbigħux prodotti ħlief il-prodott kopert, immanifatturat jew ikkummerċjalizzat minnhom b'żieda tal-limitu perċentwali żgħir tal-valur totali tal-bejgħ tal-prodott kopert mill-impenn lill-istess klijenti li jbigħulhom il-prodott kopert. (“il-limitu parallel tal-bejgħ”).

(10)

L-impenn jobbliga wkoll lill-produtturi esportaturi biex fuq bażi trimestrali jipprovdu lill-Kummissjoni b'tagħrif ddettaljat dwar il-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom lejn u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni (iktar 'il quddiem ir-“rapporti trimestrali”). Dan ifisser li d-dejta ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta, u korretta u li t-tranżazzjonijiet rappurtati huma totalment konformi mat-termini tal-impenn.

(11)

Bil-għan li jiżguraw konformità mal-impenn, il-produtturi esportaturi ntrabtu wkoll li jippermettu żjarat ta' verifika fil-post fil-proprjetà tagħhom biex tiġi vverifikata l-eżattezza u l-kompletezza tad-dejta ppreżentata lill-Kummissjoni fir-rapporti msemmija ta' kull tliet xhur u li jipprovdu t-tagħrif kollu meqjus bħala meħtieġ mill-Kummissjoni.

C.   IT-TERMINI TAL-IMPENN LI JIPPERMETTU L-IRTIRAR MILL-KUMMISSJONI FIN-NUQQAS TA' KSUR

(12)

L-impenn jistipula wkoll li l-Kummissjoni tista' tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn f'kullħin matul il-perjodu ta' żmien ta' applikazzjoni tagħha jekk il-monitoraġġ u l-infurzar imma jkunux prattikabbli.

(13)

L-impenn jistipula wkoll li t-tħaddin tal-impenn mill-Kummissjoni huwa bbażat fuq il-fiduċja u kull azzjoni li tista' tagħmel ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja stabbilita mal-Kummissjoni tiġġustifika l-irtirar tal-impenn.

D.   MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI

(14)

Filwaqt li tissorvelja l-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi esportaturi li kienet rilevanti għall-impriża. Is-sejbiet elenkati fil-Premessi minn (15) sa (32) hawn taħt jindirizzaw il-problemi identifikati għal Canadian Solar, ET Solar u ReneSola, li jobbligaw lill-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal dawn it-tliet produtturi esportaturi.

E.   RAĠUNIJIET GĦALL-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENJI

(i)   Canadian Solar

(15)

Canadian Solar pprovdiet ċerti benefiċċji lil diversi klijenti, li ma ġewx elenkati fir-rapporti trimestrali Il-Kummissjoni analizzat dawn il-benefiċċji mhux irrapportati u kkonkludiet li Canadian Solar kisret l-obbligu ta' rappurtar li għandha skont l-impenn.

(16)

Analiżi ulterjuri ta' dawn il-benefiċċji mhux irrapportati wasslet għall-konklużjoni li Canadian Solar kisret ukoll l-obbligu li tirrispetta l-MIP, peress li t-tnaqqis ta' dawn il-benefiċċji mill-prezz tal-bejgħ fit-tranżazzjonijiet mal-klijenti kkonċernati naqsu dawk il-prezzijiet taħt l-MIP.

(17)

Canadian Solar għamlet wkoll bejgħ parallel ta' moduli koperti u mhux koperti mill-impenn lill-istess klijenti fl-istess sena ta' kalendarju. Dan sar permezz ta' bejgħ parallel lill-istess klijent, fuq skala kbira, ta', fuq naħa waħda, moduli importati fl-Unjoni mingħajr ma jkunu ġew soġġetti għall-miżuri u mbagħad maħżuna (permezz ta' modi varji) u, minn naħa l-oħra, il-prodott kopert. Dak il-bejgħ kien jaqbeż sostanzjalment il-limitu ta' bejgħ parallel awtorizzat mill-impenn. B'hekk, Canadian Solar kisret dak il-limitu.

(18)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-mudell ta' kummerċ u kkonkludiet li hemm riskju għoli ta' kumpens trasversali fejn il-prodotti koperti u mhux koperti mill-impenn jinbigħu lill-istess klijenti b'mod partikolari fejn il-bejgħ seħħ fi kwantitajiet sinifikanti bħal dawn.

(19)

Canadian Solar użat ukoll mudell ta' negozju mhux relatat mal-manifattur ta' tagħmir oriġinali (original equipment manufacturer, “OEM”). Li l-OEM immonta moduli għal Canadian Solar f'pajjiż terz, allegatament bl-użu ta' ċelluli minn pajjiż terz ieħor. Importazzjonijiet ta' moduli minn Canadian Solar, li l-OEM fl-Unjoni mhumiex soġġetti għall-impenn, peress li l-impriża tkopri biss il-bejgħ dirett mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet u l-bejgħ, kif ukoll l-OEM, għalhekk jaqgħu barra l-ambitu tal-monitoraġġ mill-Kummissjoni.

(20)

Il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-mudell ta' kummerċ fuq il-prattikabbiltà tal-impenn. Il-Kummissjoni kkonkludiet li għalkemm limitat fl-ambitu, dan l-OEM, fil-forma preżenti tiegħu jagħmel il-monitoraġġ tal-impenn ta' Canadian Solar imprattikabbli.

(ii)   ET Solar

(21)

ET Solar biegħet il-prodott kopert mill-impenn bħala parti mill-bejgħ ta' parks solari kompluti. L-importazzjonijiet tal-prodott kopert lejn l-Unjoni kienu elenkati fir-rapporti ta' trimestrali ta ET Solar, iżda l-ebda bejgħ ta' moduli parks solari jew bħala parti ta' pannelli solari (solar parks) jew bħala parti minn parks solari ma kien. ET Solar kienet madankollu obbligata, skont l-impenn li tirrapporta dak il-bejgħ. Meta kien hemm bejgħ ta' park solari, ET Solar kienet tbigħ lott ta' oġġetti u servizzi: il-moduli installati fil-park, il-bqija tat-tagħmir meħtieġ għall-park, u s-servizz ta' bini tal-park u l-konnessjoni tiegħu mal-grilja.

(22)

Barra minn hekk, il-bejgħ ta' parks solari kompluti jikkostitwixxi bejgħ parallel tal-prodott kopert u prodotti u servizzi mhux koperti mill-impenn lill-istess klijenti. Dak il-bejgħ kien jaqbeż sostanzjalment il-limitu ta' bejgħ parallel awtorizzat mill-impenn. B'hekk, ET Solar kisret dan il-limitu.

(23)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-mudell ta' kummerċ u kkonkludiet li hemm riskju għoli ta' kumpens trasversali fejn il-prodott kopert u mhux kopert mill-impenn jinbigħu lill-istess klijenti b'mod partikolari fejn il-bejgħ seħħ fi kwantitajiet sinifikanti bħal dawn.

(24)

Barra minn hekk, ET Solar mhijiex kapaċi turi li l-MIP huwa rispettat fil-bejgħ ta' parks solari kompluti, minħabba li ma hemmx prezz tal-bejgħ per se għall-moduli peress li l-klijent iħallas biss prezz totali għall-installazzjoni u l-ebda spjega oħra kredibbli tal-prezz tal-moduli, tagħmir u servizzi oħra ma ngħatat.

(25)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-mudell ta' kummerċ u kkonkludiet ukoll li dan jagħmel il-monitoraġġ tal-impenn ta' ET Solar imprattikabbli.

(iii)   ReneSola

(26)

Il-mudell tan-negozju ta' ReneSola, minbarra li juża l-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħhom fir-RPĊ, jiddependi fuq netwerk estensiv tal-OEMs mhux relatati f'pajjiżi terzi u fl-Unjoni sabiex jgħaqqdu l-moduli għalihom. Dawn l-OEMs jużaw ċelloli ta' oriġini differenti, inklużi ċelloli li joriġinaw minn jew li jintbagħtu mir-RPĊ. F'għadd ta' każijiet dawk iċ-ċelloli huma importati, fil-pajjiżi terzi u l-Unjoni permezz ta' kumpaniji relatati li jinsabu f'pajjiżi terzi differenti.

(27)

L-importazzjonijiet ta' moduli minn dawk l-OEMs f'pajjiżi terzi u l-bejgħ ta' moduli immuntati mill-OEM fl-Unjoni mhumiex soġġetti għall-impenn peress li l-impenn jippermetti biss bejgħ dirett mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet u l-bejgħ, kif ukoll l-OEMs, għalhekk jaqgħu barra l-ambitu tal-monitoraġġ mill-Kummissjoni.

(28)

Il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-mudell ta' kummerċ u kkonkludiet li dan jagħmel il-monitoraġġ tal-impenn ta' ReneSola imprattikabbli.

(29)

Barra minn hekk, ReneSola fir-rapporti trimestrali pprovdiet informazzjoni qarrieqa dwar transazzjonijiet lill-importatur relatat fl-Unjoni. It-tranżazzjonijiet relatati mar-rekords spezzjonati fil-post ma jaqblux mal-bejgħ mill-esportazzjoni rrappurtat lill-Kummissjoni minn ReneSola taħt l-impenn. Verifika ulterjuri stabbiliet li ReneSola ma rrappurtatx il-kanċellazzjonijiet jew modifiki ta' għadd kbir ta' konsenji lejn dak l-importatur.

(30)

Il-Kummissjoni analizzat dawn l-inkonsistenzi bejn ir-rapporti ta' impenn ta' ReneSola u tranżazzjonijiet tal-bejgħ attwali u kkonkludiet li ReneSola kisret l-obbligu ta' rappurtar li għandha skont l-impenn.

(iv)   Konklużjonijiet

(31)

Is-sejbiet ta' ksur tal-impenn u l-imprattikabbiltà stabbiliti għal Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola għandhom bżonn l-irtirar tal-aċċettazzjonijiet tal-impenn għal dawk it-tliet produtturi esportaturi skont l-Artikolu 8(7) u (9) tar-Regolament bażiku antidumping, l-Artikolu 13(7) u (9) tar-Regolament bażiku antisussidji, u skont it-termini tal-impenn.

(32)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' azzjonijiet minn Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola elenkati fil-Premessi minn (15) sa (30) hawn fuq dwar ir-relazzjonijiet tagħhom ta' fiduċja stabbilita mal-Kummissjoni fuq l-aċċettazzjoni tal-impenn. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kombinazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet għamlu ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja ma' dawn it-tliet produtturi esportaturi. Għalhekk, din l-akkumulazzjoni ta' ksur tiġġustifika wkoll l-irtirar ta' aċċettazzjonijiet tal-impenn għal dawn it-tliet produtturi esportaturi skont it-termini tal-impenn.

F.   VALUTAZZJONI ĠENERALI TA' PRATTIKABILITÀ TAL-IMPENN

(33)

L-impenn jistipula li ksur minn xi produttur esportatur individwali ma jwassalx awtomatikament għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni tevalwa l-impatt ta' xi ksur partikolari fuq il-prattikabilità tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

(34)

Għalhekk il-Kummissjoni vvalutat l-impatt ta' ksur minn Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola dwar il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

(35)

Ir-responsabbiltà għal dan il-ksur hija biss tat-tliet produtturi esportaturi inkwistjoni; il-monitoraġġ u l-verifiki ma żvelaw l-ebda ksur sistematiku minn numru kbir ta' produtturi esportaturi jew mis-CCCME.

(36)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-funzjonament ġenerali tal-impenn ma jiġix affettwat u li ma hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME.

G.   SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ

(37)

Partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jressqu kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji. Canadian Solar, ET Solar u ReneSola ppreżentaw kummenti u nstemgħu. Is-CCCME pparteċipat ukoll fis-seduti ta' smigħ. Il-kummenti ġew ippreżentati minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-importaturi u l-utenti tal-prodott kopert u minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-produtturi tal-Unjoni ta' moduli u ċelloli solari.

(i)   Canadian Solar

(38)

Canadian Solar ikkontestaw li naqsu milli jirrapportaw ċerti benefiċċji li pprovdew lil diversi klijenti u li b'dan kisret l-MIP. Huma jargumentaw li huma ma kienu taħt l-ebda obbligu biex jirrapporta dawn il-benefiċċji, għal tliet raġunijiet:

(39)

L-ewwel, li dawn il-benefiċċji huma parti tal-ispejjeż ta' bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (selling, general and administrative expenses, “SG &A”) tal-entità Ċiniża tagħhom, u li kwalunkwe SG&A ma jistgħux, fl-istess ħin, jikkostitwixxu benefiċċju għax-xerrejja tal-prodott kopert. Dawn il-kategoriji għandhom ikunu reċiprokament esklussivi.

(40)

It-tieni, skont il-gwida maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni benefiċċji mħallsa biss minn kumpaniji relatati fl-Unjoni għandhom jkunu rapportati u mnaqqsa mill-prezz tal-bejgħ bħala benefiċċji.

(41)

It-tielet, li, f'kullkaż, dawn l-ispejjeż ma jikkostitwixxux benefiċċju għax-xerrejja tal-prodott kopert, minħabba li l-ħlasijiet jikkorrispondu għall-valur tas-suq tas-servizzi mogħtija.

(42)

Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti peress li Canadian Solar kient obligata li tirrapporta kull benefiċċju mogħti lill-konsumaturi u naqset li tagħmel dan. Dan minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(43)

L-ewwel, l-ebda eċċezzjoni għal benefiċċji kklassifikati bħala SG&A ma tissemma fl-impriża. L-SG&A jistgħu fl-istess ħin ikunu ta' benefiċċju għax-xerrej, fejn ix-xerrej jirċievi ħlas ta' spiża kklassifikata bħala SG&A.

(44)

It-tieni, l-argument ta' Canadian Solar jippresupponi li l-ħlasijiet li jikkorrispondu tabilħaqq għall-valur tas-suq ta' servizzi mogħtija. Canadian Solar ma pprovdiet l-ebda prova suffiċjenti f'dak ir-rigward. Barra minn hekk, anki jekk dawn ma jikkorrispondux mal-valur tas-suq, quod non, dan ma jfissirx li l-pagamenti taħt tali klassifikazzjoni ma jikkonferixxux benefiċċju lid-destinatarju, f'dan il-każ il-klijent ta' Canadian Solar, fejn hemm rabta ċara bejn il-prezz tax-xiri tas-servizz u l-bejgħ tal-prodott kopert.

(45)

It-tielet, Canadian Solar tikkwota l-linji gwida maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni barra mill-kuntest. Kuntrarjament għal dak li ssostni Canadian Solar, dawn l-ispejjeż jikkostitwixxu benefiċċji għax-xerrejja. Wieħed ma jistax joqgħod fuq il-fatt li huma msemmija biss bħala benefiċċji fi tweġiba għall-mistoqsija dwar kumpaniji relatati fl-Unjoni. Anzi, li jiġi eskluż li dawn l-ispejjeż jitħallsu minn entità Ċiniża jikkostitwixxi benefiċċji. Ma hemm l-ebda raġunament ekonomiku jew legali għat-trattament ta' dawn l-ispejjeż tal-entità Ċiniżi b'mod differenti mill-istess tip ta' spejjeż ta' kumpaniji relatati fl-Unjoni.

(46)

Ir-raba', il-gwida maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni għandha dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà li ma tistax torbot lill-Kummissjoni u li t-tweġibiet fil-gwida maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni mhumiex individwalizzati u bbażata fuq informazzjoni limitata. Għal dawn ir-raġunijiet, il-gwida ma għandha l-ebda valur vinkolanti għall-Kummissjoni.

(47)

Għalhekk il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha li Canadian Solar kisru l-obbligu ta' rappurtar tagħhom skont l-impenn u li kisru wkoll l-obbligu tagħhom li jirrispettaw l-MIP, peress li t-tnaqqis ta' dawn il-benefiċċji mill-prezz tal-bejgħ fit-tranżazzjonijiet mal-klijenti kkonċernati naqqsu dawn il-prezzijiet taħt l-MIP.

(48)

Canadian Solar iddefendew ukoll il-bejgħ parallel tagħhom ta' moduli koperti u mhux koperti mill-impenn lill-istess klijenti ta' hawn fuq li jaqbżu l-bejgħ limitu parallel awtorizzat mill-impenn.

(49)

Canadian Solar saħqet dwar dan id-dritt wara d-dħul fis-seħħ tal-impenn, l-ewwel biegħet il-ħażna tal-moduli li diġà kellha qabel l-impenn u li kienu diġà importati u approvati mid-dwana. Kien biss meta l-ħażna ġiet eżawrita li Canadian Solar biegħet prodotti koperti mill-impenn lill-istess klijenti.

(50)

Canadian Solar barra minn hekk issostni li l-klijenti li xtraw moduli OEM magħmula f'pajjiżi terzi u mibgħuta minnhom qatt ma nbigħulhom prodotti koperti mill-impenn.

(51)

Barra minn hekk, Canadian Solar tirreferi għal dokument ta' gwida maħruġ mis-CCCME, skont liema ċelloli u moduli oħra apparti dawk koperti mill-impenn ma jikkwalifikawx bħala “kwalunkwe tip ieħor ta' prodott magħmul jew ikkummerċjalizzat mill-kumpanija”. Huma jsostnu li kien biss permezz ta' e-Mail tat-12 ta' Diċembru 2013 li s-servizzi tal-Kummissjoni wrew l-oppost biċ-ċar.

(52)

Fl-aħħar nett, Canadian Solar ssostni li l-bejgħ tagħha ta' prodotti importati u rilaxxati mid-dwana u mbagħad maħżuna mingħajr ma ġew soġġetti għall-miżuri huma esklużi mill-obbligi skont l-impenn, li huma biegħu moduli mhux koperti mill-impenn bi prezz simili tal-MIP, u li huma l-ewwel illikwidaw l-istokks u biss wara dan biegħu l-prodott kopert. Għal dawn ir-raġunijiet, huma ma jarawx riskju ta' kumpens trasversali.

(53)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dawn l-argumenti. Minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-Premessa (46) hawn fuq, il-gwida msemmija minn Canadian Solar ma tistax torbot lill-Kummissjoni. Huwa ċar mill-kliem u l-iskema ġenerali tal-impenn li l-produttur esportatur ma jistax ibigħ lill-istess klijent ċelloli u moduli koperti mill-impenn u ċelloli u moduli li mhumiex koperti mill-impenn ta' hawn fuq, il-limitu ta' bejgħ parallel awtorizzat mill-impenn.

(54)

Dan japplika wkoll f'sitwazzjonijiet fejn moduli ġew impurtati u rilaxxati mid-dwana mingħajr ma jkunu ġew soġġetti għall-miżuri u mbagħad inħażnu. F'każ ta' bejgħ parallel ta' moduli, ir-riskju ta' kumpens trasversali huwa saħansitra akbar milli fil-każ ta' bejgħ parallel ta' prodotti oħra.

(55)

Il-Kummissjoni mhix obbligata tipprova l-eżistenza ta' kumpens trasversali, iżda biss li turi li hemm riskju ta' kumpens trasversali minn xi produttur esportatur partikolari. Id-dispożizzjonijiet tal-impenn għandhom l-għan li jipprevjenu l-possibbiltà ta' kumpens trasversali, minħabba li huwa impossibbli li jiġi ssorveljat il-prezz li bih prodotti mhux koperti mill-impenn jinbigħu. Fl-aħħar nett, l-e-Mail tat-12 ta' Diċembru 2013 ma ħoloqx sitwazzjoni legali ġdida, iżda kkonfermat biss il-kitba tal-impenn.

(56)

Canadian Solar ikkonfermat fis-sottomissjoni ta' wara s-smigħ, li fl-2013, huma biegħu moduli li kienu impurtati u rilaxxati mid-dwana u mbagħad maħżuna mingħajr ma ġew soġġetti għall-miżuri. Fl-istess sena, l-istess klijenti kienu xerrejja tal-prodott ikkonċernat, u li l-valur tal-bejgħ ta' qabel huwa aktar minn marġinali. B'rabta mal-argument li Canadian Solar l-ewwel biegħet dawn il-moduli, u mbagħad il-prodott kopert biss, il-Kummissjoni tosserva li l-impenn ma fih ebda eċċezzjoni fuq il-bażi tal-ordni ta' bejgħ. Il-Kummissjoni għalhekk tiċħad dan l-argument.

(57)

Canadian Solar sostnew ukoll li huma importaw u reġgħu biegħu kwantitajiet limitati ta' moduli OEM wara d-dħul fis-seħħ tal-impenn, u li sadanittant, waqfu jixtru dawn il-prodotti għas-suq tal-Unjoni.

(58)

Canadian Solar ikkonfermat li l-strateġija tal-OEM ġiet żviluppata sabiex jadattaw il-mudell tan-negozju tagħhom għal l-impenn għaliex moduli tal-OEM intużaw għall-bejgħ ta' moduli inklużi fil-pakkett, fejn il-valur ta' prodotti oħra li jinsabu fil-pakkett jeċċedi l-bejgħ parallel awtorizzat mill-impenn.

(59)

Barra minn hekk, Canadian Solar issottomettew li ma biegħux moduli tal-OEM lill-konsumaturi li xtraw moduli koperti mill-impenn. Fl-aħħar nett, Canadian Solar issostni li l-Impenn ma jipprojbixxix il-bejgħ ta' moduli tal-OEM espliċitament.

(60)

Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti. Filwaqt li l-impenn tabilħaqq ma jirreferix b'mod espliċitu għall-bejgħ ta' moduli tal-OEM, dan il-bejgħ tal-OEM mhuwiex soġġett għall-impenn kif stipulat fil-premessa (19) hawn fuq. Għaldaqstant, il-bejgħ tal-OEM jaqa' barra mill-ambitu ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni.

(61)

Barra minn hekk, l-impenn jiddikjara b'mod ċar li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ lejn l-Unjoni mingħajr ġustifikazzjoni ekonomika oħra, ħlief l-evitar ta' miżuri għad-difiża tan-negozju, huwa ksur tal-impenn.

(62)

B'rabta ma' dan, l-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid ta' moduli tal-OEM fl-Unjoni minn Canadian Solar ikkostitwixxew bidla fix-xejra tal-kummerċ, maħsub biex jadatta x-xejra tal-kummerċ biex tevadi t-termini tal-impenn.

(63)

Barra minn hekk, ir-Regolament bażiku tal-antidumping u r-Regolament bażiku antisussidji ma fihom l-ebda rekwiżit għall-perċentwal minimu ta' bejgħ għall-valutazzjoni ta' ksur ta' impenn.

(64)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejba tagħha, li għalkemm limitat fl-ambitu, il-bejgħ tal-OEM għamel il-monitoraġġ tal-impenn ta' Canadian Solar imprattikabbli, u barra minn hekk, jikkostitwixxi ksur tal-impenn, peress li dan il-bejgħ biddel ix-xejra tal-kummerċ ta' Canadian Solar.

(65)

Fl-aħħar nett, Canadian Solar jisħqu li dejjem kienu konformi mar-regoli applikabbli u li ħadu l-passi neċessarji kollha biex b'mod xieraq jinterpretaw u jimplimentaw l-impenn. B'mod partikolari, huma jenfasizzaw li huma u l-konsulenti legali tagħhom għamlu iktar minn 50 talba lill-Kummissjoni u lis-CCCME sabiex ifittxu kjarifika dwar il-konformità ta' Canadian Solar mal-impenn, u li huma dejjem imxew ma' kull parir li rċevew.

(66)

Is-sottomissjonijiet ta' Canadian Solar ma jbiddlux il-valutazzjoni globali li l-akkumulazzjoni tas-sejbiet kollha għal Canadian Solar, għamlet il-ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja mal-Kummissjoni dwar l-imprattikabbiltà tal-impenn ta' Canadian Solar u, bħala tali jiġġustifikaw l-irtirar. Tabilħaqq, l-istrateġija kummerċjali ta' Canadian Solar maħsuba biex tnaqqas kemm jista' jkun il-kamp ta' applikazzjoni prattika tal-obbligi tagħha skont l-impenn, irrispettivament mill-għan tal-impenn u l-ħtieġa li tiġi ppreżervata r-relazzjoni ta' fiduċja.

(ii)   ET Solar

(67)

ET Solar indikat matul is-seduta li hi ma rrapportatx bejgħ tal-prodott kopert fejn il-bejgħ kien parti minn park solari. Barra minn hekk, hi spjegat li ħafna bejgħ li sar wara d-dħul fis-seħħ tal-impenn ikkonċerna moduli li kienu rilaxxati mid-dwana (iżda mhux mibjugħa) mingħajr ma kienu ġew soġġetti għall-miżuri. Huma spjegaw ukoll żball fl-ifformattjar u korrezzjoni minuri oħra. B'riżultat ta' dan, id-distakk bejn il-bejgħ fuq il-kotba tal-kumpanija u bejgħ irrapportat jista' jitqies marġinali.

(68)

ET Solar kkonfermat fl-istess waqt li naqset milli tirrapporta dawn l-allegati kwantitajiet marġinali ta' bejgħ lill-Kummissjoni, u li kwantitajiet sinifikanti ta' moduli solari kienu rilaxxati mid-dwana mingħajr ma kienu soġġetti għall-miżuri, iżda mhux mibjugħa qabel id-dħul fis-seħħ tal-impenn. Ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni dwar jekk il-klijenti li xtraw dawn il-moduli kenux l-istess li wara xtraw il-prodott kopert.

(69)

ET Solar sostniet ukoll li l-bejgħ ta' parks solari mhuwiex projbit skont l-impenn, peress li dawn huma prodotti integrati u kumplessi li għandhom jiġu ttrattati bħala unità waħda u, bħala tali, ma jaqgħux fid-definizzjoni tal-“prodott kopert”.

(70)

Għalhekk, ET Solar tqis li l-limitu ta' bejgħ parallel ta' “prodotti oħra” awtorizzat mill-impenn ma jgħoddx għall-bejgħ ta' parks solari, u tali bejgħ ma hemmx għalfejn jiġi rrapportat. Fl-istess waqt, huma kkonfermaw li kienu rrappurtati tranżazzjonijiet intragrupp li jwasslu għall-importazzjoni ta' prodotti koperti lejn l-Unjoni.

(71)

Il-Kummissjoni tiċħad l-argumenti ta' ET Solar għar-raġunijiet li ġejjin.

(72)

Id-daqs tal-ksur huwa irrilevanti. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-Premissa (63) hawn fuq, ir-Regolament bażiku tal-antidumping u r-Regolament bażiku antisussidji ma fihom l-ebda rekwiżit għall-perċentwal minimu ta' bejgħ għall-valutazzjoni ta' ksur ta' impenn.

(73)

Barra minn hekk, l-allegati kwantitajiet marġinali msemmija fil-Premessa (67) mhumiex negliġibbli, iżda jikkorrispondu għall-ammont imdaqqas ta' diversi kontejners sħaħ. Barra minn hekk, ET Solar ma setgħetx teskludi li kwantitajiet sinifikanti ta' moduli solari rrilaxxati mid-dwana mingħajr ma ġew soġġetti għall-miżuri nbigħu lill-istess klijenti li xtraw ukoll il-prodott kopert; Għalhekk, l-ispjegazzjonijiet ta' ET Solar juru li nksru wkoll ir-regoli dwar ir-riskju ta' kumpens trasversali.

(74)

Parks solari mibjugħa minn ET Solar jikkonsistu l-aktar f'moduli importati skont l-impenn. ET Solar kienet obbligata li tirrapporta l-bejgħ ta' dawn il-moduli skont l-impenn. Barra minn hekk, l-imenn jipprevedi b'mod ċar, mingħajr eċċezzjoni, li ma jkunx hemm aktar minn limitu perċentwali ta' bejgħ fuq “prodotti oħra” li jistgħu jinbiegħu lill-istess klijent biex jiġi evitat kumpens trasversali.

(75)

Għalhekk il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha, li ET Solar kisret l-impenn permezz ta' bejgħ ta' moduli solari lill-parks solari u billi naqset li tirrapporta dan il-bejgħ. B'hekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll il-konklużjonijiet dwar ksur tal-MIP u l-imprattikabbiltà tal-impenn ta' ET Solar.

(iii)   ReneSola

(76)

ReneSola sostniet li l-mudell tan-negozju tagħha, li bih tipproduċi moduli bl-użu ta' kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħha fir-RPĊ u netwerk estensiv ta' OEMs mhux relatati f'pajjiżi terzi u fl-Unjoni mhuwiex ġdid u ilu fis-seħħ qabel ma daħal fis-seħħ l-impenn. ReneSola argumentat li tali mudell ta' negozju ma kienx ġie espliċitament ipprojbit sa Novembru 2014.

(77)

ReneSola sostniet ukoll li hija lesta li timpenja ruħha li ma tbigħx moduli magħmula minn OEMs tagħha f'pajjiżi terzi fis-suq tal-Unjoni.

(78)

ReneSola madankollu esprimiet interess fl-użu tal-produzzjoni tal-OEM fl-Unjoni għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. ReneSola offriet li twettaq simplifikazzjoni tal-mudell ta' negozju tagħha li jagħmel il-monitoraġġ tal-impenn prattikabbli.

(79)

Sabiex tiġi evitata l-posssibiltà ta' kumpens trasversali, ReneSola offriet li tiżviluppa “internal firewall” jiġifieri li tipprojbixxi l-bejgħ minn sorsi differenti lill-istess kumpanija, lil kumpaniji fl-istess grupp, jew li tbigħ lil proġetti tagħha stess. ReneSola offriet ukoll li tiżgura li l-produtturi OEM tagħha fl-Unjoni jikkooperaw mal-Kummissjoni.

(80)

Il-Kummissjoni tirrifjuta dawn l-argumenti għar-raġunijiet li ġejjin.

(81)

Il-monitoraġġ ta' tali mudell tan-negozju tal-OEM estensiv jibqa' imprattikabbli kif diġà spjegat fil-Premessi minn (26) sa (28) hawn fuq. Minkejja l-impenji offruti minn ReneSola, l-użu ta' OEM fl-Unjoni jagħmel il-monitoraġġ tal-impenn imprattikabbli. L-attivitajiet ta' OEM, anki fl-Unjoni jaqgħu barra mill-ambitu tal-impenn, għalhekk jaqgħu barra mill-monitoraġġ tal-Kummissjoni.

(82)

L-argument ta' “internal firewall” ta' ReneSola ma kien appoġġat bl-ebda evidenza u spjegazzjoni ulterjuri. Barra minn hekk, il-kjarifika mogħtija f'Novembru 2014 ma timplikax li l-prattika estensiva ta' OEM ta' ReneSola ma kinietx qed tagħmel l-impenn imprattikabbli qabel. Dan jista' jiġi spjegat mill-fatt li ReneSola ma tikkontestax l-OEMs li jinsabu f'pajjiżi terzi jużaw tal-inqas parzjalment ċelloli li joriġinaw fir-RPĊ fil-produzzjoni tagħhom, kif wieħed jista' jara mill-verifika ta' qabel tad-dejta ppreżentata minn Renesola. Huwa imprattikabbli li tissorvelja li moduli li fihom dawn iċ-ċelloli ma ġewx fornuti fl-Unjoni.

(83)

ReneSola ppreżentat ukoll informazzjoni addizzjonali dwar konsenja bil-baħar partikolari li għaliha huma pprovdew informazzjoni qarrieqa fir-rapporti trimestrali tagħha. ReneSola sostniet li dan ma kienx intenzjonali u kien ikkawżat minn nuqqas ta' ftehim tal-impenn u forsi negliġenza. ReneSola sostniet ukoll li l-implimentazzjoni tal-impenn hija kkumplikata u ddikjarat li hemm obbligi ta' rappurtar separati fuq iċ-ċertifikati u l-fatturi tal-impenn, u kemm fil-proċess ta' rappurtar kif ukoll ta' rettifika, bosta partijiet huma involuti.

(84)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx dan l-argument għar-raġunijiet li ġejjin.

(85)

ReneSola għadha ma rretifikatx l-informazzjoni (kanċellazzjoni jew modifika ta' konsenji) pprovduta fir-rapporti tagħha trimestrali skont ir-rekords ta' tranżazzjonijiet.tal-importatur relatat magħhom. Għalhekk, ir-rapporti ta' ReneSola ma kenux jirriflettu t-tranżazzjonijiet tal-bejgħ veru.

(86)

ReneSola infurmat lis-CCCME dwar id-differenza sinifikanti tal-kwantità kkunsenjata u ċ-ċertifikat ta' impenn rilevanti, u talbet parir biex tirranġa s-sitwazzjoni biss wara ż-żjara fil-post mill-Kummissjoni.

(87)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni tal-ksur tal-impenn ta' ReneSola b'rappurtar mhux komplut u żbaljat tal-bejgħ.

(iv)   Kummenti minn partijiet interessati oħrajn

(88)

Waħda mill-partijiet interessati talbet lill-Kummisjoni biex tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għat-tliet produtturi esportaturi b'effett retroattiv mid-data tal-ewwel ksur dokumentat jew mill-inqas mill-bidu tal-eżerċizzju ta' verifika, biex tikkumpensa għad-danni lill-baġit tal-UE b'konsegwenza tad-dazji tal-importazzjoni evażi.

(89)

Il-Kummissjoni tiċħad din it-talba, minħabba li ma hemm l-ebda raġuni biex tinvalida kwalunkwe fattura tal-impenn maħruġa minn tliet produtturi esportaturi sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, li jista' jiġġustifika ġbir retroattiv tad-dazji.

(90)

Parti interessata oħra ħeġġet lill-Kummissjoni tippermetti għal perjodu transitorju qabel ma jibdew japplikaw id-dazju antidumping u dak kumpensatorju sabiex l-importaturi jeżegwixxu jew itemmu raġonevolment l-arranġamenti kuntrattwali eżistenti u jsibu fornituri alternattivi.

(91)

Il-Kummissjoni tiċħad din it-talba minħabba li skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji, fil-każ ta' rtirar ta' aċċettazzjoni tal-impenn, id-dazji antidumping jew kumpensatorji japplikaw awtomatikament u m'hemm l-ebda bażi legali għal kull perjodu transitorju.

(92)

Barra minn hekk, l-importatur huwa responsabbli kemm għall-ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni kif ukoll għar-regolarità tad-dokumenti ppreżentati minnu lill-awtoritajiet doganali. Il-konsegwenzi negattivi ta' atti illegali mal-imsieħba kuntrattwali tagħha ma jistgħux jiġu sostnuti mill-Unjoni. Il-possibbiltà li impenn ta' prezz jista' jiġi rtirat huwa riskju kummerċjali inerenti fin-negozju tal-importazzjoni.

(v)   Konklużjoni

(93)

Minkejja s-sottomissjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejbiet tagħha dwar ksur tal-impenn u l-imprattikabbiltà stabbilita għal Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll il-konklużjoni li t-taħlita ta' azzjonijiet minn Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola elenkati fil-Premessi minn (15) sa (32) hawn fuq għamlu ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja ma' kull wieħed minn dawn it-tliet produtturi esportaturi.

(94)

Dik tiġġustifika l-irtirar ta' aċċettazzjonijiet tal-impenn għal dawn it-tliet produtturi esportaturi skont it-termini tal-impenn.

H.   L-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONI TA' DAZJI DEFINITTIVI

(95)

Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji, kif wkoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola tiġi rtirata.

(96)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji, id-dazju antidumping definittiv impost minn Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina jew jintbagħat mir-RPĊ u magħmul minn Canadian Solar (kodiċi addizzjonali TARIC: B805), ET Solar (kodiċi addizzjonali TARIC: B819), u ReneSola (kodiċi addizzjonali TARIC: B921) mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(97)

Għal skopijiet ta' informazzjoni t-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament telenka lill-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/657/UE mhijiex affettwata.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċċettazzjoni tal-impenn relatata ma' (i) CSI Solar Power (China) Inc., Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc., u CSI Cells Co. Ltd koperti b'mod konjunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B805; (ii) ET Solar Industry limitata u ET Energy Co., Ltd b'mod konġunt koperti bil-kodiċi addizzjonali TARIC B819; u (iii) ReneSola Zhejiang Ltd u ReneSola Jiangsu Ltd koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC B921 huwa b'dan irtirat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(3)  ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

(4)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(5)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(8)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(9)  ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.


ANNESS

Lista ta' kumpaniji:

Isem tal-kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

B800

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

B801

Anhui Titan PV Co. Ltd

B803

Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

B804

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd

Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd

Changzhou Youze Technology Co. Ltd

Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd

Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

B791

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD

B812

CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd

B813

CSG PVtech Co. Ltd

B814

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

B809

Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd

B810

Delsolar (Wujiang) Ltd

B792

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

B817

Era Solar Co. Ltd

B818

GD Solar Co. Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd

B821

Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

B850

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

B822

Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

B824

Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd

Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd

B825

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jetion Solar (China) Co. Ltd

Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd

Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd

B830

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

B836

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

B793

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

Hareon Solar Technology Co. Ltd

Taicang Hareon Solar Co. Ltd

Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd

Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd

Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd

B842

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

JingAo Solar Co. Ltd

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd

Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd

B794

Jinko Solar Co. Ltd

Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

B845

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

King-PV Technology Co. Ltd

B848

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd

B851

MOTECH (SUZHOU) RENEWABLE ENERGY CO. LTD

B852

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd

B856

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo Osda Solar Co. Ltd

B859

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd

B860

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

Phono Solar Technology Co. Ltd

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

B866

RISEN ENERGY CO. LTD

B868

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

B869

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai BYD Co. Ltd

BYD(Shangluo)Industrial Co. Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd

B872

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

B873

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shanghai ST Solar Co. Ltd

Jiangsu ST Solar Co. Ltd

B876

Shenzhen Sacred Industry Co.Ltd

B878

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Leshan Topray Cell Co. Ltd

B880

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

B879

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Suntech Power Co. Ltd

Suntech Power Co. Ltd

Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

Luoyang Suntech Power Co. Ltd

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

B796

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

B893

Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Xi'an LONGi Silicon Materials Corp.

Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd

B897

Years Solar Co. Ltd

B898

Yingli Energy (China) Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

B797

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co.Ltd

B900

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

B918

Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd

B919

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

B922

ZNSHINE PV-TECH CO. LTD

B923


5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/46


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/867

tal-4 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

46,1

MA

78,9

MK

71,9

TN

138,3

TR

80,1

ZZ

83,1

0707 00 05

AL

34,4

MK

40,6

ZZ

37,5

0709 93 10

TR

120,5

ZZ

120,5

0805 50 10

AR

109,6

BO

145,2

BR

107,1

TR

67,0

ZA

166,3

ZZ

119,0

0808 10 80

AR

177,9

BR

100,9

CL

158,5

NZ

147,3

US

180,8

ZA

133,1

ZZ

149,8

0809 10 00

TR

283,7

ZZ

283,7

0809 29 00

US

525,9

ZZ

525,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.