ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/850 tat-30 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
LINJI GWIDA |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
2.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/850
tat-30 ta' Jannar 2015
li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-ġibda fuq il-fondi proprji ma għandhiex tkun sporporzjonata f'termini ta' kemm id-distribuzzjonijiet fuq kull strument individwali tal-Grad 1 ta' Ekwita Komuni kif ukoll id-distribuzzjonijiet fuq il-fondi proprji totali tal-istituzzjoni. Għaldaqstant, l-idea ta' ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji għandha tiġi stabbilita billi jiġu pprovduti regoli li jkopru ż-żewġ aspetti. |
(2) |
Il-mandat dwar il-ġibda potenzjalment sproporzjonata fuq il-fondi proprji stabbilit fl-Artikolu 28(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jkoprix l-istrumenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 27 ta' dak ir-Regolament billi dawn huma eżenti bis-saħħa tal-Artikolu 28(1)(h)(iii) ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
It-tifsira tad-distribuzzjonijiet preferenzjali għandha tkun ibbażata fuq il-karatteristiċi tal-istrumenti li jirriflettu r-rekwiżiti tal-Artikolu 28(1)(h)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li ma għandu jkun hemm l-ebda trattament ta' distribuzzjoni preferenzjali rigward l-ordni tad-distribuzzjonijiet jew drittijiet preferenzjali oħrajn, inkluż għal distribuzzjonijiet preferenzjali tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni fir-rigward ta' strumenti oħrajn tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni. Billi l-Artikolu 28(1)(h)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiddistingwi bejn drittijiet preferenzjali għall-pagament ta' distribuzzjonijiet u preferenzi rigward l-ordni tal-pagamenti ta' distribuzzjoni, ir-regoli fuq distribuzzjonijiet preferenzjali għandhom ikopru ż-żewġ każijiet. |
(4) |
Għandhom japplikaw regoli differenti għall-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“kumpaniji mhux b'ishma konġunti”) jekk ikunu ġġustifikati minn karattersitiċi speċifiċi ta' strumenti bi dritt tal-vot u strumenti bla dritt tal-vot. Jekk id-detenturi tal-istrumenti bi dritt tal-vot biss ikunu jistgħu jinkitbu għall-ishma bla dritt tal-vot, allura ma jkun hemm l-ebda żamma ta' drittijiet tal-vot għad-detenturi tal-istrumenti bla dritt tal-vot. Għaldaqstant, id-distribuzzjoni differenzjata fuq l-istrument bla dritt tal–vot ta' kumpanija mhux b'ishma konġunti mhijiex immexxija min-nuqqas ta' dritt tal-vot bl-istess mod bħal għall-kumpaniji b'ishma konġunti. Barra minn hekk, meta jkun hemm limitu massimu fuq id-distribuzzjoni tal-istrument bi dritt tal-vot stabbilit skont il-liġi nazzjonali applikabbli, il-limiti mfassla għal kumpaniji b'ishma konġunti għandhom jinbidlu b'regoli oħrajn li jiżguraw in-nuqqas ta' dritt preferenzjali għall-pagament ta' distribuzzjonijiet. |
(5) |
Trattament differenti għal kumpaniji b'ishma konġunti huwa ġġustifikat biss jekk l-istituzzjonijiet preċedenti ma joħorġux strumenti kapitali b'distribuzzjoni multipla predeterminata stabbilita b'mod kuntrattwali jew fl-istatuti tal-istituzzjoni. Jekk jagħmlu dan, it-tħassib relatat mad-dritt preferenzjali għall-pagament ta' distribuzzjonijiet ikun l-istess bħal għal kumpaniji b'ishma konġunti u għaldaqstant għandu japplika l-istess trattament. |
(6) |
Dan ma għandux iwaqqaf lill-kumpaniji mhux b'ishma konġunti milli joħorġu strumenti kapitali oħrajn b'distribuzzjoni differenzjata sakemm juru li dawn l-istrumenti ma joħolqux dritt preferenzjali għal pagament ta' distribuzzjonijiet. Din id-dimostrazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-livell ta' distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot u l-livell ta' distribuzzjonijiet fuq it-total tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni. L-istituzzjoni għandha turi li l-livell tad-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot huwa baxx fil-konfront tal-istrumenti kapitali l-oħrajn u li l-proporzjon tal-ħlas fuq l-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni huwa baxx. |
(7) |
Sabiex il-kumpanija mhux b'ishma konġunti tivvaluta jekk il-livell tal-proprzjon tal-ħlas huwiex baxx, għandu jiġi stabbilit parametru referenzjarju. Sabiex jittieħed kont li l-proporzjonijiet tal-ħlas jistgħu jinbidlu skont ir-riżultat annwali, dan il-parametru referenzjarju għandu jkun ibbażat fuq il-medja matul il-ħames snin preċedenti. Minħabba n-novità tal-introduzzjoni ta' din ir-regola, u l-effett potenzjali tagħha fuq xi istituzzjonijiet, għandu jkun hemm dħul gradwali tar-regoli fuq il-kalkolu tal-proporzjoni tal-ħlas, fejn ikun meħtieġ. L-introduzzjoni tal-limiti fuq il-proporzjon tal-ħlas tista' tiddaħħal gradwalment matul l-ewwel ħames snin, b'applikazzjoni gradwali sa tmiem l-2017, filwaqt li r-regola għandha tkun implimentata bis-sħiħ mill-istituzzjonijiet kollha fl-2018. |
(8) |
Xi kumpaniji mhux b'ishma konġunti mhumiex kapaċi joħorġu strumenti li huma flessibbli daqs l-azzjonijiet ordinarji f'każ ta' rikapitalizzazzjoni ta' emerġenza, meta l-istituzzjonijiet ikunu soġġetti għal miżuri ta' intervent bikrija. F'dawk il-każijiet, jeħtieġ li dawk l-istituzzjonijiet joħorġu strumenti kapitali sabiex jiffaċilitaw l-irkupru; għaldaqstant, għandu jkun aċċettabbli għal dawk l-istituzzjonijiet, meta l-istrumenti bla dritt tal-vot ikunu normalment f'idejn id-detenturi ta' strumenti bi dritt tal-vot, sabiex ibigħu b'mod eċċezzjonali l-istrumenti bla dritt tal-vot anke lil investituri esterni. Barra minn hekk, l-istrumenti kapitali previsti għal rikapitalizzazzjoni ta' emerġenza għandhom jinkludu l-prospett ta' vantaġġ futur xieraq li jista' jinkiseb wara l-fażi ta' rkupru. Għaldaqstant, għandu jkun aċċettabbli li dawn l-istituzzjonijiet jaqbżu l-limiti imposti fuq il-proporzjon tal-ħlas wara l-fażi ta' rkupru sabiex jipprovdu l-potenzjal pożittiv għad-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni previst għall-finijiet tar-rikapitalizzazzjoni ta' emerġenza. |
(9) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b'mod konformi mal-liġi nazzjonali, jirrinunzjaw parzjalment jew bis-sħiħ għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet minn Tnejn sa Tmienja ta' dak ir-Regolament għall-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati ma' korp ċentrali. Barra minn hekk, skont l-istess Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tal-Partijiet minn Tnejn sa Tmienja ta' dak ir-Regolament għall-korp ċentrali fuq bażi individali meta l-obbligazzjonijiet jew l-impenji tal-korp ċentrali ijkunu garantiti bis-sħiħ mill-istituzzjonijiet affiljati. Fuq il-bażi ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jirrinunzjaw għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament għal strumenti kapitali intragrupp. L-awtoritajiet kompetenti wkoll għandhom ikunu kapaċi jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-Regolament fuq il-bażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata tal-istituzzjonijiet li jkunu fl-ambitu ta' dawn ir-rinunzji, speċjalment fir-rigward tal-kalkolu tal-proporzjon tal-ħlas. |
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni. |
(11) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(12) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 (3) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 241/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej: “Artikolu 7a Distribuzzjonijiet multipli li jikkostitwixxu ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji 1. Id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jitqiesu li ma jikkostitwixxux ġibda sproporzjonata fuq il-kapital meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:
2. Jekk il-kundizzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 1 ma tkunx issodisfata, l-ammont tal-istrumenti b'multiplu tad-dividend li jaqbeż il-livell limitu definit fih biss jitqies li jikkawża ġibda sproporzjonata fuq il-kapital. 3. Jekk l-ebda kundizzjoni tal-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1 ma tkun issodisfata, l-istrumenti kollha pendenti b'multiplu tad-dividend jitqiesu li jikkawżaw ġibda sproporzjonata fuq il-kapital.” |
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 7b li ġej: “Artikolu 7b Distribuzzjonijiet preferenzjali rigward id-drittijiet preferenzjali għal pagamenti ta' distribuzzjonijiet 1. Għall-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, distribuzzjoni fuq strument tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitqies bħala preferenzjali fir-rigward ta' strumenti oħrajn tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jekk ikun hemm livelli differenzjati ta' distribuzzjonijiet, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7a ta' dan ir-Regolament. 2. Għall-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, maħruġin minn istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk id-distribuzzjoni tkun multiplu tad-distribuzzjoni fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot u dik id-distribuzzjoni multipla tkun stabbilita b'mod kuntrattwali jew statutorju, id-distribuzzjonijiet jitqiesu bħala mhux preferenzjali jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:
3. Jekk il-kundizzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 2 ma tkunx issodisfata, l-ammont tal-istrumenti b'multiplu tad-dividend li jaqbeż il-livell limitu definit fih biss jiġi skwalifikat mill-Grad 1 ta' Ekwità Komuni. 4. Jekk l-ebda kundizzjoni tal-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 2 ma tkun issodisfata, l-istrumenti kollha pendenti b'multiplu tad-dividend jiġu skwalifikati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni. 5. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, fejn id-distribuzzjonijiet tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwita Komuni huma espressi, għall-istrumenti bi dritt tal-vot jew mingħajru, b'referenza għall-prezz tax-xiri mal-ħruġ tal-istrument, il-formuli jiġu adattati kif ġej, għall-istrumenti jew l-istrumenti li huma espressi b'referenza għall-prezz tax-xiri mal-ħruġ:
6. Għall-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, maħruġin minn istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk id-distribuzzjoni ma tkunx multiplu tad-distribuzzjoni fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot, id-distribuzzjonijiet jitqiesu bħala mhux preferenzjali jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 u ż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 8 jiġu ssodisfati. 7. Għall-finijiet tal-paragrafu 6, tapplika xi waħda mill-kundizzjonijiet (a) jew (b):
8. Għall-finijiet tal-paragrafu 6 biss, japplikaw dawn iż-żewġ definizzjonijiet:
9. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 7, id-drittijiet tal-vot ta' kull detentur uniku jitqiesu bħala limitati f'dawn il-każijiet:
10. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-perjodu ta' sena jitqies li jintemm fid-data tal-aħħar rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni. 11. L-istituzzjonijiet jivvalutaw il-konformità bil-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 7 u 8, u jinfurmaw lill-awtorità kompetenti dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tagħhom, għallinqas f'dawn is-sitwazzjonijiet:
12. Jekk il-kundizzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 8 ma tkunx issodisfata, l-ammont tal-istrumenti bla dritt tal-vot li d-distribuzzjonijiet għalihom jaqbżu l-limitu massimu ddefinit fihom jitqiesu li jinvolvu distribuzzjonijiet preferenzjali. 13. Jekk il-kundizzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 8 ma tiġix issodisfata, id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti kollha pendenti bla dritt tal-vot jitqiesu bħala preferenzjali sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2. 14. Jekk ma tkun issodisfata l-ebda kundizzjoni tal-paragrafu 7, id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti kollha pendenti bla dritt tal-vot jitqiesu bħala preferenzjali sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2. 15. Ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 7(a), jew ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 8, jew iż-żewġ rekwiżiti jistgħu jiġu rrinunzjati, kif xieraq, jekk iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
|
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu 7c kif ġej: “Artikolu 7c Kalkolu tal-proporzjon tal-ħlas għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 7b(8) 1. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 7b(8), l-istituzzjonijiet jagħżlu l-metodu deskritt fil-punt (a) jew il-punt (b) sabiex jikkalkulaw il-proporzjon tal-ħlas. L-istituzzjoni ssegwi l-metodu magħżul b'mod konsistenti maż-żmien.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-profitti jfissru l-ammont rapportat fir-Ringiela 670 tal-Mudell 2 tal-Anness III għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (*), jew, fejn applikabbli, l-ammont rapportat fir-Ringiela 670 tal-Mudell 2 tal-Anness IV għal dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju tal-istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. (*) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).”" |
(4) |
Jiddaħħal l-Artikolu 7d kif ġej: “Artikolu 7d Distribuzzjonijiet preferenzjali rigward l-ordni tal-pagamenti ta' distribuzzjoni Għall-finijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, distribuzzjoni fuq strument tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitqies bħala preferenzjali fir-rigward ta' strumenti oħrajn tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni u rigward l-ordni ta' pagamenti ta' distribuzzjoni jekk mill-inqas tiġi ssodisfata waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8)
2.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/8 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/851
tas-27 ta' Marzu 2015
li jemenda l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3), 7(3) u 20(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar 2015 biż-żona tal-art li tneħħewlha l-mini u li reġgħet bdiet tintuża għal attivitajiet agrikoli fl-2014, l-għadd ta' intitolamenti għall-pagament disponibbli lill-bdiewa fil-31 ta' Diċembru 2014 u l-ammont li baqa' ma ntefaqx fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini f'dik l-istess data. |
(2) |
Skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ammont li għandu jiżdied biex il-limiti massimi nazzjonali stipulati għall-Kroazja fl-Anness II ta' dak ir-Regolament għandu jiġi kkalkolat mill-Kummissjoni abbażi tad-data nnotifikata mill-Kroazja f'konformità mal- Artikolu 20(1) ta' dak ir-Regolament u l-istima tal-pagament dirett medju għal kull ettaru fil-Kroazja għas-sena kkonċernata. |
(3) |
Il-medja ta' pagamenti diretti għal kull ettaru għall-2015 għandha tkun ikkalkulata billi jiġi diviż il-limitu massimu nazzjonali għall-Kroazja fl-2015, titnaqqas b'ammont li ma ntefaqx f'riżerva speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-31 ta' Diċembru 2014, bl-għadd ta' intitolamenti għall-pagament disponibbli lill-bdiewa fl-istess data. L-ammont li għandu jiżdied mal-limitu massimu nazzjonali għall-2015 u għas-snin ta' wara jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-iskeda ta' żidiet inkrementali msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u jirrifletti li n-notifika tal-31 ta' Jannar 2015 tilħaq l-ammonti massimi ta' kull sena stabbiliti fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament għas-sena kalendarja 2015 'il quddiem. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 20(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Anness VI għal dak ir-Regolament għandu jiġi adattat sabiex fl-2014 jitqiesu l-konsegwenzi tal-użu tal-art għal attivitajiet agrikoli wara li tneħħewlha l-mini, kif innotifikat mill-Kroazja. |
(5) |
Għalhekk l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Peress li dan ir-Regolament huwa essenzjali għall-adozzjoni bla xkiel u f'waqtha tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tar- Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa xieraq li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
ANNESS
L-Annessi II, III u VI tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS II Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6
|
(2) |
L-Anness III jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS III Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 7
|
(3) |
L-Anness VI jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS VI Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Kroazja msemmijin fl-Artikoli 10 u 19
|
(*) Għall-Kroazja, il-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000.”
(**) Għall-Kroazja, il-limitu nett għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000.”
2.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/13 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/852
tas-27 ta' Marzu 2015
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u tal-każijiet ta' nuqqas ta' konformità serju mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd li jistgħu jwasslu għal interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagament jew għal sospensjoni tal-pagamenti tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 102 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kisba tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) ma għandhiex tiddgħajjef mill-Istati Membri li jiksru r-regoli tal-PKS. Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) tingħata bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jikkonformaw mar-regoli tal-PKS. In-nuqqas ta' konformità mill-Istati Membri mar-regoli tal-PKS jista' jwassal għall-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet jew għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont il-PKS. |
(2) |
L-Artikoli 83(1) u 142(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stipulaw il-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagament jew is-sospensjoni tal-pagamenti, rispettivament. Dawn iż-żewġ Artikoli jipprevedu li r-regoli speċifiċi għall-fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu bażijiet speċifiċi għall-interruzzjoni u s-sospensjoni marbuta man-nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli skont il-Politika Komuni tas-Sajd. |
(3) |
Sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha li jħallsu t-taxxa, fejn Stat Membru jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS jew fejn il-Kummissjoni għandha provi li jissuġġerixxu tali nuqqas ta' konformità, il-Kummissjoni hija awtorizzata, bħala miżura ta' prekawzjoni, li tinterrompi l-iskadenzi tal-pagamenti skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. |
(4) |
Minbarra l-interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagamenti u, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' pagament ta' nefqa ineliġibbli, il-Kummissjoni hija awtorizzata, skont l-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, li tissospendi l-pagamenti f'każijiet ta' nuqqas serju ta' konformità mar-regoli tal-PKS. |
(5) |
Il-konsegwenzi finanzjarji imposti fuq l-Istati Membri jekk dawn ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS, għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-gravità, id-dewmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità. |
(6) |
Sabiex tingħata ċertezza legali biex l-Istati Membri jimplimentaw programmi operazzjonali tal-FEMS, jeħtieġ li wieħed jiddefinixxi l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS li huma essenzjali għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li jistgħu jikkawżaw l-interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagament jew is-sospensjoni tal-pagamenti skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014. Dawk il-każijiet se jaqdu l-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u se jimplimentaw l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 mingħajr preġudizzju għal xi sanzjonijiet oħra imposti mir-regoli tal-PKS. |
(7) |
Il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS li huma essenzjali għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għandhom jitqiesu bħala serji, jekk l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li tagħti lok għal interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagament. |
(8) |
Qabel l-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikoli 100(2) u 101(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 li se jispeċifika aktar in-nuqqas ta' konformità tal-Istati Membri mal-obbligi tagħhom skont ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd li jista' jaffettwa n-nefqa li għaliha jintalab il-pagament interim. |
(9) |
Minħabba l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm mod armonizzat u trattament ugwali tal-operaturi fl-Istati Membri kollha mill-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Każijiet ta' nuqqas ta' konformità
Il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità minn Stat Membru mal-obbligi skont il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), li jistgħu jikkawżaw interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagament għal talba ta' pagament interim skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, huma stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Każijiet ta' nuqqas serju ta' konformità
Każijiet ta' nuqqas serju ta' konformità minn Stat Membru mal-obbligi tiegħu skont il-PKS, li jistgħu jwasslu għal sospensjoni ta' pagamenti skont l-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, għandhom ikunu dawk li huma elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament jekk, barra minn hekk:
(a) |
jistgħu jagħtu lok għal interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagament għal talba ta' pagament interim skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; kif ukoll |
(b) |
l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien il-perjodu ta' interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagament b'relazzjoni għal dawk il-każijiet. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
ANNESS
Kategorija 1: In-nuqqas ta' kontribut favur l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li huma essenzjali għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar
1.1. |
In-nuqqas li jiġi żgurat li huma rispettati l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istat Membru skont l-Artikoli 16-17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
1.2. |
In-nuqqas li jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fit-tipi differenti ta' miżuri ta' konservazzjoni elenkati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
Kategorija 2: In-nuqqas li jintlaħqu l-obbligi internazzjonali dwar il-konservazzjoni
2.1. |
In-nuqqas li jintlaħqu l-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
Kategorija 3: In-nuqqas li jiġi żgurat li l-flotta hija f'bilanċ mar-riżorsi naturali
3.1. |
In-nuqqas li jiġi sottomess ir-rapport dwar il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd tal-flotta u l-opportunitajiet tas-sajd li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
3.2. |
In-nuqqas li jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni skont l-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jekk pjan bħal dan ikun inkluż fir-rapport sottomess kull sena; |
3.3. |
In-nuqqas li jiġi żgurat li f'każ ta' kapaċità tas-sajd irtirata mill-finanzi pubbliċi, ikunu rtirati minn qabel il-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd rispettivi u ma tkunx sostitwita l-kapaċità kif imsemmi fl-Artikoli 22(5) u 22(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
3.4. |
In-nuqqas li jiġi żgurat li l-kapaċità tas-sajd ma taqbiżx, fi kwalunkwe ħin, il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 22(7) u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
3.5. |
In-nuqqas li tiġi implimentata skema ta' dħul/ħruġ skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
3.6. |
In-nuqqas li jiġi ġestit ir-reġistru tal-flotta tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 (1). |
Kategorija 4: In-nuqqas li jiġi implimentat qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data f'konformita mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 kif speċifikat aktar fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (2) li jirriżulta fIn-nuqqas ta' informazzjoni dwar riżorsi naturali
4.1. |
In-nuqqas li tinġabar u tiġi ġestita data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika meħtieġa għal ġestjoni tas-sajd kif stabbilit fl-Artikoli 4, 13 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008; |
4.2. |
In-nuqqas li kull sena jiġi sottomess ir-rapport dwar l-eżekuzzjoni ta' programmi ta' ġbir ta' data nazzjonali u biex dan ir-rapport isir disponibbli pubblikament kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008; |
4.3. |
In-nuqqas li tiġi żgurata koordinazzjoni nazzjonali tal-ġbir u l-ġestjoni tad-data xjentifika għall-ġestjoni tas-sajd kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008; |
4.4. |
In-nuqqas li jiġu kkoordinati l-attivitajiet ta' ġbir tad-data ma' Stati Membri oħra fl-istess reġjun kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008; |
4.5. |
In-nuqqas li tiġi pprovduta data lill-utenti finali fil-waqt f'konformità mal-Artikoli 18 sa 20 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. |
Kategorija 5: In-nuqqas li titħaddem sistema effikaċi ta' kontroll u ta' infurzar
5.1. |
In-nuqqas li jiġu rispettati l-prinċipji ġenerali ta' kontroll u ta' infurzar skont it-Titolu II tar Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3); |
5.2. |
In-nuqqas li jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet ġenerali għall-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi skont it-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 huma rispettati; |
5.3. |
In-nuqqas ta' kontroll effettiv tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex tkun żgurata r-rintraċċabilità tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura, skont it-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
5.4. |
In-nuqqas li jitwettqu sorveljanza u spezzjonijiet effettivi, u biex tiġi żgurata azzjoni ta' infurzar sistematika u adegwata fir-rigward ta' kwalunkwe ksur tar-regoli tal-PKS, skont it-Titoli VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
5.5. |
In-nuqqas li jiġu stabbiliti u implimentati programmi ta' azzjoni ta' kontroll nazzjonali skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u, meta rilevanti, biex jitwettqu programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni skont it-Titolu IX ta' dak ir-Regolament; |
5.6. |
In-nuqqas ta' kooperazzjoni mal-Kummissjoni sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq ta' kompiti tal-uffiċjali tal-Kummissjoni waqt il-missjonijiet tagħhom ta' verifikazzjoni, spezzjonijiet awtonomi u verifiki skont it-Titolu X tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
5.7. |
In-nuqqas li jiġu implimentati l-miżuri li ġew deċiżi mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konformità mill-Istati Membri mal-għanijiet tal-PKS, bħal pjanijiet ta' azzjoni u ta' kull miżura oħra b'konformità mat-Titolu XI tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
5.8. |
In-nuqqas li jintlaħqu r-rekwiżiti fir-rigward tal-analiżi, il-validazzjoni, l-aċċess u l-iskambju tad-data u tal-informazzjoni, skont it-Titolu XII tar-Regolament 1224/2009; |
5.9. |
In-nuqqas li tiġi kkontrollata l-implimentazzjoni ta' skema effettiva ta' ċertifikazzjoni tal-qabda stipulata wkoll fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (4); |
5.10. |
In-nuqqas ta' reazzjoni dwar attivitajiet tas-sajd illegali allegati mhux rapportati u mhux regolati (IUU) skont l-Artikolu 26(3), 39 u 40 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 |
Kategorija 6: In-nuqqas li tiġi stabbilita u titħaddem sistema funzjonali ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi
6.1. |
F'każ ta' ksur, in-nuqqas li jiġu nnotifikati l-Istat Membru tal-bandiera, l-Istat Membru li t-trasgressur hu ċittadin tiegħu u kull Stat Membru ieħor interessat fis-segwitu tal-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-konformità skont l-Artikolu 89(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
6.2. |
In-nuqqas li jittieħdu miżuri immedjati f'konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 biex jevitaw li kaptani ta' bastimenti tas-sajd jew persuni legali jew fiżiċi oħra li jkunu nqabdu fit-twettiq ta' ksur serju, milli jkomplu jagħmlu dan; |
6.3. |
In-nuqqas li jiġu stabbiliti l-kriterji li jiddeterminaw il-karattru serju tal-ksur tar-regoli tal-PKS skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008; |
6.4. |
In-nuqqas li jiġi żgurat li jiġu applikati sistematikament sanzjonijiet effettivi għal każijiet ta' ksur tar-regoli tal-PKS u li l-livell ta' dawn is-sanzjonijiet ikun adegwat fil-gravità u proporzjonati mas-serjetà ta' tali ksur, sabiex tiġi żgurata d-deterrenza u, bħala minimu, effettivament iċaħħad lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-ksur tagħhom skont it-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
6.5. |
In-nuqqas li tiġi applikata sistema ta' punti għal ksur serju għad-detenturi ta' liċenzji tas-sajd kif ukoll għall-kaptani skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
6.6. |
In-nuqqas li jiġi stabbilit u ġestit adegwatament ir-reġistru nazzjonali tal-ksur skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta' Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
2.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/853
tal-1 ta' Ġunju 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
56,4 |
MA |
94,4 |
|
MK |
108,8 |
|
TR |
80,1 |
|
ZZ |
84,9 |
|
0707 00 05 |
AL |
34,4 |
MK |
36,9 |
|
TR |
105,8 |
|
ZZ |
59,0 |
|
0709 93 10 |
TR |
126,8 |
ZZ |
126,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
92,8 |
BR |
102,7 |
|
CL |
160,8 |
|
NZ |
129,3 |
|
US |
221,5 |
|
ZA |
121,9 |
|
ZZ |
138,2 |
|
0809 29 00 |
US |
715,4 |
ZZ |
715,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
2.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/20 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/854
tal-1 ta' Ġunju 2015
li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fid-dsatax-il reġjun
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament dwar il-VIS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/493/UE (2), id-dsatax-il reġjun fejn għandhom jinbdew il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għall-applikazzjonijiet kollha, jinkludi ċ-Ċina, il-Ġappun, il-Mongolja, il-Korea ta' Fuq, il-Korea t'Isfel u t-Tajwan. |
(2) |
L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti tekniċi u ġuridiċi meħtieġa biex jiġbru u jittrażmettu d-dejta msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha f'dawn ir-reġjuni, inklużi l-arranġamenti għall-ġbir u/jew għat-trażmissjoni tad-dejta f'isem Stat Membru ieħor. |
(3) |
Għalhekk, jekk il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tkun ġiet issodisfata, jeħtieġ li tiġi determinata d-data minn meta għandha tibda topera l-VIS fid-dsatax-il reġjun. |
(4) |
Peress li r-Regolament (KE) Nru 767/2008 jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iddeċidiet li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 767/2008 fil-liġi nazzjonali tagħha. Id-Danimarka hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li mhuwiex qed jipparteċipa fihom ir-Renju Unit, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3). Għaldaqstant, ir-Renju Unit mhux marbut b'din id-Deċiżjoni u lanqas mhuwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li mhijiex tipparteċipa fihom l-Irlanda, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4). L-Irlanda għalhekk mhix marbuta b'din id-Deċiżjoni u lanqas mhija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(7) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (5), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6). |
(8) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8). |
(9) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10). |
(10) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew li b'xi mod ieħor huwa relatat miegħu, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011 rispettivament. |
(11) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi stabbilita d-data tal-użu tal-VIS fid-dsatax ir-reġjun fil-futur qarib ħafna, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża tibda topera fid-dsatax-il reġjun determinat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/493/UE fit-12 ta' Ottubru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tapplika skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/493/UE tat-30 ta' Settembru 2013 li tiddetermina t-tielet u l-aħħar sett ta' reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 268, 10.10.2013, p. 13).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(7) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(9) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
LINJI GWIDA
2.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/23 |
LINJA GWIDA (UE) 2015/855 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta' Marzu 2015
li tistabbilixxi l-prinċipji ta' Qafas tal-Etika tal-Eurosistema u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2002/6 dwar standards minimi għall-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta jwettqu operazzjonijiet ta' politika monetarja, operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-ġestjoni tal-assi ta' riżerva estera tal-BĊE (BĊE/2015/11)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 127 u 128 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 12.1 u 14.3, flimkien mal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5 u 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Eurosistema tagħti l-ikbar importanza lill-approċċ ta' governanza korporattiva li tpoġġi fil-qalba tal-Eurosistema r-responsabbiltà, it-trasparenza u l-ogħla standards etiċi. Il-konformità ma' dawn il-prinċipji hija element ewlieni għall-kredibbiltà tal-Eurosistema u hija essenzjali biex tiżgura l-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej. |
(2) |
F'dan l-isfond, jitqies li huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas tal-etika għall-Eurosistema li jistabbilixxi standards etiċi li l-konformità magħhom tissalvagwardja l-kredibbiltà u r-reputazzjoni tagħha kif ukoll il-kunfidenza pubblika fl-integrità u l-imparzjalità tal-membri tal-korpi u l-membri tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“Qafas tal-Etika tal-Eurosistema”). Il-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema għandu jkun kompost minn din il-Linja Gwida li tistabbilixxi l-prinċipji, ġabra tal-aħjar prattiki dwar kif jiġu implimentati dawn il-prinċipji, u r-regoli u l-prattiki interni adottati minn kull bank ċentrali tal-Eurosistema. |
(3) |
Il-Linja Gwida BĊE/2002/6 (1) tistabbilixxi standards ta' etika minimi għall-banek ċentrali tal-Eurosistema meta jkunu qegħdin iwettqu operazzjonijiet tal-politika monetarja u operazzjonijiet tal-kambju ta' valuta barranija mar-riżervi barranin tal-Eurosistema, u meta jiġġestixxu l-assi ta' riżervi barranin tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv jikkunsidra illi huwa meħtieġ li jiġu estiżi dawn l-istandards tal-etika minimi għat-twettiq tal-kompiti kollha mogħtija lill-Eurosistema sabiex jiġi żgurat li l-istess standards etiċi japplikaw għall-membri tal-korpi u l-membri tal-persunal involuti fit-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema u sabiex tiġi mħarsa r-reputazzjoni tal-Eurosistema b'mod ġenerali. Il-Linja Gwida BĊE/2002/6 għandha għalhekk tiġi ssostitwita b'din il-Linja Gwida. |
(4) |
Barra minn hekk, l-istandards minimi eżistenti dwar il-prevenzjoni ta' użu ħażin ta' informazzjoni ta' ġewwa stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2002/6 għandhom jiġu żviluppati iktar sabiex tissaħħaħ il-prevenzjoni ta' dan l-użu ħażin mill-membri tal-BĊE jew korpi tal-BĊNi jew il-membri tal-persunal tagħhom u biex jiġu esklużi kunflitti ta' interess potenzali li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet finanzjarji privati. Għal dan l-iskop, il-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema għandu jiddefinixxi b'mod ċar il-kunċetti ewlenin kif ukoll l-irwoli u r-responsabbiltajiet tad-diversi korpi involuti. Barra minn hekk, għandu jispeċifika, lil hinn mill-projbizzjoni ġenerali dwar l-użu ħażin ta' informazzjoni ta' ġewwa, restrizzjonijiet addizzjonali għal persuni li jkollhom aċċess għal informazzjoni ta' ġewwa. Il-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema għandu jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-konformità u r-rapportar ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità. |
(5) |
Il-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema għandu jinkludi wkoll standards minimi dwar l-evitar ta' kunflitti ta' interess u l-aċċettazzjoni ta' rigali u ospitalità. |
(6) |
Il-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema għandu japplika fit-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema. Ikun tajjeb li l-banek ċentrali tal-Eurosistema japplikaw standards ekwivalenti għall-membri tal-persunal jew aġenti esterni involuti fit-twettiq ta' kompiti mhux tal-Eurosistema. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida huma mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. Meta BĊN ma jkunx jista' jimplimenta dispożizzjoni ta' din il-Linja Gwida minħabba l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, huwa għandu jinforma lill-BĊE dwar dan. Barra minn hekk, il-BĊN ikkonċernat għandu jikkunsidra li jieħu miżuri raġonevoli għad-dispożizzjoni tiegħu biex jegħleb l-ostakolu taħt id-dritt nazzjonali. |
(8) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida huma mingħajr preġudizzju għall-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri tal-Kunsill Governattiv (2). |
(9) |
Filwaqt li l-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema huwa limitat għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema, il-Kunsill Governattiv adotta qafas tal-etika ekwivalenti għat-twettiq ta' kompiti superviżorji mill-BĊE u l-awtoritjajiet kompetenti nazzjonali bħala parti mill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (3), |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida:
(1) |
“bank ċentrali tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro; |
(2) |
“kompiti tal-Eurosistema” tfisser il-kompiti fdati lill-Eurosistema skont it-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
(3) |
“informazzjoni ta' ġewwa” tfisser kull informazzjoni sensittiva għas-suq li tirrigwarda t-twettiq ta' kompiti tal-Eurosistema mill-banek ċentrali tal-Eurosistema li ma tkunx inħarġet jew li ma tkunx aċċessibbli għall-pubbliku; |
(4) |
“informazzjoni sensittiva għas-suq” tfisser informazzjoni ta' natura preċiża li l-pubblikazzjoni tagħha x'aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-assi jew il-prezzijiet fis-swieq finanzjarji; |
(5) |
“persuna ta' ġewwa” tfisser kwalunkwe membru ta' korp jew membru tal-persunal li għandu aċċess għal informazzjoni ta' ġewwa li ma jkunx fuq bażi ta' darba biss; |
(6) |
“membru tal-persunal” tfisser kwalunkwe persuna li għandha relazzjoni ta' impjieg ma' bank ċentrali tal-Eurosistema bl-eċċezzjoni ta' dawk li huma fdati biss b'kompiti li mhumiex relatati mat-twettiq ta' kompiti tal-Eurosistema; |
(7) |
“membru ta' korpi” tfisser membri ta' korpi li jieħdu deċiżjonijiet u korpi oħrajn interni ta' banek ċentrali tal-Eurosistema li ma jkunux membri tal-persunal; |
(8) |
“korporazzjonijiet finanzjarji” għandha l-istess tifsira kif iddefinit fil-Kapitolu 2, paragrafu 2.55 tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
(9) |
“kunflitt ta' interess” tfisser sitwazzjoni fejn membri ta' korpi jew membri tal-persunal ikollhom interessi personali li jistgħu jinfluwenzaw jew jidhru li jinfluwenzaw it-twettiq imparzjali u oġġettiv ta' dmirijiethom. |
(10) |
“interess personali” tfisser kull benefiċċju jew benefiċċju potenzjali, ta' natura finanzjarja jew mhux finanzjarja, għall-membri tal-korpi jew tal-persunal, għall-membri tal-familja tagħhom, għal qraba oħrajn tagħhom jew għaċ-ċirku ta' ħbieb u konoxxenzi qrib tagħhom; |
(11) |
“vantaġġ” ifisser kull rigal, ospitalità jew benefiċċju ieħor ta' natura finanzjarja jew mhux finanzjarja li oġġettivament itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja, legali jew personali tar-riċevitur u li r-riċevitur mhuwiex intitolat għalih. |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tapplika għall-banek ċentrali tal-Eurosistema fit-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema tagħhom. F'dan ir-rigward, regoli interni adottati mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fit-twettiq tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida għandhom japplikaw għall-membri tal-korpi tagħhom u għall-membri tal-persunal tagħhom.
2. Il-Banek Ċentrali tal-Eurosistema għandhom jimmiraw sabiex, sa fejn ikun legalment fattibbli, jestendu l-obbligi ddefiniti fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida għal persuni involuti fit-twettiq ta' kompiti tal-Eurosistema li mhumiex membri tal-persunal tal-banek ċentrali tal-Eurosistema.
3. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mill-banek ċentrali tal-Eurosistema ta' regoli ta' etika iktar stretti għall-membri tal-korpi u l-membri tal-persunal tagħhom.
Artikolu 3
Rwoli u responsabbiltajiet
1. Il-Kunsill Governattiv qiegħed jistabbilixxi l-prinċipji tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema f'din il-Linja Gwida u jistabbilixxi l-aħjar prattiċi dwar kif għandhom jiġu implimentati dawn il-prinċipji fid-dawl tar-responsabbiltà tiegħu biex jiddetermina l-kultura korporattiva u etika fil-livell tal-Eurosistema.
2. Il-Kumitat tal-Verifika, il-Kumitat tal-Awdituri Interni u l-Kumitat tal-Iżvilupp Organizzattiv għandhom ikunu involuti fl-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema skont il-mandati rispettivi tagħhom.
3. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jispeċifikaw l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi, unitajiet u membri tal-persunal involuti fil-livell lokali fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema.
Artikolu 4
Komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jifformulaw ir-regoli interni tagħhom li jimplimentaw din il-Linja Gwida b'mod ċar u trasparenti, jikkomunikawhom lill-membri tal-korpi tagħhom u l-membri tal-persunal tagħhom u jiżguraw li jkunu aċċessibbli b'mod faċli.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iqajmu kuxjenza fost il-membri tal-korpi u l-membri tal-persunal tagħhom sabiex jifhmu l-obbligi tagħhom taħt il-Qafas tal-Etika tal-Eurosistema.
Artikolu 5
Monitoraġġ tal-konformità
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jimmonitorjaw il-konformità mar-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida. Il-monitoraġġ għandu jinkludi, skont kif xieraq, it-twettiq ta' verifiki ta' konformità regolari u/jew ad hoc. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati biex jirreaġixxu fil-pront għal każijiet ta' nuqqas ta' konformità u sabiex jindirizzawhom.
2. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jkun mingħajr preġudizzju għal regoli interni li jippermettu investigazzjonijiet interni meta membru ta' korp jew membru tal-persunal ikun issuspettat li kiser ir-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida.
Artikolu 6
Rapportar ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità u segwitu
1. Il-Banek Ċentrali tal-Eurosistema għandhom jadottaw proċeduri interni għar-rapportar ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida inklużi regoli dwar ir-rapportar ta' għemil irregolari (whistleblowing) skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw protezzjoni xierqa ta' persuni li jirrapportaw każijiet ta' nuqqas ta' konformità.
3. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jiżguraw li jiġu segwiti każijiet ta' nuqqas ta' konformità, inkluż, kif ikun xieraq, l-impożizzjoni ta' miżuri dixxiplinarji proporzjonati skont ir-regoli dixxiplinarji u l-proċeduri applikabbli.
4. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jirrapportaw mingħajr dewmien kull inċident maġġuri relatat man-nuqqas ta' konformità mar-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida permezz tal-Kumitat tal-Iżvilupp Organizzattiv lill-Kunsill Governattiv skont il-proċeduri interni applikabbli. F'każijiet urġenti, bank ċentrali tal-Eurosistema jista' jirrapporta inċident maġġuri relatat ma' nuqqas ta' konformità direttament lill-Kunsill Governattiv. Fi kwalunkwe każ, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jinfurmaw lill-Kumitat tal-Verifika b'mod parallel.
KAPITOLU II
REGOLI DWAR IL-PREVENZJONI TA' UŻU ĦAŻIN TA' INFORMAZZJONI TA' ĠEWWA
Artikolu 7
Projbizzjoni ġenerali tal-użu ħażin ta' informazzjoni ta' ġewwa
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi tagħhom u l-membri tal-persunal tagħhom ikunu pprojbiti milli jużaw ħażin informazzjoni ta' ġewwa.
2. Il-projbizzjoni fuq l-użu ħażin ta' informazzjoni ta' ġewwa għandha tkopri, bħala minimu: (a) l-użu ta' informazzjoni ta' ġewwa għal tranżazzjonijiet privati għal finijiet personali jew ta' terzi; (b) l-iżvelar ta' informazzjoni ta' ġewwa lil kull persuna oħra sakemm dak l-iżvelar ma jsirx waqt il-qadi ta' dmirijiet professjonali fuq bażi ta' min ikollu bżonnha biss; u (c) l-użu ta' informazzjoni ta' ġewwa sabiex wieħed jirrakkomanda jew iħajjar lil persuni oħra biex jidħlu fi tranżazzjonijiet finanzjarji privati.
Artikolu 8
Restrizzjonijiet speċifiċi għal persuni ta' ġewwa
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jiżġuraw li l-aċċess għal informazzjoni ta' ġewwa tkun ristretta għal dawk il-membri tal-korpi u membri tal-persunal li jkollhom bżonn aċċess għal din l-informazzjoni għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jiżguraw li l-persuni ta' ġewwa kollha jkunu suġġetti għal restrizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi. Tranżazzjoni finanzjarja privata għandha titqies li hija kritika meta tkun jew tista' titqies li hija relatata mill-qrib mat-twettiq ta' kompiti tal-Eurosistema. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jistabbilixxu fir-regoli interni tagħhom lista ta' dawn it-tranżazzjonijiet kritiċi li għandhom jinkludu b'mod partikolari:
(a) |
tranżazzjonijiet f'ishma u bonds maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Unjoni; |
(b) |
tranżazzjonijiet f'munita barranija, tranżazzjonijiet f'deheb, in-negozjar ta' titoli tal-gvern fiż-żona tal-euro; |
(c) |
negozjar għal perijodu qasir, jiġifieri x-xiri u l-bejgħ sussegwenti jew il-bejgħ u x-xiri sussegwenti tal-istess strument finanzjarju f'perijodu ta' referenza speċifiku; |
(d) |
tranżazzjonijiet f'derivattivi relatati mal-istrumenti finanzjarji elenkati taħt (a) u (c) u unitajiet fi skemi ta' investiment kollettiv li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jsir investiment f'dawn l-istrumenti finanzjarji. |
3. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jadottaw regoli interni li jistabbilixxu restrizzjonijiet speċifiċi għal persuni ta' ġewwa wara li jitqiesu kunsiderazzjonijiet ta' effettività, effiċjenza u proporzjonalità. Restrizzjonijiet speċifiċi bħal dawk jistgħu jinkludu xi waħda minn dawn li ġejjin jew taħlita tagħhom:
(a) |
il-projbizzjoni ta' tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi; |
(b) |
rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi; |
(c) |
rekwiżit ex ante jew ex post ta' rapportar għal tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi; u/jew |
(d) |
perijodi ta' embargo għal tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi. |
4. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema jistgħu jagħżlu li japplikaw dawn ir-restrizzjonijiet speċifiċi għal membri tal-persunal li ma jkunux persuni ta' ġewwa.
5. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jiżguraw li l-listi ta' tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi jkunu jistgħu jiġu aġġustati fi żmien qasir biex jirriflettu d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
6. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jispeċifikaw fir-regoli interni tagħhom il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji li taħthom membri tal-korpi u membri tal-persunal li jafdaw il-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji privati lil terza persuna indipendenti skont ftehim ta' ġestjoni tal-assi bil-miktub ikunu eżentati minn restrizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan l-Artikolu.
KAPITOLU III
REGOLI BIEX JIĠU EVITATI L-KUNFLITTI TA' INTERESSI
Artikolu 9
Kunflitti ta' interessi
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandu jkollhom mekkaniżmu fis-seħħ biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn kandidat li qed jiġi kkunsidrat għal ħatra bħala membru tal-persunal ikollu kunflitt ta' interess li jirriżulta minn attivitajiet ta' xogħol preċedenti jew minn relazzjonijiet personali.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jadottaw regoli interni li jeħtieġu li l-membri tal-korpi tagħhom u l-membri tal-persunal tagħhom jevitaw matul l-impjieg tagħhom kull sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal kunflitt ta' interess u biex dawk is-sitwazzjonijiet jiġu rrapportati. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jiżguraw li, meta jiġi rrapportat kunflitt ta' interess, ikun hemm disponibbli miżuri xierqa biex dan il-kunflitt jiġi evitat, inkluża eżenzjoni minn dmirijiet relatati mal-kwistjoni rilevanti.
3. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmu biex jivvalutaw u jevitaw kunflitti ta' interess possibbli li jirriżultaw minn attivitajiet ta' xogħol ta' wara l-impjieg imwettqa mill-membri tal-korpi tagħhom u l-membri anzjani tal-persunal tagħhom li jirrapportaw direttament lil-livell eżekuttiv.
4. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandu jkollhom, meta jkun rilevanti, mekkaniżmu fis-seħħ biex jivvaluta u jevita kunflitti ta' interessi potenzjali li jirriżultaw minn attivitajiet ta' xogħol li jagħmlu l-membri tal-persunal tagħhom matul il-liv bla ħlas.
KAPITOLU IV
REGOLI DWAR L-AĊĊETTAZZJONI TA' RIGALI U OSPITALITÀ
Artikolu 10
Projbizzjoni li wieħed jirċievi vantaġġi
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jadottaw regoli interni li jipprojbixxu lill-membri tal-korpi tagħhom u lill-membri tal-persunal tagħhom milli jitolbu, jirċievu jew jaċċettaw wegħda relatata mar-riċeviment ta' xi vantaġġ għalihom jew għal xi persuna oħra li jkun b'xi mod marbut mal-qadi tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema jistgħu jispeċifikaw fir-regoli interni tagħhom eżenzjonijiet mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-vantaġġi offruti mill-banek ċentrali, korpi jew aġenziji tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji tal-gvern, u fir-rigward ta' vantaġġi ta' valur skont id-drawwa jew negliġibbli offruti mis-settur privat, iżda fil-każ tal-aħħar dawn il-vantaġġi la għandhom ikunu ta' spiss u l-anqas mill-istess sors. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jiżguraw li dawn l-eżenzjonijiet la jinfluwenzaw u lanqas jidhru li qed jinfluwenzaw l-indipendenza u l-imparzjalità tal-membri tal-korpi tagħhom u tal-membri tal-persunal tagħhom.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 11
Revoka
Il-Linja ta' Gwida BĊE/2002/6 qiegħda tiġi mħassra.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimentaw u jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u għandhom japplikawhom mit-18 ta' Marzu 2016. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-BĊE dwar kull ostakolu għall-implimentazzjoni ta' din il-Linja Gwida u għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mit-18 ta' Jannar 2016.
Artikolu 13
Rapportar u valutazzjoni mill-ġdid
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw kull sena lill-BĊE dwar l-implimentazzjoni ta' din il-Linja Gwida.
2. Il-Kunsill Governattiv għandu jivvaluta mil-ġdid dawn il-kategoriji tal-inqas kull tliet snin.
Artikolu 14
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, fit-12 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida BĊE/2002/6 tas-26 ta' Settembru 2002 dwar standards minimi għall-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek centrali nazzjonali meta jwettqu operazzjonijiet ta' politika monetarja, operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esterital-BĊE u l-ġestjoni tal-assi ta' riserva estera tal-BĊE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol.3, p. 180).
(2) Kodiċi tal-Kondotta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-membri tal-Kunsill Governattiv (ĠU C 123, 24.5.2002, p. 9).
(3) Linja Gwida (UE) 2015/856 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi l-prinċipji ta' Qafas tal-Etika għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (BĊE/2015/12) (Ara paġna 29 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
2.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/29 |
LINJA GWIDA (UE) 2015/856 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta' Marzu 2015
li tistabbilixxi l-prinċipji ta' Qafas tal-Etika għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (BĊE/2015/12)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1) (iktar 'il quddiem ir-“Regolament MSU”), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) flimkien mal-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jagħti l-ikbar importanza lill-approċċ ta' governanza korporattiva li tpoġġi fil-qalba tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku r-responsabbiltà, it-trasparenza u l-ogħla standards etiċi. Il-konformità ma' dawn il-prinċipji hija element ewlieni għall-kredibbiltà tal-MSU u hija essenzjali biex tiżgura l-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej. |
(2) |
F'dan l-isfond, jitqies li huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas tal-etika għall-MSU li jistabbilixxi standards etiċi li l-konformità magħhom tissalvagwardja l-kredibbiltà u r-reputazzjoni tiegħu kif ukoll il-kunfidenza pubblika fl-integrità u l-imparzjalità tal-membri tal-korpi u l-membri tal-persunal tal- BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) tal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-MSU (iktar 'il quddiem il-“Qafas tal-Etika tal-MSU”). Il-Qafas tal-Etika tal-MSU għandu jkun kompost minn din il-Linja Gwida li tistabbilixxi l-prinċipji, ġabra tal-aħjar prattiki dwar kif jiġu implimentati dawn il-prinċipji, u r-regoli u l-prattiki interni adottati mill-BĊE u minn kull ANK. |
(3) |
Standards minimi dwar il-prevenzjoni ta' użu ħażin ta' informazzjoni ta' ġewwa għandhom isaħħu l-prevenzjoni ta' dan l-użu ħażin mill-membri tal-BĊE jew mill-korpi tal-ANK jew il-membri tal-persunal tagħhom u jeskludu kunflitti ta' interess potenzali li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet finanzjarji privati. Għal dan l-iskop, il-Qafas tal-Etika tal-MSU għandu jiddefinixxi b'mod ċar il-kunċetti ewlenin kif ukoll l-irwoli u r-responsabbiltajiet tad-diversi korpi involuti. Barra minn hekk, għandu jispeċifika, lil hinn mill-projbizzjoni ġenerali dwar l-użu ħażin ta' informazzjoni ta' ġewwa, restrizzjonijiet addizzjonali għal persuni li jkollhom aċċess għal informazzjoni ta' ġewwa. Il-Qafas tal-Etika tal-MSU għandu jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-konformità u r-rapportar ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità. |
(4) |
Il-Qafas tal-Etika tal-MSU għandu jinkludi wkoll standards minimi dwar l-evitar ta' kunflitti ta' interessi u l-aċċettazzjoni ta' rigali u ospitalità. |
(5) |
Il-Qafas tal-Etika tal-MSU għandu japplika fit-twettiq tal-kompiti superviżorji. Ikun tajjeb li l-BĊE u l-ANK japplikaw standards ekwivalenti għall-membri tal-persunal jew aġenti esterni involuti fit-twettiq ta' kompiti oħrajn. |
(6) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida huma mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. Meta ANK ma tkunx tista' timplimenta dispożizzjoni ta' din il-Linja Gwida minħabba l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, hija għandha tinforma lill-BĊE dwar dan. Barra minn hekk, l-ANK ikkonċernata għandha tikkunsidra li tieħu miżuri raġonevoli għad-dispożizzjoni tagħha biex tegħleb l-ostakolu taħt id-dritt nazzjonali. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida huma mingħajr preġudizzju għall-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri tal-Kunsill Governattiv (2) u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Bord Superviżorju (3). |
(8) |
Filwaqt li l-Qafas tal-Etika tal-MSU huwa limitat għat-twettiq ta' kompiti superviżorji, il-Kunsill Governattiv adotta qafas tal-etika ekwivalenti għat-twettiq ta' kompiti tal-Eurosistema mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali (4), |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida:
(1) |
“awtorità nazzjonali kompetenti” (ANK) tfisser awtorità nazzjonali kompetenti kif iddefinita fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament MSU. Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti taħt il-liġi nazzjonali li jassenjaw ċerti kompiti superviżorji lil bank ċentrali nazzjonali (BĊN) mhux iddenominat bħala ANK. Referenza għal ANK f'din il-Linja Gwida għandha f'dan il-każ tapplika skont kif xieraq għall-BĊN għall-kompiti assenjati lilu bil-liġi nazzjonali; |
(2) |
“informazzjoni ta' ġewwa” tfisser kull informazzjoni sensittiva għas-suq li tirrigwarda t-twettiq ta' kompiti tal-Eurosistema mill-banek ċentrali tal-Eurosistema li ma tkunx inħarġet jew li ma tkunx aċċessibbli għall-pubbliku; |
(3) |
“informazzjoni sensittiva għas-suq” tfisser informazzjoni ta' natura preċiża li l-pubblikazzjoni tagħha x'aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-assi jew il-prezzijiet fis-swieq finanzjarji; |
(4) |
“persuna ta' ġewwa” tfisser kwalunkwe membru ta' korp jew membru tal-persunal li għandu aċċess għal informazzjoni ta' ġewwa li ma jkunx fuq bażi ta' darba biss; |
(5) |
“membru tal-persunal” tfisser kwalunkwe persuna li għandha relazzjoni ta' impjieg mal-BĊE jew ma' ANK bl-eċċezzjoni ta' dawk li huma fdati biss b'kompiti li mhumiex relatati mat-twettiq ta' kompiti superviżorji taħt ir-Regolament MSU; |
(6) |
“membri ta' korpi” tfisser il-membri ta' korpi li jieħdu deċiżjonijiet u korpi oħrajn interni tal-BĊE jew l-ANK minbarra membri tal-persunal; |
(7) |
“korporazzjonijiet finanzjarji” għandha l-istess tifsira kif iddefinit fil-Kapitolu 2, paragrafu 2.55 tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
(8) |
“kunflitt ta' interess” tfisser sitwazzjoni fejn membri ta' korpi jew membri tal-persunal ikollhom interessi personali li jistgħu jinfluwenzaw jew jidhru li jinfluwenzaw it-twettiq imparzjali u oġġettiv ta' dmirijiethom. |
(9) |
“interess personali” tfisser kull benefiċċju jew benefiċċju potenzjali, ta' natura finanzjarja jew mhux finanzjarja, għall-membri tal-korpi jew tal-persunal, għall-membri tal-familja tagħhom, għal qraba oħrajn tagħhom jew għaċ-ċirku ta' ħbieb u konoxxenzi qrib tagħhom; |
(10) |
“vantaġġ” ifisser kull rigal, ospitalità jew benefiċċju ieħor ta' natura finanzjarja jew mhux finanzjarja li oġġettivament itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja, legali jew personali tar-riċevitur u li r-riċevitur mhuwiex intitolat għalih. |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tapplika għall-BĊE u għall-ANK fit-twettiq tal-kompiti superviżorji mogħtija lill-BĊE. F'dan ir-rigward, regoli interni adottati mill-BĊE u mill-ANK fit-twettiq tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida għandhom japplikaw għall-membri tal-korpi tagħhom u għall-membri tal-persunal tagħhom.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jimmiraw sabiex, sa fejn ikun legalment fattibbli, jestendu l-obbligi ddefiniti fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida għal persuni involuti fit-twettiq ta' kompiti superviżorji li mhumiex membri tal-persunal.
3. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mill-BĊE jew mill-ANK ta' regoli ta' etika iktar stretti għall-membri tal-korpi u l-membri tal-persunal tagħhom.
Artikolu 3
Rwoli u responsabbiltajiet
1. Il-Kunsill Governattiv qiegħed jistabbilixxi l-prinċipji tal-Qafas tal-Etika tal-MSU f'din il-Linja Gwida u jistabbilixxi l-aħjar prattiċi dwar kif għandhom jiġu implimentati dawn il-prinċipji fid-dawl tar-responsabbiltà tiegħu biex jiddetermina l-kultura korporattiva u etika fil-livell tal-MSU.
2. Il-Kumitat tal-Verifika, il-Kumitat tal-Awdituri Interni u l-Kumitat tal-Iżvilupp Organizzattiv għandhom ikunu involuti fl-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-Qafas tal-Etika għall-MSU skont il-mandati rispettivi tagħhom.
3. Il-BĊE u l-ANK għandhom jispeċifikaw l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi, unitajiet u membri tal-persunal involuti fil-livell lokali fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-Qafas tal-Etika tal-MSU.
Artikolu 4
Komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jifformulaw ir-regoli interni tagħhom li jimplimentaw din il-Linja Gwida b'mod ċar u trasparenti, jikkomunikawhom lill-membri tal-korpi tagħhom u l-membri tal-persunal tagħhom u jiżguraw li jkunu aċċessibbli b'mod faċli.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iqajmu kuxjenza fost il-membri tal-korpi u l-membri tal-persunal tagħhom sabiex jifhmu l-obbligi tagħhom taħt il-qafas tal-etika għall-MSU.
Artikolu 5
Monitoraġġ tal-konformità
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jimmonitorjaw il-konformità mar-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida. Il-monitoraġġ għandu jinkludi, skont kif xieraq, it-twettiq ta' verifiki ta' konformità regolari u/jew ad hoc. Il-BĊE u l-ANK għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati biex jirreaġixxu fil-pront għal każijiet ta' nuqqas ta' konformità u sabiex jindirizzawhom.
2. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jkun mingħajr preġudizzju għal regoli interni li jippermettu investigazzjonijiet interni meta membru ta' korp jew membru tal-persunal ikun issuspettat li kiser ir-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida.
Artikolu 6
Rapportar ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità u segwitu
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jadottaw proċeduri interni għar-rapportar ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida inklużi regoli dwar ir-rapportar ta' għemil irregolari (whistleblowing) skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw protezzjoni xierqa ta' persuni li jirrapportaw każijiet ta' nuqqas ta' konformità.
3. Il-BĊE u l-ANK għandhom jiżguraw li jiġu segwiti każijiet ta' nuqqas ta' konformità, inkluż, kif ikun xieraq, l-impożizzjoni ta' miżuri dixxiplinarji proporzjonati skont ir-regoli dixxiplinarji u l-proċeduri applikabbli.
4. Il-BĊE u l-ANK għandhom jirrapportaw mingħajr dewmien kull inċident maġġuri relatat man-nuqqas ta' konformità mar-regoli li jimplimentaw din il-Linja Gwida permezz tal-Kumitat tal-Iżvilupp Organizzattiv u l-Bord Superviżorju lill-Kunsill Governattiv skont il-proċeduri interni applikabbli. F'każijiet urġenti, il-BĊE u l-ANK jistgħu jirrapportaw inċident maġġuri relatat ma' nuqqas ta' konformità direttament lill-Kunsill Governattiv. Fi kwalunkwe każ, il-BĊE u l-ANK għandhom jinfurmaw lill-Kumitat tal-Verifika b'mod parallel.
KAPITOLU II
REGOLI DWAR IL-PREVENZJONI TA' UŻU ĦAŻIN TA' INFORMAZZJONI TA' ĠEWWA
Artikolu 7
Projbizzjoni ġenerali tal-użu ħażin ta' informazzjoni ta' ġewwa
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi tagħhom u l-membri tal-persunal tagħhom ikunu pprojbiti milli jużaw ħażin informazzjoni ta' ġewwa.
2. Il-projbizzjoni fuq l-użu ħażin ta' informazzjoni ta' ġewwa għandha tkopri, bħala minimu: (a) l-użu ta' informazzjoni ta' ġewwa għal tranżazzjonijiet privati għal finijiet personali jew ta' terzi; (b) l-iżvelar ta' informazzjoni ta' ġewwa lil kull persuna oħra sakemm dak l-iżvelar ma jsirx waqt il-qadi ta' dmirijiet professjonali fuq bażi ta' min ikollu bżonnha biss; u (c) l-użu ta' informazzjoni ta' ġewwa sabiex wieħed jirrakkomanda jew iħajjar lil persuni oħra biex jidħlu fi tranżazzjonijiet finanzjarji privati.
Artikolu 8
Restrizzjonijiet speċifiċi għal persuni ta' ġewwa
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jiżġuraw li l-aċċess għal informazzjoni ta' ġewwa tkun ristretta għal dawk il-membri tal-korpi u membri tal-persunal li jkollhom bżonn aċċess għal din l-informazzjoni għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jiżguraw li l-persuni ta' ġewwa kollha jkunu suġġetti għal restrizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi. Tranżazzjoni finanzjarja privata għandha titqies li hija kritika meta tkun jew tista' titqies li hija relatata mill-qrib mat-twettiq ta' kompiti superviżorji. Il-BĊE u l-ANK għandhom jistabbilixxu fir-regoli interni tagħhom lista ta' dawn it-tranżazzjonijiet kritiċi li għandhom jinkludu b'mod partikolari:
(a) |
tranżazzjonijiet f'ishma u bonds maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Unjoni; |
(b) |
negozjar għal perijodu qasir, jiġifieri x-xiri u l-bejgħ sussegwenti jew il-bejgħ u x-xiri sussegwenti tal-istess strument finanzjarju f'perijodu ta' referenza speċifiku; |
(c) |
tranżazzjonijiet f'derivattivi relatati mal-istrumenti finanzjarji elenkati taħt (a) u (c) u unitajiet fi skemi ta' investiment kollettiv li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jsir investiment f'dawn l-istrumenti finanzjarji. |
3. Il-BĊE u l-ANK għandhom jadottaw regoli interni li jistabbilixxu restrizzjonijiet speċifiċi għal persuni ta' ġewwa wara li jitqiesu kunsiderazzjonijiet ta' effettività, effiċjenza u proporzjonalità. Restrizzjonijiet speċifiċi bħal dawk jistgħu jinkludu xi waħda minn dawn li ġejjin jew taħlita tagħhom:
(a) |
il-projbizzjoni ta' tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi; |
(b) |
rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi; |
(c) |
rekwiżit ex ante jew ex post ta' rapportar għal tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi; u/jew |
(d) |
perijodi ta' embargo għal tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi. |
4. Il-BĊE u l-ANK jistgħu jagħżlu li japplikaw dawn ir-restrizzjonijiet speċifiċi għal membri tal-persunal li ma jkunux persuni ta' ġewwa.
5. Il-BĊE u l-ANK għandhom jiżguraw li l-listi ta' tranżazzjonijiet finanzjarji privati kritiċi jkunu jistgħu jiġu aġġustati fi żmien qasir biex jirriflettu d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
6. Il-BĊE u l-ANK għandhom jispeċifikaw fir-regoli interni tagħhom il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji li taħthom membri tal-korpi u membri tal-persunal li jafdaw il-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji privati lil terza persuna indipendenti skont ftehim ta' ġestjoni tal-assi bil-miktub ikunu eżentati minn restrizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan l-Artikolu.
KAPITOLU III
REGOLI BIEX JIĠU EVITATI L-KUNFLITTI TA' INTERESSI
Artikolu 9
Kunflitti ta' interessi
1. Il-BĊE u l-ANK għandu jkollhom mekkaniżmu fis-seħħ biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn kandidat li qed jiġi kkunsidrat għal ħatra bħala membru tal-persunal ikollu kunflitt ta' interess li jirriżulta minn attivitajiet ta' xogħol preċedenti jew minn relazzjonijiet personali.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jadottaw regoli interni li jeħtieġu li l-membri tal-korpi tagħhom u l-membri tal-persunal tagħhom jevitaw matul l-impjieg tagħhom kull sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal kunflitt ta' interess u biex dawk is-sitwazzjonijiet jiġu rrapportati. Il-BĊE u l-ANK għandhom jiżguraw li, meta jiġi rrapportat kunflitt ta' interess, ikun hemm disponibbli miżuri xierqa biex dan il-kunflitt jiġi evitat, inkluża eżenzjoni minn dmirijiet relatati mal-kwistjoni rilevanti.
3. Il-BĊE u l-ANK għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmu biex jivvalutaw u jevitaw kunflitti ta' interess possibbli li jirriżultaw minn attivitajiet ta' xogħol ta' wara l-impjieg imwettqa mill-membri tal-korpi tagħhom u l-membri anzjani tal-persunal tagħhom li jirrapportaw direttament lil-livell eżekuttiv.
4. Il-BĊE u l-ANK għandu jkollhom, meta jkun rilevanti, mekkaniżmu fis-seħħ biex jivvaluta u jevita kunflitti ta' interessi potenzjali li jirriżultaw minn attivitajiet ta' xogħol li jagħmlu l-membri tal-persunal tagħhom matul il-liv bla ħlas.
KAPITOLU IV
REGOLI DWAR L-AĊĊETTAZZJONI TA' RIGALI U OSPITALITÀ
Artikolu 10
Projbizzjoni li wieħed jirċievi vantaġġi
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jadottaw regoli interni li jipprojbixxu lill-membri tal-korpi tagħhom u lill-membri tal-persunal tagħhom milli jitolbu, jirċievu jew jaċċettaw wegħda relatata mar-riċeviment ta' xi vantaġġ għalihom jew għal xi persuna oħra li jkun b'xi mod marbut mal-qadi tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom.
2. Il-BĊE u l-ANK jistgħu jispeċifikaw fir-regoli interni tagħhom eżenzjonijiet mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-vantaġġi offruti mill-banek ċentrali, korpi jew aġenziji tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji tal-gvern, jew fir-rigward ta' vantaġġi ta' valur skont id-drawwa jew negliġibbli offruti mis-settur privat, iżda fil-każ tal-aħħar dawn il-vantaġġi la għandhom ikunu ta' spiss u l-anqas mill-istess sors. Il-BĊE u l-ANK għandhom jiżguraw li dawn l-eżenzjonijiet la jinfluwenzaw u lanqas jidhru li qed jinfluwenzaw l-indipendenza u l-imparzjalità tal-membri tal-korpi tagħhom u tal-membri tal-persunal tagħhom.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, ebda eżenzjoni ma għandha ssir għal vantaġġi offruti minn istituzzjonijiet tal-kreditu lil membri tal-persunal tal-BĊE jew ta' ANK matul spezzjonijiet fuq il-post jew missjonijiet ta' verifika ħlief għal ospitalità ta' valur negliġibbli offruta matul laqgħat relatati max-xogħol.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-ANK.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimentaw u jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u għandhom japplikawhom mit-18 ta' Marzu 2016. L-ANK għandhom jinfurmaw lill-BĊE dwar kull ostakolu għall-implimentazzjoni ta' din il-Linja Gwida u għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mit-18 ta' Jannar 2016.
Artikolu 12
Rapportar u valutazzjoni mill-ġdid
1. L-ANK għandhom jirrapportaw kull sena lill-BĊE dwar l-implimentazzjoni ta' din il-Linja Gwida.
2. Il-Kunsill Governattiv għandu jivvaluta mil-ġdid dawn il-kategoriji tal-inqas kull tliet snin.
Artikolu 13
Destinatarji
Din il-linja ta' gwida hija indirizzata lill-BĊE u lill-ANK.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Kodiċi tal-Kondotta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-membri tal-Kunsill Governattiv (ĠU C 123, 24.5.2002, p. 9).
(3) Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 93, 20.3.2015, p. 2).
(4) Linja Gwida (UE) 2015/855 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi l-prinċipji ta' Qafas tal-Etika tal-Eurosistema u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2002/6 dwar standards minimi għall-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta jwettqu operazzjonijiet ta' politika monetarja, operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-ġestjoni tal-assi ta' riżerva estera tal-BĊE (BĊE/2015/11) (Ara paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
2.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/35 |
DEĊIŻJONI Nru 1 TAL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE – SERBJA
tal-21 ta' Ottubru 2013
li tadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu [2015/857]
IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa, u r-Repubblika tas-Serbja (minn issa 'l quddiem “is-Serbja”), min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 119,120, 122 u 124 tiegħu,
Billi dak il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Presidenza
Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkun ippresedut b'mod li jalterna għal perijodi ta' 12-il xahar bejn il-President tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u r-rappreżentant tal-Gvern tas-Serbja. L-ewwel perijodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013.
Artikolu 2
Laqgħat
Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jiltaqa' darba fis-sena fuq livell ministerjali. Sessjonijiet speċjali tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jsiru bit-talba ta' wieħed mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor mill-Partijiet, kull sessjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ssir fil-post fejn is-soltu jsiru laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'data li jaqblu dwarha ż-żewġ Partijiet. Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bi qbil mal-President.
Artikolu 3
Rappreżentanza
Il-membri tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, f'każ li ma jkunux jistgħu jattendu, jistgħu jiġu rrappreżentati. Jekk membru jixtieq li jiġi rrappreżentat b'dan il-mod, huwa għandu jinnotifika lill-President dwar l-isem tar-rappreżentant tiegħu qabel il-laqgħa li fiha se jiġi rrapreżentat b'dan il-mod. Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.
Artikolu 4
Delegazzjonijiet
Il-membri tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jattendu fil-kumpanija ta' uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President ikun infurmat dwar il-konfigurazzjoni tad-delegazzjoni prevista għal kull Parti. Rappreżentant tal-Bank Ewropew tal-Investiment jattendi l-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bħala osservatur, meta fuq l-aġenda jidhru ħwejjeġ li jirrigwardaw lill-Bank. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jistieden persuni li mhumiex membri sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari.
Artikolu 5
Segretarjat
Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tal-Missjoni tas-Serbja għall-Unjoni Ewropea flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Artikolu 6
Korrispondenza
Il-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fl-indirizz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Iż-żewġ Segretarji jiżguraw li l-korrispondenza tiġi mgħoddija lill-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u, fejn xieraq, tkun imqassma lil membri l-oħra tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-korrispondenza hekk imqassma tintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, lir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri u lill-Missjoni tas-Serbja għall-Unjoni Ewropea.
Il-komunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jintbagħtu miż-żewġ Segretarji lid-destinatarji u jitqassmu, fejn xieraq, lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif indikat fit-tieni paragrafu.
Artikolu 7
Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma jkunux pubbliċi.
Artikolu 8
Aġendi għal-laqgħat
1. Il-President, għal kull laqgħa jfassal aġenda proviżorja. Din tiġi mgħoddija mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda proviżorja tinkludi l-punti li fuqhom il-President ikun irċieva talba sabiex dawn jiżdiedu fl-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum qabel tinbeda l-laqgħa, għalkemm l-ebda punt m'għandu jitniżżel fl-aġenda proviżorja sakemm ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' sostenn lis-Segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda. L-aġenda tiġi adottata mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt apparti dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.
2. Il-President jista', bi ftehim maż-żewġ Partijiet, iqassar l-iskadenzi stipulati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġiet ta' każ partikolari.
Artikolu 9
Minuti
L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa jitħejja miż-żewġ Segretarji. Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:
|
id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, |
|
id-dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu, |
|
id-deċiżjonijiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u l-konklużjonijiet adottati. |
L-abbozz tal-minuti jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Meta approvati, il-minuti jiġu ffirmati mill-President u ż-żewġ Segretarji. Il-minuti jiġu ffajljati fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li se jservu ta' depożitorju għad-dokumenti tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Kopja ċċertifikata tiġi mgħoddija lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6.
Artikolu 10
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet bi qbil bejn il-Partijiet. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.
2. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont l-Artikolu 121 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, rispettivament jingħataw it-titli “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni” segwiti b'numru ta' serje, bid-data ta' meta ġew addottati u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jiġu mgħoddija lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6 ta' hawn fuq. Kull Parti tista' tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
Artikolu 11
Lingwi
Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkunu l-lingwi uffiċjali taż-żewġ Partijiet. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jsejjes id-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.
Artikolu 12
Spejjeż
Kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll is-Serbja, kull wieħed iħallas għall-ispejjeż li jagħmel biex jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-spejjeż ta' vjaġġar u ta' sussistenza, kif ukoll tal-ispejjeż ta' posta u ta' telekomunikazzjoni. In-nefqa relatata ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, ta' traduzzjoni u ta' riproduzzjoni tad-dokumenti jitħallsu mill-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tan-nefqa relatata mas-servizzi ta' interpretazzjoni jew traduzzjoni għal jew mill-lingwa Serba, li jitħallsu mis-Serbja. Infiq ieħor relatat mal-organizzazzjoni tal-laqgħat jitħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.
Artikolu 13
Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
1. B'dan ġie stabbilit Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex jgħin lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-qadi ta' dmirijietu. Dan jiġi ffurmat minn rappreżentanti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea min-naħa, u rappreżentanti tal-Gvern tas-Serbja min-naħa l-oħra, normalment fil-livell ta' impjegati taċ-ċivil f'kariga għolja.
2. Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fejn meħtieġ u, inġenerali, jiżgura l-kontinwità fir-relazzjoni ta' assoċjazzjoni kif ukoll it-tħaddim xieraq tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Iqis kwalunkwe kwistjoni li tiġi referuta lilu mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tista' tinqala' fl-andament tat-twettiq ta' kuljum tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
3. F'każijiet fejn il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jirriferi għal obbligu li jikkonsulta jew il-possibilità ta' konsultazzjoni, din it-tip ta' konsultazzjoni tista' sseħħ fi ħdan il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-konsultazzjoni tista' tissokta fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.
4. Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma annessi ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 14
Kumitat Konsultattiv Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u minn imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili mis-Serbja
1. B'dan huwa stabbilit Kumitat Konsultattiv Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u ta' msieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tas-Serbja sabiex jgħin lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn is-sħab soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili, fl-Unjoni Ewropea u fis-Serbja. It-tali djalogu u kooperazzjoni jinkludu l-aspetti relevanti kollha tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja, hekk kif dawn jitfaċċaw fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. It-tali djalogu u kooperazzjoni b'mod partikolari jiffukaw biex:
(a) |
iħejju msieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili mis-Serbja għall-ħidma fil-qafas tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea li se sseħħ fil-ġejjieni; |
(b) |
iħejju msieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili mis-Serbja għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħidma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew wara l-adeżjoni tas-Serbja; |
(c) |
isir skambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku, partikolarment dwar il-qagħda attwali tal-proċess ta' adeżjoni kif ukoll dwar it-tħejjija tal-partijiet soċjali u ta' organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili mis-Serbja għal dan il-proċess; |
(d) |
jinkoraġġixxu skambji ta' esperjenza, prattiki tajbin u djalogu strutturat bejn a) l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili mis-Serbja u b) l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri, fosthom permezz ta' netwerking f'oqsma speċifiċi fejn il-kuntatti diretti u l-kooperazzjoni jistgħu jkunu l-aktar mezz effettiv biex tinstab soluzzjoni għal problemi partikolari; |
(e) |
jiddiskutu kull kwistjoni oħra rilevanti proposta minn kwalunkwe naħa, li tista' titfaċċa fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fil-qafas tal-Istrateġija ta' qabel l-adeżjoni. |
2. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi disa' rappreżentanti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u disa' rappreżentanti minn fost l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili tas-Serbja. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt jista' jistieden ukoll l-osservaturi.
3. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jwettaq il-kompiti tiegħu abbażi ta' konsultazzjoni mal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew, b'rabta mal-promozzjoni tad-djalogu bejn ċrieki ekonomiċi u soċjali, fuq inizjattiva tiegħu stess.
4. Il-membri għandhom jintgħażlu biex jiġi żgurat li l-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun xbieha kemm jista' jkun perfetta tad-diversi msieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili, kemm fl-Unjoni Ewropea u kif ukoll fis-Serbja. Il-ħatriet uffiċjali tal-membri Serbi jsiru mill-gvern tas-Serbja abbażi ta' proposti mill-imsieħba soċjali u minn organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili. Dawn il-proposti jissejsu fuq proċeduri ta' għażla inklużivi u trasparenti fost l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili.
5. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun kopresedut minn membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew flimkien ma' rappreżentant minn fost l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili mis-Serbja.
6. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
7. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fuq naħa waħda, u l-Gvern Serb, fuq in-naħa l-oħra, iħallsu kull wieħed għall-ispejjeż li jintefqu b'rabta mal-parteċipazzjoni tad-delegati tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt u tal-gruppi ta' ħidma tiegħu fir-rigward tal-persunal, tal-ispejjeż ta' vjaġġar u ta' sussistenza.
8. L-arranġamenti dettaljati dwar l-ispejjeż tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għandhom jiġu stipulati fir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1. Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat jitħallsu mill-parti li tospita l-laqgħat.
Artikolu 15
Kumitat Konsultattiv Konġunt kompost minn rappreżentanti tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea u awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi
1. B'dan qiegħed jitwaqqaf Kumitat Konsultattiv Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi, bil-kompitu li jassisti l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bil-għan li jkun hemm promozzjoni tad-djalogu u tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea u dawk fis-Serbja. It-tali djalogu u kooperazzjoni b'mod partikolari jiffukaw biex:
(a) |
iħejju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi għall-ħidma fil-qafas tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea li se sseħħ fil-ġejjieni; |
(b) |
iħejju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi għall-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni wara l-adeżjoni tas-Serbja; |
(c) |
isir skambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet attwali ta' interess reċiproku, b'mod partikolari dwar il-qagħda attwali tal-proċess ta' adeżjoni u dawk l-oqsma tal-politika fejn it-Trattati jipprevedu li l-Kumitat tar-Reġjuni jiġi kkonsultat, kif ukoll it-tħejjija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi għal dawn il-politiki; |
(d) |
jinkoraġġixxu djalogu strutturat multilaterali bejn a) l-awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi u b) l-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Istati Membri, fosthom permezz ta' netwerking f'oqsma speċifiċi fejn il-kuntatti diretti u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi u l-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Istati Membri jistgħu jkunu l-aktar mod effettiv li jindirizza s-suġġetti speċifiċi ta' interess reċiproku; |
(e) |
jipprovdu skambju ta' informazzjoni regolari dwar il-kooperazzjoni interreġjonali bejn awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi u l-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Istati Membri; |
(f) |
jinkoraġġixxu l-iskambju tal-esperjenzi u tal-għarfien fl-oqsma ta' politika fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Kumitat tar-Reġjuni jiġi kkonsultat, i) mill-awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi u ii) mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri, f'kompetenzi u tekniki partikolari li jirrigwardaw it-tħejjija ta' pjanijiet jew strateġiji ta' żvilupp lokali u reġjonali kif ukoll l-aktar użu effiċjenti tal-Fondi Strutturali u dawk ta' qabel l-adeżjoni; |
(g) |
jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi permezz ta' skambju ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni prattika tal-prinċipju ta' sussidjarjetà fl-aspetti kollha tal-ħajja fuq livell lokali u reġjonali; |
(h) |
jiddiskutu kull kwistjoni oħra rilevanti proposta minn kwalunkwe naħa, li tista' titfaċċa fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fil-qafas tal-Istrateġija ta' qabel l-adeżjoni. |
2. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul, fuq naħa, minn seba' rappreżentanti tal-Kumitat tar-Reġjuni, u fuq in-naħa l-oħra minn seba' rappreżentanti eletti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tas-Serbja. L-istess għadd ta' membri sostituti jiġu maħtura.
3. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu abbażi ta' konsultazzjoni mal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew, b'rabta mal-promozzjoni tad-djalogu bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fuq inizjattiva tiegħu stess.
4. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
5. Il-membri għandhom jintgħażlu b'tali mod li jiġi żgurat li l-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 jkun xbieha perfetta tad-diversi livelli ta' awtoritajiet lokali u reġjonali kemm fl-Unjoni Ewropea u kif ukoll fis-Serbja. Il-ħatriet uffiċjali tal-membri Serbi jsiru mill-gvern tas-Serbja abbażi ta' proposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Serbja. Dawn il-proposti jissejsu fuq proċeduri ta' għażla inklużivi u trasparenti fost ir-rappreżentanti b'mandati elettorali fuq livell lokali jew reġjonali.
6. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
7. Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkopresedut minn membru tal-Kumitat tar-Reġjuni u minn rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tas-Serbja.
8. Il-Kumitat tar-Reġjuni, fuq naħa waħda, u l-Gvern tas-Serbja, fuq in-naħa l-oħra, iħallsu għall-ispejjeż li jintefqu b'rabta mal-parteċipazzjoni tad-delegati u tal-persunal ta' appoġġ tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispejjeż ta' vjaġġar u ta' sussistenza.
9. L-arranġamenti dettaljati dwar l-ispejjeż tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għandhom jiġu stipulati fir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt imsemmi fil-paragrafu 1. Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat jitħallsu mill-parti li tospita l-laqgħat.
Magħmul fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ottubru 2013.
Għall-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI
Artikolu 1
Presidenza
Il-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkun ippresedut b'mod li jalterna għal perijodi ta' 12-il xahar minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u minn rappreżentant tal-Gvern tas-Serbja. L-ewwel perijodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013.
Artikolu 2
Laqgħat
Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jiltaqa' skont kif jitolbu ċ-ċirkostanzi, bil-ftehim taż-żewġ Partijiet. Kull laqgħa tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ssir fi żmien u f'post miftiehma miż-żewġ Partijiet. Il-laqgħat tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jissejħu mill-President.
Artikolu 3
Delegazzjonijiet
Qabel kull laqgħa, il-President ikun infurmat dwar il-konfigurazzjoni tad-delegazzjoni prevista għal kull Parti.
Artikolu 4
Segretarjat
Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea flimkien ma' uffiċjal tal-Gvern tas-Serbja, flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-komunikazzjonijiet kollha lil, u mingħand, il-President tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, previsti f'din id-Deċiżjoni jiġu mgħoddija lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif ukoll lis-Segretarji u l-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Artikolu 5
Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma jkunux pubbliċi.
Artikolu 6
Aġendi għal-laqgħat
1. Il-President, għal kull laqgħa jfassal aġenda proviżorja. Din tiġi mgħoddija mis-Segretarji tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda proviżorja tkun tinkludi l-punti li fuqhom il-President ikun irċieva talba sabiex jiżdiedu fuq l-aġenda sa mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-ebda punt ma jitniżżel fl-aġenda proviżorja sakemm ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' sostenn lis-Segretarji sa mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jistieden esperti li mhumiex membri sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. Fil-bidu ta' kull laqgħa, l-aġenda tiġi adottata mill-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Punt apparti dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.
2. Il-President jista', bi ftehim maż-żewġ Partijiet, iqassar l-iskadenzi stipulati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġiet ta' każ partikolari.
Artikolu 7
Minuti
Għal kull laqgħa jittieħdu l-minuti, u jkunu msejsa fuq is-sommarju tal-konklużjonijiet mill-President, li l-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkun wasal għalihom. Meta jiġu approvati mill-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-minuti jiġu ffirmati mill-President u mis-Segretarji, u jiġu ffajljati miż-żewġ Partijiet. Kopja tal-minuti tiġi mgħoddija lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4.
Artikolu 8
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jingħata s-setgħa mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni skont l-Artikolu 122 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet, dawk l-atti jkunu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni”, segwiti b'numru ta' serje, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet isiru bi qbil bejn il-Partijiet. Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji, u jiġu mgħoddija lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan l-Anness. Kull Parti tista' tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
Artikolu 9
Spejjeż
Kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll is-Serbja, kull wieħed iħallsu għall-ispejjeż li jagħmlu biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-spejjeż ta' vjaġġar u ta' sussistenza, kif ukoll tal-ispejjeż ta' posta u ta' telekomunikazzjoni. In-nefqa relatata ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, ta' traduzzjoni u ta' riproduzzjoni tad-dokumenti jitħallsu mill-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tan-nefqa relatata mas-servizzi ta' interpretazzjoni jew traduzzjoni għal jew mill-lingwa Serba, li jitħallsu mis-Serbja. Infiq ieħor relatat mal-organizzazzjoni tal-laqgħat jitħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.
Artikolu 10
Is-Sottokumitati u l-gruppi speċjali
Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jistabbilixxi sottokumitati jew gruppi speċjali sabiex jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u jagħmlulu rapport wara kull laqgħa li jagħmlu. Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jtemm kwalukwe sottokumitat jew grupp eżistenti, jistipula jew ibiddel it-termini ta' referenza tagħhom jew jistabbilixxi sottokumitati jew gruppi oħra sabiex jgħinuh fil-qadi ta' dmirijietu. Dawn is-sottokumitati u gruppi ma għandhom ikollhom l-ebda setgħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet.