ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 123

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
19 ta' Mejju 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard ( 1)

1

 

*

Regolament (UE) 2015/752 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra

16

 

*

Regolament (UE) 2015/753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija

23

 

*

Regolament (UE) 2015/754 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra

27

 

*

Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi

33

 

*

Regolament (UE) 2015/756 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jissospendi ċerti konċessjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija

50

 

*

Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE ( 1)

55

 

*

Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

77

 

*

Regolament (UE) 2015/759 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-Istatistika Ewropea ( 3)

90

 

*

Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil ( 1)

98

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE) ( ĠU L 122, 24.4.2014 )

122

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

 

(3)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/1


REGOLAMENT (UE) 2015/751 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-frammentazzjoni tas-suq intern hija ta' detriment għall-kompetittività, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. L-eliminazzjoni ta' ostakoli diretti u indiretti għall-funzjonament korrett u l-ikkompletar ta' suq integrat għall-pagamenti elettroniċi, mingħajr distinzjoni bejn il-pagamenti nazzjonali u transkonfinali, hija neċessarja għall-funzjonament korrett tas-suq intern.

(2)

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ipprovdiet sisien legali għall-ħolqien ta' suq intern tal-pagamenti mifrux mal-Unjoni kollha billi ffaċilitat sostanzjalment l-attività tal-fornituri ta' servizzi ta' pagament, filwaqt li ħolqot regoli uniformi fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' pagament.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) stabbilixxa l-prinċipju li l-imposti mħallsin minn utenti għal ħlas transkonfinali bl-euro jkunu l-istess bħal tal-pagament korrispondenti fi Stat Membru inklużitransazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard koperti b'dan ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ipprovda r-regoli għall-funzjonament tat-trasferimenti tal-kreditu u tad-debiti diretti bl-euro fis-suq intern iżda eskludatransazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

(5)

Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) timmira li tarmonizza ċerti regoli dwar kuntratti konklużi bejn konsumaturi u kummerċjanti, inklużi regoli dwar tariffi għall-użu ta' mezz ta' pagament, li abbażi tagħhom l-Istati Membri jipprojbixxu li l-kummerċjanti jimponu fuq il-konsumaturi, fir-rigward tal-użu ta' mezz partikolari ta' pagament, tariffi li jeċċedu l-ispiża mġarrba mill-kummerċjant għall-użu ta' tali mezz.

(6)

Pagamenti elettroniċi sikuri, effiċjenti, kompetittivi u innovattivi huma kruċjali biex il-konsumaturi, in-negozjanti u l-kumpanniji jgawdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern, speċjalment hekk kif id-dinja miexja lejn il-kummerċ elettroniku.

(7)

Xi Stati Membri ħarġu jew qed iħejju leġislazzjoni sabiex tirregola, direttament jew indirettament, it-tariffi tal-interkambju u li tkopri għadd ta' kwistjonijiet, inklużi l-limiti fuq it-tariffi tal-interkambju f'diversi livelli, it-tariffi tan-negozjant, ir-regola li għandek Tonora l-Kards Kollha u miżuri ta' gwida. Id-deċiżjonijiet amministrattivi eżistenti f'xi Stati Membri jvarjaw b'mod sinifikanti. Sabiex il-livelli tat-tariffi tal-interkambju jsiru aktar konsistenti, hija antiċipata l-introduzzjoni ulterjuri ta' miżuri regolatorji fil-livell nazzjonali bil-għan li jiġu indirizzati l-livelli ta', jew id-diverġenzi bejn, dawk it-tariffi. Tali miżuri nazzjonali aktarx li joħolqu ostakoli sinifikanti għall-ikkompletar tas-suq intern fil-qasam tal-pagamenti bil-kards u pagamenti bl-Internet u bil-mowbajl li jsiru permezz ta' kards u għaldaqstant ifixklu l-libertà li jiġu fornuti s-servizzi.

(8)

Il-kards ta' pagament huma l-iktar strument ta' pagament elettroniku użat b'mod frekwenti għax-xiri bl-imnut. Madankollu, l-integrazzjoni tas-suq tal-kards ta' pagament tal-Unjoni għad jonqsu ħafna biex jiġi kkompletat billi ħafna soluzzjonijiet ta' pagament ma jistgħux jiżviluppaw lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom u minħabba li operaturi ġodda pan-Unjoni ma jitħallewx jidħlu fis-suq. Hemm il-ħtieġa li jitneħħew l-ostakoli għall-funzjonament effiċjenti tas-suq tal-kards, inklużi dawk fil-qasam tal-pagamenti bil-kards u pagamenti bl-Internet u bil-mowbajl li jsiru permezz ta' kards.

(9)

Biex is-suq intern ikun jista' jiffunzjona b'mod effettiv, l-użu tal-pagamenti elettroniċi għandu jiġi promoss u ffaċilitat għall-benefiċċju tan-negozjanti u tal-konsumaturi. Il-kards u pagamenti elettroniċi oħra jistgħu jintużaw b'mod aktar versatili, inklużi l-possibbiltajiet li jsir pagament onlajn sabiex jiġi sfruttat is-suq intern u l-kummerċ elettroniku, waqt li l-pagamenti elettroniċi jipprovdu wkoll pagamenti potenzjalment sikuri lin-negozjanti. It-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard flok pagament bi flus kontanti jistgħu għalhekk ikunu ta' benefiċċju għan-negozjanti u għall-konsumaturi, dment li t-tariffi għall-użu ta' skemi ta' pagament bil-kard ikunu stabbiliti f'livell ekonomikament effiċjenti, filwaqt li jikkontribwixxu għall-kompetizzjoni ġusta, għall-innovazzjoni u għad-dħul fis-suq ta' operaturi ġodda.

(10)

It-tariffi tal-interkambju huma ġeneralment applikati bejn il-fornituri akkwirenti ta' servizzi ta' kards ta' pagament u l-fornituri emittenti ta' servizzi ta' kards ta' pagament li jappartjenu għal ċerta skema ta' pagament bil-kard. It-tariffi tal-interkambju huma parti prinċipali mit-tariffi imposti fuq in-negozjanti mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament li qed jakkwistaw għal kull transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard. In-negozjanti min-naħa tagħhom jinkorporaw dawk l-ispejjeż tal-kards, bħalma jsir għall-ispejjeż l-oħra kollha tagħhom, fil-prezzijiet ġenerali tal-prodotti u s-servizzi. Il-kompetizzjoni bejn l-iskemi ta' pagament li jsiru permezz ta' kards biex tikkonvinċi fornituri ta' servizzi ta' pagament joħorġu l-kards tagħhom twassal għal tariffi tal-interkambju ogħla aktar milli aktar baxxi fis-suq, b'kuntrast mal-effett dixxiplinari fuq il-prezzijiet li s-soltu jkollha l-kompetizzjoni f'ekonomija tas-suq. Flimkien ma' applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni għat-tariffi tal-interkambju, ir-regolamentazzjoni ta' tali tariffi ser ittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u tikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-transazzjonijiet għall-konsumaturi.

(11)

Il-varjetà kbira ta' tariffi tal-interkambju u l-livell tagħhom ma jippermettux li joħorġu fis-suq atturi “ġodda” pan Unjoni abbażi ta' mudelli tan-negozju b'tariffi orħos jew l-ebda tariffa tal-interkambju, għad-detriment tal-ekonomiji potenzjali ta' skala u ta' firxa u l-effiċjenzi li jirriżultaw minnhom. Dan iħalli impatt negattiv fuq in-negozjanti u l-konsumaturi u jipprevjeni l-innovazzjoni. Billi l-atturi pan-Unjoni jkollhom, bħala minimu, joffru lill-banek emittenti l-ogħla livell ta' tariffa tal-interkambju prevalenti fis-suq li jkunu jridu jidħlu fih, dan iwassal ukoll għall-frammentazzjoni persistenti tas-suq. L-iskemi domestiċi eżistenti b'tariffi tal-interkambju iktar baxxi jew mingħajr tariffi, ukoll jistgħu jiġu furzati joħorġu mis-suq minħabba l-pressjoni mill-banek biex jiksbu dħul ikbar mit-tariffi tal-interkambju. Bħala riżultat, il-konsumaturi u n-negozjanti jiffaċċjaw għażla ristretta, prezzijiet ogħla u kwalità iktar baxxa ta' servizzi ta' pagament, waqt li hija wkoll ristretta l-abbiltà tagħhom li jużaw soluzzjonijiet ta' pagament pan-Unjoni. Barra minn hekk, in-negozjanti ma jistgħux jegħlbu d-differenzi tat-tariffi billi jagħmlu użu mis-servizzi ta' aċċettazzjoni tal-kards offruti mill-banek fi Stati Membri oħrajn. Regoli speċifiċi applikati mill-iskemi ta' kard ta' pagament jirrikjedu l-applikazzjoni tat-tariffa tal-interkambju tal-“punt tal-bejgħ” (il-pajjiż tan-negozjant) għal kull transazzjoni ta' pagament, abbażi tal-politiki ta' liċenzjar territorjali tagħhom. Dan ir-rekwiżit jimpedixxi lill-akkwirenti milli jirnexxilhom joffru s-servizzi tagħhom fuq bażi transkonfinali. Dan jista' jostakola wkoll lin-negozjanti milli jnaqqsu l-ispejjeż tal-pagament tagħhom għall-benefiċċju tal-konsumaturi.

(12)

L-applikazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ma wasslitx biex tirrimedja din is-sitwazzjoni.

(13)

Għaldaqstant, biex tiġi evitata frammentazzjoni tas-suq intern u d-distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni minħabba liġijiet u deċiżjonijiet amministrattivi diverġenti, hemm il-ħtieġa, f'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jittieħdu miżuri li jindirizzaw il-problema ta' tariffi tal-interkambju għoljin u diverġenti, sabiex il-fornituri ta' servizzi ta' pagament jitħallew jipprovdu s-servizzi tagħhom fuq bażi transkonfinali u l-konsumaturi u n-negozjanti jitħallew jużaw servizzi transkonfinali.

(14)

L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u nazzjonali. Ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu limiti aktar baxxi jew miżuri b'għan jew effett ekwivalenti permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali.

(15)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament mingħajr xkiel ta' suq intern għal pagamenti bil-kards u pagamenti bl-Internet u bil-mowbajl li jsiru permezz ta' kards, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u n-negozjanti, dan ir-Regolament għandu japplika għal ħruġ u akkwist transkonfinali u domestiċi ta' transazzjonijiet ta' pagament permezz tal-kards. Jekk in-negozjanti jistgħu jagħżlu akkwirent minn barra l-Istat Membru tagħhom (“akkwist transkonfinali”), li jkun iffaċilitat bl-impożizzjoni tal-istess livell massimu kemm ta' tariffi tal-interkambju transkonfinali kif ukoll domestiku għal transazzjonijiet ta' akkwist u l-projbizzjoni ta' liċenzjar territorjali, għandha tkun possibbli li tiġi pprovduta ċ-ċarezza legali meħtieġa u biex ma ssirx distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn skemi ta' kards ta' pagament.

(16)

Bħala konsegwenza tar-rabtiet u l-impenji unilaterali aċċettati fil-qafas tal-proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ħafna transazzjonijiet transkonfinali ta' pagament bil-kard fl-Unjoni diġà jitwettqu filwaqt li jiġu rispettati t-tariffi massimi tal-interkambju. Sabiex tiġi prevista kompetizzjoni ġusta fis-suq għall-akkwist tas-servizzi, id-dispożizzjonijiet marbutin ma' transazzjonijiet transkonfinali u domestiċi għandhom japplikaw simultanjament u fi ħdan perijodu raġonevoli wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'konsiderazzjoni tad-diffikultà u l-kumplessità tal-migrazzzjoni ta' skemi ta' kards ta' pagament, li dan ir-Regolament jesiġi.

(17)

Hemm żewġ tipi ewlenin ta' kards tal-kreditu disponibbli fis-suq. Bil-kards ta' debitu differiti, l-ammont totali tat-transazzjonijiet jiġi ddebitat mill-kont tad-detentur tal-kard f'data speċifika maqbula minn qabel, normalment darba fix-xahar, mingħajr m'għandu jitħallas imgħax. B'kards ta' kreditu oħrajn, id-detentur tal-kard jista' juża faċilità ta' kreditu biex iħallas lura parti mill-ammonti dovuti f'data aktar tard minn dik speċifikata, flimkien ma' imgħaxijiet jew spejjeż oħra.

(18)

It-transazzjonijiet kollha ta' pagamenti permezz ta' kard ta' debitu u kreditu għandhom ikunu soġġetti għal rata ta' tariffa tal-interkambju massima.

(19)

Il-valutazzjoni tal-impatt turi li projbizzjoni tat-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet b'kard ta' debitu tkun ta' benefiċċju għall-aċċettazzjoni tal-kards, l-użu tal-kards u l-iżvilupp tas-suq uniku u tiġġenera iktar benefiċċji għan-negozjanti u l-konsumaturi minn limitu stabbilit fi kwalunkwe livell ogħla. Barra minn hekk, din tevita effetti negattivi li jirriżultaw minn limitu ogħla f'dawk l-iskemi nazzjonali li għandhom tariffi baxxi ħafna jew ebda tariffa ta' interkambju għal transazzjonijiet ta' debitu minħabba l-espansjoni transkonfinali jew parteċipanti ġodda fis-suq li jgħollu l-livelli tat-tariffi sal-livell tal-limitu. Projbizzjoni fuq tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet bil-kard ta' debitu tindirizza wkoll it-theddida ta' esportazzjoni tal-mudell għat-tariffa tal-interkambju, għal servizzi ta' pagament ġodda u innovattivi bħal sistemi mobbli u online.

(20)

Il-limiti f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-hekk imsejjaħ “Test tal-Indifferenza tan-Negozjant” żviluppat fil-letteratura ekonomika, li jidentifika l-livell ta' tariffa li negozjant ikun lest li jħallas li kieku n-negozjant kellu jqabbel l-ispiża tal-użu mill-konsumatur ta' kard ta' pagament ma' dawk ta' pagamenti mhux bil-kard (bi flus kontanti) (b'kont meħud tat-tariffa għas-servizz lin-negozjant u tat-tariffa tal-interkambju). B'hekk jiġi stimolat l-użu ta' strumenti ta' pagament effiċjenti permezz tal-promozzjoni ta' dawk il-kards li jipprovdu benefiċċji transazzjonali ogħla, waqt li fl-istess ħin jipprevjenu tariffi sproporzjonati għan-negozjant, li jimponu spejjeż moħbija fuq konsumaturi oħrajn. Tariffi eċċessivi għan-negozjant jistgħu jinħolqu wkoll minħabba l-arranġamenti kollettivi għat-tariffa tal-interkambju, minħabba li n-negozjanti jsibuha diffiċli li jirrifjutaw strumenti ta' pagament għaljin għax jibżgħu li jitilfu n-negozju. L-esperjenza wriet li dawk il-livelli huma proporzjonati, għax ma jqanqlux dubju dwar l-operat ta' skemi internazzjonali ta' kards u fornituri ta' servizzi ta' pagament. Huma jipprovdu wkoll benefiċċji għan-negozjanti u għall-konsumaturi u jipprovdu ċertezza legali.

(21)

Madankollu, kif muri fil-valutazzjoni tal-impatt, f'ċerti Stati Membri, it-tariffi tal-interkambju żviluppaw biex jippermettu lill-konsumaturi jibbenefikaw minn swieq b'kard ta' debitu effiċjenti f'termini ta' użu u aċċettazzjoni tal-kards b'tariffi tal-interkambju orħos mil-livell tal-indifferenza tan-negozjant. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu jistgħu jistabbilixxu tariffi tal-interkambju orħos għal transazzjonijiet domestiċi bil-kard ta' debitu.

(22)

Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li t-tariffi tal-kard ta' debitu huma stabbiliti f'livell ekonomikament effiċjenti, filwaqt li titqies l-istruttura ta' swieq domestiċi ta' kards ta' debitu, għandha tinżamm il-possibbiltà li l-limiti fuq it-tariffi tal-interkambju jiġu espressi bħala rata fissa. Rata fissa tista' wkoll tippromwovi l-użu ta' pagamenti permezz ta' kard ta' ammonti b'valur żgħir (“mikropagamenti”). Għandu jkun possibbli wkoll li wieħed japplika din ir-rata fissa flimkien ma' rata perċentwali, sakemm is-somma ta' tali tariffi tal-interkambju ma taqbiżx il-perċentwal speċifikat tal-valur annwali totali tat-transazzjonijiet fil-livell domestiku fi ħdan kull skema ta' kards ta' pagament. Barra minn hekk għandu jkun possibbli li jiġi definit limitu perċentwali inqas tat-tariffa tal-interkambju għal kull transazzjoni, u li jimponi ammont ta' tariffa massima fissa bħala limitu għall-ammont ta' tariffa li jirriżulta mir-rata perċentwali applikabbli għal kull transażżjoni.

(23)

Barra minn hekk, b'kont meħud tal-għan ta' dan ir-Regolament li jarmonizza għall-ewwel darba t-tariffi tal-interkambju f'kuntest fejn sistemi ta' kards ta' debitu u t-tariffi tal-interkambju eżistenti huma differenti ħafna, jeħtieġ li tkun prevista l-flessibbiltà fis-swieq domestiċi tal-kards ta' pagament. Għalhekk, matul perijodu ta' transizzjoni raġonevoli, fir-rigward ta' transazzjonijiet domestiċi b'kard ta' debitu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw għat-transazzjonijiet domestiċi kollha li jsiru bil-kards ta' debitu f'kull skema ta' kards ta' pagament tariffa tal-interkambju medja ponderata ta' mhux aktar minn 0,2 % tal-medja annwali tal-valur tat-transazzjonijiet domestiċi kollha li jsiru bil-kards ta' debitu f'kull skema ta' kards ta' pagament. Fir-rigward tal-limitu tat-tariffa tal-interkambju kkalkulat fuq il-medja annwali tal-valur ta' transazzjoni fi ħdan skema waħda ta' kards ta' pagament, huwa biżżejjed li fornitur tas-servizzi ta' pagament jipparteċipa fi skema ta' kards ta' pagament (jew f'xi tip ieħor ta' ftehimiet bejn il-fornituri ta' servizzi ta' pagament) li fihom, għat-transazzjonijiet domestiċi kollha b'kards ta' debitu, hija applikata medja ponderata tat-tariffa tal-interkambju ta' mhux aktar minn 0,2 %. Hawnhekk ukoll, tista' tiġi applikata tariffa fissa jew rata perċentwali jew kombinament ta' dawn it-tnejn bil-kondizzjoni li jiġi rispettat il-limitu massimu tal-medja ponderata.

(24)

Sabiex jiġu definiti l-limiti rilevanti tat-tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet domestiċi ta' kards ta' debitu, huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali intitolati li jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament jitħallew jiġbru l-informazzjoni rigward il-volum u l-valur tat-transazzjonijiet kollha li jsiru bil-kards ta' debitu kollha fi ħdan skema ta' kard ta' pagament jew tat-transazzjonijiet bil-kards ta' debitu li jappartjenu għal fornitur ta' servizzi ta' pagament wieħed jew aktar. Bħala konsegwenza, l-iskemi ta' kards ta' pagament u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament għandhom ikunu obbligati li jipprovdu data rilevanti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif speċifikat minn dawk l-awtoritajiet u f'konformità mal-limiti ta' żmien stabbiliti minnhom. L-obbligi ta' rappurtar għandhom jiġu estiżi għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament bħall-emittenti jew l-akkwirenti u mhux biss għal skemi ta' kards ta' pagament, sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe informazzjoni rilevanti tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti li għandhom, fi kwalunkwe każ, ikunu jistgħu jirrikjedu li tali informazzjoni tinġabar permezz tal-iskema ta' kards ta' pagament. Barra minn hekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw livell adegwat ta' żvelar tal-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-limiti applikabbli tat-tariffi tal-interkambju. Fid-dawl tal-fatt li l-iskemi ta' kards ta' pagament ġeneralment mhumiex fornituri ta' servizzi ta' pagament soġġetti għal superviżjoni prudenzjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni mibgħuta minn dawn l-entitajiet tkun iċċertifikata minn awditur indipendenti.

(25)

Xi strumenti tal-pagament fil-livell domestiku jippermettu lill-pagatur jibda transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard li mhumiex distinti bħala transazzjonijiet b'kard ta' debitu jew ta' kreditu mill-iskema ta' kards ta' pagament. L-għażliet li jsiru mid-detentur tal-kard mhumiex magħrufin mill-iskema ta' kards ta' pagament u mill-akkwirent; b'konsegwenza ta' dan, l-iskemi ta' kards ta' pagament m'għandhomx il-possibbiltà li japplikaw il-limiti differenti imposti b'dan ir-Regolament għat-transazzjonijiet b'kards tad-debitu u tal-kreditu (li huma distinti abbażi taż-żmien maqbul biex jiġu addebitati t-transazzjonijiet ta' pagament). B'kont meħud tal-ħtieġa li tinżamm il-funzjonalità tal-mudelli kummerċjali eżistenti filwaqt li jiġu evitati spejjeż mhux iġġustifikati jew eċċessivi tal-konformità legali u, fl-istess ħin, filwaqt li titqies l-importanza li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn il-kategoriji differenti ta' kards ta' pagament, huwa xieraq li tiġi applikata l-istess regola prevista minn dan ir-Regolament għal transazzjonijiet bil-kards ta' debitu għal tali transazzjonijiet ta' pagament domestiċi bil-“kards universali”. Madankollu, għandu jingħata perijodu ta' żmien itwal biex dawk l-istrumenti ta' pagament jiġu adattati. Għalhekk, bħala eċċezzjoni u matul perijodu ta' transizzjoni ta' 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu sehem massimu ta' transazzjonijiet domestiċi ta' pagament bil-kards universali li huma kkunsidrati bħala ekwivalenti għal transazzjonijiet b'kards ta' kreditu. Pereżempju, il-limitu tal-kard ta' kreditu jista' jiġi applikat għas-sehem definit tal-valur totali tat-transazzjonijiet għan-negozjanti u l-akkwirenti. Ir-riżultat matematiku tad-dispożizzjonijiet ikun konsegwentement ekwivalenti għall-applikazzjoni tal-limitu tat-tariffa tal-interkambju uniku fuq transazzjonijiet ta' pagamenti domestiċi li saru b'kards universali.

(26)

Dan ir-Regolament għandu jkopri t-transazzjonijiet kollha fejn il-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-pagatur u l-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jkunu jinsabu fl-Unjoni.

(27)

F'konformità mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika stipulat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, dan ir-Regolament għandu japplika għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard irrispettivament mill-ambjent li fih isseħħ din it-transazzjoni, inkluż permezz ta' strumenti u servizzi ta' pagament bl-imnut li jistgħu jkunu offlajn, onlajn jew bil-mowbajl.

(28)

It-transazzjonijiet permezz ta' kard ta' pagament ġeneralment isiru abbażi ta' żewġ mudelli kummerċjali ewlenin, l-hekk imsejħa “skemi tal-kard ta' pagament ta' tliet partijiet” (id-detentur tal-kard — l-iskema ta' akkwist u ta' ħruġ — in-negozjant) u “skemi tal-kard ta' pagament ta' erba' partijiet” (id-detentur tal-kard — il-bank emittenti — il-bank akkwirenti — in-negozjant). Ħafna skemi ta' kards ta' pagament ta' erba' partijiet jużaw tariffa espliċita tal-interkambju, li tkun, l-iżjed, multilaterali. Sabiex l-eżistenza ta' tariffi impliċiti tal-interkambju tkun rikonoxxuta u jingħata kontribut għall-ħolqien ta' kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-iskemi ta' kards ta' pagament ta' tliet partijiet li jużaw il-fornituri ta' servizzi ta' pagament bħala emittenti jew akkwirenti għandhom jiġu kkunsidrati bħala skemi ta' kards ta' pagament ta' erba' partijiet u għandhom isegwu l-istess regoli, filwaqt li t-trasparenza u miżuri oħra marbutin mar-regoli kummerċjali għandhom japplikaw għall-fornituri kollha. Madankollu, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet li jeżistu għal dawn it-tipi ta' skemi ta' tliet partijiet, huwa xieraq li jiġi permess perijodu ta' transizzjoni li matulu l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-regoli dwar il-limitu tat-tariffa tal-interkambju jekk dawn l-iskemi ikollhom sehem limitat ħafna mis-suq fl-Istat Membru kkonċernat.

(29)

Is-servizz emittenti huwa bbażat fuq relazzjoni kuntrattwali bejn l-emittent tal-istrument tal-pagament u l-pagatur, irrispettivament minn jekk l-emittent hux qiegħed iżomm il-fondi f'isem il-pagatur. L-emittent jagħmel kards ta' pagament għad-dispożizzjoni tal-pagatur, jawtorizza t-transazzjonijiet fit-terminals jew l-ekwivalenti tagħhom u jista' jiggarantixxi l-pagament lill-akkwirent għal transazzjonijiet li huma f'konformità mar-regoli tal-iskema relevanti. Għalhekk, is-sempliċi distribuzzjoni ta' kards ta' pagament jew servizzi tekniċi, bħas-sempliċi proċessar u l-ħażna ta' data, ma tikkostitwixxix ħruġ.

(30)

L-akkwist ta' servizzi jikkostitwixxi katina ta' operazzjonijiet mill-bidu ta' transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard għat-trasferiment tal-fondi lejn il-kont ta' pagament tal-benefiċjarju. Skont l-Istat Membru u l-mudell tan-negozju li għandu, is-servizz tal-akkwist huwa organizzat b'mod differenti. Għalhekk, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jħallas it-tariffa tal-interkambju mhux dejjem jidħlu f'kuntratt direttament mal-benefiċjarju. L-intermedjarji li jipprovdu parti mis-servizzi tal-akkwist iżda mingħajr relazzjoni kuntrattwali diretta mal-benefiċjarji għandhom madankollu jkunu koperti fid-definizzjoni ta' akkwirent skont dan ir-Regolament. Is-servizz akkwirenti huwa provdut irrispettivament minn jekk l-akkwirent huwiex qiegħed iżomm il-fondi f'isem il-benefiċjarju. Is-servizzi tekniċi, bħas-sempliċi proċessar u ħażna tad-data jew it-tħaddim ta' terminals, ma jikkostitwixxux akkwist.

(31)

Huwa importanti li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-tariffi tal-interkambju li għandhom jitħallsu jew jiġu riċevuti mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament ma jiġux evitati bi flussi alternattivi ta' tariffi lill-emittenti. Biex dan jiġi evitat, il-“kumpens nett” tat-tariffi mħallsa jew riċevuti mill-emittent, inklużi tariffi ta' awtorizzazzjoni possibbli, minn jew għal skema ta' kards ta' pagament, akkwirent jew kwalunkwe intermedjarju ieħor għandu jitqies bħala t-tariffa tal-interkambju. Meta tiġi kkalkolata t-tariffa tal-interkambju, bil-għan li jiġi vverifikat jekk tkunx qed isseħħ l-evażjoni, għandu jitqies l-ammont totali ta' pagamenti jew inċentivi riċevuti minn emittent minn skema tal-kard ta' pagament fir-rigward tat-transazzjonijiet irregolati filwaqt li jitnaqqsu t-tariffi mħallsa mill-emittent lill-iskema ta' pagamenti bil-kards. Il-pagamenti, l-inċentivi u t-tariffi kkunsidrati jistgħu jkunu diretti (jiġifieri bbażati fuq il-volum jew speċifiċi għat-transazzjoni) jew indiretti (inklużi inċentivi tal-kummerċjalizzazzjoni, bonuses, skontijiet talli jintlaħqu ċerti volumi ta' transazzjonijiet). Meta jiġi vverifikat jekk tkunx qed issir evażjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandu jittieħed kont, b'mod partikolari, tal-profitti tal-emittenti li jirriżultaw minn programmi speċjali mwettqa b'mod konġunt minn emittenti u minn skemi ta' kards ta' pagament u d-dħul mill-ipproċessar, il-liċenzjar, u tariffi oħra li jipprovdu dħul lill-organizzazzjonijiet ta' skemi ta' kards ta' pagament. Jista' jittieħed kont ukoll, kif ikun xieraq u jekk dan ikun sostnut minn elementi oġġettivi oħrajn, tal-ħruġ ta' kards ta' pagament f'pajjiżi terzi fil-verifika ta' evażjoni potenzjali ta' dan ir-Regolament.

(32)

Hemm it-tendenza li l-konsumaturi ma jkunux konxji tat-tariffi mħallsin min-negozjanti għall-istrument ta' pagament li jużaw. Fl-istess waqt, serje ta' prattiki ta' inċentiv applikati minn emittenti (bħal vouchers tal-ivvjaġġar, bonuses, skontijiet, ħlasijiet lura, assigurazzjonijiet b'xejn, eċċ.) jistgħu jħajru lill-konsumaturi jużaw strumenti tal-pagament, biex b'hekk jiġġeneraw tariffi għoljin għall-emittenti. Sabiex jiġi evitat dan, il-miżuri li jimponu restrizzjonijiet fuq it-tariffi tal-interkambju għandhom japplikaw biss għal kards ta' pagament li saru prodotti tal-massa u li n-negozjanti ġeneralment isibuha diffiċli biex jirrifjutaw minħabba l-ħruġ u l-użu mifrux tagħhom (jiġifieri kards ta' debitu u ta' kreditu tal-konsumatur). Sabiex jittejjeb il-funzjonament effettiv tas-suq fil-partijiet tas-settur li mhumiex regolati u sabiex jiġi limitat it-trasferiment tan-negozju mill-partijiet regolati tas-settur għal dawk mhux regolati, huwa meħtieġ li jiġu adottati serje ta' miżuri, li jinkludu s-separazzjoni tal-iskema u l-infrastruttura, l-iggwidar tal-pagatur mill-benefiċjarju, u l-aċċettazzjoni b'mod selettiv tal-istrumenti ta' pagament mill-benefiċjarju.

(33)

Is-separazzjoni bejn l-iskema u l-infrastruttura għandha tippermetti li l-proċessuri kollha jikkompetu għall-klijenti tal-iskemi. Billi l-ispiża tal-ipproċessar hija parti sinifikanti mill-ispiża totali tal-aċċettazzjoni tal-kards, huwa importanti għal din il-parti tal-katina ta' valur li tinfetaħ għal kompetizzjoni effettiva. Abbażi tas-separazzjoni tal-iskema mill-infrastruttura, l-iskemi ta' kards u l-entitajiet li jipproċessaw għandhom ikunu indipendenti f'termini ta' kontabbiltà, organizzazzjoni u proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dawn ma għandhomx jiddiskriminaw, pereżempju, billi jagħtu lil xulxin trattament preferenzjali jew informazzjoni privileġġjata li ma tkunx disponibbli għall-kompetituri tagħhom fis-settur tas-suq rispettiv tagħhom, jew billi jimponu rekwiżiti eċċessivi ta' informazzjoni fuq il-kompetitur tagħhom fis-settur tas-suq rispettiv tagħhom, jew billi japplikaw sussidju inkroċjat għall-attivitajiet rispettivi tagħhom jew billi jkollhom arranġamenti komuni ta' governanza. Tali prattiki diskriminatorji jikkontribwixxu għall-frammentazzjoni tas-suq, iħallu impatt negattiv fuq id-dħul ta' atturi ġodda fis-suq u jipprevjenu li jitfaċċaw atturi pan Unjoni, u għaldaqstant ifixklu l-ikkompletar tas-suq intern tal-pagamenti bil-kard u pagamenti bl-Internet u bil-mowbajl li jsiru permezz ta' kards, għad-detriment ta' negozjanti, kumpanniji u konsumaturi.

(34)

Ir-regoli tal-iskemi applikati mill-iskemi ta' kards ta' pagament u l-prattiki applikati mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament għandhom it-tendenza li jżommu lin-negozjanti u lill-konsumaturi fil-għama dwar id-differenzi fit-tariffi u jnaqqsu t-trasparenza tas-suq, pereżempju billi “jħalltu” t-tariffi jew billi jipprojbixxu lin-negozjanti milli jagħżlu marka ta' kard irħas fuq kards li jkunu co-badged jew milli jħajru lill-konsumaturi jużaw it-tali kards irħas. Anke jekk in-negozjanti jkunu konxji tal-ispejjeż differenti, ir-regoli tal-iskema spiss iżommuhom milli jieħdu azzjoni biex inaqqsu t-tariffi.

(35)

L-istrumenti ta' pagament jinvolvu spejjeż differenti għall-benefiċjarju, b'ċerti strumenti jkunu iktar għaljin minn oħrajn. Ħlief meta l-istrument ta' pagament partikolari ikun impost bil-liġi għal ċerti kategoriji ta' pagamenti jew ma jkunx jista' jiġi rrifjutat minħabba li jkollu status ta' valuta legali, il-benefiċjarju għandu jkun liberu skont id-Direttiva 2007/64/KE li jiggwida lill-pagatur lejn l-użu ta' strument ta' pagament speċifiku. L-iskemi ta' kards u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament jimponu bosta restrizzjonijiet fuq il-benefiċjarji f'dan ir-rigward, fosthom restrizzjonijiet fuq ir-rifjut mill-benefiċjarju tal-użu ta' strumenti speċifiċi ta' pagament għal ammonti żgħar, fuq l-għoti ta' informazzjoni lill-pagatur dwar it-tariffi mġarrba mill-benefiċjarju għal strumenti speċifiċi ta' pagament jew limitazzjoni imposta fuq il-benefiċjarju dwar in-numru ta' kxaxen tal-flus li jaċċettaw strumenti speċifiċi ta' pagament fil-ħanut tiegħu. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew.

(36)

F'sitwazzjonijiet fejn il-benefiċjarju jiggwida lill-pagatur lejn l-użu ta' strument speċifiku ta' pagament, il-benefiċjarju ma għandu jitlob ebda imposti mill-pagatur għall-użu ta' strumenti ta' pagament li t-tariffi tal-interkambju tagħhom huma rregolati fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, billi f'tali sitwazzjonijiet il-vantaġġi tas-soprataxxi jsiru limitati waqt li joħolqu kumplessità fis-suq.

(37)

Ir-Regola li għandek Tonora l-Kards Kollha hija obbligu doppju impost minn emittenti u minn skemi ta' kards ta' pagament u mill-iskemi ta' kards ta' pagament fuq il-benefiċjarji sabiex jaċċettaw il-kards kollha tal-istess marka, irrispettivament mill-ispejjeż differenti ta' dawn il-kards (l-element li “Tonora l-Prodotti kollha”), u irrispettivament mill-bank emittenti individwali li jkun ħareġ il-kard (l-element li “Tonora l-Emittenti kollha”). Huwa fl-interess tal-konsumatur li għall-istess kategorija ta' kards il-benefiċjarju ma jistax jiddiskrimina bejn l-emittenti jew id-detenturi tal-kards, u l-iskemi ta' pagament bil-kards u l-fornituri ta' servizzi ta' pagamenti jistgħu jimponu tali obbligu fuqhom. Għalhekk l-element li “Tonora l-Emittenti kollha” tar-regola li għandek Tonora l-Kards kollha huwa regola ġustifikabbli fi ħdan skema ta' kards ta' pagament, minħabba li ma jħallix lill-benefiċjarji jiddiskriminaw bejn banek individwali li jkunu ħarġu kard. L-element li “Tonora l-Prodotti kollha” huwa essenzjalment prattika li torbot li għandha l-effett li torbot l-aċċettazzjoni ta' kards b'tariffa baxxa mal-aċċettazzjoni ta' kards b'tariffa għolja. It-tneħħija tal-element li “Tonora l-Prodotti kollha” mir-regola li Tonora l-Kards kollha tippermetti lin-negozjanti jillimitaw l-għażla tal-kards ta' pagament li huma joffru għal kards ta' pagament bi spejjeż (aktar) baxxi biss, li tkun ukoll ta' benefiċċju għall-konsumaturi permezz tal-ispejjeż imnaqqsa tan-negozjanti. Għalhekk, in-negozjanti li jaċċettaw kards ta' debitu ma jiġux furzati jaċċettaw ukoll kards ta' kreditu, u dawk li jaċċettaw kards ta' kreditu ma jiġux furzati jaċċettaw kards kummerċjali. Madankollu, biex jipproteġu lill-konsumatur u l-abbiltà tal-konsumatur li juża l-kards ta' pagament kemm jista' jkun ta' spiss, in-negozjanti għandhom ikunu obbligati jaċċettaw il-kards li huma soġġetti għall-istess tariffa regolata tal-interkambju biss jekk maħruġa fi ħdan l-istess marka u tal-istess kategorija (kard imħallsa minn qabel, kard ta' debitu jew kard ta' kreditu). Tali limitazzjoni tirriżulta wkoll f'ambjent aktar kompetittiv għall-kards b'tariffi tal-interkambju mhux regolati taħt dan ir-Regolament, billi n-negozjanti jiksbu iktar saħħa ta' negozjar fir-rigward tal-kondizzjonijiet li taħthom jaċċettaw tali kards. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu limitati u meqjusa aċċettabbli biss biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi, biex b'hekk jagħtu lill-konsumaturi livell adegwat ta' ċertezza dwar il-fatt li l-kards ta' pagament tagħhom ser jiġu aċċettati min-negozjanti.

(38)

Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li jkun hemm distinzjoni ċara bejn kards tal-konsumatur u dawk kummerċjali fuq bażi kemm teknika kif ukoll kummerċjali. Huwa għalhekk importanti li kard kummerċjali tiġi definita bħala strument ta' pagament użat biss għal spejjeż tan-negozju ddebitati direttament lill-kont tal-impriża jew l-entità tas-settur pubbliku jew persuna fi¿ika li taħdem għal rasha.

(39)

Il-benefiċjarji u l-pagaturi għandhom ikollhom il-mezzi biex jidentifikaw il-kategoriji differenti ta' kards. Għaldaqstant, id-diversi marki u l-kategoriji għandhom ikunu identifikabbli b'mod elettroniku u għall-istrumenti ta' pagament permezz ta' kard li għadhom kif inħarġu b'mod viżibbli fuq l-apparat. Barra minn dan, il-pagatur għandu jkun infurmat dwar l-aċċettazzjoni tal-istrument(i) ta' pagament tal-pagatur f'punt tal-bejgħ partikolari. Huwa meħtieġ li kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu ta' marka partikolari titħabbar mill-benefiċjarju lill-pagatur fl-istess ħin u taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-informazzjoni li hija aċċettata marka partikolari.

(40)

Sabiex tkun żgurata kompetizzjoni effettiva bejn il-marki, huwa importanti li l-għażla tal-applikazzjoni tal-pagament għandha ssir mill-utenti, u mhux tiġi imposta mis-suq upstream, li jinkludi skemi ta' kards ta' pagament, fornituri jew proċessuri ta' servizzi ta' pagament. Tali ftehim ma għandux iżomm lill-pagaturi u lill-benefiċjarji milli jistabbilixxu għażla awtomatika għall-applikazzjoni, fejn teknikament possibbli, sakemm din l-għażla tista' tiġi mibdula għal kull transazzjoni.

(41)

Sabiex ikun żgurat li r-rimedju jkun possibbli fejn dan ir-Regolament ikun ġie applikat b'mod żbaljat, jew fejn jinqala' tilwim bejn l-utenti ta' servizzi ta' pagament u l-fornituri ta' servizz ta' pagament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati u effettivi ta' lment u rimedju barra l-qorti jew jieħdu miżuri ekwivalenti. L-Istati Membri, għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawk il-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u li jiġu applikati.

(42)

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport għall-istudju ta' diversi effetti ta' dan ir-Regolament fuq il-funzjonament tas-suq. Jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà tiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit dan ir-rapport u li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni għall-ġbir ta' data.

(43)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament li jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għat-transazzjonijiet ta' pagament li jsiru permezz ta' kard u pagamenti bl-Internet u bil-mowbajl li jsiru bil-kard, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(44)

Dan ir-Regolament huwa konformi mad-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment id-dritt għal rimedju effettiv jew għal proċess imparzjali, il-libertà li jitmexxa negozju, il-ħarsien tal-konsumatur u għandu jiġi applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi tekniċi u tan-negozju għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kards imwettqa fl-Unjoni, fejn kemm il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur kif ukoll il-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-benefiċjarju jinsabu hemmhekk.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal servizzi bbażati fuq strumenti ta' pagament speċifiċi li jistgħu jintużaw biss b'mod limitat, li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

strumenti li jippermettu lid-detentur jakkwista prodotti u servizzi biss fil-bini tal-emittent jew fi ħdan netwerk limitat ta' fornituri tas-servizz skont ftehim kummerċjali dirett ma' emittent professjonali;

(b)

strumenti li jistgħu jintużaw biss biex jiġu akkwistati firxa limitata ħafna ta' prodotti u servizzi;

(c)

strumenti validi biss fi Stat Membru wieħed ipprovduti fuq it-talba ta' impriża jew entità tas-settur pubbliku u regolati minn awtorità pubblika nazzjonali jew reġjonali għal finijiet speċifiċi soċjali jew ta' taxxa biex jiġu akkwistati prodotti jew servizzi minn fornituri li jkollhom ftehim kummerċjali mal-emittent,

3.   Il-Kapitolu II ma japplikax għal dawn li ġejjin:

(a)

transazzjonijiet b'kards kummerċjali;

(b)

ġbid ta' flus kontanti minn magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus jew mal-kaxxier tal-fornitur ta' servizz ta' pagament; u

(c)

transazzjonijiet b'kards ta' pagament maħruġa minn skemi ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet.

4.   L-Artikolu 7 ma japplikax għal skemi ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet.

5.   Meta skema ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet tilliċenzja fornituri oħrajn ta' servizzi ta' pagament għall-ħruġ ta' strumenti ta' pagament permezz ta' kards jew l-akkwist ta' transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kards, jew it-tnejn, jew toħroġ strumenti ta' pagament permezz ta' kards flimkien ma' sieħeb f'co-branding jew permezz ta' aġent, hija titqies bħala skema ta' pagament permezz ta' kard ta' erba' partijiet. Madankollu, sad-9 ta' Diċembru 2018 fir-rigward ta' transazzjonijiet ta' pagamenti domestiċi, tali skema ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet tista' tiġi eżentata mill-obbligi skont il-Kapitolu II, dment li t-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard magħmulin fi Stat Membru taħt tali skema ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet ma jaqbżux, fuq bażi annwali, it-3 % tal-valur tat-transazzjonijiet kollha ta' pagament permezz ta' kard magħmula fl-istess Stat Membru.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“akkwirent” tfisser fornitur ta' servizzi ta' pagament li jikkuntratta ma' benefiċjarju biex jaċċetta u jipproċessa transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard, li jirriżultaw fi trasferiment ta' fondi lill-benefiċjarju;

(2)

“emittent” tfisser fornitur ta' servizzi ta' pagament li jaqbel li jipprovdi lil pagatur bi strument ta' pagament biex jibda u jipproċessa t-transazzjonijiet ta' pagatur ta' pagament permezz ta' kard;

(3)

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, f'kuntratti ta' servizzi ta'pagament koperti minn dan ir-Regolament, qed taġixxi għal finijiet li mhumiex is-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(4)

“transazzjoni b'kard ta' debitu” tfisser transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard, inklużi dawk b'kards imħallsin minn qabel, li ma tkunx transazzjoni b'kard ta' kreditu;

(5)

“transazzjoni b'kard ta' kreditu” tfisser transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard fejn l-ammont tat-transazzjoni ikun debitat għalkollox jew f'parti minnu lill-pagatur f'data speċifika maqbula minn qabel, f'konformità ma' faċilità ta' kreditu maqbula minn qabel, bl-imgħax jew mingħajru;

(6)

“kard kummerċjali” tfisser kwalunkwe strument ta' pagament permezz ta' kard maħruġ lil impriżi jew entitajiet tas-settur pubbliku jew persuni fiżiċi li jaħdmu għal rashom li jkun limitat fl-użu għall-ispejjeż tan-negozju fejn il-pagamenti magħmula minn tali kards jitħallsu b'mod dirett mill-kont tal-impriża jew l-entità tas-settur pubbliku jew il-persuna fiżika li taħdem għal rasha;

(7)

“transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard” tfisser servizz ibbażat fuq l-infrastruttura u r-regoli tan-negozju ta' skema ta' kards ta' pagament biex issir transazzjoni ta' pagament permezz ta' kwalunkwe kard, telekomunikazzjoni, apparat jew software diġitali jew tal-IT jekk dan jirriżulta fi transazzjoni b'kard ta' debitu jew ta' kreditu. It-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard jeskludu transazzjonijiet ibbażati fuq tipi oħra ta' servizzi ta' pagament;

(8)

“transazzjoni ta' pagament transkonfinali” tfisser transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard fejn l-emittent u l-akkwirent ikunu jinsabu fi Stati Membri differenti jew fejn l-istrument ta' pagament permezz ta' kard jinħareġ minn emittent li jinsab fi Stat Membru differenti minn dak tal-punt tal-bejgħ;

(9)

“transazzjoni ta' pagament domestika” tfisser kwalunkwe transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard li ma tkunx transazzjoni ta' pagament transkonfinali;

(10)

“tariffa tal-interkambju” tfisser tariffa mħallsa għal kull transazzjoni direttament jew indirettament (jiġifieri permezz ta' terza parti) bejn l-emittent u l-akkwirent involuti fi transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard. Il-kumpens nett jew remunerazzjonijiet maqbula oħrajn jitqiesu bħala parti mit-tariffa tal-interkambju;

(11)

“kumpens nett” tfisser l-ammont nett totali ta' pagamenti, skontijiet jew inċentivi riċevuti minn emittent mill-iskema ta' kards ta' pagament, l-akkwirent jew kwalunkwe intermedjarju ieħor fir-rigward ta' transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard jew attivitajiet relatati;

(12)

“tariffa għas-servizzi tan-negozjant” tfisser tariffa mħallsa mill-benefiċjarju lill-akkwirent b'rabta ma' transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard;

(13)

“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija r-riċevitur intiż ta' fondi li kienu s-suġġett ta' transazzjoni tal-ħlas;

(14)

“pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont ta' pagament u tippermetti ordni ta' pagament minn dak il-kont ta' pagament, jew, fejn ma jkun hemm ebda kont ta' pagament, persuna fiżika jew ġuridika li tagħti ordni ta' pagament;

(15)

“kard ta' pagament” tfisser kategorija ta' strument ta' pagament li jippermetti lil pagatur jagħti bidu għal transazzjoni b'kard ta' debitu jew ta' kreditu;

(16)

“skema ta' kards ta' pagament” tfisser sett wieħed ta' regoli, prattiki, standards u/jew linji gwida għall-implimentazzjoni għall-eżekuzzjoni ta' transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard u li jkun separat minn kwalunkwe sistema ta' infrastruttura jew ta' pagament li tappoġġa l-operazzjoni tiegħu, u li jinkludi kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew entità speċifika li tieħu d-deċiżjonijiet b'responsabbiltà għall-funzjonament tal-iskema;

(17)

“skema ta' pagament permezz ta' kard ta' erba” partijiet' tfisser skema ta' pagament permezz ta' kard li fiha l-pagamenti jsiru mill-kont ta' pagament ta' pagatur fil-kont ta' pagament ta' benefiċjarju permezz tal-intermedjazzjoni tal-iskema, emittent (min-naħa tal-pagatur) u akkwirent (min-naħa tal-benefiċjarju);

(18)

“skema ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet” tfisser skema ta' kards ta' pagament li fiha l-iskema stess tipprovdi servizzi akkwirenti u emittenti u t-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard isiru minn kont ta' pagament ta' pagatur fil-kont ta' pagament ta' benefiċjarju fl-iskema. Meta skema ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet tilliċenzja fornituri oħrajn ta' servizzi ta' pagament għall-ħruġ ta' strumenti ta' pagament permezz ta' kards jew l-akkwist ta' transazzjonijiet ta' strumenti ta' pagament permezz ta' kard, jew it-tnejn, jew toħroġ strumenti ta' pagament permezz ta' kard flimkien ma' sieħeb f'co-branding jew permezz ta' aġent, hija titqies bħala skema ta' pagament permezz ta' kard ta' erba' partijiet;

(19)

“strument ta' pagament” tfisser kwalunkwe apparat personalizzat u/jew sett ta' proċeduri miftiehma bejn l-utent tas-servizzi ta' pagament u l-fornitur tas-servizzi ta' pagament u użat sabiex jagħti bidu għal ordni ta' pagament;

(20)

“strument ta' pagament permezz ta' kard” ifisser kwalunkwe strument ta' ħlas, inklużi kard, mowbajl, kompjuter jew kwalunkwe apparat teknoloġiku ieħor li jkun fih l-applikazzjoni adattata ta' pagament, li tippermetti lill-pagatur jibda transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard li mhijiex trasferiment ta' kreditu jew debitu dirett kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012;

(21)

“applikazzjoni ta' pagament” tfisser softwer tal-kompjuter jew ekwivalenti mtella' fuq apparat li jippermetti li jinbdew transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard u li jħalli lill-pagatur joħroġ ordnijiet ta' pagament;

(22)

“kont ta' pagament” tfisser kont f'isem wieħed jew aktar fornituri ta' servizzi ta' pagament li jintuża għall-eżekuzzjoni ta' transazzjonijiet ta' pagament, inkluż permezz ta' ammont speċifiku ta' flus elettroniċi kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(23)

“ordni ta' pagament” tfisser kwalunkwe istruzzjoni minn pagatur lill-fornitur ta' servizzi ta' pagament tiegħu li biha jitolbu jesegwixxi transazzjoni ta' pagament;

(24)

“fornitur ta' servizzi ta' pagament” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika awtorizzati li jipprovdu s-servizzi ta' pagament elenkati fl-Anness tad-Direttiva 2007/64/KE jew rikonoxxuti bħala emittenti ta' flus elettroniċi skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2009/110/KE. Fornitur ta' servizzi ta' pagament jista' jkun emittent jew akkwirent jew it-tnejn li huma;

(25)

“utent ta' servizzi ta' pagament” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizz ta' pagament fil-kapaċità jew ta' pagatur jew ta' benefiċjarju, jew it-tnejn li huma;

(26)

“transazzjoni ta' pagament” tfisser azzjoni ta' trasferiment ta' fondi, mibdija minn pagatur jew għan-nom tiegħu jew mill-benefiċjarju, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn pagatur u l-benefiċjarju;

(27)

“ipproċessar” tfisser it-twettiq tas-servizzi ta' pproċessar ta' transazzjoni ta' pagament f'termini tal-azzjonijiet rikjesti għall-ittrattar ta' struzzjoni ta' pagament bejn l-akkwirent u l-emittent;

(28)

“entità ta' pproċessar” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi ta' pproċessar ta' transazzjoni ta' pagament;

(29)

“punt tal-bejgħ” tfisser l-indirizz tal-post fiżiku tan-negozjant fejn tinbeda t-transazzjoni ta' pagament. Madankollu:

(a)

f'każ ta' bejgħ mill-bogħod jew kuntratti mill-bogħod (jiġifieri kummerċ elettroniku) kif definiti fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE, il-punt tal-bejgħ għandu jkun l-indirizz tal-post fiss tan-negozju li fih in-negozjant jeżerċita n-negozju tiegħu irrispettivament mis-sit elettroniku jew tas-server li minnu tinbeda t-transazzjoni ta' pagament;

(b)

f'każ li n-negozjant ma jkollux post fiss tan-negozju, il-punt tal-bejgħ għandu jkun l-indirizz li għalih in-negozjant għandu liċenzja kummerċjali valida u li minnu tinbeda t-transazzjoni ta' pagament;

(c)

f'każ li n-negozjant ma jkollux post fiss tan-negozju u lanqas liċenzja kummerċjali valida, il-punt tal-bejgħ għandu jkun l-indirizz tal-korrispondenza għall-pagament tat-taxxi tiegħu relatati mal-attività tal-bejgħ tiegħu u li minnu tinbeda t-transazzjoni ta' pagament;

(30)

“marka ta' pagament” tfisser kwalunkwe materjal jew isem, terminu, sinjal, simbolu diġitali jew kombinament tagħhom, li kapaċi jindika taħt liema skema ta' pagament permezz ta' kard isiru t-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard;

(31)

“co-badging” tfisser l-inklużjoni ta' żewġ marki jew aktar ta' pagament jew applikazzjonijiet ta' pagament tal-istess marka fuq l-istess strument ta' pagament permezz ta' kard;

(32)

“co-branding” tfisser l-inklużjoni ta' mill-inqas marka waħda ta' pagament u mill-inqas marka waħda mhux ta' pagament fuq l-istess strument ta' pagament permezz ta' kard;

(33)

“kard ta' debitu” tfisser kategorija ta' strument ta' pagament li jippermetti lil pagatur jagħti bidu għal transazzjoni b'kard ta' debitu esklużi dawk b'kards imħallsin minn qabel;

(34)

“kard ta' kreditu” tfisser kategorija ta' strument ta' pagament li jippermetti lill-pagatur jibda transazzjoni b'kard ta' kreditu;

(35)

“kard imħallsa minn qabel” tfisser kategorija ta' strument ta' pagament li fiha flus elettroniċi, kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, ikunu maħżunin.

KAPITOLU II

TARIFFI TAL-INTERKAMBJU

Artikolu 3

Tariffi tal-interkambju fuq it-transazzjonijiet b'kard ta' debitu tal-konsumatur

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu tariffa tal-interkambju fuq kull transazzjoni ta' iktar minn 0,2 % tal-valur tat-transazzjoni għal kwalunkwe transazzjoni b'kard ta' debitu.

2.   Għal transazzjonijiet domestiċi ta' kards ta' debitu l-Istati Membri jistgħu jew:

(a)

jiddefinixxu perċentwal tal-limitu tat-tariffa tal-interkambju għal kull transazzjoni inqas minn dak previst fil-paragrafu 1 u jistgħu jimponu ammont ta' tariffa massima fissa bħala limitu fuq l-ammont ta' tariffa li tirriżulta mir-rata perċentwali applikabbli; jew

(b)

jippermettu lill-fornituri ta' servizzi ta' pagament sabiex japplikaw tariffa tal-interkambju fuq kull transazzjoni ta' mhux aktar minn EUR 0,05, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom m'hijiex l-ewro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-8 ta' Ġunju 2015, li għandha tiġi riveduta kull ħames snin jew kull meta jkun hemm varjazzjoni sinifikanti fir-rati tal-kambju. Din it-tarfiffa ta' interkambju fuq kull transazzjoni tista' wkoll tkun kombinata ma' rati perċentwali massimi ta' mhux aktar minn 0,2 %, dejjem sakemm it-total ta' tariffi tal-interkambju tal-iskema ta' kards ta' pagament ma taqbiżx 0,2 % tal-valur ta' transazzjoni annwali totali għat-transazzjonijiet domestiċi b'kards ta' debitu f'kull skema ta' kards ta' pagament.

3.   Sad-9 ta' Diċembru 2020, fir-rigward ta' transazzjonijiet domestiċi ta' kards ta' debitu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-fornituri ta' servizzi ta' pagament japplikaw tariffa tal-interkambju medja ponderata ta' mhux aktar mill-ekwivalenti ta' 0,2 % tal-medja annwali tal-valur tat-transazzjoni għat-transazzjonijiet domestiċi b'kards ta' debitu kollha f'kull skema ta' kards ta' pagament. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx tat-tariffa tal-interkambju medja ponderata applikabbli għal kull transazzjoni domestika b'kard ta' debitu.

4.   Il-valuri tat-transazzjoni annwali imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jiġi kkalkulat kull sena, jibda mill-1 ta' Jannar u jintemm fil-31 ta' Diċembru kull sena u għandu japplika mill-1 ta' April tas-sena ta' wara. Il-perijodu ta' referenza għall-ewwel kalkolu ta' tali valur għandu jibda 15-il xahar tal-kalendarju qabel id-data ta' applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 u għandu jintemm tliet xhur tal-kalendarju qabel dik id-data.

5.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 13 għandhom, mat-talba bil-miktub tagħhom, jirrikjedu li skemi ta' kards ta' pagament u/jew fornituri ta' servizzi ta' pagament jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni korretta tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Tali informazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti qabel l-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara l-perijodu ta' referenza msemmi fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 4. Kwalunkwe informazzjoni oħra li tabilita lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti mat-talba bil-miktub tagħhom u fl-iskadenza stabbilita minnhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li tali informazzjoni tkun iċċertifikata minn awditur indipendenti.

Artikolu 4

Tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet b'kard ta' kreditu tal-konsumatur

Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu tariffa tal-interkambju fuq kull transazzjoni ta' iktar minn 0,3 % tal-valur tat-transazzjoni għal kwalunkwe transazzjoni b'kard ta' kreditu. Fir-rigward tat-transazzjonijiet domestiċi b'kard ta' kreditu l-Istati Membri jistgħu jiddefenixxu limitu aktar baxx tat-tariffa tal-interkambju fuq kull transazzjoni.

Artikolu 5

Il-projbizzjoni tal-evażjoni

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-limiti msemmija fl-Artikoli 3 u 4, kwalunkwe remunerazzjoni maqbula, inkluż il-kumpens nett, b'oġġett jew effett ekwivalenti għat-tariffa tal-interkambju, riċevut minn emittent mill-iskema ta' kard ta' pagament, l-akkwirent jew kwalunkwe intermedjarju ieħor fir-rigward tat-transazzjonijiet ta' pagament jew attivitajiet relatati għandha tkun ittrattata bħala parti mit-tariffa tal-interkambju.

KAPITOLU III

REGOLI TAN-NEGOZJU

Artikolu 6

Liċenzjar

1.   Huma pprojbiti kwalunkwe restrizzjoni territorjali fl-Unjoni jew kwalunkwe regola b'effett ekwivalenti fi ftehimiet ta' liċenzjar jew f'regoli ta' skemi ta' kards ta' pagament għall-ħruġ ta' kards ta' pagament jew għall-akkwist ta' transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard.

2.   Huma pprojbiti kwalunkwe rekwiżit jew obbligu biex tinkiseb liċenzja jew awtorizzazzjoni speċifika għall-pajjiż għal operazzjoni fuq bażi transkonfinali jew kwalunkwe regola b'effett ekwivalenti fi ftehimiet ta' liċenzjar jew f'regoli ta' skemi ta' kards ta' pagament għall-ħruġ ta' kards ta' pagament jew għall-akkwist ta' transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard.

Artikolu 7

Separazzjoni ta' skema ta' kards ta' pagament u ta' entitajiet ta' pproċessar

1.   L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar:

(a)

għandhom ikunu indipendenti f'termini ta' kontabbiltà, organizzazzjoni u proċessi deċiżjonali;

(b)

ma għandhomx joffru prezzijiet għal skemi ta' kard ta' pagament u attivitajiet tal-ipproċessar b'mod konġunt u ma għandhomx jinkroċjaw is-sussidji ta' tali attivitajiet;

(c)

ma għandhom jiddiskriminaw b'ebda mod bejn is-sussidjarji jew l-azzjonisti tagħhom fuq naħa u l-utenti tal-iskemi ta' kards ta' pagament u sħab kuntrattwali oħrajn fuq in-naħa l-oħra, u b'mod partikolari ma għandhom jagħtu l-ebda servizz li huma joffru b'kwalunkwe mod soġġett għall-aċċettazzjoni mis-sieħeb kuntrattwali tagħhom ta' kwalunkwe servizz ieħor li huma joffru.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-iskema tista' tirrikjedi li skema ta' kards ta' pagament tipprovdi rapport indipendenti li jikkonferma l-konformità tagħha mal-paragrafu 1.

3.   L-iskemi ta' kards ta' pagament għandhom jippermettu l-possibbiltà li l-awtorizzazzjoni u l-messaġġi ta' kklerjar ta' transazzjonijiet uniċi ta' pagament permezz ta' kard ikunu separati u pproċessati minn entitajiet ta' pproċessar differenti.

4.   Hija pprojbita kwalunkwe diskriminazzjoni territorjali fir-regoli ta' pproċessar operati minn skemi ta' kards ta' pagament.

5.   L-entitajiet ta' pproċessar fl-Unjoni għandhom jiżguraw li s-sistema tagħhom hija teknikament interoperabbli ma' sistemi oħrajn ta' entitajiet ta' pproċessar fl-Unjoni permezz tal-użu ta' standards żviluppati minn korpi ta' standardizzazzjoni internazzjonali jew Ewropej. Barra minn hekk, l-iskemi ta' kard ta' pagament ma għandhomx jadottaw jew japplikaw regoli tan-negozju li jirrestrinġu l-interoperabbiltà fost entitajiet ta' pproċessar fl-Unjoni.

6.   L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tista', wara li tikkonsulta ma' bord konsultattiv kif imsemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu r-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti minn skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar biex tiżgura l-applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tressaq dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Diċembru 2015.

Il-Kummissjoni b'dan tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 8

Il-co-badging u l-għażla tal-marka ta' pagament jew tal-applikazzjoni ta' pagament

1.   Kwalunkwe skema ta' kards ta' pagament u kwalunkwe regola fi ftehimiet ta' liċenzjar jew miżuri ta' effett ekwivalenti li jfixklu jew jipprevjenu emittent milli jagħmel co-badging ta' żewġ marki ta' pagament jew applikazzjonijiet ta' pagament differenti jew iżjed fuq strument ta' pagament permezz ta' kards, huma pprojbiti.

2.   Meta jidħol fi ftehim kuntrattwali ma' fornitur ta' servizzi ta' pagament, il-konsumatur jista' jitlob li jkollu żewġ marki differenti ta' pagament jew aktar fuq strument ta' pagament permezz ta' kards sakemm tali servizz ikun offut mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament. Biżżejjed żmien qabel jiġi ffirmat il-kuntratt, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament għandu jipprovdi lill-konsumatur informazzjoni ċara u oġġettiva dwar il-marki ta' pagament kollha disponibbli u l-karatteristiċi tagħhom, inkluż il-funzjonalitajiet, l-ispiża u s-sigurtà tagħhom.

3.   Għandha tkun oġġettivament ġustifikata u mhux diskriminatorja kwalunkwe differenza fit-trattament tal-emittenti u l-akkwirenti f'regoli ta' skemi u regoli fi ftehimiet tal-liċenzjar li jikkonċernaw il-co-badging ta' marki ta' pagament jew applikazzjonijiet ta' pagament differenti fuq strument ta' pagament permezz ta' kards.

4.   L-iskemi ta' kards ta' pagament ma għandhomx jimponu rekwiżiti ta' rapportar, obbligi ta' pagament ta' tariffi jew obbligi simili bl-istess għan jew effett fuq il-fornituri emittenti u akkwirenti tas-servizzi ta' pagament għal transazzjonijiet mwettqa bi kwalunkwe apparat li fuqu tkun preżenti l-marka ta' pagament tagħhom fir-rigward ta' transazzjonijiet li fihom ma tintużax l-iskema tagħhom.

5.   Ma għandux ikun diskriminatorju u għandu jiġi applikat b'mod mhux diskriminatorju kwalunkwe prinċipju ta' għażla tar-rotta jew miżura ekwivalenti bil-għan li jidderieġu t-transazzjonijiet minn mezz jew proċess speċifiku u standards u rekwiżiti tekniċi u ta' sigurtà oħrajn fir-rigward tat-trattament ta' żewġ marki ta' pagament u applikazzjonijiet ta' pagament differenti jew aktar fuq strument ta' pagament permezz ta' kard.

6.   L-iskemi ta' kards ta' pagament, l-emittenti, l-akkwirenti, l-entitajiet ta' pproċessar u l-fornituri ta' servizzi tekniċi oħra ma għandhomx idaħħlu mekkaniżmi awtomatiċi, software jew apparat fuq l-istrument ta' pagament jew fuq l-apparat applikat fil-punt tal-bejgħ li jillimitaw l-għażla tal-marka ta' pagament jew tal-applikazzjoni ta' pagament, jew it-tnejn, mill-pagatur jew il-benefiċjarju meta jkunu qed jużaw strument ta' pagament li jkun co-badged.

Il-benefiċjarji għandhom iżommu l-għażla li jinstallaw mekkaniżmi awtomatiċi fit-tagħmir użat fil-punt tal-bejgħ li jagħmlu għażla ta' prijorità ta' marka ta' pagament jew applikazzjoni ta' pagament partikolari iżda l-benefiċjarji ma għandhomx jimpedixxu lill-pagatur milli jagħmel għażla differenti minn tali għażla awtomatika ta' prijorità magħmula mill-benefiċjarju fit-tagħmir tiegħu għall-kategoriji ta' kards jew strumenti ta' pagament relatati aċċettati mill-benefiċjarju.

Artikolu 9

Evitar tat-taħlit

1.   Kull akkwirent għandu joffri u jiċċarġja lill-benefiċjarji tiegħu tariffi għas-servizzi tan-negozjant speċifikati individwalment għall-kategoriji differenti u l-marki differenti ta' kards ta' pagament b'livelli differenti ta' tariffi tal-interkambju sakemm il-benefiċjarji ma jitolbux lill-akkwirent, bil-miktub, biex jiġu ċċarġjati tariffi għas-servizzi tan-negozjant imħalltin flimkien.

2.   L-akkwirenti għandhom jinkludu, fil-ftehimiet tagħhom ma' benefiċjarji, informazzjoni speċifikata b'mod individwali dwar l-ammont tat-tariffi għas-servizzi tan-negozjant, it-tariffi tal-interkambju u t-tariffi tal-iskemi applikabbli fir-rigward ta' kull kategorija u marka ta' kards ta' pagament, dment li l-benefiċjarju sussegwentement ma jagħmilx talba differenti bil-miktub.

Artikolu 10

Regoli li għandek “Tonora l-Kards Kollha”

1.   L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament ma għandhom japplikaw l-ebda regola li tobbliga lill-benefiċjarji jaċċettaw strumenti ta' pagament permezz ta' kard maħruġa minn emittent wieħed sabiex ukoll jaċċettaw strumenti oħra ta' pagament permezz ta' kard maħruġa fil-qafas tal-istess skema ta' kards ta' pagament.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal strumenti ta' pagament permezz ta' kard tal-konsumatur tal-istess marka u tal-istess kategorija ta' kard imħallsa minn qabel, kard ta' debitu jew ta' kard ta' kreditu suġġetti għal tariffa tal-interkambju taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li skemi ta' pagament u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament jipprovdu li kards ma jistgħux jiġu rrifjutati abbażi tal-identità tal-emittent jew tad-detentur tal-kard.

4.   Il-benefiċjarji li jiddeċiedu li ma jaċċettawx il-kards kollha jew strumenti oħra ta' pagament ta' skema ta' kards ta' pagament għandhom jinformaw b'dan lill-konsumaturi, b'mod ċar u inekwivoku, fl-istess ħin li jinformaw lil konsumaturi bl-aċċettazzjoni ta' kards u strumenti ta' pagament oħra tal-iskema ta' kards ta' pagament. Tali informazzjoni għandha tintwera b'mod prominenti fid-daħla tal-ħanut u ħdejn il-kexxun tal-flus.

Fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod, din l-informazzjoni għandha tintwera fuq is-sit tal-Internet tal-benefiċjarju jew fuq xi mezz ieħor elettroniku jew mobbli applikabbli. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-pagatur fi żmien adatt qabel ma jidħol fi ftehim ta' xiri mal-benefiċjarju.

5.   L-emittenti għandhom jiżguraw li l-istrumenti tagħhom ta' pagament huma elettronikament identifikabbli, u, fil-każ tal-istrumenti tagħhom ta' pagament permezz ta' kard li jkunu għadhom kif inħarġu, ukoll identifikabbli b'mod viżibbli, li jippermetti lill-benefiċjarji u lill-pagaturi jidentifikaw b'mod inekwivoku liema marki u kategoriji ta' kards imħallsa minn qabel, kards ta' debitu, kards ta' kreditu jew kards kummerċjali jintgħażlu mill-pagatur.

Artikolu 11

Regoli dwar prattiki ta' gwida

1.   Hija pprojbita kwalunkwe regola fi ftehimiet tal-liċenzjar, f'regoli ta' skemi applikati minn skemi ta' pagament permezz ta' kard u fi ftehimiet bejn akkwirenti u benefiċjarji li ma tħallix il-benefiċjarji jiggwidaw lill-konsumaturi lejn l-użu ta' kwalunkwe strument ta' pagament ippreferut mill-benefiċjarju. Din il-projbizzjoni għandha tkopri wkoll kwalunkwe regola li tipprojbixxi l-benefiċjarji milli jittrattaw strumenti ta' pagament bil-kard ta' skema partikolari ta' pagament permezz ta' kard b'mod iktar jew inqas favorevoli minn oħrajn.

2.   Hija pprojbita kwalunkwe regola fi ftehimiet tal-liċenzjar, f'regoli ta' skemi applikati minn skemi ta' pagament permezz ta' kard u fi ftehimiet bejn akkwirenti u benefiċjarji li ma tħallix il-benefiċjarji jinfurmaw lil min iħallsu dwar it-tariffi tal-interkambju u t-tariffi għas-servizzi tan-negozjant.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar imposti, skontijiet jew mekkaniżmi ta' gwida oħra stabbiliti fid-Direttiva 2007/64/KE u d-Direttiva 2011/83/UE.

Artikolu 12

Informazzjoni lill-benefiċjarju dwar transazzjonijiet individwali ta' pagament permezz ta' kard

1.   Wara l-eżekuzzjoni ta' transazzjoni individwali ta' pagament permezz ta' kard, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard;

(b)

l-ammont tat-transazzjoni ta' pagament fil-munita li fiha huwa kkreditat il-kont ta' pagament tal-benefiċjarju;

(c)

l-ammont ta' kwalunkwe imposta fuq it-transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard, li jindika b'mod separat it-tariffa għas-servizzi tan-negozjant u l-ammont tat-tariffa tal-interkambju.

Bil-kunsens espliċitu u minn qabel tal-benefiċjarju, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tiġi aggregata bil-marka, l-applikazzjoni, il-kategoriji tal-istrument ta' pagament u r-rati ta' tariffi tal-interkambju applikabbli għat-transazzjoni.

2.   Il-kuntratti bejn l-akkwirenti u l-benefiċjarji jistgħu jinkludu dispożizzjoni li l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta jew magħmula disponibbli perjodikament, mill-inqas darba f'xahar, u b'mod miftiehem li jippermetti l-benefiċjarji li jaħżnu u jirriproduċu l-informazzjoni mingħajr tibdil.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi infurzat u li jingħataw poteri investigattivi u ta' infurzar.

2.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru korpi eżistenti biex jaġixxu bħala awtoritajiet kompetenti.

3.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk l-awtoritajiet kompetenti sad-9 ta' Ġunju 2016. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tikkonċerna lil dawn l-awtoritajiet.

5.   L-awtoritajiet kompetenti maħtura msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom riżorsi adegwati għall-qadi ta' dmirijiethom.

6.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw b'mod effettiv il-konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż li jaħdmu kontra tentattivi mill-fornituri tas-servizzi ta' pagament biex jevitaw dan ir-Regolament, u li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw din il-konformità.

Artikolu 14

Penalitajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu applikati.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifiikaw lill-Kumissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijet sad-9 ta' Ġunju 2016 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 15

Riżoluzzjoni, ilmenti barra l-qorti u proċeduri ta' rimedju

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jippromwovu proċeduri adegwati u effettivi ta' lment u rimedju barra mill-qorti jew jieħdu miżuri ekwivalenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim li jinqala' taħt dan ir-Regolament bejn il-benefiċjarji u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament tagħhom. Għal dawk il-finijiet, l-Istati Membri għandhom jaħtru korpi eżistenti, fejn ikun xieraq, jew jistabbilixxu korpi ġodda. Il-korpi għandhom ikunu indipendenti mill-partijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawk il-korpi sad-9 ta' Ġunju 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tkun tikkonċerna lil dawn il-korpi.

Artikolu 16

Kards universali

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, fir-rigward ta' transazzjonijiet ta' pagament domestiċi li mhumiex distingwibbli bħala transazzjonijiet b'kard ta' debitu jew ta' kreditu mill-iskema ta' kards ta' pagament, japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar kards ta' debitu jew transazzjonijiet b'kard ta' debitu.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, sad-9 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sehem ta' mhux aktar minn 30 % tat-transazzjoniazzjonijiet ta' pagamenti domestiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li huma kkunsidrati bħala ekwivalenti għal transazzjonijiet b'karti ta' kreditu li għalihom għandu japplika l-limitu għat-tariffa tal-interkambju stabbilit fl-Artikolu 4.

Artikolu 17

Klawżola ta' reviżjoni

Sad-9 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu janalizza b'mod partikulari l-adattezza tal-livelli tat-tariffi tal-interkambju u l-mekkaniżmi ta' gwida, bħall-imposti, waqt li jieħu inkonsiderazzjoni l-użu u l-ispiża tad-diversi mezzi ta' pagamenti u l-livell ta' dħul ta' atturi ġodda, ta' teknoloġija ġdida u ta' mudelli ta' negozju innovattivi fis-suq. Il-valutazzjoni għandha tqis b'mod partikolari:

(a)

l-iżvilupp ta' tariffi għall-pagaturi;

(b)

il-livell ta' kompetizzjoni fost il-fornituri ta' kards ta' pagament u l-iskemi ta' kards ta' pagament;

(c)

l-effetti fuq l-ispejjeż għall-pagatur u l-benefiċjarju;

(d)

il-livelli ta' trasferiment min-negozjanti tat-tnaqqis fil-livelli tat-tariffi tal-interkambju;

(e)

ir-rekwiżiti tekniċi u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-partijiet kollha involuti;

(f)

l-effetti tal-co-badging fuq il-faċilità ta' użu għall-utent, prinċipalment għall-anzjani u l-utenti l-iktar vulnerabbli;

(g)

l-effett fuq is-suq tal-esklużjoni ta' kards kummerċjali mill-Kapitolu II, billi titqabbel is-sitwazzjoni f'dawk l-Istati Membri fejn huma pprojbiti s-soprataxxi mas-sitwazzjoni f'dawk fejn huma permessi;

(h)

l-effett fuq is-suq tad-dispożizzjonijiet speċjali għal tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet domestiċi bil-kard ta' debitu;

(i)

l-iżvilupp ta' akkwisti transkonfinali u l-effett tagħhom fuq is-suq uniku, billi titqabbel is-sitwazzjoni għal kards b'tariffi limitati u kards b'tariffi mhux limitati, biex tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jiġi ċċarat liema tariffa tal-interkambju tapplika għall-akkwisti transkonfinali;

(j)

l-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli dwar is-separazzjoni tal-iskema ta' kards ta' pagament u l-ipproċessar, u l-ħtieġa li terġa' tiġi kkunsidrata diżassoċjazzjoni legali.

(k)

il-ħtieġa possibbli, skont l-effett tal-Artikolu 3(1) fuq il-valur attwali ta' tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet b'kard ta' debitu ta' valur medju u għoli, li jiġi rivedut dak il-paragrafu billi jiġi previst li l-limitu għandu jiġi limitat għall-ammont aktar baxx ta' EUR 0,07 jew 0,2 % tal-valur tat-transazzjoni.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva li tista' tinkludi emenda proposta tal-limitu massimu għal tariffi tal-interkambju.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa għandu japplika mit-8 ta' Ġunju 2015, ħlief għall-Artikoli 3, 4, 6 u 12 li għandhom japplikaw mid-9 ta' Diċembru 2015, u għall-Artikoli 7, 8, 9 u 10 li għandhom japplikaw mid-9 ta' Ġunju 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 193, 24.6.2014, p. 2.

(2)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 78.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.

(4)  Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

(5)  Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).

(6)  Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

(7)  Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(8)  Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(9)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/16


REGOLAMENT (UE) 2015/752 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra

(Kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 (3) ġie emendat (4) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, (“FSA”) ġie ffirmat fil-15 ta' Ottubru 2007 (5) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2010.

(3)

Hu meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-FSA.

(4)

L-FSA jistipula li prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Montenegro jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b'dazju doganali mnaqqas, sal-limiti tal-kwoti tariffarji. Għalhekk hu meħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġestjoni ta' dawn il-kwoti tariffarji.

(5)

Fejn miżuri ta' ħarsien tan-negozju jsiru meħtieġa, għandhom jiġu adottati skont id-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ir-Regolament 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (8) jew, skont il-każ, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (9).

(6)

Fejn Stat Membri jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni dwar xi possibbiltà ta' frodi jew nuqqas milli tiġi pprovduta koperazzjoni amministrattiva, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, partikolarment ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (10).

(7)

Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(8)

L-implimentazzjoni tal-klawsoli bilaterali ta' salvagwardja tal-FSA titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja u miżuri oħrajn. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(9)

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet debitament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fit-tifsira tal-punt (b) tal-tal-Artikolu 41(5) u l-Artikolu 42(4) tal-FSA, jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabilixxi ċerti proċeduri għall-adozzjoni ta' regoli ddetaljati dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (“FSA”).

Artikolu 2

Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd

Regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 29 tal-FSA, fir-rigward ta' kwoti tariffarji għal ħut u prodotti tas-sajd, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Tnaqqis tariffarju

1.   Bla ħsara għall-paragrafu 2, ir-rati preferenzjali tad-dazju għandhom jiġu arrotondati 'l isfel sal-ewwel post deċimali.

2.   Fejn ir-riżultat tal-kalkolu tar-rata tad-dazju preferenzjali fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ikun wieħed milli ġejjin, ir-rata preferenzjali għandha tiġi kkunsidrata bħala eżenzjoni sħiħa:

(a)

1 % jew anqas fil-każ ta' dazji skont il-valur, jew

(b)

EUR 1 jew anqas għal kull ammont individwali fil-każ ta' dazji speċifiċi.

Artikolu 4

Adattamenti tekniċi

L-emendi u l-adattamenti tekniċi għad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament, li jkunu neessarji wara tibdil fil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u fis-subdiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' ftehimiet, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra ġodda jew immodifikati bejn l-Unjoni u l-Montenegro, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3).

Artikolu 5

Klawsola ta' salvagwardja ġenerali

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 41 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 41 tal-FSA.

Artikolu 6

Klawsola applikabbli fil-każ ta' nuqqas

Fejn l-Unjoni teħtieġ li tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 42 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi

Fejn jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 41(5) u l-Artikolu 42(4) tal-FSA, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri immedjati skont l-Artikoli 41 u 42 tal-FSA.

Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba mingħand Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 9(4) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Klawsola ta' salvagwardja fir-rigward ta' prodotti agrikoli u tas-sajd

1.   Minkejja l-proċeduri previsti fl-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament, fejn l-Unjoni teħtieġ tieħu miżura ta' salvagwardja, kif previst fl-Artikolu 41 tal-FSA, fir-rigward tal-prodotti agrikoli u tas-sajd, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa wara, fejn ikun applikabbli, li tkun irrikorriet għall-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 41 tal- FSA.

Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba mingħand Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha:

(a)

fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mill-wasla t-talba, fejn ma tkunx tapplika l-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 41 tal-FSA; jew

(b)

fi żmien tlett ijiem minn meta jintemm il-perjodu ta' tletin jum imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 41(5) tal-FSA, fejn tkun tapplika l-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 41 tal-FSA.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill dwar il-miżuri li tiddeċiedi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 9(4).

Artikolu 9

Proċedura ta' kumitat

1.   Għall-fini tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Għall-fini tal-Artikoli 5 sa 8 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit permezz tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/478. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 10

Dumping u sussidji

Fil-każ ta' prattika li tkun tista' tiġġustifika l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 40(2) tal-FSA mill-Unjoni, l-introduzzjoni ta' miżuri kontra d-dumping u/jew miżuri kompensatorji għandhom jiġu deċiżi skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u/jew Regolament (KE) Nru 597/2009 rispettivament.

Artikolu 11

Kompetizzjoni

1.   Fil-każ ta' xi prattika li tkun tista' tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Unjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 73 tal-FSA, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta' kwalunkwe Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk din il-prattika hix kompatibbli mal-FSA.

Il-miżuri previsti fl-Artikolu 73(10) tal-FSA, għandhom jiġu adottati fil-każi ta' għajnuna skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 597/2009 u f'każijiet oħrajn skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 207 tat-Trattat.

2.   Fil-każ ta' prattika li tkun tista' twassal għall-applikazzjoni ta' miżuri fuq l-Unjoni mill-Montenegro, fuq il-bażi tal-Artikolu 73 tal-FSA, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, għandha tiddeċiedi jekk il-prattika hix kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fl-FSA. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet xierqa fuq il-bażi tal-kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikoli 101, 102 u 107 tat-Trattat.

Artikolu 12

Frodi jew nuqqas li tiġi pprovduta koperazzjoni amministrattiva

Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, issib li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 46 tal-FSA, ikunu sodisfatti hija minnufih għandha:

(a)

tinforma lill-Kunsill; kif ukoll

(b)

tinnotifika lill-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bis-sejba flimkien ma' informazzjoni oġġettiva, u tidħol f'konsultazzjonijiet mal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Kull pubblikazzjoni taħt l-Artikolu 46(5) tal-FSA għandha issir mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura ta' eżami stabbilita fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament, li tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 46(4) tal-FSA.

Artikolu 13

Notifika

Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, għandha tkun responsabbli min-notifika lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u lill-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, rispettivament, kif mitlub mill-FSA.

Artikolu 14

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 140/2008 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  Opinjoni tal-10 ta' Diċembru 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta' Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1).

(4)  Ara l-Anness I.

(5)  ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3.

(6)  Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).

(7)  Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-esportazzjoni (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 34).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).

(10)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni sabiex ikun assigurat l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

(11)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(12)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008

(ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1)

Punt 15 biss tal-Anness


ANNESS II

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 140/2008

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 8

Artikoli 1 sa 8

Artikolu 8a

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

__

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

__

Anness I

__

Anness II


19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/23


REGOLAMENT (UE) 2015/753 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

dwar l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija

(Kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 (3) ġie emendat b'mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament għandu jiġu kkodifikat.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill KE-Turkija (5) jistabbilixxi s-sistema ta' preferenzi li japplikaw fir-rigward ta' importazzjonijiet fl- Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija.

(3)

Billi, fil-każ ta' prodotti li għalihom ir-Regolamenti tal-Unjonijeħtieġu li ċertu prezz ta' importazzjoni jkun osservata, l-applikazzjoni tas-sistema ta' tariffi preferenzjali hija soġġetta għall-osservanza ta' dak il-prezz.

(4)

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-iskema ta' importazzjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Fil-każ ta' prodotti li għalihom ir-Regolamenti tal-Unjoni jeħtieġu li ċertu prezz ta' importazzjoni jkun osservat, l-applikazzjoni tas-sistema ta' tariffi preferenzjali hija soġġetta għall-osservanza ta' dak il-prezz.

2.   Fil-każ ta' prodotti tas-sajd li għalihom ġie stabbilit prezz ta' riferenza, l-applikazzjonitat-tariffa preferenzjali għandha tkun soġġetta għall-osservanza ta' dak il-prezz.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-opinjoni tal-Kumitat għandha tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat jekk, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-Kumitat jiddeċiedi hekk, jew mill-inqas kwart tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 779/98 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  Opinjoni tal-10 ta' Diċembru 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 tas-7 ta' April 1998 fuq l-importazzjoni fil-komunità ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95 (ĠU L 113, 15.4.1998, p. 1).

(4)  Ara l-Anness I.

(5)  Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 fuq ir-reġim tan-negozju għall-prodotti agrikoli (ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1).

(6)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(7)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98

(ĠU L 113, 15.4.1998, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 255/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 84, 20.3.2014, p. 57)

Artikolu 2 biss


ANNESS II

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 779/98

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu

Artikolu 2(1)

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Artikolu 2(2)

Artikolu 2a

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Anness I

Anness II


19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/27


REGOLAMENT (UE) 2015/754 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra

(Kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 (3) ġie emendat kemm-il darba b'mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-Unjoni nnegozjat konċessjonijiet tat-tariffa skont Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) u skont il-laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj. Dawk in-negozjati wasslu għal ftehimiet li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/87/KE (5) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (6).

(3)

Dawk il-ftehimiet jipprovdu għall-ftuħ taħt ċerti kondizzjonijiet, tal-kwoti annwali tat-tariffa għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00, 0202 30 90, 0206 10 95 u 0206 29 91, għal-laħam tal-majjal li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 0203 19 13 u 0203 29 15, għal-laħam tat-tjur li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 0207 14 10, 0207 14 50, 0207 14 70, 0207 27 10, 0207 27 20 u 0207 27 80, għall-qamħ u l-maħlut li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00 u 1001 99 00, u għal tipi ta' nuħħala, frak iebes u fdalijiet oħra li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 2302 30 10, 2302 30 90, 2302 40 10 u 2302 40 90.

(4)

Dawk il-ftehimiet ikopru perjodu taż-żmien mhux stabbilit. Fl-interessi tar-razzjonalizzazzjoni u tal-effiċjenza, il-kwoti għandhom għalhekk jinfetħu fuq bażi multiannwali.

(5)

Tista' tiġi ppruvata approprjata sistema li tiggarantixxi n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodotti. Għal dak il-għan, l-importazzjonijiet ġewwa l-qafas tal-konċessjonijiet tat-tariffa kif miftehma għandhom ikunu soġġetti, meta xieraq, għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' awtentiċità.

(6)

Jista' jkun approprjat illi dawk l-importazzjonijiet jiġu mifruxa għal matul is-sena kollha fuq il-bażi tal-ħtiġiet tas-suq tal-Unjoni. Għal dak il-għan, tista' tiġi ppruvata approprjata sistema sabiex jintużaw għal kollox il-kwoti msejsa fuq il-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.

(7)

Biex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' emendi għal dan ir-Regolament, fil-każ li jiġu aġġustati l-volumi u l-kondizzjonijiet tal-arranġamenti tal-kwota, b'mod partikolari b'riżultat ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludiftehim ma' pajjiż terz individwali jew aktar. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inklużi dawk fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(8)

Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-arranġamenti tal-kwota msemmija f'dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kwota annwali tat-tariffa tal-Unjoni ta' total ta' 20 000 tunnellata, imfissra fil-piż tal-prodott, hija b'dan miftuħa għal ċanga ta' kwalità għolja friska, mkessħa jew friżata koperta bil-kodiċijiet NM 0201 u 0202 u għall-prodotti koperti bil-kodiċijiet tan-NM 0206 10 95 u 0206 29 91.

Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ta' 20 %.

Artikolu 2

Kwota annwali tat-tariffa tal-Unjoni ta' total ta' 7 000 tunnellata hija miftuħa għall-majjal frisk, mkessaħ jew friżat kopert bil-kodiċijiet NM 0203 19 13 u 0203 29 15.

Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ta' 0 %.

Artikolu 3

Kwota annwali tat-tariffa tal-Unjoni ta' total ta' 15 500 tunnellata hija miftuħa għall-laħam tat-tjur frisk kopert bil-kodiċijiet NM 0207 14 10, 0207 14 50 u 0207 14 70.

Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ta' 0 %.

Artikolu 4

Kwota annwali tat-tariffa tal-Unjoni ta' total ta' 2 500 tunnellata hija miftuħa għall-laħam tad-dundjan kopert bil-kodiċijiet NM 0207 27 10, 0207 27 20 u 0207 27 80.

Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ta' 0 %.

Artikolu 5

Kwota annwali tat-tariffa tal-Unjoni ta' total ta' 300 000 tunnellata hija miftuħa għall-qamħ ta' kwalità koperti bil-kodiċijiet NM 1001 11 00, 1001 19 00 u 1001 99 00.

Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ta' 0 %.

Artikolu 6

Kwota annwali tat-tariffa tal-Unjoni ta' total ta' 475 000 tunnellata hija miftuħa għal nuħħala, sharps u fdalijiet ta' qamħ u ċereali li mhumhiex qamħirrum u ross koperti bil-kodiċijiet NM 2302 30 10, 2302 30 90, 2302 40 10 u 2302 40 90.

Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun EUR 30,60 kull tunnellata fil-każ ta' prodotti koperti bil-kodiċjiet NM 2302 30 10 u 2302 40 10 u EUR 62,25 kull tunnellata fil-każ ta' prodotti koperti bil-kodiċijiet NM 2302 30 90 u 2302 40 90.

Artikolu 7

Sabiex ikun hemm konformità mal-impenji internazzjonali u fejn il-volumi u l-kondizzjonijiet oħra tal-arranġamenti tal-kwota msemmija f'dan ir-Regolament jiġu aġġustati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jew mill-Kunsill, b'mod partikolari b'Deċiżjoni tal-Kunsill li jiġi konkluż ftehim ma' pajjiż terz jew aktar, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9 fir-rigward tal-emendi li jirriżultaw meħtieġa għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-arranġamenti tal-kwota msemmija f'dan ir-Regolament u, skont kif ikun meħtieġ, tistipula dispożizzjonijiet:

(a)

li jiggarantixxu n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott rilevanti;

(b)

marbuta mar-rikonoxximent tad-dokument li jippermetti li jiġu vverifikati l-garanziji msemmija fil-punt (a); u

(c)

dwar il-ħruġ tal-liċenzji ta' importazzjoni u l-perjodu tal-validità tagħhom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 9

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mid-9 ta' April 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 10

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn l-opinjoni tal-Kumitat għandha tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk, jew mill-inqas kwart tal-membri tal-Kumitat jitolbu hekk.

Artikolu 11

Ir-Regolament (KE) Nru 774/94 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  Opinjoni tal-10 ta' Diċembru 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1).

(4)  Ara l-Anness I.

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 94/87/KE tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Minuti Miftehmin dwar ċerti żerriegħa taż-żejt bejn il-Komunità Ewropea u l-Arġentina, il-Brażil, il-Kanada, il-Polonja, l-Iżvezja u l-Urugwaj, rispettivament, skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) (ĠU L 47, 18.2.1994, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoin f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(7)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(8)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi għalih

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94

(ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1)

 

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95

(ĠU L 221, 19.9.1995, p. 3)

 

Regolament (UE) Nru 252/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 84, 20.3.2014, p. 35)


ANNESS II

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 774/94

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu

Artikolu 1(2)

Artikolu 1, it-tieni paragrafu

Artikolu 2(1)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu

Artikolu 2(2)

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Artikolu 3(1)

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 3, it-tieni paragrafu

Artikolu 4(1)

Artikolu 4, l-ewwel paragrafu

Artikolu 4(2)

Artikolu 4, it-tieni paragrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 5, l-ewwel paragrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 5, it-tieni paragrafu

Artikolu 6(1)

Artikolu 6, l-ewwel paragrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 6, it-tieni paragrafu

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 8a

Artikolu 9

Artikolu 8b

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11

Anness I

Anness II


19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/33


REGOLAMENT (UE) 2015/755 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi

(tfassil mill-ġdid)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 (3) ġie mibdul b'mod sostanzjali (4). Peress li jridu jsiru iżjed emendi, dak ir-Regolament għandu jiġi mfassal mill-ġdid għal iktar ċarezza.

(2)

Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi.

(3)

Uniformità fir-regoli għall-importazzjonijiet għandha tiġi żgurata billi jiġu previsti, safejn possibbli meta wieħed iqis il-fatturi partikolari tas-sistema ekonomika fil-pajjiżi terzi in kwistjoni, dispożizzjonijiet simili għal dawk applikati taħt ir-regoli komuni għal pajjiżi terzi oħra.

(4)

Ir-regoli komuni applikabbli għall-importazzjonijiet japplikaw ukoll għall-prodotti tal-faħam u l-azzar, mingħajr preġudizzju għal kull miżura li timplimenta ftehim li għandu x'jaqsam speċifikament ma' prodotti bħal dawn.

(5)

Il-liberalizzazzjoni tal-importazzjonijiet, jiġifieri l-assenza ta' kull restrizzjoni kwantitattiva, għandha għalhekk tifforma l-punt tat-tluq għar-regoli tal-Unjoni.

(6)

Fil-każ ta' uħud mill-prodotti, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kundizzjonijiet tal-importazzjonijiet, ix-xejriet ta' importazzjoni, l-aspetti varji tas-sitwazzjoni ekonomika u kummerċjali, u l-miżuri, jekk hemm, li jkollhom jittieħdu.

(7)

Għal dawk il-prodotti, jista' jidher li għandu jkun hemm sorveljanza mill-Unjoni fuq xi wħud minn dawn l-importazzjonijiet.

(8)

Għandhom ikunu l-Kummissjoni u l-Kunsill li jadottaw il-miżuri ta' salvagwardja meħtieġa mill-interessi tal-Unjoni b'ħarsien xieraq tal-obbligi internazzjonali eżistenti.

(9)

Il-miżuri ta'sorveljanza jew salvagwardja limitati għal reġjun jew aktar tal-Unjoni jistgħu jirriżultaw aktar adattati minn miżuri li japplikaw għall-Unjoni kollha. Madanakollu, miżuri bħal dawn għandhom ikunu awtorizzati biss eċċezzjonalment u meta m'hemmx alternattiva. Hu neċessarju li jkun żgurat li miżuri bħal dawn huma temporanji u jikkawżaw l-inqas tfixkil fl-operat tas-suq intern.

(10)

Jekk tiġi applikata s-sorveljanza tal-Unjoni, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti konċernati għandha ssir soġġetta għall-preżentazzjoni ta' dokument ta' sorveljanza li jissodisfa kriterji uniformi. Dak id-dokument għandu, wara applikazzjoni sempliċi mill-importatur, ikun maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f'ċertu perjodu ta' żmien iżda mingħajr ma b'hekk l-importatur jikseb id-dritt li jimporta. Id-dokument ta' sorveljanza għandu għalhekk ikun validu biss matul dak il-perjodu fejn ir-regoli tal-importazzjoni jibqgħu mhux mibdula.

(11)

Fl-interess ta' ġestjoni amministrattiva tajba u sabiex jiġu assistiti l-operaturi tal-Unjoni, il-kontenut u t-taqsim tad-dokument ta' sorveljanza ghandu jkun, sa fejn hu possibli, allinjat mal-formoli tal-liċenzja għall-importazzjoni komuni ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/94 (5); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 (6); u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3169/94 (7) filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tekniċi tad-dokument ta' sorveljanza.

(12)

Huwa fl-interessi tal-Unjoni li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu użu kemm hu possibbli ta' tibdil ta' informazzjoni li tirriżulta minn sorveljanza tal-Unjoni.

(13)

Hu neċessarju li jkunu adottati kriterji preċiżi biex issir stima tad-dannu possibbli u li tintroduċi investigazzjoni filwaqt li tħalli lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri xierqa f'każijiet urgenti.

(14)

Għal dak il-għan, għandhom jiġu previsti dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ ta' investigazzjonijiet, dwar il-verifika u l-ispezzjonijiet meħtieġa, dwar is-smigħ ta' dawk konċernati, it-trattament ta' informazzjoni miksuba u l-kriterji biex issir stima tal-ħsara.

(15)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-investigazzjonijiet jiġu previsti b'dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali li jikkonċernaw is-segretezza professjonali.

(16)

Huwa meħtieġ ukoll li jsiru limiti ta' żmien għall-bidu ta' investigazzjonijiet u għad-determinazzjonijiet dwar jekk xi miżuri humiex xierqa jew le, bil-għan li jiġi żgurat li dawn id-determinazzjonijiet isiru malajr, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi konċernati.

(17)

Fl-interessi tal-uniformità fir-regoli dwar l-importazzjonijiet, il-formalitajiet li għandhom jitwettqu mill-importaturi għandhom ikunu sempliċi u identiċi irrespettivament mill-post fejn il-merkanzija tgħaddi mid-dwana. Għalhekk huwa mixtieq li jiġi previst li kull formalità għandha tiġi mwettqa bl-użu ta' formoli li jikkorrispondu mal-kampjun anness ma' dan ir-Regolament.

(18)

Dokumenti ta' sorveljanza maħruġa fir-rigward ta' miżuri ta' sorveljanza mill-Unjoni għandhom ikunu validi mal-Unjoni kollha irrispettivament mill-Istati Membri minn fejn ikunu nħarġu.

(19)

Il-prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (8), huma soġġetti għal trattament speċifiku f'livelli ta' Unjoni u dawk internazzjonali. Huma għandhom għalhekk ikunu għal kollox esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(20)

Is-setgħa li tiġi emendata l-lista ta' pajjiżi terzi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 625/2009 kienet inkluża fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 (9). Peress li d-dispożizzjonijiet tat-Titlu I tar-Regolament (KE) Nru 427/2003 dwar il-mekkaniżmu tranżitorju ta' salvagwardja speċifiku għall-prodott temmew fl-11 ta' Diċembru 2013 u peress li d-dispożizzjonijiet tat-Titlu II ta' dak ir-Regolament m'għadx fihom użu, huwa xieraq, għal iktar koerenza, ċarezza u razzjonalità, li l-Artikoli 14a u 14b ta' dak ir-Regolament jiġu mdaħħla f'dan ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 427/2003 għandu għalhekk jiġi mħassar.

(21)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-għan li temenda l-Anness I ta' dan ir-Regolament., sabiex jitneħħew pajjiżi mil-lista tal-pajjiżi terzi li tinsab f'dak l-Anness meta jsiru membri tal-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

(22)

L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jirrikjedi kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja provviżorji u definittivi, u għall-impożizzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza minn qabel. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(23)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza u dawk provviżorji minħabba l-effetti ta' tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja definittivi. Fejn dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa huwa meħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri provviżorji applikabbli immedjatament.

(24)

Waqt l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 625/2009, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2) kien imħassar bi żball. Dik id-dispożizzjoni għandha terġà tidħol.

(25)

Peress li l-Armenja, ir-Russja, it-Taġikistan u l-Vjetnam saru membri tad-WTO, dawk il-pajjiżi terzi għandhom jiġu mħassra mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 625/2009 permezz ta' att delegat tal-Kummissjoni. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, huma mhumiex inklużi fil-lista tal-pajjiżi terzi li issa tinsab fl-Anness I ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I, ħlief għal xi prodotti tat-tessuti koperti bir-Regolament (KE) Nru 517/94.

2.   Importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isseħħu bla xkiel u għalhekk m'għandhom ikunu soġġetti għall-ebda restrizzjoni kwantitattiva, mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta' salvagwardja li jistgħu jittieħdu taħt il-Kapitolu V.

KAPITOLU II

PROĊEDURA TA' INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI TAL-UNJONI

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tkun informata mill-Istati Membri jekk xejriet fl-importazzjonijiet jidhru li jitolbu għal miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-provi disponibbli fuq il-bażi ta' kriterji mniżżlin fl-Artikolu 6. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha mingħajr dewmien.

KAPITOLU III

PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI TAL-UNJONI

Artikolu 3

1.   Fejn ikun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni fi żmien xahar mid-data meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak l-avviż għandu:

(a)

tagħti sunt tal-informazzjoni riċevuta, u titlob li l-informazzjoni rilevanti kollha għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni;

(b)

tiddikjara l-perjodu li fih il-partijiet interessati jkunu jistgħu jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jissottomettu informazzjoni, jekk dawn il-fehmiet u l-informazzjoni għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni;

(c)

tiddikjara l-perjodu li fih il-partijiet interessati jkunu jistgħu japplikaw biex jiġu mismugħin verbalment mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni għandha tibda l-investigazzjoni, waqt li taġixxi f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tagħti l-informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi tagħha tal-informazzjoni normalment fi żmien 21 jum mid-data li fiha l-informazzjoni tkun ingħatat lill-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tfittex kull informazzjoni li jidhrilha li hi meħtieġa u, fejn tqis li jkun xieraq, hija għandha tagħmel ħilitha biex tivverifika dik l-informazzjoni mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali u l-organizzazzjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita f'din il-ħidma minn persunal tal-Istati Membri li fuq it-territorju tagħhom ikunu qed jitwettqu dawk il-verifiki, jekk dak l-Istat Membru jkun jixtieq hekk.

Partijiet interessati li jkunu għamlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom skont l-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 1, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, jistgħu jispezzjonaw l-informazzjoni kollha pprovduta għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-investigazzjoni, kif distinta minn dokumenti interni ppreparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha sakemm tkun rilevanti għad-difiża tal-interessi tagħhom u mhux kunfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 5 u li tkun użata mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Għal dak il-għan, huma għandhom jindirizzaw talba bil-miktub lill-Kummissjoni li tindika l-informazzjoni meħtieġa.

3.   L-Istati Membri għandhom jissupplixxu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha u wara proċeduri preskritti minnha, bl-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom dwar żviluppi fis-suq tal-prodott li jkun qed jiġi investigat.

4.   Il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati. It-tali partijiet għandhom ikunu mismugħin fejn ikunu applikaw bil-miktub fil-perjodu stabbilit fin-notifika ippublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi juru li huma attwalment x'aktarx ser ikunu affettwati mill-eżitu tal-investigazzjonijiet u li hemm raġunijiet partikolari għalihom li jiġu mismugħin verbalment.

5.   Meta informazzjoni ma tkunx ipprovduta fil-limiti ta' żmien stabbiliti minn dan ir-Regolament jew mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, jew l-investigazzjoni hija b'mod sinifikanti mxekkla, l-eżitu tal-istħarriġ jista' jkun ibbażat fuq il-fatti disponibbli. Meta il-Kummissjoni ssib li kwalunkwe parti interessata jew terza persuna tkun fornietha b'informazzjoni falza jew qarrieqa, hija għandha tinjora dik l-informazzjoni u tista' tagħmel użu mill-fatti disponibbli.

6.   Fejn jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mid-data meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istati Membri.

Artikolu 4

1.   Fi tmiem l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar ir-riżultat lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1) (“il-Kumitat”).

2.   Fejn il-Kummissjoni tqis, fi żmien disa' xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, li ma hemm bżonn tal-ebda miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien xahar. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 22(2). Deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni, waqt li tiddikjara l-konklużjonijiet ewlenin tal-investigazzjoni u sunt tar-raġunijiet għal dan, għandha tkun pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja tal-Unjoni huma neċessarji, hija għandha tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji skont il-Kapitoli IV u V, mhux aktar tard minn disa' xhur mill-bidu tal-investigazzjoni. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, dak il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż b'perjodu massimu ieħor ta' xahrejn. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi fiha t-tul ta' żmien tal-estensjoni u sunt tar-raġuniijiet għal dan.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu m'għandhomx jipprekludu t-teħid, f'kull żmien, ta' miżuri ta' sorveljanza skont l-Artikolu 7 sa 12 jew, f'sitwazzjoni kritika, fejn kull dewmien jista' jikkawża dannu li jkun diffiċli biex jiġi rimedjat, jirrikjedi intervent immedjat, b'miżuri ta' salvagwardja skont l-Artikolu 13, 14 u 15.

Il-Kummissjoni għandha minnufih tieħu l-miżuri ta' investigazzjoni li tikkunsidra li għadhom meħtieġa. Ir-riżultati tal-investigazzjoni għandhom ikunu użati biex isir eżami mill-ġdid tal-miżuri meħuda.

Artikolu 5

1.   Informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għandha tkun użata biss għall-għan li għalih tkun saret it-talba.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament, jew l-ebda informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' informazzjoni bħal din.

3.   Kull talba għall-kunfidenzjalità għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom l-informazzjoni hi kunfidenzjali.

Madankolu, jekk jidher li talba għal kunfidenzjalità m'hijiex ġustifikata u jekk il-fornitur tal-informazzjoni la jixtieq li jagħmilha pubblika lanqas li jawtorizza l-iżvelar b'mod ġenerali jew fil-forma ta' sunt, l-informazzjoni kkonċernata tista' titwarrab.

4.   L-informazzjoni għandha tkun f'kull każ ikkunsidrata bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tagħha x'aktarx ikollu effett ħażin sinifikanti fuq il-fornitur jew fuq is-sors ta' din l-informazzjoni.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx jipprekludu referenza mill-awtoritajiet tal-Unjoni għal informazzjoni ġenerali u partikolarment għal raġunijiet li fuqhom huma ibbażati deċiżjonijiet meħuda b'mod konformi ma' dan ir-Regolament. Dawn l-awtoritajiet għandhom, iżda, iqisu l-interessi leġittimi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi konċernati li s-sigrieti kummerċjali tagħhom m'għandhomx ikunu żvelati.

Artikolu 6

1.   L-eżami tax-xejra fl-importazzjonijiet, tal-kondizzjonijiet li fihom iseħħu u tal-ħsara serja jew theddida ta' ħsara serja lill-produtturi tal-Unjoni li jirriżultaw mit-tali importazzjonijiet, għandu jkopri partikolarment il-fatturi li ġejjin:

(a)

il-volum tal-importazzjonijiet, partikolarment fejn kien hemm żieda sinifikanti, skont termini assoluti jew relatati ma' produzzjoni jew konsum fil-Unjoni;

(b)

il-prezz tal-importazzjonijiet, partikolarment fejn kien hemm bejgħ bi prezz sostanzjalment aktar baxx kif mqabbel mal-prezz ta' prodott simili fl-Unjoni;

(c)

l-impatt konsegwenti fuq il-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew direttament kompetittivi kif indikat mix-xejriet f'ċerti fatturi ekonomiċi bħal:

produzzjoni,

utilizzazzjoni tal-kapaċità,

ħażniet,

bejgħ,

sehem fis-suq,

prezzijiet (jiġifieri waqgħa fil-prezzijiet jew prevenzjoni ta' żidiet fil-prezzijiet li setgħu normalment seħħew),

profitti,

redditu fuq kapital użat,

ċirkolazzjoni ta' flus kontanti,

impjiegi.

2.   Waqt li qed tmexxi l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis is-sistema ekonomika partikolari tal-pajjiżi msemmija fl-Anness I.

3.   Meta theddida ta' dannu serju hija allegata, il-Kummissjoni għandha wkoll teżamina jekk hux prevedibbli li sitwazzjoni partikolari x'aktarx tiżviluppa f'dannu attwali. F'dan ir-rigward għandhom jitqiesu fatturi bħal:

(a)

ir-rata ta' żieda tal-merkanzija esportata lejn l-Unjoni;

(b)

il-kapaċità ta' esportazzjoni fil-pajjiż ta' origini jew esportazzjoni, li hi diġa eżistenti jew li ser tkun operattiva fil-futur qrib u l-probabbiltà li l-esportazzjoni li tirriżulta tkun lejn l-Unjoni.

KAPITOLU IV

SORVELJANZA

Artikolu 7

1.   Meta l-interessi tal-Komunità hekk jeħtieġu, il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess:

(a)

tiddeċiedi li tintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni dwar ċerti importazzjonijiet, skont il-proċedura stabbilita mill-Kummissjoni;

(b)

tiddeċiedi, għall-għanijiet ta' monitoraġġ tax-xejra ta' dawn l-importazzjonijiet, biex tagħmel ċerti importazzjonijiet soġġetti għal sorveljanza preċedenti mill-Unjoni, skont l-Artikolu 8.

2.   Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 22(2).

3.   Il-miżuri ta' sorveljanza għandu jkollhom perjodu limitat ta' validità. Sakemm mhux stipulat mod ieħor, dawn għandhom jieqfu milli jkunu validi fit-tmiem tat-tieni perjodu ta' sitt xhur wara s-sitt xhur li fihom il-miżuri ġew introdotti.

Artikolu 8

1.   Il-prodotti li kienu taħt is-sorveljanza preċedenti tal-Unjoni jistgħu jiddaħħlu f'ċirkolazzjoni ħielsa biss meta jiġi prodott dokument ta' sorveljanza. Dak id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istati Membri, mingħajr ebda ħlas, għal kull kwantità mitluba u fi żmien mhux aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li l-awtorità kompetenti nazzjonali tirċievi l-applikazzjoni minn kwalunkwe importatur tal-Unjoni, irrespettivament mill-post tan-negozju tiegħu fl-Unjoni. Dik l-applikazzjoni titqies li tkun wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol minn meta tkun preżentata, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju.

2.   Id-dokument ta' sorveljanza għandu jkun magħmul fuq formola li tikkorrispondi għall-mudell fl-Anness II.

Ħlief fejn id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza ma tipprovdix il-kuntrarju, l-applikazzjoni tal-importatur għal dokument ta' sorveljanza għandha tinkludi li ġej:

(a)

l-isem sħiħ u l-indirizz tal-applikant (inkluż in-numri tat-telefon u tal-fax u kull numru ieħor li jidentifika l-applikant mal-awtorità nazzjonali kompetenti), kif ukoll in-numru ta' reġistrazzjoni tal-VAT tal-applikant jekk hu obbligat li jħallas il-VAT;

(b)

fejn hu xieraq, l-isem sħiħ u l-indirizz ta' min jagħmel id-dikjarazzjoni jew ta' xi rappreżentant maħtur mill-applikant (inkluż in-numri tat-telefon u tal-fax);

(c)

deskrizzjoni tal-merkanzija li tagħti:

l-isem tal-kummerċ tagħhom,

il-kodiċi ta' nomenklatura maqgħuda tagħhom,

il-post ta' oriġini tagħhom u l-post tal-konsenja tagħhom;

(d)

il-kwantità ddikjarata, f'kilogrammi u, fejn xieraq, kull unità addizzjonali oħra (pari, oġġetti, eċċ.);

(e)

il-valur tal-merkanzija, CIF mal-fruntiera tal-Unjoni, f'euro;

(f)

id-dikjarazzjoni li ġejja, datata u ffirmata mill-applikant, bl-isem tal-applikant imniżżel b'ittri kbar:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-informazzjoni mogħtija f'din l-applikazzjoni hija vera u mogħtija in bona fide, u li jiena stabbilit fl-Unjoni.”

3.   Id-dokument ta' sorveljanza għandu jkun validu għall-Unjoni kollha, irrespettivament minn liema Stat Membru jkun ħareġ.

4.   Jekk jinstab li l-prezz tal-unità li bih tranżazzjoni tkun effettwata jeċċedi dak indikat fid-dokument ta' sorveljanza b'inqas minn 5 %, jew li l-valur totali jew il-kwantità tal-prodotti preżenti għall-importazzjonijiet jeċċedu l-valur jew kwantità mogħtija fid-dokument ta' sorveljanza b'inqas minn 5 %, dan m'għandux jipprekludi r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodott partikolari. Il-Kummissjoni, wara li tkun semgħet l-opinjoni espressa fil-Kumitat u wara li tkun qieset in-natura tal-prodotti u fatturi speċjali oħra tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati, tista' tiffissa persentaġġ differenti, li, madankollu, m'għandux normalment jeċċedi l-10 %.

5.   Dokumenti ta' sorveljanza jistgħu jintużaw biss għaż-żmien li fih arranġamenti għal-liberalizzazzjoni ta' importazzjonijiet jibqgħu fis-seħħ għat-tranżazzjonijiet konċernati. Tali dokumenti ta' sorveljanza ma jistgħu fl-ebda okkażjoni jkunu użati lil hinn minn meta jagħlaq iż-żmien tal-perjodu li għandu jitniżżel fl-istess żmien u permezz tal-istess proċedura tal-impożizzjoni ta' sorveljanza, u għandhom iqisu n-natura tal-prodotti u fatturi speċjali oħra tat-tranżazzjonijiet.

6.   Meta deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 7 hekk teħtieġ, l-oriġini ta' prodotti taħt sorveljanza tal-Unjoni għandhom jiġu ppruvati b'ċertifikat ta' oriġini. Dan il-paragrafu m'għandux jippreġudika dispożizzjonijiet oħrajn li jirrigwardaw il-produzzjoni tat-tali ċertifikat.

7.   Meta l-prodott taħt sorveljanza preċedenti tal-Unjoni hu suġġett għall-miżuri ta' salvagwardja reġjonali f'xi Stat Membru, l-awtorizzazzjoni ta' importazzjonijiet mogħtija minn dak l-Istat Membru tista' tissostitiwixxi d-dokument ta' sorveljanza.

8.   Il-formoli tad-dokument ta' sorveljanza u l-estratti tiegħu għandhom jimtlew darbtejn, kopja waħda, immarkata “Kopja tad-detentur” u li ġġib in-numru 1, li għandha tinħareġ lill-applikant, u l-oħra, “Kopja għall-awtorità kompetenti” u li ġġib in-numru 2, trid tinżamm mill-awtorità li toħroġ id-dokument. Għal għanijiet amministrattivi, l-awtorità kompetenti tista' żżid kopji supplimentari mal-formula 2.

9.   Il-formoli għandhom jkunu stampati fuq karta bajda li m'għandhiex ikollha polpa mekkanika, u li tkun maħsuba għall-kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 grammi kull metru kwadru. Il-qies tagħhom għandu jkun ta' 210 × 297 mm. It-tip ta' spazju bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta' pulzier). Dak li hu mniżżel fil-formoli għandu jiġi segwit b'mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hu d-dokument ta' sorveljanza nnifsu, għandu jkollhom ukoll sfond ta' disinn arabesk isfar stampat sabiex jiżvela kull falsifikazzjoni b' mezzi mekkaniċi jew kimiċi.

10.   L-Istati Membri huma responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll jiġu stampati minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru fejn huma stabbiliti. F'dan l-aħħar każ, għandha tidher referenza għall-ħatra mill-Istat Membru fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka li tidentifika l-istampatur.

Artikolu 9

Meta l-interessi tal-Unjoni hekk jeħtieġu, il-Kummissjoni tista', fuq it-talba ta' xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, jekk is-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) x'aktarx tinħoloq:

tillimita l-perjodu ta' validità ta' kull dokument ta' sorveljanza meħtieġ,

il-ħruġ ta' dak id-dokument għandu jkun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet u, bħala miżura eċċezzjonali, soġġett għall-inklużjoni ta' klawżola dwar it-tħassir.

Artikolu 10

Fejn l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx ġiet soġġetta għal sorveljanza minn qabel tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tintroduċi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 22(2) u f'konformità mal-Artikolu 15, sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet f'reġjun wieħed tal-Unjoni jew iktar.

Artikolu 11

1.   Prodotti taħt sorveljanza reġjonali jistgħu jitpoġġew f'ċirkolazzjoni ħielsa fir-reġjun ikkonċernat biss ladarba jiġi prodott dokument ta' sorveljanza. Tali dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i), mingħajr ħlas, għal kull kwantità mitluba u fi żmien mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-awtorità kompetenti nazzjonali tirċievi applikazzjoni minn xi impurtatur tal-Unjoni, irrispettivament mill-post tan-negozju tiegħu fl-Unjoni. Dik l-applikazzjoni għandha titqies li tkun waslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara s-sottomissjoni, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju. Id-dokumenti ta' sorveljanza jistgħu jintużaw biss sakemm l-arranġamenti għal-liberalizzazzjoni ta' importazzjoni jibqgħu fis-seħħ fil-każ tat-tranżazzjonijiet konċernati.

2.   L-Artikolu 8(2) għandu japplika.

Artikolu 12

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien l-ewwel għaxart ijiem ta' kull xahar fil-każ ta' sorveljanza tal-Unjoni jew reġjonali:

(a)

fil-każ ta' sorveljanza preċedenti, dettalji tas-somom ta' flus (kalkulati fuq il-bażi ta' prezzijiet CIF) u kwantitajiet ta' merkanzija li dwarhom nħarġu dokumenti ta' sorveljanza matul il-perjodu preċedenti;

(b)

f'kull każ, dettalji ta' importazzjonijiet matul il-perjodu qabel il-perjodu msemmi fil-punt (a).

L-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri għandha tiġi analizzata skont il-prodott u l-pajjiż.

Dispożizzjonijiet differenti jistgħu jitniżżlu fl-istess żmien u bl-istess proċedura bħal tal-arranġamenti ta' sorveljanza.

2.   Meta n-natura tal-prodott jew ċirkostanzi speċjali hekk jirrikjedu, il-Kummisjoni tista', fuq talba ta' xi Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha temenda l-iskedi biex tiġi sottomessa din l-informazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri.

KAPITOLU V

MIŻURI TA' SALVAGWARDJA

Artikolu 13

1.   Meta prodott huwa importat fl-Unjoni fi kwantitajiet sostanzjalment miżjuda jew skont termini jew kundizzjonijiet tali li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jikkompetu direttament, il-Kummissjoni, sabiex tħares l-interessi tal-Unjoni, tista', filwaqt li taġixxi fuq talba ta' xi Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tibdel ir-regoli tal-importazzjoni għal dak il-prodott billi tipprovdi li dan ikun jista' jitqiegħed f'ċirkolazzjoni ħielsa biss fuq preżentazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni, li l-għoti tagħha għandu jkun irregolat b'dawk id-dispożizzjonijiet u soġġett għal tali limiti kif il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi.

2.   Il-miżuri adottati għandhom ikunu komunikati minnufih lill-Istati Membri, u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.

3.   Il-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal kull prodott li jiġi mqiegħed f'ċirkolazzjoni ħielsa wara d-dħul tagħhom fis-seħħ. Skont l-Artikolu 15 huma għandhom jgħoddu għal reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni.

Madankollu, miżuri bħal dawn m'għandhomx jipprevjenu r-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta' prodotti li jkunu diġa fi triqithom lejn l-Unjoni sakemm id-destinazzjoni ta' tali prodotti ma tistax tiġi mibdula u li dawk il-prodotti li, taħt l-Artikolu 8 u 11, jistgħu jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa biss fuq preżentazzjoni ta' dokument ta' sorveljanza huma fil-fatt akkumpanjati minn dokument bħal dan.

4.   Fejn l-intervent mill-Kummissjoni jintalab minn Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(3), jew, f'każijiet ta' urġenza, skont l-Artikolu 22(4), għandha tieħu deċiżjoni f'perjodu ta' żmien ta' mhux aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol mid-data meta tirċievi talba bħal din.

Artikolu 14

1.   Il-Kummissjoni tista', b'mod partikolari fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) tadotta l-miżuri ta' salvagwardja xierqa filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(3).

2.   L-Artikolu 13(3) għandu japplika.

Artikolu 15

Meta partikolarment abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 6, joħroġ li l-kundizzjonijiet stabbiliti għall-adozzjoni ta' miżuri taħt il-Kapitolu IV u l-Artikolu 13 huma sodisfatti f'xi reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni, il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, tista' eċċezzjonalment tawtorizza l-applikazzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja limitati għar-reġjun(i) konċernat(i) jekk hi tikkunsidra li t-tali miżuri applikati f'dak il-livell huma aktar xierqa minn miżuri applikati mal-Unjoni kollha.

Dawk il-miżuri għandhom ikunu temporanji u għandhom ixekklu l-operazzjoni tas-suq intern mill-inqas possibbli.

Dawk il-miżuri għandhom ikunu adottati skont il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 7 u 13 rispettivament.

Artikolu 16

1.   Filwaqt li tkun fis-seħħ kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja applikata f'konformità mal-Kapitoli IV u V, il-Kummissjoni tista', jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess:

(a)

teżamina l-effetti tal-miżura;

(b)

taċċerta jekk l-applikazzjoni tal-miżura għadhiex neċessarja.

Fejn il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni ta' miżura tkun għadha meħtieġa hija għandha tinforma lill-Istati Membri dwar dan.

2.   Fejn il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja msemmija fil-Kapitoli IV u V għandha titħassar jew tiġi emendata, hija għandha, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), tħassar jew temenda l-miżura.

Meta tali deċiżjoni tikkonċerna miżuri reġjonali ta' sorveljanza, hi għandha tapplika mis-sitt jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

1.   Dan ir-Regolament m'għandux jipprekludi t-twettiq ta' obbligazzjonijiet li joħorġu minn regoli speċjali li jkunu jinsabu fi ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

2.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni, dan ir-Regolament m'għandux jipprekludi l-adozzjoni jew l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta':

(a)

projbizzjonijiet, restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri ta' sorveljanza fuq bażi ta' moralità pubblika, ordni pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta' persuni, annimali jew pjanti, il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew il-protezzjoni ta' proprjetà industrijali u kummerċjali;

(b)

formalitajiet speċjali li jirrigwardaw il-kambju barrani;

(c)

formalitajiet introdotti bis-saħħa ta' ftehim internazzjonali skont it-TFUE.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri jew formalitajiet li ser ikunu introdotti jew emendati skont l-ewwel subparagrafu.

Fil-każ ta' urġenza estrema, il-miżuri jew formalitajiet nazzjonali in kwistjoni għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni immedjatament kif isseħħ l-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 18

Il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (11).

Artikolu 19

1.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet tal-istrumenti li jistabilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew tal-Unjoni jew ta' dispozizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jkunu ġejjin minnhom jew tal-istrumenti speċifiċi adottati taħt l-Artikolu 352 tat-TFUE applikabbli għal merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli. Dan għandu jitħaddem b'mod kumplementari għal dawk l-istrumenti.

2.   Fil-każ ta' prodotti koperti mill-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 7 sa 12 u l-Artikolu 16 m'għandhomx japplikaw għal dawk li dwarhom ir-regoli tal-Unjoni dwar kummerċ ma' pajjiżi terzi jeħtieġu l-produzzjoni ta' liċenzja jew dokument ieħor ta' importazzjoni.

L-Artikoli 13, 15 u 16 m'għandhomx japplikaw għal dawk il-prodotti li dwarhom tali regoli jipprovdu għall-applikazzjoni ta' restrizzjonijiet ta' importazzjonijiet kwantitattivi.

Artikolu 20

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21 dwar l-emendi tal-Anness I, sabiex jitneħħew mil-lista tal-pajjiżi terzi l-pajjiżi li jinsabu f'dan l-Anness meta dawn isiru membri tal-WTO.

Artikolu 21

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 20 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn 20 ta' Frar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 22

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit bir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 23

Ir-Regolamenti (KE) Nru 427/2003 u (KE) Nru 625/2009 huma mħassra.

Referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 24

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak ta l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  Opinjoni tal-10 ta' Diċembru 2014 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1).

(4)  Ara Anness III.

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/94 tat-30 ta' Marzu 1994 li jagħmel ċerti regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/94 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità ħalli jkunu amministrati kwoti kwantitattivi (ĠU L 87, 31.3.1994, p. 47).

(6)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi fil-qasam tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra jew b'regoli ta' importazzjoni speċifiċi tal-Komunità liċenzja ta' importazzjoni tal-Komunità (ĠU L 335, 23.12.1994, p. 23).

(7)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3169/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 li jemenda l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi u li jistabbilixxi liċenzja ta' importazzjonijiet Komunitarja fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (ĠU L 335, 23.12.1994, p. 33).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' importazzjoni speċifiċi oħra tal-Komunità (ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu tranżitorju ta' salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1).

(10)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni, (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(11)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(12)  Regolament (UE) 2015/478 tal-11 ta' Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).


ANNESS I

Lista ta' pajjiżi terzi

 

L-Ażerbajġan

 

Il-Belarus

 

Il-Każakastan

 

Il-Korea ta' Fuq

 

It-Turkmenistan

 

L-Użbekistan


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA

DOKUMENT TA’ SORVELJANZA

1

1. Destinatarju

(isem, indirizz komplut, pajjiż, numru tal-VAT)

2. Numru tal-hruġ

Kopja tad-detentur

3. Post propost u data tal-importazzjoni

4. Awtorità responsabbli ghall-ħruġ

5. Dikjarant/rappreżentant kif applikabbli

(isem, indirizz komplut)

6. Pajjiż tal-oriġini

(u kodiċi tal-ġeonomenklatura)

7. Pajjiż tal-kunsinna

(u kodiċi tal-ġeonomenklatura)

8. L-aħħar ġurnata ta’validità

1

9. Deskrizzjoni tal-merkanzija

10. Kodiċi NM u kategorija

11. Kwantità f’kilogrammi (mhux massa) jew f’unitajiet addizzjonali

12. Valuri f’euros, CIF fil-fruntiera tal-Unjoni

13. Kummenti addizzjonali

14. Firma tal-awtorità kompetenti

Data:

Firma:

(Timbru)

Image

Test ta 'immaġni

15. ATTRIBUZZJONIJIET

Indika l-kwantità li hemm fil-parti 1 tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fil-parti 2 tagħha.

16. Kwantità netta (massa netta jew unità ta’ qies b’indikazzjoni tal-unità)

19. Dokument doganali (formola u numru) jew numru tal-estratt u data tal-attribuzzjoni

20. Isem, Stat Membru, timbru u firma tal-attribuzzjoni

17. F’ figuri

18. Fi kliem għall-kwantità attribwita

1.

2.

1.

2.

1.

2.

1.

2.

1.

2.

1.

2.

1.

2.

Paġni tal-estensjoni li jridu jiġu mehmużin hawnhekk

Image

Test ta 'immaġni

UNJONI EWROPEA

DOKUMENT TA’ SORVELJANZA

2

1. Destinatarju

(isem, indirizz komplut, pajjiż, numru tal-VAT)

2. Numru tal-hruġ

Kopja ghal awtorità kompetenti

3. Post propost u data tal-importazzjoni

4. Awtorità responsabbli ghall-ħruġ

5. Dikjarant/rappreżentant kif applikabbli

(isem u indirizz komplut)

6. Pajjiz tal-oriġini

(u kodiċi tal-ġeonomenklatura)

7. Pajjiż ta’ konsinna

(u kodiċi tal-ġeonomenklatura)

8. L-aħħar ġurnata ta’validità

2

9. Deskrizzjoni tal-merkanzija

10. Kodiċi NM u kategorija

11. Kwantità f’kilogrammi (mhux massa) jew f’unitajiet addizzjonali

12. Valuri f’euros, CIF fil-fruntiera tal-Unjoni

13. Kummenti addizzjonali

14. Firma tal-awtorità kompetenti

Data:

Firma:

(Timbru)

Image

Test ta 'immaġni

15. ATTRIBUZZJONIJIET

Indika l-kwantità li hemm fil-parti 1 tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fil-parti 2 tagħha.

16. Kwantità netta (massa nett jew unità ta’ qies b’indikazzjoni tal-unità)

19. Dokument doganali (formola u numru) jew numru tal-estratt u data tal-attribuzzjoni

20. Isem, Stat Membru, timbru u firma tal-attribuzzjoni

17. F’ figuri

18. Fi kliem għal kwantità attribwita

1.

2.

1.

2.

1.

2.

1.

2.

1.

2.

1.

2.

1.

2.

Paġni tal-estensjoni huma mehmużin hawnhekk


ANNESS III

Regolamenti imħassrin flimkien mal-emendi suċċessivi tagħhom

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009

(ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1)

Il-punt 20 biss tal-Anness

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003

(ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1985/2003

(ĠU L 295, 13.11.2003, p. 43)

 

Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1)

Il-punt 9 biss tal-Anness


ANNESS IV

Tabella ta' korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 625/2009

Regolament (KE) Nru 427/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

 

Artikolu 1

Artikolu 2

 

Artikolu 2

Artikolu 4

 

Artikolu 22

Artikolu 5

 

Artikolu 3

Artikolu 6

 

Artikolu 4

Artikolu 7

 

Artikolu 5

Artikolu 8

 

Artikolu 6

Artikolu 9(1)

 

Artikolu 7(1)

Artikolu 9(1a)

 

Artikolu 7(2)

Artikolu 9(2)

 

Artikolu 7(3)

Artikolu 10

 

Artikolu 8

Artikolu 11

 

Artikolu 9

Artikolu 12

 

Artikolu 10

Artikolu 13

 

Artikolu 11

Artikolu 14

 

Artikolu 12

Artikolu 15

 

Artikolu 13

Artikolu 16

 

Artikolu 14

Artikolu 17

 

Artikolu 15

Artikolu 18

 

Artikolu 16

Artikolu 19

 

Artikolu 17

Artikolu 19a

 

Artikolu 18

Artikolu 20

 

Artikolu 19

 

Artikoli 1 sa 14

 

Artikolu 14a

Artikolu 20

 

Artikolu 14b

Artikolu 21

 

Artikoli 15 sa 24

Artikolu 21

 

Artikolu 23

Artikolu 22

 

Artikolu 24

Annex I

 

Annex I

Annex II

 

Annex II

Annex III

 

Annex III

Annex IV

 

Annex IV

 

Anness I

 

Anness II


19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/50


REGOLAMENT (UE) 2015/756 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

li jissospendi ċerti konċessjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija

(Kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1506/98 (3) ġie emendat b'mod sostanzjali diversi drabi (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament għandu jiġu kkodifikat.

(2)

Skont il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazjżoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (5), (“il-Ftehim”), ingħataw konċessjonijiet lil dak il-pajjiż rigward ċerti podotti agrikoli.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċazzjoni KE-Turkija (6) tipprovdi għal titjib u konsolidazzjoni tal-preferenzi kummerċjali li għandhom x'jaqsmu mal-importazzjoni ġewwa l-Unjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija u tistabbilixxi serje ta' konċessjonijiet preferenzjali għall-esportazzjonijiettal-Unjoni ta' laħam u annimali ħajjin lejn it-Turkija.

(4)

It-Turkija ilha mill-1996 tapplika projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' annimali ħajjin tal-ispeċje tal-ifrat (kodiċi NM 0102) u restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga (kodiċijiet NM 0201-0202). Dawn il-miżuri, li huma restrizzjonijiet kwantitattivi, huma inkompatibbli mal-Ftehim u jipprevjenu lill-Unjoni milli tibbenefika mill-konċessjonijiet mogħtija lilha taħt id-Deċiżjoni Nru 1/98. Minkejja t-taħdidiet intiżi li jiksbu soluzzjoni nnegozjata mat-Turkija dwar il-problema, għadhom jeżistu restrizzjonijiet kwantitattivi.

(5)

B'riżultat ta' dawk il-miżuri, l-esportazzjonijiet lejn it-Turkija tal-prodotti fil-kwistjoni li joriġinaw fl-Unjoni huma blukkati. Sabiex jiġu protetti l-interessi kummerċjali tal-Unjoni, is-sitwazzjoni għandha tiġi kontrobilanċjata permezz ta' miżuri ekwivalenti. Il-konċessjonijiet stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom għalhekk jiġu sospiżi.

(6)

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iż-żewġ kwoti tat-tariffa mniżżla fl-Anness I huma sospiżi.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tittermina s-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 1 meta jitneħħew l-ostakli għal esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni lejn it-Turkija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(2).

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-opinjoni tal-Kumitat għandha tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-Kumitat jiddeċiedi hekk, jew mill-inqas kwart tal-membri tal-Kumitat jitolbu hekk.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 1506/98 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  Opinjoni tal-10 ta' Diċembru 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1506/98 tat-13 ta' Lulju 1998 li jistabbilixxi konċessjoni fil-għamla ta' kwota Komunitarja tat-tariffa għat-Turkija fis-sena 1998 rigward il-ġellewż u li jissospendi konċessjonijiet oħra (ĠU L 200, 16.7.1998, p. 1).

(4)  Ara anness II.

(5)  ĠU 217, 29.12.1964, p. 3687/64.

(6)  Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill dwar it-Trattat ta' Assoċazzjoni KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 li jirrigwarda r-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli (ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1).

(7)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(8)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).


ANNESS I

Numru tas-Serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Daqs tal-kwota kull sena jew għal kull perjodu indikat (f'tunnellati)

Rata tad-dazju applikabbli

09.0217

ex 0807 11 00

Dulliegħ, frisk:

14 000

Xejn

mis-16 ta' Ġunju sal-31 ta' Marzu

09.0207

2002 90 31

Tadam imħejji jew ippriservat xorta oħra fil-ħall jew l-aċidu aċetiku, għajr sħiħ jew f'biċċiet, b'kontenut ta' materjal niexef ta' 12 % jew iktar fil-piż

30 000 ta' materjal niexef b'kontenut ta' 28-30 % fil-piż

Xejn

09.0209

2002 90 39

2002 90 91

2002 90 99


ANNESS II

Regolament Imħassar flimkien mal-emenda għalih

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1506/98

(ĠU L 200, 16.7.1998, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 255/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 84, 20.3.2014, p. 57)

Artikolu 3 biss


ANNESS III

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1506/98

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 1

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 3a

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Anness I

Anness II

Anness I

Anness II

Anness III


19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/55


REGOLAMENT (UE) 2015/757 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jsejħu għal kontribuzzjonijiet mis-setturi kollha tal-ekonomija biex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport marittimu internazzjonali, ipprevedu li fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali li jinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fil-miri ta' tnaqqis tiegħu permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ma jkun ġie approvat mill-Istati Membri jew ebda tali ftehim permezz tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ma jkun ġie approvat mill-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta biex ikunu inklużi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fl-impenn għat-tnaqqis Komunitarju, bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013. Tali proposta kellha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali li jista' jkun hemm.

(2)

It-trasport marittimu għandu impatt fuq il-klima globali u fuq il-kwalità tal-arja, b'riżultat tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u ta' emissjonijiet oħra li huwa jiġġenera, bħall-ossidi tan-nitroġenu (NOx), l-ossidi tal-kubrit (SOx), il-metan (CH4), il-materja partikolata (PM) u l-iswed tal-karbonju (BC).

(3)

It-trasport marittimu internazzjonali jibqa' l-uniku mezz ta' trasportazzjoni li mhuwiex inkluż fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. Skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkompanja l-proposta għal dan ir-Regolament, l-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-Unjoni mit-trasport marittimu internazzjonali żdiedu bi 48 % bejn l-1990 u l-2007.

(4)

Fid-dawl tal-fehim xjentifiku, li qed rapidament jiżviluppa, tal-impatt ta' emissjonijiet relatati mhux ta' CO2 mit-trasport marittimu fuq il-klima globali, għandha ssir regolarment valutazzjoni aġġornata ta' dak l-impatt fil-kuntest ta' dan ir-Regolament. Abbażi tal-valutazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implikazzjonijiet għall-politiki u l-miżuri, sabiex dawk l-emissjonijiet jitnaqqsu.

(5)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 dwar qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 appellat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffissaw mira vinkolanti tal-UE għall-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet domestiċi ta' gass b'effett ta' serra ta' mill-inqas 40 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Il-Parlament Ewropew indika wkoll li s-setturi kollha tal-ekonomija ser ikunu meħtieġa jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emisssjonijiet ta' gass b'effett ta' serra jekk l-Unjoni trid tagħti s-sehem ġust tagħha għall-isforzi globali.

(6)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill Ewropew approva mira vinkolanti tal-UE ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra sal-2030 meta mqabbla mal-1990. Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll l-importanza li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u r-riskji relatati mad-dipendenza fuq il-fjuwil fossili fis-settur tat-trasport u stieden lill-Kummissjoni biex teżamina aktar l-istrumenti u l-miżuri għal approċċ komprensiv u teknoloġikament newtrali, fost oħrajn, għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-settur tat-trasport.

(7)

Is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP) (5) jissottolinja li s-setturi kollha tal-ekonomija ser ikunu meħtieġa jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emisssjonijiet ta' gass b'effett ta' serra jekk l-Unjoni trid tagħti s-sehem ġust tagħha għall-isforzi globali. F'dan il-kuntest is-Seba' EAP jissottolinja li l-White paper tal-2011 dwar it-trasport teħtieġ li tiġi sostnuta minn qafas ta' politika b'saħħtu.

(8)

F'Lulju 2011, l-IMO adottat miżuri tekniċi u operazzjonali, b'mod partikolari l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) għall-bastimenti ġodda u l-Pjan ta' Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (SEEMP), li ser iġibu titjib f'termini ta' tnaqqis fiż-żieda mistennija ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, iżda li waħedhom ma jistgħux iwasslu għat-tnaqqis assolut meħtieġ fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mit-trasport marittimu internazzjonali biex jinżammu l-isforzi skont l-objettiv globali li ż-żidiet fit-temperaturi globali jiġu limitati għal 2 °C.

(9)

Skont id-data provduta mill-IMO, il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi tal-bastimenti jistgħu jitnaqqsu sa 75 % bl-applikazzjoni ta' miżuri operazzjonali u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji eżistenti; parti sinifikanti ta' dawk il-miżuri jistgħu jitqiesu bħala kosteffettivi u bħala li jistgħu joffru benefiċċji netti għas-settur, billi t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-fjuwil jiżgura l-irkupru ta' kwalunkwe spejjeż operazzjonali jew ta' investiment.

(10)

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu fil-livell tal-Unjoni, l-aqwa alternattiva possibbli tibqa' l-istabbiliment ta' sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (is-sistema MRV) tal-emissjonijiet ta' CO2 ibbażati fuq il-konsum tal-fjuwil tal-bastimenti bħala l-ewwel pass ta' approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis ta' gass b'effett ta' serra, flimkien ma' emissjonijiet minn setturi oħra li diġà qed jikkontribwixu għal dak l-impenn. L-aċċess pubbliku għad-data dwar l-emissjonijiet ser jikkontribwixxi biex jitneħħew l-ostakoli tas-suq li jimpedixxu t-teħid ta' ħafna miżuri b'kost negattiv li għandu jnaqqas l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mit-trasport marittimu.

(11)

L-adozzjoni ta' miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u tal-konsum tal-fjuwil hija mxekkla minħabba l-eżistenza ta' ostakoli tas-suq bħan-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli dwar l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta' bastimenti jew dwar teknoloġiji disponibbli għall-modifikar ta' bastimenti, bħan-nuqqas ta' aċċess għal finanzi għal investimenti fl-effiċjenza tal-bastimenti u inċentivi maqsuma, billi s-sidien tal-bastimenti ma jibbenefikawx mill-investimenti tagħhom fl-effiċjenza tal-bastiment meta l-kontijiet tal-fjuwil jitħallsu mill-operaturi.

(12)

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u tad-diskussjonijiet ma' sħab internazzjonali jindikaw li approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis ta' gass b'effett ta' serra għandu jiġi applikat fl-implimentazzjoni ta' sistema MRV robusta għall-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu bħala l-ewwel pass u l-ipprezzar ta' dawk l-emissjonijiet fi stadju aktar tard. Dan l-approċċ jiffaċilita li jsir progress sinifikanti fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-ftehim dwar miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u dwar miżuri oħra biex dak it-tnaqqis jinkiseb bi spejjeż minimi.

(13)

L-introduzzjoni ta' sistema MRV tal-Unjoni mistennija li twassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jammontaw għal sa 2 % meta mqabbla maż-żamma tal-istatus quo u tnaqqis fl-ispejjeż netti aggregati sa EUR 1,2 biljun sal-2030 billi tista' tikkontribwixxi għat-tneħħija ta' ostakoli tas-suq, b'mod partikolari dawk relatati man-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti, billi tipprovdi informazzjoni komparabbli u affidabbli dwar il-konsum tal-fjuwil u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għas-swieq rilevanti. Dan it-tnaqqis ta' spejjeż tat-trasport għandu jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, sistema MRV robusta hija prerekwiżit għal kwalunkwe kejl ibbażat fuq is-suq, standard ta' effiċjenza jew miżura oħra, jekk tiġi applikata kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell globali. Hija tipprovdi wkoll data affidabbli biex jiġu stabbiliti miri preċiżi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet u biex jiġi evalwat il-progress tal-kontribut tat-trasport marittimu lejn il-kisba ta' ekonomija b'livell baxx ta' karbonju. Fid-dawl tan-natura internazzjonali tat-trasport marittimu, il-metodu preferut u l-aktar effettiv għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra fit-trasport marittimu internazzjonali jkun bi ftehim globali.

(14)

Il-vjaġġi interni kollha tal-Unjoni, il-vjaġġi kollha li jaslu mill-aħħar port mhux tal-Unjoni lejn l-ewwel port ta' waqfa tal-Unjoni u l-vjaġġi kollha lli joħorġu minn port tal-Unjoni lejn port ta' waqfa li jmiss mhux tal-Unjoni, inklużi l-vjaġġi b'saborra,għandhom jiġu kkunsidrati rilevanti għall-finijiet ta' monitoraġġ. L-emissjonijiet ta' CO2 fil-portijiet tal-Unjoni inklużi emissjonijiet minn bastimenti li jkunu fl-irmiġġ jew li jiċċaqalqu ġewwa port, għandhom ikunu koperti wkoll, b'mod partikolari minħabba li jeżistu miżuri speċifiċi għat-tnaqqis jew l-evitar ta' dawn. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha irrispettivament mill-bandiera li jtajru. Madankollu, billi dan ir-Regolament jiffoka fuq it-trasport marittimu, huwa ma għandux jistabbilixxi rekwiżiti ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-movimenti u l-attivitajiet ta' bastimenti li ma jkunux qed iservu l-finijiet tat-trasportazzjoni ta' merkanzija jew passiġġieri għal finijiet kummerċjali, bħal tħammil, tkissir ta' silġ, tqegħid ta' pajpijiet jew attivitajiet ta' installazzjoni offshore.

(15)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti għall-bastimenti li joperaw f'kondizzjonijiet klimatiċi inqas favorevoli, għandu jkun possibbli li tiġi inkluża informazzjoni speċifika relatata mal-klassi tas-silġ ta' bastiment, u relatata man-navigazzjoni tiegħu fis-silġ, fid-data mmonitorjata abbażi ta' dan ir-Regolament.

(16)

Is-sistema MRV proposta għandha tieħu l-forma ta' Regolament minħabba n-natura kumplessa u ferm teknika tad-dispożizzjonijiet li jeħtieġu jiġu introdotti, il-ħtieġa għal regoli uniformi applikabbli fl-Unjoni kollha biex tiġi riflessa n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu b'bosta bastimenti li jkunu mistennija li jidħlu f'portijiet fi Stati Membri differenti, u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni fl-Unjoni kollha.

(17)

Sistema MRV robusta tal-Unjoni speċifika għall-bastimenti għandha tkun ibbażata fuq il-kalkolu ta' emissjonijiet mill-fjuwil ikkonsmat fuq vjaġġi lejn u minn portijiet tal-Unjoni, għaliex id-data dwar il-bejgħ tal-fjuwil ma tistax tipprovdi stimi preċiżi b'mod xieraq dwar il-konsum tal-fjuwil f'dan il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku minħabba l-kapaċitajiet kbar tat-tankijiet tal-bastimenti.

(18)

Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha tkopri wkoll informazzjoni oħra rilevanti li tippermetti d-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-bastimenti jew l-analiżi ulterjuri tal-kawżi tal-iżvilupp ta' emissjonijiet, filwaqt li tippreserva l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali jew industrijali. Dan il-kamp ta' applikazzjoni jallinja wkoll is-sistema MRV tal-Unjoni ma' inizjattivi internazzjonali ta' standards ta' effiċjenza għal bastimenti eżistenti, li jkopru wkoll miżuri operazzjonali, u jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakoli tas-suq relatati man-nuqqas ta' informazzjoni.

(19)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u għall-operaturi, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u biex isir l-aħjar użu mill-proporzjon tal-kost u l-benefiċċji tas-sistema MRV mingħajr ma jiġi mhedded l-objettiv li jkun kopert sehem predominanti ħafna tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mit-trasport marittimu, ir-regoli għall-MRV għandhom japplikaw biss għal emittenti kbar. Intagħżel limitu ta' 5 000 tunnellaġġ gross (TG) wara analiżi dettaljata oġġettiva tal-qisien u l-emissjonijiet tal-bastimenti li jmorru lejn portijiet tal-Unjoni u dawk li jiġu minnhom. Il-bastimenti b'aktar minn 5 000 TG jammontaw għal madwar 55 % tal-għadd ta' bastimenti li jidħlu f'portijiet tal-Unjoni u jirrappreżentaw madwar 90 % tal-emissjonijiet relatati. Dan il-limitu mhux diskriminatorju għandu jiżgura li jiġu koperti l-emittenti l-aktar rilevanti. Limitu aktar baxx għandu jirriżulta f'piż amministrattiv akbar filwaqt li limitu ogħla jillimita l-kopertura tal-emissjonijiet u għalhekk l-effettività ambjentali tas-sistema MRV.

(20)

Sabiex jitnaqqas aktar il-piż amministrattiv għas-sidien u l-operaturi tal-bastimenti, ir-regoli ta' monitoraġġ għandhom jiffokaw fuq is-CO2 billi huwa l-gass b'effett ta' serra l-aktar rilevanti li jiġi emess mit-trasport marittimu.

(21)

Ir-regoli għandhom jieħdu kont ta' rekwiżiti eżistenti u data li hija diġà disponibbli abbord il-bastimenti; għalhekk, il-kumpanniji għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu wieħed mill-erba' metodi ta' monitoraġġ li ġejjin: l-użu ta' Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Bastiment, il-monitoraġġ abbord tat-tank tal-fjuwil ta' bastiment, arloġġi għall-kejl tal-flussi għal proċessi ta' kombustjoni applikabbli jew kejl dirett tal-emissjonijiet. Pjan ta' monitoraġġ speċifiku għal kull bastiment għandu jiddokumenta l-għażla magħmula u għandu jipprovdi aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-metodu magħżul.

(22)

Kwalunkwe kumpannija b'responsabbiltà għal perijodu ta' rappurtar sħiħ għal bastiment li jagħmel attivitajiet tat-trasport marittimu għandha titqies li hija responsabbli mill-obbligi kollha ta' monitoraġġ u ta' rappurtar li jirriżultaw fir-rigward ta' dak il-perijodu ta' rappurtar, inkluż il-preżentazzjoni ta' rapport dwar l-emissjonijiet ivverifikati b'mod sodisfaċenti. Fil-każ ta' bidla tal-kumpannija, il-kumpannija l-ġdida għandha tkun responsabbli biss għall-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar relatati mal-perijodu ta' rappurtar li matulu seħħet il-bidla tal-kumpannija. Sabiex tiffaċilita t-twettiq ta' dawn l-obbligi, il-kumpannija l-ġdida għandha tirċievi kopja tal-aħħar pjan ta' monitoraġġ, u dokument ta' konformità, jekk applikabbli.

(23)

Gassijiet oħra b'effett ta' serra, sustanzi b'impatti klimatiċi jew sustanzi li jniġġsu l-arja ma għandhomx ikunu koperti mis-sistema MRV tal-Unjoni f'dan l-istadju sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' tagħmir ta' kejl li mhuwiex suffiċjentement affidabbli jew kummerċjalment disponibbli, ħaġa li tista' xxekkel l-implimentazzjoni tas-sistema MRV tal-Unjoni.

(24)

Il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-IMO għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (MARPOL) tipprovdi għall-applikazzjoni mandatorja tal-EEDI għal bastimenti ġodda u l-użu tas-SEEMPs għall-flotta tad-dinja kollha.

(25)

Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv għas-sidien u l-operaturi tal-bastimenti, ir-rappurtar u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni rappurtata għandhom jiġu organizzati kull sena. Permezz ta' restrizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet, tal-konsum ta' fjuwil u ta' informazzjoni relatata mal-effiċjenza għal medji annwali u ċifri aggregati, il-kwistjonijiet tal-kunfidenzjalità għandhom ikunu ġew indirizzati. Sabiex jiġi żgurat li ma tiġix imminata l-protezzjoni ta' interessi ekonomiċi leġittimi li ma għandhox jiġu żvelati lill-pubbliku, għandu jiġi applikat livell differenti ta' aggregazzjoni f'każijiet eċċezzjonali fuq talba ta' kumpannija. Id-data rappurtata lill-Kummissjoni għandha tiġi integrata fl-istatistika sakemm dik id-data tkun rilevanti għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/504/UE (6).

(26)

Verifiki minn verifikaturi akkreditati għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' monitoraġġ u r-rapporti tal-emissjonijiet ikunu korretti u konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Bħala element importanti għas-simplifikar tal-verifiki, il-verifikaturi għandhom jiċċekkjaw il-kredibbiltà tad-data billi jqabblu d-data rappurtata ma' data stimata abba¿i ta' data u karatteristiċi tat-traċċar tal-bastiment. Stimi bħal dawn jistgħu jiġu provduti mill-Kummissjoni. Sabiex tiġi ¿gurata l-imparzjalità, il-verifikaturi għandhom ikunu entitajiet ġuridiċi indipendenti u kompetenti u għandhom jiġu akkreditati minn korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(27)

Għandu jinżamm abbord il-bastimenti dokument ta' konformità maħruġ minn verifikatur sabiex tintwera l-konformità mal-obbligi għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika. Il-verifikaturi għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-ħruġ ta' tali dokumenti.

(28)

Fuq il-bażi ta' esperjenza minn kompiti simili relatati mas-sikurezza marittima, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għandha, fil-qafas tal-mandat tagħha, tappoġġa lill-Kummissjoni billi twettaq ċerti kompiti.

(29)

L-infurzar tal-obbligi relatati mas-sistema MRV għandu jkun ibbażat fuq strumenti eżistenti, jiġifieri dawk stabbiliti taħt id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u fuq informazzjoni dwar il-ħruġ ta' dokumenti ta' konformità. Id-dokument li jikkonferma l-konformità tal-bastiment mal-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar għandu jiżdied mal-lista ta' ċertifikati u dokumenti msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/16/KE.

(30)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jispezzjonaw il-bastimenti li jidħlu fil-portijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u li għalihom ċerta informazzjoni meħtieġa dwar id-dokument ta' konformità ma tkunx disponibbli.

(31)

In-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandu jirriżulta fl-applikazzjoni ta' penali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar dawk il-penali. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(32)

Fil-każ ta' bastimenti li jkunu naqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar għal żewġ perijodi ta' rappurtar konsekuttivi jew aktar u fejn miżuri oħra ta' infurzar ikunu naqsu milli jiżguraw konformità, ikun xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà ta' tkeċċija. Tali miżura għandha tiġi applikata b'tali mod li tippermetti li s-sitwazzjoni ta' non-konformità tiġi rettifikata f'perijodu ta' żmien raġonevoli.

(33)

L-Istati Membri li ma għandhomx portijiet marittimi fit-territorju tagħhom u li ma għandhomx bastimenti jtajru l-bandiera tagħhom u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew li jkunu għalqu r-reġistri nazzjonali tagħhom tal-bastimenti għandhom ikunu jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-penali, dment li ebda tali bastiment ma jtajjar il-bandiera tagħhom.

(34)

Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha sservi bħala mudell għall-implimentazzjoni ta' sistema MRV globali. Sistema MRV globali hija preferuta peress li tista' titqies bħala iżjed effikaċi minħabba l-ambitu usa' tagħha. F'dan il-kuntest, u bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' regoli internazzjonali fi ħdan l-IMO għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tikkondividi informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolamentmal-IMO u korpi internazzjonali rilevanti oħra fuq bażi regolari u għandhom isiru preżentazzjonijiet rilevanti lill-IMO. Fejn jintlaħaq ftehim dwar sistema MRV globali, il-Kummissjoni għandha tirrivedi s-sistema MRV tal-Unjoni bil-għan li tallinjaha mas-sistema MRV globali.

(35)

Sabiex jittieħed kont ta' regoli internazzjonali rilevanti u standards internazzjonali u Ewropej kif ukoll ta' żviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi, is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami ta' ċerti aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar tal-emissjonijiet ta' CO2 minn bastimenti u biex jiġu speċifikati aktar ir-regoli għall-attivitajiet ta' verifika u l-metodi ta' akkreditazzjoni ta' verifikaturi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ta' delega, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(36)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-użu ta' mudelli standard għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni rilevanti oħra, għall-użu ta' sistemi awtomatizzati u ta' mudelli elettroniċi standard għar-rappurtar koerenti ta' emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni rilevanti oħra lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera konċernati, għall-ispeċifikazzjoni ta' regoli tekniċi li jispeċifikaw il-parametri applikabbli għal kategoriji ta' bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners u għar-reviżjoni ta' dawk il-parametri, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Huwa meħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(37)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-bastimenti bħala l-ewwel pass ta' approċċ fi stadji sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu, iżda jista' pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan.

(38)

Ir-regoli li jistabbilixxu s-sistema MRV għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(39)

Jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2015 biex jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-partijiet kkonċernati jkollhom żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament qabel ma jibda l-ewwel perijodu ta' rappurtar fl-1 ta' Jannar 2018,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u ta' informazzjoni oħra rilevanti minn bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b'aktar minn 5 000 tunnellaġġ gross fir-rigward ta' emissjonijiet CO2 rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom mill-aħħar port ta' waqfa tagħhom lejn port ta' waqfa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u minn port ta' waqfa li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru għal port ta' waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f'portijiet ta' waqfa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal bastimenti tal-gwerra, bastimenti awżiljarji navali, bastimenti tal-qbid ta' ħut jew bastimenti tal-ipproċessar tal-ħut, bastimenti tal-injam b'binja primittiva, bastimenti li ma jitħaddmux b'mezzi mekkaniċi, jew bastimenti tal-gvern użati għal skopijiet mhux kummerċjali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“emissjonijiet ta' CO2” tfisser ir-rilaxx ta' CO2 fl-atmosfera minn bastimenti;

(b)

“port ta' waqfa” tfisser port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott merkanzija jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri; konsegwentement, waqfiet għall-finijiet uniċi ta' riforniment ta' fjuwil, akkwist ta' provvisti, bdil ta' ekwipaġġ, dħul f'baċiri jew tiswijiet lill-bastiment u/jew lit-tagħmir tiegħu, waqfiet f'port għaliex il-bastiment ikun jeħtieġ assistenza jew jinsab fil-periklu, trasbordi barra mill-portijiet, u waqfiet għall-iskop uniku ta' rifuġju minn temp ħażin jew li jsiru meħtieġa minħabba attivitajiet ta' tiftix u salvataġġ huma esklużi;

(c)

“vjaġġ” tfisser kwalunkwe moviment ta' bastiment li joriġina minn port, jew jispiċċa f'port, ta' waqfa u li jaqdi l-funzjoni ta' trasport ta' passiġġieri jew merkanzija għal finijiet kummerċjali;

(d)

“kumpannija” tfisser is-sid ta' bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew il-bareboat charterer, li jkunu assumu r-responsabbiltà għall-operazzjoni tal-bastiment minn sid il-bastiment;

(e)

“tunnellaġġ gross” (TG) tfisser it-tunnellaġġ gross ikkalkolat skont ir-regolamenti tal-kejl tat-tunnellaġġ li jinsab fl-Anness I mal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Kejl tat-Tunnellaġġ Metriku tal-Bastimenti, adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) f'Londra fit-23 ta' Ġunju 1969, jew kwalunkwe konvenzjoni suċċessura tagħha;

(f)

“verifikatur” tfisser entità ġuridika li tagħmel attivitajiet ta' verifika li tkun akkreditata minn korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u dan ir-Regolament;

(g)

“verifika” tfisser l-attivitajiet li jsiru minn verifikatur sabiex jivvaluta l-konformità tad-dokumenti mibgħuta mill-kumpannija mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(h)

“dokument ta' konformità” tfisser dokument speċifiku għal bastiment, maħruġ għal kumpannija minn verifikatur, li jikkonferma li dak il-bastiment sar konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal perijodu speċifiku ta' rappurtar;

(i)

“informazzjoni oħra rilevanti” tfisser informazzjoni relatata ma' emissjonijiet ta' CO2 mill-konsum ta' fjuwils, ma' xogħol ta' trasport u mal-effiċjenza enerġetika ta' bastimenti, li tiffaċilita l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet ta' bastimenti;

(j)

“fattur ta' emissjoni” tfisser ir-rata medja ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra relattivament għad-data dwar l-attivitajiet ta' fluss minn sors, bil-preżunzjoni ta' ossidazzjoni kompleta għall-kombustjoni u ta' konverżjoni kompleta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħrajn kollha;

(k)

“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu raġonevolment jiġu attribwiti lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji, espress bħala perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li jinkludi 95 % tal-valuri dedotti b'kont meħud ta' kwalunkwe assimetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;

(l)

“konservattiv” tfisser li sett ta' suppożizzjonijiet jkun ġie definit sabiex jiġi żgurat li ma ssir l-ebda sottovalutazzjoni ta' emissjonijiet annwali jew sovravalutazzjoni ta' distanzi jew ta' ammonti ta' merkanzija li nġarru;

(m)

“perijodu ta' rappurtar” tfisser sena kalendarja waħda, li matulha jkollhom jiġu mmonitorjati u rrapportati emissjonijiet ta' CO2. Għal vjaġġi li jibdew u jispiċċaw f'sentejn kalendarji differenti, il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data għandhom jitqiesu taħt l-ewwel sena kalendarja kkonċernata;

(n)

“bastiment fl-irmiġġ” tfisser bastiment li jkun sorġut jew ankrat b'mod sikur f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru waqt li jkun qed jgħabbi, iħott jew jakkomoda persuni, inkluż il-ħin li fih ma jkunx involut fl-operazzjonijiet ta' merkanzija;

(o)

“klassi tas-silġ” tfisser in-notazzjoni mogħtija lill-bastiment mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat tal-bandiera, jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta minn dak l-Istat, li turi li l-bastiment ġie mfassal għan-navigazzjoni f'kondizzjonijiet ta' silġ fuq il-baħar.

KAPITOLU II

MONITORAĠĠ U RAPPURTAR

TAQSIMA 1

Prinċipji u metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtar

Artikolu 4

Prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rappurtar

1.   F'konformità mal-Artikoli 8 sa 12, il-kumpanniji għandhom, għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom, jimmonitorjaw u jirrapportaw il-parametri rilevanti matul perijodu ta' rappurtar. Huma għandhom jimmonitorjaw u jirrapportaw fil-portijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u għal kull vjaġġ lejn jew minn port taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

2.   Il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu kompluti u għandhom ikopru l-emissjonijiet CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils, waqt li l-bastimenti jkunu jbaħħru kif ukoll meta jkunu fl-irmiġġ. Il-kumpanniji għandhom japplikaw miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-data fil-perijodu ta' rappurtar.

3.   Il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu konsistenti u komparabbli tul iż-żmien. Għal dak il-għan, il-kumpanniji għandhom jużaw l-istess metodoloġiji ta' monitoraġġ u l-istess settijiet ta' data soġġetti għal modifiki evalwati mill-verifikatur.

4.   Il-kumpanniji għandhom jiksbu, jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw data ta' monitoraġġ, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, data dwar fatturi ta' emissjoni u attivitajiet ta' emissjoni, b'mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni ta' emissjonijiet ta' CO2 mill-verifikatur.

5.   Il-kumpanniji għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni ta' emissjonijiet ta' CO2 ma tkun la sistematikament u lanqas konsapevolment impreċiża. Huma għandhom jidentifikaw u jnaqqsu kwalunkwe sors ta' impreċiżjoni.

6.   Il-kumpanniji għandhom jiffaċilitaw garanzija raġonevoli tal-integrità tad-data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 li jkollha tiġi mmonitorjata u rrappurtata.

7.   Il-kumpanniji għandhom jagħmlu ħilithom biex jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti ta' verifika maħruġin taħt l-Artikolu 13(3) jew (4) fil-monitoraġġ u r-rappurtar sussegwenti tagħhom.

Artikolu 5

Metodi għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni rilevanti oħra

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), (2) u (3), il-kumpanniji għandhom jiddeterminaw, għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom, l-emissjonijiet ta' CO2, skont kwalunkwe mill-metodi stabbiliti fl-Anness I, u jimmonitorjaw informazzjoni oħra rilevanti skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness II jew adottati b'mod konformi miegħu.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda l-metodi stabbiliti fl-Anness I u r-regoli stabbiliti fl-Anness II, sabiex jieħdu kont tar-regoli internazzjonali rilevanti kif ukoll tal-istandards internazzjonali u Ewropej. Il-Kummissjoni hija wkoll mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda l-Annessi I u II sabiex tirfina l-elementi tal-metodi ta' monitoraġġ stabbiliti fihom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi.

TAQSIMA 2

Pjan ta' monitoraġġ

Artikolu 6

Kontenut u sottomissjoni tal-pjan ta' monitoraġġ

1.   Sal-31 ta' Awwissu 2017, il-kumpanniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta' monitoraġġ, għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom, li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni oħra rilevanti.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, għal bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-31 ta' Awwissu 2017, il-kumpannija għandha tissottometti pjan ta' monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa ta' kull bastiment f'port li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

3.   Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompluta u trasparenti dwar il-metodu ta' monitoraġġ għall-bastiment ikkonċernat u għandu jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż ismu, in-numru tiegħu ta' identifikazzjoni tal-IMO, il-port tiegħu ta' reġistrazzjoni jew port ta' domiċilju, u l-isem ta' sid il-bastiment;

(b)

l-isem tal-kumpannija u l-indirizz, u d-dettalji tat-telefown u l-posta elettronika għal persuna tal-kuntatt;

(c)

deskrizzjoni tas-sorsi ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin abbord il-bastiment: magni prinċipali, magni awżiljari, turbini tal-gass bojlers u ġeneraturi tal-gass inert, u t-tipi ta' fjuwils użati;

(d)

deskrizzjoni tal-proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-lista tas-sorsi ta' emissjonijiet ta' CO2 matul il-perijodu ta' rappurtar;

(e)

deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ tal-kompletezza tal-lista tal-vjaġġi;

(f)

deskrizzjoni tal-proċeduri ta' monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil tal-bastiment, inklużi:

(i)

il-metodu magħżul minn fost dawk imsemmija fl-Anness I għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwils ta' kull sors ta' emissjonijiet ta' CO2, inkluża, fejn applikabbli, deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat,

(ii)

proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-karburant ippompjat u tal-karburant fit-tankijiet, deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trasmessa u maħżuna informazzjoni dwar kejl, kif applikabbli,

(iii)

il-metodu magħżul għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli,

(iv)

proċedura sabiex jiġi żgurat li l-inċertezza totali tal-kejl tal-karburant tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, fejn possibbli b'referenza għal-liġijiet nazzjonali, għal-klawżoli fil-kuntratti tal-konsumatur jew għall-istandards ta' preċiżjoni tal-fornituri tal-fjuwil;

(g)

fatturi ta' emissjoni użati għal kull tip ta' fjuwil, jew fil-każ ta' fjuwils alternattivi, il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni, inklużi l-metodoloġija għat-teħid ta' kampjuni, il-metodi ta' analiżi u deskrizzjoni tal-laboratorji użati, bl-akkreditazzjoni ISO 17025 ta' dawk il-laboratorji, fejn rilevanti;

(h)

deskrizzjoni tal-proċeduri użati għad-determinazzjoni tad-data tal-attività għal kull vjaġġ, inkluż:

(i)

il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet u s-sorsi tad-data għad-determinazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-distanza,

(ii)

il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data biex jiġu determinati u rreġistrati l-merkanzija li nġarret u l-għadd ta' passiġġieri, kif applikabbli,

(iii)

il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin ta' tbaħħir bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla;

(i)

deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża għad-determinazzjoni tad-data ta' sostituzzjoni biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet fid-data;

(j)

folja ta' reġistrazzjoni ta' reviżjoni biex tirreġistra d-dettalji kollha tal-istorja ta' reviżjoni.

4.   Il-pjan ta' monitoraġġ jista' wkoll ikun fih informazzjoni dwar il-klassi tas-silġ tal-bastiment u/jew il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-distanza mbaħħra u ż-żmien ta' tbaħħir waqt li kien qed jinnaviga minn ġos-silġ.

5.   Il-kumpanniji għandhom jużaw pjanijiet ta' monitoraġġ standardizzati bbażati fuq mudelli stabbiliti. Dawk il-mudelli, inklużi r-regoli tekniċi għall-applikazzjoni uniformi tagħhom, għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 7

Modifiki fil-pjan ta' monitoraġġ

1.   Il-kumpanniji għandhom jikkontrollaw regolarment, u tal-anqas kull sena, jekk il-pjan ta' monitoraġġ jirriflettix in-natura u l-funzjonament tal-bastiment u jekk il-metodoloġija ta' monitoraġġ tistax tittejjeb.

2.   Il-kumpanniji għandhom jimmodifikaw il-pjan ta' monitoraġġ fi kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn isseħħ bidla fil-kumpannija;

(b)

fejn iseħħu emissjonijiet ġodda ta' CO2 minħabba sorsi ġodda ta' emissjonijiet jew minħabba l-użu ta' fjuwils ġodda li jkunu għadhom mhux inklużi fil-pjan ta' monitoraġġ;

(c)

fejn isseħħ bidla fid-disponibbiltà tad-data, minħabba l-użu ta' tipi ġodda ta' tagħmir tal-kejl, ta' metodi ġodda għat-teħid ta' kampjuni jew ta' metodi ġodda ta' analiżi, jew għal raġunijiet oħra, li tista' taffettwa l-eżattezza tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2;

(d)

fejn id-data li tirriżulta mill-metodu ta' monitoraġġ applikat tinstab li mhijiex korretta;

(e)

fejn kwalunkwe parti mill-pjan ta' monitoraġġ hija identifikata bħala mhux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jkun meħtieġ li l-kumpannija tirrivediha skont l-Artikolu 13(1).

3.   Il-kumpanniji għandhom jinnotifikaw lill-verifikaturi mingħajr dewmien eċċessiv bi kwalunkwe proposta għal modifika fil-pjan ta' monitoraġġ.

4.   Il-modifiki għall-pjan ta' monitoraġġ taħt il-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni mill-verifikatur skont l-Artikolu 13(1). Wara l-valutazzjoni, il-verifikatur għandu jinnotifika lill-kumpannija jekk dawk il-modifiki humiex konformi.

TAQSIMA 3

Monitoraġġ ta' emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni rilevanti oħra

Artikolu 8

Monitoraġġ tal-attivitajiet fil-perijodu ta' rappurtar

Mill-1 ta' Jannar 2018, il-kumpanniji għandhom, fuq il-bażi tal-pjan ta' monitoraġġ ivvalutat skont l-Artikolu 13(1), jagħmlu monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 għal kull bastiment abbażi ta' kull vjaġġ u kull sena billi japplikaw il-metodu xieraq għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 fost dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I u billi jikkalkulaw l-emissjonijiet ta' CO2 skont il-Parti A tal-Anness I.

Artikolu 9

Monitoraġġ abbażi ta' kull vjaġġ

1.   Fuq il-bażi tal-pjan ta' monitoraġġ ivvalutat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment li jasal fi, jew jitlaq minn, port, u għal kull vjaġġ lejn jew minn port, li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, il-kumpanniji għandhom jimmonitorjaw, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Parti A tal-Anness II, il-parametri li ġejjin:

(a)

il-port tat-tluq u l-port tal-wasla inkluża d-data u l-ħin tat-tluq u tal-wasla;

(b)

l-ammont u l-fattur ta' emissjoni għal kull tip ta' fjuwil totalment ikkonsmat;

(c)

CO2 emess;

(d)

id-distanza vjaġġata;

(e)

il-ħin fuq il-baħar;

(f)

il-merkanzija li nġarret;

(g)

ix-xogħol ta' trasport.

Il-kumpanniji jistgħu wkoll jagħmlu monitoraġġ tal-informazzjoni relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u dik relatata man-navigazzjoni minn ġos-silġ, fejn applikabbli.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, kumpannija għandha tiġi eżentata mill-obbligu ta' monitoraġġ tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fuq bażi ta' kull vjaġġ fir-rigward ta' bastiment speċifiku, jekk:

(a)

il-vjaġġi kollha tal-bastiment matul il-perijodu ta' rappurtar jibdew minn port jew jintemmu f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru; u

(b)

il-bastiment, skont l-iskeda tiegħu, jagħmel aktar minn 300 vjaġġ matul il-perijodu ta' rappurtar.

Artikolu 10

Monitoraġġ abbażi ta' kull sena

Fuq il-bażi tal-pjan ta' monitoraġġ ivvalutat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull sena kalendarja, il-kumpanniji għandhom jimmonitorjaw, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Parti B tal-Anness II, il-parametri li ġejjin:

(a)

l-ammont u l-fattur ta' emissjoni għal kull tip ta' fjuwil ikkonsmat bħala total;

(b)

l-ammont totali ta' CO2 aggregat emess fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(c)

l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha bejn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(d)

l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(e)

l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(f)

l-emissjonijiet ta' CO2 li seħħew fl-irmiġġ fi ħdan il-portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(g)

it-totali tad-distanza vjaġġata;

(h)

it-totali tal-ħin ta' tbaħħir;

(i)

it-totali tax-xogħol ta' trasport;

(j)

il-medju tal-effiċjenza enerġetika.

Il-kumpanniji jistgħu jagħmlu monitoraġġ tal-informazzjoni marbuta mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u dik marbuta man-navigazzjoni minn ġos-silġ, fejn applikabbli.

Il-kumpanniji jistgħu wkoll jagħmlu monitoraġġ tal-fjuwil ikkunsmat u ta' CO2 emess billi jiddifferenzjaw abbażi ta' kriterji oħra definiti fil-pjan ta' monitoraġġ.

TAQSIMA 4

Rappurtar

Artikolu 11

Il-kontenut tar-rapport dwar l-emissjonijiet

1.   Mill-2019, sat-30 ta' April ta' kull sena, il-kumpanniji għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera kkonċernati, rapport dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni oħra rilevanti għall-perijodu kollu ta' rappurtar għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn verifikatur skont l-Artikolu 13.

2.   Fejn isseħħ bidla ta' kumpannija, il-kumpannija l-ġdida għandha tiżgura li kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha ikun konformi ma' dan ir-Regolament fir-rigward tal-perijodu kollu tar-rappurtar li matulu hija tieħu responsabbiltà għall-bastiment ikkonċernat.

3.   Il-kumpanniji għandhom jinkludu fir-rapport dwar l-emissjonijiet l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-data li tidentifika l-bastiment u l-kumpannija, inklużi:

(i)

l-isem tal-bastiment,

(ii)

in-numru ta' identfikazzjoni tal-IMO,

(iii)

il-port tar-reġistrazzjoni jew il-port ta' domiċilju,

(iv)

klassi tas-silġ tal-bastiment, jekk inkluża fil-pjan ta' monitoraġġ,

(v)

l-effiċjenza teknika tal-bastiment (Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (EEDI) jew Valur tal-Indiċi Stmat (EIV) skont ir-Riżoluzzjoni tal-IMO MEPC.215 (63), fejn applikabbli)

(vi)

l-isem ta' sid il-bastiment,

(vii)

l-indirizz ta' sid il-bastiment u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu,

(viii)

l-isem tal-kumpannija (jekk mhuwiex is-sid tal-bastiment),

(ix)

l-indirizz tal-kumpannija (jekk mhux is-sid tal-bastiment) u l-post prinċipali tan-negozju tagħha,

(x)

l-indirizz, id-dettalji tat-telefon u tal-posta elettronika ta' persuna ta' kuntatt;

(b)

l-identità tal-verifikatur li jkun ivvaluta r-rapport dwar l-emissjonijiet;

(c)

informazzjoni dwar il-metodu ta' monitoraġġ użat u l-livell ta' inċertezza relatat;

(d)

ir-riżultati mill-monitoraġġ annwali tal-parametri skont l-Artikolu 10.

Artikolu 12

Format tar-rapport dwar l-emissjonijiet

1.   Ir-rapport dwar l-emissjonijiet għandu jiġi sottomess bl-użu ta' sistemi awtomatizzati u ta' formats tal-iskambju tad-data, inklużi mudelli elettroniċi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-formats tal-iskambju tad-data, inklużi l-mudelli elettroniċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

KAPITOLU III

VERIFIKA U AKKREDITAZZJONI

Artikolu 13

Kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta' verifika u tar-rapport ta' verifika

1.   Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tal-pjan ta' monitoraġġ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7. Fejn il-valutazzjoni tal-verifikatur tidentifika nonkonformitajiet ma' dawk ir-rekwiżiti, il-kumpannija konċernata għandha tirrivedi l-pjan ta' monitoraġġ tagħha kif meħtieġ u tippreżenta pjan rivedut għall-valutazzjoni finali mill-verifikatur qabel ma jibda l-perijodu ta' rappurtar. Il-kumpannija għandha taqbel mal-verifikatu dwar qafas ta' żmien meħtieġ biex tintroduċi dawk ir-reviżjonijiet. Dak il-qafas ta' żmien ma għandux, fi kwalunkwe każ, jiskorri l-bidu tal-perijodu ta' rappurtar.

2.   Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tar-rapport dwar l-emissjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 12 u l-Annessi I u II.

B'mod partikolari l-verifikatur għandu jivvaluta jekk l-emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni rilevanti oħra inklużi fir-rapport dwar l-emissjonijiet kinux ġew determinati f'konformità mal-Artikoli 8, 9 u 10 u l-pjan ta' monitoraġġ.

3.   Fejn il-valutazzjoni tal-verifika tikkonkludi, b'assigurazzjoni raġonevoli mill-verifikatur, li r-rapport dwar l-emissjonijiet huwa ħieles minn-dikjarazzjonijiet skorretti materjali, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta' verifika li jiddikjara li r-rapport dwar l-emissjonijiet ġie vverifikat bħala sodisfaċenti. Ir-rapport ta' verifika għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-ħidma mwettqa mill-verifikatur.

4.   Fejn il-valutazzjoni tal-verifika tikkonkludi li r-rapport dwar l-emissjonijiet jinkludi dikjarazzjonijiet skoretti jew nonkonformitajiet mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-verifikatur għandu jinforma lill-kumpannija dwarhom f'waqtu. Il-kumpannija għandha konsegwentement tikkorreġi d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformitajiet sabiex tippermetti li jiġi ffinalizzat il-proċess ta' verifika fil-ħin u għandha tippreżenta lill-verifikatur ir-rapport rivedut dwar l-emissjonijiet u kull informazzjoni oħra li kienet meħtieġa biex tikkorreġi n-nonkonformitajiet identifikati. Fir-raport ta' verifika tiegħu, il-verifikatur għandu jiddikjara jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformitajiet identifikati waqt il-valutazzjoni tal-verifika ġewx ikkorreġuti mill-kummpannija. Fejn ma jkunux ġew ikkorreġuti d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformitajiet ikkomunikati, u b'mod individwali jew kombinat, iwasslu għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta' verifika li jiddikjara li r-rapport dwar l-emissjonijiet mhuwiex konformi ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Obbligi u prinċipji ġenerali għall-verifikaturi

1.   Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-kumpannija jew mill-operatur ta' bastiment u għandu jagħmel l-attivitajiet meħtieġa taħt dan ir-Regolament fl-interess pubbliku. Għal dak l-iskop, la l-verifikatur u l-ebda parti tal-istess entità legali ma għandhom ikunu kumpannija jew operatur tal-bastiment, is-sid ta' kumpannija, jew ikunu l-proprjetà tagħhom, u l-verifikatur lanqas ma għandu jkollu relazzjonijiet mal-kumpannija li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu.

2.   Meta jikkunsidra l-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet u tal-proċeduri ta' monitoraġġ applikati mill-kumpannija, il-verifikatur għandu jivvaluta l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi ta' monitoraġġ u tad-data u l-informazzjoni relatati mal-emissjonijiet ta' CO2, b'mod partikolari:

(a)

il-mod kif jiġi attribwit il-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi;

(b)

id-data dwar il-konsum tal-fjuwil irrappurtati u l-kejl u l-kalkoli relatati;

(c)

l-għażla u l-użu tal-fatturi tal-emissjonijiet;

(d)

il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet globali ta' CO2;

(e)

il-kalkoli li jwasslu sabiex tiġi stabbilita l-effiċjenza enerġetika.

3.   Il-verifikatur għandu jikkunsidra biss rapporti dwar emissjonijiet li jkunu sottomessi skont l-Artikolu 12 jekk data u informazzjoni affidabbli u kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet ta' CO2 jiġu ddeterminati b'livell raġonevoli ta' ċertezza u bil-kondizzjoni li jkun żgurat kif ġej:

(a)

id-data rappurtata hija koerenti relattivament għal data estimata li tkun ibbażata fuq id-data tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata;

(b)

id-data rrappurtata hija ħielsa minn inkonsistenzi, b'mod partikolari meta jitqabbel il-volum totali tal-fjuwil mixtri kull sena minn kull bastiment mal-aggregat tal-fjuwil ikkonsmat matul vjaġġi;

(c)

il-ġbir tad-data sar f'konformità mar-regoli applikabbli; u

(d)

ir-registri rilevanti tal-bastiment huma kompleti u konsistenti.

Artikolu 15

Proċeduri ta' verifika

1.   Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-proċess ta' monitoraġġ u ta' rappurtar billi jqabbel l-emissjonijiet ta' CO2 irrappurtati b'data stmata ibbażata fuq id-data tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata. Fejn jinstabu devjazzjonijiet sinifikanti, il-verifikatur għandu jagħmel analiżijiet ulterjuri.

2.   Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-istadji differenti tal-kalkolu billi jirrivedi s-sorsi tad-data u l-metodoloġiji kollha użati.

3.   Il-verifikatur għandu jqis kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-kumpannija biex jitnaqqsu l-livelli ta' inċertezza assoċjati mal-preċiżjoni speċifika għall-metodi ta' monitoraġġ użati.

4.   Il-kumpannija għandha tipprovdi lill-verifikatur b'kull informazzjoni addizzjonali li jippermettilu jwettaq il-proċeduri ta' verifika. Il-verifikatur jista' jagħmel kontrolli fuq il-post matul il-proċess ta' verifika sabiex jistabbilixxi l-affidabbiltà tad-data u l-informazzjoni rrappurtati.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23, sabiex tispeċifika aktar ir-regoli għall-attivitajiet ta' verifika msemmija f'dan ir-Regolament. Meta tadotta dawn l-atti, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III. Ir-regoli speċifikati f'dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-verifika previsti fl-Artikolu 14 u fuq standards rilevanti aċċettati internazzjonalment.

Artikolu 16

Akkreditazzjoni tal-verifikaturi

1.   Il-verifikaturi li jevalwaw il-pjanijiet ta' monitoraġġ u r-rapporti dwar l-emissjonijiet u li joħorġu r-rapporti ta' verifika u d-dokumenti ta' konformità msemmija f'dan ir-Regolament għandhom ikunu akkreditati għal attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.   Fejn ma hemm stipulat l-ebda dispożizzjoni speċifika li tikkonċerna l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi f'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 sabiex tispeċifika aktar il-metodi ta' akkreditazzjoni tal-verifikaturi. Meta tadotta dawn l-atti, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness III. Il-metodi speċifikati f'dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-verifika previsti fl-Artikolu 14 u fuq standards rilevanti aċċettati internazzjonalment.

KAPITOLU IV

KONFORMITÀ U PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI

Artikolu 17

Dokument ta' konformità

1.   Fejn ir-rapport dwar l-emissjonijiet jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 11 sa 15 u dawk fl-Annessi I u II, il-verifikatur għandu joħroġ, fuq il-bażi tar-rapport ta' verifika, dokument ta' konformità għall-bastiment ikkonċernat.

2.   Id-dokument ta' konformità għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru ta' identifikazzjoni tal-IMO u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta' domiċilju);

(b)

l-isem, l-indirizz u l-post ewlieni tan-negozju ta' sid il-bastiment;

(c)

l-identità tal-verifikatur;

(d)

id-data tal-ħruġ tad-dokument ta' konformità, il-perijodu ta' validità tiegħu u l-perijodu ta' rappurtar li għalih jirriferi.

3.   Id-dokumenti ta' konformità għandhom ikunu validi għall-perijodu ta' 18-il xahar wara t-tmiem tal-perijodu ta' rappurtar.

4.   Il-verifikatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera, mingħajr dewmien, dwar il-ħruġ ta' kwalunkwe dokument ta' konformità. Il-verifikatur għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 billi juża sistemi awtomatizzati u formats tal-iskambju tad-data kompleti, inklużi mudelli elettroniċi.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli tekniċi għall-formats tal-iskambju tad-data, inklużi l-mudelli elettroniċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 18

Obbligu li jkun hemm dokument ta' konformità validu abbord

Sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara t-tmiem ta' perijodu ta' rappurtar, il-bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, u li jkunu għamlu vjaġġi matul dak il-perijodu ta' rappurtar, għandhom ikollhom abbord dokument ta' konformità.

Artikolu 19

Konformità ma' rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar u ispezzjonijiet

1.   Abbażi tal-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 21(1), kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 8 sa 12 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. L-Istati Membri għandhom iqisu l-fatt li dokument ta' konformità jkun inħareġ għall-bastiment ikkonċernat, f'konformità mal-Artikolu 17(4), bħala evidenza ta' tali konformità.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe ispezzjoni ta' bastiment f'port li jkun taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu li ssir f'konformità mad-Direttiva 2009/16/KE tinkludi verifika li jkun hemm abbord dokument ta' konformità validu.

3.   Għal kull bastiment li fir-rigward tiegħu ma tkunx disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-,punti (i) u (j) tal-Artikolu 21(2), fiż-żmien li jkun daħal f'port taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat jista' jivverifika li jkun hemm abbord dokument ta' konformità validu.

Artikolu 20

Penali, skambju ta' informazzjoni u ordni ta' tkeċċija

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' penali għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 12 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu imposti dawk il-penali. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skambju effettiv ta' informazzjoni u kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li jkunu responsabbli milli jiżguraw il-konformità mal-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar jew, fejn applikabbli, bejn l-awtoritajtiet tagħhom inkarigati bil-proċeduri penali. Il-proċeduri penali nazzjonali kontra bastiment speċifiku minn kwalunkwe Stat Membru għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat.

3.   Fil-każ ta' bastimenti li jkunu naqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar għal żewġ perijodi ta' rappurtar konsekuttivi jew aktar u meta miżuri ta' infurzar oħra jkunu naqqsu milli jiżguraw konformità, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membri tal-port ta' dħul jista' joħroġ ordni ta' tkeċċija li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, lill-EMSA, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat. Bħala riżultat tal-ħruġ ta' tali ordni ta' tkeċċija, kull Stat Membru għandu jirrifjuta d-dħul tal-bastiment konċernat fi kwalunkwe wieħed mill-portijiet tiegħu sa meta l-kumpannija tissodisfa l-obbligi tagħha ta' monitoraġġ u ta' rappurtar skont l-Artikoli 11 u 18. It-twettiq ta' dawk l-obbligi għandu jiġi kkonfermat bin-notifika ta' dokument ta' konformità validu lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat tal-port li tkun ħarġet l-ordni ta' tkeċċija. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli marittimi internazzjonali applikabbli fil-każ ta' bastimenti f'diffikultà.

4.   Is-sid jew l-operatur ta' bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu fl-Istati Membri għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra ordni ta' tkeċċija u għandu jkun infurmat tajjeb dwar dan minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port ta' dħul. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri adegwati għal dawn il-finijiet.

5.   Kull Stat Membru li ma jkollu l-ebda port marittimu fit-territorju tiegħu u li jkun għalaq ir-reġistru nazzjonali tal-bastimenti tiegħu jew ma jkollu l-ebda bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu li jaqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, u dment li l-ebda mit-tali bastimenti ma jtajru l-bandiera tiegħu, jista' jidderoga mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Kull Stat Membru li jkollu l-intenzjoni li jibbenefika minn dik id-deroga għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2015. Kwalunkwe bidla sussegwenti għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.

Artikolu 21

Pubblikazzjoni ta' informazzjoni u tar-rapport tal-Kummissjoni

1.   Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet CO2 rrappurtati f'konformità mal-Artikolu 11 kif ukoll l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinkludi dan li ġej fl-informazzjoni li għandha ssir disponibbli pubblikament:

(a)

l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru ta' identifikazzjoni tal-IMO u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta' domiċilju);

(b)

l-effiċjenza teknika tal-bastiment (EEDI jew EIV fejn applikabbli);

(c)

l-emissjonijiet CO2 annwali;

(d)

it-total annwali tal-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi;

(e)

il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet CO2 għal kull distanza mbaħħra fuq vjaġġi;

(f)

il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza mbaħħra u merkanzija għal vjaġġi;

(g)

il-ħin totali annwalment imqatta' fuq il-baħar għal vjaġġi;

(h)

il-metodu applikat għall-monitoraġġ;

(i)

id-data tal-ħruġ u d-data tal-iskadenza tad-dokument ta' konformità;

(j)

l-identità tal-verifikatur li jkun ivvaluta r-rapport dwar l-emissjonijiet.

(k)

kull informazzjoni oħra mmonitorjata u rrappurtata fuq bażi volontarja f'konformità mal-Artikolu 10.

3.   Fejn, minħabba ċirkostanzi speċifiċi, l-iżvelar ta' kategorija ta' data aggregata taħt il-paragrafu 2, li mhijiex relatata ma' emissjonijiet ta' CO2, idgħajjef eċċezzjonalment il-protezzjoni ta' interess kummerċjali li jitlob protezzjoni bħala interess ekonomiku leġittimu li huwa aktar importanti mill-interess pubbliku fl-iżvelar skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), għandu jiġi applikat livell differenti ta' aggregazzjoni ta' dik id-data speċifika, fuq it-talba tal-kumpannija, għall-protezzjoni ta' tali interessi. Fejn ma jkunx possibbli li jiġi applikat livell differenti ta' aggregazzjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel dik id-data disponibbli pubblikament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni rilevanti oħra mit-trasport marittimu, inkluż riżultati aggregati u spjegati, bil-għan li tinforma lill-pubbliku u tippermetti valutazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u l-effiċjenza enerġetika tat-trasport marittimu skont id-daqs, it-tip ta' bastiment, l-attività, jew kull kategorija oħra meqjusa rilevanti.

5.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull sentejn l-impatt globali tas-settur tat-trasport marittimu fuq il-klima globali inkluż permezz ta' emissjonijiet jew effetti mhux relatati ma' CO2.

6.   Fil-qafas tal-mandat tagħha, l-EMSA għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tikkonforma ma' dan l-Artikolu u mal-Artikoli 12 u 17 ta' dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

KAPITOLU V

KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 22

Kooperazzjoni internazzjonali

1.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-IMO u lil korpi internazzjonali rilevanti oħra fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għad-distribuzzjoni tal-kompetenzi jew għall-proċeduri deċiżjonali kif previst fit-Trattati.

2.   Il-Kummissjoni u, fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom iżommu skambju tekniku ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-iżvilupp ulterjuri ta' metodi ta' monitoraġġ, l-organizzazzjoni ta' rappurtar u l-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet.

3.   Fil-każ li jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar sistema globali ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra jew dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrivedi dan ir-Regolament u għandha, jekk xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament sabiex tiżgura l-allinjament ma' dak il-ftehim internazzjonali.

KAPITOLU VI

SETGĦAT TA' DELEGA U TA' IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika abitwali tagħha u li jkollha konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 15(5) u 16(3) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames- snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 15(5) u 16(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 15(5) u 16(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 24

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 25

Emendi għad-Direttiva 2009/16/KE

Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness IV għad-Direttiva 2009/16/KE:

“50.

Dokument ta' Konformità maħruġ skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (*1).

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 67, 6.3.2014, p. 170.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-5 ta' Marzu 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).

(4)  Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(5)  Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/504/UE tas-17 ta' Settembru 2012 dwar l-Eurostat (ĠU L 251, 18.9.2012, p. 49).

(7)  Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(8)  Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).

(9)  Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132).

(10)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(11)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(12)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(13)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

(14)  Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

(15)  Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar- rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).


ANNESS I

Metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2

A.   KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 (ARTIKOLU 9)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet ta' CO2, il-kumpanniji għandhom japplikaw il-formula li ġejja:

Il-konsum tal-fjuwil × (mmultiplikat) bil-fattur ta' emissjoni

Il-konsum tal-fjuwil għandu jinkludi fjuwil ikkunsmat minn magni prinċipali, magni awżiljari, turbini tal-gass, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert.

Il-konsum tal-fjuwil fil-portijiet tal-irmiġġ għandu jiġu kkalkulat b'mod separat.

Fil-prinċipju, għandhom jintużaw il-valuri predefiniti għall-fatturi ta' emissjoni tal-fjuwils sakemm il-kumpannija ma tiddeċidix li tuża d-data dwar il-kwalità tal-fjuwil stabbilita fin-Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Bunker (BDN, Bunker Fuel Delivery Notes) u użati biex tintwera l-konformità mar-regolamenti applikabbli tal-emissjonijiet tal-kubrit.

Dawk il-valuri predefiniti għall-fatturi ta' emissjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar valuri disponibbli mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC). Dawk il-valuri jistgħu jiġu derivati mill-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (1).

Għandhom jiġu applikati fatturi ta' emissjoni adegwati fir-rigward ta' bijofjuwils u ta' fjuwils mhux fossili alternattivi.

B.   METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA' CO2

Il-kumpannija għandha tiddefinixxi fil-pjan ta' monitoraġġ liema metodu ta' monitoraġġ għandu jintuża għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha u għandha tiżgura li ladarba jkun ingħażel il-metodu, dan jiġi applikat konsistentement.

Il-konsum attwali tal-fjuwil għal kull vjaġġ għandu jintuża u jiġi kkalkulat bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

Nota ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Bunker (BDN) u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil;

(b)

Monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-bunker abbord;

(c)

Arloġġi għall-kejl tal-flussi għall-proċessi ta' kombustjoni applikabbli;

(d)

Kejl dirett tal-emissjonijiet ta' CO2.

Kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn il-metodi, ladarba tkun valutata mill-verifikatur, tista' tintuża jekk iżżid il-preċiżjoni ġenerali tal-kejl.

1.   Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-kwantità u t-tip ta' fjuwil kif definit fuq BDN flimkien mal-inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil ibbażati fuq il-qari tat-tankijiet. Il-fjuwil fil-bidu tal-perijodu, flimkien mal-kunsinni, nieqes il-fjuwil disponibbli fit-tmiem tal-perijodu u l-fjuwil żvujtat bejn il-bidu tal-perijodu u t-tmiem tal-perijodu flimkien jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perijodu.

Il-perijodu jfisser l-intervall bejn żewġ portijiet ta' waqfa jew il-ħin li jdum fil-port. Għall-fjuwil użat matul perijodu, jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tip ta' fjuwil u l-kontenut ta' kubrit.

Dan il-metodu ma għandux jintuża meta l-BDN mhumiex disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali llikwifikat (LNG).

Taħt ir-regolamenti eżistenti tal-Anness VI tal-MARPOL, il-BDN hija obbligatorja, u għandha tinżamm abbord għal tliet snin wara l-ikkunsinnar tal-fjuwil tal-bunker u għandha tkun disponibbli minnufih. L-inventarju perjodiku tat-tankijiet tal-fjuwil abbord huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil. Dan juża tabelli tat-tankijiet rilevanti għal kull tank tal-fjuwil, sabiex jiġi ddeterminat il-volum fil-ħin tal-qari tat-tank tal-fuwil. L-inċertezza assoċjata mal-BDN għandha tkun speċifikata fil-pjan ta' monitoraġġ. Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jsir b'metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, skandalji u tejps tal-immersjoni. Il-metodu ta' skandaljar tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta' monitoraġġ.

Fejn l-ammont ta' fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta' fjuwil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f'unitajiet ta' volum, espressi f'litri, il-kumpannija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta' valuri tad-densità attwali. Il-kumpannija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

sistemi ta' kejl abbord;

(b)

id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN.

Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/l u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F'każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta' densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.

2.   Metodu B: Monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-bunker abbord

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil għal tankijiet tal-fjuwil kollha abbord. Il-qari tat-tank għandu jseħħ kuljum meta l-bastiment ikun ibaħħar u kull darba li l-bastiment qed jibbankerja jew jiġi żvojtat.

Il-varjazzjonijiet kumulattivi tal-livell tat-tank tal-fjuwil bejn żewġ istanzi ta' qari jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perijodu.

Il-perijodu jfisser il-ħin bejn żewġ portijiet ta' waqfa jew il-ħin fil-port. Għall-fjuwil użat matul perijodu, jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tip ta' fjuwil u l-kontenut ta' kubrit.

Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jsir b'metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, skandalji u tejps tal-immersjoni. Il-metodu ta' skandaljar tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta' monitoraġġ.

Fejn l-ammont ta' fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta' fjuwil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f'unitajiet ta' volum, espressi f'litri, il-kumpannija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta' valuri tad-densità attwali. Il-kumpannija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

sistemi ta' kejl abbord;

(b)

id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN;

(c)

id-densità mkejla f'analiżi ta' test imwettaq f'laboratorju akkreditat għat-test ta' fjuwil, fejn disponibbli.

Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/l u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F'każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta' densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.

3.   Metodu C: Arloġġi għall-kejl tal-flussi għall-proċessi ta' kombustjoni applikabbli

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-flussi tal-fjuwil imkejla abbord. Id-data mill-arloġġi għall-kejl tal-flussi konnessi ma' sorsi ta' emissjonijiet ta' CO2 rilevanti għandha tiġi kkombinata sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tal-fjuwil għal perijodu speċifiku.

Il-perijodu jfisser il-ħin bejn żewġ portijiet ta' waqfa jew il-ħin fil-port. Għall-fjuwil użat matul perijodu, jeħtieġ li jsir monitoraġġ tat-tip ta' fjuwil u tal-kontenut ta' kubrit.

Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-arloġġi għall-kejl tal-flussi użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta' monitoraġġ.

Fejn l-ammont ta' fjuwil ikkunsmat jiġi determinat f'unitajiet tal-volum, espressi f'litri, il-kumpannija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta' valuri tad-densità attwali. Il-kumpannija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

sistemi ta' kejl abbord;

(b)

id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN.

Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/l u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F'każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta' densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.

4.   Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet ta' CO2

Il-kejl dirett tal-emissjonijiet ta' CO2 jista' jintuża għal vjaġġi u għal emissjonijiet ta' CO2 li jseħħu fil-portijiet li jkunu jinsabu fil-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru. L-emissjonijiet ta' CO2 għandhom jinkludu CO2 li joħroġ minn magni prinċipali, magni awżiljari, turbini tal-gass, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert. Għall-bastimenti li għalihom ir-rappurtar ikun ibbażat fuq dan il-metodu, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet imkejla ta' CO2 u tal-fattur applikabbli ta' emissjoni tal-fjuwils rilevanti.

Dan il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-flussi tal-emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċmieni tal-gass tal-egżost (funnels) bil-multiplikazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-CO2 tal-gass tal-egżost mal-fluss tal-gass tal-egżost.

Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-miters tal-fluss użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta' monitoraġġ.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).


ANNESS II

Monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra

A.   MONITORAĠĠ GĦAL KULL VJAĠĠ (ARTIKOLU 9)

1.

Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra fuq bażi ta' kull vjaġġ (Artikolu 9 (1)), il-kumpanniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

id-data u s-siegħa tat-tluq u tal-wasla għandhom jiġu kkunsidrati bl-użu tal-Ħin Universali ta' Greenwich (GMT). Il-ħin ta' tbaħħir għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-informazzjoni tat-tluq mill-port u tal-wasla fil-port u għandu jeskludi l-ankraġġ.

(b)

id-distanza tal-vjaġġ tista' tkun jew id-distanza tal-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla jew id-distanza reali. Fil-każ tal-użu tad-distanza tal-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, għandu jintuża l-fattur ta' korrezzjoni konservattiv sabiex jiġi żgurat li d-distanza mbaħħra ma tkunx sottovalutata b'mod sinifikanti. Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jispeċifika liema kalkolu ta' distanza jintuża u, jekk neċessarju, il-fattur ta' korrezzjoni użat. Id-distanza ta' tbaħħir għandha tkun espressa f'mili nawtiċi.

(c)

ix-xogћol ta' trasport gћandu jkun iddeterminat billi d-distanza ta' tbaħħir tiġi mmultiplikata bl-ammont ta' merkanzija li tinġarr.

(d)

għall-bastimenti tal-passiġġieri, in-numru ta' passiġġieri għandu jintuża biex jirrappreżenta l-merkanzija li tinġarr. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta' bastimenti, l-ammont ta' merkanzija li tinġarr għandu jkun espress jew bħala tunnellati metriċi jew bħala metri kubi standard ta' merkanzija, skont il-każ;

(e)

għal bastimenti ro-ro, il-merkanzija li tkun qed tinġarr għandha tiġi definita bħala n-numru ta' unitajiet ta' merkanzija (trakkijiet, karozzi, eċċ.) jew il-metraġġ fil-korsija multiplikat b'valuri prestabbiliti għal piż tagħhom. Fejn il-merkanzija li tinġarr minn bastimenti ro-ro tkun definita abbażi tal-Anness B għall-istandard tas-CEN, EN 16258 (2012), fejn hi koperta l-“Metodoloġija għall-kalkolu u d-dikjarazzjoni tal-konsum ta' enerġija u l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra ta' servizzi tat-trasport (merkanzija u passiġġieri)”, dik id-definizzjoni għandha titqies bħala konformi ma' dan ir-Regolament.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “bastiment ro-ro” tfisser bastiment mibni għall-ġarr ta' unitajiet għat-trasport ta' merkanzija roll-on-roll-off jew li jkollu spazju għal merkanzija roll-on-roll-off.

(f)

għal bastimenti tal-kontejners, il-merkanzija li tinġarr għandha tiġi definita bħala l-piż totali tal-merkanzija f'tunnellati metriċi jew, fin-nuqqas ta' dan,l-ammont ta' Għoxrin Pied ta' Unitajiet Ekwivalenti (TEUs, Twenty HUF Equivalent Units) multiplikat b'valuri prestabbiliti għall-piż tgaħhom. Fejn il-merkanzija li tkun qed tinġarr minn bastiment tal-kontejners tiġi definita skont il-linji gwida applikabbli tal-IMO jew strumenti skont il-Konvenzjoni għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni SOLAS), dik id-definizzjoni għandha titqies bħala konformi ma' dan ir-Regolament.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “bastiment tal-kontejners” tfisser bastiment mibni esklużivament għall-ġarr ta' kontejners fl-istiva jew fuq il-gverta;

(g)

id-determinazzjoni ta' merkanzija li tinġarr għall-kategoriji ta' bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners għandha tiffaċilita li jiġu kkunsidrati, fejn applikabbli, il-piż u l-volum tal-merkanzija li tinġarr u l-għadd ta' passiġġieri li jinġarru. Dawn il-kategoriji għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, tankers, bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa, bastimenti ta' merkanzija ġenerali, bastimenti tal-merkanzija bil-friża, bastimenti tal-vetturi u bastimenti li jġorru kombinazzjoni ta' dawn.

2.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-punt (g) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti implimentattivi, regoli tekniċi li jispeċifikaw il-parametri applikabbli għall-kull kategorija oħra ta' bastimenti msemmija taħt dak il-punt.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016 skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista' tirrivedi, fejn ikun il-każ, il-parametri applikabbli msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1. Fejn rilevanti, il-Kummissjoni għandha tirrivedi wkoll dawk il-parametri biex jittieħed kont tal-emendi f'dan l-Anness skont l-Artikolu 5(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

3.

Waqt li jikkonformaw mar-regoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kumpanniji jistgħu wkoll jiddeċiedu li jinkludu informazzjoni speċifika relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u man-navigazzjoni minn ġos-silġ.

B.   MONITORAĠĠ FUQ BAŻI TA' KULL SENA (ARTIKOLU 10)

Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra fuq bażi annwali, il-kumpanniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

Il-valuri li tagħhom għandu isir monitoraġġ taħt l-Artikolu 10 għandhom ikunu determinati bl-aggregazzjoni tad-data rispettiva għal kull vjaġġ.

Il-monitoraġġ tal-effiċjenza enerġetika medja għandu jsir bl-użu ta' mill-anqas erba' indikaturi, il-konsum tal-fjuwil għal kull distanza, il-konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta' trasport, l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza u l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull xogħol ta' trasport, li għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

 

Konsum tal-fjuwil għal kull distanza = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total tad-distanza ta' tbaħħir

 

Konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta' trasport = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total ta' xogħol ta' trasport

 

Emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza = total tal-emissjonijiet annwali ta' CO2/total tad-distanza ta' tbaħħir

 

Emissjonijiet ta' CO2 għal kull xogħol ta' trasport = total tal-emissjonijiet annwali ta' CO2/total ta' xogħol ta' trasport.

Waqt li jikkonformaw ma' dawn ir-regoli, il-kumpanniji jistgħu wkoll jiddeċiedu li jinkludu informazzjoni speċifika relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u man-navigazzjoni ġos-silġ, kif ukoll informazzjoni oħra relatata mal-fjuwil ikkunsmat u l-emissjoni tas-CO2, waqt li jkun hemm differenzazzjoni abbażi ta' kriterji oħrajn definiti fil-pjan ta' monitoraġġ.


ANNESS III

Elementi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-atti delegati previsti fl-Artikoli 15 u 16

A.   PROĊEDURI TA' VERIFIKA

Kompetenzi tal-verifikaturi;

dokumenti li jridu jiġu pprovduti minn kumpanniji lill-verifikaturi;

valutazzjoni tar-riskju li trid issir minn verifikaturi;

valutazzjoni tal-konformità tal-pjan ta' monitoraġġ;

verifika tar-rapport tal-emissjonijiet;

livell tal-materjalità;

assigurazzjoni raġonevoli tal-verifikaturi;

dikjarazzjonijiet skorretti u nuqqas ta' konformitajiet;

kontenut tar-rapport tal-verifika;

rakkomandazzjonijiet għal titjib;

komunikazzjoni bejn kumpanniji, verifikaturi u l-Kummissjoni.

B.   AKKREDITAZZJONI TAL-VERIFIKATURI

Kif tista' tintalab l-akkreditazzjoni għal attivitajiet ta' tbaħħir;

kif il-verifikaturi ser jiġu vvalutati mill-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni sabiex joħorġu ċertifikat tal-akkreditazzjoni;

kif il-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni ser jagħmlu s-sorveljanza meħtieġa biex jikkonfermaw il-kontinwazzjoni tal-akkreditazzjoni;

rekwiżiti għall-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni sabiex ikollhom il-kompetenza li jipprovdu akkreditazzjoni lill-verifikaturi għal attivitajiet ta' tbaħħir, inkluża referenza għal standards armonizzati.


19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/77


REGOLAMENT (UE) 2015/758 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ġiet stabbilita sistema komprensiva tal-approvazzjoni skont it-tip tal-Unjoni għal vetturi bil-mutur bid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni skont it-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' għadd kbir ta' elementi ta' sikurezza u ambjentali ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiżguraw livell għoli ta' sikurezza fit-toroq fl-Unjoni kollha.

(3)

L-iskjerament tas-servizz eCall disponibbli fil-vetturi kollha u fl-Istati Membri kollha kienet waħda mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza fit-triq sa mill-2003. Sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, ġiet imnedija sensiela ta' inizjattivi, bħala parti minn approċċ ta' skjerament volontarju, iżda sa issa ma sarx biżżejjed progress.

(4)

Sabiex is-sikurezza fit-triq tkompli titjieb, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Awwissu 2009 bit-titolu: “eCall: Wasal il-waqt għall-Mobilizzazzjoni” proponiet miżuri ġodda biex fl-Unjoni jiġi skjerat servizz ta' sejħiet ta' emerġenza mmuntat fil-vettura. Waħda mill-miżuri proposti hija li jsir obbligatorju l-immuntar ta' sistemi ta' eCall bbażati fuq in-numru 112 fit-tipi ġodda kollha ta' vetturi, u li dan jinbeda fuq il-kategoriji ta' vetturi M1 u N1 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

(5)

Fit-3 ta' Lulju 2012, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar l-eCall: servizz ġdid 112 għaċ-ċittadini, li ħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE sabiex tiżgura l-użu obbligatorju ta' sistema pubblika eCall ibbażata fuq in-numru 112 sal-2015.

(6)

Għad hemm il-ħtieġa li l-operat tas-servizz 112 jitjieb fl-Unjoni kollha, sabiex jagħti assistenza rapida u b'mod effettiv fl-emerġenzi.

(7)

Is-sistema eCall tal-Unjoni mistennija tnaqqas l-għadd ta' mwiet fl-Unjoni kif ukoll is-severità tal-korrimenti kkawżati minn aċċidenti fit-triq, bis-saħħa tal-allert bikri lis-servizzi ta' emerġenza. Bl-introduzzjoni obbligatorja tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, flimkien mat-titjib meħtieġ u kkoordinat tal-infrastruttura tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil biex isiru l-eCalls u taċ-Ċentri li Jirċievu t-Telefonati ta' Emerġenza (PSAPs) li jirċievu u jittrattaw l-eCalls, is-servizz ikun disponibbli għaċ-ċittadini kollha u għalhekk jikkontribwixxi għal tnaqqis fl-imwiet u l-korrimenti gravi, l-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa, il-konġestjoni kkawżata mill-inċidenti u spejjeż oħra.

(8)

F'konformità mal-Artiklu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 585/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Istati Membri għandhom jiskjeraw fit-territorju tagħhom, tal-inqas sitt xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2017, l-infrastruttura tal-PSAP tal-eCall meħtieġa biex l-eCalls kollha jiġu rċevuti u ttrattati sew. F'konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 585/2014/UE, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni sal-24 ta' Diċembru 2015 dwar l-istat tal-implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni. Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-infrastruttura tal-PSAP tal-eCall mhux ser tkun operazzjonali sal-1 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni adatta biex tiżgura li l-infrastruttura tal-PSAP tal-eCall tiġi skjerata.

(9)

F'konformità mal-paragrafu 4 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/750/UE (5), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-netwerks mobbli implimentaw il-mekkaniżmu sabiex jiġi ttrattat “l-element diskriminatorju tal-eCalls” fin-netwerks tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2014. Jekk l-analiżi msemmija fil-paragrafu 6 ta' dik ir-Rakkomandazzjoni tikkonkludi li “l-element li jiddiskrimina l-eCalls” ma jkunx ser jiġi implimentat sal-31 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni adatta biex tiżgura li l-operaturi tan-netwerk mobbli jimplimentaw il-mekkaniżmu li jittratta “l-element diskriminatorju tal-eCalls”.

(10)

Il-provvista ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjonament hija element essenzjali tat-tħaddim effettiv tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi meħtieġa l-kompatibbiltà tagħha mas-servizzi provduti bil-programmi Galileo u Servizz Ewropew ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Is-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo hija sistema globali indipendenti ta' navigazzjoni bis-satellita u dik stabbilita taħt il-programm EGNOS hija sistema reġjonali ta' navigazzjoni bis-satellita li jtejbu l-kwalità tas-sinjal tas-Sistema ta' Lokalizzazzjoni bis-Satellita.

(11)

It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112, għall-bidu għandu japplika biss għat-tipi l-ġodda ta' karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (il-kategoriji M1 u N1) li għalihom diġà jeżisti mekkaniżmu ta' skattar adatt. Il-possibbiltà li fil-futur qrib, l-applikazzjoni tar-rekwiżit għas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 tiġi estiża biex tinkludi kategoriji ta' vetturi oħra, bħal vetturi tqal tal-merkanzija, karozzi tal-linja u xarabanks, vetturi motorizzati b'żewġ roti u tratturi agrikoli, għandha tkun ivvalutata ulterjorment mill-Kummissjoni bil-ħsieb li, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva għal dak il-għan.

(12)

Sabiex tiżdied il-penetrazzjoni għandu jiġi promoss it-tagħmir bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 ta' vetturi ta' tipi eżistenti li ser jiġu manifatturati wara l-31 ta' Marzu 2018. Fir-rigward ta' tipi ta' vetturi approvati għat-tip qabel il-31 ta' Marzu 2018, sistema eCall tista' tiġi ffittjata wara fuq bażi volontarja.

(13)

Is-servizz pubbliku tal-eCall interoperabbli fl-Unjoni kollha bbażat fuq in-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112 u sistemi eCall sostnuti minn servizz ta' parti terza (servizzi ta' eCall TPS) jistgħu jikkoeżistu dment li jiġu adottati l-miżuri neċessarji biex tkun żgurata l-kontinwità tal-provvista tas-servizz lill-konsumatur. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq in-numru 112 fl-Istati Membri kollha matul il-ħajja tal-vettura u jkun garantit li s-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq in-numru 112 ikun dejjem disponibbli awtomatikament, il-vetturi kollha għandhom ikunu mgħammra bis-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq in-numru 112, irrispettivament minn jekk is-sid tal-vettura jagħżilx servizz tal-eCall TPS jew le.

(14)

Il-konsumaturi għandhom ikunu provduti b'ħarsa ġenerali realistika tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u tas-sistema eCall TPS, jekk il-vettura tkun mgħammra b'waħda, kif ukoll b' informazzjoni komprensiva u affidabbli dwar kwalunkwe funzjonalitajiet jew servizzi addizzjonali marbuta mas-servizz privat ta' emerġenza, applikazzjoniet ta' sejħiet ta' emerġenza jew assistenza mmuntati fil-vettura li jkunu offruti u dwar il-livell ta' servizz mistenni bix-xiri ta' servizzi ta' partijiet terzi u l-ispejjeż assoċjati. is-servizz tal-eCall ibbażat fuq in-numru 112 huwa servizz pubbliku ta' interess ġenerali u għalhekk għandu jkun aċċessibbli mingħajr ħlas għall-konsumaturi kollha.

(15)

It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet ikkonċernati kollha bħall-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi indipendenti li joffru servizzi addizzjonali ta' emerġenza u/jew ta' valur miżjud, b'mod parallel ma' jew li jkomplu jibnu fuq is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112. Madankollu, kwalunkwe servizz addizzjonali għandu jiġi mfassal b'tali mod li ma jtellifx iżjed lis-sewwieq jew jaffettwa l-funzjonament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u l-ħidma effiċjenti taċ-ċentri li jirċievu s-sejħiet ta' emerġenza. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 li tipprovdi servizzi privati jew ta' valur miżjud għandha tkun imfassla b'tali mod li ma jkun jista' jsir l-ebda skambju ta' data personali bejniethom. Meta jiġu pprovduti, dawk is-servizzi għandhom ikunu konformi mal-leġislazzjoni applikabbli dwar is-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data u għandhom dejjem jibqgħu fakultattivi għall-konsumaturi.

(16)

Sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti u kompetizzjoni ġusta, kif ukoll titħeġġeġ l-innovazzjoni u tingħata spinta lill-kompetittività tal-industrija tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-Unjoni fis-suq globali, is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi għandhom ikunu bbażati fuq pjattaforma interoperabbli, standardizzata, sikura u b'aċċess miftuħ għal applikazzjonijiet jew servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. Peress li dan jirrikjedi sostenn tekniku u legali, il-Kummissjoni għandha tevalwa mingħajr dewmien, abbażi ta' konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kollha involuti, inklużi l-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti, l-alternattivi kollha biex tiġi promossa u żgurata tali pjattaforma b'aċċess miftuħ u, jekk ikun xieraq, tippreżenta inizjattiva leġislattiva għal dan il-għan. Barra minn hekk, is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandha tkun aċċessibbli għal tariffa raġonevoli li ma teċċedix ammont nominali u għall-operaturi indipendenti kollha mingħajr diskriminazzjoni għall-finijiet ta' tiswija u ta' manutenzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(17)

Sabiex tinżamm l-integrità tas-sistema tal-approvazzjoni skont it-tip, huma biss dawk is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 li jistgħu jiġu ttestjati kompletament, li għandhom jiġu aċċettati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(18)

Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, bħala sistema ta' emerġenza, teħtieġ l-ogħla livell possibbli ta' affidabbiltà. Għandhom ikunu żgurati l-preċiżjoni tas-sett minimu ta' data u tat-trasmissjoni tal-vuċi, u l-kwalità u għandha tiġi żviluppata sistema ta' ttestjar uniformi biex tkun żgurata l-lonġevità u d-durabbiltà tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. Għalhekk għandhom jitwettqu testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali f'konformità mad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(19)

Vetturi ta' serje żgħira u vetturi approvati skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2007/46/KE huma esklużi taħt dik id-Direttiva mir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-passiġġieri fl-eventwalità ta' impatt minn quddiem u ta' impatt mill-ġenb. Għalhekk, dawk il-vetturi ta' serje żgħira għandhom jiġu esklużi mill-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-eCall stabbiliti f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, minħabba raġunijiet tekniċi, uħud mill-kategoriji ta' vetturi M1 u N1 ma jistgħux ikunu mgħammra b'mekkaniżmu adatt ta' skattar tal-eCall.

(20)

Il-vetturi ta' skop speċjali għandhom ikunu soġġetti għall-konformità mar-rekwiżiti tal-eCall stabbiliti f'dan ir-Regolament, fejn il-vettura bażi/inkompleta hija mgħammra bil-mekkaniżmu ta' skattar meħtieġ.

(21)

Kwalunkwe proċessar ta' data personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandu jkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali previsti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), b'mod partikolari biex jiġi garantit li l-vetturi mgħammra bis-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, fl-istat operazzjonali normali tagħhom relatat mal-eCall 112, ma jkunux traċċabbli u ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe segwiment kontinwu u li s-sett minimu ta' data mibgħuta mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 ikun jinkludi l-informazzjoni minima meħtieġa għat-trattament adatt tas-sejħiet ta' emerġenza. Dan għandu jieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet li għamel il-Grupp ta' Ħidma għall-Protezzjoni ta' Individwi dwar Ipproċessar ta' Data Personali stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE (“L-Artikolu 29 Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data”) u li jinsabu fid-“Dokument ta' ħidma dwar il-ħarsien tad-data u l-implikazzjonijiet għall-privatezza fl-inizjattiva eCall”, adottat fis-26 ta' Settembru 2006.

(22)

Il-manifatturi għandhom jimplimentaw il-miżuri neċessarji kollha sabiex jikkonformaw mar-regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data stabbiliti f'dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (11).

(23)

Huma u jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jintegraw il-forom tekniċi ta' protezzjoni tad-data fis-sistemi mmuntati fil-vetturi u għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-“privatezza fid-disinn”.

(24)

Il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-eżistenza ta' sistema eCall pubblika b'xejn, ibbażata fuq in-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112, id-dritt ta' sid il-vettura li jagħżel li juża dik is-sistema milli sistema eCall TPS u dwar l-ipproċessar ta' data li jsir mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 bħala parti mid-dokumentazzjoni teknika li tingħata mal-vettura. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll fuq l-Internet minn fejn tkun tista' titniżżel.

(25)

Id-data trasmessa permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u pproċessata mill-PSAPs tista' tiġi trasferita lis-servizz tal-emerġenza u sħab fis-servizz imsemmija fid-Deċiżjoni 585/2014/UE biss fl-eventwalità ta' inċidenti relatati ma' eCalls u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni u tintuża esklużivament biex jintlaħqu l-objettivi ta' dik id-Deċiżjoni. Id-data pproċessata mill-PSAPs permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 ma tiġix trasferita lil xi parti terza oħra mingħajr il-kunsens espliċitu minn qabel tas-suġġett tad-data.

(26)

L-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni, l-Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandarizzazzjoni (CEN), żviluppaw standards komuni għall-użu ta' servizz ta' eCall pan-Ewropew, li għandu japplika għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, peress li dan ser jiffaċilita l-evoluzzjoni teknoloġika tas-servizz ta' eCall immuntat fil-vettura, jiżgura l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizz fl-UE kollha, u jnaqqas l-ispejjeż tal-implimentazzjoni għall-Unjoni kollha.

(27)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi komuni dwar is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżenzjoni ta' ċerti klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mill-obbligu li jinstallaw is-sistema eCall immuntata fil-vettura, tal-istabbiliment ta' rekwiżiti tekniċi dettaljati u testijiet għall-approvazzjoni KE skont it-tip ta' vetturi fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vettura tagħhom u l-approvazzjoni KE skont it-tip ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati mfassla u mibnija għal tali vetturi, u tal-istabbiliment ta' regoli tekniċi dettaljati u proċeduri ta' ttestjar għall-applikazzjoni ta' ċerti regoli dwar l-ipproċessar ta' data personali u biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda skambju ta' data personali bejn is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u s-sistemi ta' partijiet terzi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, konsultazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet partikolari tal-protezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Artikolu 29 f'konformità mal-leġislazzjoni applikabbli. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(28)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-arranġamenti prattiċi għall-valutazzjoni tal-assenza ta' traċċabilità u segwiment, l-iskeda tal-informazzjoni għall-utent u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni KE skont it-tip fir-rigward tal-iskeda għad-dokumenti ta' informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mill-manifatturi għall-finijiet tal-approvazzjoni skont it-tip, l-iskeda għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni KE skont it-tip u l-mudell għall-marka tal-approvazzjoni skont it-tip KE, għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(29)

Il-manifatturi tal-vetturi għandu jingħataw żmien suffiċjenti biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament.

(30)

Dan ir-Regolament huwa Regolament separat ġdid fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni KE skont it-tip prevista fid-Direttiva 2007/46/KE u għalhekk, l-Annessi I, III, IV u XI għal dik id-Direttiva għandhom jiġu emendati skont dan.

(31)

Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ksib tas-suq intern permezz tal-introduzzjoni ta' rekwiżiti tekniċi komuni għal vetturi skont it-tip approvat ġodda mgħammra bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(32)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u ta opinjoni fid-29 ta' Ottubru 2013 (14),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni KE skont it-tip ta' vetturi fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, u tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tas-sistemi eCall immuntati fil-vettura bbażati fuq in-numru 112.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 kif imfisser fil-punti 1.1.1 u 1.2.1 tal-Parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE u għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-eCall immuntati fil-vettura bbażati fuq in-numru 112 mfassla u mibnija għal tali vetturi.

Huwa m'għandux japplika għall-vetturi li ġejjin:

(a)

vetturi prodotti f'serje żgħira approvati skont l-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(b)

vetturi approvati f'konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(c)

vetturi li minħabba raġunijiet tekniċi ma jistgħux jiġu mgħammra b'mekkaniżmu ta' skattar tal-eCall, kif determinat f'konformità mal-paragrafu 2.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8 sabiex tidentifika klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li għal raġunijiet tekniċi ma jistgħux jiġu mgħammra b'mekkaniżmu ta' skattar tal-eCall adatt, fuq il-bażi ta' studju li jivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċju mwettaq jew ikkummissjonat mill-Kummissjoni u li jieħu kont tal-aspetti tas-sikurezza u tekniċi rilevanti kollha.

L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sad-9 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112” tfisser sistema ta' emerġenza, li tinkludi tagħmir immuntat fil-vettura u l-mezzi li jiskattaw, jimmaniġġjaw u jwettqu t-trasmissjoni tal-eCall, li hija attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, u li ġġorr, permezz ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil, sett minimu ta' data u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bbażat fuq in-numru 112 bejn l-okkupanti tal-vettura u l-PSAP tal-eCall;

(2)

“eCall” tfisser sejħa ta' emerġenza minn ġol-vettura għan-numru 112, magħmula jew b'mod awtomatiku permezz tal-attivazzjoni ta' sensuri fil-vettura jew b'mod manwali, li għandha sett minimu ta' data u li tistabbilixxi kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-PSAP tal-eCall permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni pubbliċi u mobbli mingħajr fil;

(3)

“ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika” (jew “PSAP”) tfisser post fiżiku fejn is-sejħiet ta' emerġenza jaslu l-ewwel taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità pubblika jew organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru;

(4)

“PSAP l-aktar adatt” tfisser PSAP determinat minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti biex ikopri sejħiet ta' emerġenza minn żona partikolari jew għal sejħiet ta' emerġenza ta' tip partikolari;

(5)

“PSAP tal-eCall” tfisser PSAP l-aktar adatt determinat minn qabel mill-awtoritajiet biex jirċievi u jittratta l-ewwel l-eCalls;

(6)

“sett minimu ta' data” (jew “MSD”) tfisser l-informazzjoni ddefinita mis-“Sistemi ta' trasport intelliġenti — eSafety — Sett minimu ta' data (MSD) għall-eCall” standard (EN 15722:2011), li tintbagħat lill-PSAP tal-eCall;

(7)

“tagħmir immuntat fil-vettura” tfisser tagħmir installat fil-vettura b'mod permanenti li jipprovdi jew li għandu aċċess għad-data meħtieġa biex issir it-transazzjoni tal-eCall permezz ta' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili;

(8)

“transazzjoni tal-eCall” tfisser l-istabbiliment ta' sessjoni tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil fin-netwerk pubbliku kollu tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil u t-trasmissjoni ta' MSD minn vettura lejn PSAP tal-eCall u l-istabbiliment ta' kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-istess PSAP tal-eCall;

(9)

“netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil” tfisser netwerk tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil disponibbli għall-pubbliku f'konformità mad-Direttivi 2002/21/KE (15) u 2002/22/KE (16) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(10)

“eCall sostnuta minn servizzi terzi” (jew “eCall TPS”) tfisser sejħa ta' emerġenza minn ġol-vettura lil fornitur ta' servizz ta' parti terza, magħmula b'mod awtomatiku permezz tal-attivazzjoni ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, li twassal, permezz ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, l-MSD u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-fornitur ta' servizzi terzi;

(11)

“Fornitur ta' servizzi terzi (TPSP)” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta mill-awtoritajiet nazzjonali li jkollha l-permess li tirċievi eCall TPS u tgħaddi l-MSD lill-PSAP tal-eCall;

(12)

“Sistema eCall għal servizzi terzi mmuntata fil-vettura” tfisser sistema attivata jew b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, li twassal, permezz ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, l-MSD u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-fornitur ta' servizzi terzi.

Artikolu 4

Obbligi ġenerali tal-manifatturi

Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2 huma mgħammra b'sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 li hija installata b'mod permanenti, f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Obbligi speċifiċi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi u s-sistemi eCall immuntati fil-vettura bbażati fuq in-numru 112, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom imfassla u mibnija għal tali vetturi huma mmanifatturati u approvati f'konformità ma' dan ir-Regolament u fl-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.

2.   Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li, fl-eventwalità ta' inċident gravi, individwat bl-attivazzjoni ta' sensur jew proċessur wieħed jew aktar fil-vettura, li jsir fit-territorju tal-Unjoni, ikunu kapaċi jiskattaw b'mod awtomatiku eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112.

Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda ta' vetturi huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112 tista' tiskatta wkoll b'mod manwali.

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-kontroll ta' skattar b'mod manwali għas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 huwa imfassal b'tali mod li jkun evitat li jiġi attivat bi żball.

3.   Il-paragrafu 2 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' sid il-vettura li juża sistema eCall TPS immuntata fil-vettura li tipprovdi servizz simili, minbarra s-sistema eCall fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

is-sistema eCall TPS immuntata fil-vettura għandha tkun konformi mal-istandard EN 16102:2011 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eCall — Rekwiżiti tal-operat għas-sostenn minn parti terza”;

(b)

il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkun hemm sistema waħda biss attiva f'ħin wieħed u li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 tiġi skattata awtomatikament fil-każ li s-sistema eCall TPS immuntata fil-vettura ma tkunx qed taħdem;

(c)

is-sid tal-vettura għandu jkollu d-dritt li jagħżel li juża s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 pjuttost milli sistema TPS immuntata fil-vettura fi kwalunkwe ħin;

(d)

il-manifatturi għandhom jinkludu informazzjoni dwar id-dritt imsemmi fil-punt (c) tal-manwal tas-sid.

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-riċevituri fis-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 huma kompatibbli mas-servizzi ta' pożizzjonament provduti bis-sistemi Galileo u EGNOS. Il-manifatturi jistgħu jagħżlu wkoll il-kompatibbiltà ma' sistemi oħrajn ta' navigazzjoni bis-satellita.

5.   Huma biss dawk is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, installati b'mod permanenti jew approvati separatament skont it-tip, u li jistgħu jiġu ttestjati, li għandhom jiġu aċċettati għall-finijiet tal-approvazzjoni KE skont it-tip.

6.   Il-manifatturi għandhom juru li, fil-każ ta' falliment kritiku tas-sistema li jirriżulta f'inabbiltà li ssir eCall ibbażata fuq in-numru 112, ser tingħata twissija lill-okkupanti tal-vettura.

7.   Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandha tkun aċċessibbli għal tariffa raġonevoli li ma teċċedix ammont nominali u għall-operaturi indipendenti kollha mingħajr diskriminazzjoni għall-finijiet ta' tiswija u ta' manutenzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

8.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8 li jistabbilixxi r-rekwiżiti u t-testijiet tekniċi dettaljati tal-approvazzjoni KE skont it-tip tal-vetturi fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u l-approvazzjoni KE skont it-tip tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom.

Ir-rekwiżiti u t-testijiet tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u fuq l-istandards disponibbli relatati mal-eCall, fejn applikabbli, u li jinkludu:

(a)

EN 16072:2011 “Sistema ta' trasport intelliġenti — eSafety — rekwiżiti tal-operat ta' eCall Pan-Ewropew”;

(b)

EN 16062:2011 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eSafety — Rekwiżiti ta' applikazzjoni ta' livell għoli ta' eCall (HLAP)”;

(c)

CEN/TS 16454:2013 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — ESafety — ittestjar għall-konformità minn tarf sa ieħor tal-ECall”, fir-rigward tal-konformità tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 mal-eCall pan-Ewropew;

(d)

EN 15722:2011 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eSafety — sett minimu ta' data għall-eCall (MSD)”.

(e)

EN 16102:2011 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eCall — Rekwiżiti tal-operat għas-sostenn minn parti terza”;

(f)

kwalunkwe standard Ewropew addizzjonali relatat mas-sistema eCall adottat f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) jew ir-Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (Regolamenti tal-UNECE) relatati mas-sistemi eCall li l-Unjoni tkun aderixxiet.

L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sad-9 ta' Ġunju 2016.

9.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8 sabiex taġġorna l-verżjonijiet tal-istandards imsemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu meta tiġi adottata verżjoni ġdida.

Artikolu 6

Regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data

1.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandu jikkonforma mar-regoli tal-protezzjoni tad-data personali previsti f'dawk id-Direttivi.

2.   Id-data personali pproċessata skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss sabiex jiġu ttrattati s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2).

3.   Id-data personali pproċessata skont dan ir-Regolament m'għandhiex tinżamm aktar milli jkun meħtieġ sabiex jiġu ttrattati s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2). Dik id-data għandha titħassar b'mod sħiħ hekk kif ma tibqax meħtieġa għal dak il-għan.

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 ma tkunx tista' tiġi traċċata u ma tkun soġġetta għal ebda segwiment kostanti.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li, fil-memorja interna tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, id-data titneħħa awtomatikament u kontinwament. Iż-żamma tal-aħħar tliet pożizzjonijiet biss tal-vettura għandha tkun permessa sa fejn ikun tassew meħtieġ biex tiġi speċifikata l-pożizzjoni attwali u d-direzzjoni li fiha kienet qed tivvjaġġa fil-ħin tal-każ.

6.   Dik id-data ma għandhiex tkun disponibbli barra mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għal ebda entità qabel ma tiġi skattata eCall.

7.   It-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza għandhom jiġu inkorporati fis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 sabiex jipprovdu lill-utenti tal-eCall bil-livell adatt ta' protezzjoni tal-privatezza, kif ukoll bis-salvagwardji neċessarji biex jipprevjenu s-sorveljanza u l-użu ħażin ta' din is-sistema.

8.   L-MSD mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandu jinkludi biss l-informazzjoni minima kif imsemmija fl-istandard EN 15722:2011 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eSafety — sett minimu ta' data għall-eCall (MSD)”. Ma għandha tintbagħat ebda data addizzjonali mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. Dak l-MSD għandu jinħażen b'tali mod li jkun jista' jitħassar b'mod sħiħ u permanenti.

9.   Fil-manwal tas-sid il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-ipproċessar tad-data li jsir permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. Dik l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn:

(a)

ir-referenza għall-bażi legali tal-ipproċessar;

(b)

il-fatt li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 tiġi attivata b'mod awtomatiku;

(c)

l-arranġamenti tal-ipproċessar tad-data li jsir mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112;

(d)

l-għan speċifiku tal-ipproċessar tal-eCall, li għandu jkun limitat għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2);

(e)

it-tipi ta' data miġbura u pproċessati u d-destinatarji ta' dik id-data;

(f)

il-limitu ta' żmien għaż-żamma tad-data fis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112;

(g)

il-fatt li ma hemm l-ebda segwiment kostanti tal-vettura;

(h)

l-arranġamenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data kif ukoll is-servizz ta' kuntatt responsabbli biex jittratta t-talbiet;

(i)

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward it-traċċabbiltà, is-segwiment u l-ipproċessar ta' data personali b'rabta mal-forniment ta' eCall TPS u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud, li għandhom ikunu soġġetti għall-kunsens espliċitu tas-sid u f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. Għandu jitqies b'mod partikolari l-fatt li jistgħu jeżistu differenzi bejn l-ipproċessar tad-data mwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u s-sistemi ta' eCall TPS mmuntati fil-vetturi jew servizzi oħra ta' valur miżjud.

10.   Sabiex tiġi evitata konfuzjoni fir-rigward tal-finijiet u l-valur miżjud tal-ipproċessar, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 għandha tingħata fil-manwal tas-sid b'mod separat għas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u għas-sistemi ta' eCall TPS qabel tintuża s-sistema.

11.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u kwalunkwe sistema oħra li tipprovdi servizz eCall TPS jew li tipprovdi servizzi b'valur miżjud ikunu mfassla b'tali mod li ma jkun jista' jsir l-ebda skambju ta' data personali bejniethom. In-nuqqas ta' użu ta' sistema li tipprovdi eCall TPS jew ta' sistema b'valur miżjud jew ir-rifjut mis-suġġett tad-data li jagħti l-kunsens biex isir l-ipproċessar tad-data personali tiegħu jew tagħha għal servizz ta' eCall mingħand parti terza jew servizz ta' valur miżjud m'għandu joħloq l-ebda effett negattiv fuq l-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112.

12.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 sabiex tistabbilixxi:

(a)

ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati u l-proċeduri għat-testijiet għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-ipproċessar ta' data personali msemmijin fil-paragrafi 2 u 3;

(b)

ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati u l-proċeduri għat-testijiet biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm skambju ta' data personali bejn is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u s-sistemi ta' partijiet terzi kif imsemmijin fil-paragrafu 11.

L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sad-9 ta' Ġunju 2016.

13.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistipula:

(a)

l-arranġamenti prattiċi għall-valutazzjoni tan-nuqqas ta' traċċabbiltà u segwiment msemmijin fil-paragrafi 4, 5 u 6;

(b)

l-iskeda għall-informazzjoni għall-utent imsemmi fil-paragrafu 9.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sad-9 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 7

Obbligi tal-Istati Membri

B'effett mill-31 ta' Marzu 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħtu biss l-approvazzjoni KE skont it-tip fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. għal tipi ġodda ta' vetturi u għal tipi ġodda ta' sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, u l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati mfassla u mibnija għal tali vetturi, li huma konformi ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(8) u (9) u fl-Artikolu 6(12) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-8 ta' Ġunju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(8) u (9) u l-Artikolu 6(12) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(8) u (9) u l-Artikolu 6(12) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 9

Atti ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni skont it-tip KE ta' vetturi fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u ta' sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, u l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati mfassla u mibnija għal tali vetturi kif mitlub mill-Artikolu 5(1) rigward:

(a)

l-iskedi għad-dokumenti ta' informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mill-manifatturi għall-finijiet tal-approvazzjoni skont it-tip;

(b)

l-iskedi għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni KE skont it-tip;

(c)

il-mudell(i) għall-marka tal-approvazzjoni KE skont it-tip.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sad-9 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 10

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-“Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur” (TCMV) stabbilit bl-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE. Dak il-kumitat huwa kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 11

Pieni

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għan-nuqqas ta' konformità mill-manifatturi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati l-penali kollha. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   It-tip ta' nuqqas ta' konformità li għandu jkun soġġett għal penali għandu jinkludi minn tal-inqas dan li ġej:

(a)

dikjarazzjoni falza matul il-proċedura ta' approvazzjoni jew il-proċedura li twassal għal revoka;

(b)

iffalsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni skont it-tip;

(c)

iż-żamma ta' data jew ta' speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal revoka, rifjut jew irtirar tal-approvazzjoni skont it-tip;

(d)

il-ksur ta' dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6;

(e)

imġiba li tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(7).

Artikolu 12

Rappurtar u rieżami

1.   Sal-31 ta' Marzu 2021, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' evalwazzjoni biex jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisbiet tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, inkluża r-rata ta' penetrazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandux jiġi estiż għal kategoriji oħrajn ta' vetturi, bħal vetturi tqal tal-merkanzija, ix-xarabanks u l-kowċis, dawk motorizzati b'żewġ roti u t-tratturi agrikoli. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġislattiva għal dan il-għan.

2.   Wara konsultazzjoni mifruxa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u studju li jivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa ta' rekwiżiti għal pjattaforma interoperabbli, standardizzata, sikura u b'aċċess miftuħ. Jekk ikun xieraq, u mhux aktar tard mid-9 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta inizjattiva leġislattiva bbażata fuq dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 13

Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi I, III, IV u XI għad-Direttiva 2007/46/KE huma b'dan emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(8) u (9), l-Artikolu 6(12) u (13) u l-Artikoli 8, 9, 10 u 12 għandhom japplikaw mit-8 ta' Ġunju 2015.

L-Artikoli għajr dawk imsemmijin fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mill-31 ta' Marzu 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 47.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-2 ta' Marzu 2015 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 (għadha mhijiex ippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 585/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-varar ta' eCall interoperabbli madwar l-UE kollha (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 6).

(5)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/750/UE tat-8 ta' Settembru 2011 dwar appoġġ għal servizz ta' sejħiet elettroniċi offrut madwar l-UE kollha fin-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika għat-trasmissjoni ta' sejħiet tal-emerġenza bbażati fuq in-numru 112 minn sistemi mmuntati fil-vetturi (“Sejħiet elettroniċi”) (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 46).

(6)  Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).

(7)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

(8)  Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

(9)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(10)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(11)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.

(12)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(14)  ĠU C 38, 8.2.2014, p. 8.

(15)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

(16)  Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elett roniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).

(17)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d- Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d- Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).


ANNESS

Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Anness I, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“12.8.

sistema eCall

12.8.1.

Preżenza: iva/le (1)

12.8.2.

deskrizzjoni jew disinni tekniċi tal-apparat: …”

;

(2)

fl-Anness III, Parti I, Taqsima A, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“12.8.

sistema eCall

12.8.1.

Preżenza: iva/le (1)”

;

(3)

fl-Anness IV, Parti I hija emendata kif ġej:

(a)

tiżdied l-entrata li ġejja fit-tabella:

Entrata

Suġġett

Att regolatorju

Applikabbiltà

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

X

 

 

X”

 

 

 

 

 

 

;

(b)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

tiżdied l-entrata li ġejja fit-Tabella 1:

Entrata

Suġġett

Att regolatorju

Kwistjonijiet speċifiċi

Applikabbiltà u rekwiżiti speċifiċi

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

 

Mhux applikabbli”

;

(ii)

tiżdied l-entrata li ġejja fit-Tabella 2:

Entrata

Suġġett

Att regolatorju

Kwistjonijiet speċifiċi

Applikabbiltà u rekwiżiti speċifiċi

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

 

Mhux applikabbli”

;

(c)

fl-Appendiċi 2, taqsima 4 “Rekwiżiti Tekniċi” hija emendata kif ġej:

(i)

fil-Parti I, tiżdied l-entrata li ġejja: Vetturi tal-kategorija M1:

Entrata

Referenza għall-att regolatorju

Rekwiżiti alternattivi

“72

Regolament (UE) 2015/758 (sistemi eCall)

Ir-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.”

;

(ii)

fil-Parti II, tiżdied l-entrata li ġejja: Vetturi tal-kategorija N1:

Entrata

Referenza għall-att regolatorju

Rekwiżiti alternattivi

“72

Regolament (UE) 2015/758 (sistemi eCall)

Ir-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.”

;

(4)

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Appendiċi 1 tiżdied l-entrata li ġejja fit-tabella:

Entrata

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M1 ≤ 2 500 (*) kg

M1 > 2 500 (*) kg

M2

M3

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

G

G

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli”

;

(b)

fl-Appendiċi 2, tiżdied l-entrata li ġejja fit-tabella:

Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

G

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

G

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli”

;

(c)

fl-Appendiċi 3, tiżdied l-entrata li ġejjafit-tabella:

Entrata

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M1

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

G”

;

(d)

fl-Appendiċi 4, tiżdied l-entrata li ġejja fit-tabella:

Entrata

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

G

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli”

;


19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/90


REGOLAMENT (UE) 2015/759 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-Istatistika Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (“ESS”),bħala sħubija, irnexxielha, b'mod ġenerali, tikkonsolida b'suċċess l-attivitajiet tagħha biex tiżgura l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' statistika Ewropea ta' kwalità għolja, inkluż permezz tat-titjib tal-governanza tal-ESS.

(2)

Madankollu, xi dgħufijiet ġew identifikati reċentement, b'mod partikolari fir-rigward tal-qafas tal-immaniġġar tal-kwalità statistika.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-15 ta' April 2011 intitolata “Lejn immaniġġjar sod tal-kwalità għall-Istatistika Ewropea” il-Kummissjoni ssuġġeriet li tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati dawk id-dgħufijiet u biex tissaħħaħ il-governanza tal-ESS. B'mod partikolari, hija ssuġġeriet emenda mmirata tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill laqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni u saħaq fuq l-importanza li jitjiebu kontinwament il-governanza u l-effiċjenza tal-ESS.

(5)

L-impatt fuq il-qasam tal-istatistika tal-iżviluppi reċenti fil-kuntest tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni għandu jiġi kkunsidrat, b'mod partikolari dawk l-aspetti marbuta mal-indipendenza professjonali bħall-proċessi trasparenti tar-reklutaġġ u tat-tneħħija, l-allokazzjonijiet baġitarji u d-dati tar-rilaxx tal-istatistika, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif ukoll dawk l-aspetti marbuta mar-rekwiżit li l-korpi responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli fiskali nazzjonali jgawdu minn awtonomija funzjonali kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(6)

Dawk l-aspetti li huma marbuta mal-indipendenza professjonali, bħall-proċessi trasparenti tar-reklutaġġ u tat-tneħħija, l-allokazzjonijiet baġitarji u d-dati tar-rilaxx tal-istatistika, ma għandhomx jibqgħu limitati għall-istatistika prodotta għall-finijiet tas-sistema tas-sorveljanza fiskali u l-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv iżda għandhom japplikaw għall-istatistika Ewropea kollha żviluppata, prodotta u mxerrda mill-ESS.

(7)

Barra minn hekk, l-adegwatezza tar-riżorsi attribwiti fuq bażi annwali jew pluriennali u disponibbli biex jissodisfaw il-ħtiġijiet statistiċi, hija kondizzjoni meħtieġa għall-iżgurar tal-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet tal-istatistika u tal-kwalità għolja tad-data statistika.

(8)

Għal dak il-fini, l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet tal-istatistika għandha tissaħħaħ u l-istandards minimi, applikabbli mal-Unjoni kollha, għandhom ikunu żgurati. Għandhom jiġu pprovduti garanziji speċifiċi lill-kapijiet tal-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs), f'termini tat-twettiq tal-kompiti statistiċi, il-ġestjoni organizzattiva u l-allokazzjoni tar-riżorsi. Il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-kapijiet tal-NSIs għandu jkun trasparenti u bbażat biss fuq kriterji professjonali. Dawn għandhom jiżguraw li l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali jkun osservat, b'mod partikolari fir-rigward tas-sessi.

(9)

Filwaqt li statistika Ewropea kredibbli tirrikjedi indipendenza professjonali qawwija min-naħa ta' dawk li jipproduċu l-istatistika, l-istatistika Ewropea għandha tirrispondi wkoll għall-ħtiġijiet tal-politika u għandha tipprovdi appoġġ statistiku għal inizjattivi ġodda tal-politika fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni.

(10)

Huwa neċessarju li l-indipendenza tal-awtorità tal-istatistika tal-Unjoni (Eurostat) tkun konsolidata u garantita permezz ta' skrutinju parlamentari effettiv u li l-indipendenza tal-NSIs tkun konsolidata u garantita permezz ta' responsabbiltà demokratika.

(11)

Barra minn hekk, ir-rwol ta' koordinazzjoni li diġà ġie attribwit lill-NSIs għandu jiġi ċċarat fir-rigward tal-ambitu tiegħu, sabiex tinkiseb aktar koordinazzjoni effiċjenti ta' attivitajiet statistiċi fil-livell nazzjonali, inkluż l-immaniġġjar tal-kwalità, filwaqt li jittieħed kont dovut tal-kompiti statistiċi li jitwettqu mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Sa fejn l-istatistika Ewropea tista' tinġabar mill-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊN) fil-kapaċità tagħhom bħala membri tas-SEBĊ, l-NSIs u l-BĊN għandhom jikkooperaw mill-qrib f'konformità ma' arranġamenti nazzjonali bil-għan li tkun żgurata l-produzzjoni ta' statistika kompleta u koerenti, filwaqt li tkun żgurata l-kooperazzjoni meħtieġa bejn l-ESS u s-SEBĊ.

(12)

Sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-awtoritajiet tal-istatistika u r-rispondenti, l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw fil-pront u mingħajr ħlas ir-rekords amministrattivi, inklużi dawk iddepożitati b'mod elettroniku, u jintegraw dawk ir-rekords mal-istatistika.

(13)

L-istatistika Ewropea għandha tkun faċli biex titqabbel u biex ikun hemm aċċess għaliha u għandha tiġi aġġornata immedjatament u regolarment sabiex jiġi żgurat li l-politiki u l-inizjattivi ta' finanzjament tal-Unjoni jikkunsidraw b'mod sħiħ l-iżviluppi fl-Unjoni.

(14)

L-NSIs għandhom ukoll jiġu kkonsultati fi stadju bikri dwar it-tfassil tar-rekords amministrattivi ġodda li jistgħu jipprovdu d-data għal finijiet statistiċi u dwar it-tibdil ippjanat jew it-twaqqif tas-sorsi amministrattivi eżistenti. Dawn għandhom ukoll jirċievu metadata rilevanti mingħand is-sidien tad-data amministrattiva u jikkoordinaw l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni li jikkonċernaw ir-rekords amministrattivi li huma rilevanti għall-produzzjoni tad-data statistika.

(15)

Il-kunfidenzjalità tad-data miksuba mir-rekords amministrattivi għandha titħares skont il-prinċipji komuni u l-linji gwida applikabbli għad-data kunfidenzjali kollha użata għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Oqfsa għall-valutazzjoni tal-kwalità applikabbli għal dik id-data, kif ukoll prinċipji ta' trasparenza għandhom jiġu mfassla u ppubblikati.

(16)

L-utenti kollha għandu jkollhom aċċess għall-istess data fl-istess ħin. L-NSIs għandhom ifasslu d-dati tar-rilaxx għall-pubblikazzjoni ta' data perjodika.

(17)

Tista' tissaħħaħ il-kwalità tal-istatistika Ewropea u tiġi rinforzata l-fiduċja tal-utenti, billi jiġu involuti l-gvernijiet nazzjonali fir-responsabbiltà tal-applikazzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika tal-Istatistika Ewropea (il-Kodiċi ta' Prattika). Għal dak il-għan, “Impenn dwar il-Fiduċja fl-Istatistika” (Impenn) minn Stat Membru, li jikkunsidra speċifiċitajiet nazzjonali, għandu jinkludi impenji speċifiċi mill-gvern ta' dak l-Istat Membru biex itejjeb jew iżomm il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika. L-Impenn, li għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ, jista' jinkludi oqfsa nazzjonali ta' garanzija ta' kwalità għolja, inkluż awtovalutazzjonijiet, azzjonijiet għal titjib u mekkaniżmi ta' monitoraġġ.

(18)

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tippermetti aċċess online faċli għal serje ta' data kompleta u faċli għall-utent. Fejn possibbli, aġġornamenti perjodiċi għandhom jipprovdu informazzjoni minn sena għal sena u minn xahar għal xahar dwar kull Stat Membru.

(19)

Billi l-produzzjoni tal-istatistika Ewropea trid tkun imsejsa fuq ippjanar operattiv u finanzjarju fuq medda twila ta' żmien sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' indipendenza, il-programm statistiku Ewropew għandu jkopri l-istess perijodu bħall-qafas finanzjarju pluriennali.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jagħti s-setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (6). B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li jirrevoka d-Deċiżjoni 1999/468/KE, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni għandhom jiġu allinjati ma' dak il-qafas legali ġdid. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti ta' implimentazzjoni ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

(21)

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti ta' kwalità billi jiġu stabbiliti l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità koperti bil-leġislazzjoni settorjali, meta l-leġislazzjoni statistika settorjali ma tkunx tipprevedihom. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti ta' implimentazzjoni ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

(22)

Jinħtieġ li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi biex jiġi implimentat l-aċċess għal data kunfidenzjali għal finijiet xjentifiċi. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni bil-għan li jiġu stabbiliti dawn l-arranġamenti, regoli u kondizzjonijiet li jirregolaw tali aċċess fil-livell tal-Unjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(23)

Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-governanza tal-ESS, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista'pjuttost, minħabba r-rekwiżit li tiġi stabbilita data kredibbli fil-livell tal-Unjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-objettiv.

(24)

L-indipendenza tas-SEBĊ fit-twettiq tal-kompiti tagħha kif deskritt fil-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew għandha tiġi rispettata b'mod sħiħ fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikoli 130 u 338 TFUE.

(25)

Il-Kumitat tal-ESS ġie kkonsultat.

(26)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 223/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

‘indipendenza professjonali’ tfisser li l-istatistika għandha tkun żviluppata, prodotta u disseminata b'mod indipendenti, partikolarment fir-rigward tal-għażla ta' tekniki, definizzjonijiet, metodoloġiji u sorsi li għandhom jintużaw, u ż-żmien u l-kontenut tal-forom kollha ta' disseminazzjoni, u li t-twettiq ta' dawk il-kompiti jkun ħieles minn kull pressjoni politika jew minn gruppi ta' interess jew minn awtoritajiet tal-Unjoni jew dawk nazzjonali;”

.

(2)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-awtorità nazzjonali tal-istatistika maħtura minn kull Stat Membru bħala l-korp responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet kollha fil-livell nazzjonali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, li huma determinati fil-Programm Ewropew tal-Istatistika skont l-Artikolu 1 (l-NSI) għandha taġixxi f'dan ir-rigward bħala l-uniku punt ta' kuntatt għall-Kummissjoni (Eurostat) f'materji ta' statistika.

Ir-responsabbiltà ta' koordinazzjoni tal-NSI għandha tkopri l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kollha responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, li huma determinati fil-programm Ewropew tal-istatistika skont l-Artikolu 1. B'mod partikolari, l-NSI għandu jkun responsabbli fil-livell nazzjonali, li jikkoordina l-ipprogrammar u r-rappurtar tal-istatistika, il-monitoraġġ tal-kwalità, il-metodoloġija, it-trażmissjoni tad-data u l-komunikazzjoni dwar l-azzjonijiet statistiċi tal-ESS. Sa fejn ftit minn dik l-istatistika Ewropea tista' tinġabar mill-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊN) fil-kapaċità tagħhom bħala membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), l-NSIs u l-BĊN għandhom jikkooperaw mill-qrib f'konformità ma' arranġamenti nazzjonali bil-għan li tkun żgurata l-produzzjoni ta' statistika Ewropea kompleta u koerenti, filwaqt li tkun żgurata l-kooperazzjoni meħtieġa bejn l-ESS u s-SEBĊ kif stipulat fl-Artikolu 9.”

.

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Il-kapijiet tal-NSIs u l-kapijiet tal-istatistika ta' awtoritajiet nazzjonali oħra

1.   Fis-sistema nazzjonali tal-istatistika tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali ta' uffiċjali responsabbli għall-kompiti stipulati f'dan ir-Regolament.

2.   Għal dak il-għan, il-kapijiet tal-NSIs għandhom:

(a)

ikollhom ir-responsabbiltà unika li jiddeċiedu dwar proċessi, il-metodi, l-istandards u l-proċeduri statistiċi u dwar il-kontenut u ż-żmien tar-rilaxx tal-istatistika u l-pubblikazzjonijiet għall-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u disseminata mill-NSI;

(b)

jingħataw is-setgħa li jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw l-immaniġġjar intern tal-NSI;

(c)

jaġixxu b'mod indipendenti fit-twettiq tal-kompiti statistiċi tagħhom; u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn xi gvern jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew entità oħra;

(d)

ikunu responsabbli għall-attivitajiet statistiċi u l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-NSI;

(e)

jippubblikaw rapport annwali u jistgħu jesprimu kummenti dwar kwistjonijiet ta' allokazzjoni tal-baġit marbuta mal-attivitajiet statistiċi tal-NSI;

(f)

jikkoordinaw l-attivitajiet statistiċi tal-awtoritajiet nazzjonali kollha li huma responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 5(1);

(g)

jipproduċu linji gwida nazzjonali, fejn dan huwa meħtieġ, biex jiżguraw kwalità fl-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea kollha fis-sistema statistika nazzjonali tagħhom u jimmonitorjaw u jirrevedu l-implimentazzjoni tagħhom filwaqt li jkunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma' dawk il-linji gwida fi ħdan l-NSI biss; u

(h)

jirrappreżentaw is-sistema statistika nazzjonali tagħhom fi ħdan l-ESS.

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea jwettqu tali kompiti f'konformità mal-linji gwida nazzjonali prodotti mill-kap tal-NSI.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għar-reklutaġġ u l-ħatra tal-kapijiet tal-NSIs u, fejn xieraq, il-kapijiet tal-istatistika ta' awtoritajiet nazzjonali oħrajn li jipproduċu l-istatistika Ewropea, ikunu trasparenti u bbażati biss fuq kriterji professjonali. Dawk il-proċeduri għandhom jiżguraw li l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali jkun osservat, b'mod partikolari fir-rigward tas-sessi. Ir-raġunijiet għat-tneħħija tal-kapijiet tal-NSIs jew it-trasferiment tagħhom għal pożizzjoni oħra ma għandhomx jikkompromettu l-indipendenza professjonali.

5.   Kull- Stat Membru jista' jistabbilixxi korp nazzjonali biex jiżgura l-indipendenza professjonali tal-produtturi tal-istatistika Ewropea. Il-kapijiet tal-NSIs u, fejn xieraq, il-kapijiet tal-istatistika ta' awtoritajiet nazzjonali oħra li jipproduċu statistika Ewropea jistgħu jieħdu parir minn tali korpi. Il-proċeduri għar-reklutaġġ, it-trasferiment u t-tneħħija tal-membri ta' tali korpi għandhom ikunu trasparenti u bbażati biss fuq kriterji professjonali. Dawk il-proċeduri għandhom jiżguraw li l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali jkun osservat, b'mod partikolari fir-rigward tas-sessi.”

.

(4)

fl-Artikolu 6, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   Fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġixxi b'mod indipendenti biex tiżgura l-produzzjoni tal-istatistika Ewropea skont ir-regoli stabbiliti u l-prinċipji tal-istatistika.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkoordina l-attivitajiet statistiċi mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata l-konsistenza u l-kwalità tad-data u l-imminimizzar tal-piż tar-rappurtar. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) tista' tistieden kull korp jew istituzzjoni tal-Unjoni biex tikkonsultaha jew tikkoopera magħha għall-iskop tal-iżvilupp ta' metodi u sistemi għall-finijiet tal-istatistika fil-qasam tal-kompetenza rispettiva tagħha. Kull waħda minn dawk l-istituzzjonijiet jew korpi li tipproponi li tipproduċi l-istatistika għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni (Eurostat) u tieħu kont ta' kull rakkomandazzjoni li din tista' tagħmel għal dan il-għan.”

.

(5)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni (Eurostat)

1.   Il-Eurostat huwa l-awtorità tal-istatistika tal-Unjoni u huwa Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni. Huwa għandu jitmexxa minn Direttur Ġenerali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proċedura għar-reklutaġġ tad-Direttur Ġenerali tal-Eurostat tkun trasparenti u bbażata fuq kriterji professjonali. Il-proċedura għandha tiżgura li l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali jkun osservat, b'mod partikolari fir-rigward tas-sessi.

3.   Id-Direttur Ġenerali għandu jkollu r-responsabbiltà unika li jiddeċiedi dwar il-proċessi, il-metodi, l-istandards u l-proċeduri statistiċi, u dwar il-kontenut u ż-żmien tar-rilaxx u tal-pubblikazzjonijiet tal-istatistika għall-istatistika kollha prodotta mill-Eurostat. Meta jwettaq dawk il-kompiti statistiċi, id-Direttur Ġenerali għandu jaġixxi b'mod indipendenti u ma għandu la jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern jew minn xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija oħra.

4.   Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jkun responsabbli għall-attivitajiet tal-istatistika tal-Eurostat. Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jidher immedjatament wara l-ħatra mill-Kummissjoni, u kull sena wara dan, fil-qafas tad-djalogu dwar l-istatistika quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew biex jiddiskuti materji relatati mal-governanza tal-istatistika, il-metodoloġija u l-innovazzjoni tal-istatistika. Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jippubblika rapport annwali.”

.

(6)

Fl-Artikolu 11, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tinżamm il-fiduċja fl-istatistika Ewropea. Għal dan il-għan, ‘Impenji dwar il-Fiduċja fl-Istatistika’ (l-Impenji) mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għandu jkollhom l-għan ulterjuri li jiżguraw il-fiduċja pubblika fl-Istatistika Ewropea u l-progress fl-implimentazzjoni tal-prinċipji statistiċi li jinsabu fil-Kodiċi ta' Prattika. L-Impenji għandhom jinkludu impenji speċifiċi ta' politika biex itejbu jew iżommu, kif meħtieġ, il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika u għandhom jiġu ppubblikati b'sommarju għaċ-ċittadini.

4.   L-Impenji mill-Istati Membri għandhom jiġu mmonitorjati b'mod regolari mill-Kummissjoni abbażi ta' rapporti annwali mibgħuta mill-Istati Membri u għandhom jiġu aġġornati kif meħtieġ.

Fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni ta' Impenn sad-9 ta' Ġunju 2017, Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni u jippubblika rapport ta' progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika u, fejn applikabbli, dwar l-isforzi li jkunu saru biex jiġi stabbilit Impenn. Dawk ir-rapporti ta' progress għandhom jiġu aġġornati perjodikament, mill-inqas kull sentejn wara l-pubblikazzjoni inizjali tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Impenji ppubblikati u, fejn xieraq, ir-rapporti ta' progress, sad-9 ta' Ġunju 2018 u kull sentejn wara dan.

5.   L-impenn stabbilit mill-Kummissjoni għandu jiġi mmonitorjat b'mod regolari mill-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ESGAB). Il-valutazzjoni tal-ESGAB tal-implimentazzjoni ta' dan l-Impenn għandha tiġi inkluża fir-rapport annwali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). L-ESGAB għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Impenn sad-9 ta' Ġunju 2018.

(*1)  Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17).”"

.

(7)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità, bħall-valuri fil-mira u l-istandards minimi għall-produzzjoni tal-istatistika, jistgħu wkoll jiġu stabbiliti fil-leġislazzjoni settorjali.

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kriterji ta' kwalità stabbiliti fil-paragrafu 1 għad-data koperta mil-leġislazzjoni settorjali f'oqsma speċifiċi tal-istatistika, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-modalitajiet, l-istruttura, u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità koperti mil-leġislazzjoni settorjali. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapporti dwar il-kwalità tad-data trażmessa, inkluż kwalunkwe tħassib li jkollhom fir-rigward tal-preċiżjoni tad-data. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità tad-data trażmessa abbażi ta' analiżi xierqa, u għandha tħejji u tippubblika rapporti u komunikazzjonijiet dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea.”

;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, fejn xieraq, tippubblika l-valutazzjoni tagħha tal-kwalità tal-kontributi nazzjonali għall-istatistika Ewropea.

5.   Fejn il-leġislazzjoni settorjali tipprevedi multi għal każijiet fejn l-Istati Membri jippreżentaw b'mod żbaljat id-data statistika, il-Kummissjoni tista', f'konformità mat-Trattati u tali leġislazzjoni settorjali, tagħti bidu għal investigazzjonijiet u tmexxihom kif meħtieġ, inkluż, fejn xieraq, spezzjonijiet fuq il-post sabiex tistabbilixxi jekk tali rappreżentazzjoni żbaljata kinitx serja jew intenzjonata jew minħabba negliġenza gravi.”

.

(8)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-programm statistiku Ewropew għandu jipprovdi il-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, filwaqt li jiddefinixxi l-oqsma ewlenin u l-miri tal-azzjonijiet previsti għal perjodu li jikkorrispondi għal dak tal-qafas finanzjarju pluriennali. Dan għandu jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. L-impatt u l-kosteffettività tiegħu għandhom jiġu vvalutati, bl-involviment ta' esperti indipendenti.”

.

(9)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi dwar azzjoni statistika diretta temporanja sakemm:

(a)

l-azzjoni ma tipprevedix il-ġbir ta' data li jkopri iktar minn tliet snin ta' referenza;

(b)

id-data tkun diġà disponibbli jew aċċessibbli għand l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli, jew tista' tinkiseb direttament, bl-użu tal-kampjuni adatti għall-osservazzjoni tal-popolazzjoni statistika fil-livell tal-Unjoni bil-koordinazzjoni adegwata mal-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħrajn; u

(c)

l-Unjoni tagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-NSIs u lil awtoritajiet nazzjonali oħra biex tkopri l-ispejjeż inkrementali li jkunu ġarrbu, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

(*2)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).”"

.

(10)

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Programm annwali ta' ħidma

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat ESS il-programm annwali ta' ħidma tagħha għas-sena ta' wara sat-30 ta' April.

Fit-tħejjija ta' kull programm annwali ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti prijoritajiet effettivi inkluż ir-rieżami, ir-rappurtar dwar il-prijoritajiet statistiċi u l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kemm tistal-kummenti tal-Kumitat ESS. Kull programm annwali ta' ħidma għandu jkun ibbażat fuq il-Programm Ewropew tal-Istatistika u għandu jindika, b'mod partikolari:

(a)

l-azzjonijiet li l-Kummissjoni tikkunsidra li għandhom prijorità, b'kont meħud tal-ħtiġijiet tal-politika tal-Unjoni, ir-restrizzjonijiet finanzjarji nazzjonali u dawk tal-Unjoni u l-piż tar-rispons;

(b)

l-inizjattivi li jirrigwardaw ir-rieżami tal-prijoritajiet, inklużi l-prijoritajiet negattivi, u t-tnaqqis tal-piż kemm fuq il-fornituri tad-data kif ukoll fuq il-produtturi tal-istatistika; u

(c)

il-proċeduri u kull strument legali previst mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm annwali ta' ħidma.”

.

(11)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 17a

L-aċċess, l-użu u l-integrazzjoni tar-rekords amministrattivi

1.   Sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti, l-NSIs, awtoritajiet nazzjonali oħra kif imsemmi fl-Artikolu 4, u l-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollhom id-dritt għal aċċess u użu fil-pront u mingħajr ħlas għar-rekords amministrattivi kollha u d-dritt li jintegraw dawk ir-rekords amministrattivi bl-istatistika, sa fejn hu meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, li hija determinata fil-Programm Ewropew tal-Istatistika f'konformità mal-Artikolu 1.

2.   L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiġu kkonsultati u involuti fit-tfassil inizjali, fl-iżvilupp sussegwenti u fil-waqfien tar-rekords amministrattivi li nħolqu u nżammu minn korpi oħra, biex b'hekk jiġi ffaċilitat l-użu ulterjuri ta' dawk ir-rekords għall-iskop tal-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Dawn għandhom jiġu involuti fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni dwar ir-rekords amministrattivi li huma rilevanti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

3.   L-aċċess u l-involviment tal-NSIs, ta' awtoritajiet nazzjonali oħra u tal-Kummissjoni (Eurostat) skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu limitati għar-rekords amministrattivi fis-sistema amministrattiva pubblika rispettiva tagħhom stess.

4.   Rekords amministrattivi li s-sidien tagħhom jagħmlu disponibbli lill-NSIs, awtoritajiet nazzjonali oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) sabiex jintużaw għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea għandhom ikunu akkumpanjati minn metadata rilevanti.

5.   L-NSIs u s-sidien tar-rekords amministrattivi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni meħtieġa.”

.

(12)

Fl-Artikolu 20(4), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw l-allinjament tal-prinċipji u l-linji gwida fir-rigward tal-protezzjoni fiżika u loġika ta' data kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm tali allinjament permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, mingħajr ma jiġi supplementat dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).”

.

(13)

Fl-Artikolu 23, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti, ir-regoli u l-kondizzjonijiet għall-aċċess fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).”

.

(14)

L-Artikolu 24 jitħassar.

(15)

L-Artikolu 26 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 26

Ksur tal-kunfidenzjalità tal-istatistika

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipprevjenu u jippenalizzaw kull ksur tal-kunfidenzjalità tal-istatistika. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”

.

(16)

L-Artikolu 27 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 27

Il-proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ESS. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*3)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”"

.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 374, 4.12.2012, p. 2.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-5 ta' Marzu 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(4)  Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12).

(5)  Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

(7)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/98


REGOLAMENT (UE) 2015/760 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-finanzjament fuq terminu twil huwa għodda abilitanti kruċjali biex l-ekonomija Ewropea titpoġġa fit-triq tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli, u inklużiv, b'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020, livell għoli ta' impjieg, u kompetittività biex tkun tista' tinbena l-ekonomija tal-ġejjieni b'tali mod li tkun anqas suxxettibbli għar-riskji sistemiċi u tkun aktar reżiljenti. Il-fondi ta' investiment Ewropej fuq terminu twil (ELTIFs) jipprovdu finanzjament ta' natura dejjiema lil diversi proġetti ta' infrastruttura, lil kumpaniji mhux ikkwotati, jew lil impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) ikkwotati li joħorġu strumenti ta' ekwità jew ta' dejn li għalihom m'hemmx xerrej faċilment identifikabbli. Billi jipprovdu finanzjament lil proġetti bħal dawn, l-ELTIFs jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ekonomija reali tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tagħha.

(2)

Fuq in-naħa tad-domanda, l-ELTIFs jistgħu jipprovdu fluss ta' introjtu stabbli għall-amministraturi tal-pensjonijiet, għall--kumpaniji tal-assigurazzjoni, għall--fondazzjonijiet, għall--muniċipalitajiet u għall-entitajiet oħra li jiffaċċjaw obbligazzjonijiet regolari u rikorrenti u li qed ifittxu redditu fuq terminu twil fi ħdan strutturi regolati tajjeb. Filwaqt li jipprovdu anqas likwidità minn investimenti f'titoli trasferibbli, l-ELTIFs jistgħu wkoll jipprovdu fluss ta' introjtu stabbli għal investituri individwali li jiddependu fuq il-fluss ta' flus regolari li ELTIF jista' jipproduċi. L-ELTIFs jistgħu joffru wkoll opportunitajiet tajbin għall-apprezzament tal-kapital tul iż-żmien għal dawk l-investituri li ma jirċevux fluss ta' introjtu fiss.

(3)

Il-finanzjament għal proġetti bħal, l-infrastruttura tat-trasport, il-ġenerazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-enerġija sostenibbli, l-infrastruttura soċjali (l-akkomodazzjoni soċjali jew l-isptarijiet), it-tnedija ta' teknoloġiji u sistemi ġodda li jnaqqsu l-użu tar-riżorsi u tal-enerġija, jew aktar tkabbir tal-SMEs, jista' jkun skars. Kif uriet il-kriżi finanzjarja, jekk il-finanzjament bankarju jkun ikkumplimentat minn varjetà usa' ta' sorsi ta' finanzjament li jimmobilizzaw aħjar is-swieq kapitali, ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-lakuni ta' finanzjament. L-ELTIFSs jista' jkollhom rwol kruċjali f'dan ir-rigward, u jistgħu wkoll jimmobilizzaw il-kapital billi jattiraw investituri ta' pajjiżi terzi.

(4)

L-għan ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa li jagħti spinta lill-investimenti Ewropej fuq terminu twil fl-ekonomija reali. Investimenti fuq terminu twil fi proġetti, impriżi, u infrastruttura f'pajjiżi terzi jistgħu wkoll iġibu l-kapital għall-ELTIFs u għalhekk ikunu ta' benefiċċju għall-ekonomija Ewropea. Għalhekk, tali investimenti ma għandhomx jiġu evitati.

(5)

Fin-nuqqas ta' Regolament li jistipula r-regoli dwar l-ELTIFs, jistgħu jiġu adottati fil-livell nazzjonali miżuri diverġenti li x'aktarx jikkawżaw distorsjonijiet fil-kompetizzjoni minħabba d-differenzi fil-miżuri ta' protezzjoni tal-investiment. Rekwiżiti nazzjonali diverġenti dwar is-sura tal-portafoll, id-diversifikazzjoni u l-assi eliġibbli, b'mod partikolari investiment fil-komoditajiet, joħolqu ostakli għall-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali ta' fondi ta' investiment li jiffukaw fuq impriżi mhux ikkwotati u fuq assi reali, għaliex l-investituri ma jistgħux faċilment iqabblu l-proposti differenti ta' investiment offruti lilhom. Rekwiżiti nazzjonali diverġenti wkoll iwasslu għal livelli differenti ta' protezzjoni għall-investituri. Barra minn hekk, rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jikkonċernaw it-tekniki ta' investiment, bħalma huma l-livelli permessi tas-self, l-użu ta' strumenti finanzjarji derivati, ir-regoli applikabbli għall-bejgħ qasir jew it-tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli, iwasslu għal diskrepanzi fil-livell ta' protezzjoni għall-investitur. Barra dan, rekwiżiti nazzjonali diverġenti dwar ir-rimbors jew perjodi ta' parteċipazzjoni jimpedixxu l-bejgħ transkonfinali ta' fondi li jinvestu f'assi mhux ikkwotati. Biż-żieda tal-inċertezza legali, dawn id-diverġenzi jistgħu jimminaw il-fiduċja tal-investituri meta dawn ikunu qed iqisu li jinvestu f'tali fondi u jnaqqsu l-possibbiltà li l-investituri jkunu jistgħu jagħżlu b'mod effettiv bejn id-diversi opportunitajiet ta' investiment fuq terminu twil. Konsegwentement, il-bażi ġuridika xierqa għal dan ir-Regolament hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat mill-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Huma meħtieġa regoli uniformi fl-Unjoni biex jiġi żgurat li l-ELTIFs juru profil tal-prodott konformi u stabbli fl-Unjoni kollha. B'mod aktar speċifiku, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern kif ukoll livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli uniformi rigward l-operat tal-ELTIFs, b'mod partikolari dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll tagħhom u l-istrumenti ta' investiment li huma jistgħu jużaw sabiex ikunu esposti għal assi fuq terminu twil, bħal strumenti ta' ekwità jew tad-dejn maħruġa minn SMEs ikkwotati u minn impriżi mhux ikkwotati, kif ukoll assi reali. Regoli uniformi dwar il-portafoll ta' ELTIF huma wkoll meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-ELTIFs li għandhom l-għan li jiġġeneraw introjtu regolari jżommu portafoll diversifikat ta' assi għall-investiment adattati sabiex iżommu fluss ta' flus regolari. L-ELTIFs huma l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta' suq intern integrat biex jinġabar il-kapital li jista' jintuża għal investimenti fuq terminu twil fl-ekonomija Ewropea. Il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern għal investimenti fuq terminu twil jeħtieġ li l-Kummissjoni tkompli l-valutazzjoni tagħha ta' ostakli potenzjali li jistgħu jimpedixxu l-ġbir ta' kapital fuq terminu twil bejn il-fruntieri, inklużi ostakli li joriġinaw mit-trattament fiskali ta' tali investimenti.

(7)

Huwa essenzjali li jiġi żgurat li r-regoli dwar l-operat tal-ELTIFs, b'mod partikolari rigward il-kompożizzjoni tal-portafoll tagħhom u l-istrumenti ta' investiment li huma jistgħu jużaw, ikunu japplikaw b'mod dirett għall-maniġers ta' ELTIFs u, għalhekk, dawn ir-regoli l-ġodda jeħtieġ li jiġu adottati bħala Regolament. Dan jiżgura wkoll kundizzjonijiet uniformi meta tintuża d-deżinjazzjoni “ELTIF”, billi jipprevjeni l-ħolqien ta' rekwiżiti nazzjonali diverġenti. Il-maniġers tal-ELTIFs għandhom isegwu l-istess regoli fl-Unjoni sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri fl-ELTIFs tiġi żgurata l-kredibbiltà dejjiema fid-deżinjazzjoni “ELTIF”. Fl-istess ħin, permezz tal-adozzjoni ta' regoli uniformi titnaqqas il-kumplessità tar-rekwiżiti regolatorji applikabbli għall-ELTIFs. Permezz ta' regoli uniformi, titnaqqas ukoll l-ispiża tal-maniġers biex jikkonformaw ma' rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jirregolaw il-fondi li jinvestu f'impriżi kkwotati u mhux ikkwotati u f'kategoriji komparabblita' assi reali. Dan huwa l-każ b'mod partikolari għal dawk il-maniġers tal-ELTIFs li jixtiequ jżidu l-kapital fuq bażi transkonfinali. L-adozzjoni ta' regoli uniformi tikkontribwixxi wkoll għall-eliminazzjoni ta' distorsjonijiet fil-kompetizzjoni.

(8)

Ir-regoli l-ġodda dwar l-ELTIFs huma marbutin mill-qrib mad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), billi din id-Direttiva tifforma l-qafas ġuridiku li jirregola l-immaniġġjar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' fondi ta' investiment alternattivi (AIFs) fl-Unjoni. Bħala definizzjoni, l-ELTIFs huma AIFs tal-UE li huma mmaniġġjati minn maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi (AIFMs) awtorizzati skont id-Direttiva 2011/61/UE.

(9)

Billi d-Direttiva 2011/61/UE tikkontempla wkoll sistemi ta' pajjiżi terzi fi stadji differenti li jirregolaw l-AIFMs mhux tal-UE u l-AIFs mhux tal-UE, ir-regoli l-ġodda dwar l-ELTIFs għandhom kamp ta' applikazzjoni aktar limitat li jenfasizza d-dimensjoni Ewropea tal-prodott ta' investiment ġdid fuq terminu twil. Għaldaqstant, huwa biss AIF tal-UE kif definit fid-Direttiva 2011/61/UE li għandu jkun eliġibbli li jsir ELTIF, u biss jekk ikun immaniġġjat minn AIFM tal-UE li jkun ġie awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE.

(10)

Ir-regoli l-ġodda applikabbli għall-ELTIFs għandhom jibnu fuq il-qafas regolatorju eżistenti stabbilit bid-Direttiva 2011/61/UE u tal-atti adottati għall-implimentazzjoni tagħha. Għalhekk, ir-regoli tal-prodott li jikkonċernaw l-ELTIFs għandhom japplikaw flimkien mar-regoli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni eżistenti. B'mod partikolari, ir-regoli ta' mmaniġġjar u kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw għall-ELTIFs. Bl-istess mod, ir-regoli dwar il-forniment transkonfinali ta' servizzi u l-libertà ta' stabbiliment stipulati fid-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw b'mod korrispondenti għall-attivitajiet transkonfinali tal-ELTIFs. Dawn għandhom jiġu miżjuda b'regoli speċifiċi ta' kummerċjalizzazzjoni mfassla għall-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali tal-ELTIFs kemm għall-investituri fil-livell tal-konsumatur kif ukoll għall-investituri professjonali fl-Unjoni.

(11)

Regoli uniformi għandhom japplikaw għall-AIFs tal-UE kollha li jixtiequ li jiġu kkummerċjalizzati bħala ELTIFs. L-AIFs tal-UE li ma jixtiqux li jiġu kkummerċjalizzati bħala ELTIFs m'għandhomx ikunu marbutin b'dawn ir-regoli u b'hekk jaċċettaw ukoll li huma ma jibbenefikawx mill-vantaġġi li jirriżultaw. Impriżi għall-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u AIFs mhux tal-UE m'għandhomx ikunu eliġibbli għall-kummerċjalizzazzjoni bħala ELTIFs.

(12)

Sabiex ikun żgurat li l-ELTIFs ikunu konformi mar-regoli armonizzati li jirregolaw l-attività ta' dawn il-fondi, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jkunu obbligati li jawtorizzaw l-ELTIFs. Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u superviżjoni armonizzati għall-AIFMs skont id-Direttiva 2011/61/UE għandhom għalhekk jiġu miżjuda bi proċedura ta' awtorizzazzjoni speċjali għall-ELTIFs. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri li jiżguraw li l-AIFMs tal-UE biss, awtorizzati skont id-Direttiva 2011/61/UE u li kapaċi jimmaniġġjaw ELTIF, jistgħu jimmaniġġjaw l-ELTIFs. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li ELTIF ikun konformi mar-regoli armonizzati li jirregolaw l-attività ta' dawn il-fondi. Proċedura ta' awtorizzazzjoni speċifika għandha tapplika meta l-ELTIF ikun immaniġġjat internament u ma jinħatar l-ebda AIFM.

(13)

Minħabba li l-AIFs tal-UE jistgħu jieħdu forom ġuridiċi differenti li mhux bilfors jagħtuhom personalità ġuridika, id-dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-ELTIFs jieħdu azzjoni għandhom jinftiehmu li qed jirreferu għall-maniġer tal-ELTIF f'każijiet fejn l-ELTIF jiġi kostitwit bħala AIF tal-UE li mhux f'pożizzjoni li jaġixxi waħdu minħabba li huwa stess ma għandux personalità ġuridika.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li l-ELTIFs jimmiraw għal investimenti fuq terminu twil, u jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' tkabbir sostenibbli tal-ekonomija tal-Unjoni, ir-regoli dwar il-portafoll tal-ELTIFs għandhom jirrikjedu l-identifikazzjoni b'mod ċar tal-kategoriji ta' assi li huma eliġibbli għall-investiment minn ELTIFs, u l-kundizzjonijiet skont liema għandhom ikunu eliġibbli. ELTIF għandu jinvesti mill-inqas 70 % tal-kapital tiegħu f'assi ta' investiment eliġibbli. Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-ELTIFs, huwa xieraq ukoll li ELTIF ikun ipprojbit milli jinvolvi ruħu f'ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji li jistgħu jipperikolaw l-istrateġija u l-għanijiet tiegħu tal-investiment billi joħloq riskji li huma differenti minn dawk li wieħed jista' jistenna għal fond li għandu fil-mira investimenti fuq terminu twil. Sabiex tkun żgurata enfasi ċara fuq l-investimenti fuq terminu twil, li jista' jkun ta' ġid għal investituri fil-livell tal-konsumatur li ma jkunux midħla ta' strateġiji ta' investiment inqas konvenzjonali, ELTIF m'għandux jitħalla jinvesti fi strumenti finanzjarji derivati ħlief bl-iskop li jiġu ħħeġġjati r-riskji marbuta mal-investimenti tiegħu stess. Minħabba n-natura likwida tal-komoditajiet u tal-istrumenti finanzjarji derivati li tesponihom b'mod indirett, l-investimenti f'komoditajiet m'għandhomx bżonn l-impenn ta' investitur fuq terminu twil, u għaldaqstant għandhom jiġu esklużi mill-assi ta' investiment eliġibbli. Dak ir-raġunament ma japplikax għal investimenti fl-infrastruttura jew f'kumpaniji relatati ma' komoditajiet jew li l-prestazzjoni tagħhom hija marbuta indirettament mal-prestazzjoni ta' komoditajiet, bħalma huma l-azjendi agrikoli fil-każ ta' komoditajiet agrikoli jew impjanti tal-enerġija fil-każ ta' komoditajiet tal-enerġija.

(15)

Id-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi investiment fuq terminu twil hija wiesgħa. L-assi ta' investiment eliġibbli huma ġeneralment illikwidi, jeħtieġu impenji għal ċertu perjodu ta' żmien, u għandhom profil ekonomiku ta' natura ta' terminu twil. Assi ta' investiment eliġibbli huma titoli li mhumiex trasferibbli u għalhekk m'għandhomx aċċess għal-likwidità tas-swieq sekondarji. Ħafna drabi jeħtieġu impenji ta' terminu fiss li jillimitaw kemm jistgħu jiġu kkummerċjalizzati. Madankollu, billi l-SMEs ikkwotati jistgħu jiffaċċjaw problemi ta' likwidità u aċċess għas-suq sekondarju, għandhom ukoll jitqiesu bħala impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw. Iċ-ċiklu ekonomiku tal-investiment imfittex mill-ELTIFs huwa essenzjalment ta' natura twila minħabba l-impenji ta' kapital għoljin u t-tul ta' żmien meħtieġ sabiex jipproduċu redditu.

(16)

L-ELTIF għandu jitħalla jinvesti f'assi, ħlief f'assi ta' investiment eliġibbli, skont il-ħtieġa biex jimmaniġġja l-fluss ta' flus tiegħu b'mod effiċjenti, iżda biss sakemm dan ikun konsistenti mal-istrateġija ta' investiment tal-ELTIFs fuq terminu twil.

(17)

Assi ta' investiment eliġibbli għandhom jinftiehmu li jinkludu parteċipazzjonijiet, bħal strumenti ta' ekwità jew kważi ekwità, strumenti ta' dejn f'impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw, u s-self ipprovdut lilhom. Huma għandhom jinkludu wkoll parteċipazzjonijiet f'fondi oħra li huma ffukati fuq assi, bħal investimenti f'impriżi mhux ikkwotati li joħorġu strumenti ta' ekwità jew ta' dejn li għalihom mhux dejjem hemm xerrej faċilment identifikabbli. Parteċipazzjonijiet diretti ta' assi reali, sakemm dawn ma jkunux titolizzati, għandhom jiffurmaw ukoll kategorija ta' assi eliġibbli, sakemm irendu fluss ta' flus prevedibbli, kemm regolari kif ukoll irregolari, fis-sens li jistgħu jiġu mudellati u vvalutati abbażi ta' metodu ta' valutazzjoni tal-fluss ta' flus skontat. Dawk l-assi jistgħu indikattivament jinkludu infrastruttura soċjali li trendi redditu prevedibbli, bħal infrastruttura tal-enerġija, tat-trasport u tal-komunikazzjoni, kif ukoll il-faċilitajiet tal-edukazzjoni, tas-saħħa, tal-welfare jew dawk industrijali. Kuntrarjament, l-assi bħal opri tal-arti, manuskritti, stokkijiet ta' nbid jew ġojjelli m'għandhomx ikunu eliġibbli billi normalment ma jrendux fluss ta' flus prevedibbli.

(18)

Assi ta' investiment eliġibbli għandhom jinkludi assi reali b'valur ta' mhux aktar minn EUR 10 000 000 li jiġġeneraw benefiċċju ekonomiku u soċjali. Tali assi jinkludu infrastruttura, proprjetà intellettwali, bastimenti, tagħmir, makkinarju, inġenji tal-ajru jew vetturi ferrovjarji, u proprjetà immobbli. L-investimenti fil-proprjetà kummerċjali jew fl-akkomodazzjoni għandhom ikunu permessi sa fejn dawn iservu l-iskop li jikkontribwixxu għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jew għall-politiki reġjonali tal-enerġija u ta' koeżjoni tal-Unjoni. Investimenti f'tali proprjetà immobbli għandhom ikunu dokumentati b'mod ċar sabiex jintwera l-impenn fuq terminu twil fil-proprjetà. Dan ir-Regolament m'għandux l-għan li jippromwovi investimenti spekulattivi.

(19)

L-iskala ta'proġetti infrastrutturali tfisser li huma jirrikjedu li ammonti kbar ta' kapital jibqgħu investiti għal perjodi twal ta' żmien. Dawn il-proġetti ta' infrastruttura jinkludu l-infrastruttura pubblika b'binjiet bħal skejjel, sptarijiet jew ħabsijiet, l-infrastruttura soċjali bħall-akkomodazzjoni soċjali, l-infrastruttura tat-trasport bħat-toroq, is-sistemi ta' tranżitu tal-massa jew l-ajruporti, l-infrastruttura tal-enerġija bħall-grilji tal-enerġija, il-proġetti dwar l-adattament u l-mitigazzjoni tal-klima, l-impjanti tal-enerġija jew il-pipelines, l-infrastruttura għall-ġestjoni tal-ilma bħas-sistemi tal-provvista tal-ilma, is-sistemi tad-drenaġġ u tal-irrigazzjoni, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni bħan-netwerks u l-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart bħar-riċiklaġġ jew is-sistemi ta' ġbir.

(20)

Strumenti ta' kważi ekwità għandhom jinftiehmu li jinkludu tip ta' strument ta' finanzjament, li jikkonsisti f'kombinar ta' ekwità u dejn, fejn ir-redditu fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx żgurat bis-sħiħ. Dawn l-istrumenti jinkludu varjetà ta' strumenti ta' finanzjament bħas-self subordinat, parteċipazzjonijiet passivi, self parteċipanti, drittijiet parteċipanti bi qligħ, bonds konvertibbli u bonds b'warrants.

(21)

Sabiex jiġu riflessi prattiki ta' negozju eżistenti, ELTIF għandu jitħalla jixtri ishma eżistenti ta' impriża ta' portafoll li tikkwalifika mingħand l-azzjonisti li jkun hemm f'din l-impriża. Barra minn hekk, bl-għan li jkun hemm l-aktar opportunitajiet wiesgħa possibbli għall-ġbir ta' fondi, għandhom jiġu permessi investimenti f'ELTIFs oħrajn, Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju (EuVECAs), irregolati bir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej (EuSEFs), irregolati bir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Sabiex tiġi pprevenuta d-dilwizzjoni tal-investimenti f'impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw, l-ELTIFs għandhom jiġu permessi jinvestu biss f'ELTIFs, EuVECAs u EuSEFs oħrajn sakemm ma jkunux huma stess investew aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom f'ELTIFs oħrajn.

(22)

L-użu ta' impriżi finanzjarji jista' jkun meħtieġ sabiex jiġu miġbura flimkien u organizzati l-kontribuzzjonijiet ta' investituri differenti, inklużi l-investimenti ta' natura pubblika, fi proġetti infrastrutturali. Għaldaqstant l-ELTIFs għandhom jitħallew jinvestu f'assi ta' investiment eliġibbli permezz ta' impriżi finanzjarji, dejjem jekk dawn l-impriżi huma mitfugħin fuq il-finanzjament ta' proġetti fuq terminu twil kif ukoll t-tkabbir tal-SMEs.

(23)

Impriżi mhux ikkwotati jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet biex ikollhom aċċess għas-swieq kapitali u jiffinanzjaw aktar tkabbir u espansjoni. Il-finanzjament privat permezz ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew self huma mezzi tipiċi ta' ġbir ta' finanzjament. Minħabba li dawn l-istrumenti min-natura tagħhom huma investimenti għal terminu twil, jeħtieġu l-kapital paċenzjuż li ELTIFs jistgħu jipprovdu. Barra minn hekk, l-SMEs ikkwotati ħafna drabi iħabbtu wiċċhom ma' ostakli sinifikanti biex jiksbu finanzjament fuq terminu twil u l-ELTIFs jistgħu jipprovdu sorsi alternattivi ta' finanzjament ta' valur.

(24)

Il-kategoriji ta' klassijiet ta' assi fuq terminu twil skont dan ir-Regolament għandhom għalhekk jinkludu impriżi mhux ikkwotati u li huma elenkati li joħorġu strumenti ta' ekwità jew ta' dejn li għalihom jista' ma jkunx hemm xerrej identifikabbli faċilment, u impriżi kkwotati b'kapitalizzazzjoni massima ta' EUR 500 000 000.

(25)

Meta l-maniġer ta' ELTIF għandu sehem f'impriża ta' portafoll, hemm ir-riskju li l-maniġer ipoġġi l-interessi tiegħu stess qabel l-interessi tal-investituri fl-ELTIF. Sabiex jiġi evitat tali kunflitt ta' interessi, u sabiex tkun żgurata governanza korporattiva tajba, ELTIF għandu jinvesti biss f'assi li m'humiex relatati mal-maniġer ta' ELTIF, sakemm l-ELTIF ma jinvestix f'unitajiet jew ishma ta' ELTIFs oħra, EuVECAs, jew EuSEFs li huma mmaniġġjati mill-maniġer tal-ELTIF.

(26)

Sabiex il-maniġers ta' ELTIFs jingħataw ċertu livell ta' flessibbiltà fl-investiment tal-fondi tagħhom, in-negozjar fl-assi, ħlief fuq l-investimenti fuq terminu twil, għandu jkun permess sal-limitu massimu ta' 30 % tal-kapital tal-ELTIF.

(27)

Sabiex jiġi limitat it-teħid tar-riskju minn ELTIFs, huwa essenzjali li jitnaqqas ir-riskju tal-kontroparti billi l-portafoll tal-ELTIFs jiġi suġġett għall-ħtiġijiet ċari ta' diversifikazzjoni. Id-derivattivi barra l-borża (OTC) kollha għandhom ikunu suġġetti għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(28)

Sabiex ma jkunx hemm influwenza sinifikanti, minn ELTIF li jkun qed jinvesti fuq il-maniġment ta' ELTIF ieħor jew ta' korp emittenti, huwa neċessarju li tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva fl-istess investiment minn ELTIF.

(29)

Sabiex il-maniġers ta' ELTIFs ikunu jistgħu jiġbru iktar il-kapital matul ħajjet il-fond, għandhom jitħallew jissellfu sa 30 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF. Dak għandu jservi biex jipprovdi redditu addizzjonali lill-investituri. Sabiex jiġi eliminat ir-riskju ta' diskrepanza fil-valuta, l-ELTIF għandu jissellef biss fil-valuta li l-maniġer jipprevedi li jakkwista l-assi fiha. Sabiex jiġu indirizzati l-preokkupazzjonijiet relatati mal-attivitajiet kreditizji mhux bankarji, il-flus imsellfa mill-ELTIF m'għandhomx jintużaw biex jingħata self lil impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw.

(30)

Minħabba n-natura ta' terminu twil u illikwida tal-investimenti tal-ELTIF, il-maniġer tal-ELTIF għandu jkollu biżżejjed żmien biex japplika l-limiti tal-investiment. L-ammont ta' żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dawn il-limiti għandu jieħu kont tal-aspetti u l-karatteristiċi partikolari tal-investimenti iżda m'għandux jaqbeż ħames snin wara d-data tal-awtorizzazzjoni bħala ELTIF jew nofs il-ħajja tal-ELTIF, skont liema tiġi l-ewwel.

(31)

L-ELTIFs, minħabba l-profil ta' portafoll tagħhom u l-enfasi tagħhom fuq kategoriji ta' assi fuq terminu twil, huma mfassla biex jidderieġu t-tfaddil privat lejn l-ekonomija Ewropea. L-ELTIFs huma maħsuba wkoll bħala strument ta' investiment li permezz tiegħu l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jista' jinkanala l-infrastruttura Ewropea jew il-finanzjament tal-SMEs tiegħu. Permezz ta' dan ir-Regolament, l-ELTIFs huma strutturati bħala strument ta' investiment komuni li jissodisfa l-enfasi tal-grupp tal-BEI fuq il-kontribuzzjoni għal żvilupp bilanċjat u kontinwu ta' suq intern għal investimenti fuq terminu twil li jkun fl-interess tal-Unjoni. Minħabba l-enfasi tagħhom fuq klassijiet ta' assi fuq terminu twil, l-ELTIFs jistgħu jissodisfaw ir-rwol assenjat lilhom bħala għodda prijoritarja biex jitwettaq il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014.

(32)

Il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza u tirrazzjonalizza l-proċessi tagħha għall-applikazzjonijiet kollha mill-ELTIFs għal finanzjament mill-BEI. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tirrazzjonalizza l-għoti ta' kwalunkwe opinjonijiet jew kontribuzzjonijiet neċessarja għall-approvazzjoni ta' applikazzjonijiet minn ELTIFs għall-finanzjament mill-BEI.

(33)

Barra minn dan, l-Istati Membri, kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali u lokali, jista' jkollhom interess li investituri potenzjali u l-pubbliku isiru konxji dwar l-ELTIFs.

(34)

Minkejja l-fatt li ELTIF mhuwiex obbligat joffri drittijiet ta' rimbors qabel tmiem ħajtu, xejn m'għandu jżomm ELTIF milli jfittex il-kwotazzjoni tal-unitajiet jew l-ishma tiegħu f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar, biex jagħtu opportunità lill-investituri li jbiegħu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom qabel tmiem ħajjet l-ELTIF. Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF m'għandhomx jimpedixxu lill-unitajiet jew lill-ishma milli jiġu ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar, u lanqas m'għandhom jimpedixxu lill-investituri milli jittrasferixxu liberament l-unitajiet jew l-ishma tagħhom lill-partijiet terzi li jixtiequ jixtru dawn l-unitajiet jew l-ishma. Dan huwa intiż għall-promozzjoni ta' swieq sekondarji bħala post importanti għax-xiri u l-bejgħ ta' unitajiet jew ishma ta' ELTIFs għall-investituri fil-livell tal-konsumatur.

(35)

Filwaqt li investituri individwali jistgħu jkunu interessati li jinvestu f'ELTIF, in-natura illikwida tal-maġġoranza tal-investimenti fi proġetti fuq terminu twil tipprekludi lil ELTIF milli joffri rimborsi regolari lill-investituri tiegħu. L-impenn tal-investitur individwali li jinvesti f'dawn l-assi, bin-natura tiegħu, isir għat-terminu kollu tal-investiment. Konsegwentement, l-ELTIFs bħala prinċipju għandhom ikunu strutturati b'tali mod li ma joffrux rimborsi regolari qabel tmiem ħajjet l-ELTIF.

(36)

Sabiex l-investituri jingħataw inċentiv, b'mod partikolari l-investituri fil-livell tal-konsumatur, li jistgħu ma jkunux iridu jorbtu l-kapital tagħhom għal perjodu twil ta' żmien, ELTIF għandu jkun jista' joffri, taħt ċerti kundizzjonijiet, drittijiet ta' rimbors antiċipat lill-investituri tiegħu. Għalhekk, il-maniġer ta' ELTIF għandu jingħata d-diskrezzjoni li jiddeċiedi jekk jistabbilixxix ELTIFs bi drittijiet ta' rimbors jew mingħajrhom, skont l-istrateġija ta' investiment tal-ELTIFs. Meta reġim tad-drittijiet ta' rimbors ikun fis-seħħ, dawk id-drittijiet u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom għandhom ikunu definiti b'mod ċar minn qabel u żvelati fir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF.

(37)

Sabiex l-investituri jifdu effettivament l-unitajiet u l-ishma tagħhom fi tmiem ħajjet ELTIF, il-maniġer ta' ELTIF għandu jibda jbigħ il-portafoll tal-assi tal-ELTIF fil-ħin sabiex jiżgura li l-valur tajjeb. Fl-istabbiliment ta' skeda ta' diżinvestiment b'mod ikkontrollat, il-maniġer tal-ELTIF għandu jqis il-profili ta' maturazzjoni differenti tal-investimenti kif ukoll it-tul ta' żmien meħtieġ sabiex jinstab ix-xerrej għall-assi li fihom hemm investit l-ELTIF. Minħabba li mhux prattiku li jinżammu l-limiti ta' investiment matul dan il-perjodu ta' likwidazzjoni, dawn ma għandhomx jibqgħu japplikaw meta jibda l-perjodu ta' likwidazzjoni.

(38)

Sabiex jitwessa' l-aċċess għall-ELTIFs tal-investituri fil-livell tal-konsumatur, UCITS għandha tkun tista' tinvesti f'unitajiet jew ishma maħruġa minn ELTIF sakemm l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF ikunu eliġibbli skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(39)

ELTIF għandu jkun jista' jnaqqas il-kapital tiegħu fuq bażi pro rata fil-każ li jkun neħħa wieħed mill-assi tiegħu, b'mod partikolari fil-każ ta' investiment fl-infrastruttura.

(40)

L-assi mhux ikkwotati li fihom ikun investa ELTIF jistgħu iġibu kwotazzjoni f'suq regolat matul ħajjet il-fond. Fejn dak iseħħ, l-assi jistgħu ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżit ta' dan ir-Regolament li ma jiġux ikkwotati. Sabiex il-maniġers ta' ELTIF ikunu jistgħu iċedu b'mod ikkontrollat t-tali assi li ma jkunux għadhom eliġibbli, l-assi jistgħu jibqgħu jagħmlu parti mil-limitu ta' 70 % tal-assi tal-investiment eliġibbli sa mhux aktar minn tliet snin.

(41)

Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-ELTIFs, kif ukoll tal-investituri fil-livell tal-konsumatur u dawk professjonali li jimmiraw għalihom, huwa importanti li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' trasparenza sodi li jippermettu lill-investituri prospettivi jieħdu deċiżjoni infurmata u jkunu kompletament konxji tar-riskji involuti. Minbarra l-konformità mar-rekwiżiti ta' trasparenza li jinsabu fid-Direttiva 2011/61/UE, l-ELTIFs għandhom jippubblikaw prospett li l-kontenut tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa li trid tiġi divulgata minn impriżi ta' investiment kollettiv tat-tip limitat skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (10). Fejn ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur għandha tkun obbligatorja l-pubblikazzjoni ta' dokument bl-informazzjoni ewlenija skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Barra minn hekk, xi dokumenti promozzjonali għandhom espliċitament jiġbdu l-attenzjoni għall-profil tar-riskju tal-ELTIF.

(42)

L-ELTIFs jistgħu jkunu attraenti għal investituri, bħal muniċipalitajiet, knejjes, karitajiet u fondazzjonijiet, li għandhom ikunu jistgħu jitolbu li jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali f'ċirkostanzi fejn jissodisfaw il-kundizzjonijiet tat-Taqsima II tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(43)

Billi l-ELTIFs għandhom fil-mira mhux biss investituri fil-livell tal-konsumatur iżda wkoll dawk professjonali fl-Unjoni, huwa meħtieġ li ċerti rekwiżiti jiġu miżjuda mar-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni digà stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE sabiex ikun żgurat livell xieraq ta' protezzjoni għall-investituri fil-livell tal-konsumatur. Għalhekk, għandhom ikunu disponibbli l-faċilitajiet fejn isiru s-sottoskrizzjonijiet, il-pagamenti lill-unità jew lill-azzjonisti, ix-xiri mill-ġdid jew ir-rimborż ta' unitajiet jew ishma, u jkun disponibbli t-tagħrif li l-ELTIF u l-maniġer tal-ELTIF huma mitluba jipprovdu. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-investituri fil-livell tal-konsumatur ma jkunux żvantaġġati fil-konfront ta' investituri professjonali, ċerti salvagwardji għandhom jiġu stabbiliti meta l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur. Fl-eventwalità li l-kummerċjalizzazzjoni jew il-kollokazzjoni tal-ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsumatur isiru permezz ta' distributur, tali distributur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti relevanti tad-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(44)

Il-maniġer tal-ELTIF jew id-distributur għandu jikseb l-informazzjoni meħtieġa kollha rigward l-għarfien u l-esperjenza, il-qagħda finanzjarja, l-aptit għar-riskju, l-għanijiet ta' investiment u l-perjodu ta' investiment tal-investitur fil-livell tal-konsumatur sabiex jiġi vvalutat jekk l-ELTIF huwiex adatt għall-kummerċjalizzazzjoni lil dak l-investitur fil-livell tal-konsumatur, filwaqt li jitqiesu, inter alia, l-ħajja u l-istrateġija ta' investiment ippjanata tal-ELTIF. Barra minn hekk, meta l-ħajja ta' ELTIF li jkun offrut jew ikkollokat lil investituri fil-livell tal-konsumatur jeċċedi l-għaxar snin, il-maniġer tal-ELTIF jew id-distributur għandu jindika b'mod ċar u bil-miktub li dan il-prodott jista' ma jkunx adatt għal dawk l-investituri fil-livell tal-konsumatur li ma jistgħux isostnu tali impenn illikwidu u fuq terminu twil.

(45)

Meta ELTIF jiġi kkumerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur, id-depożitarju tal-ELTIF għandu josserva d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE fir-rigward tal-entitajiet eliġibbli li jistgħu jaġixxu bħala depożitarji, ir-regola li ma tippermettix l-eżoneru mir-responsabbiltà, u l-użu mill-ġdid tal-assi.

(46)

Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur, dan ir-Regolament jipprevedi wkoll li fir-rigward tal-investituri fil-livell tal-konsumatur li l-portafoll tagħhom, magħmul minn depożiti ta' flus u strumenti finanzjarji bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument finanzjarju li ngħata bħala kollateral, ma jaqbiżx EUR 500 000, il-maniġer ta' ELTIF jew kwalunkwe distributur, wara li jkun wettaq test tal-adegwatezza u wara li jkun ipprovda pariri xierqa dwar l-investiment, għandu jiżgura li l-investitur fil-livell tal-konsumatur ma jinvestix ammont aggregat li jaqbeż l-10 % tal-portafoll tal-investitur f'ELTIFs u li l-ammont inizjali investit f'ELTIF wieħed jew aktar ma jkunx inqas minn EUR 10 000.

(47)

Taħt ċirkustanzi eċċezzjonali speċifikati fir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF, il-ħajja tal-ELTIF tista' tiġi estiża jew imnaqqsa biex tippermetti aktar flessibbiltà, fejn, pereżempju, proġett jitlesta wara jew qabel iż-żmien mistenni, biex jiġi konformi mal-istrateġija tiegħu ta' investiment fuq terminu twil.

(48)

L-awtorità kompetenti tal-ELTIF għandha tivverifika fuq bażi kontinwa jekk ELTIF jikkonformax ma' dan ir-Regolament. Billi l-awtoritajiet kompetenti diġà huma mogħtija setgħat estensivi taħt id-Direttiva 2011/61/UE, huwa meħtieġ li dawk is-setgħat jiġu estiżi biex jittieħed kont ta' dan ir-Regolament.

(49)

L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), għandha tkun kapaċi teżerċita s-setgħat kollha mogħtija lilha skont id-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward ta' dan ir-Regolament u għandha tingħata r-riżorsi kollha meħtieġa għal dak il-għan, b'mod partikolari r-riżorsi umani.

(50)

L-AETS għandu jkollha rwol ċentrali fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-ELTIFs billi tiżgura applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Bħala korp b'kompetenzi ferm speċjalizzati rigward it-titoli u s-swieq tat-titoli, ikun effiċjenti u xieraq li l-AETS tiġi fdata bit-tfassil ta' abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta' politika biex jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. Dawn l-istandards tekniċi regolatorji għandhom jikkonċernaw iċ-ċirkustanzi li fihom l-użu ta' strumenti finanzjarji derivati jservu li jiħħeġġjaw ir-riskji inerenti għall-investimenti, iċ-ċirkostanzi li fihom il-ħajja ta' ELTIF tkun twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu ta' ħajja ta' kull assi individwali tal-ELTIF, il-karatteristiċi tal-iskeda ta' assi ELTIF għal disponiment b'mod ikkontrollat, id-definizzjonijiet ta', u l-metodoloġiji ta' kalkolu tal-ispejjeż akkarigu tal-investituri, il-preżentazzjoni tal-iżvelar tal-ispejjeż, u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet li għandhom jitwaqqfu mill-ELTIFs f'kull Stat Membru li huwa biħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma.

(51)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) għandhom japplikaw bis-sħiħ għall-iskambju, it-trażmissjoni u l-ipproċessar ta data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(52)

Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu żgurati rekwiżiti uniformi għall-investimenti u l-kundizzjonijiet tal-operat għal ELTIFs fl-Unjoni, filwaqt li titqies għalkollox il-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn is-sikurezza u l-affidabbiltà tal-ELTIFs u t-tħaddim effiċjenti tas-suq għal finanzjament fuq terminu twil kif ukoll il-kost għall-partijiet interessati varji tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(53)

Dan ir-regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ħarsien tal-konsumatur, il-libertà li wieħed jopera negozju, id-dritt għal rimedju u għal proċess ġust, u l-protezzjoni tad-data personali kif ukoll l-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Dan ir-Regolament għandu jiġu applikat b'konformità ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u għan

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi għall-awtorizzazzjoni, għall-politiki ta' investiment u għall-kundizzjonijiet tal-operat tal-Fondi ta' Investiment Alternattiv (AIFs tal-UE) tal-UE jew kompartimenti tal-AIFs tal-UE, li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni Ewropea bħala fondi ta' investiment fuq terminu twil (ELTIFs).

2.   L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiġbor il-kapital u jinkanalah lejn investimenti Ewropej fuq terminu twil fl-ekonomija reali, f'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx iżidu rekwiżiti ulterjuri fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkulati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu d-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha akkarigu dirett jew indirett tal-investituri;

(2)

“investitur professjonali” tfisser investitur li huwa meqjus bħala klijent professjonali, jew li jista', fuq talba, jiġi ttrattat bħala klijent professjonali b'konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3)

“investitur fil-livell tal-konsumatur” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;

(4)

“ekwità” tfisser parteċipazzjoni azzjonarja f'impriża ta' portafoll li tikkwalifika, irrappreżentat mill-ishma jew forom oħra ta' parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, maħruġa lill-investituri tagħha;

(5)

“kważi ekwità” tfisser kwalunkwe tip ta' strument ta' finanzjament fejn ir-redditu fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx garantit bis-sħiħ;

(6)

“assi reali” tfisser assi li għandu valur minħabba n-natura u l-karatteristiċi tiegħu u li jista' jipprovdi redditi, inkluż assi infrastrutturali u assi oħra li jġibu benefiċċju ekonomiku jew soċjali, bħall-edukazzjoni, il-counselling, ir-riċerka u l-iżvilupp, i inkluż proprjetà immobiljari kummerċjali jew l-akkomodazzjoni biss meta jkunu parti integrali minn, jew element anċillari ta', proġett ta' investiment fuq terminu twil li jikkontribwixxi għall-għan tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

(7)

“impriża finanzjarja” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(b)

kumpanija tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c)

impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

(d)

kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

kumpanija azzjonarja b'attivitajiet imħallta kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f)

kumpanija maniġerjali kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(g)

AIFM kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(8)

“AIF tal-UE” tfisser AIF tal-UE kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(9)

“AIFM tal-UE” tfisser AIFM tal-UE kif definit fil-punt (l) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(10)

“awtorità kompetenti ta' ELTIF” tfisser awtorità kompetenti tal-AIF tal-UE fit-tifsira tal-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(11)

“l-Istat Membru ta' domiċilju tal-ELTIF” tfisser l-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa awtorizzat;

(12)

“maniġer tal-ELTIF” tfisser l-AIFM tal-UE awtorizzat biex jimmaniġġja ELTIF jew l-ELTIF immaniġġjat internament meta l-forma ġuridika tal-ELTIF tippermetti maniġment intern u meta ma jkun inħatar ebda AIFM estern;

(13)

“awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM tal-UE fit-tifsira tal-punt (q) tal-Artikolu 4(1)tad-Direttiva 2011/61/UE;

(14)

“għoti b'self ta' titoli” u “teħid b'self ta' titoli” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li fiha kontroparti tittrasferixxi titoli soġġett għal impenn li l-mutwatarju se jagħti lura titoli ekwivalenti f'xi data futura jew meta jintalab jagħmel hekk mit-trasferitur, bit-tranżazzjoni titqies bħala għoti b'self ta' titoli għall-kontroparti li tittrasferixxi t-titoli u titqies bħala teħid b'self ta' titoli għall-kontroparti li huma ttrasferiti lilha;

(15)

“tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid” tfisser tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid kif definit fil-punt (83) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16)

“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(17)

“bejgħ qasir” tfisser attività kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(18)

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(19)

“faċilità multilaterali tan-negozjar” tfisser faċilità tan-negozjar kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 3

L-awtorizzazzjoni u r-reġistru pubbliku ċentrali

1.   ELTIF jista' jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni biss meta jkun ġie awtorizzat b'konformità ma' dan ir-Regolament. L-awtorizzazzjoni ta' ELTIF hija valida fl-Istati Membri kollha..

2.   L-AIFs tal-UE biss huma eliġibbli biex japplikaw għal awtorizzazzjoni u biex jingħataw awtorizzazzjoni bħala ELTIF

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-ELTIFs, fuq bażi trimestrali, jinfurmaw lill-AETS bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irtirati skont dan ir-Regolament.

L-AETS żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull ELTIF awtorizzat skont dan ir-Regolament, il-maniġer tal-ELTIF u l-awtorità kompetenti fuq l-ELTIF. Ir-reġistru jkun disponibbli f'format elettroniku.

Artikolu 4

Id-deżinjazzjoni u l-projbizzjoni fuq transformazzjoni

1.   Id-deżinjazzjoni “ELTIF” jew “fond Ewropew ta' investiment fuq terminu twil” fir-rigward ta' impriża ta' investiment kollettiv, jew l-unitajiet jew ishma li toħroġ, tista' tintuża biss fejn l-impriża ta' investiment kollettiv tkun ġiet awtorizzata skont dan ir-Regolament.

2.   L-ELTIFs għandhom jiġu pprojbiti milli jittrasformaw ruħhom f'impriżi ta' investiment kollettiv li mhumiex koperti b'dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF

1.   Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF għandha ssir għand l-awtorità kompetenti tal-ELTIF.

L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni;

(b)

informazzjoni dwar l-identità tal-maniġer propost tal-ELTIF u dwar l-esperjenza u l-istorja attwali u preċedenti tiegħu ta' ġestjoni ta' fondi;

(c)

informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;

(d)

deskrizzjoni tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-investituri, li tinkludi deskrizzjoni tal-arranġamenti biex jiġu ttrattati l-ilmenti mressqa minn investituri fil-livell tal-konsumatur.

L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' titlob kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti skont it-tieni subparagrafu.

2.   AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biss jista' japplika għand l-awtorità kompetenti tal-ELTIF sabiex ikollu l-approvazzjoni biex jimmaniġġja ELTIF li għaliha hija rikjesta l-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1. Fil-każ li l-awtorità kompetenti tal-ELTIF tkun l-istess bħall-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE, tali applikazzjoni għal approvazzjoni tirreferi għad-dokumentazzjoni ppreżentata għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2011/61/UE.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni għall-immaniġġjar ta' ELTIF tinkludi dan li ġej:

(a)

il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju;

(b)

l-informazzjoni dwar l-arranġamenti għad-delegazzjoni fir-rigward tal-portafoll kif ukoll tal-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-ELTIF;

(c)

l-informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-AIFs li l-AIFM tal-UE ikun awtorizzat jimmaniġġja.

L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, jew attestat dwar jekk l-ELTIFs jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mill-AIFM tal-UE biex jimmaniġġja l-AIFs. L-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE għandha tagħti risposta fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data li fiha tkun irċeviet it-talba ppreżentata mill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.

3.   L-applikanti għandhom jiġu infurmati fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni sħiħa dwar jekk ingħatatx awtorizzazzjoni għal ELTIF, inkluż l-approvazzjoni tal-AIFM tal-UE biex jimmaniġġja l-ELTIF.

4.   Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.

5.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, AIF tal-UE li l-forma ġuridika tiegħu tippermetti mmaniġġjar intern u li l-bord ta' tmexxija tiegħu jagħżel li ma jaħtarx AIFM estern, għandu japplika simultanjament għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF skont dan ir-Regolament u bħala AIFM skont id-Direttiva 2011/61/UE.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/61/UE, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF immaniġġjat internament għandha inkludi li ġej:

(a)

ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni;

(b)

deskrizzjoni tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-investituri, li tinkludi deskrizzjoni tal-arranġamenti biex jiġu ttrattati l-ilmenti mressqa minn investituri fil-livell tal-konsumatur;

B'deroga mill-paragrafu 3, AIF tal-UE mmaniġġjat internament għandu jiġi infurmat fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni sħiħa dwar jekk ingħatatx awtorizzazzjoni bħala ELTIF.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bħala ELTIF

1.   AIF tal-UE għandu jiġi awtorizzat bħala ELTIF biss fejn l-awtorità kompetenti tiegħu:

(a)

tkun sodisfatta li l-AIF tal-UE huwa kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament;

(b)

tkun approvat l-applikazzjoni tal-AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biex jimmaniġġja l-ELTIF, ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni u l-għażla tad-depożitarju.

2.   Fil-każ li AIF tal-UE jagħmel applikazzjoni skont l-Artikolu 5(5) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-AIF tal-UE biss meta tkun sodisfatta li l-AIF tal-UE jikkonforma mar-rekwiżiti kemm ta' dan ir-Regolament kif ukoll tad-Direttiva 2011/61/UE rigward l-awtorizzazzjoni ta' AIFM tal-UE.

3.   L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' tirrifjuta li tapprova l-applikazzjoni ta' AIFM tal-UE biex jimmaniġġja ELTIF meta l-AIFM tal-UE:

(a)

ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament;

(b)

ma jkunx konformi mad-Direttiva 2011/61/UE;

(c)

mhuwiex awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex jimmaniġġja l-AIFs li jsegwu strateġiji ta' investiment tat-tip koperti b'dan ir-Regolament; jew

(d)

ma pprovdiex id-dokumenti msemmija fil-Artikolu 5(2), jew xi kjarifika jew informazzjoni mitluba taħtu.

Qabel ma l-awtorità kompetenti ta' ELTIF tirrifjuta li tapprova applikazzjoni, hija għandha tikkonsulta l-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE.

4.   L-awtorità kompetenti tal-ELTIF m'għandiex tagħti awtorizzazzjoni bħala ELTIF lill-AIF tal-UE li jkun applika għall-awtorizzazzjoni jekk huwa legalment ipprojbit milli jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tiegħu fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu.

5.   L-awtorità kompetenti tal-ELTIF għandha tikkomunika lill-AIF tal-UE ir-raġuni għalfejn irrifjutat li tagħti l-awtorizzazzjoni bħala ELTIF.

6.   Applikazzjoni li ġiet rifjutata taħt dan l-Kapitolu ma terġax tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra.

7.   L-awtorizzazzjoni bħala ELTIF m'għandiex tkunx suġġetta għar-rekwiżit li l-ELTIF ikun immaniġġjat minn AIFM tal-UE li jkun awtorizzat fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-ELTIF, jew li l-AIFM tal-UE iwettaq jew jiddelega kwalunkwe attività fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-ELTIF.

Artikolu 7

Ir-regoli applikabbli u r-responsabbiltajiet

1.   L-ELTIF għandu jkun konformi f'kull ħin mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2.   ELTIF u l-maniġer tal-ELTIF għandhom ikunu konformi f'kull ħin mad-Direttiva 2011/61/UE.

3.   Il-maniġer tal-ELTIF għandu r-responsabbiltà għall- konformità ma' dan ir-Regolament u għandu kun responsabbli wkoll skont id-Direttiva 2011/61/UE għal kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament. Il-maniġer tal-ELTIF għandu jkun responsabbli wkoll għal telf jew danni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

OBBLIGI LI JIKKONĊERNAW IL-POLITIKI TA' INVESTIMENT TAL-ELTIFs

TAQSIMA 1

Ir-regoli ġenerali u l-assi eliġibbli

Artikolu 8

Il-kompartimenti ta' investiment

Meta ELTIF jinkludi iżjed minn kompartiment ta' investiment wieħed, kull kompartiment għandu jitqies bħala ELTIF separat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 9

L-investimenti eliġibbli

1.   B'konformità mal-għanijiet msemmija fl-Artikolu 1(2), ELTIF għandu jinvesti biss f'dawn il-kategoriji ta' assi u taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f'dan ir-Regolament biss:

(a)

assi ta' investiment eliġibbli;

(b)

l-assi msemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE.

2.   ELTIF m'għandu jagħmel l-ebda waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-bejgħ qasir ta' assi;

(b)

jesponi ruħu b'mod dirett jew indirett għall-komoditajiet, anke permezz ta' strumenti finanzjarji derivati, ċertifikati li jirrappreżentawhom, indiċi bbażati fuqhom jew kwalunkwe mezz jew strument li jagħtihom esponiment;

(c)

jidħol f'għoti b'self ta' titoli, f'teħid ta' self ta' titoli, fi tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, jew fi kwalunkwe ftehim ieħor li jkollu effett ekonomiku ekwivalenti u jġib riskji simili, jekk b'hekk ikun affettwati aktar minn 10 % tal-assi tal-ELTIF;

(d)

juża strumenti finanzjarji derivati, ħlief meta l-użu ta' tali strumenti jaqdi biss l-iskop li jiġu ħħeġġjati r-riskji inerenti għal investimenti oħrajn tal-ELTIF.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-AETS, wara li twettaq konsultazzjoni pubblika, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifika kriterji għall-istabbiliment taċ-ċirkustanzi li fihom l-użu ta' strumenti finanzjarji derivati jservu unikament l-iskop li jiħħeġġjaw ir-riskji inerenti għall-investimenti msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2.

L-AETS tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Settembru 2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 10

L-assi ta' investiment eliġibbli

Assi msemmi fil-punt (a) ta-Artikolu 9(1) għandu jkun eliġibbli għal investiment permezz ta' ELTIF biss jekk jaqa' f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

strumenti ta' ekwità jew kważi ekwità li ġew:

(i)

maħruġa minn impriża ta' portafoll li tikkwalifika u mixtrija mill-ELTIF mill-impriża ta' portafoll li tikkwalifika jew minn parti terza permezz tas-suq sekondarju;

(ii)

maħruġa minn impriża ta' portafoll li tikkwalifika bi skambju għal strument ta' ekwità jew kważi ekwità akkwistat preċedentement mill-ELTIF mingħand l-impriża ta' portafoll li tikkwalifika jew minn parti terza permezz tas-suq sekondarju;

(iii)

maħruġa minn impriża li l-impriża ta' portafoll li tikkwalifika tagħha hija sussidjarja li tappartjeni b'maġġoranza, bi skambju ma' strument ta' ekwità jew kważi ekwità akkwistat skont il-punti (i) jew (ii) mill-ELTIF mill-impriża ta' portafoll li tikkwalifika jew minn parti terza permezz tas-suq sekondarju;

(b)

strumenti ta' dejn maħruġa minn impriża ta' portafoll li tikkwalifika;

(c)

self mogħti mill-ELTIF lil impriża ta' portafoll li tikkwalifika b'maturità mhux itwal mill-ħajja tal-ELTIF;

(d)

unitajiet jew ishma ta' ELTIF wieħed jew ta' diversi ELTIFs oħra, EuVECAs u EuSEFs, dejjem jekk dawn l-ELTIFs, l-EuVECAs u l-EuSEFs ma jkunux huma stess investew aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom f'ELTIFs.

(e)

parteċipazzjoni diretta jew parteċipazzjonijiet indiretti permezz ta' impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw ta' assi reali individwali b'valur ta' mill-inqas EUR 10 000 000, jew l-ekwivalenti tiegħu fil-valuta u fil-mument li fihom ssir in-nefqa.

Artikolu 11

Impriża ta' portafoll li tikkwalifika

1.   Impriża ta' portafoll li tikkwalifika, imsemmija fl-Artikolu 10, għandha tkun impriża ta' portafoll li mhijiex impriża ta' investiment kollettiv li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

mhijiex impriża finanzjarja;

(b)

hija impriża li:

(i)

mhijiex ammessa għan-negozjar f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar; jew

(ii)

hija ammessa għan-negozjar f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar u fl-istess ħin għandha kapitalizzazzjoni tas-suq ta' mhux aktar minn EUR 500 000 000;

(c)

tkun stabbilita fi Stat Membru, jew f'pajjiż terz sakemm il-pajjiż terz:

(i)

mhuwiex ġurisdizzjoni ta' riskju għoli u mhux kooperattiv kif identifikat mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja;

(ii)

ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF u ma' kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF, sabiex ikun assigurat li l-pajjiż terz jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD dwar l-introjtu u l-kapital, u jiżgura skambju ta' informazzjoni effikaċi fil-kwistjonijiet fiskali, fosthom kwalunkwe ftehim fiskali multilaterali;

2.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, impriża ta' portafoll li tikkwalifika tista' tkun impriża finanzjarja li tiffinanzja esklużivament l-impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew l-assi reali msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 10.

Artikolu 12

Il-kunflitt ta' interessi

ELTIF m'gћandux jinvesti f'assi ta' investiment eliġibbli li l-maniġer tal-ELTIF ikollu jew qed jieħu interess fihom dirett jew indirett, ħlief jekk mhux f'unitajiet jew ishma ta' parteċipazzjoni tal-ELTIFs, il-EuSEFs jew l-EuVECAs li jimmaniġġja.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet dwar politiki ta' investiment

Artikolu 13

Is-sura tal-portafoll u d-diversifikazzjoni

1.   ELTIF għandu jinvesti mill-inqas 70 % tal-kapital tiegħu f'assi ta' investiment eliġibbli.

2.   ELTIF m'gћandux jinvesti iktar minn:

(a)

10 % tal-kapital tiegħu fi strumenti maħruġa minn, jew self mogħti lil, kwalunkwe impriża ta' portafoll li tikkwalifika;

(b)

10 % tal-kapital tiegħu direttament jew indirettament f'assi reali uniku;

(c)

10 % tal-kapital tiegħu f'unitajiet jew ishma ta' kwalunkwe ELTIF, EuVECA jew EuSEF uniku;

(d)

5 % tal-kapital tiegħu f'assi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) fejn dawn l-assi jkunu nħarġu minn kwalunkwe korp uniku.

3.   Il-valur aggregat ta' unitajiet jew ishma ta' ELTIFs, EuvECAs u EuSEFs f'portafoll ta' ELTIF m'għandux jaqbeż l-20 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.

4.   L-esponiment aggregat għar-riskju ta' kontroparti tal-ELTIF li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta' derivattivi barra l-borża (OTC), ftehimiet ta' xiri mill-ġdid jew ftehimiet ta' xiri bil-patt ta' bejgħ mill-ġdid m'għandux jaqbeż il-5 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.

5.   B'deroga mill-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, ELTIF jista' jżid il-limitu ta' 10 % msemmi fih għal 20 %, dejjem jekk il-valur aggregat ta' assi fil-pussess tal-ELTIF f'impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw u f'assi reali individwali li jinvesti fihom aktar minn 10 % tal-kapital tiegħu, ma jaqbiżx l-40 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.

6.   B'deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 2, ELTIF jista' jgħolli l-limitu ta' 5 % msemmi fih għal 25 % meta bonds jinħarġu minn istituzzjoni ta' kreditu li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru u hija soġġetta bil-liġi għal superviżjoni pubblika speċjali maħsuba biex tipproteġi d-detentur ta' bonds. B'mod partikolari, somom li jirriżultaw mill-ħruġ ta' dawk il-bonds għandhom jiġu investiti b'konformità mal-liġi f'assi li, tul il-perjodu kollu tal-validità tal-bonds, ikunu jistgħu jkopru pretensjonijiet marbuta mal-bonds u li, fil-każ ta' nuqqas min-naħa tal-emittent, ikunu użati fuq bażi ta' prijorità għar-rimbors tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax akkumulat.

7.   Kumpaniji li huma inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta' kontijiet konsolidati, kif irregolati bid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti ta' kontabbiltà, għandhom jitqiesu bħala impriża unika ta' portafoll li tikkwalifika jew korp uniku għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti li jinsabu f'dan fil-paragrafi minn 1 sa 6.

Artikolu 14

Rettifika tal-pożizzjonijiet ta' investiment

Fil-każ li ELTIF jikser ir-rekwiżiti ta' diversifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 13(2) sa 13(6) u l-ksur ma jkunx fil-kontroll tal-maniġer tal-ELTIF, il-maniġer tal-ELTIF, għandu jieħu, f'perjodu ta' żmien xieraq, dawk il-miżuri li jkunu neċessarji biex jirrettifika l-pożizzjoni, b'kont meħud tal-interessi tal-investituri tal-ELTIF.

Artikolu 15

Il-konċentrazzjoni

1.   ELTIF ma jistax jakkwista' aktar minn 25 % tal-unitajiet jew l-ishma ta' ELTIF, EuVECA jew EuSEF uniku.

2.   Il-limiti ta' konċentrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2009/65/KE japplikaw għal investimenti fl-assi li hemm referenza għalihom fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 16

It-teħid ta' self ta' flus

1.   ELTIF jista' jissellef flus sakemm dan is-self jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jirrappreżenta mhux aktar minn 30 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF;

(b)

isir bl-iskop li jsir investiment f'assi ta' investiment eliġibbli, bl-eċċezzjoni ta' self imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 10, sakemm il-parteċipazzjonijiet fi flus jew ekwivalenti ta' flus tal-ELTIF ma jkunux biżżejjed biex isir l-investiment ikkonċernat;

(c)

ikun ikkuntrattat fl-istess valuta bħal l-assi li għandhom jiġu akkwistati bil-flus mislufa;

(d)

ikollu maturità mhux itwal mill-ħajja tal-ELTIF;

(e)

il-piż jaqa' fuq assi li ma jirrappreżentawx aktar minn 30 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.

2.   Il-maniġer tal-ELTIF jispeċifika fil-prospett tal-ELTIF jekk għandux l-intenzjoni li jissellef flus jew le bħala parti mill-istrateġija ta' investiment tiegħu.

Artikolu 17

L-applikazzjoni tas-sura tal-portafoll u r-regoli ta' diversifikazzjoni

1.   Il-limiti ta' investiment stabbiliti fl-Artikolu 13(1) għandhom:

(a)

japplikaw sad-data speċifikata fir-regoli jew fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF;

(b)

ma jibqgħux japplikaw ladarba l-ELTIF jibda jbigħ l-assi sabiex jirrimborża l-unitajiet jew l-ishma tal-investituri wara t-tmiem ħajjet l-ELTIF;

(c)

jiġu temporanjament sospiżi meta ELTIF jiġbor kapital addizzjonali jew inaqqas il-kapital eżistenti tiegħu, sakemm tali sospensjoni ma tkunx itwal minn 12-il xahar.

Id-data msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tieħu kont tal-karatteristiċi partikulari u l-karatteristiċi tal-assi li ser jiġu investiti mill-ELTIF, u m'għandhiex tkun aktar tard jew minn ħames snin wara d-data tal-awtorizzazzjoni bħala ELTIF, jew inkella nofs il-ħajja tal-ELTIF kif determinat skont l-Artikolu 18 (3), skont liema tiġi l-ewwel. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tal-ELTIF, meta jiġi ppreżentat pjan ta' investiment debitament ġustifikat, tista' tapprova estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien b' mhux iktar minn sena.

2.   Meta assi ta' terminu twil li ELTIF ikun investa fih jinħareġ minn impriża ta' portafoll li tikkwalifika, li m'għadhiex konformi mal-punt (b) tal-Artikolu 11(1), l-assi ta' terminu twil jista' jkompli jingħadd għall-iskop tal-kalkolu tal-limitu ta' investiment msemmi fl-Artikolu 13(1) għall-massimu ta' tliet snin mid-data li fiha l-impriża ta' portafoll li tikkwalifika ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (b) tal-Artikolu 11(1).

KAPITOLU III

IR-RIMBORS, IN-NEGOZJAR U L-ĦRUĠ TA' UNITAJIET JEW ISHMA TA' ELTIF U D-DISTRIBUZZJONI TAR-RIKAVAT U KAPITAL

Artikolu 18

Il-politika ta' rimbors u l-ħajja ta' ELTIFs

1.   L-investituri f'ELTIF ma għandhomx ikunu jistgħu jitolbu r-rimbors tal-unitajiet jew tal-ishma tagħhom qabel tmiem ħajjet l-ELTIF. Ir-rimborsi lill-investituri għandhom ikunu possibbli mill-jum ta' wara d-data li ttemm ħajjet l-ELTIF.

Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF għandhom jindikaw data speċifika għal tmiem ħajjet l-ELTIF u jistgħu jipprevedu d-dritt ta' estensjoni temporanja tal-ħajja tal-ELTIF u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' tali dritt.

Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF u l-iżvelar lill-investituri għandhom jistipulaw il-proċeduri għar-rimbors tal-unitajiet jew ishma u d-disponiment tal-assi, u jiddikjaraw b'mod ċar li r-rimborsi lill-investituri jibdew fil-jum ta' wara d-data ta' tmiem ħajjet l-ELTIF.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF jistgħu jipprevedu l-possibbiltà ta' rimborsi qabel tmiem ħajjet l-ELTIF, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

r-rimborsi ma jingħatawx qabel id-data speċifikata fil-punt (a) tal-Artikolu 17(1);

(b)

meta tingħata l-awtorizzazzjoni u tul il-ħajja tal-ELTIF, il-maniġer tal-ELTIF ikun jista' juri lill-awtoritajiet kompetenti li sistema xierqa ta' mmaniġġjar tal-likwidità u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ tar-riskju ta' likwidità tal-ELTIF ikunu fis-seħħ, li jkunu kompatibbli mal-istrateġija ta' investiment tal-ELTIF fuq terminu twil u mal-politika proposta ta' rimbors;

(c)

il-maniġer tal-ELTIF jiddefinixxi politika ta' rimbors definita, li tindika b'mod ċar il-perjodi ta' żmien li matulhom l-investituri jistgħu jitolbu rimborsi;

(d)

il-politika ta' rimbors tal-ELTIF tiżgura li l-ammont globali ta' rimborsi f'perjodu partikolari jkun limitat għal perċentwal ta' dawk l-assi tal-ELTIF li huma msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1). Dan il-perċentwal għandu jkun allinjat mal-istrateġija ta' mmaniġġjar u investiment tal-likwidità ddivulgata mill-maniġer tal-ELTIF;

(e)

il-politika ta' rimbors tal-ELTIF tiżgura li l-investituri jiġu ttrattati b'mod ġust u r-rimborsi jingħataw fuq bażi pro rata jekk l-ammont totali ta' talbiet għal rimborsi fi ħdan perjodu ta' żmien partikolari jaqbeż il-perċentwal msemmi fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu.

3.   Ħajjet ELTIF għandha tkun konsistenti man-natura fuq terminu twil tal-ELTIF u tkun twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja ta' kull assi individwali tal-ELTIF, imkejla skont il-profil ta' illikwidità u ċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tal-assi, u l-objettiv tal-investiment iddikjarat tal-ELTIF.

4.   L-investituri jistgħu jitolbu l-likwidazzjoni ta' ELTIF jekk it-talbiet ta' rimbors tagħhom, magħmula skont il-politika ta' rimbors tal-ELTIF, ma jiġux issodisfati fi żmien sena mid-data li saru fiha.

5.   L-investituri dejjem għandu jkollhom l-għażla li jitħallsu lura fi flus.

6.   Il-ħlas lura in natura mill-assi ta' ELTIF għandu jkun possibbli biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF jipprevedu din il-possibbiltà, sakemm l-investituri kollha jiġu ttrattati b'mod ġust;

(b)

l-investitur jitlob bil-miktub biex jitħallas lura permezz ta' sehem mill-assi tal-ELTIF;

(c)

l-ebda regola speċifika ma tirrestrinġi t-trasferiment ta' dawn l-assi.

7.   L-AETS tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi li fihom ħajjet ELTIF hija meqjusa twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja ta' kull assi individwali tal-ELTIF, kif imsemmi fil-paragrafu 3.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Settembru 2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19

Is-suq sekondarju

1.   Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF m'għandhomx jimpedixxu unitajiet jew ishma tal-ELTIF milli jiġu ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar.

2.   Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF m'għandhomx jimpedixxu lill-investituri milli jittrasferixxu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom liberament lil partijiet terzi li ma jkunux il-maniġer tal-ELTIF.

3.   ELTIF għandu jippubblika fir-rapporti perjodiċi tiegħu l-valur tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma — kkwotati tiegħu flimkien mal-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem.

4.   F'każ li jkun hemm bidla materjali fil-valur ta' assi, il-maniġer tal-ELTIF għandu jiżvela dan lill-investituri fir-rapporti li jagħmel minn żmien għal żmien.

Artikolu 20

Il-ħruġ ta' jew unitajiet jew ishma ġodda

1.   ELTIF jista' joffri l-ħruġ ta'unitajiet jew ishma ġodda skont ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tiegħu.

2.   ELTIF m'għandux joħroġ unitajiet jew ishma ġodda bi prezz taħt il-valur nett tal-assi tagħhom mingħajr ma l-ewwel joffri dawk l-unitajiet jew ishma b'dak il-prezz lill-investituri eżistenti fl-ELTIF.

Artikolu 21

Id-disponiment tal-assi tal-ELTIF

1.   ELTIF għandu jadotta skeda ddettaljata għad-disponiment ikkontrollat tal-assi tiegħu sabiex l-investituri jkollhom rimborż wara tmiem ħajjet l-ELTIF u jiżvela dan lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF sa mhux aktar tard minn sena qabel id-data ta' tmiem ħajjet l-ELTIF.

2.   L-iskeda msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi:

(a)

evalwazzjoni tas-suq għal xerrejja potenzjali;

(b)

evalwazzjoni u tqabbil ta' prezzijiet tal-bejgħ potenzjali;

(c)

valutazzjoni tal-assi li għandhom jiġu ċeduti;

(d)

żmien għall-iskeda ta' disponiment.

3.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li jridu jintużaw għall-evalwazzjonijiet fil-punt (a) u l-valutazzjoni fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Settembru 2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 22

Distribuzzjoni tar-rikavat u l-kapital

1.   ELTIF jista' regolarment iqassam lill-investituri r-rikavati ġġenerati mill-assi li jinsabu fil-portafoll. Dak ir-rikavat għandu jkun magħmul minn:

(a)

rikavat li l-assi qed jipproduċu b'mod regolari;

(b)

apprezzament kapitali li jseħħ wara d-disponiment ta' assi.

2.   Ir-rikavat ma għandux jiġi distribwit sal-punt li hu meħtieġ għall-impenji futuri tal-ELTIF.

3.   ELTIF jista' jnaqqas il-kapital tiegħu fuq bażi pro rata f'każ ta' disponiment ta' assi ta' qabel tmiem ħajjet l-ELTIF, sakemm tali disponiment jitqies debitament li huwa fl-interessi tal-investituri mill-maniġer tal-ELTIF.

4.   Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF għandhom jispeċifikaw l-politika ta' distribuzzjoni li l-ELTIF sejjer jadotta matul ħajtu.

KAPITOLU IV

IR-REKWIŻITI TA' TRASPARENZA

Artikolu 23

It-trasparenza

1.   L-unitajiet jew l-ishma ta' ELTIF ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' prospett.

L-unitajiet jew l-ishma ta' ELTIF ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur fl-Unjoni qabel ma jiġi ppubblikat id-dokument bl-informazzjoni ewlenija skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

2.   Il-prospett għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja kollha biex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni infurmata rigward l-investiment propost lilhom u, b'mod partikolari, tar-riskji li jinvolvi.

3.   Il-prospett għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet kif l-għanijiet u l-istrateġija ta' investiment ta' ELTIF sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet jikkwalifikaw lill-Fond bħala ta' terminu twil fin-natura tiegħu;

(b)

l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi ta' investiment kollettiv tat-tip limitat skont id-Direttiva 2003/71/KE u r-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(c)

l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata lill-investituri skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(d)

indikazzjoni prominenti tal-kategoriji tal-assi li fihom l-ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti;

(e)

indikazzjoni prominenti tal-ġurisdizzjonijiet li fihom l-ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti;

(f)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala relevanti għall-iskopijiet tal-paragrafu 2.

4.   Il-prospett u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor għandhom jinfurmaw b'mod prominenti lill-investituri dwar in-natura illikwida tal-ELTIF.

B'mod partikolari, il-prospett u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor b'mod ċar:

(a)

jinforma lill-investituri dwar in-natura ta' terminu twil tal-investimenti tal-ELTIF;

(b)

jinforma lill-investituri dwar tmiem ħajjet l-ELTIF, kif ukoll l-għażla li jestendu l-ħajja tal-ELTIF, fejn din hija prevista, u l-kundizzjonijiet għal dan;

(c)

jiddikjara jekk hemmx il-ħsieb li l-ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur;

(d)

jispjega d-drittijiet tal-investituri li jifdu l-investiment tagħhom skont l-Artikolu 18 u r-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-ELTIF;

(e)

jiddikjara l-frekwenza u l-iskeda ta' distribuzzjoni tar-rikavat, jekk ikun hemm, lill-investituri matul ħajjet l-ELTIF;

(f)

jagħti parir lill-investituri li proporzjon żgħir biss tal-portafoll ta' investiment globali tagħhom għandu jiġi investit f'ELTIF;

(g)

jiddeskrivi l-politika ta' ħħeġġjar tal-ELTIF, inkluża indikazzjoni prominenti li l-istrumenti finanzjarji derivati jistgħu jintużaw biss għall-iskop ta' riskji ta' ħħeġġjar inerenti għal investimenti oħra tal-ELTIF, u indikazzjoni tal-impatt possibbli tal-użu tal-istrumenti finanzjarji derivati fuq il-profil tar-riskju tal-ELTIF;

(h)

jinforma lill-investituri dwar ir-riskji relatati mal-investiment fl-assi reali, inkluża l-infrastruttura;

(i)

jinforma lill-investituri regolarment, tal-anqas darba fis-sena, dwar il-ġurisdizzjonijiet li l-ELTIF investa fihom.

5.   Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE, ir-rapport annwali ta' ELTIF għandu jkun fih li ġej:

(a)

rendikont tal-flussi ta' flus;

(b)

informazzjoni dwar kull parteċipazzjoni fi strumenti li jinvolvu l-fondi baġitarji tal-Unjoni;

(c)

informazzjoni dwar il-valur tal-impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw individwali u l-valur ta' assi oħra li l-ELTIF investa fihom, inkluż il-valur tal-istrumenti finanzjarji derivati użati;

(d)

informazzjoni dwar il-ġurisdizzjonijiet li fihom jinsabu l-assi tal-ELTIF.

6.   Fuq it-talba ta' investitur fil-livell tal-konsumatur, il-maniġer tal-ELTIF għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali rigward il-limiti kwantitattivi li japplikaw għall-ġestjoni tar-riskji tal-ELTIF, il-metodi magħżula għal dak il-għan, u l-evoluzzjoni riċenti tar-riskji prinċipali u r-renditi ewlenin tal-kategoriji ta'assi.

Artikolu 24

Rekwiżiti addizzjonali tal-prospett

1.   ELTIF għandu jibgħat il-prospett tiegħu u kull emenda li ssirlu, kif ukoll ir-rapport annwali tiegħu, lill-awtoritajiet kompetenti tal-ELTIF. Fuq talba, ELTIF għandu jipprovdi dik id-dokumentazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF. Din id-dokumentazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-ELTIF fil-perjodu ta' żmien speċifikat minn dawn l-awtoritajiet kompetenti.

2.   Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF għandhom jiffurmaw parti integrali mill-prospett u jiġu annessi miegħu.

Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx ikunu meħtieġa li jiġu annessi mal-prospett fejn l-investitur jiġi infurmat li, fuq talba, dawk id-dokumenti sejrin jintbagħtu lill-investitur jew l-investitur jiġi infurmat dwar il-post fejn, f'kull Stat Membru li fih l-unitajiet jew ishma jitqiegħdu fis-suq, huwa jista' jikkonsultahom.

3.   Il-prospett jispeċifika il-mod li bih ir-rapport annwali jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-investituri. Huwa għandu jipprevedi li kopja stampata tar-rapport annwali għandha tintbagħat lill-investituri fil-livell tal-konsumatur fuq talba u mingħajr ħlas.

4.   Il-prospett u l-aħħar rapporti annwali ppubblikat jingħataw lill-investituri fuq talba u mingħajr ħlas.

Il-prospett jista' jiġi pprovdut f'mezz durabbli jew permezz ta' sit web. Kopja stampata tingħata lill-investituri fil-livell tal-konsumatur fuq talba u mingħajr ħlas.

5.   L-elementi essenzjali tal-prospett għandhom jinżammu aġġornati.

Artikolu 25

L-iżvelar tal-ispejjeż

1.   Il-prospett għandu jinforma b'mod prominenti lill-investituri dwar il-livell tal-ispejjeż differenti direttament jew indirettament akkarigu tal-investituri. L-ispejjeż differenti għandhom jiġu miġbura skont l-intestaturi li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż tal-istabbiliment tal-ELTIF;

(b)

spejjeż relatati mal-akkwist tal-assi;

(c)

it-tariffi tal-immaniġġjar u relatati mal-prestazzjoni;

(d)

l-ispejjeż tad-distribuzzjoni;

(e)

spejjeż oħra, inklużi spejjeż ta' amministrazzjoni, regolatorji, ta' depożitu, ta' kustodja, ta' servizz professjonali u ta' awditjar.

2.   Il-prospett għandu jiżvela l-proporzjon globali tal-ispejjeż għall-kapital tal-ELTIF.

3.   L-AETS tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-definizzjonijiet komuni, il-metodoloġiji ta' kalkolu u l-formati ta' preżentazzjoni tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-proporzjon globali msemmi fil-paragrafu 2.

L-AETS, meta tkun qed tiżviluppa dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, tqis l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

L-AETS tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Settembru 2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU V

IL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TA' UNITAJIET JEW ISHMA TAL-ELTIFs

Artikolu 26

Faċilitajiet disponibbli għall-investituri

1.   Il-maniġer ta' ELTIF li l-unitajiet jew l-ishma tiegħu jkunu maħsuba biex jiġu kummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur, f'kull Stat Membru fejn għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza tali unitajiet jew ishma, għandu jistabbilixxi faċilitajiet fejn isiru sottoskrizzjonijiet, pagamenti lill-azzjonisti tal-unitajiet jew ishma, xiri mill-ġdid jew rimbors tal-unitajiet jew l-ishma u fejn tiġi pprovduta l-informazzjoni li l-ELTIF u l-maniġer tal-ELTIF huma mitluba jipprovdu.

2.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-infrastruttura teknika tagħhom u l-kontenut tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-investituri fil-livell tal-konsumatur.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Settembru 2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 27

Proċess ta' valutazzjoni intern għall-ELTIFs kummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur

1.   Il-maniġer ta' ELTIF, li l-unitajiet jew l-ishma tiegħu huma maħsuba biex jiġu kummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur, għandu jistabbilixxi u japplika proċess intern għall-valutazzjoni ta' dak l-ELTIF qabel ma jiġi kummerċjalizzat jew distribwit lil investituri fil-livell tal-konsumatur.

2.   Bħala parti mill-proċess intern imsemmi fil-paragrafu 1, il-maniġer tal-ELTIF għandu jivvaluta jekk l-ELTIF huwiex adatt għall-kummerċjalizzazzjoni lil investituri fil-livell tal-konsumatur, filwaqt li jitqiesu tal-anqas:

(a)

il-ħajja tal-ELTIF; u

(b)

l-istrateġija ta' investiment maħsuba tal-ELTIF;

3.   Il-maniġer tal-ELTIF għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kwalunkwe distributur l-informazzjoni adegwata kollha dwar ELTIF li huwa kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur, inkluża l-informazzjoni kollha li tirrigwarda l-ħajja tiegħu u l-istrateġija ta' investiment, kif ukoll il-proċess ta' valutazzjoni intern u l-ġurisdizzjonijiet li fihom l-ELTIF jista' jinvesti.

Artikolu 28

Rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw id-distribuzzjoni tal-ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsumatur

1.   Meta joffri jew jikkolloka ELTIF direttament lil investitur fil-livell tal-konsumatur, il-maniġer tal-ELTIF għandu jikseb l-informazzjoni rigward dan li ġej:

(a)

l-għarfien u l-esperjenza tal-investitur fil-livell tal-konsumatur fil-qasam ta' investiment rilevanti għall-ELTIF;

(b)

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-investitur fil-livell tal-konsumatur, inkluża l-kapaċità ta' dak l-investitur li isostni telf;

(c)

u l-għanijiet ta' investiment tal-investitur fil-livell tal-konsumatur, inkluż l-orizzont temporali ta' dak l-investitur,

Abbażi tal-informazzjoni miksuba taħt l-ewwel paragrafu, il-maniġer tal-ELTIF għandu jirrakkomanda l-ELTIF biss jekk dan ikun adatt għall-investitur fil-livell tal-konsumatur partikolari.

2.   Meta l-ħajja ta' ELTIF li jkun offrut jew ikkollokat lil investituri fil-livell tal-konsumatur jeċċedi 10 snin, il-maniġer tal-ELTIF jew id-distributur għandu joħroġ twissija ċara bil-miktub li l-prodott tal-ELTIF jista' ma jkunx adatt għal investituri fil-livell tal-konsumatur li ma jistgħux isostnu tali impenn illikwidu u fuq terminu twil.

Artikolu 29

Dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur

1.   B'deroga mill-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur għandu jkun entità tat-tip msemmi fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2009/65/KE.

2.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(13) u l-Artikolu 21(14) tad-Direttiva 2011/61/UE, id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur m' għandux ikun jista' jeżonera lilu nnifsu mir-responsabbiltà fl-eventwalità ta' telf ta' strumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja minn parti terza.

3.   Ir-responsabbiltà tad-depożitarju msemmija fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva 2011/61/UE ma tkunx eskluża jew limitata bi ftehim meta l-ELTIF jiġi kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur.

4.   Kwalunkwe ftehim li jikser il-paragrafu 3 għandu jkun null.

5.   L-assi miżmuma f'kustodja mid-depożitarju ta' ELTIF ma għandhomx jerġgħu jintużaw mid-depożitarju, jew minn xi parti terza li lilha tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta' kustodja, għall-akkont proprju. L-użu mill-ġdid jinkludi kwalunkwe tranżazzjoni li tinvolvi assi miżmuma f'kustodja inklużi, iżda mhux limitat għal, trasferiment, ippleġġjar, bejgħ u self.

L-assi miżmuma f'kustodja mid-depożitarju ta' ELTIF jistgħu jerġgħu jintużaw biss sakemm:

(a)

l-użu mill-ġdid tal-assi jkun eżegwit akkont tal-ELTIF;

(b)

id-depożitarju jkun qed iwettaq l-istruzzjonijiet tal-maniġer tal-ELTIF f'isem l-ELTIF;

(c)

l-użu mill-ġdid ikun għall-benefiċċju tal-ELTIF u fl-interessi tad-detenturi tal-unitajiet jew tal-azzjonisti; u

(d)

it-transazzjoni jkunu koperti minn kollateral ta' kwalità għolja u likwidu riċevut mill-ELTIF skont arranġament ta' trasferiment ta' titoli.

F'kull ħin, il-valur tas-suq tal-kollateral msemmi fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu għandu jammonta għal mill-inqas il-valur tas-suq tal-assi li ntużaw mill-ġdid flimkien ma' primjum.

Artikolu 30

Rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ELTIF lil investituri fil-livell tal-konsumatur

1.   L-unitajiet jew l-ishma ta' ELTIF jistgħu jiġu kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur bil-kondizzjoni li l-investituri fil-livell tal-konsumatur jiġu pprovduti b;'parir xieraq dwar investiment mill-maniġer tal-ELTIF jew mid-distributur.

2.   Maniġer ta' ELTIF jista' joffri jew jikkolloka direttament unitajiet jew ishma tal-ELTIF lill-investituri fil-livell tal-konsumatur biss jekk dak il-maniġer ikun awtorizzat jipprovdi s-servizzi msemmija fil-punti (a) u (b)(i) tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2011/61/UE u biss wara li dak il-maniġer ikun wettaq it-test ta' idoneità msemmi fl-Artikolu 28(1) ta' dan ir-Regolament.

3.   Meta l-portafoll tal-istrumenti finanzjarji ta' investitur potenzjali fil-livell tal-konsumatur ma jeċċedix EUR 500 000, il-maniġer tal-ELTIF jew kwalunkwe distributur, wara li jkun wettaq it-test ta' idoneità msemmi fl-Artikolu 28(1) u jkun ipprovda pariri ta' investiment xierqa, għandu jiżgura, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-investitur potenzjali fil-livell tal-konsumatur, li l-investitur potenzjali fil-livell tal-konsumatur ma jinvestix ammont aggregat li jeċċedi 10 % tal-portafoll tal-istrumenti finanzjarji ta' dak l-investitur f'ELTIFs u li l-ammont minimu inizjali investit f'ELTIF wieħed jew aktar ikun EUR 10 000.

L-investitur potenzjali fil-livell tal-konsumatur għandu jkun responsabbli li jipprovdi lill-maniġer tal-ELTIF jew lid-distributur b'informazzjoni eżatta dwar il-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tal-investitur potenzjali fil-livell tal-konsumatur u l-investimenti f'ELTIFs kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, portafoll ta' strumenti finanzjarji għandu jinftiehem li jkun jinkludi depożiti ta' flus u strumenti finanzjarji, iżda għandu jeskludi kwalunkwe strument finanzjarju li ngħata bħala kollateral.

4.   Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur għandhom jipprevedu li l-investituri kollha jibbenefikaw minn trattament ugwali u ma jingħata l-ebda trattament preferenzjali jew benefiċċju ekonomiku speċifiku lil investituri individwali jew lil gruppi ta' investituri.

5.   Il-forma ġuridika ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur m'għandiex twassal għal xi responsabbiltà ulterjuri għall-investitur fil-livell tal-konsumatur jew tirrikjedi xi impenji addizzjonali f'isem tali investitur, minbarra l-impenn kapitali oriġinali.

6.   Investituri fil-livell tal-konsumatur għandhom ikunu jistgħu, matul il-perjodu tas-sottoskrizzjoni u mill-inqas ġimagħtejn wara d-data tas-sottoskrizzjoni għal unitajiet jew ishma tal-ELTIF, jikkanċellaw is-sottoskrizzjoni tagħhom u jieħdu l-flus lura mingħajr penali.

7.   Il-maniġer ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur għandu jistabbilixxi proċeduri u arranġamenti xierqa biex jittratta l-ilmenti tal-investituri fil-livell tal-konsumatur, li jippermettu lill-investituri fil-livell tal-konsumatur biex jippreżentaw ilmenti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tagħhom.

Artikolu 31

Il-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-ELTIFs

1.   Il-maniġer ta' ELTIF għandu jkun jista' jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta' dak l-ELTIF lil investituri professjonali, u dawk fil-livell tal-konsumatur fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu man-notifika skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2011/61/UE.

2.   Il-maniġer ta' ELTIF għandu jkun jista' jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta' dak l-ELTIF lil investituri professjonali u fil-livell tal-konsumatur fl-Istati Membri ħlief fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF, fuq notifika skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2011/61/UE.

3.   Il-maniġer ta' ELTIF għandu, fir-rigward ta' kull ELTIF li jimmaniġġja, jispeċifika lill-awtoritajiet kompetenti jekk għandux l-intenzjoni jew le li jikkummerċjalizza l-ELTIF lil investituri fil-livell tal-konsumatur.

4.   Minbarra d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-maniġer tal-ELTIF għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti dan li ġej:

(a)

il-prospett tal-ELTIF;

(b)

id-dokument bl-informazzjoni ewlenija tal-ELTIF fl-eventwalità li jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur; u

(c)

l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 26.

5.   Il-kompetenzi u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom jinftiehmu li qed jirreferu wkoll għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsumatur u li jkopru r-rekwiżiti addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

6.   Minbarra s-setgħat tagħha stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF timpedixxi wkoll il-kummerċjalizzazzjoni ta' ELTIF jekk il-maniġer tal-ELTIF ma jikkonformax jew mhux se jkun konformi ma' dan ir-Regolament.

7.   Minbarra s-setgħat tagħha stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF għandha tirrifjuta wkoll it-trażmissjoni ta' fajl komplut ta' notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa intiż li jiġi kkummerċjalizzat jekk il-maniġer tal-ELTIF ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.

KAPITOLU VI

IS-SUPERVIŻJONI

Artikolu 32

Is-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti jagħmlu superviżjoni għall-konformità ma' dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa.

2.   L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tkun responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità skont ir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV.

3.   L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tkun responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi stipulati fir-regoli jew fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF, u l-obbligi stipulati fil-prospett, li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament.

4.   L-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF hija responsabbli mis-sorveljanza tal-adegwatezza tal-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-maniġer sabiex il-maniġer tal-ELTIF ikun f'pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-kostituzzjoni u l-funzjonament tal-ELTIFs kollha li timmaniġġja.

L-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF hija responsabbli mis-sorveljanza tal-konformità tal-maniġer tal-ELTIF ma' dan ir-Regolament.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-impriżi ta' investiment kollettiv stabbiliti jew ikkummerċjalizzati fit-territorji tagħhom biex jivverifikaw li dawn ma jużawx id-deżinjazzjoni “ELTIF” jew jissuġġerixxu li huma ELTIF sakemm dawn ma jkunux awtorizzati taħt, u jikkonformaw ma', dan ir-Regolament.

Artikolu 33

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.   Is-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2011/61/UE, fosthom dawk relatati mal-penali, għandhom wkoll jiġu eżerċitati fir-rigward ta' dan ir-Regolament.

3.   L-awtorità kompetenti tal-ELTIF għandha tipprojbixxi l-użu tad-deżinjazzjoni “ELTIF” jew “Fond ta' investiment Ewropew fuq terminu twil” fil-każ li l-maniġer tal-ELTIF ma jibqax jikkonforma ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 34

Setgħat u kompetenzi tal-AETS

1.   L-AETS għandha jkollha s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-kompiti attribwiti lilha f'dan ir-Regolament.

2.   Is-setgħat tal-AETS skont id-Direttiva 2011/61/UE għandhom wkoll jiġu eżerċitati fir-rigward ta' dan ir-Regolament u b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.   Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat bħala att ieħor tal-Unjoni legalment vinkolanti li jikkonferixxi kompiti fuq l-AETS kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 35

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtorità kompetenti tal-ELTIF u l-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF, jekk differenti, għandhom jikkooperaw ma' xulxin u jiskambjaw informazzjoni bl-iskop li jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin b'konformità mad-Direttiva 2011/61/UE.

3.   L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom jikkooperaw ma' xulxin bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b'mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw kull ksur ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 36

L-iproċessar tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza u tirrazzjonalizza l-proċessi tagħha għall-applikazzjonijiet kollha mill-ELTIFs għal finanzjament mill-BEI. Il-Kummissjoni għandha tirrazzjonalizza l-għoti ta' kwalunkwe opinjoni jew kontribuzzjoni fir-rigward ta' applikazzjonijiet magħmula mill-ELTIFs għall-finanzjament mill-BEI.

Artikolu 37

Rieżami

1.   Mhux iktar tard mid-9 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha tibda rieżami tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rieżami għandu janalizza, b'mod partikolari:

(a)

l-impatt tal-Artikolu 18;

(b)

l-impatt fuq id-diversifikazzjoni tal-assi fl-applikazzjoni tal-limitu minimu ta' 70 % tal-assi tal-investimenti eliġibbli stipulat fl-Artikolu 13(1);

(c)

il-punt safejn l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati fl-Unjoni, inkluż jekk l-AIFMs li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE jistgħux ikunu interessati li jikkummerċjalizzaw l-ELTIFs;

(d)

il-punt safejn għandha tiġi aġġornata l-lista ta' assi u investimenti eliġibbli, kif ukoll ir-regoli ta' diversifikazzjoni, il-kompożizzjoni tal-portafoll u l-limiti dwar is-self ta' flus.

2.   Wara r-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u wara li jikkonsulta l-AETS, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jivvaluta l-kontribut ta' dan ir-Regolament u tal-ELTIFs għat-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u għall-ilħuq tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1(2). Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.

Artikolu 38

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mid-9 ta' Diċembru 2015.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 67, 6.3.2014, p. 71.

(2)  ĠU C 126, 26.4.2014, p. 8.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 (għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.

(4)  Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(5)  Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital tar-riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).

(6)  Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).

(7)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(8)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(9)  Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).

(11)  Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(12)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(13)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(14)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(15)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(17)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(18)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(19)  Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

(20)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).


Rettifika

19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/122


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 122 tal-24 ta' April 2014 )

F'paġna 15, l-Artikolu 24(2):

minflok:

“2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 20(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin mill-25 ta' April 2014.”

aqra:

“2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 20(3) u l-Artikolu 20(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin mill-25 ta' April 2014.”