ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta' Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 1452-1492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2015) 3061) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
12.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/745
tal-4 ta' Mejju 2015
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Hollandse geitenkaas (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ppreżentata mill-Pajjiżi l-Baxxi għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Hollandse geitenkaas” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Hollandse geitenkaas” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Hollandse geitenkaas” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.3. Ġobon kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 443, 11.12.2014, p. 11.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
12.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/746
tal-11 ta' Mejju 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2), 24(4), 27(1) u 45(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll speċifiċi biex jimmonitorjaw l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-Żona koperta mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) u jissupplimenta l-miżuri ta' kontroll stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (2). |
(2) |
Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012 (3) ġew adottati regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010. |
(3) |
In-NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjoni 9:2014 li temenda l-Artikolu 22 u l-Annessi XV u XVI tal-Iskema dwar il-kontroll mill-Istat tal-port u l-formoli tar-rapport ta' spezzjoni waqt il-laqgħa annwali tagħha li saret f'Novembru 2013. Fl-istess laqgħa annwali, in-NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjonijiet 12:2014, 13:2014 u 14:2014 li jemendaw l-Anness IX tal-Iskema dwar il-formati u l-protokolli ta' skambju ta' dejta u r-Rakkomandazzjoni 16:2014 li temenda l-Appendiċi 1 tal-Anness IX tal-Iskema dwar it-trattament konfidenzjali tad-dejta elettronika. In-NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjoni 16:2015 li temenda l-Appendiċi 2 tal-Anness II tal-Iskema dwar il-kodiċi għat-tipi ewlenin ta' rkaptu waqt il-laqgħa annwali tagħha li saret f'Novembru 2014. Fl-istess laqgħa annwali, in-NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjoni 12:2015 li temenda r-Rakkomandazzjoni 9:2014 dwar l-Artikoli 22 u 23 u l-Annessi XV u XVI tal-Iskema dwar il-formoli ta' kontroll tal-Istat tal-port. |
(4) |
Skont l-Artikoli 12 u 15 tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal approvata bid-Deċiżjoni 81/608/KEE (4), ir-Rakkomandazzjonijiet 12:2014, 13:2014, 14:2014 u 16:2014 daħlu fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2014 u r-Rakkomandazzjoni 16:2015 daħlet fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2015. |
(5) |
Skont id-dispożizzjonijiet tagħha, ir-Rakkomandazzjoni 9:2014 kif emendata bir-Rakkomandazzjoni 12:2015 se tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2015. |
(6) |
Dawn ir-Rakkomandazzjonijiet iridu jiġu trasposti fil-liġi tal-Unjoni. Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 433/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 433/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 12, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:
; |
(2) |
L-Artikolu 13 jinbidel b'dan li ġej: “L-Artikolu 13 1. Meta titlesta n-notifika minn qabel skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jimla l-Parti B tal-formola PSC pprovduta fl-Anness VIII. 2. Meta titlesta n-notifika minn qabel skont l-Artikoli 25(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, l-Istat Membru tal-Port għandu jimla l-Parti C tal-formola PSC pprovduta fl-Anness VIII.” ; |
(3) |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 16 tinbidel b'dan li ġej: “Il-formati għall-iskambju tad-dejta u s-sistemi ta' komunikazzjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tar-rapporti u t-tagħrif mibgħuta lis-Segretarju tan-NEAFC għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-Anness X;” |
(4) |
L-Anness VIII jinbidel bit-test fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament; |
(5) |
L-Anness IX jinbidel bit-test tal-Anness 2 ta' dan ir-Regolament; |
(6) |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Anness XI huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
L-Anness XII jinbidel bit-test fl-Anness 8 ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 1(1), (2), (4), (5) u (7)(b) japplika mill-1 ta' Lulju 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 348, 31.12.2010, p. 17.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012 tat-23 ta' Mejju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 136, 25.5.2012, p. 41).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1981/608/KEE tat-13 ta' Lulju 1981 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21).
ANNESS 1
L-Anness VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012 jinbidel b'dan li ġej:
ANNESS VIII
FORMOLI TA' KONTROLL TAL-ISTAT TAL-PORT
In-notifiki u l-mili tal-Partijiet A, B u C skont l-Artikoli 22, 23 u 39 tal-Iskema ta' Kontroll u Infurzar tan-NEAFC għandhom isiru permezz ta' applikazzjoni onlajn stabbilita mis-Segretarju tan-NEAFC fuq il-websajt tan-NEAFC. F'każ li l-websajt tan-NEAFC ikun offlajn tintuża s-sistema ta' trażmissjoni b'faks billi jintużaw il-formoli stabbiliti f'dan l-Anness.
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS 2
L-Anness IX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012 jinbidel b'dan li ġej:
ANNESS 3
It-Taqsima B tal-Anness X tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012 tinbidel b'dan li ġej:
“B. Sistemi ta' Komunikazzjoni tad-Dejta
It-trażmissjoni tad-dejta elettronika ta' rapporti u messaġġi bejn l-Istati Membri u s-Segretarjat issir permezz ta' sistemi ta' komunikazzjoni tad-dejta ttestjati kif xieraq.”
ANNESS 4
Il-punt b) tat-Taqsima D.2 tal-Anness X tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012 jinbidel b'dan li ġej:
“(b) |
In-numri għar-rappurtar tal-iżball:
|
ANNESS 5
Jiżdied il-punt c) li ġej fit-Taqsima D.2 tal-Anness X tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012:
“(c) |
Identifikazzjoni ta' messaġġi u rapporti duplikati:
Għal kull messaġġ, jekk id-dejta fl-elementi tad-dejta mmarkati b' ‘Y’ tkun identika, il-messaġġ irid ikun identifikat bħala duplikat” |
ANNESS 6
It-Taqsima C tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012 tinbidel b'dan li ġej:
“C. Tipi ewlenin ta' rkaptu
Kodiċi Alfa tal-FAO |
Tip ta' rkaptu |
Xbieki tat-tidwir |
|
PS |
Bil-vajjina |
PS1 |
bastiment (1) purse seine |
PS2 |
2 bastimenti purse seine |
|
|
Tartaruni |
|
SSC |
Tartarun Skoċċiż |
|
|
Xbieki tat-Tkarkir — tal-qiegħ |
|
OTB |
Għażel tat-tkarkir tal-qiegħ |
PTB |
Xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi |
TBN |
Xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ Nephrop |
TBS |
Xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ tal-gambli |
OTT |
Għażel tat-tkarkir tewmi |
|
|
Xbieki tat-tkarkir — pelaġiku |
|
OTM |
Għażel tat-tkarkir pelaġiku |
PTM |
Xbieki tat-tkarkir pelaġiku bil-paranzi |
|
|
Għeżula u Xbieki tat-Tħabbil |
|
GNS |
Għażel tal-qiegħ |
GND |
Għażel tat-tisqif |
GEN |
Għażel tat-tħabbil (mhux speċifikat) |
|
|
Nases |
|
FPO |
Nases (Pots) |
|
|
Snanar u Xolfa |
|
LHP |
Xlief |
LHM |
Xlief mekkaniku |
LLS |
Konz tal-qiegħ |
LLD |
Konz tal-wiċċ |
LL |
Konz |
LTL |
Konz tat-tirjix |
LX |
Snanar u xolfa |
|
|
Makkinarju tal-Ħsad |
|
HMP |
Pompi |
L-ebda rkaptu |
|
NIL |
Ma jrid jiġi rrappurtat l-ebda rkaptu” |
ANNESS 7
Tiżdied it-Taqsima G li ġejja fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012:
“G. Tip ta' proċessar
Kodiċi |
Tip |
FRZ |
Iffriżat |
FRE |
Frisk |
OTH |
Kull tip ta' proċessar ieħor” |
ANNESS 8
L-Anness XII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2012 jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS XII
TRATTAMENT KUNFIDENZJALI TAD-DEJTA ELETTRONIKA
Meta jittrażmettu u jirċievu dejta elettronika, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità u ta' sigurtà stabbiliti fir-Rakkomandazzjonijiet approvati mill-Kummissjoni tan-NEAFC.”
12.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/747
tal-11 ta' Mejju 2015
li jidderoga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 fejn tidħol id-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, id-data finali għan-notifika ta' emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas u d-data finali għal applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku għas-sena 2015
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 78 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 (2) jipprevedi d-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, id-data finali għan-notifika ta' emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas u d-data finali għal applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku. |
(2) |
Meta ġew biex jimplimentaw l-iskemi l-ġodda ta' pagamenti diretti u l-miżuri tal-iżvilupp rurali fil-prattika, l-Istati Membri sabu xi diffikultajiet. Minħabba f'hekk, l-amministrazzjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku ħadet fit-tul. |
(3) |
Għalhekk ġiet affettwata l-possibbiltà li benefiċjarji jressqu l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku fil-limiti taż-żmien previsti fl-Artikoli 13(1) u 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. |
(4) |
Minħabba li ġara dan kollu, jixraq li tiġi prevista deroga mill-Artikoli 13(1) u 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 ħalli għall-2015 l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffissaw data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas u data finali għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku, u dawn id-dati jkunu aktar tard minn dawk stabbiliti f'dawk l-Artikoli. Peress li d-data msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 hi marbuta mad-data finali prevista fl-Artikolu 13(1) ta' dak ir-Regolament, għandha ssir deroga bħal din għan-notifika ta' emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas. |
(5) |
Billi dawn id-derogi jkopru l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas, l-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament għall-2015, jixraq li dan ir-Regolament ikun japplika għal applikazzjonijiet u talbiet għall-ħlas li għandhom x'jaqsmu mas-sena 2015. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għall-2015, id-dati finali li għandhom jiffissaw l-Istati Membri għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas ma għandhomx ikunu aktar tard mill-15 ta' Ġunju.
Artikolu 2
B'deroga mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 u meta l-Istat Membru juża d-deroga prevista fl-Artikoli 1 u 3 ta' dan ir-Regolament, għall-2015, l-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas skont il-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub lill-awtorità kompetenti sal-15 ta' Ġunju.
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għall-2015, id-data li jridu jiffissaw l-Istati Membri għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Ġunju.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika għal applikazzjonijiet u talbiet għall-ħlas li għandhom x'jaqsmu mal-2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
12.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/748
tal-11 ta' Mejju 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
88,1 |
MA |
59,0 |
|
MK |
106,3 |
|
TR |
94,0 |
|
ZZ |
86,9 |
|
0707 00 05 |
AL |
43,1 |
TR |
110,1 |
|
ZZ |
76,6 |
|
0709 93 10 |
MA |
110,7 |
TR |
133,4 |
|
ZZ |
122,1 |
|
0805 10 20 |
EG |
55,7 |
IL |
70,7 |
|
MA |
61,8 |
|
MO |
59,6 |
|
ZA |
60,1 |
|
ZZ |
61,6 |
|
0805 50 10 |
MA |
83,0 |
TR |
83,5 |
|
ZZ |
83,3 |
|
0808 10 80 |
AR |
99,2 |
BR |
90,5 |
|
CL |
134,2 |
|
MK |
28,2 |
|
NZ |
158,3 |
|
US |
163,4 |
|
ZA |
120,3 |
|
ZZ |
113,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
12.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/25 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/749
tas-7 ta' Mejju 2015
li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/410/KE dwar miżuri kontra d-dħul u t-tixrid fi ħdan il-Komunità tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata
(notifikata bid-dokument C(2015) 3023)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Minkejja l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/410/KE (2), il-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata issa huwa mifrux madwar l-Unjoni fuq il-pjanti li huma koperti minn dik id-Deċiżjoni, minn hawn 'il quddiem il-“pjanti speċifikati”, kif jidher mill-istħarriġ uffiċjali mwettaq mill-Istati Membri skont l-istess Deċiżjoni. |
(2) |
Madankollu, mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/410/KE, ma ġewx osservati sintomi tal-preżenza tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata fuq il-pjanti speċifikati u, skont opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (3), l-impatt tal-pospovajrojds fuq dawk il-pjanti huwa mistenni li jkun minimu. Barra minn hekk, il-preżenza ta' dak l-organiżmu fuq il-pjanti speċifikati ma wassalx għat-tifrix tiegħu madwar l-Unjoni għal pjanti oħrajn minbarra l-pjanti speċifikati. |
(3) |
Għalhekk qed jiġi konkluż li l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/410/KE mhumiex adegwati biex ikun evitat it-tifrix tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata madwar l-Unjoni fuq il-pjanti speċifikati u li ma hemmx riskju fitosanitarju li jiġġustifika tali miżuri. |
(4) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/410/KE għandha titħassar. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/410/KE titħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/410/KE tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar miżuri kontra d-dħul u t-tixrid fi ħdan il-Komunità tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 71).
(3) EFSA Scientific Opinion on the assessment of the risk of solanaceous pospiviroids for the EU territory and the identification and evaluation of risk management options 1 EFSA Journal 2011;9(8):2330.
12.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/27 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/750
tat-8 ta' Mejju 2015
dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2015) 3061)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (2) allokaw il-banda ta' frekwenza 1 452-1 492 MHz għas-servizzi tat-telefown fiss, tal-mowbajl (ħlief il-mowbajl aeronawtiku), tax-xandir u tax-xandir bis-satellita fuq bażi koprimarja fir-Reġjun 1, li jinkludi l-Unjoni. Huma jillimitaw l-użu tal-banda mis-servizz ta' xandir bis-satellita u s-servizz ta' xandir awdjo diġitali (Digital Audio Broadcasting — DAB). |
(2) |
L-arranġament speċjali ta' Maastricht tal-2002, kif rivedut fl-2007 (3), jipprovdi qafas tekniku u regolatorju għall-użu ta' DAB terrestri (IT-DAB) fil-banda ta' frekwenza 1 452-1 479,5 MHz f'pajjiżi firmatarji inklużi l-Istati Membri kollha. Huwa jistabbilixxi wkoll proċeduri għal koordinazzjoni transfruntiera bejn t-T-DAB u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband bla fili. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP) li jistabbilixxi l-mira li jiġu identifikati tal-inqas 1 200 MHz ta' spettru adatt għall-broadband bla fili fl-Unjoni sal-2015, inkluż l-ispettru li diġà qed jintuża, fuq il-bażi tal-inventarju tal-ispettru. |
(4) |
Il-banda ta' frekwenza 1 452-1 492 MHz ġiet ddeżinjata għall-użu tax-xandir fl-Istati Membri, iżda l-użu tagħha kien pjuttost limitat. Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-inventarju tal-ispettru tar-radju (RSPP) (5) jikkonkludi li dan huwa sottoutilizzat fl-Unjoni u għandu jiġi użat mill-ġdid għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband bla fili skont l-RSPP fil-mira tal-ispettru. Madankollu, is-sistemi ta' xandir terrestri eżistenti għandhom ikunu protetti fuq medda twila ta' żmien, inkluż fil-każ li jiġu mġedda l-awtorizzazzjonijiet tagħhom. |
(5) |
Fl-opinjoni tiegħu dwar l-isfidi strateġiċi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa biex tindirizza l-ispettru li dejjem qed tikber tal-broadband mingħajr fili (6), il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju rrakkomanda li l-Kummissjoni tikkunsidra l-adozzjoni ta' miżuri kumplimentari biex jippromwovu aktar l-użu ta' banda ta' 1 452-1 492 MHz għal konnessjoni dixxendentali supplimentari, filwaqt li xorta jippermetti lill-Istati Membri biex jużaw parti minn din il-banda għal użi oħrajn, bħax-xandir. |
(6) |
Fid-19 ta' Marzu 2014, skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju, il-Kummissjoni ħarġet mandat għall-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT) biex tiżviluppa l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati fil-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband bla fili fl-Unjoni. |
(7) |
Fit-28 ta' Novembru 2014, bi tweġiba għal dak il-mandat, is-CEPT ippubblikat rapport tas-CEPT Nru 54 li ppropona l-armonizzazzjoni tal-banda ta' 1 452-1 492 MHz għal broadband bla fili għall-użu ta' broadband b'konnessjoni dixxendentali supplimentari, filwaqt li jippermetti lill-Istati Membri jadattaw għaċ-ċirkostanzi nazzjonali f'partijiet tal-banda (bħal 1 452-1 479,5 MHz) għal xandir terrestri. Downlink supplimentari huwa ta' użu downlink biss meta l-ispettru fi ħdan il-banda jintuża għal trażmissjoni unidirezzjonali minn stazzjon bażi li jipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, flimkien ma' użu tal-ispettru f'banda oħra ta' frekwenzi. |
(8) |
Użu downlink biss fil-banda ta' frekwenzi armonizzata 1 452-1 492 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband bla fili hija importanti fl-indirizzar ta' simetrija tat-traffiku tad-dejta permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità ta' broadband bla fili ta' downlink fis-sistema. B'kont meħud ukoll tal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz, dan jiffaċilita wkoll il-koeżistenza ma' servizzi ta' xandir terrestri diġà eżistenti fl-istess banda, li jistgħu ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet tekniċi stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jallokaw il-banda ta' frekwenzi fuq bażi mhux esklussiva li t-tipi kollha ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u jiżguraw il-koeżistenza tas-servizzi skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali u f'konformità ma' ftehimiet internazzjonali. |
(9) |
Il-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband bla fili fil-banda ta' 1 452-1 492 MHz għandha tkun ibbażata fuq tqassim tal-kanali armonizzati komuni u kundizzjonijiet tekniċi minimi (l-inqas restrittivi) biex jitrawwem is-suq uniku, tiġi mmitigata l-interferenza dannuża u tiġi żgurata koordinazzjoni tal-frekwenza. |
(10) |
Huma meħtieġa kundizzjonijiet u prinċipji tekniċi komuni biex tiġi żgurata l-koeżistenza bħala protezzjoni xierqa bejn is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika broadband bla fili u t-T-DAB fi ħdan il-banda ta' 1 452-1 492 MHz, u bejn dawn is-servizzi f'din il-banda u użi oħra f'baned li jmissu magħhom, inkluż ir-rilejs tattiċi tar-radju, il-konnessjonijiet fissi kkordinati u t-telemetrija ajrunawtika. Hemm ħtieġa potenzjali għal miżuri nazzjonali addizzjonali biex tiġi żgurata l-koeżistenza ma' użi f'baned li jmissu ma' xulxin, bħal konnessjonijiet fissi mhux koordinati. |
(11) |
Jista' jkun li jkunu meħtieġa arranġamenti bejn l-amministrazzjonijiet biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-parametri stabbiliti b'din id-Deċiżjoni sabiex tiġi evitata l-interferenza ta' ħsara u sabiex jittejbu l-effiċjenza tal-ispettru u l-konverġenza fl-użu tal-ispettru. Ir-Rapport tas-CEPT nru 54 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-prinċipji tekniċi għal koordinazzjoni transfruntiera bejn is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband bla fili u t-T-DAB u s-servizzi tat-telemetrija ajrunawtika fil-banda bejn 1 452-1 492 MHz, inkluż fil-fruntieri tal-Unjoni. |
(12) |
L-użu tal-banda ta' frekwenzi bejn 1 452 u 1 492 MHz minn applikazzjonijiet oħra f'pajjiżi terzi, soġġetti għal ftehimiet internazzjonali, jista' jillimita l-introduzzjoni u l-użu tagħha mis-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband bla fili f'xi Stati Membri. Dawn l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun it-tul u l-firxa ġeografika ta' dawn il-limitazzjonijiet mill-aktar fis possibbli u għandhom ifittxu l-għajnuna tal-Unjoni, fejn ikun hemm bżonn, skont l-Artikolu 10(2) tal-RSPP. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-limitazzjonijiet skont l-Artikoli 6(2) u 7, u l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju. |
(13) |
Għalhekk, il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu applikati fl-Unjoni kollha, u għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri sabiex jiġi żgurat l-użu tal-banda ta' 1 452-1 492 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband bla fili skont l-RSPP fil-mira tal-ispettru. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-użu tal-banda sabiex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni tal-impatt tagħha fil-livell tal-UE kif ukoll reviżjoni f'waqtha tagħha, meta jkun meħtieġ. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-banda ta' 1 452-1 492 MHz għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jallokaw u jqiegħdu għad-dispożizzjoni, fuq bażi mhux esklussiva, il-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, skont il-parametri mogħtija fl-Anness sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi terrestri msemmija fil-paragrafu 1 jagħtu l-protezzjoni xierqa lil:
(a) |
sistemi f'baned li jmissu ma' xulxin; kif ukoll |
(b) |
sistemi ta' xandir terrestri li joperaw fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 1 452-1 479,5 MHz skont awtorizzazzjoni fis-seħħ fil-jum tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni jew għal tiġdid sussegwenti ta' din l-awtorizzazzjoni u f'konformità mal-parametri stabbiliti permezz tal-Arranġament Speċjali ta' Maastricht tal-2002, kif rivedut fl-2007. |
3. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ftehimiet tal-koordinazzjoni transfruntiera sabiex jagħmlu possibbli l-operat tas-sistemi msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jqisu l-proċeduri u d-drittijiet regolatorji eżistenti.
Artikolu 3
L-Istati Membri ma għandhomx ikunu marbutin bl-obbligazzjonijiet taħt l-Artikolu 2 f'żoni ġeografiċi fejn il-koordinazzjoni mal-pajjiżi terzi tirrikjedihom jiddevjaw mill-parametri fl-Anness. Huma għandu jkollhom l-għan li jitnaqqas kemm jista' jkun it-tul ta' żmien u l-ambitu ġeografiku ta' din id-devjazzjoni.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara d-data tan-notifika.
L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-użu tal-banda ta' frekwenza 1 452-1 492 MHz, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni meta jintalbu jew fuq inizjattiva tagħhom stess sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għar-reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni, meta jkun meħtieġ.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) Jinstabu taħt: http://www.itu.int/pub/R-REG-RR
(3) Special Arrangement of the European Conference of Postal and Telecommunications Administrations (CEPT) relating to the use of the band 1 452-1 479,5 MHz for Terrestrial Digital Audio Broadcasting (TDAB), Maastricht, 2002, Constanta, 2007 (MA02revCO07).
(4) Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).
(5) Report from the Commission to the European Parliament and the Council on the Radio Spectrum Inventory (COM(2014) 536 finali).
(6) Dokument RSPG 13-521 Rev 1.
ANNESS
PARAMETRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)
A. PARAMETRI ĠENERALI
1. |
Il-mod ta' tħaddim fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz għandha tkun limitata għal trażmissjoni minn stazzjon bażi (downlink biss). |
2. |
Id-daqs tal-blokok fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz għandhom jiġu assenjati f'multipli ta' 5 MHz. Il-frekwenza l-aktar baxxa ta' blokk allokat għandha tkun allinjata ma' jew maqsuma bi spazji ta' multipli ta' 5 MHz mit-tarf tal-banda ta' 1 452 MHz. |
3. |
It-trażmissjoni tal-istazzjon bażi għandha tikkonforma mal-Block Edge Mask f'dan l-Anness. |
B. KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET BAŻI — BLOCK EDGE MASK
Il-parametri tekniċi li ġejjin għal stazzjonijiet bażi, imsejħin “block edge mask” (BEM), għandhom jintużaw biex tiġi żgurata l-koeżistenza bejn netwerks biswit xulxin fin-nuqqas ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn operaturi ta' netwerks biswit xulxin. Parametri tekniċi anqas stretti jekk ikunu miftiehma bejn l-operaturi u l-amministrazzjonijiet ikkonċernati, jistgħu wkoll jiġu użati sakemm dawn il-parametri jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tekniċi applikabbli għall-protezzjoni ta' servizzi jew applikazzjonijiet oħra, inkluż f'baned li jmissu magħhom jew huma soġġetti għal obbligi transfruntiera.
Il-BEM hija maskra tal-emissjoni li hija definita bħala funzjoni tal-frekwenza, fir-rigward tat-tarf ta' blokk ta' spettru li d-drittijet għall-użu tiegħu jingħataw lil operatur. Tikkonsisti minn-limiti ta' qawwa interni u esterni mill-blokk. Il-limitu ta' qawwa ġewwa l-blokk jiġi applikat għal blokk li huwa l-proprjetà ta' operatur. Huma stabbiliti hawn taħt rekwiżiti fakultattivi ta' ġewwa l-blokk. Il-limiti tal-qawwa 'l barra mill-blokk huma applikati għall-ispettru fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz li hija barra blokka permessa lil operatur. Dawn huma stabbiliti fit-Tabella 1.
Barra minn hekk, il-koeżistenza tal-limiti tal-qawwa huma definiti għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband bla fili fi ħdan il-banda ta' 1 452-1 492 MHz sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà bejn dawn is-servizzi u servizzi tar-radju oħrajn jew applikazzjonijiet jew fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz jew fil-baned ta' frekwenzi li jmissu ma' xulxin ta' 1 427-1 452 MHz jew 1 492-1 518 MHz. Il-koeżistenza ta' limiti tal-qawwa fir-rigward ta' servizzi jew applikazzjonijiet f'baned li jmissu ma' xulxin huma stabbiliti fit-Tabella 2. Miżuri tekniċi jew proċedurali addizzjonali (1) jew it-tnejn li huma jistgħu jiġu applikati fil-livell nazzjonali biex tiġi żgurata l-koeżistenza ma' servizzi u applikazzjonijiet f'baned li jmissu ma' xulxin. Il-limiti ta' koeżistenza għal servizzi T-DAB fil-banda ta' bejn 1 452-1 492 MHz huma stabbiliti fit-Tabella 3.
Rekwiżiti ta' ġewwa l-blokk
Mhuwiex obbligatorju limitu tal-qawwa iżotropa ekwivalenti (EIRP) (2) ġewwa l-blokk għall-istazzjonijiet bażi. L-Istati Membri jistgħu jissettjaw limitu EIRP ta' mhux aktar minn 68 dBm/5MHz li jista' jiġi miżjud għal skjeramenti speċifiċi, pereżempju għall-użu aggregat tal-ispettru fi ħdan il-banda ta' 1 452-1 492 MHz u spettru f'baned ta' frekwenzi-inferjuri.
Rekwiżiti ta' barra mill-blokk
Tabella 1
Limiti EIRP ta' barra mill-blokk tal-istazzjon bażi tal-BEM fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 1 452 -1 492 MHz għal kull antenna
Medda ta' frekwenzi tal-emissjonijiet 'il barra mill-blokk |
EIRP ta' barra mill-blokk ta' medja massima |
Medda ta' frekwenzi tal-kejl |
– 10 sa – 5 MHz mit-tarf t'isfel tal-blokk |
11 dBm |
5 MHz |
– 5 sa 0 MHz mit-tarf t'isfel tal-blokk |
16,3 dBm |
5 MHz |
0 sa + 5 MHz mit-tarf ta' fuq tal-blokk |
16,3 dBm |
5 MHz |
+ 5 sa + 10 MHz mit-tarf ta' fuq tal-blokk |
11 dBm |
5 MHz |
Frekwenzi fi ħdan il-banda 1 452 -1 492 MHz li huma spazjati iktar minn 10 MHz mit-tarf tal-blokk ta' isfel jew ta' fuq |
9 dBm |
5 MHz |
Rekwiżiti ta' koeżistenza għal baned li jmissu ma' xulxin
Tabella 2
Limiti EIRP ta' barra mill-frekwenza tal-istazzjon bażi għal baned li jmissu ma' xulxin
Banda ta' frekwenzi tal-emissjonijiet 'il barra mill-blokk |
EIRP ta' barra mill-banda ta' medja massima |
Medda ta' frekwenzi tal-kejl |
Taħt il-1 449 MHz |
– 20 dBm |
1 MHz |
1 449 -1 452 MHz |
14 dBm |
3 MHz |
1 492 -1 495 MHz |
14 dBm |
3 MHz |
'L fuq minn 1 495 MHz |
– 20 dBm |
1 MHz |
Nota spjegattiva għat-Tabella 2 Dawn ir-rekwiżiti huma maħsuba biex jiżguraw kompatibilità ma' konnessjonijiet fissi kkoordinati, servizzi mobbli u servizzi aeronawtiċi tat-telemetrija limitati għal stazzjonijiet fuq l-art, skjerati fil-baned ta' frekwenzi li jmissu ma' xulxin taħt il-1 452 MHz jew 'l fuq minn 1 492 MHz.
Rekwiżiti ta' koeżistenza fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz
Tabella 3
Il-limiti ta' EIRP ta' barra mill-blokk tal-istazzjon bażi għall-koeżistenza ta' kanali li jmissu ma' xulxin ma' T-DAB fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 1 452 -1 492 MHz
Medda ta' frekwenzi tal-emissjonijiet 'il barra mill-blokk |
EIRP ta' barra mill-blokk ta' medja massima |
Medda ta' frekwenzi tal-kejl |
0 sa 1,3 MHz mit-tarf tal-blokk |
9,3 dBm |
1 MHz |
1,3 sa 1,5 MHz mit-tarf tal-blokk |
2,8 dBm |
1 MHz |
1,5 sa 1,8 MHz mit-tarf tal-blokk |
– 6,7 dBm |
1 MHz |
1,8 sa 2 MHz mit-tarf tal-blokk |
– 12,4 dBm |
1 MHz |
2 sa 2,3 MHz mit-tarf tal-blokk |
– 13,7 dBm |
1 MHz |
2,3 sa 5 MHz mit-tarf tal-blokk |
– 14,9 dBm |
1 MHz |
Frekwenzi li jifdal użati għal it-T-DAB |
– 14,9 dBm |
1 MHz |
Nota spjegattiva għat-Tabella 3: Dawn ir-rekwiżiti japplikaw biss jekk it-T-DAB ikun qiegħed jaħdem fuq livell nazzjonali. Dawn huma maħsuba biex jiżguraw kompatibilità ma' servizzi T-DAB f'kanali li li jmissu ma' xulxin fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz u banda ta' frekwenzi ta' protezzjoni ta' mill-inqas 1,5 MHz bejn servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband bla fili u servizzi T-DAB.
(1) Pereżempju, wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: il-koordinazzjoni tal-ippjanar tal-frekwenza, il-koordinazzjoni tas-siti, limiti tal-qawwa interni fil-banda aktar stretti għal stazzjonijiet bażi, limiti għall-qawwa iżotropa rradjata esterna effettivi għall-istazzjonijiet bażi iktar stretti minn dawk stipulati fit-Tabella 2.
(2) EIRP ġewwa l-blokk hija l-qawwa totali rradjata f'kull direzzjoni f'post wieħed, indipendenti minn kwalunkwe konfigurazzjoni tal-istazzjon bażi.