ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 115

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
6 ta' Mejju 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali ( 1 )

1

 

*

Direttiva (UE) 2015/720 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ( 1 )

11

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/721 tal-20 ta' April 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vlaamse laurier (IĠP)]

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/722 tal-5 ta' Mejju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tawrina bħala addittiv fl-għalf għal Canidae, Felidae, Mustelidae u l-ħut karnivoru ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/723 tal-5 ta' Mejju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bijotina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/724 tal-5 ta' Mejju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

25

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/725 tal-5 ta' Mejju 2015 li jiffissa d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360

32

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/726 tal-5 ta' Mejju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

34

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/727 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' April 2015 dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-ewwel perijodu tariffarju u għall-2015 (BĊE/2015/17)

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020( ĠU L 20, 27.1.2015 )

39

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020( ĠU L 31, 7.2.2015 )

40

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/1


DIRETTIVA (UE) 2015/719 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Jeħtieġ li jinsaħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, b'mod partikolari l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2), biex titjieb is-sikurezza tat-toroq u biex il-leġislazzjoni rilevanti tiġi adattata għall-iżviluppi teknoloġiċi u l-ħtiġijiet tas-suq li qed jinbidlu u biex jiġu ffaċilitati operazzjonijiet tat-trasport intermodali, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-infrastruttura tat-toroq u mingħajr distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(2)

L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li jiġi mmuntat apparat ajrudinamiku li jkun jista' jidħol 'il ġewwa jew jintewa fuq wara tal-vetturi. Madankollu, dan iwassal biex jinqabeż it-tul massimu tal-vetturi permess skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (3). Għalhekk hija meħtieġa deroga minn dak it-tul massimu tal-vetturi. Din id-Direttiva għandha l-għan li tippermetti l-istallazzjoni ta' tali tagħmir hekk kif l-emendi meħtieġa għar-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat ajrudinamiku jiġu trasposti jew applikati u l-Kummissjoni tkun adottat atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli operazzjonali għall-użu ta' tali apparat.

(3)

Ajrudinamika mtejba tal-kabini tal-vetturi bil-mutur tippermetti titjib fir-rigward tal-prestazzjoni enerġetika tal-vetturi, possibbilment flimkien ma' tali apparat ajrudinamiku li jkun jista' jidħol 'il ġewwa jew jintewa u li jkun immuntat ma' wara tal-vetturi. Madankollu, skont it-tul massimu attwali stabbilit mid-Direttiva 96/53/KE, tali titjib ma jistax ikun possibbli mingħajr ma titnaqqas il-kapaċità tat-tagħbija tal-vetturi, li jipperikola l-ekwilibriju ekonomiku tas-settur tat-trasport bit-triq. Għal dik ir-raġuni, deroga mit-tulijiet massimi hija meħtieġa wkoll. Dik id-deroga m'għandhiex tintuża biex iżżid il-kapaċità tat-tagħbija tal-vettura.

(4)

Skont il-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), apparat ajrudinamiku li jaqbeż 500 mm fit-tul u vetturi bil-mutur mgħammra b'kabini li jtejbu l-prestazzjoni ajrudinamika tagħhom, meta jaqbżu ċerti limiti stipulati fid-Direttiva 96/53/KE, għandhom ikollhom approvazzjoni tat-tip qabel ma jitqiegħdu fis-suq.

(5)

Il-possibbiltà li vetturi jkollhom forma ġdida tal-kabini għandha tikkontribwixxi wkoll għat-titjib fis-sikurezza tat-triq billi jonqsu l-partijiet mhux viżibbli fil-viżjoni tas-sewwieqa, inklużi dawk taħt il-windscreen, u dan għandu jgħin biex isalva għadd ta' ħajjiet ta' utenti tat-triq vulnerabbli bħall-persuni mexjin jew iċ-ċiklisti. Forma ġdida tista' tinkorpora wkoll strutturi tal-assorbiment tal-enerġija f'każ ta' ħabta. Barra minn hekk, iż-żieda potenzjali fil-volum tal-kabina għandha ttejjeb il-livelli ta' sikurezza u ta' kumdità tas-sewwieq. Ladarba jkunu żviluppati rekwiżiti tas-sikurezza mtejba għal kabini itwal, jista' jitqies jekk ikunx xieraq li dawn jiġu applikati għal vetturi li ma jibbenefikawx mill-estensjoni tat-tul.

(6)

Sistemi ta' motopropulsjoni alternattivi, li jinkludu sistemi tal-motopropulsjoni ibridi, huma dawk li, għall-fini ta' propulsjoni mekkanika, jieħdu l-enerġija minn fjuwil li jiġi kkunsmat u/jew batterija jew tagħmir ieħor elettriku jew mekkaniku għall-ħażna tal-enerġija. L-użu tagħhom għal vetturi heavy duty jew xarabanks jista' jiġġenera piż żejjed iżda jnaqqas it-tniġġis. Dak il-piż żejjed m'għandux jingħadd bħala parti mit-tagħbija effettiva tal-vettura, billi dan jippenalizza s-settur tat-trasport bit-triq f'termini ekonomiċi. Madankollu, il-piż żejjed lanqas ma għandux jirriżulta fiż-żieda fil-kapaċità ta' tagħbija tal-vettura.

(7)

Vetturi futuri bi fjuwils alternattivi (b'sistemi tal-motopropulsjoni itqal minn dawk użati f'vetturi li jaħdmu bi fjuwil konvenzjonali) jistgħu jibbenefikaw ukoll minn permess għal piż żejjed. Għalhekk, tali teknoloġiji alternattivi ta' fjuwil jistgħu jiġu inklużi fil-lista ta' fjuwils alternattivi provduta fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/53/KE, jekk l-użu tagħhom jeħtieġ permess għal piż żejjed.

(8)

Din id-Direttiva tipprovdi derogi minn piżijiet u dimensjonijiet massimi awtorizzati ta' vetturi u kombinazzjonijiet tal-vetturi stipulati fid-Direttiva 96/53/KE. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrestrinġu, għal raġunijiet relatati mas-sikurezza tat-triq jew il-karatteristiċi infrastrutturali, iċ-ċirkolazzjoni ta' ċerti vetturi f'partijiet speċifiċi tan-netwerk tat-toroq tagħhom.

(9)

Fil-qasam tat-trasport bil-kontejners, il-kontejners tal-45 pied qed jintużaw dejjem aktar. Tali kontejners huma ttrasportati b'kull mezz ta' trasport. Madankollu, il-parti tat-triq tal-operazzjonijiet fit-trasport intermodali tista' tintuża biss, bħalissa, jekk l-Istati Membri u t-trasportaturi jsegwu proċeduri amministrattivi limitati, jew jekk dawk il-kontejners ikollhom irkejjen maqtugħin iċċertifikati, li l-ispiża tagħhom hija waħda projbittiva. Żieda ta' 15-il ċentimetru fit-tul awtorizzat tal-vetturi li jkunu qed iġorru tali kontejners tista' telimina dawk il-proċeduri amministrattivi lit-trasportaturi u tiffaċilita l-operazzjonijiet tat-trasport intermodali, mingħajr riskju jew preġudizzju għall-infrastruttura tat-triq jew l-utenti l-oħra tat-triq. Id-definizzjoni tal-operazzjoni tat-trasport intermodali f'din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-ħidma fuq ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE (5).

(10)

Sabiex jiġu promossi aktar l-operazzjonijiet ta' trasport intermodali u biex jittieħed kont tal-piż vojt ta' kontejners jew kaxex skambjabbli mhux itwal minn 45 pied għandha tiġi permessa ċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi bil-mutur bi tliet fusijiet b'semitrejlers b'żewġ jew tliet fusijiet sa piż totali awtorizzat ta' 44 tunnellata. Vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet b'semitrejlers bi tliet fusijiet li jittrasportaw kontejners jew kaxex skambjabbli mhux itwal minn 45 pied għandhom jiġu permessi fl-operazzjonijiet ta' trasport intermodali sa piż totali awtorizzat ta' 42 tunnellata.

(11)

Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 96/53/KE, il-piż medju tal-passiġġieri tax-xarabank kif ukoll tal-bagalji tagħhom żdied b'mod sostanzjali. Meta wieħed iqis il-limiti fuq il-piż imposti minn dik id-Direttiva, dan wassal għal tnaqqis progressiv fl-għadd ta' passiġġieri trasportati. Barra minn hekk, it-tagħmir meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tekniċi attwali, bħall-Euro VI, iżid mal-piż ta' dawk il-vetturi li jġorruhom. Il-ħtieġa li jkun iffavorit it-trasport pubbliku fil-konfront ta' dak privat fl-interess ta' effiċjenza enerġetika aħjar tfisser li għandu jerġa' jiġi stabbilit mill-ġdid l-għadd ta' qabel ta' passiġġieri tax-xarabank, filwaqt li titqies iż-żieda fil-piżijiet tagħhom u tal-bagalji tagħhom. Dak jista' jsir permezz ta' żieda fil-piż awtorizzat għax-xarabanks b'żewġ fusijiet, f'limiti li, madankollu, jiżguraw li ma ssirx ħsara lill-infrastruttura tat-triq minħabba erożjoni aktar rapida.

(12)

Każijiet ta' ksur rigward vetturi b'tagħbija eċċessiva jeħtieġ li jkunu indirizzati kif xieraq mill-Istati Membri sabiex tkun evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u tiġi żgurata s-sikurezza tat-triq.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi u biex jitjieb is-sejbien ta' ksur, l-Istati Membri għandhom, sas-27 ta' Mejju 2021, jieħdu miżuri speċifiċi biex jidentifikaw vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni li x'aktarx jaqbżu l-limiti rilevanti fil-piż u li għaldaqstant għandhom jiġu vverifikati. Tali identifikazzjoni tista' titwettaq permezz ta' mekkaniżmi tal-piż mibnijia fl-infrastruttura tat-toroq jew permezz ta' sensers abbord il-vetturi li jikkomunikaw data mill-bogħod lill-awtoritajiet rilevanti. Tali data abbord għandha ssir disponibbli wkoll għas-sewwieq. Kull sena kull Stat Membru għandu jwettaq għadd xieraq ta' kontrolli fuq il-piż tal-vetturi. L-għadd ta' tali kontrolli għandu jkun proporzjonat għall-għadd totali ta' vetturi spezzjonati annwalment fl-Istat Membru konċernat.

(14)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, nondiskriminatorji, u għandhom ikunu proporzjonati u dissważivi.

(15)

Sabiex il-kontrolli tal-piżijiet tal-vetturi jew tal-kombinazzjonijiet tal-vetturi jsiru aktar effettivi fil-livell internazzjonali, u sabiex tiġi ffaċilitata l-operazzjoni aktar bla xkiel ta' dawk il-kontrolli, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni. Il-punt ta' kuntatt magħżul f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandu jintuża għal tali skambji ta' informazzjoni.

(16)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati regolarment bil-kontrolli tat-traffiku fit-toroq li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-informazzjoni, mogħtija mill-Istati Membri, ser tippermetti lill-Kummissjoni li tiżgura l-knformità min-naħa tat-trasportaturi mar-regoli provduti f'din id-Direttiva, kif ukoll li tiddetermina jekk għandhomx jiġu elaborati miżuri koerċittivi addizzonali.

(17)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(18)

Il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta atti ta' implimentazzjoni marbuta mar-rekwiżiti operazzjonali rigward l-użu ta' apparat ajrudinamiku u lanqas speċifikazzjonijiet dettaljati dwar tagħmir abbord ta' użin, meta l-kumitat stabbilit skont din id-Direttiva ma jagħti l-ebda opinjoni dwar l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-Kummissjoni.

(19)

Sabiex taġġorna l-lista ta' fjuwils alternattivi inkluża f'din id-Direttiva fid-dawl tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż konsultazzjonijiet mal-esperti tal-Istati Membri, qabel jiġu adottati l-atti ddelegati. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(20)

Minħabba li l-objettivi ta' din-id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' għalhekk tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(21)

Għalhekk id-Direttiva 96/53/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 96/53/KE hi emendata kif ġej:

(1)

punt (a) tal-Artikolu 1(1) hija sostitwita b'dan li ġej:

“(a)

id-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur fil-kategoriji M2 u M3 u lkarrijiet tagħhom fil-kategorija 0 u l-vetturi bil-mutur fil-kategoriji N2 u N3 u l-karrijiet tagħhom fil-kategoriji 03 u 04, kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

(*)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).”"

;

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

“—

‘fjuwils alternattivi’ għandha tfisser fjuwils jew sorsi tal-enerġija li jservu, tal-inqas parzjalment, ta' sostitut għas-sorsi ta' żejt fossili fil-provvista tal-enerġija għat-trasport, u li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tat-trasport li jikkonsistu minn:

(a)

l-elettriku kkunsmat f'kull tip ta' vettura elettrika,

(b)

l-idroġenu,

(c)

il-gass naturali, inkluż il-bijometan, f'forma gassuża (Gass Naturali Kkompressat — CNG) u f'forma likwifikata (gass naturali likwifikat — LNG),

(d)

il-Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG),

(e)

enerġija mekkanika minn sors abbord/ħażna abbord, inkluża sħana mitlufa,

‘vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv’ għandha tfisser vettura bil-mutur li taħdem kompletament jew parzjalment bi fjuwil alternattiv u li ġiet approvata skont il-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE,

‘operazzjoni tat-trasport intermodali’ għandha tfisser:

(a)

l-operazzjonijiet tat-trasport kombinati definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE (**) li jittrasportaw kontenitur jew kontenituri jew kaxxi skambjabbli, sa tul massimu totali ta' 45 pied, jew

(b)

operazzjonijiet ta' trasport li jittrasportaw kontenitur jew kontenituri jew kaxxi skambjabbli, sa tul massimu totali ta' 45 pied, li jużaw it-trasport fuq l-ilma, sakemm it-tul inizjali jew finali tat-triq ma jaqbiżx 150 km fit-territorju tal-Unjoni. Id-distanza ta' 150 km imsemmija hawn fuq tista' tinqabeż sabiex jintlaħaq l-eqreb terminal ta' trasport adatt għas-servizz previst fil-każ li:

(i)

vetturi li jikkonformaw mal-punti 2.2.2 (a) jew (b) tal-Anness I, jew

(ii)

vetturi li jikkonformaw mal-punti 2.2.2 (c) jew (d) tal-Anness I, fil-każ li tali distanzi jkunu permessi fl-Istat Membru rilevanti.

Għall-operazzjonijiet tat-trasport intermodali, l-eqreb terminal ta' trasport adatt li jipprovdi servizz jista' jkun jinsab fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li fih il-konsenja ġiet mgħobbija jew maħtuta,

‘burdnar’ għandha tfisser entità ġuridika jew persuna fiżika jew ġuridika li hija msemmija fuq polza ta' kargu jew fuq dokument ta' trasport ekwivalenti, pereżempju polza ta' kargu tat-tip ‘through’, bħala l-burdnar u/jew li f'isimha jew għan-nom tagħha jkun ġie konkluż kuntratt ta' ġarr mal-kumpannija tat-trasport.

(**)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar li jiġu stabiliti regoli komuni għal ċerti tipi ta' ġarr ikkombinat tal-oġġetti bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).”"

;

(b)

fit-tieni paragrafu, ir-referenza għad-“Direttiva 70/156/KEE” hi sostitwita b'dan li ġej:

“Direttiva 2007/46/KE”.

(3)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-paragrafu 4 huma mħassra.

(b)

il-paragrafu 6 huwa mħassar.

(4)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b' dan li ġej:

“Artikolu 5

Vetturi artikolati fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 1991 li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet li jinsabu fil-punti 1.6 u 4.4 tal-Anness I għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' tali speċifikazzjonijiet għall-fini tal-Artikolu 3 sakemm ma jkunux jaqbżu tul totali ta' 15,50 m.”

.

(5)

L-Artikoli 8, 8a u 9 huma mħassra.

(6)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 8b

1.   Bl-għan li titjieb l-effiċjenza enerġetika, vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li huma mgħammra b'tagħmir ajrudinamiku li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, u li jikkonformaw mad-Direttiva 2007/46/KE jistgħu jaqbżu t-tulijiet massimi previsti fil-punt 1.1 tal-Anness I għal' din id-Direttiva, biex tkun possibbli ż-żieda ta' tali tagħmir ma' wara tal-vetturi jew tal-kombinazzjonijiet ta' vetturi. Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi mgħammra b'tali tagħmir għandhom ikunu konformi mal-punt 1.5 tal-Anness I għal din id-Direttiva, u kwalunkwe żidiet tat-tulijiet massimi, dan ma għandux jirriżulta f'żieda tat-tul tat-tagħbija ta' dawk il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi.

2.   Qabel ma jitqiegħed fis-suq, it-tagħmir ajrudinamiku imsemmi fil-paragrafu 1 li jaqbeż 500 mm fit-tul għandu jkun kopert minn approvazzjoni tat-tip skont ir-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE.

Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li tadotta jew temenda kwalunkwe rekwiżit tekniku għall-approvazzjoni tat-tip ta' tagħmir ajrudinamiku stipulat fi ħdan dak il-qafas, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata s-sikurezza fit-toroq u s-sikurezza ta' operazzjonijiet ta' trasport intermodali, u b'mod partikolari:

(a)

it-twaħħil sigur tat-tagħmir b'mod li jitnaqqas ir-riskju li jinqala' maż-żmien, inkluż matul operazzjoni ta' trasport intermodali;

(b)

is-sikurezza ta' utenti oħra tat-triq, speċjalment l-utenti vulnerabbli tat-triq, billi tiġi żgurata, fost oħrajn, il-viżibbiltà tal-immarkar tal-kontorn meta l-apparat ajrudinamiku jitwaħħal, billi jiġu adattati r-rekwiżiti ta' viżjoni indiretta u, fil-każ ta' ħabta ma' wara ta' vettura jew kombinazzjoni ta' vetturi, billi ma tiġix kompromessal-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara.

Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kif xieraq, proposta leġislattiva biex temenda r-regoli relevanti dwar l-approvazzjoni tat-tip fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE.

3.   It-tagħmir ajrudinamiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet operazzjonali li ġejjin:

(a)

f'ċirkustanzi fejn is-sikurezza ta' utenti oħra tat-triq jew tas-sewwieq tinsab f'riskju, għandu jintewa, jinġibed lura jew jinqala' mis-sewwieq;

(b)

l-użu tiegħu fl-infrastrutturi tat-toroq urbani u interurbani għandu jqis il-karatteristiċi speċjali ta' żoni fejn il-limitu ta' veloċità jkun inqas jew ta' 50 km/siegħa u fejn hemm possibbiltà akbar li jkunu preżenti utenti tat-triq aktar vulnerabbli; u

(c)

l-użu tiegħu għandu jkun kumpatibbli mal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali u b'mod partikolari, fejn miġbud lura/mitwi, ma għandux jiżdied it-tul massimu awtorizzat b'aktar minn 20 ċm.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10i(2).

5.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mid-data ta' traspożizzjoni jew ta' applikazzjoni tal-emendi neċessarji għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 u wara l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, kif xieraq.

Artikolu 9a

1.   Bl-għan li titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, b'mod partikolari permezz ta' titjib fil-prestazzjoni ajrudinamika tal-kabini, kif ukoll is-sikurezza tat-toroq, il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 u li jikkonformaw mad-Direttiva 2007/46/KE, jistgħu jaqbżu t-tulijiet massimi stipulati fil-punt 1.1 tal-Anness I għal din id-Direttiva sakemm il-kabina tagħhom jkollha ajrudinamika mtejba, effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-prestazzjoni tas-sikurezza. Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi mgħammra b'tali kabini għandhom ikunu konformi mal-punt 1.5 tal-Anness I għal din id-Direttiva u, kwalunkwe żieda fit-tulijiet massimima għandux jirriżulta f'żieda tal-kapaċità tat-tagħbija ta' dawk il-vetturi.

2.   Qabel ma jitqiegħdu fis-suq, il-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu approvati f'konformità mar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE. Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġu żviluppati rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi mgħammra b'kabini kif stipulat fi ħdan dak il-qafas, filwaqt li tqis dan li ġej:

(a)

it-titjib fil-prestazzjoni ajrudinamika tal-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi;

(b)

l-utenti vulnerabbli tat-triq, u t-titjib tal-viżibbiltà tagħhom għas-sewwieqa, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-punti mhux viżibbli għas-sewwieqa;

(c)

it-tnaqqis fil-ħsara jew korriment minħabba utenti oħra tat-triq f'każ ta' ħabta;

(d)

is-sikurezza u l-kumdità tas-sewwieqa.

Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, fejn xieraq, proposta leġislattiva biex temenda r-regoli rilevanti dwar l-approvazzjoni tat-tip fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika minn tliet snin wara d-data ta' traspożizzjoni jew ta' applikazzjoni tal-emendi neċessarji għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2, kif xieraq.”

.

(7)

L-Artikolu 10a huwa mħassar:

(8)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 10b

Il-piżijiet massimi awtorizzati ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi għandhom ikunu dawk imniżżla fil-punti 2.3.1, 2.3.2 u 2.4 tal-Anness I.

Il-vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi madankollu għandhom jikkonformaw ukoll mal-limiti ta' tagħbija massima awtorizzata fuq il-fus mniżżla fil-punt 3 tal-Anness I.

Il-piż addizzjonali li jeħtieġu l-vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi għandu jiġi definit fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-produttur meta tiġi approvata l-vettura inkwistjoni. Dak il-piż addizzjonali għandu jiġi indikat fil-prova uffiċjali meħtieġa skont l-Artikolu 6.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10h li jaġġornaw, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-lista ta' fjuwils alternattivi msemmija fl-Artikolu 2 li jeħtieġu piż addizzjonali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.

Artikolu 10c

It-tulijiet massimi stabbiliti fil-punt 1.1 tal-Anness I, soġġett fejn applikabbli għall-Artikolu 9a(1) u t-tul massimu stabbilit fil-punt 1.6 tal-Anness I jistgħu jinqabżu bi 15-il ċentimetru għall-vetturi jew għal kombinazzjonijiet ta' vetturi li jittrasportaw kontejners tal-45 pied jew kaxex skambjabbli tal-45 pied, vojta jew mgħobbija, sakemm it-trasport bit-triq tal-kontejner jew tal-kaxxa skambjabbli in kwistjoni jkun parti minn operazzjoni ta' trasport intermodali.

Artikolu 10d

1.   Sas-27 ta' Mejju 2021, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jidentifikaw vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni li x'aktarx ikunu qabżu l-piż massimu awtorizzat u li għaldaqstant għandhom jiġu vverifikati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri jistgħu jsiru bl-għajnuna ta' sistemi awtomatiċi mqiegħda fuq l-infrastrutturi, jew permezz ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord il-vetturi skont il-paragrafu 4.

Stat Membru ma għandux jirrikjedi l-installazzjoni ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord fuq vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li huma reġistrati fi Stat Membru ieħor.

Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, fejn jintużaw sistemi awtomatiċi biex jiġi stabbilit ksur ta' din id-Direttiva u biex jiġu imposti pieni, tali sistemi awtomatiċi għandhom jiġu ċċertifikati. Fejn sistemi awtomatiċi jintużaw biss għal skopijiet ta' identifikazzjoni ma għandhomx għalfejn ikunu ċertifikati.

2.   Kull Stat Membru għandu, f'kull sena kalendarja, jagħmel għadd xieraq ta' verifiki fuq il-piż ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni, proporzjonat mal-għadd totali ta' vetturi spezzjonati kull sena fit-territorju tiegħu.

3.   L-Istati Membri, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-ksur u l-pieni marbutin ma' dan l-Artikolu.

4.   It-tagħmir għall-kejl tal-piż imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun preċiż u affidabbli, kompletament interoperabbli u kumpatibbli mat-tipi kollha ta' vetturi.

5.   Sas-27 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni għandha, tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-interoperabbiltà u l-kumpatibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 4.

Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità, dawk id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom iwasslu biex id-data dwar il-piż tkun tista' tiġi komunikata fi kwalunkwe ħin minn vettura li qed tiċċaqlaq lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lis-sewwieq tagħha. Dik il-komunikazzjoni għandha ssir permezz tal-interfaċċja definita mill-istandards ta' CEN DSRC — EN 12253, EN 12795, EN 12834, EN 13372 u ISO 14906. Barra minn hekk, tali komunikazzjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jikkomunikaw u jiskambjaw informazzjoni bl-istess mod mal-vetturi u l-kombinazzjonijiet ta' vetturi reġistrati fi kwalunkwe Stat Membru u bl-użu ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord il-vettura.

Sabiex tiġi żgurata kumpatibbiltà mat-tipi kollha ta' vetturi, sistemi abbord vetturi bil-mutur għandu jkollhom il-kapaċità li jirċievu u jipproċessaw kwalunkwe data li ġejja minn kull tip ta' trejler jew semitrejler marbuta ma' vetturi bil-mutur.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10i(2).

Artikolu 10e

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, m'għandhomx ikunu diskriminatorji, u għandhom ikunu proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jagħtu notifika dwar dawk ir-regoli lill-Kummissjoni.

Artikolu 10f

1.   Għat-trasport ta' kontejners u kaxxi skambjabbli, l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli li jesiġu:

(a)

li l-burdnar jagħti lit-trasportatur bit-triq fdat bit-trasport ta' kontejner jew kaxxa skambjabbli dikjarazzjoni li tindika l-piż tal-kontejner jew kaxxa skambjabbli li tkun ġiet trasportata, u

(b)

li t-trasportatur bit-triq jipprovdi aċċess għad-dokumentazzjoni rilevanti kollha provduta mill-burdnar.

2.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar ir-responsabbiltà kemm għall-burdnar kif ukoll għat-trasportatur bit-triq kif xieraq f'każijiet fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun nieqsa jew żbaljata u l-vettura jew kombinazzjoni ta' vetturi tkun mgħobbija żżejjed.

Artikolu 10g

Kull sentejn, u mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena wara tmiem il-perijodu ta' sentejn ikkonċernat, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa dwar:

(a)

l-għadd ta' verifiki li jkunu saru fis-sentejn kalendarji preċedenti, u

(b)

l-għadd ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'tagħbija eċċessiva li jkunu nstabu.

Din l-informazzjoni tista' tkun parti mill-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni riċevuta skont dan l-Artikolu, u għandha tinkludiha fir-rapport li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont ir-Regolament (KE) Nru 561/2006.

Artikolu 10h

1.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 10b hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-26 ta' Mejju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikolu 10b tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dwar dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 10b għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 10i

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għat-Trasport bit-Triq imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 10j

Sat-8 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni għandha tressaq, kif xieraq, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-emendi għal din id-Direttiva introdotta bid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), inkluż it-teħid tal-kont ta' karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti setturi tas-suq. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġislattiva akkumpanjata debitament minn valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapport għandu jsir disponibbli tal-anqas sitt xhur qabel ma tiġi sottomessa kwalunkwe proposta leġislattiva.

(1)

(1)*

Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

(2)

(2)*

Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

(3)

(3)*

Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(4)

(4)*

Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(5)

(5)*

Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1).”

.

(9)

L-Anness I hu emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.2(a) għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

“(a)

il-vetturi kollha ħlief il-vetturi msemmija fil-punt (b); 2,55 m”

;

(b)

il-punt 1.2(b) għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

“(b)

superstrutturi ta' vetturi kondizzjonati jew kontejners jew kaxxi skambjabbli kondizzjonati trasportati permezz ta' vetturi: 2,60 m”

;

(c)

il-punt 2.2.2(c) għandu jiġi sostitwit b'dan it-test:

“(c)

vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet b'semitrejler li jkollu tliet fusijiet u li jkun qed jittrasporta, b'operazzjonijiet ta' trasport intermodali, unità waħda jew aktar ta' kontejners jew kaxxi skambjabbli, sa tul massimu totali ta' mhux iktar minn 45 pied: 42 tunnellata”

;

(d)

fil-punt 2.2.2, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

vettura bil-mutur bi tliet fusijiet b'semitrejler li jkollu żewġ jew tliet fusijiet u li jkun qed jittrasporta, b'operazzjonijiet ta' trasport intermodali, kontejner jew kaxxa skambjabbli waħda jew aktar, sa tul massimu totali ta' 45 pied: 44 tunnellata”

;

(e)

il-punt 2.3.1 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“2.3.1.

vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet li mhumiex karozzi tal-linja: 18-il tunnellata

vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet li jaħdmu bi fjuwils alternattivi u li mhumiex karozzi tal-linja: il-piż massimu ta' 18-il tunnellata għandu jiżdied minħabba l-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata

karozzi tal-linja b'żewġ fusijiet: 19,5 tunnellati”

;

(f)

il-punt 2.3.2, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.3.2.

vetturi bil-mutur bi tliet fusijiet: 25 tunnellata jew 26 tunnellata fejn il-fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u sospensjoni bl-arja jew sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-Unjoni kif definit fl-Anness II, jew fejn kull fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u l-piż massimu ta' kull fus ma jaqbiżx 9,5 tunnellati.

vettura bil-mutur bi tliet fusijiet li jaħdmu bi fjuwils alternattivi: 25 tunnellata jew 26 tunnellata fejn il-fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u sospensjoni bl-arja jew sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-Unjoni kif definit fl-Anness II, jew fejn kull fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u l-piż massimu ta' kull fus ma jaqbiżx 9,5 tunnellati jiżdied minħabba l-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata”

;

(g)

il-punt 2.4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.4.

Karozzi tal-linja artikolati bi tliet fusijiet: 28 tunnellata

Karozzi tal-linja artikolati bi tliet fusijiet li jaħdmu fi fjuwils alternattivi: il-piż massimu awtorizzat ta' 28 tunnellata għandu jiżdied minħabba l-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata”

.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-7 ta' Mejju 2017. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif għandha issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 133.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-16 ta' Ottubru 2014 (ĠU C 40, 5.2.2015, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).

(4)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat ta' prodotti bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/11


DIRETTIVA (UE) 2015/720 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE (4) ġiet adottata sabiex tipprevjeni jew tnaqqas l-impatt tal-imballaġ u l-iskart mill-imballaġ fuq l-ambjent. Għalkemm il-basktijeit tal-plastik jikkostitwixxu mballaġ fi ħdan it-tifsira ta' dik id-Direttiva, ma fihiex miżuri speċifiċi dwar il-konsum ta' dawn il-basktijiet.

(2)

Il-livelli tal-konsum attwali tal-basktijiet tal-plastik jirriżulta f'livelli għoljin ta' skart u użu ineffiċjenti tar-riżorsi u huma mistennija jiżdiedu jekk ma hija se tittieħed l-ebda azzjoni. L-iskart tal-basktijiet tal-plastik iwassal għall-kontanimazzjoni ambjentali u jżid il-problema globali ta' skart f'korpi tal-ilma, b'theddida għall-ekosistemi akwatiċi madwar id-dinja kollha.

(3)

Barra minn hekk, l-akkumulazzjoni ta' basktijiet tal-plastik fl-ambjent għandha impatt negattiv ċar fuq ċerti attivitajiet ekonomiċi.

(4)

Basktijiet tal-plastik ta' ħxuna inqas minn 50 mikroni (“basktijiet tal-plastik ħfief”), li jirrapreżentaw il-maġġoranza vasta tal-għadd totali tal-basktijiet tal-plastik kkunsamati fl-Unjoni, jerġgħu jintużaw inqas minn basktijiet tal-plastik eħxen. Konsegwentement, il-basktijiet tal-plastik ħfief jispiċċaw skart iktar malajr u huma iktar suxxettibbli li jintremew minħabba li huma ħfief.

(5)

Ir-rati ta' riċiklaġġ attwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief huma baxxi ħafna u, minħabba għadd ta' diffikultajiet prattiċi u ekonomiċi, iktarx ma jilħqux livelli sinifikanti fil-futur qarib.

(6)

Skont il-ġerarkija tal-iskart, il-prevenzjoni għandha tiġi l-ewwel. Il-basktijiet tal-plastik iservu għal bosta skopijiet u se jibqgħu jiġu kkunsmati fil-futur. Sabiex ikun żgurat li l-basktijiet tal-plastik użati ma jispiċċawx bħala skart fl-ambjent, għandhom jittieħdu miżuri adegwati u l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati dwar mod xieraq ta' trattament tal-iskart.

(7)

Il-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ivarjaw b'mod konsiderevoli madwar l-Unjoni minħabba differenzi fl-abitudni tal-konsum, is-sensibilizzazzjoni ambjentali, u l-effettività tal-miżuri tal-politika li jittieħdu mill-Istati Membri. Xi Stati Membri rnexxielhom inaqqsu l-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik b'mod sinifikanti, tant li l-livell medju tal-konsum fis-seba' Stati Membri bl-aħjar prestazzjoni jammonta għal 20 % biss tal-konsum medju tal-Unjoni.

(8)

Id-disponibbiltà u l-preċiżjoni tad-data dwar il-livelli attwali tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ivarjaw bejn l-Istati Membri. Data preċiża u komparabbli dwar il-konsum hija importanti biex tiġui vvalutata l-effettività tal-miżuri tat-tnaqqis u biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni. Għalhekk, għandha tiġi żviluppata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief kull persuna bil-għan li jkun immonitorjat il-progress fit-tnaqqis tal-konsum ta' tali basktijiet.

(9)

Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar il-konsumatur uriet li għandha rwol deċiżiv fil-ksib tal-miri fir-rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. Għalhekk, sforzi fil-livell istituzzjonali huma meħtieġa biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik u biex tintemm il-perċezzjoni attwali tal-plastik li ma jagħmilx ħsara u li hu irħis.

(10)

Sabiex jippromwovu tnaqqis sostanzjat tal-livell medju tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex inaqsu b'mod sinifikanti l-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief f'konformità mal-għanijiet ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-iskart u l-ġerarkija tal-iskart kif provdut fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Tali miżuri ta' tnaqqis għandhom iqisu l-livelli tal-konsum attwali tal-basktijiet tal-plastik fl-Istati Membri individwali, fejn livelli ogħla jirrikjedu sforzi iktar ambizzjużi, u jqisu it-tnaqqis li diġà nkiseb. Sabiex jiġi mmonitorjat il-progress fit-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, hu neċessarju li l-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu data dwar il-konsum tagħhom skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 94/62/KE.

(11)

Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri jistgħu jinvolvu l-użu ta' strumenti ekonomiċi bħall-ipprezzar, it-taxxi u l-imposti, li taw prova li huma partikolarment effettivi fit-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik, u r-restrizzjonijiet kummerċjali bħal projbizzjonijiet b'deroga tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE dment li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.

(12)

Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta dawn jiġu rkuprati jew mormija, il-proprjetajiet ta' riċiklaġġ u kompostjar tagħhom, it-tul ta' żmien tagħhom jew l-użu maħsub speċifiku ta' dawk il-basktijiet filwaqt li jitqies kwalunkwe effett ta' sostituzzjoni negattivi possibbli.

(13)

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jeżentaw basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 15 mikroni (“basktijiet tal-plastik ħfief ħafna”) pprovduti bħala imballaġġ primarju tal-ikel sfuż meta jkun meħtieġ għall-finijiet ta' iġjene jew meta l-użu tagħhom igħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel.

(14)

L-Istati Membri jistgħu liberalment jużaw id-dħul iġġenerat minn miżuri meħuda skont id-Direttiva 94/62/KE biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief.

(15)

Programmi ta' sensibilizzazzjoni għall-konsumaturi inġenerali u programmi edukattivi għat-tfal jista' jkollhom rwol importanti fit-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik.

(16)

L-Istandard Ewropew EN 13432 dwar “Rekwiżiti għal imballaġġ irkuprabbli permezz ta kompostjar u bijodegradazzjoni — Skema ta' test u kriterji ta' evalwazzjoni għall-aċċettazzjoni finali tal-imballaġġ” jistipula l-karatteristiċi li materjal għandu jkollu sabiex jiġi kkunsidrat “kompostabbli”, jiġifieri li jista' jiġi riċiklat permezz ta' proċess ta' rkupru organiku magħmul minn kompostjar u diġestjoni anerobika. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni biex jżviluppa standard separat għal imballaġġ kompostabbli f'livell domestiku.

(17)

Hu importanti li jiġi żgurat ir-rikonoxximent fl-Unjoni kollha tat-tikketti jew il-marki għal basktijiet tal-plastik bijogradabbli u kompostabbli.

(18)

Xi basktijiet tal-plastik huma mmarkati bħala “ossobijodegradabbli” jew “ossodegradabbli” mill-manifatturi tagħhom. F'tali basktijiet, l-addittivi huma inkorporati fi plastiks konvenzjonali. Minħabba l-preżenza ta' dawk l-addittivi, il-plastik jifframmenta f'partiċelli żgħar maż-żmien, li jibqgħu fl-ambjent. B'hekk ir-referenza għal tali basktijiet bħala “bijodegradabbli” tista' tkun qarrieqa minħabba li dawn jistgħu ma jkunux soluzzjoni għall-iskart u jistgħu, għall-kuntrarju, iżidu t-tniġġis. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-impatt tal-użu ta' basktijiet tal-plastik ossodegradabbli fuq l-ambjent u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż, jekk adatt, sett ta' miżuri li jillimitaw il-konsum tagħhom jew biex inaqqsu kwalunkwe impatt ta' ħsara.

(19)

Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex jitnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik għandhom iwasslu għal tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief u ma għandhomx iwasslu għal żieda ġenerali fil-ġenerazzjoni tal-imballaġġ.

(20)

Il-miżuri provduti f'din id-Direttiva huma konsistenti mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi u għandhom jikkontribwixxu għal azzjonijiet kontra l-iskart marin, imwettqa f'konformità mad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(21)

Id-Direttiva 94/62/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 94/62/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“1a.

‘plastik’ għandha tfisser polimer fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), li miegħu jistgħu jkunu żdiedu addittivi jew sustanzi oħra, u li kapaċi jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-basktijiet;

1b.

‘basktijiet tal-plastik’ għandha tfisser basktijiet bil- jew mingħajr widna, magħmula mill-plastik, li huma fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ ta' oġġetti jew prodotti;

1c.

‘basktijiet tal-plastik ħfief’ għandha tfisser basktijiet tal-plastik […] bi ħxuna ta' inqas minn 50 mikroni […];

1d.

‘basktijiet tal-plastik ħfief ħafna’ għandha tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 15 mikroni u li huma meħtieġa għal skopijiet ta' iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel;

2e.

‘basktijiet tal-plastik ossodegradabbli’ għandha tfisser basktijiet tal-plastik magħmula minn materjali tal-plastik li jinkludu addittivi li jikkatalizzaw il-frammentazzjoni tal-materjal tal-plastik f'mikroframmenti.

(*)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).”"

.

(2)

Fl-Artikolu 4, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief fit-territorju tagħhom […].

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta' miri ta' tnaqqis nazzjonali, li jżommu jew jintroduċu strumenti ekonomiċi kif ukoll restrizzjonijiet kummerċjali b'deroga mill-Artikolu 18, dment li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.

Tali miżuri jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta dawn jiġu rkuprati jew mormija, il-proprjetajiet ta' kompostjar tagħhom, it-tul ta' żmien jew l-użu maħsub speċifiku.

Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għandhom jinkludu waħda minn jew it-tnejn li ġejjin:

(a)

l-adozzjoni ta' miżuri li jiżguraw li l-livell ta' konsum annwali ma jeċċedix 90 basket tal-plastik ħfief kull persuna sal-31 ta' Diċembru 2019 u 40 basket tal-plastik ħfief kull persuna sal-31 ta' Diċembru 2025, jew miri ekwivalenti stabbiliti bil-piż. Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jistgħu jiġu esklużi minn objettivi nazzjonali tal-konsum;

(b)

l-adozzjoni ta' strumenti li jiżguraw li, sal-31 ta' Diċembru 2018, il-basktijiet tal-plastik ħfief ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew tal-prodotti, ħlief jekk jiġu implimentati strumenti effettivi b'mod ekwivalenti. Il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jistgħu jiġu esklużi minn dawn il-miżuri.

Mis-27 ta' Mejju 2018 l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief meta jipprovdu dejta lill-Kummissjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ f'konformità mal-Artikolu 12.

Sas-27 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief kull persuna u li jadatta l-formati adottati taħt l-Artikolu 12(3). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

1b.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri bħal strumenti ekonomiċi u miri ta' tnaqqis nazzjonali, fir-rigward ta' kwalunkwe tip ta' basket tal-plastik, irrispettivament mill-ħxuna tagħhom.

1c.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, tal-inqas matul l-ewwel sena wara s-27 ta' Novembru 2016, jinkoraġġixxu b'mod attiv kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni pubbliċi dwar l-impatt ambjentali negattiv tal-użu eċċessiv ta' basktijiet tal-plastik ħfief.”

.

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Miżuri speċifiċi għal basktijiet tal-plastik bijodegradabbli u kompostabbli

Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tat-tikketti jew il-marki biex jiġi żgurat rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli u biex il-konsumaturi jiġu pprovduti b'informazzjoni korretta dwar il-proprjetajiet ta' kompostjar ta' dawn il-basktijiet. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

Mhux iktar tard minn tmintax-il xahar wara l-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli jkunu ttikkettjati skont l-ispeċifikazzjonijiet provduti f'dak l-att ta' implimentazzjoni.”

.

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 20a

Rapport dwar basktijiet tal-plastik ħfief

1.   Sas-27 ta' Novembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-effettività tal-miżuri fl-Artikolu 4(1a) fil-livell tal-Unjoni, fil-ġlieda kontra l-iskart, il-bidla fl-imġiba tal-konsumatur u biex tiġi promossal-prevenzjoni tal-iskart. Jekk il-valutazzjoni turi li l-miżuri adottati mhumiex effettivi, il-Kummissjoni għandha teżamina modi possibbli oħra biex jinkiseb it- tnaqqis fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, inkluż l-istabbiliment ta' miri realistiċi u li jistgħu jinkisbu fil-livell tal-Unjoni, u tippreżenta proposta leġislattiva, jekk xieraq.

2.   Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jeżamina l-impatt tal-użu ta' basktijiet tal-plastik ossodegradabbli fuq l-ambjent u tippreżenta proposta leġislattiva, jekk xieraq.

3.   Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatti ta' possibbilitajiet differenti għat-tnaqqis tal-konsum ta' basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, u tippreżenta proposta leġislattiva jekk adatt.”

.

(5)

Fl-Artikolu 22(3a), l-ewwel subparagrafu, għandu jiġi sostitwit kif ġej:

“3a.   Dment li l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4(1a) u 7 permezz ta' ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati.”

.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-27 ta' Novembru 2016. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 214, 8.7.2014, p. 40.

(2)  ĠU C 174, 7.6.2014, p. 43.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-ĠU) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-2 ta' Marzu 2015 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 (għadha mhijiex ippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(5)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(6)  Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/721

tal-20 ta' April 2015

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vlaamse laurier (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'mod konformi mal-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ppreżentata mill-Belġju għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Vlaamse laurier” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; id-denominazzjoni “Vlaamse laurier” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Vlaamse laurier” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 2.13. Fjuri u pjanti ornamentali skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 432, 2.12.2014, p. 12.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/722

tal-5 ta' Mejju 2015

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tawrina bħala addittiv fl-għalf għal Canidae, Felidae, Mustelidae u l-ħut karnivoru

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

It-tawrina kienet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-ispeċijiet tal-annimali kollha. Dik is-sustanza wara ddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdidtat-tawrina u l-preparazzjonijiet tat-tawrina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u, skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-regolament, għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb. L-applikant talab li dan l-addittiv jitniżżel fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Mejju 2012 (3) li t-tawrina sintetika qed titqies effikaċi għall-użu fid-dieta għal qtates, il-klieb u l-ħut karnivoru. L-użu storiku ta' dieti li fihom sa 20 % għalf li joriġina mill-annimali wassal għall-konklużjoni li sa 0.2 % tawrina fl-għalf komplut huwa tollerat minn kull speċi tal-annimali. L-Awtorità tirrakkomanda li t-tawrina m'għandhiex tibqa' tiġi awtorizzata għall-użu fit-tjur tal-irziezet, il-ħnieżer u r-ruminanti. L-Awtorità kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, it-tawrina ma għandhiex effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf u fl-ilma imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-konklużjonijiet għall-qtates u l-klieb jistgħu jiġu estrapolati għal speċijiet tal-istess familja jiġifieri l-Felidae u l-Canidae, peress li huma speċijiet relatati fiżjoloġikament f'termini ta' funzjoni gastrointestinali.

(7)

Il-Mustelidae jappartjenu fl-ordni tal-karnivori bħala Felidae u Canidae. Il-Mustelidae huma speċijiet karnivori u ħafna minnhom karnivori obbligati. Huma jeħtieġu t-tawrina u l-prekursuri tagħha, il-metjonina jew il-kisteina fid-dieta biex iżommu konċentrazzjonijiet normali ta' tawrina f'ġisimhom. Sorsi tradizzjonali għat-tawrina huma t-tessut tal-muskoli, tal-moħħ jew l-vixxeri. Peress li l-ipproċessar bis-sħana u l-użu ta' sorsi alternattivi ta' proteina (b'kontenut baxx ta' dan l-aċidu amminiku) inaqqsu d-disponibbiltà tat-tawrina u l-prekursuri tagħha fl-għalf, hemm użu storiku ta' dieti li fihom it-tawrina bħala addittiv fl-għalf biex jiżguraw li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-tawrina għall-Mustelidae.

(8)

Il-valutazzjoni tat-tawrina turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif jistipula l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(9)

Billi mhijiex meħtieġa l-applikazzjoni minnufih tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutriment tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-pretaħlitiet li jkun fihom dik is-sustanza, li jkunu prodotti u tikkettati qabel is-26 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjal tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikata fl-Anness li jkunu prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-ħut karnivoru.

3.   L-għalf kompost u l-materjal tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikata fl-Anness li jkunu prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Mejju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-Canidae, l-Felidae u l-Mustelidae.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  The EFSA Journal 2012;10(6):2736.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % jew mg ta' sustanza attiva/l ta' ilma

Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: Vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili

3a370

Tawrina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Tawrina

Sustanza attiva

Tawrina

Isem tal-IUPAC: Aċidu 2-ammino-etanesulfoniku

C2H7NO3S

Numru CAS: 107-35-7

Tawrina, f'forma solida, magħmula b'sinteżi kimika: mhux inqas minn 98 %.

Metodu tal-Analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tat-tawrina fl-addittiv tal-għalf: kromatografija ta' skambju joniku b'derivatizzazzjoni postkolonnali tan-ninidrin (metodu tal-Farmakopea Ewropea għad-determinazzjoni tal-aċidi aminiċi (pH. EUR. 6.6, 2.2.56 l-1 Metodu).

Għad-determinazzjoni tat-tawrina f'pretaħlitiet u għalf: Metodu ta' kromatografija ta' skambju joniku b'derivatizzazzjoni postkolonnali tan-ninidrin u detezzjoni fotometrika: abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (Anness III, f), jew Kromatografija Likwida ta' Prestazzjoni Għolja f'Fażi Kuntrarja (RP-HPLC) akkoppjata ma' detettur fluworexxenti (AOAC 999.12).

Għad-determinazzjoni tat-tawrina fl-ilma: Kromatografija Likwida abbinata ma' ditettur tal-fluworexxenza jew l-UV (AOAC 997.05).

Canidae, Felidae, Mustelidae u ħut karnivoru

1.

It-tawrina tista' titqiegħed fis-suq u tintuża bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlitiet, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

3.

Il-livelli rrakkomandati għal kontenut massimu f'mg ta' tawrina/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %:

Felidae: 2 500

Ħut karnivoru: 25 000

Canidae u Mustelidae: 2 000 .

4.

Għas-sikurezza: waqt l-użu għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, u nuċċalijiet u ngwanti tas-sikurezza.

5.

L-addittiv jista' jintuża fl-ilma għax-xorb.

Is-26 ta' Mejju 2025


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/723

tal-5 ta' Mejju 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-bijotina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-bijotina kienet ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dan il-prodott imbagħad iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-bijotina u tal-preparazzjonijiet magħmulin minnha għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u, b'konformità mal-Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament, għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb. L-applikanti talbu li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tas-16 ta' Ottubru 2012 u tas-17 ta' Ottubru 2012 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet li ġew proposti dwar l-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, il-bijotina ma tħallix effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-bijotina sintetika hija meqjusa bħala sors effettiv ta' bijotina fl-għalf tal-annimali, u li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf u fl-ilma għax-xorb li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza li ġie mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-bijotina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Billi mhijiex meħtieġa l-applikazzjoni minnufih tal-emendi għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tinsab fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom din is-sustanza, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Jekk ikunu maħsubin għal annimali għall-konsum, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

3.   Jekk ikunu maħsubin għal annimali mhux għall-konsum, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Mejju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  The EFSA Journal 2012;10(11):2925;The EFSA Journal 2012;10(11):2926.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % jew mg tas-sustanza attiva/l ta' ilma.

Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili

3a880

Bijotina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Bijotina

Sustanza attiva

D-(+)-bijotina

C10H16N2O3S

Nru tas-CAS: 58-85-5

Bijotina, f'forma solida, prodotta permezz ta' sinteżi kimika

Kriterji tal-purità: minimu ta' 97 %

Metodu ta' Analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni ta' D-(+)-bijotina fl-addittiv tal-għalf: assaġġ ta' titrazzjoni potenzjometrika u identifikazzjoni ta' rotazzjoni ottika (European Pharmacopeia 6.0, method 01/2008:1073).

Għad-determinazzjoni ta' D-(+)-bijotina fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa abbinata ma' spettrometrija ta' massa (RP-HPLC-MS/MS).

Għad-determinazzjoni ta' D-(+)-bijotina fl-ilma: assaġġ mikrobijoloġiku (US Pharmacopoeia 21, 3rd supplement, method (88) 1986)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Il-bijotina tista' titqiegħed fis-suq u tintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġjar għandha tintlibes protezzjoni għan-nifs.

4.

L-addittiv jista' jintuża fl-ilma għax-xorb.

Is-26 ta' Mejju 2025


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/724

tal-5 ta' Mejju 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-vitamina A kienet ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dan il-prodott imbagħad iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-vitamina A fl-għamla ta' aċetat tar-retinil, palmitat tar-retinil u propjonat tar-retinil bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tal-preparazzjonijiet magħmulin minnhom għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u, b'konformità mal-Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament, għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb. L-applikant talab li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Ma' dik l-applikazzjoni intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Diċembru 2012 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet li ġew proposti dwar l-użu fl-għalf, l-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil ma jħallux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem jew fuq l-ambjent.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil huma sorsi effettivi ta' vitamina A, u li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza li ġie mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati, iżda mhux għall-ilma għax-xorb. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat fl-għalf, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Għandhom jiġu stabbiliti livelli ta' kontenut massimu għall-vitamina A, irrispettivament mill-għamla tagħha. Il-vitamin A ma għandhiex tingħata direttament fl-ilma għax-xorb, minħabba li rotta tal-amministrazzjoni addizzjonali żżid ir-riskju għall-konsumaturi. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil bħala addittivi nutrizzjonali li jinsabu fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, għandha tiġi miċħuda fir-rigward tal-użu tagħhom fl-ilma. Din il-projbizzjoni ma tapplikax għall-addittivi f'għalf kompost li sussegwentement jingħataw fl-ilma.

(7)

Billi mhijiex meħtieġa l-applikazzjoni minnufih tal-emendi għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jinsabu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

L-awtorizzazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil, li jinsabu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, hija miċħuda għall-użu fl-ilma.

Artikolu 3

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Jekk ikunu maħsubin għal annimali għall-konsum, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Mejju 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Jekk ikunu maħsubin għal annimali mhux għall-konsum, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Mejju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2013;11(1):3037.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

IU ta' vitamina A/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili

3a672a

“Aċetat tar-retinil”, jew “Vitamina A”

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċetat tar-retinil

Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċetat tar-retinil

C22H32O2

Nru tas-CAS: 127-47-9

Aċetat tar-retinil, f'forma solida, prodott permezz ta' sinteżi kimika.

Kriterji tal-purità: minimu ta' 95 % (minimu ta' 2,76 MIU/g).

Metodi ta' Analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fl-addittiv tal-għalf: kromatografija fuq saff irqiq u detezzjoni bil-UV (TLC-UV) (Ph. Eur. 6th edition, monograph 0217).

Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa (RP-HPLC) bil-UV, jew detezzjoni bil-fluworexxenza — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2).

Ħnienes (li qed ireddgħu, u mitfuma)

16 000

1.

L-addittiv għandu jiġi miżjud mal-għalf permezz ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

L-aċetat tar-retinil jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għall-kontenut, kif stabbilit fuq it-tikketta, għandha tintuża l-ekwivalenza li ġejja: 1IU = 0,344 μg aċetat tar-retinil.

4.

It-taħlita ta' aċetat tar-retinil, palmitat tar-retinil u propjonat tar-retinil m'għandhiex taqbeż il-kontenut massimu għall-ispeċijiet u l-kategoriji rilevanti.

5.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

6.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ngwanti tas-sikurezza.

is-26 ta' Mejju 2025

Ħnieżer tas-simna

6 500

Ħnieżer ta' sess femminili

12 000

Ħnieżer oħra

Tiġieġ u speċijiet minuri ta' tjur

≤ 14-il jum

20 000

> 14-il jum

10 000

Dundjani

≤ 28 jum

20 000

> 28 jum

10 000

Tjur oħra

10 000

Baqar tal-ħalib u baqar għar-riproduzzjoni

 

9 000

Għoġġiela għat-trobbija

4 xhur

16 000

Għoġġiela u baqar oħra

25 000

Ħrief u għabajjar għat-trobbija

≤ xahrejn

16 000

> xahrejn

Ifrat, nagħaġ u mogħoż tas-simna

10 000

Annimali bovini, nagħaġ u mogħoż oħra

Mammiferi

Sostituti tal-ħalib biss: 25 000

Speċijiet oħra ta' annimali

3a672b

 

“Palmitat tar-retinil”, jew “Vitamina A”

Kompożizzjoni tal-addittiv

Palmitat tar-retinil

Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg tal-addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Palmitat tar-retinil

C36H60O2

Nru tas-Cas:79-81-2

Palmitat tar-retinil, f'forma solida u likwida, prodott permezz ta' sinteżi kimika: minimu ta' 90 %, jew ta' 1,64 MIU/g.

Metodi ta' Analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fl-addittiv tal-għalf: kromatografija fuq saff irqiq u detezzjoni bil-UV (TLC-UV) (Ph. Eur. 6th edition, monograph 0217).

Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa (RP-HPLC) bil-UV, jew detezzjoni bil-fluworexxenza — ir-Regolament (KE) Nru 152/2009.

Ħnienes (li qed ireddgħu, u mitfuma)

16 000

1.

L-addittiv għandu jiġi miżjud mal-għalf permezz ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Il-palmitat tar-retinil jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għall-kontenut, kif stabbilit fuq it-tikketta, għandha tintuża l-ekwivalenza li ġejja: 1IU = 0,5458 μg palmitat tar-retinil.

4.

It-taħlita ta' aċetat tar-retinil, palmitat tar-retinil u propjonat tar-retinil m'għandhiex taqbeż il-kontenut massimu għall-ispeċijiet u l-kategoriji rilevanti.

5.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

6.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ngwanti tas-sikurezza.

is-26 ta' Mejju 2025

Ħnieżer tas-simna

6 500

Ħnieżer ta' sess femminili

12 000

Ħnieżer oħra

Tiġieġ u speċijiet minuri ta' tjur

≤ 14-il jum

20 000

> 14-il jum

10 000

Dundjani

≤ 28 jum

20 000

> 28 jum

10 000

Tjur oħra

10 000

Baqar tal-ħalib u baqar għar-riproduzzjoni

9 000

Għoġġiela għat-trobbija

4 xhur

16 000

Għoġġiela u baqar oħra

25 000

Ħrief u għabajjar għat-trobbija

≤ xahrejn

16 000

> xahrejn

Ifrat, nagħaġ u mogħoż tas-simna

10 000

Annimali bovini, nagħaġ u mogħoż oħra

Mammiferi

Sostituti tal-ħalib biss: 25 000

Speċijiet oħra ta' annimali

3a672c

 

“Propjonat tar-retinil”, jew “Vitamina A”

Kompożizzjoni tal-addittiv

Propjonat tar-retinil

Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg tal-addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Propjonat tar-retinil

C23H34O2

Nru tas-Cas: 7069-42-3

Propjonat tar-retinil, f'forma likwida, prodott permezz ta' sinteżi kimika: minimu ta' 95 %, jew ta' 2,64 MIU/g.

Metodi ta' Analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fl-addittiv tal-għalf: kromatografija fuq saff irqiq u detezzjoni bil-UV (TLC-UV) (Ph. Eur. 6th edition, monograph 0217).

Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa (RP-HPLC) bil-UV, jew detezzjoni bil-fluworexxenza — ir-Regolament (KE) Nru 152/2009.

Ħnienes (li qed ireddgħu, u mitfuma)

16 000

1.

L-addittiv għandu jiġi miżjud mal-għalf permezz ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Il-propjonat tar-retinil jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għall-kontenut, kif stabbilit fuq it-tikketta, għandha tintuża l-ekwivalenza li ġejja: 1IU = 0,3585 μg propjonat tar-retinil.

4.

It-taħlita ta' aċetat tar-retinil, palmitat tar-retinil u propjonat tar-retinil m'għandhiex taqbeż il-kontenut massimu għall-ispeċijiet u l-kategoriji rilevanti.

5.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

6.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ngwanti tas-sikurezza.

is-26 ta' Mejju 2025

Ħnieżer tas-simna

6 500

Ħnieżer ta' sess femminili

12 000

Ħnieżer oħra

Tiġieġ u speċijiet minuri ta' tjur

≤ 14-il jum

20 000

> 14-il jum

10 000

Dundjani

≤ 28 jum

20 000

> 28 jum

10 000

Tjur oħra

10 000

Baqar tal-ħalib u baqar għar-riproduzzjoni

9 000

Għoġġiela għat-trobbija

4 xhur

16 000

Għoġġiela jew baqar oħra

25 000

Ħrief u għabajjar għat-trobbija

≤ xahrejn

16 000

> xahrejn

Ifrat, nagħaġ u mogħoż tas-simna

10 000

Annimali bovini, nagħaġ u mogħoż oħra

Mammiferi

Sostituti tal-ħalib biss: 25 000

Speċijiet oħra ta' annimali


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/725

tal-5 ta' Mejju 2015

li jiffissa d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tiegħu u t-tieni subparagrafu ta' dak l-istess Artikolu,

Billi:

(1)

L-għajnuna għall-ħażna privata mogħtija skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360 (2) kellha effett favorevoli fuq is-suq tal-laħam tal-majjal. Huwa mistenni li l-prezzijiet ikomplu jistabbilizzaw ruħhom.

(2)

Għalhekk, l-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal għandu jintemm u għandha tiġi ffissata data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal din l-għajnuna.

(3)

Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360 għandu jitħassar.

(4)

Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu saż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360 għandha tkun it-8 ta' Mejju 2015.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360 qed jitħassar b'effett mit-8 ta' Mejju 2015.

Madanakollu, huwa għandu jibqa' japplika għall-kuntratti li ġew konklużi skont dak ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/360 tal-5 ta' Marzu 2015 li jiftaħ il-ħażna privata għal-laħam tal-majjal u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 16).


6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/34


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/726

tal-5 ta' Mejju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

153,9

MA

87,0

MK

119,9

TN

392,6

ZZ

188,4

0707 00 05

AL

49,4

TR

110,0

ZZ

79,7

0709 93 10

MA

130,6

TR

133,2

ZZ

131,9

0805 10 20

EG

44,6

IL

71,3

MA

53,6

ZZ

56,5

0805 50 10

BR

107,1

TR

101,0

ZZ

104,1

0808 10 80

AR

98,9

BR

93,6

CL

120,5

MK

32,8

NZ

135,8

US

161,3

UY

92,0

ZA

117,5

ZZ

106,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/36


DEĊIŻJONI (UE) 2015/727 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta' April 2015

dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-ewwel perijodu tariffarju u għall-2015 (BĊE/2015/17)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa meħtieġ li jiddeċiedi l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti billi jinħarġu avviżi tariffarji għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni u sabiex din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tiegħu sat-30 ta' April tal-perijodu tariffarju relevanti.

(2)

L-avviż tariffarju għall-ewwel perijodu tariffarju, jiġifieri Novembru sa Diċembru 2014, għandu jinħareġ flimkien mal-avviż tariffarju għall-perijodu tariffarju tal-2015. L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali imposti fl-2015 b'hekk għandhom jirriflettu n-nefqa mġarrba mill-BĊE b'rabta mal-kompiti superviżorji tiegħu sa minn Novembru 2014.

(3)

Din in-nefqa primarjament tikkonsisti fi spejjeż relatati direttament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, eż. is-superviżjoni ta' entitajiet sinifikanti, is-sorveljanza tas-superviżjoni ta' entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta' kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Tinkludi wkoll spejjeż relatait indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, eż. servizzi pprovduti mill-oqsma ta' appoġġ tal-BĊE, inklużi binjiet, ġestjoni tar-riżorsi umani u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

(4)

Sabiex tiġi kkalkulata t-tariffa superviżorja annwali pagabbli fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni, l-ispejjeż totali jinqasmu f'żewġ partijiet; entitajiet u gruppi sinifikanti, u entitajiet u gurppi inqas sinifikanti. L-ispejjeż ġew maqsuma fuq il-bażi tan-nefqa allokata għall-funzjonijiet relevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni.

(5)

In-nefqa relatata ma' kompiti ta' superviżjoni bankarja mġarrba mill-BĊE fl-ewwel perijodu tariffarju u li tista' tiġi rkuprata permezz ta' tariffi superviżorji ġiet inkluża fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2014 (2).

(6)

In-nefqa annwali stmata għall-perijodu tariffarju 2015 hija dderivata mill-baġit approvat tal-BĊE, waqt li jitqiesu kwalunkwe żviluppi fin-nefqa annwali stmata li għandha tiġi mġarrba mill-BĊE li kienu magħrufa fiż-żmien meta din id-Deċiżjoni ġiet imħejjija,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (3) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).

Artikolu 2

Ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-ewwel perijodu tariffarju u għall-2015

1.   L-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-ewwel perijodu tariffarju u għall-2015 għandu jkun EUR 325 986 085, li jikkorrispondi għall-ispejjeż attwali tal-BĊE għal Novembru u Diċembru 2014 u stima tal-ispejjeż annwali tal-BĊE għall-2015 stipulati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali kif stipulat fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-L-Erbgħa, 29 ta' April 2015.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' April 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.

(2)  Ippubblikata fis-sit elettroniku tal-BĊE li jinsab fuq www.ecb.europa.eu fi Frar 2015.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).


ANNESS I

(EUR)

 

2014

2015

Total

Salarji u benefiċċji

18 456 945

151 665 635

170 122 580

Kera u manutenzjoni tal-binjiet

2 199 243

22 563 517

24 762 760

Nefqa operattiva oħra

9 316 824

121 783 921

131 100 745

Total

29 973 012

296 013 073

325 986 085


ANNESS II

(EUR)

 

2014

2015

Total

Tariffi superviżorji

29 973 012

296 013 073

325 986 085

li minnhom:

 

 

 

Tariffi imposti fuq entitajiet sinifikanti jew gruppi sinifikanti

25 622 812

264 068 941

289 691 753

Tariffi imposti fuq entitajiet inqas sinifikanti jew gruppi inqas sinifikanti

4 350 200

31 944 132

36 294 332


Rettifika

6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/39


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 20 tas-27 ta' Jannar 2015 )

1.

F'paġna 49, l-Anness I:

minflok:

“D. Francesc HOMS I MOLIST

Consejero de Presidencia”

aqra:

“D. Francesc HOMS I MOLIST

Consejero de Presidencia de la Generalitat de Catalunya”

2.

F'paġna 50, l-Anness I:

minflok:

“Sr. D. Juan VICENTE HERRERA

Presidente de la Junta de Castilla y León”

aqra:

“Sr. D. Juan Vicente HERRERA CAMPO

Presidente de la Junta de Castilla y León”

3.

F'paġna 64, l-Anness II:

minflok:

“Mr Joël RIGUELLE

Député bruxellois”

aqra:

“Mr Joël RIGUELLE

Bourgmestre de la commune de Berchem-Ste-Agathe”

4.

F'paġna 69, l-Anness II:

minflok:

“D. Roger ALBINYANA I SAIGÍ

Secretario de Asuntos Exteriores de la Generalitat de Catalunya”

aqra:

“D. Roger ALBINYANA I SAIGÍ

Secretario de Asuntos Exteriores y de la Unión Europea de la Generalitat de Catalunya”

5.

F'paġna 69, l-Anness II:

minflok:

“D. Enrique BARRASA SÁNCHEZ

Director General de Inversiones y Acción Exterior de Extremadura”

aqra:

“D. Enrique BARRASA SÁNCHEZ

Director General de Acción Exterior del Gobierno de Extremadura”


6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/40


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 31 tas-7 ta' Frar 2015 )

1.

F'paġna 27, l-Anness I:

minflok:

“Cllr Stephen ALAMBRITIS

Leader of London Borough of Merton”

aqra:

“Cllr Soterios ALAMBRITIS

Member of London Borough of Merton”

2.

F'paġna 27, l-Anness I:

minflok:

“Mr Michael ANTONIW

Assembly Member for Pontypridd”

aqra:

“Mr Michael ANTONIW AM

Member of the National Assembly for Wales”

3.

F'paġna 27, l-Anness I:

minflok:

“Cllr Robert Charles BRIGHT

Leader of Newport City Council”

aqra:

“Cllr Robert Charles BRIGHT

Member of Newport City Council”

4.

F'paġna 27, l-Anness I:

minflok:

“Cllr Anthony Gerard BUCHANAN

Councillor East Renfrewshire Council”

aqra:

“Cllr Anthony Gerard BUCHANAN

Member of East Renfrewshire Council”

5.

F'paġna 27, l-Anness I:

minflok:

“Cllr Joseph COONEY

Leader of Pendle Council”

aqra:

“Cllr Joseph COONEY

Member of Pendle Council”

6.

F'paġna 27, l-Anness I:

minflok:

“Cllr Trevor CUMMINGS

Member of Ards Borough Council”

aqra:

“Cllr Trevor William CUMMINGS

Member of Ards Borough Council”

7.

F'paġna 27, l-Anness I:

minflok:

“Jeremy Roger EVANS

Assembly Member Greater London Authority”

aqra:

“Mr Jeremy Roger EVANS AM

Member of the Greater London Assembly”

8.

F'paġna 27, l-Anness I:

minflok:

“Ms Megan FEARON

Member of the Northern Ireland Assembly”

aqra:

“Ms Megan FEARON MLA

Member of the Northern Ireland Assembly”

9.

F'paġna 27, l-Anness I:

minflok:

“Ms Patricia Josephine FERGUSON

Constituency member for Glasgow Maryhill & Springburn”

aqra:

“Ms Patricia Josephine FERGUSON MSP

Member of the Scottish Parliament”

10.

F'paġna 28, l-Anness I:

minflok:

“Cllr Gordon Charles KEYMER

Leader of Tandridge District Council”

aqra:

“Cllr Gordon Charles KEYMER

Member of Tandridge Council”

11.

F'paġna 28, l-Anness I:

minflok:

“Cllr Cormack MCCHORD

Councillor for Stirling”

aqra:

“Cllr Cormick MCCHORD

Member of Stirling Council”

12.

F'paġna 28, l-Anness I:

minflok:

“Mr William Stewart MAXWELL

MSP for West of Scotland”

aqra:

“Mr William Stewart MAXWELL MSP

Member of the Scottish Parliament”

13.

F'paġna 28, l-Anness I:

minflok:

“Cllr Paul WATSON

Leader, Sunderland Council”

aqra:

“Cllr Paul WATSON

Member of Sunderland Council”

14.

F'paġna 29, l-Anness II:

minflok:

“Jennette ARNOLD

Assembly Member Greater London Authority”

aqra:

“Ms Jennette ARNOLD AM

Member of the Greater London Assembly”

15.

F'paġna 29, l-Anness II:

minflok:

“Cllr Barbara GRANT

East Renfrewshire Council”

aqra:

“Cllr Barbara GRANT

Member of East Renfrewshire Council”

16.

F'paġna 29, l-Anness II:

minflok:

“Cllr Arnold HATCH

Member of Craigavon Borough Council”

aqra:

“Cllr Arnold George HATCH

Member of Craigavon Borough Council”

17.

F'paġna 29, l-Anness II:

minflok:

“Mr James Robert HUME

Regional List member for South of Scotland”

aqra:

“Mr James Robert HUME MSP

Member of the Scottish Parliament”

18.

F'paġna 30, l-Anness II:

minflok:

“Sir James Angus Rhoderick MCGRIGOR

Regional List Member for the Highlands and Islands”

aqra:

“Sir James Angus Rhoderick MCGRIGOR MSP

Member of the Scottish Parliament”

19.

F'paġna 30, l-Anness II:

minflok:

“Mr Fearghal MCKINNEY

Member of the Northern Ireland Assembly”

aqra:

“Mr Fearghal MCKINNEY MLA

Member of the Northern Ireland Assembly”

20.

F'paġna 30, l-Anness II:

minflok:

“Cllr Robert John PRICE

Leader of Oxford Council”

aqra:

“Cllr Robert John PRICE

Member of Oxford Council”

21.

F'paġna 30, l-Anness II:

minflok:

“Cllr Gary ROBINSON

Leader Shetland Islands Council”

aqra:

“Cllr Gary ROBINSON

Member of Shetland Islands Council”

22.

F'paġna 30, l-Anness II:

minflok:

“Rhodri Glyn THOMAS

Assembly Member for Carmarthen East and Dinefwr”

aqra:

“Mr Rhodri Glyn THOMAS AM

Member of the National Assembly for Wales”

23.

F'paġna 30, l-Anness II:

minflok:

“Cllr Martin John Beresford VEAL

Chairman, Bath & North East Somerset Council”

aqra:

“Cllr Martin John Beresford VEAL

Member of Bath & North East Somerset Council”