ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/1 |
Informazzjoni dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u t-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fi programmi tal-Unjoni
Il-Protokoll imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fl-14 ta' April 2014.
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/1 |
Informazzjoni dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fil-programmi tal-Unjoni
Il-Protokoll imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Frar 2015.
REGOLAMENTI
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/628
tat-22 ta' April 2015
li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (“REACH”) fir-rigward taċ-ċomb u l-komposti tiegħu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta' Diċembru 2012, l-Isvezja ressqet dossier lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (id-dossier skont l-Anness XV), li kien juri li minħabba li t-tfal idaħħlu l-affarijiet f'ħalqhom, speċjalment dawk taħt is-36 xahar, dawn jistgħu jkunu esposti ripetutament għaċ-ċomb irrilaxxat minn oġġetti tal-konsum li jkun fihom iċ-ċomb jew il-komposti tiegħu. Iċ-ċomb u l-komposti tiegħu jinstabu fl-oġġetti tal-konsum bħala ċomb metalliku miżjud intenzjonalment, bħala impurità jew addittiv tal-ligi tal-metall (b'mod partikolari fir-ram isfar), bħala pigment, u bħala stabbilizzatur fil-polimeri (b'mod partikolari fil-klorur tal-polivinil). |
(2) |
Esponiment repetut għaċ-ċomb minħabba li l-oġġetti li fihom iċ-ċomb jew il-komposti tiegħu jiddaħħlu fil-ħalq jista' jwassal għal effetti severi u irreversibbli fuq l-imġiba u l-iżvilupp newroloġiku li t-tfal huma partikolarment sensittivi għalihom, peress li s-sistema nervuża ċentrali tagħhom tkun għadha qed tiżviluppa. Għalhekk, it-tqegħid fis-suq u l-użu taċ-ċomb u tal-komposti tiegħu f'oġġetti li huma fornuti lill-pubbliku inġenerali, u li t-tfal jistgħu jpoġġu f'ħalqhom, għandhom ikunu pprojbiti jekk il-konċentrazzjoni ta' ċomb f'dak l-oġġett, jew f'parti minn dak l-oġġett (mogħtija bħala metall), taqbeż ċertu livell minimu. |
(3) |
Fl-10 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “RAC”) adotta l-opinjoni tiegħu, li fiha kkonkluda li r-restrizzjoni hija l-aktar miżura xierqa madwar l-Unjoni kollha sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati li joħolqu ċ-ċomb u l-komposti tiegħu meta jkunu preżenti f'oġġetti intenzjonati għall-użu mill-konsumaturi f'termini tal-effikaċja fit-tnaqqis ta' riskji bħal dawn, u li fiha ppropona ċerti modifiki tal-ambitu tar-restrizzjoni. |
(4) |
Fit-13 ta' Marzu 2014, il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “SEAC”) adotta l-opinjoni tiegħu, li fiha kkonkluda li r-restrizzjoni proposta minn min ressaq id-dossier, kif modifikata mir-RAC u anke mis-SEAC, kienet l-aktar miżura xierqa madwar l-Unjoni kollha sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati, partikolarment f'termini tal-proporzjonalità. Din il-konklużjoni ntlaħqet wara li ġiet analizzata l-evidenza soċjoekonomika disponibbli u abbażi tal-aħjar stimi disponibbli għall-fatturi ta' inċertezza, filwaqt li tqies il-fatt li ma hemm l-ebda limitu għall-effetti taċ-ċomb fuq l-imġiba u-iżvilupp newroloġiku. |
(5) |
Il-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar tal-Aġenzija kien ikkonsultat waqt il-proċess tar-restrizzjonijiet u l-opinjoni tiegħu tqieset u wasslet għal modifika tad-deskrizzjoni tal-ambitu tar-restrizzjoni proposta u għall-eżenzjonijiet minnha. |
(6) |
Għandu jiġi konklużl-preżenza taċ-ċomb u l-komposti tiegħu f'oġġetti fornuti lill-pubbliku inġenerali f'ammonti li jaqbżu l-limiti tal-kontenut jew, alternattivament, il-limitu tar-rata ta' migrazzjoni speċifikati fl-opinjonijiet toħloq riskju inaċċettabbli għas-saħħa umana. Hemm bżonn li dawk ir-riskji jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. |
(7) |
Abbażi tal-livell derivat ta' effett minimu stabbilit għaċ-ċomb, minħabba li t-tfal idaħħlu l-affarijiet f'ħalqhom u abbażi ta' studji dwar il-migrazzjoni taċ-ċomb mill-partijiet metalliċi tal-ġojjellerija, għandu jiġi stabbilit limitu għall-kontenut taċ-ċomb li jkun japplika għall-partijiet metalliċi u mhux metalliċi tal-oġġetti kollha, sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-rata tar-rilaxx taċ-ċomb ma taqbiżx ċertu livell minimu. Għall-oġġetti miksija, il-kisja għandha tkun biżżejjed biex tiżgura li din ir-rata ma tinqabiżx għal perjodu ta' mill-inqas sentejn ta' użu normali tal-oġġett. |
(8) |
Għandhom jingħataw eżenzjonijiet minn dan ir-Regolament għal ċerti oġġetti li għalihom huwa mistenni livell baxx ta' migrazzjoni, bħall-ħġieġ tal-kristall, l-enamel u l-ħaġar prezzjuż u semi-prezzjuż, jew livell aċċettabbli ta' migrazzjoni, dejjem jekk ma jinqabiżx ċertu limitu tal-kontenut, li jista' jkun il-każ għal-ligi tar-ram isfar, u għal oġġetti speċifiċi li d-daqs żgħir tagħhom ifisser li l-esponiment għaċ-ċomb hija minima, prinċiparjament il-ponot tal-istrumenti tal-kitba. |
(9) |
Iċ-ċwievet, is-serraturi, il-katnazzi u l-istrumenti tal-mużika jistgħu jiddaħħlu f'ħalq it-tfal u għalhekk jistgħu jkunu ta' risjku għat-tfal jekk ikun fihom iċ-ċomb. Madankollu, b'mod eċċezzjonali, dawk l-oġġetti għandhom jiġu eżentati minħabba li donnu hemm nuqqas ta' alternattivi xierqa għaċ-ċomb fil-manifattura ta' dawk l-oġġetti, u minħabba li jista' jkun hemm impatt soċjoekonomiku negattiv sinifikanti meta tiġi applikata r-restrizzjoni għalihom. Bl-istess mod, l-impatt tal-applikazzjoni tar-restrizzjoni għall-oġġetti reliġjużi u għal ċerti batteriji ma ġiex ivvalutat bis-sħiħ u għalhekk hu xieraq li dawn jiġu eżentati, b'mod eċċezzjonali, mill-ambitu tagħha sakemm tkun tista' ssir valutazzjoni ddettaljata tiegħu. Għalhekk, il-paragrafi l-ġodda f'din l-entrata u r-rekwiżiti dwar l-integrità tal-kisi għandhom jiġu riveduti wara perjodu xieraq wara d-data tal-applikazzjoni tagħhom. |
(10) |
L-oġġetti li diġà huma koperti minn leġizlazzjoni speċifika tal-Unjoni li tirregola l-kontenut jew il-migrazzjoni taċ-ċomb għandhom jiġu eżentati għal raġunijiet ta' konsistenza. |
(11) |
Il-linji gwida rigward l-oġġetti li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' din ir-restrizzjoni u lil hinn minnu għandhom jiġi żviluppati sabiex jgħinu lill-operaturi ekonomiċi u lill-awtoritajiet tal-infurzar fl-implimentazzjoni tagħha. |
(12) |
L-operaturi ekonomiċi għandhom jingħataw perjodu ta' tranżizzjoni biex jadattaw il-manifattura tagħhom għar-restrizzjoni stipulata minn dan ir-Regolament u biex jeħilsu mill-istokk li jkun għadu ma tqiegħedx fis-suq. Barra minn hekk, ir-restrizzjoni m'għandhiex tapplika għall-oġġetti użati li jkunu tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba qabel tmiem dak il-perjodu tranżitorju, peress li dan iwassal għal diffikultajiet konsiderevoli ta' infurzar. |
(13) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
ANNESS
Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-kolonna 2 tal-entrata 63 għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:
; |
(2) |
għandhom jiżdiedu l-paragrafi 7 sa 10 li ġejjin:
|
(*) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).
(**) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).”
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/629
tat-22 ta' April 2015
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Finocchiona (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Finocchiona” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u għalhekk id-denominazzjoni “Finocchiona” għandha tiġi rreġistrata. |
(3) |
Fit-talba tas-27 ta' Ġunju 2013 għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni, l-awtoritajiet Taljani għarrfu lill-Kummissjoni li l-intrapriżi Negrini Salumi S.A.S. (Renazzo di Cento Ferrara), Portalupi Salumi (Turin), Salumificio Pedrazzoli Spa (San Giovanni del Dosso — Mantova), Levoni Spa (Castellucchio — Mantova), Cesare Fiorucci Spa (Pomezia-Ruma), Renzini Spa (Umbertide — Perugia), Agricola Italiana Alimentare Spa (San Martino Buon Albergo — Verona), Salumificio Subalpino Spa (Diano d'Alba — Cuneo) u Italia Alimentari Spa li kienet Industria Bussetana Insaccati Suini Spa (Settecani di Castelvetro di Modena) stabbiliti fit-territorju tagħhom, barra miż-żona ġeografika kkonċernata, kienu qed jikkummerċjalizzaw legalment il-prodott li għandu d-denominazzjoni “Finocchiona” u għal mill-anqas ħames snin kienu qed jużaw kontinwament din id-denominazzjoni, u li dan il-punt ġie nnutat fil-proċedura ta' oġġezzjoni nazzjonali. Għaldaqstant l-intrapriżi ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 biex ikunu jistgħu jingħataw perjodu tranżizzjonali li matulu jistgħu jibqgħu jużaw legalment id-denominazzjoni wara r-reġistrazzjoni. |
(4) |
Billi dawn l-intrapriżi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, dawn qed jingħataw perjodu tranżizzjonali ta' ħames snin li matulu jistgħu jibqgħu jużaw id-denominazzjoni “Finocchiona”. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Finocchiona” (IĠP) hi rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2. Prodotti abbażi tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
L-intrapriżi Negrini Salumi S.A.S. (Renazzo di Cento Ferrara), Portalupi Salumi (Turin), Salumificio Pedrazzoli Spa (San Giovanni del Dosso — Mantova), Levoni Spa (Castellucchio — Mantova), Cesare Fiorucci Spa (Pomezia-Ruma), Renzini Spa (Umbertide — Perugia), Agricola Italiana Alimentare Spa (San Martino Buon Albergo — Verona), Salumificio Subalpino Spa (Diano d'Alba — Cuneo) u Italia Alimentari Spa li kienet Industria Bussetana Insaccati Suini Spa (Settecani di Castelvetro di Modena) huma awtorizzati biex jużaw id-denominazzjoni rreġistrata “Finocchiona” (IĠP) għal perjodu tranżizzjonali ta' ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 155, 23.5.2014, p. 5.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/630
tat-22 ta' April 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 dwar l-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/105/UE tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont dak il-Ftehim (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Awwissu 2012, il-Federazzjoni Russa ssieħbet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-impenji tal-Federazzjoni Russa jinkludu l-kwoti tar-rati tariffarji għall-esportazzjoni ta' tipi speċifikati ta' injam koniferuż, li sehem minnu kien allokat għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Il-modalitajiet għall-amministrazzjoni ta' dawk il-kwoti b'rati tariffarji huma stabbiliti fil-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa b'rabta mal-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) u fil-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont il-Ftehim (“il-Protokoll”). Il-Ftehim u l-Protokoll ġew iffirmati fis-16 ta' Diċembru 2011. Dawn ġew applikati provviżorjament mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
(2) |
Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2012/105/UE, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2012 (2) stabbilixxa r-regoli dwar l-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament se jieqaf japplika fid-data li fiha tieqaf l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll. |
(3) |
Il-Ftehim u l-Protokoll ikomplu japplikaw b'mod provviżorju, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom. |
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 ġie emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 449/2014 (3) sabiex titqies ir-rata baxxa ta' utilizzazzjoni tal-kwoti tar-rati tariffarji. Għaldaqstant, it-tnaqqis tal-limiti massimi tal-importazzjonijiet previsti fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 ġie sospiż matul il-perjodu tal-kwota tal-2015. |
(5) |
Fid-dawl tar-rata baxxa ta' utilizzazzjoni tal-kwoti tar-rati tariffarji matul il-perjodu tal-kwota tal-2014, huwa meħtieġ li jkun sospiż wkoll it-tnaqqis tal-limiti massimi tal-importazzjonijiet previsti fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 fir-rigward tal-perjodu tal-kwota tal-2016, sabiex tingħata promozzjoni lill-utilizzazzjoni sħiħa minn importaturi tradizzjonali b'mod partikolari tal-kwoti tar-rati tariffarji. |
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Injam stabbilit mid-Deċiżjoni 2012/105/UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
“2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13 u 14 ma japplikawx fir-rigward tal-ewwel u t-tieni perjodi tal-kwota wara l-ewwel tliet perjodi tal-kwota.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2012 tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar l-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 152, 13.6.2012, p. 28).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 449/2014 tat-2 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 dwar l-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 57).
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/631
tat-22 ta' April 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
89,5 |
TN |
464,3 |
|
TR |
94,0 |
|
ZZ |
215,9 |
|
0707 00 05 |
AL |
65,0 |
EG |
191,6 |
|
MA |
176,1 |
|
TR |
133,0 |
|
ZZ |
141,4 |
|
0709 91 00 |
TR |
209,1 |
ZZ |
209,1 |
|
0709 93 10 |
MA |
123,9 |
TR |
146,5 |
|
ZZ |
135,2 |
|
0805 10 20 |
EG |
50,9 |
IL |
65,3 |
|
MA |
45,0 |
|
TN |
55,7 |
|
TR |
64,9 |
|
ZZ |
56,4 |
|
0805 50 10 |
BO |
97,3 |
TR |
57,0 |
|
ZZ |
77,2 |
|
0808 10 80 |
AR |
87,8 |
BR |
97,2 |
|
CL |
100,5 |
|
CN |
83,8 |
|
MK |
30,8 |
|
NZ |
134,3 |
|
US |
227,0 |
|
ZA |
116,9 |
|
ZZ |
109,8 |
|
0808 30 90 |
AR |
163,6 |
CL |
150,9 |
|
CN |
116,0 |
|
ZA |
133,0 |
|
ZZ |
140,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/632
tal-20 ta' April 2015
li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/706/KEE dwar l-iffissar ta' mira tal-Komunità għal tnaqqis fil-konsum ta' sorsi primarji ta' enerġija fil-każ ta' diffikultajiet fil-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 79/639/KEE li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/706/KEE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 122(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fid-Deċiżjoni 77/706/KEE (1) tiegħu, il-Kunsill iddeċieda li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-iffissar ta' mira Komunitarja għal tnaqqis fil-konsum ta' sorsi primarji ta' enerġija fil-każ ta' diffikultajiet fil-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi. |
(2) |
Fid-Deċiżjoni 79/639/KEE tagħha (2), il-Kummissjoni stabbilixxiet regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tad- Deċiżjoni 77/706/KEE. |
(3) |
Id-Deċiżjonijiet 77/706/KEE u 79/639/KEE jistabbilixxu proċeduri kumplessi, li jinvolvu piż amministrattiv sinifikanti sew għall-Istati Membri sew għall-Kummissjoni, inklużi diversi obbligi ta' rappurtar. Dawn il-proċeduri għadhom ma sabu ebda applikazzjoni prattika. |
(4) |
Fil-każ ta' qtugħ fil-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi, il-ħażniet ta' emerġenza jistgħu jissostitwixxu l-volumi nieqsa malajr u b'mod effiċjenti, mingħajr ma jfixklu l-attività ekonomika jew ixekklu l-mobilità. Għalhekk, il-ħażniet ta' emerġenza issa huma kkunsidrati bħala l-għodda ta' reazzjoni ewlenija biex tiġi indirizzata interruzzjoni tal-provvista. |
(5) |
Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE (3) tistabbilixxi qafas imsaħħaħ għall-ħażniet ta' emerġenza, li jiżgura d-disponibilità u l-aċċessibilità fiżika tagħhom u li jistabbilixxi l-proċeduri għall-użu tagħhom. |
(6) |
Id-Direttiva 2009/119/KE teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ proċeduri li jimponu restrizzjonijiet ġenerali jew speċifiċi fuq il-konsum, skont in-nuqqasijiet stmati, fost l-oħrajn bl-allokazzjoni tal-prodotti petroliferi lil xi gruppi ta' utenti fuq bażi prijoritarja. |
(7) |
Il-Programm tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni jirrivedi sistematikament l-atti legali tal-Unjoni sabiex jidentifika opportunitajiet għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet regolatorji. |
(8) |
Id-Deċiżjonijiet 77/706/KEE u 79/639/KEE għalhekk għandhom jitħassru, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjonijiet 77/706/KEE u 79/639/KEE huma b'dan imħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DŪKLAVS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 77/706/KEE tas-7 ta' Novembru 1977 dwar l-iffissar ta' mira tal-Komunità għal tnaqqis fil-konsum ta' sorsi primarji ta' enerġija fil-każ ta' diffikultajiet fil-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi (ĠU L 292, 16.11.1977, p. 9).
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 79/639/KEE tal-15 ta' Ġunju 1979 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/706/KEE (ĠU L 183, 19.7.1979, p. 1).
(3) Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi (ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9).
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/633
tal-20 ta' April 2015
dwar il-preżentazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' proposta biex sustanzi kimiċi addizzjonali jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-14 ta' Ottubru 2004, il-Komunità Ewropea rratifikat il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (il-“Konvenzjoni”) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE. (1). |
(2) |
Bħala Parti għall-Konvenzjoni, l-Unjoni tista' tippreżenta proposti biex jiġu emendati l-Annessi għall-Konvenzjoni. L-Anness A għall-Konvenzjoni jagħti lista ta' materjali organiċi persistenti li jniġġsu li għandhom jiġu eliminati. |
(3) |
Skont it-tagħrif xjentifiku u r-rapporti tal-analiżi disponibbli, u filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-kriterji tal-eżami analitiku li jinsabu fl-Anness D tal-Konvenzjoni, l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imluħa tiegħu u s-sustanzi relatati mal-PFOA li jistgħu jkunu degradati għal PFOA f'kundizzjonijiet ambjentali (“PFOA u l-komposti tiegħu”), juru karatteristiċi ta' materjali organiċi persistenti li jniġġsu. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (2), u dossier ippreparat skont l-Anness XV ta' dak ir-Regolament. Il-PFOA u l-melħ tal-ammonju tiegħu (APFO) ġew inklużi fil-lista ta' kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju li ġew identifikati li jissodisfaw il-kriterji tal-punt (c) tal-Artikolu 57 ta' dak ir-Regolament bħala tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B u b'mod partikolari, li jissodisfaw ukoll il-kriterji tal-punt (d) tal-Artikolu 57 ta' dak ir-Regolament bħala sustanzi li huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi. |
(5) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-PFOA u l-komposti tiegħu bħalissa huma s-suġġett ta' dossier ieħor ippreparat skont l-Anness XV ta' dak ir-Regolament, ippreżentat lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li għandu l-għan li jillimita l-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu tal-PFOA u l-komposti tiegħu waħedhom, jew bħala kostitwenti ta' sustanzi oħra, f'taħlita jew f'oġġetti. |
(6) |
Il-PFOA u l-komposti tiegħu huma sustanzi b'użu mifrux madwar id-dinja kollha u huma omnipreżenti fl-ambjent. Billi l-PFOA għandu l-potenzjal tat-trasport ambjentali fuq distanza twila, il-miżuri li ttieħdu fil-livell tal-Unjoni mhumiex biżżejjed biex jinżamm il-livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u hemm bżonn li tittieħed azzjoni internazzjonali usa'. |
(7) |
Għaldaqstant, l-Unjoni għandha tippreżenta proposta lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni biex il-PFOA u l-komposti tiegħu jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni, Dik il-proposta u l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tal-PFOA u l-komposti tiegħu fl-Anness A tal-Konvenzjoni għandhom iqisu kull informazzjoni rilevanti miksuba matul il-proċedura ta' restrizzjoni li għaddejja taħt l-Artikoli 68 sa 73 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni għandha tippreżenta proposta biex l-aċidu perfluworoottanojku u l-komposti tiegħu jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-proposta f'isem l-Unjoni lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni bit-tagħrif kollu meħtieġ skont l-Anness D tal-Konvenzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DŪKLAVS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/634
tal-20 ta' April 2015
li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). |
(2) |
Fl-24 ta' Ġunju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/411/UE li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2). |
(3) |
Il-post ta' dan il-membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Alessandro GRUMELLI, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Ferdinand WYCKMANS, Algemeen Secretaris Landelijke bediendencentrale — Nationaal Verbond voor Kaderpersoneel Noordergewest (LBC-NVK), huwa b'dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DŪKLAVS
(1) ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.
(2) ĠU L 190, 28.6.2014, p. 82.
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/635
tal-15 ta' Ottubru 2014
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.20580 (C 31/07) (ex NN 17/07) implimentata mill-Irlanda lil Kumpaniji tax-Xarabanks ta' Córas Iompair Éireann (Dublin Bus u Irish Bus)
(notifikata bid-dokument numru C(2014) 7275)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat, fir-rigward tal-għajnuna C 31/07 (ex NN 17/07) (2),
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) iċċitata/i hawn fuq, u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Wara ilment u korrispondenza estensiva sussegwenti bejn il-Kummissjoni u l-kwerelant, kif ukoll bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Irlandiżi, fit-18 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Irlanda li hija kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-għajnuna allegatament illeġittima mogħtija lill-Córas Iompair Éireann (il-Bord tat-Trasport Irlandiż (“CIÉ”)) lill-kumpaniji tax-xarabanks Bus Éireann (magħrufa wkoll bħala “Irish Bus”) (3) u Dublin Bus (magħrufa wkoll bħala “Bus Átha Cliath”) mill-gvern Irlandiż fil-forma ta' għotjiet taħt il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali u għotjiet operattivi annwali (id-“Deċiżjoni tal-Ftuħ”). |
(2) |
Fil-31 ta' Ottubru 2007, l-awtoritajiet Irlandiżi ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna. |
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand tnax-il parti interessata. Hija għaddiet dawk il-kummenti lill-Irlanda, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi; il-kummenti tagħhom ġew riċevuti permezz ta' ittra datata s-26 ta' Frar 2008. |
(5) |
Permezz ta' ittra tal-24 ta' April 2008, l-awtoritajiet Irlandiżi ssottomettew lill-Kummissjoni kopja tal-Att tal-2008 dwar l-Awtorità tat-Trasport ta' Dublin, li ġie ppubblikat riċentament. |
(6) |
Permezz ta' e-Mail tat-12 ta' Frar 2009, l-awtoritajiet Irlandiżi ssottomettew lill-Kummissjoni kopja tal-Analiżi tal-Ispejjeż u tal-Effikaċja ta' Dublin Bus u Bus Éireann. |
(7) |
Fil-25 ta' Marzu 2009, saret vidjokonferenza fuq talba tal-awtoritajiet Irlandiżi. Dik il-laqgħa kienet segwita mid-dispaċċ ta' informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Irlandiżi, kif mitlub mill-Kummissjoni, permezz ta' ittra datata t-30 ta' April 2009. |
(8) |
Permezz ta' ittra tad-19 ta' Jannar 2010, l-awtoritajiet Irlandiżi ssottomettew lill-Kummissjoni kopja tal-kuntratt ta' servizzi pubbliċi li ġie konkluż bejn l-Awtorità tat-Trasport Nazzjonali u Dublin Bus nhar l-1 ta' Diċembru 2009. |
(9) |
Billi r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) daħal fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Irlandiżi u lill-partijiet interessati, permezz ta' ittri u emails datati t-30 ta' Marzu 2010, sabiex jipprovdu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni ma' dak ir-regolament ġdid. Permezz ta' ittra tal-25 ta' Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mingħand l-awtoritajiet Irlandiżi. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll osservazzjonijiet mingħand tlieta mill-partijiet interessati. |
(10) |
Fl-14 ta' Frar 2011, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand l-Irlanda, li l-awtoritajiet Irlandiżi pprovdew permezz ta' ittra tal-15 ta' April 2011. |
(11) |
Fid-19 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Irlandiżi. Fuq talba tal-awtoritajiet Irlandiżi, fl-14 ta' Ottubru 2011 saret telekonferenza. Dik il-laqgħa kienet segwita mid-dispaċċ ta' informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Irlandiżi permezz ta' ittra datata d-9 ta' Novembru 2011. |
(12) |
Fit-13 ta' Settembru 2012, saret laqgħa mal-awtoritajiet Irlandiżi f'Dublin fuq talba tal-Kummissjoni. Dik il-laqgħa kienet segwita mit-talba tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Irlandiżi permezz ta' e-Mail tad-19 ta' Settembru 2012, li l-Irlanda wieġbet għaliha permezz ta' ittra datata t-23 ta' Novembru 2012. |
(13) |
Fil-21 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand l-Irlanda, li l-awtoritajiet Irlandiżi pprovdew permezz ta' ittra tal-15 ta' Mejju 2014. |
2. IL-PARTIJIET
2.1. Il-kwerelant
(14) |
Il-kwerelant, il-Kunsill għat-Turiżmu u t-Trasport bil-Kowċis (Coach Tourism and Transport Council) huwa l-korp rappreżentattiv għall-kumpaniji indipendenti tat-trasport privat li joperaw servizzi tat-trasport (inklużi servizzi skedati nazzjonali u internazzjonali fuq distanzi twal, servizzi ta' trasport lejn ix-xogħol u lura, trasport rurali u urban, servizzi ta' trasport tal-iskejjel, it-turiżmu li jiġi, it-turiżmu 'il barra mill-pajjiż u servizzi ta' kiri ġenerali) fl-Irlanda fuq bażi kummerċjali. |
2.2. Il-benefiċjarji
(15) |
Il-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat allegatament illeġittima huma Bus Éireann u Dublin Bus. Dawn l-operaturi tax-xarabanks huma kumpaniji b'responsabbiltà limitata, li CIÉ huwa l-proprjetarju 100 % tagħhom (6). |
2.2.1. Bus Éireann
(16) |
Bus Éireann tipprovdi servizzi tax-xarabanks madwar l-Irlanda kollha, bl-eċċezzjoni tas-servizzi tal-belt ta' Dublin, li tuża r-riżorsi tagħha stess u ta' subkuntrattur. Is-servizzi tax-xarabanks ipprovduti jinkludu servizzi tax-xarabanks “Expressway” fuq distanzi twal, servizzi urbani, suburbani, reġjonali u fil-belt bix-xarabanks, servizzi bil-kowċis internazzjonali ta' Eurolines, servizzi ta' trasport tal-iskejjel u servizzi anċillari, bħal kiri ta' kowċis u xarabanks, turs ta' ġurnata, ittestjar tal-vetturi, manutenzjoni b'kuntratt u kunsinna ta' pakketti. |
(17) |
Is-servizzi ta' trasport tal-iskejjel jitħaddmu f'isem id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet (7). |
2.2.2. Dublin Bus
(18) |
L-attività primarja ta' Dublin Bus hija li tipprovdi servizzi urbani u suburbani bix-xarabanks għaż-Żona Metropolitana ta' Dublin (inklużi l-belt u l-kontea ta' Dublin, kif ukoll iż-żoni kontigwi). Barra minn hekk, Dublin Bus hija involuta fi tliet oqsma ta' attivitajiet kummerċjali: żjarat f'siti ta' interess, Airlink Airport Express u avvenimenti speċjali/kiri ta' xarabanks. |
3. IL-QAFAS LEGALI NAZZJONALI LI JKOPRI L-MIŻURI
3.1. Atti dwar it-Trasport
(19) |
It-taqsima 15(1) tal-Att dwar it-Trasport tal-1950 imponiet għall-ewwel darba fuq CIÉ, bħala dover ġenerali, “li jipprovdi jew jassigura jew jippromwovi l-provvediment ta' sistema ta' trasport pubbliku li tkun effikaċi, ekonomika, konvenjenti u integrata kif suppost” għall-passiġġieri bit-triq, billi jieħu f'kunsiderazzjoni s-sikurezza tal-operat u l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku nazzjonali. |
(20) |
It-taqsima tal-Att dwar it-Trasport tal-1950 imsemmija fil-premessa preċedenti tħassret mill-Att dwar it-Trasport tal-1958, li t-Taqsima 7 tiegħu tgħid: “Għandu jkun id-dover ġenerali tal-Bord [CIÉ] illi jipprovdi servizzi ta' trasport raġonevoli, effikaċi u ekonomiċi b'attenzjoni xierqa għas-sikurezza tal-operat, l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku nazzjonali u ż-żamma ta' kundizzjonijiet ta' impjieg raġonevoli għall-impjegati tiegħu”. |
(21) |
L-Att dwar it-Trasport tal-1986 (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ) jiddefinixxi l-għanijiet u d-doveri prinċipali ta' Bus Éireann u Dublin Bus. It-taqsima 8(2) ta' dak l-Att tgħid li “l-għan prinċipali tal-kumpanija Irish Bus għandu jiġi ddikjarat fil-memorandum ta' assoċjazzjoni tagħha u huwa li tipprovdi, fl-Istat u bejn l-Istat u postijiet barra mill-Istat, servizz ta' trasport bit-triq għall-passiġġieri, għajr sakemm tali servizz jiġi pprovdut mill-kumpanija Dublin Bus, kif ukoll li tipprovdi servizzi anċillari u, għal dawk l-għanijiet, li teżerċita l-funzjonijiet f'dak in-nom konferiti fuq il-Bord [CIÉ] mill-Att tal-1950 jew minn kwalunkwe liġi oħra mgħoddija”. It-taqsima 8(3) ta' dak l-Att tispeċifika li “[l-]għan prinċipali tal-kumpanija Dublin Bus għandu jiġi ddikjarat fil-memorandum ta' assoċjazzjoni tagħha u huwa li tipprovdi servizz ta' trasport bit-triq għall-passiġġieri għall-belt u l-kontea ta' Dublin u għaż-żoni kontigwi, kif ukoll li tipprovdi servizzi anċillari u, għal dawk l-għanijiet, li teżerċita l-funzjonijiet f'dak in-nom konferiti fuq il-Bord mill-Att tal-1950 jew minn kwalunkwe liġi oħra mgħoddija”. Barra minn hekk, skont it-Taqsima 8(10) tal-Att dwar it-Trasport tal-1986 (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ), CIÉ u l-kumpaniji tax-xarabanks tiegħu għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni r-rwol soċjali tagħhom u l-ħtieġa li jżommu s-servizzi tat-trasport pubbliku kemm jista' jkun fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli. |
(22) |
L-awtoritajiet Irlandiżi komplew jispjegaw li n-nollijiet standard tal-vjaġġi (inklużi n-nollijiet standard tal-adulti għall-vjaġġi fil-kategoriji kollha tas-servizzi u n-nollijiet tat-tfal tal-iskola għas-servizzi ta' trasport fil-belt) (8) mitluba minn Dublin Bus u Bus Éireann huma soġġetti għall-kontroll tal-Ministru tat-Trasport f'termini tan-nollijiet massimi li jistgħu jintalbu. L-operatur tax-xarabank lanqas ma huwa permess li jżid dawk in-nollijiet mingħajr il-kunsens minn qabel tad-Dipartiment tat-Trasport. In-nollijiet mitluba mill-operaturi privati mhumiex soġġetti għal xi proċeduri ta' notifika jew kontroll. |
(23) |
Mill-10 ta' Jannar 2001, iż-żewġ operaturi tax-xarabanks ta' CIÉ huma mitluba minn direzzjoni Ministerjali (9) sabiex jinnotifikaw lid-Dipartiment tat-Trasport dwar kwalunkwe servizzi ġodda jew bidliet proposti għas-servizzi eżistenti mill-inqas erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni tagħhom. Din in-notifika mill-operaturi tax-xarabanks ta' CIÉ għandha tiġi sostnuta bid-dettalji sħaħ tas-servizzi proposti. Meta d-Dipartiment tat-Trasport jistabbilixxi li s-servizzi proposti jkunu f'konflitt ma' servizz liċenzjat eżistenti ta' trasport bit-triq għall-passiġġieri, il-kumpaniji ta' CIÉ jintalbu jfittxu l-kunsens formali tal-Ministru tat-Trasport skont it-Taqsima 25 tal-Att dwar it-Trasport tal-1958. |
3.2. Memoranda ta' Qbil
(24) |
Mill-2003 sal-2009, il-ħlas tal-kumpens lil Dublin Bus u Bus Éireann kien is-suġġett tal-Memoranda ta' Qbil annwali maż-żewġ kumpaniji. L-awtoritajiet Irlandiżi spjegaw li dawk il-Memoranda ta' Qbil jidentifikaw il-kwalità (inklużi l-kwalità tas-servizz offrut lill-klijenti, l-indafa, l-età tax-xarabank, l-aċċessibbiltà, eċċ.) u l-kwantità (inklużi l-għadd ta' xarabanks, il-kilometri li jkunu għamlu fl-ivvjaġġar, il-klijenti li ġarrew fuqhom, eċċ.) tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti minn kull waħda mill-kumpaniji inkambju għall-pagamenti mit-Teżor. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti finanzjarji u operattivi u l-arranġamenti tal-monitoraġġ u r-rapportar huma rregolati minn dawk il-Memoranda ta' Qbil. |
(25) |
Mill-2005 sal-2008, il-ħlas ta' porzjon fiss tas-sussidju għal kull waħda mill-kumpaniji operattivi kien kondizzjonali fuq l-issodisfar ta' ċerti kriterji tal-prestazzjoni li huma stipulati fil-Memoranda ta' Qbil. |
3.3. Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali
(26) |
Il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali jkopru s-setturi kollha tal-ekonomija u għamlu t-titjib tal-infrastruttura soċjali u ekonomika Irlandiża bħala l-għan prinċipali tagħhom. L-attivitajiet tal-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali huma ffinanzjati minn fondi pubbliċi, privati u tal-Unjoni (10). Il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali eżaminati minn din id-Deċiżjoni huma għall-perjodi 2000-2006 u 2007-2013. Il-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali 2007-2013 twaqqaf fl-2011 u ġie sostitwit mill-Pjan ta' Investiment Kapitali u Infrastrutturali 2012-16. |
3.4. L-Awtorità tat-Trasport Nazzjonali u kuntratti ġodda ta' servizzi pubbliċi
(27) |
Fl-14 ta' April 2008, l-awtoritajiet Irlandiżi ppubblikaw l-Att tal-2008 dwar l-Awtorità tat-Trasport ta' Dublin sabiex “jiffaċilitaw it-twaqqif ta' Awtorità tat-Trasport ġdida bir-responsabbiltà globali li tikkoordina t-trasport u l-ġestjoni tat-traffiku u li talloka kapital u l-finanzjament attwali għat-trasport pubbliku fiż-Żona ta' Greater Dublin”. L-Att tal-2009 dwar ir-Regolamentazzjoni tat-Trasport Pubbliku aktar tard reġa' semma lill-awtorità ġdida bħala l-Awtorità tat-Trasport Nazzjonali. L-awtorità ġdida ħadet f'idejha r-regolamentazzjoni tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank għall-pajjiż kollu. |
(28) |
It-taqsima 48(1)(b) tal-Att tal-2008 dwar l-Awtorità tat-Trasport ta' Dublin tgħid li “Meta l-Awtorità [tat-Trasport Nazzjonali] tipproponi li tassigura l-provvista ta' servizzi pubbliċi ta' trasport tal-passiġġieri […] hija għandha […] tagħmel dan b'konformità ma' kuntratt għal servizzi tat-trasport pubbliku”. |
(29) |
Fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Awtorità tat-Trasport Nazzjonali ffirmat żewġ kuntratti għal servizzi pubbliċi skont ir-Regolament (KE) (Nru.) 1370/2007, rigward kumpens għal obbligi ta' servizz pubbliku (“OSP”), għal perjodu ta' ħames snin. Kuntratt wieħed kien ma' Dublin Bus fir-rigward ta' servizzi pprovduti fiż-Żona ta' Greater Dublin u l-ieħor kien ma' Bus Éireann fir-rigward ta' servizzi pprovduti fil-bqija tal-pajjiż. Simultanjament, il-Memoranda ta' Qbil imsemmija qabel (ara t-taqsima 3.2) ma tkomplewx. |
(30) |
Minħabba li d-Deċiżjoni tal-Ftuħ ma tkoprix dawk il-kuntratti għal servizzi pubbliċi, l-eżaminazzjoni tal-kumpens operattiv annwali mogħti mill-Irlanda lil Dublin Bus u Bus Éireann għas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali bix-xarabanks f'din id-Deċiżjoni hija limitata għall-perjodu qabel l-1 ta' Diċembru 2009, id-data li fiha dawk il-kuntratti bdew jirregolaw dawk is-servizzi. |
(31) |
F'ittra lill-Kummissjoni datata t-23 ta' Novembru 2012, l-awtoritajiet Irlandiżi stipulaw li “[…] L-Għotjiet ta' Kapital imħallsin lil Dublin Bus u Bus Éireann, inklużi l-għotjiet għax-xarabanks il-ġodda […] saru skont id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-2008 dwar l-Awtorità tat-Trasport ta' Dublin. Dawn il-pagamenti jidhru taħt it-taqsima 45 ta' dak l-Att, li tippermetti lill-NTA tiffinanzja l-infrastruttura tat-trasport pubbliku u/jew taħt it-taqsima 49, li tipprevedi l-finanzjament tal-kuntratti għal servizzi tat-trasport pubbliku”. |
(32) |
Skont it-Taqsima 45(1) tal-Att tal-2008 dwar l-Awtorità tat-Trasport ta' Dublin “L-Awtorità [tat-Trasport Nazzjonali] tista', soġġetta għal tali kundizzjonijiet li tqis li huma xierqa, tagħmel għotjiet lill-awtoritajiet tat-trasport pubbliku jew lil partijiet terzi mill-flus ipprovduti mill-Oireachtas [il-Parlament Nazzjonali Irlandiż], fir-rigward tal-garanzija tal-infrastruttura tat-trasport pubbliku assenjata lil dawn l-awtoritajiet jew partijiet terzi […]”. |
(33) |
Skont it-Taqsima 49(1) tal-Att tal-2008 dwar l-Awtorità tat-Trasport ta' Dublin “Meta l-Awtorità [tat-Trasport Nazzjonali] tidħol f'kuntratt għal servizzi ta' trasport pubbliku skont it-taqsima 48, hija tista', soġġetta għal tali kundizzjonijiet li tqis li huma xierqa, tagħmel pagamenti lill-operatur tat-trasport pubbliku kkonċernat mill-flus ipprovduti mill-Oireachtas jew b'mod ieħor, fir-rigward tal-provvista tas-servizzi pubbliċi ta' trasport tal-passiġġieri msemmija f'dak il-kuntratt”. |
(34) |
Fid-dawl tal-premessi 31 sa 33 u billi d-Deċiżjoni tal-Ftuħ ma tkoprix l-għotjiet magħmula skont l-Att tal-2008 dwar l-Awtorità tat-Trasport ta' Dublin, il-perjodu rilevanti għall-eżaminazzjoni tal-finanzjament għax-xarabanks il-ġodda u għall-infrastruttura mill-Irlanda lil dawn iż-żewġ kumpaniji msemmija f'din id-Deċiżjoni huwa limitat għall-perjodu qabel l-1 ta' Diċembru 2009, id-data li fiha daħlet fis-seħħ il-parti ta' dak l-Att li tinkludi t-taqsimiet imsemmija fil-premessi 31 sa 33 (11). |
3.5. Ftehimiet li jikkonċernaw l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel
(35) |
Bus Éireann tħaddem l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel f'isem id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet. |
(36) |
L-iskema ilha titħaddem minn CIÉ mill-1967 u, minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar it-Trasport (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ) fl-1986 (12), minn Bus Éireann. L-arranġamenti finanzjarji oriġinali għall-iskema ġew stabbiliti fi ftehim ta' kontabbiltà li jmur lura għall-1968 (13), li jiddeskrivi l-ispejjeż eliġibbli għar-rimborż fil-bidunett tal-iskema. Madankollu, l-awtoritajiet Irlandiżi kkonfermaw li l-arranġamenti tal-kontabbiltà attwali huma bbażati fuq ftehim aġġornat li jmur lura għall-1975 (14). |
(37) |
Il-maġġoranza tas-servizzi fl-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel bħalissa huma subkuntrattati minn Bus Éireann lill-operaturi tax-xarabanks fis-settur privat. |
(38) |
Il-Memoranda ta' Qbil annwali għal Bus Éireann ma jirreferux għall-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel, li l-Awtoritajiet Irlandiżi ma jqisux bħala OSP u li hija kklassifikata bħala servizz kummerċjali fil-kontijiet ta' Bus Éireann (ara t-taqsima 4.4). |
4. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI
4.1. Il-kumpens operattiv annwali għas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali bix-xarabanks
(39) |
L-awtoritajiet Irlandiżi jsostnu lil Bus Éireann u Dublin Bus permezz ta' pagamenti ta' kumpens annwali għat-tħaddim tas-servizzi tat-trasport pubbliku bix-xarabanks li jaqgħu taħt OSP. |
(40) |
Is-servizzi ta' OSP ta' Bus Éireann huma kollha servizzi urbani, suburbani u reġjonali (Stage Carriage u Servizzi fil-Belt). Servizzi oħrajn offruti minn Bus Éireann, bħall-“Expressway” interreġjonali fuq distanza twila, il-kiri privat, it-turs ta' ġurnata, is-servizzi bil-kowċis internazzjonali ta' Eurolines u l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel, ma jaqgħux taħt OSP u, skont l-Irlanda, il-kumpanija tqishom bħala servizzi kummerċjali. |
(41) |
Is-servizzi ta' OSP ta' Dublin Bus huma s-servizzi offruti fil-belt urbana li huma joperaw fiż-żona ta' Greater Dublin. Servizzi oħrajn offruti minn Dublin Bus, jiġifieri ż-żjarat f'siti ta' interess, l-Airlink Airport Express u l-avvenimenti speċjali/kiri tax-xarabanks, ma jaqgħux taħt OSP u l-kumpanija tqishom bħala servizzi kummerċjali. |
(42) |
Għall-perjodu mill-2003 sal-2009, l-awtoritajiet Irlandiżi pprovdew il-ħlasijiet ta' kumpens annwali stabbiliti fit-Tabella 1 lil CIÉ għal Bus Éireann u Dublin Bus bl-iskop li jħaddmu s-servizzi ta' OSP. Tabella 1
|
(43) |
L-awtoritajiet Irlandiżi jgħidu li dawn il-pagamenti ta' kumpens jintużaw biss bl-iskop li jitmexxew is-servizzi ta' OSP u bl-ebda mod ma jissussidjaw is-servizzi kummerċjali tal-kumpaniji tax-xarabanks. Barra minn hekk, kwalunkwe profitti ġġenerati mis-servizzi kummerċjali ta' kwalunkwe waħda mill-kumpaniji jintużaw għas-sussidjar reċiproku tas-servizzi ta' OSP li jagħmlu t-telf u Bus Éireann, b'mod partikolari, sostniet is-servizzi ta' OSP tagħha mis-servizzi kummerċjali profittabbli tagħha stess. |
(44) |
Mill-2003 sal-2009, l-ammonti ta' kumpens annwali ġew speċifikati minn qabel fil-Memoranda ta' Qbil li ffirmaw iż-żewġ kumpaniji mad-Dipartiment tat-Trasport kull sena. Dawk il-Memoranda ddeskrivew ukoll is-servizzi bix-xarabanks li għandhom jiġu pprovduti. |
4.2. Il-finanzjament ta' xarabanks ġodda
(45) |
L-awtoritajiet Irlandiżi jsostnu wkoll lil Bus Éireann u Dublin Bus b'għotjiet għall-finanzjament ta' xarabanks ġodda skont il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali. |
(46) |
Matul il-perjodu 2000-2008, ingħataw għotjiet lil CIÉ għall-operaturi tax-xarabanks tagħha bl-iskop li jmexxu s-servizzi ta' OSP, kif stabbilit fit-Tabella 2. L-għotjiet għax-xarabanks ġodda eżaminati minn din id-Deċiżjoni bdew jingħataw fis-sena 2000, minħabba li din kienet l-ewwel sena tal-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali 2000-2006 (15), u ġew fi tmiemhom fl-2009 (16). Tabella 2
|
(47) |
L-awtoritajiet Irlandiżi qalu li l-għotjiet jitħallsu bħala kumpens parzjali lil Bus Éireann u Dublin Bus fir-rigward tax-xiri ta' vetturi li jintużaw biss għat-tmexxija tas-servizzi ta' OSP u li l-għotjiet għandhom l-effett li jbaxxu l-pagamenti ta' kumpens annwali ta' OSP. |
(48) |
Madankollu, il-finanzjament stipulat fit-Tabella 2 jirreferi biss għall-parti tal-baġit għax-xiri ta' vetturi għas-servizzi ta' OSP, minħabba li xi vetturi jinxtraw kompletament jew parzjalment mir-riżorsi proprji ta' Bus Éireann u Dublin Bus. Meta dan ikun il-każ, il-flotta tista' tintuża kemm għas-servizzi kummerċjali kif ukoll għas-servizzi ta' OSP. |
(49) |
Fir-rapport tal-introjtu tal-OSP hija inkluża allokazzjoni għad-deprezzament fir-rigward tal-użu ta' tali vetturi għas-servizzi ta' OSP. Fil-każ ta' vettura li x-xiri tagħha kien biss parzjalment iffinanzjat minn għotja, fir-rapport tal-introjtu tal-OSP tiġi inkluża biss allokazzjoni għal deprezzament proporzjonata għall-kontribuzzjoni tal-kumpanija tax-xarabanks fir-rigward tal-użu ta' tali vettura għas-servizzi ta' OSP. |
(50) |
L-ispiża għax-xiri tax-xarabanks użati għal servizzi kummerċjali biss għandha titħallas kompletament mill-kumpaniji tax-xarabanks. |
4.3. Il-finanzjament ta' infrastruttura ddedikata
(51) |
L-awtoritajiet Irlandiżi għamlu wkoll għotjiet skont il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali lil CIÉ għall-iskop ta' investiment fl-infrastruttura għas-servizzi bix-xarabanks, b'mod partikolari l-ammeljorament tal-istazzjonijiet tax-xarabanks u l-bini ta' garaxx ġdid għax-xarabanks f'Dublin. |
(52) |
L-ammonti ta' dawn l-għotjiet mogħtija matul il-perjodu 2000-2008 huma elenkati fit-Tabella 3. L-għotjiet għal infrastruttura ddedikata eżaminati minn din id-Deċiżjoni bdew jingħataw fis-sena 2000, minħabba li din kienet l-ewwel sena tal-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali 2000-2006 (18), u ġew fi tmiemhom fl-2009 (19). Tabella 3
|
(53) |
L-awtoritajiet Irlandiżi qalu li l-finanzjament tal-faċilitajiet infrastrutturali u operazzjonali ġodda kien ipprovdut biss għall-issodisfar tal-OSP, kif ukoll li l-ammeljorament tal-infrastruttura kien neċessarju sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kwalità u l-aċċessibbiltà imposti minn dawk l-OSP. |
(54) |
L-infrastruttura inkwistjoni hija proprjetà ta' CIÉ u, skont l-awtoritajiet Irlandiżi, ma ġietx ammeljorata matul is-snin sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tal-operat, tas-sikurezza u l-ħtiġijiet tal-klijenti. |
(55) |
L-għotjiet, flimkien mal-fondi ġġenerati mir-riżorsi proprji tagħhom, ippermettew lill-kumpaniji jġibu dawk il-faċilitajiet għall-istandards meħtieġa, b'mod partikolari permezz tal-iffaċilitar tal-ivvjaġġar tal-persuni b'mobilità mnaqqsa. |
(56) |
Kemm Dublin Bus kif ukoll Bus Éireann irċevew finanzjament li mar lejn l-ispiża tal-garaxxijiet tax-xarabanks u l-faċilitajiet tal-manutenzjoni u lejn l-issodisfar tal-ispiża tax-xogħlijiet ta' aċċessibbiltà neċessarji fl-istazzjonijiet tax-xarabanks u l-postijiet ta' waqfien għax-xarabanks. |
(57) |
Għal Bus Éireann, il-maġġoranza tal-finanzjament għall-faċilitajiet infrastrutturali/operazzjonali pprovdut kienet relatata mal-ammeljorament tal-istazzjonijiet tax-xarabanks li l-kumpanija tuża madwar il-pajjiż. Dawk l-ammeljoramenti saru bil-għan li jittejbu l-aċċessibbiltà, il-provvista tas-sistema msejħa “(Kassel) kerbing” iddixxjata u firxa ta' miżuri relatati oħrajn. |
(58) |
Il-finanzjament lil Bus Éireann jinkludi kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-programm tiegħu bl-isem ta' Interreg. |
(59) |
F'Dublin, żieda fl-għadd ta' xarabanks meħtieġa għas-servizzi ta' OSP wasslet għall-ħtieġa ta' garaxx b'kapaċità akbar. B'riżultat ta' dan, fl-2004 inbena l-Garaxx ta' Harristown. Dak il-proġett kien jammonta għal EUR 22 miljun tal-għotjiet imħallsin lil Dublin Bus għall-faċilitajiet infrastrutturali/operazzjonali. L-ispiża globali tal-Garaxx ta' Harristown kienet ta' EUR 42,1 miljun, komposta minn finanzjament f'għotja ta' EUR 22 miljun u kontribuzzjoni proprja ta' CIÉ/Dublin Bus ta' EUR 20,1 miljun. Ix-xarabanks iggaraxxjati f'Harristown joperaw biss fuq servizzi ta' OSP. |
(60) |
L-aċċess fiżiku għall-faċilitajiet infrastrutturali kollha megħjuna mill-għotjiet stipulati fit-Tabella 3 huwa limitat għall-vetturi ta' Bus Éireann u Dublin Bus. |
4.4. L-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel
4.4.1. Deskrizzjoni tal-iskema
(61) |
Bus Éireann topera l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel f'isem id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet. L-iskema bdiet titħaddem minn CIÉ mill-1967 'il quddiem u, minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar it-Trasport (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ) fl-1986 (20), hija bdiet titħaddem minn Bus Éireann. |
(62) |
L-iskema hija primarjament immirata għat-tfal li jgħixu f'żoni rurali li, minħabba l-postijiet fejn jgħixu, altrimenti jispiċċaw ikollhom diffikultà biex jattendu l-iskola b'mod regolari. Sabiex ikunu eliġibbli għas-sistema, l-istudenti għandhom ikunu qegħdin jgħixu f'ċerta distanza mill-eqreb skola għalihom, għalkemm għal ċerti studenti bi bżonnijiet speċjali, normalment jiġi pprovdut trasport bieb bieb bejn id-dar u l-iskola. |
(63) |
Grazzi għal din l-iskema, 135 000 tifel u tifla jitwasslu kuljum permezz tat-trasport tal-iskola lejn l-iskejjel primarji u post-primarji, inklużi madwar 8 000 tifel u tifla bi bżonnijiet edukattivi speċjali u 9 000 tifel u tifla li jivvjaġġaw fuq servizzi skedati pprovduti bix-xarabank u bil-ferrovija, inklużi dawk ta' operaturi privati liċenzjati. |
(64) |
Bus Éireann topera flotta ta' 700 xarabank tal-iskola bħala parti mill-iskema. L-operaturi privati b'kuntratt ma' Bus Éireann joperaw 3 000 vettura oħra. |
(65) |
L-awtoritajiet Irlandiżi jgħidu li, bħalissa, 86 % tas-servizzi qegħdin jiġu pprovduti minn kuntratturi fis-settur privat u li dan il-perċentwal żdied b'mod gradwali fis-snin riċenti. |
(66) |
L-iskema hija amministrata permezz ta' 11-il uffiċċju reġjonali ta' Bus Éireann, li l-funzjonijiet tagħhom jiġu kkoordinati mill-kwartieri ġenerali ta' Bus Éireann f'Dublin. |
(67) |
Minbarra li tmexxi l-flotta ta' xarabanks tagħha ddedikati għat-trasport tat-tfal tal-iskola, ir-rwol amministrattiv ta' Bus Éireann fl-iskema jinkludi:
|
4.4.2. L-arranġamenti finanzjarji għall-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel
(68) |
L-arranġamenti finanzjarji għall-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel kienu stabbiliti fi Ftehim tal-Kontabbiltà li jmur lura għall-1968 (21), li ġie aġġornat fl-1975 (22). |
(69) |
L-awtoritajiet Irlandiżi jgħidu li skont dawk l-arranġamenti, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet jirrimborża lil Bus Éireann fuq bażi ta' “rkupru tal-ispejjeż” u li r-rimborż huwa għal firxa ta' spejjeż diretti identifikabbli bħala li jiġġarrbu fit-tħaddim u l-amministrazzjoni tal-iskema, flimkien ma' sehem tal-ispejjeż indiretti li ġġarrab Bus Éireann, li jiġi kkalkolat skont formula maqbula, nieqes id-dħul mill-ħlasijiet imposti fuq il-ġenituri tal-istudenti li jużaw l-iskema. |
(70) |
Il-formula użata għall-kalkolazzjoni tal-ispejjeż indiretti mġarrba kienet stabbilita bħala 13 % ta' ċerti spejjeż diretti definiti fil-ftehim tal-1975. Madankollu, wara n-negozjati bejn id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet u Bus Éireann, din l-imposta ġiet limitata b'ċifra massima maqbula għall-imposta, li fl-2011 kienet tammonta għal EUR 16,7 miljun, jew l-ekwivalenti ta' 10,7 % tal-ispejjeż inkwistjoni għal dik is-sena, u mbagħad ġiet iffissata għal EUR 15 miljun għall-2012 u l-2013 (23). |
(71) |
L-ispejjeż għall-ħlas tas-subkuntratturi tas-settur privat jammontaw għal proporzjon kbir tal-ispejjeż diretti kumplessivi, minħabba li l-maġġoranza tas-servizzi tat-trasport tal-iskejjel jingħataw b'kuntratt, minflok jitmexxew mill-flotta ta' xarabanks ta' Bus Éireann stess iddedikati għat-trasport tat-tfal tal-iskola. |
(72) |
Kull terminu skolastiku, il-familji tal-istudenti eliġibbli tal-iskejjel post-primarji (sekondarji) u, mis-sena skolastika 2011/2012, il-familji tal-istudenti eliġibbli tal-iskejjel primarji, jintalbu jħallsu tariffi modesti. Imbagħad hemm tariffi ogħla oħrajn li japplikaw għall-familji ta' studenti fi kwalunkwe skola li japprofittaw mill-iskema minkejja li mhumiex eliġibbli. |
(73) |
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-iskema awditjati għas-snin riċenti huma ppubblikati mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet (24). L-ispejjeż tas-servizz kull sena, it-tariffi mħallsin mill-ġenituri (il-kontribuzzjonijiet tal-istudenti dovuti għal kull term skolastiku), il-ħlas annwali lil Bus Éireann (l-ammont nett taxxabbli) u l-ħlasijiet lill-kuntratturi, sa mis-sena 2000, huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 4 ta' hawn taħt: Tabella 4
|
(74) |
Il-vetturi użati fl-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel kienu b'mod ġenerali meħuda minn partijiet oħrajn tal-flotta ta' Bus Éireann. Ir-raġuni wara dan kienet li dawn ix-xarabanks aktar antiki kienu għadhom addattati għat-trasport tal-iskejjel, li ġeneralment ikun jinvolvi kilometraġġ aktar baxx. Għalhekk, hekk kif Bus Éireann forniet ix-xarabanks għall-iskema, hija inkludiet allokazzjoni għal deprezzament bħala parti mill-ispejjeż diretti annwali taxxabbli lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet. |
(75) |
Eċċezzjoni għal din il-prattika ta' teħid ta' vetturi minn partijiet oħrajn tal-flotta eżistenti saret għall-perjodu 2005-2008, meta l-Gvern iddeċieda li jammeljora l-flotta tax-xarabanks għat-trasport tal-iskejjel bil-għan li jtejjeb is-sigurtà. F'dak il-perjodu, kien ġie pprovdut finanzjament li jammonta għal EUR 24,6 miljun mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet lil Bus Éireann għax-xiri ta' 161 xarabank tal-iskola addizzjonali. Dak il-finanzjament huwa addizzjonali għall-ammonti stabbiliti fit-Tabella 4 għall-ħlasijiet annwali. Ma saret ebda allokazzjoni għal deprezzament fir-rigward ta' dawn ix-xarabanks, minħabba li dawn kienu diġà ffinanzjati b'mod sħiħ mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet (25). |
4.5. Il-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità
(76) |
L-Irlanda hija impenjata għall-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport aċċessibbli bil-għan li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tan-nies kollha, inklużi dawk b'diżabilità. Għaldaqstant, il-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodu 2000-2006 kien jinkludi dispożizzjoni għal finanzjament ta' EUR 13 miljun għat-titjib tal-aċċessibbiltà fl-infrastruttura u l-faċilitajiet tat-trasport pubbliku eżistenti kemm għat-trasport pubbliku kif ukoll għat-trasport ipprovdut minn kumpaniji privati. |
(77) |
Uħud minn dawn il-fondi ntużaw għat-titjib tal-aċċessibbiltà għall-infrastruttura, kif deskritt fil-premessi 53 sa 57. Madankollu, mill-2001 'il quddiem, id-Dipartiment tat-Trasport appoġġja wkoll it-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità bil-għan li jtejjeb il-kunsinna tas-servizzi mill-operaturi tat-trasport pubbliċi u privati lill-persuni b'diżabilità. L-operaturi tax-xarabanks użaw dawn il-fondi biex iħarrġu lill-persunal f'kuntatt dirett, bħax-xufiera u l-impjegati li jaqtgħu l-biljetti. |
(78) |
Fiż-żmien li ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, kienu biss Dublin Bus, Bus Éireann u Veolia Transport li kellhom programmi ta' taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità fis-seħħ u l-awtoritajiet Irlandiżi qalu li, skont il-kunċett ta' “Trasport għal Kulħadd”, id-Dipartiment tat-Trasport kien qiegħed jikkunsidra li jipprovdi appoġġ għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità lis-setturi privati kollha tal-operaturi tax-xarabanks u l-kowċis. |
(79) |
Il-programm ta' taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità għall-persunal ta' Bus Éireann beda f'Novembru 2001 u ġie offrut fil-pajjiż kollu u fl-2002 beda programm simili għal Dublin Bus. |
(80) |
Matul il-perjodu 2001-2003, Dublin Bus u Bus Éireann irċevew finanzjament parzjali għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità kif stabbilit fit-Tabella 5: Tabella 5
|
(81) |
Il-finanzjament tħallas lil CIÉ u mbagħad ġie ttrasferit fil-kontijiet ta' Dublin Bus u Bus Éireann. |
(82) |
Fis-snin sussegwenti, ma ngħatat ebda għotja oħra għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità lil Bus Éireann jew Dublin Bus. Minflok, dan it-taħriġ sar parti mill-proċessi tat-taħriġ ta' induzzjoni normali f'dawk il-kumpaniji. |
(83) |
Madankollu, b'rikonoxximent għall-ħtieġa ta' taħriġ ekwivalenti fis-settur privat, sar disponibbli finanzjament għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità mill-2006 'il quddiem u, għall-2007 u l-2008, dak il-finanzjament kien jammonta għal EUR 25 550, li l-awtoritajiet Irlandiżi jenfasizzaw li kien 100 % tal-finanzjament mitlub għal dan il-għan mis-settur privat. |
5. IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
5.1. Kumpens għas-servizzi tat-trasport pubbliku bix-xarabanks: kumpens operattiv għas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali bix-xarabanks, il-finanzjament ta' xarabanks ġodda u l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel
5.1.1. L-eżistenza tal-għajnuna
(84) |
Fir-rigward tal-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni kienet tal-fehma, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li l-awtoritajiet Irlandiżi kienu għadhom ma pprovdewx biżżejjed informazzjoni li tippermettilha tikkonkludi li l-kriterji kollha stabbiliti mis-sentenza Altmark (27) kienu ġew issodisfati. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Irlandiżi, il-Kummissjoni ma tistax teskludi l-possibbiltà li l-miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
5.1.2. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna
(85) |
Billi Bus Éireann u Dublin Bus joperaw servizzi skedati u servizzi oħrajn bix-xarabanks, huma jitqiesu bħala intrapriżi li joperaw servizzi ta' trasport bit-triq. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li Bus Éireann u Dublin Bus kienu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 (28), li issa tħassar. |
(86) |
Skont l-awtoritajiet Irlandiżi, ġie impost OSP fuq CIÉ u s-sussidjarji tiegħu mill-Att dwar it-Trasport tal-1950, mill-Att dwar it-Trasport tal-1958 u mill-Att dwar it-Trasport tal-1986 (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ), magħrufa bħala l-“Atti dwar it-Trasport” (29). Mill-2003 'il quddiem, il-kundizzjonijiet u l-ammont tal-kumpens annwali mill-awtoritajiet Irlandiżi lil Dublin Bus u Bus Éireann kienu s-suġġett tal-Memoranda ta' Qbil. L-awtoritajiet Irlandiżi ddikjaraw li huma ma qiesux il-Memoranda ta' Qbil ma' Dublin Bus u Bus Éireann bħala kuntratti għal servizzi pubbliċi. Abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha fil-mument li ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-possibbiltà li l-Memoranda ta' Qbil jitqiesu bħala kuntratti għal servizzi pubbliċi. |
(87) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, l-ammont tal-kumpens għall-impożizzjoni unilaterali ta' OSP għandu jkun limitat għad-differenza bejn l-ispejjeż għat-twettiq tal-obbligu u d-dħul iġġenerat permezz tal-obbligu. B'hekk, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li sabiex tkun tista' tagħmel valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont dak ir-regolament, hija kellha tivverifika jekk il-kumpens imħallas mill-awtoritajiet Irlandiżi kienx limitat għad-differenza bejn l-ispejjeż imġarrba għat-twettiq tal-OSP u d-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-biljetti tax-xarabanks. Abbażi tal-informazzjoni li kienet disponibbli f'dak l-istadju, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk Bus Éireann u Dublin Bus kienux ġew ikkumpensati żżejjed. Iż-żewġ sussidjarji ta' CIÉ joperaw ukoll servizzi li ma jaqgħux taħt dak li jista' jiġi interpretat bħala OSP (l-hekk imsejħa “servizzi kummerċjali”) u jistgħu jużaw xarabanks iffinanzjati minn fondi pubbliċi sabiex joperaw dawk is-servizzi bix-xarabanks. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li l-kumpens kien limitat għan-nefqa li saret għat-twettiq tal-OSP. F'dak l-istadju, il-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tiddetermina jekk l-awtoritajiet Irlandiżi kienux ikkalkolaw il-kumpens għat-twettiq tal-“obbligi tat-tariffi” definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 b'konformità mal-Artikoli 11, 12 u 13 ta' dak ir-regolament. |
(88) |
Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar jekk il-miżuri inkwistjoni jkunux konformi mar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 li kieku kellhom jitqiesu bħala kumpens għat-twettiq tal-OSP. |
(89) |
Bl-istess mod, fir-rigward tat-trasport tal-iskejjel, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-ftehimiet bejn l-awtoritajiet Irlandiżi u Bus Éireann jkunux konformi mar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 li kieku kellhom jitqiesu bħala kumpens għat-twettiq tal-OSP. Fiż-żmien li ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kellha informazzjoni inkompleta dwar it-termini tal-arranġamenti kuntrattwali, id-dħul iġġenerat minn u l-ispejjeż tas-servizzi tat-trasport tal-iskejjel ipprovduti. |
5.2. Il-finanzjament tal-infrastruttura ddedikata
5.2.1. L-eżistenza tal-għajnuna
(90) |
Fir-rigward tal-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ddikjarat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-kundizzjoni li l-għajnuna tingħata minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat kienet ġiet issodisfata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-użu tal-infrastruttura kien jidher li huwa esklussivament limitat għal Bus Éireann u Dublin Bus u li l-miżura tista' tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax teskludi l-possibbiltà li l-għotjiet għall-investiment fl-infrastruttura kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
5.2.2. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna
(91) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-istazzjonijiet tax-xarabanks, il-postijiet ta' waqfien għax-xarabanks, il-garaxxijiet u l-faċilitajiet ta' manutenzjoni kienux jikkostitwixxu OSP imposta b'mod unilaterali, jew jekk l-għotjiet għall-investiment fl-infrastruttura kienux soġġetti għal kuntratti għal servizzi pubbliċi. |
(92) |
L-awtoritajiet Irlandiżi sostnew li l-għotjiet għall-investiment fl-infrastruttura kienu koperti mill-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 93 tat-Trattat fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni tat-trasport u l-obbligi tas-servizz pubbliku. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kompatibbiltà tal-għotjiet kellha tiġi vvalutata direttament fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. Madankollu, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-miżuri inkwistjoni kienux ta' preġudizzju għall-interess komuni u dwar jekk il-kriterji għall-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat ġewx issodisfati f'dan il-każ. |
5.3. Il-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità
(93) |
Fiż-żmien li ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Irlandiżi ma pprovdewx lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa dwar id-durata, il-baġit, l-intensità u l-kundizzjonijiet ulterjuri relatati mal-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità sabiex hija tkun tista' tieħu pożizzjoni fuq dik il-miżura. |
(94) |
Abbażi tal-informazzjoni li kellha fil-pussess tagħha f'dak iż-żmien meta hija adottat id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(95) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma wkoll li, kieku kellha tasal għall-konklużjoni li l-miżura ta' taħriġ kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-qafas legali xieraq għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà jkun ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 (30). |
(96) |
Fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li d-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 kienu ġew irrispettati u, b'hekk, lanqas ma setgħet tikkonkludi jekk kinitx tapplika l-eżenzjoni mir-rekwiżit ta' notifika msemmija fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
6. IL-KUMMENTI TAL-IRLANDA
6.1. Il-kuntest
(97) |
L-Irlanda tgħid li l-aħħar 15-20 sena raw tibdil soċjali u ekonomiku bla preċedenti fl-Irlanda. Iż-żieda fil-volumi tat-traffiku, it-tkabbir tal-popolazzjoni, l-industrija, l-ivvjaġġar tal-ħaddiema, il-bidliet fil-mudelli tar-residenza u l-ħinijiet itwal ta' vvjaġġar bejn id-dar u l-post tax-xogħol kollha enfasizzaw in-nuqqasijiet kbar fl-infrastruttura u s-servizzi tat-trasport. B'reazzjoni għall-isfidi urġenti, sa mill-bidu tas-snin disgħin (1990s), il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali pprovdew prijoritajiet ta' investiment għall-infrastruttura u s-servizzi tat-trasport għall-espansjoni malajr tal-kapaċità tas-sistema tat-trasport, permezz tal-ammeljorament u l-provvista ta' vetturi, impjanti u tagħmir ġodda. |
(98) |
Bħala l-uniku korp b'obbligu statutorju li jipprovdi trasport pubbliku integrat, inklużi servizzi soċjali u ekonomiċi li jagħmlu t-telf, CIÉ u s-sussidjarji bi proprjetà sħiħa tiegħu saru l-enfasi tal-investiment tal-gvern fis-settur tat-trasport pubbliku. B'mod partikolari, minħabba s-servizzi tan-netwerk integrat u komprensiv tagħhom, dawk l-operaturi kienu jinsabu f'pożizzjoni tajba sabiex iżidu malajr il-kapaċità tagħhom fl-aktar sigħat intensivi tax-xogħol (fejn kienu qegħdin jagħmlu t-telf). Huwa f'dan l-isfond li ġie pprovdut kapital miżjud u l-finanzjament attwali. |
6.2. L-għajnuna eżistenti
(99) |
L-Irlanda hija tal-fehma li l-miżuri ta' għajnuna kollha koperti mid-Deċiżjoni tal-Ftuħ huma għajnuna eżistenti. Madankollu, l-Irlanda wieġbet separatament għall-argumenti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpens operattiv u l-finanzjament tal-infrastruttura, mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Irlanda li l-miżuri ta' għajnuna kollha inkwistjoni huma għajnuna eżistenti. |
6.3. Il-kumpens operattiv
(100) |
Ilu jiġi pprovdut kumpens lil CIÉ sa mill-aħħar tas-snin ħamsin (1950s) u dan baqa' ma nbidilx bir-riorganizzazzjoni ta' CIÉ f'kumpaniji separati fl-1986. Lanqas ma nbidel il-mekkaniżmu ta' kumpens bl-introduzzjoni tal-Memoranda ta' Qbil bejn id-Dipartiment tat-Trasport u Dublin Bus u Bus Éireann fl-2003. Skont l-Irlanda, din kienet sempliċiment bidla amministrattiva sabiex tiġi ġestita aħjar l-għajnuna pprovduta lil CIÉ. L-għajnuna kollha tiġi pprovduta sabiex tiffinanzja l-obbligu legali li jiġu pprovduti s-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri kif stipulat fl-Atti dwar it-Trasport. |
(101) |
L-Irlanda pprovdiet l-evidenza ta' deċiżjoni ta' Qorti Suprema Irlandiża dwar in-nuqqas ta' effett legali skont il-liġi Irlandiża tal-Memoranda ta' Qbil. L-Irlanda tgħid li d-dipendenza fuq il-liġi Irlandiża f'din l-istanza hija ġustifikata hekk kif inhu allegat li l-konklużjoni tal-Memoranda ta' Qbil tammonta għal bidla fis-sistema statutorja Irlandiża, madankollu, dik is-sentenza tikkonferma li dan ma jistax iseħħ skont il-liġi Irlandiża. |
(102) |
Barra minn hekk, l-Irlanda rreferiet għall-Memoranda nfushom, li fihom kliem li jgħid li huma ma għandhom ebda effett legali u li l-għajnuna assoċjata ma' dawk il-Memoranda titħallas fuq il-bażi tal-atti leġiżlattivi preċedenti msemmija fil-premessa 100. |
(103) |
L-Irlanda ssostni li dan ikompli juri li l-Memoranda ta' Qbil huma bbażati fuq is-sistema leġiżlattiva eżistenti, li ilha fis-seħħ mill-1950. |
(104) |
Alternattivament, l-Irlanda tgħid li l-ħlasijiet inkwistjoni jissodisfaw l-erba' kundizzjonijiet ta' Altmark u li ma huwa konferit ebda vantaġġ ekonomiku fuq Bus Éireann jew Dublin Bus. Sussidjarjament, l-Irlanda ssostni li l-obbligi stipulati fil-liġi Irlandiża mill-1950 huma OSP li jikkonformaw mar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u huma kompatibbli mat-Trattat. Barra minn hekk, minħabba l-karattru tal-kumpens imħallas, l-Irlanda tafferma li dan jammonta għal għajnuna operattiva leġittima li taqa' fi ħdan l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. Fl-aħħarnett, l-Irlanda ssostni li l-Artikolu 106(2) tat-Trattat japplika għal impriżi bħal CIÉ, Bus Éireann u Dublin Bus. |
6.4. Il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali
(105) |
L-Irlanda tgħid li l-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodu 2000-2006 mhuwiex il-komparatur korrett għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (31), minħabba li l-finanzjament mogħti skont il-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodu 1993-1999 jammonta għall-għajnuna eżistenti u ma sar ebda tibdil sostanzjali f'dik l-għajnuna permezz tal-konklużjoni tal-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodi 2000-2006 u 2007-2013. |
(106) |
L-Irlanda ssostni li l-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali huwa dokument ta' politika f'livell għoli li jiddeskrivi l-istrateġiji u l-prijoritajiet ta' investiment tal-Gvern u li, għalhekk, il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodi 2000-2006 u 2007-2013 ma għandhom ebda effett legali li jikkostitwixxi bidla sostanzjali skont l-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(107) |
L-Irlanda tgħid li l-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 ma għandux jiġi applikat għad-dokumenti ta' politika suċċessivi tal-gvern f'livell għoli qabel il-baġit. |
(108) |
L-Irlanda ssostni li l-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodi 2000-2006 u 2007-2013 ma jaffettwawx is-sustanza proprja tal-iskema oriġinali jew il-funzjonament intrinsiku tal-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodu 1993-1999. Is-sustanza proprja u l-funzjonament intrinsiku tal-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali bħala dokumenti ta' politika ma nbidlux. Minħabba n-natura politika tal-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodi 2000-2006 u 2007-2013, huma ma jistgħux ibiddlu l-karattru tal-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali eżistenti għall-perjodu 1993-1999 fi kwalunkwe sens legali. Alternattivament, kwalunkwe bidliet huma sempliċi żidiet mal-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali oriġinali. |
6.5. L-Infrastruttura
(109) |
Skont l-Irlanda, il-finanzjament tal-infrastruttura kien unikament maħsub biex jissodisfa l-OSP. L-ammeljorament tal-infrastruttura kien neċessarju sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kwalità u tal-aċċessibbiltà imposti mill-OSP. F'każ li jkun neċessarju li jiġu applikati l-kundizzjonijiet ta' Altmark, il-kumpens jissodisfa l-erba' kriterji stipulati minn dik is-sentenza. |
(110) |
Barra minn hekk, l-Irlanda ssostni li l-finanzjament tal-infrastruttura jaqa' fi ħdan l-eċċezzjoni pprovduta mill-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. L-Irlanda ssostni li, kif tiddikjara l-Kummissjoni fil-premessa 185 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-motivazzjoni tal-awtoritajiet Irlandiża fl-għoti ta' appoġġ finanzjarju għall-infrastruttura inkwistjoni kienet l-iżvilupp reġjonali, iż-żieda tal-aċċessibbiltà ta' ċerti żoni, iż-żieda tal-mobilità tal-persuni b'mobilità mnaqqsa u l-ħarsien ambjentali permezz tal-promozzjoni tat-trasport pubbliku. L-għajnuna inkwistjoni żżid il-kwalità tat-trasport pubbliku fl-Irlanda u tikkontribwixxi għall-għanijiet ta' interess komuni, b'konformità mal-pjan ta' aċċessibbiltà nazzjonali Irlandiż “Trasport għal Kulħadd”. Għaldaqstant, l-Irlanda ssostni li t-titjib infrastrutturali jissodisfa b'mod ċar l-għanijiet ta' interess ġenerali definiti (trasport pubbliku aħjar u servizzi mtejba għall-pubbliku) u li dak it-titjib infrastrutturali huwa neċessarju u proporzjonali għall-għanijiet stabbiliti. |
(111) |
Fl-aħħarnett, l-Irlanda ssostni li l-Artikolu 106(2) tat-Trattat japplika għall-impriżi inkwistjoni: CIÉ, Bus Éireann u Dublin Bus, kif ukoll li dik id-dispożizzjoni tifforma eċċezzjoni għar-regoli l-oħrajn li jinsabu fit-Trattat, inklużi dawk relatati mat-trasport. |
6.6. Taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità
(112) |
Skont l-Irlanda, il-finanzjament huwa soċjali minnu nnifsu, minħabba li huwa intiż biex jassisti l-mobilità tal-persuni b'diżabilità. |
(113) |
It-titjib fl-infrastruttura u s-servizzi għandu jkun akkumpanjat minn taħriġ rilevanti jekk is-servizzi tat-trasport pubbliku għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Għal dik ir-raġuni, għall-ewwel il-finanzjament ġie pprovdut lill-grupp ta' kumpaniji ta' CIÉ li huma proprjetà tal-Istat (bħall-fornituri tat-trasport pubbliku ewlenin) sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw u jimplimentaw korsijiet ta' taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità. It-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità issa huwa parti mill-proċessi ta' taħriġ ta' induzzjoni normali f'dawk il-kumpaniji Statali u ma għadux jiġi ffinanzjat mill-allokazzjoni għat-titjib tal-aċċessibbiltà. |
(114) |
L-Irlanda ssostni li l-finanzjament riċevut b'konnessjoni mal-provvediment ta' programm ta' taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità ma jikkonferixxi ebda vantaġġ ekonomiku fuq Dublin Bus jew Bus Éireann. Il-programm ipprovda taħriġ xieraq li jippermetti lill-impjegati jilqgħu għall-ħtiġijiet tal-persuni li għandhom mobilità mnaqqsa u indebolimenti sensorji. Il-programm ikkonforma b'mod sħiħ mal-linji gwida tal-Gvern Irlandiż, mar-regolamenti tal-Unjoni dwar l-akkwisti u mal-politiki tal-akkwisti ta' CIÉ u kien soġġett għal monitoraġġ mid-dipartiment tal-gvern rilevanti. |
(115) |
L-Irlanda tirrimarka wkoll li mill-2006, il-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità kien disponibbli għall-operaturi privati fuq l-istess termini bħal dawk ipprovduti lil Dublin Bus u Bus Éireann. |
(116) |
Skont l-Irlanda, il-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità mhuwiex għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Huwa la jfixkel u lanqas jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni. Minbarra dan, huwa ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(117) |
Barra minn hekk, jew alternattivament, skont l-awtoritajiet Irlandiżi, il-finanzjament ta' tali taħriġ jaqa' fi ħdan l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 107(2)(a) tat-Trattat, minħabba li huwa għandu karattru soċjali, il-benefiċjarji finali tal-miżura huma konsumaturi individwali b'diżabilità u l-finanzjament jingħata mingħajr diskriminazzjoni relatata mal-oriġini tal-prodotti kkonċernati, ladarba huwa disponibbli għall-operaturi kollha fuq termini ugwali. |
(118) |
Fl-aħħarnett, jew alternattivament, il-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità jaqa' fi ħdan l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. |
6.7. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007
(119) |
Billi r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 daħal fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda sabiex tipprovdi l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mas-suq intern fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
(120) |
Fit-tweġiba tagħha, l-Irlanda ma żiedet xejn mar-reazzjonijiet preċedenti tagħha, li koprew il-kompatibbiltà mar-Regolamenti mħassrin (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70, iżda ddikjarat li kienu ttieħdu passi għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, inkluż permezz tal-iffirmar ta' kuntratti għal servizzi pubbliċi u l-ħolqien ta' awtorità tat-trasport ġdida. |
6.8. Skema tat-Trasport tal-Iskejjel
(121) |
L-Irlanda tgħid li “l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel taqa' barra mit-termini ta' referenza tal-Kummissjoni, jiġifieri l-bidliet allegati tal-Memoranda ta' Qbil u l-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali”. Bus Éireann topera l-iskema tat-trasport tal-iskejjel f'isem id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet. Għalhekk, skont l-Irlanda, l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel mhijiex soġġetta għal kontroll tal-għajnuna mill-Istat u lanqas ma tikkostitwixxi OSP. Madankollu, l-Irlanda pprovdiet aktar dettalji dwar l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel mitluba fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
7. OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI
7.1. Il-kwerelant (Il-Kunsill għat-Turiżmu u t-Trasport bil-Kowċis)
(122) |
Skont il-kwerelant, l-Irlanda tat u qiegħda tkompli tagħti somom sostanzjali ta' għajnuna illegali mill-Istat. L-għajnuna mhijiex ipprovduta fuq bażi ugwali u mhux diskriminatorja u hija evidentement tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern. Il-miżuri jiksru l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat, iżda jiksru wkoll diversi dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni (inklużi l-Artikoli 102 u 106 tat-Trattat). L-għajnuna illegali mill-Istat qiegħda tagħmel ħsara kemm lill-kompetizzjoni kif ukoll lill-interessi tal-konsumaturi. |
(123) |
L-għajnuna inkwistjoni titħallas mill-Irlanda lil kumpaniji li huma fil-proprjetà sħiħa u taħt il-kontroll tal-Gvern Irlandiż, iżda li evidentement qegħdin jikkompetu mal-operaturi privati fuq rotot attwali u potenzjali. L-infrastruttura, li ġiet iffinanzjata minn għajnuna mill-Istat, għandha tkun miftuħa għal kulħadd fuq bażi mhux diskriminatorja. L-esklussività ma tistax tiġi ġustifikata meta l-istazzjonijiet, il-postijiet ta' waqfien u x-xelters tax-xarabanks ikunu jinsabu fuq rotot fejn jikkompetu wkoll jew iridu jikkompetu l-operaturi privati. |
(124) |
L-Irlanda sostniet li minħabba li n-nollijiet mitluba minn CIÉ huma rregolati, mela allura dan b'xi mod juri element soċjali fil-provvista tas-servizzi. Ir-regolamentazzjoni tan-nollijiet ma tiddeterminax il-kwistjoni ta' jekk impriża tiġix fdata bl-operat ta' OSP. |
(125) |
Skont il-kwerelant, il-finanzjament tal-flotta kemm ta' Dublin Bus kif ukoll ta' Bus Éireann jikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat minħabba li:
|
(126) |
In-nuqqas ta' speċifiċità fir-rigward tal-kalkolazzjoni tal-kumpens pubbliku mħallas lil Dublin Bus u Bus Éireann ifisser li l-kundizzjonijiet ta' Altmark ma ġewx issodisfati u li hemm kumpens eċċessiv. Sa mill-2003, il-ħlasijiet għall-OSP jikkostitwixxu għajnuna ġdida skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(127) |
Il-kompetizzjoni ġiet introdotta biss sa ċertu punt limitat. Il-miżuri kollha ta' liberalizzazzjoni ġew opponuti minn Bus Éireann u Dublin Bus u mill-unjins tagħhom. Il-proċess ta' liberalizzazzjoni kompla jiġi limitat mill-fatt li filwaqt li l-operaturi privati huma obbligati li japplikaw għal liċenzji sabiex joperaw is-servizzi, il-kumpaniji fi ħdan CIÉ huma eżentati mis-sistema tal-ħruġ tal-liċenzji u huma mitluba biss jinnotifikaw lid-Dipartiment tat-Trasport dwar is-servizzi ġodda proposti jew il-bidliet proposti għas-servizzi eżistenti. |
(128) |
Il-kuntratt għall-operat tas-servizzi tat-trasport tal-iskejjel dejjem ingħata mingħajr ebda proċess ta' sejħiet għall-offerti. Barra minn hekk, Bus Éireann ma tistax tissodisfa l-kuntratt, minħabba li hija għandha tissottokuntratta x-xogħol lis-settur privat. |
(129) |
Fl-aħħarnett, b'reazzjoni għall-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2010 dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-kwerelant ipprovda kummenti li naqsu milli jindirizzaw il-kwistjoni speċifika tal-kompatibbiltà tal-miżuri, li qabel kienu fis-seħħ, ma' dak ir-regolament. |
(130) |
Fit-22 ta' Lulju 2008, il-kwerelant ipprovda aktar kummenti fir-rigward ta' Mortons, waħda mill-kumpaniji membri tiegħu. Dawk il-kummenti ma ttieħdux f'kunsiderazzjoni minħabba li ġew riċevuti wara l-iskadenza tal-15 ta' Ottubru 2007 stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
7.2. Bus Éireann, Dublin Bus u CIÉ
(131) |
L-allegati benefiċjarji tal-miżuri ta' għajnuna inkwistjoni, jiġifieri Bus Éireann u Dublin Bus, issottomettew b'mod konġunt kummenti sabiex jikkomplimentaw il-kwistjonijiet legali li kienu indirizzati mill-kummenti tal-Irlanda (ara t-taqsima 6). Il-kummenti ta' Bus Éireann u Dublin Bus ġew riċevuti permezz ta' ittra datata l-21 ta' April 2008 u bħala tali ma ġewx ikkunsidrati, minħabba li ġew riċevuti wara l-iskadenza tal-15 ta' Ottubru 2007. |
(132) |
Fid-19 ta' April 2010, CIÉ wieġeb għall-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2010 dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u afferma li l-miżuri kollha kienu kompatibbli b'mod sħiħ ma' dak ir-regolament, li ma ngħatawx kumpens eċċessiv jew għajnuna inkompatibbli u li l-kumpens kollu għas-servizzi pubbliċi kien limitat għal dak li kien strettament neċessarju sabiex ikopri l-ispejjeż imġarrba fl-issodisfar tal-OSP. |
7.3. Kumpaniji tax-xarabanks oħrajn
7.3.1. Aircoach
(133) |
Skont Aircoach, il-ħlasijiet magħmula mill-awtoritajiet Irlandiżi lil Bus Éireann u Dublin Bus fil-forma ta' għotjiet skont il-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali u għotjiet operattivi annwali għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KEE) Nru 1191/69. |
(134) |
Aircoach hija kkonċernata fir-rigward tal-allegata għajnuna illegali mill-Istat, fl-oqsma ta':
|
(135) |
Aircoach tgħid li l-finanzjament tal-Istat imsemmi fil-premessa preċedenti għandu l-effett li jfixkel is-suq għall-provvista ta' servizzi bix-xarabanks u l-kowċis fl-Irlanda billi jikkonferixxi vantaġġ kummerċjali inġust fuq Bus Éireann u Dublin Bus. Flimkien man-natura magħluqa ta' ħafna mis-suq tax-xarabanks u l-kowċis fl-Irlanda, dan għandu l-effett li jirrestrinġi severament l-abbiltà tal-operaturi l-oħrajn tax-xarabanks u l-kowċis li joffru servizzi alternattivi lill-pubbliku, li jwassal sabiex il-pubbliku jiġi mċaħħad mil-libertà tal-għażla. Aircoach hija tal-fehma li l-finanzjament tal-Istat mogħti lil Bus Éireann u Dublin Bus jista' jkun aktar ta' benefiċċju jekk huwa jkun disponibbli għall-operaturi kollha tas-servizzi bix-xarabanks u bil-kowċis fl-Irlanda u jekk l-aċċess għall-faċilitajiet pubbliċi (l-istazzjonijiet, l-interkambji u l-postijiet ta' waqfien għax-xarabanks) jinfetaħ bħala prekursur għal ftuħ aktar ġenerali tas-suq. |
(136) |
Fit-23 ta' April 2010, Aircoach wieġbet għall-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2010 dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, iżda naqset milli tindirizza speċifikament il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri abbażi ta' dak ir-regolament. |
7.3.2. Citylink
(137) |
Skont Citylink, hemm problemi bir-rotot kummerċjali kompetittivi fl-Irlanda. Citylink tgħid li meta Bus Éireann tidħol fis-suq kummerċjali kompetittiv, is-sussidju li tirċievi jintuża sabiex jissupplimenta n-nollijiet għal livell fejn l-operaturi privati mhux issussidjati ma jkunux jistgħu jikkompetu. |
(138) |
Citylink tagħmel is-suġġerimenti li ġejjin bil-għan li tiżgura servizzi b'korteżija, xierqa, affidabbli u sikuri b'rati affordabbli għall-passiġġieri kollha tax-xarabanks fl-Irlanda:
|
7.4. It-Trejdunjins
7.4.1. L-Unjin Nazzjonali tax-Xarabanks u l-Ferroviji
(139) |
L-Unjoni Nazzjonali tax-Xarabanks u l-Ferroviji, trejdunjin li tirrappreżenta l-interessi tal-ħaddiema fil-qasam tat-trasport ta' Bus Éireann, Dublin Bus u Irish Rail, hija tal-opinjoni li l-kwistjonijiet imqajma mill-kwerelant qegħdin jintużaw bħala tattika ta' diverżjoni sabiex jinkiseb vantaġġ u ftit li xejn għandhom x'jaqsmu mal-provvista ta' servizzi aħjar bix-xarabanks lill-pubbliku ġenerali. |
(140) |
Sistema ta' trasport pubbliku frammentata u privatizzata tiġi tiswa aktar flus u tkun inqas effikaċi. Il-kompetizzjoni għas-sehem mis-suq fuq rotot profittabbli għall-benefiċċju tal-azzjonisti mhux dejjem tkun fl-interess tal-klijenti. L-interess pubbliku għandu jinżamm bħala l-kriterju prinċipali meta jiġu biex jinħarġu l-liċenzji għall-operaturi tat-trasport bix-xarabanks. |
(141) |
L-operaturi privati mhux ser ikunu interessati f'rotot li jagħmlu t-telf jew f'sussidjar reċiproku minn rotot oħrajn li huma profittabbli. |
7.4.2. SIPTU (l-Unjoni fil-Qasam tas-Servizzi, Industrijali, Professjonali u Tekniku)
(142) |
Skont SIPTU, l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel ma tikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat lil Bus Éireann u lanqas ma tikkostitwixxi esternalizzazzjoni ta' servizz pubbliku minħabba n-nuqqas ta' introjtu finanzjarju minn Bus Éireann minn dan il-proċess. |
(143) |
CIÉ huwa rregolat mit-termini tal-Att dwar it-Trasport tal-1958. CIÉ jissodisfa t-tliet funzjonijiet tal-OSP elenkati fl-Att dwar it-Trasport tal-1958. |
(144) |
Il-Memoranda ta' Qbil mhumiex legalment vinkolanti u, għalhekk, ma jistgħux jitqiesu bħala li jifformaw kuntratti. Fl-opinjoni ta' SIPTU, il-Memoranda huma konformi mat-termini tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u ma għandhomx jifformaw il-bażi ta' suppożizzjoni li l-OSP kien sostitwit mill-Memoranda, kif intqal skorrettament fl-abbozz ta' rapport imħejji mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Irlanda. |
7.4.3. TSSA (l-Assoċjazzjoni tal-Impjegati fil-Qasam tat-Trasport)
(145) |
Skont it-TSSA, l-affermazzjoni li Dublin Bus u Bus Éireann irċevew għajnuna illeġittima mill-Istat hija mingħajr ebda bażi meta wieħed iqis li dawk il-kumpaniji ġew imċaħħdin minn investiment u fondi adegwati għal għexieren ta' snin sħaħ sabiex joperaw servizzi bix-xarabanks li huma soċjalment neċessarji, iżda li kienu qegħdin jagħmlu telf qawwi. |
(146) |
Għandu jiġi mfakkar li fiż-żmien meta ġie fformat is-CIÉ, l-Irlanda kienet għadha kif saret repubblika u, b'hekk, il-kumpaniji tat-trasport privati ma setgħux jipprovdu netwerk organizzat ta' servizzi sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni. CIÉ twaqqaf sabiex jopera servizzi tan-netwerk soċjali, vijabbli, affiabbli u sikuri, li kienu jinkludu servizzi soċjali li jagħmlu t-telf, u issa qiegħed ikompli jopera tali servizzi. CIÉ kien mistenni jkun korp kummerċjali u strument ta' politika soċjali, li hija dilemma impossibbli. |
(147) |
Dublin Bus u Bus Éireann qegħdin ikomplu jissodisfaw l-OSP tagħhom billi jwasslu titjib kwantitattiv u kwalitattiv fil-firxa u l-kwalità tas-servizzi offruti lill-pubbliku li jivvjaġġa permezz tan-netwerks integrati tagħhom ta' servizzi li jiġu pprovduti b'konformità mal-għanijiet tal-gvern. |
7.5. L-akkademiċi
7.5.1. Il-Professur Austin Smyth, l-Università ta' Westminster
(148) |
Skont il-Prof. Smyth, kwalunkwe determinazzjoni mill-Kummissjoni bbażata biss fuq dispożizzjonijiet legali twassal għal konsegwenzi negattivi u mhux intenzjonati għall-konsumatur u/jew kontribwent Irlandiż. |
(149) |
Il-Prof. Smyth jemmen li l-problema bis-sistema tax-xarabanks fl-Irlanda hija li s-sistema tal-ħruġ tal-liċenzji ma kinitx applikata fuq bażi konsistenti jew b'mod li sservi biex issostni l-għanijiet li għalihom twaqqaf is-CIÉ. Skont l-arranġamenti attwali tal-ħruġ tal-liċenzji, l-Irlanda qiegħda tesperjenza l-irtirar ta' servizzi li huma soċjalment neċessarji u l-kollass progressiv tan-netwerk tat-trasport pubbliku tal-pajjiż. |
(150) |
Il-Prof. Smyth jiddeskrivi l-benefiċċji ta' diversi mudelli għas-settur tax-xarabanks u jagħmel għadd ta' suġġerimenti għat-titjib tal-mudell eżistenti fl-Irlanda, fosthom:
|
7.5.2. Dr Sean Barret, Trinity College, Dublin
(151) |
Dr Barret jenfasizza li l-ekonomisti fl-Irlanda kienu mħassbin għal ħafna snin dwar ir-regolamentazzjoni mhux sodisfaċenti tas-settur tax-xarabanks fl-Irlanda. Il-politika dwar ix-xarabanks mhijiex sodisfaċenti u ma qiegħed isir ebda tentattiv sabiex tinkiseb effiċjenza ottimali kemm fir-rigward tal-aspetti kummerċjali tat-trasport bix-xarabanks, kif ukoll fir-rigward tal-aspetti tas-servizzi pubbliċi. |
(152) |
Dr Barret isostni li s-suq tax-xarabanks huwa kkaratterizzat mir-relazzjoni mill-qrib bejn id-Dipartiment tat-Trasport u CIÉ u, f'dan ir-rigward, huwa jgħid li kien hemm tkabbir kostanti tas-sussidji operattivi mis-snin ħamsin (1950s) 'l hawn, li kollha ġew allokati lil CIÉ. Dr Barret iżid li l-fondi tal-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali ġew allokati esklussivament lil CIÉ għall-esklużjoni tal-operaturi l-oħrajn kollha. |
(153) |
Skont Dr Barret, il-Memoranda ta' Qbil huma eżempju tal-hekk imsejjaħ 'insider-outsider model' imħaddem u ma jikkostitwixxu ebda metodu effikaċi li jiżgura l-provvista ta' servizz ta' trasport pubbliku jew kummerċali bix-xarabanks. |
(154) |
Dr Barret jiddikjara li t-taħlita ta' kumpens mill-Istat lil CIÉ f'eċċess għat-telf attwali tagħha, il-permess mid-Dipartiment tat-Trasport sabiex jintalbu nollijiet differenti fuq rotot ikkontestati u mhux ikkontestati u n-nuqqas ta' proċeduri trasparenti fl-allokazzjoni tas-servizz pubbliku u l-għotjiet ta' investiment, de facto tagħti lil CIÉ ġabra akbar ta' fondi sabiex minnha jkun jista' jiffinanzja nollijiet orħos fuq rotot fejn teżisti kompetizzjoni ma' kumpaniji tax-xarabanks indipendenti aktar effikaċi. |
7.5.3. Il-Professur Frank W. Roche, Michael Smurfit Graduate Business School fil-Kulleġġ tal-Università ta' Dublin
(155) |
Skont il-Professur Roche, il-kumpens mill-Istat inkwistjoni jirrigwardja biss is-servizzi li qegħdin jagħmlu t-telf, is-servizzi urbani, tal-ivvjaġġar għax-xogħol u dawk rurali. Fl-Irlanda, is-suq tat-trasport bil-kowċis fuq distanza twila huwa diġà miftuħ għall-operaturi kollha. |
(156) |
Il-Professur Roche jenfasizza r-rwol importanti li għandha Bus Éireann fir-rigward tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju fl-Irlanda. Permezz ta' subkuntrattar, Bus Éireann tiffaċilita l-aċċess għas-suq għall-SMEs, li l-maġġoranza tagħhom ma kienx ikollhom l-iskala jew il-kapaċitajiet sabiex jibqgħu jeżistu li kieku kienu qegħdin jikkompetu direttament ma' operaturi indiġeni jew multinazzjonali akbar. |
7.5.4. Il-Professur Peter Mackie: l-Università ta' Leeds
(157) |
Il-Prof. Mackie jgħid li l-kwistjoni reali mhijiex il-kompetizzjoni kontra l-monopolju, iżda kif l-impriżi dominanti qegħdin jiġu kkontrollati, organizzati u amministrati. |
(158) |
Il-Prof. Mackie jiddeskrivi l-metodoloġija li huwa jirrakkomanda għar-regolamentazzjoni tas-settur tax-xarabanks. Skont il-Prof. Mackie, jekk jinfetaħ is-suq, l-operaturi kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati, għandhom jintalbu jissottomettu redditi awditjati fuq it-traffiku u d-dħul. Kontijiet separati għal servizzi fuq distanza twila jippermettu lil operaturi bħal Bus Éireann juru pubblikament illi mhumiex qegħdin jikkompetu b'mod inġust permezz ta' sussidjar reċiproku. |
7.6. Partijiet interessati oħrajn
Il-Kummerċjalizzazzjoni u l-Immaniġġjar Strateġiku ta' Jerome Casey and Company Ltd.
(159) |
Is-Sur Casey isostni li l-għajnuna mill-Istat għall-faċilitajiet tal-passiġġieri u tal-garaxxijiet ġiet ipprovduta, mhux bħala ġid pubbliku, iżda biex tiffinanzja l-proprjetà privata u esklussiva tal-kumpaniji tax-xarabanks bi proprjetà pubblika. |
(160) |
Skont is-Sur Casey, l-argument li għandu jsir huwa dwar jekk il-finanzjament ta' dawk il-faċilitajiet tax vantaġġ kompetittiv lil Dublin Bus u Bus Éireann, jiġifieri jekk l-ispiża netta għall-kumpaniji inkwistjoni sabiex joperaw dawk il-faċilitajiet kinitx aktar baxxa mill-ispiża netta tal-faċilitajiet komparattivi pprovduti mis-suq. Mhuwiex ċar għal kollox jekk il-vantaġġ ekonomiku mogħti lill-kumpaniji tax-xarabanks pubbliċi minn dawk il-faċilitajiet kienx jissupera l-ispiża tagħhom. |
(161) |
Is-Sur Casey jgħid li huwa diffiċli li tinftiehem il-loġika li ssostni l-argument tal-kwerelant li l-għotjiet għat-taħriġ dwar id-diżabilità huma anti-kompetittivi u joħolqu restrizzjoni fuq il-kummerċ tal-kwerelant. Ebda waħda mill-kumpaniji membri tal-kwerelant ma tintegra l-ivvjaġġar għall-persuni b'diżabilità fl-operazzjonijiet normali tagħha, kif fil-fatt qegħdin jagħmlu Dublin Bus u Bus Éireann. Is-Sur Casey jistaqsi: għaliex il-kumpaniji membri tal-kwerelant għandhom jitħallsu għal xogħol li deliberatament jinjoraw u jirrifjutaw milli jagħmlu? |
8. KUMMENTI MILL-IRLANDA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TA' PARTIJIET TERZI
(162) |
L-Irlanda llimitat ruħha li tikkummenta fuq l-osservazzjonijiet tal-kwerelant, u mhux fuq l-osservazzjonijiet ta' kwalunkwe parti terza oħra, u llimitat ruħha għall-awtoritajiet legali u d-dispożizzjonijiet invokati mill-kwerelant, kif ukoll għall-allegazzjoni tan-nuqqas ta' distinzjoni bejn ir-rotot differenti fl-applikazzjoni tas-sussidji. |
(163) |
F'dan ir-rigward, l-Irlanda ddikjarat li kemm Dublin Bus kif ukoll Bus Éireann jissodisfaw l-OSP tagħhom b'approċċ ta' netwerk, bl-iskala, il-firxa u l-kumplessità tal-obbligi imposti jfissru li s-servizzi u r-rotot huma ppjanati u operati bħala netwerk aktar milli bħala rotot individwali. |
9. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
(164) |
Il-Kummissjoni tinnota, bħala kwistjoni preliminari, li l-Irlanda, b'reazzjoni għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, allegat li l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel ma kinitx taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni preliminari u, għalhekk, ma setgħetx tiġi kkunsidrata matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali. |
(165) |
Filwaqt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet fil-premessa 40 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li hija ma kellha ebda informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u l-ammont tal-kumpens imħallas mill-awtoritajiet Irlandiżi taħt dik l-iskema, hija spjegat il-kontorni tal-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel fil-premessi 20 u 30 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u l-figuri tat-trasport tal-iskejjel fl-eżaminazzjoni li għamlet fit-taqsima C.2 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ dwar l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat. Fl-aħħarnett, kif jidher ċar mill-premessa 90 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni stiednet b'mod ċar lill-awtoritajiet Irlandiżi “sabiex jipprovdu informazzjoni ddettaljata dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti għall-operat tat-trasport pubbliku u s-servizzi tat-trasport tal-iskejjel, inklużi l-proċeduri li taħthom jiġu konklużi kuntratti bħal dawn”. Għalhekk, ma jista' jkun hemm ebda dubju li l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel kienet koperta mid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
9.1. L-eżistenza tal-għajnuna
(166) |
L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jipprovdi li “[…] kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
(167) |
Dan ifisser li sabiex kwalunkwe waħda mill-miżuri tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni, għandhom jiġu ssodisfati l-erba' kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura għandha tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, (ii) il-miżura għandha tagħti vantaġġ ekonomiku lill-impriża benefiċjarja, (iii) il-vantaġġ għandu jkun selettiv, u (iv) il-miżura għandha twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ intra-UE. |
(168) |
Barra minn hekk, miżura tista' tikkostitwixxi biss għajnuna mill-Istat jekk il-benefiċjarju jwettaq attività ekonomika b'tali mod li l-benefiċjarju jkun jista' jitqies bħala impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiddefinixxi attività ekonomika bħala “kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti u servizzi f'suq partikolari”. (32) |
(169) |
Dublin Bus u Bus Éireann joperaw servizzi bix-xarabanks u jirċievu nollijiet għall-provvista ta' dawk is-servizzi. B'hekk, huma jwettqu attività ekonomika u, għalhekk, għandhom jitqiesu bħala impriżi għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(170) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-possibbiltà li l-miżuri inkwistjoni kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(171) |
L-awtoritajiet Irlandiżi sostnew li l-miżuri kollha inkwistjoni huma għajnuna mill-Istat. Dan jimplika li l-awtoritajiet Irlandiżi jqisu l-miżuri kollha inkwistjoni bħala li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(172) |
Fit-taqsimiet li ġejjin, il-Kummissjoni ser tispjega għaliex hija tqis li kull waħda mill-miżuri inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni. |
9.1.1. Riżorsi tal-Istat
(173) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Irlandiżi, il-miżuri kollha inkwistjoni jinvolvu kontribuzzjonijiet finanzjarji, direttament mill-awtoritajiet Irlandiżi jew permezz ta' CIÉ, li jiġu ttrasferiti lil Dublin Bus u Bus Éireann. Dawk il-kontribuzzjonijiet jinkludu riżorsi tal-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kundizzjoni li l-għajnuna għandha tingħata minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat ġiet issodisfata. |
9.1.2. Vantaġġ ekonomiku selettiv
(174) |
Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni għandhom jikkonferixxu vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tkun tista' tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
9.1.2.1. (33)
(175) |
L-Irlanda ssostni li l-kumpens mogħti għas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali bix-xarabanks u l-finanzjament ta' xarabanks ġodda mogħtija lil Bus Éireann u Dublin Bus jikkostitwixxu kumpens għat-twettiq tal-OSP b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fis-sentenza ta' Altmark (34) u, b'hekk, ma jikkonferixxu ebda vantaġġ fuq il-benefiċjarji tagħhom. |
(176) |
Fis-sentenza ta' Altmark, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li “Fejn miżura tal-Istat għandha titqies bħala kumpens għas-servizzi effettwati mill-impriżi benefiċjarji biex jesegwixxu l-obbligi ta' servizz pubbliku (…) tali miżura ma taqax taħt l-Artikolu [107(1)] tat-Trattat” diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(177) |
Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-raba' kundizzjoni tas-sentenza ta' Altmark għall-kumpens operattiv annwali għas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali bix-xarabanks u l-finanzjament ta' xarabanks ġodda, la Bus Éireann u lanqas Dublin Bus ma ġew fdati bl-OSP inkwistjoni matul il-kors ta' proċedura ta' sejħiet għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. |
(178) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni għandha teżamina t-tieni alternattiva stipulata fir-raba' kundizzjoni ta' Altmark, li tistabbilixxi li l-livell ta' kumpens għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż ta' impriża tipika, immexxija sewwa u mgħammra b'mod adegwat. |
(179) |
F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Irlandiżi ddikjaraw: “Il-livell ta' kumpens imħallas lil Bus Éireann u Dublin Bus, kemm f'termini ta' kumpens operattiv annwali u finanzjament għat-titjib u t-tibdil tal-flotta, jirrifletti l-eżitu ta' proċess ta' negozjati mal-kumpaniji, li jikkunsidra l-finanzi u l-operazzjonijiet tal-kumpaniji u studji tal-Valur għall-Flus, bħar-rapport tal-2006 (36), li diġà ġie pprovdut lill-Kummissjoni.” |
(180) |
Il-Kummissjoni tieħu nota tar-rapport tal-2006 imsemmi fil-premessa preċedenti u taċċetta li, sa ċertu punt, dan seta' kien fih analiżi tal-ispejjeż sostnuti minn impriża “mmexxija sewwa”, kif imsemmi fir-raba' kundizzjoni ta' Altmark. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Irlandiżi bbażaw ukoll il-livell ta' kumpens, kemm f'termini ta' kumpens operattiv annwali kif ukoll f'termini ta' finanzjament ta' xarabanks ġodda, fuq proċess li jieħu f'kunsiderazzjoni l-“finanzi tal-kumpanija”. |
(181) |
Il-ħtieġa għall-iffinanzjar tal-impriżi benefiċjarji tista' ma tiġix ikkunsidrata fil-valutazzjoni ta' jekk miżura tal-Istat tistax titqies bħala kumpens għat-twettiq tal-OSP. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-raba' kundizzjoni ta' Altmark ma ġietx issodisfata u, billi l-erba' kundizzjonijiet huma kumulattivi, li l-kundizzjonijiet ta' Altmark ma ġewx issodisfati għal sejba ta' ebda għajnuna. Konsegwentement, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kumpens operattiv annwali għas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali bix-xarabanks sat-30 ta' Novembru 2009 u l-finanzjament ta' xarabanks ġodda jikkonferixxu vantaġġ ekonomiku selettiv fuq Bus Éireann u Dublin Bus, minħabba li dawn jeħilsu lil dawk l-impriżi minn spejjeż illi normalment ikollhom iġorru fl-operat tan-negozju tagħhom, liema vantaġġ ma setgħux jiksbu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
9.1.2.2.
(182) |
Il-kostruzzjoni ta' kwalunkwe tip ta' infrastruttura, li hija maħsuba biex tkun ekonomikament sfruttata, hija attività ekonomika minnha nnifisha, li tfisser li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw għall-mod kif din tiġi ffinanzjata (37). Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu leġittimament iqisu l-finanzjament tal-infrastruttura mogħti qabel is-sentenza ta' Aéroports de Paris tat-12 ta' Diċembru 2000 (38) bħala li ma jinvolvi ebda għajnuna mill-Istat u li, għaldaqstant, tali miżuri ma kellhomx bżonn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma tistax tiddubita mill-miżuri ta' finanzjament definittivament adottati qabel is-sentenza ta' Aéroports de Paris (it-12 ta' Diċembru 2000) fuq il-bażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (39). Għalhekk, il-kumpens ta' EUR 4,6 miljun mogħti lil Dublin Bus fis-sena 2000 ma jistax jitqies bħala li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. |
(183) |
Fir-rigward tal-kumpens mogħti wara s-sena 2000, il-kwistjoni tal-preżenza tal-għajnuna fil-finanzjament tal-kostruzzjoni ta' infrastruttura kummerċjalment sfruttata tista' tqum fi tliet livelli differenti: fil-livell tal-utenti, fil-livell tal-bennej tal-infrastruttura u fil-livell tal-maniġer tal-infrastruttura (40). |
(184) |
F'dan il-każ, filwaqt li s-sid tal-infrastruttura huwa CIÉ, l-utent u l-maniġer tal-infrastruttura jidhru li huma identiċi, minħabba li l-infrastruttura inkwistjoni titmexxa u tintuża esklussivament minn Bus Éireann u Dublin Bus, li huma kompletament proprjetà ta' CIÉ. Billi Bus Éireann u Dublin Bus ma jagħmlu ebda dħul mill-ġestjoni tal-infrastruttura, għall-finijiet ta' dan il-każ, huma jistgħu jitqiesu biss bħala utenti tal-infrastruttura. Fir-rigward tal-kumpaniji tal-kostruzzjoni involuti fil-bini tal-elementi infrastrutturali differenti taħt valutazzjoni, il-Kummissjoni ma għandha ebda indikazzjoni li dawk il-kumpaniji setgħu rċevew xi vantaġġ. Fir-rigward tal-utent tal-infrastruttura, il-Kummissjoni tinnota li l-infrastruttura inkwistjoni hija ġestita minn Bus Éireann u Dublin Bus u li dak l-użu huwa esklussivament limitat għal dawk l-impriżi. |
(185) |
Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni tqis li l-finanzjament tal-infrastruttura permezz ta' riżorsi tal-Istat ma jikkonferixxi ebda vantaġġ fuq l-utenti tagħha, diment li l-infrastruttura tkun miftuħa mingħajr ebda diskriminazzjoni għal kulħadd b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ma tiffavorixxix utent wieħed partikolari (41). F'dan il-każ, dik il-kundizzjoni ma ġietx issodisfata, hekk kif mill-infrastruttura inkwistjoni, li hija ffinanzjata minn riżorsi tal-Istat, jibbenifikaw esklussivament Bus Éireann u Dublin Bus. |
(186) |
L-Irlanda ssostni wkoll li, fir-rigward tal-finanzjament tal-infrastruttura, il-kundizzjonijiet stipulati fis-sentenza ta' Altmark huma ssodisfati (42). |
(187) |
Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-raba' kundizzjoni tas-sentenza ta' Altmark għall-għotjiet għall-finanzjament tal-infrastruttura, la Bus Éireann u lanqas Dublin Bus ma ġew fdati bl-OSP inkwistjoni matul il-kors ta' proċedura ta' sejħiet għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. |
(188) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni għandha teżamina t-tieni alternattiva stipulata fir-raba' kundizzjoni ta' Altmark, li tipprovdi li l-livell ta' kumpens għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż ta' impriża tipika, immexxija sewwa u mgħammra b'mod adegwat. |
(189) |
Il-Kummissjoni ma għandha ebda indikazzjoni li tali analiżi seħħet. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-raba' kundizzjoni ta' Altmark ma ġietx issodisfata u li l-kundizzjonijiet ta' Altmark ma ġewx issodisfati, minħabba li l-erba' kriterji huma kumulattivi. |
(190) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li mill-infrastruttura użata minn Bus Éireann, li ġiet iffinanzjata permezz ta' għotjiet, jibbenifikaw kemm is-servizzi ta' OSP kif ukoll is-servizzi kummerċjali tal-kumpaniji. Konsegwentement, fil-każ ta' Bus Éireann, jidher li huwa improbabbli li l-ewwel kundizzjoni ta' Altmark tiġi ssodisfata, minħabba li l-finanzjament mhuwiex relatat biss mal-impriża benefiċjarja effettivament inkarigata sabiex twettaq OSP. |
(191) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għotjiet għall-finanzjament ta' infrastruttura ddedikata jagħtu vantaġġ ekonomiku selettiv lil Dublin Bus u Bus Éireann. |
9.1.2.3.
(192) |
Fir-rigward tal-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk l-iskema tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza ta' Altmark. (43) |
(193) |
L-arranġamenti finanzjarji għall-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel kienu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kontabbiltà mill-1968 u mbagħad ġew aġġornati fl-1975 (44), għalkemm b'limitu massimu fuq l-“ispejjeż indiretti” mill-2011 'il quddiem. (45) |
(194) |
Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-raba' kundizzjoni tas-sentenza ta' Altmark (46) għall-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel, Bus Éireann ma ġietx fdata bl-OSP inkwistjoni matul il-kors ta' proċedura ta' sejħiet għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. |
(195) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni għandha teżamina t-tieni alternattiva stipulata fir-raba' kundizzjoni ta' Altmark, li tistabbilixxi li l-livell ta' kumpens għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż ta' impriża tipika, immexxija sewwa u mgħammra b'mod adegwat. |
(196) |
Il-Kummissjoni ma għandha ebda indikazzjoni li tali analiżi seħħet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li huwa improbabbli li l-kumpens li għadu qiegħed jitħallas sal-ġurnata tal-lum, iżda li huwa bbażat fuq arranġamenti finanzjarji li ġew stabbiliti kważi erbgħin sena ilu, jista' jikkostitwixxi l-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż ta' impriża tipika, immexxija sewwa u mgħammra b'mod adegwat. |
(197) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-raba' kundizzjoni ta' Altmark ma ġietx issodisfata u tqis li l-kundizzjonijiet ta' Altmark ma ġewx issodisfati, minħabba li l-erba' kriterji huma kumulattivi. |
(198) |
L-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel teħles lil Bus Éireann mill-ispejjeż li normalment ikollha ġġorr fl-operat ta' dik l-attività, liema vantaġġ ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament tal-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel jagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lil Bus Éireann. |
9.1.2.4.
(199) |
Fir-rigward tal-preżenza ta' vantaġġ li jirriżulta mill-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità, il-Kummissjoni nnotat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-finanzjament pubbliku tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità normalment għandu jkun iffinanzjat mill-impriżi, minħabba li dan jeħlishom minn piż illi normalment ikollhom iġorru fl-operat tan-negozju tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li dan it-tip ta' taħriġ jista' jkollu karattru soċjali u jista' jtejjeb il-mobilità tal-persuni b'diżabilità. |
(200) |
L-Irlanda ssostni li l-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità mhuwiex għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u li ma jwassal għal ebda distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, l-Irlanda ma tipprovdi ebda raġuni għal dawn l-argumenti. |
(201) |
L-Irlanda tirrimarka wkoll li mill-2006 'l hawn, il-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità kien disponibbli għall-operaturi privati fuq l-istess termini bħal dawk ipprovduti lil Dublin Bus u Bus Éireann (47). F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-finanzjament għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità, li huwa eżaminat f'din id-deċiżjoni, ingħata fil-perjodu 2001-2003, kif stabbilit fit-Tabella 5, u li fiż-żmien li ngħata dak il-finanzjament, huwa ma kienx disponibbli għall-operaturi kollha. |
(202) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità jikkonferixxi vantaġġ ekonomiku selettiv fuq Dublin Bus u Bus Éireann, minħabba li dan jeħlishom minn piż illi normalment ikollhom iġorru fl-operat tan-negozju tagħhom. |
9.1.3. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
(203) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-vantaġġ ekonomiku mogħti mir-riżorsi tal-Istat jistax iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u, b'hekk, jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(204) |
F'dan ir-rigward, kif tirrimarka s-sentenza ta' Altmark (48): “Mhuwiex impossibbli li sussidju pubbliku mogħti lil impriża li tipprovdi biss servizzi ta' trasport lokali jew reġjonali u li ma tipprovdi ebda servizz ta' trasport barra mill-Istat ta' oriġini tagħha jista' jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (49).” |
(205) |
Meta Stat Membru jagħti sussidju pubbliku lil impriża, il-forniment tas-servizzi ta' trasport minn dik l-impriża jista' għal dik ir-raġuni jinżamm jew jiżdied bir-riżultat li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn ikollhom inqas ċans li jipprovdu s-servizzi ta' trasport tagħhom fis-suq ta' dak l-Istat Membru. (50) |
(206) |
F'dan il-każ, dik is-sejba mhijiex biss ipotetika, minħabba li, kif jidher b'mod partikolari mill-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, sa mill-1995, bosta Stati Membri bdew jiftħu ċerti swieq tat-trasport għall-kompetizzjoni minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, sabiex b'hekk diġà hemm għadd ta' impriżi li qegħdin joffru s-servizzi ta' trasport urban, suburban jew reġjonali tagħhom fi Stati Membri oħrajn għajr l-Istat ta' oriġini tagħhom. |
(207) |
Fl-aħħarnett, skont il-każistika tal-Qorti, ma hemm ebda limitu massimu jew perċentwal li taħtu jista' jitqies li l-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jiġix affettwat. L-ammont relattivament żgħir ta' għajnuna jew id-daqs relattivament żgħir tal-impriża li tirċievi tali għajnuna, bħala tali, ma jeskludix il-possibbiltà li l-kummerċ bejn l-Istati Membri jista' jiġi affettwat. (51) |
(208) |
Għalhekk, it-tieni kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 92(1) tat-Trattat, jiġifieri li l-għajnuna għandha tkun tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, ma tiddependix fuq il-karattru lokali jew reġjonali tas-servizzi tat-trasport fornuti jew fuq l-iskala tal-qasam tal-attività kkonċernat. |
(209) |
B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-finanzjament pubbliku inkwistjoni fil-każ attwali jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati u jwassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern. |
9.1.4. Konklużjoni: l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat
(210) |
Fid-dawl tal-osservazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri kollha inkwistjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
9.2. Il-klassifikazzjoni tal-miżuri bħala għajnuna eżistenti
(211) |
L-Irlanda ssostni li l-miżuri kollha inkwistjoni jikkostitwixxu l-għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Il-Kummissjoni teżamina din l-affermazzjoni fit-taqsima li ġejja. |
9.2.1. Osservazzjonijiet ġenerali
(212) |
L-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jiddefinixxi għajnuna ġdida bħala “kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali, li mhijiex għajnuna eżistenti, inkluż it-tibdil fl-għajnuna eżistenti”. |
(213) |
L-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 iqis bħala għajnuna eżistenti “għajnuna li tinftiehem li hija għajnuna eżistenti minħabba li jista' jiġi stabbilit li meta daħlet fis-seħħ ma kienet tikkostitwixxi ebda għajnuna u sussegwentement saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni u mingħajr ma nbidlet mill-Istat Membru”. L-Artikolu 1(b)(v) jistabbilixxi wkoll li “[m]eta ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta' attività mil-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għal-liberalizzazzjoni.” |
(214) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li meta ġew implimentati l-Atti dwar it-Trasport u l-ewwel Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali (1993-1999), is-suq għas-servizzi tat-trasport pubbliku (inkluż it-trasport urban, suburban u reġjonali bit-triq) kien magħluq għall-kompetizzjoni madwar l-Unjoni kollha. Għalhekk, f'dak iż-żmien, dawk il-miżuri ma kienu jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat, minħabba li ma kellhomx il-potenzjal li jfixklu l-kompetizzjoni, ladarba s-swieq rilevanti kienu magħluqin għall-kompetizzjoni. |
(215) |
Minn mindu ġiet adottata s-sentenza ta' Altmark, il-Kummissjoni aċċettat, fil-prattika deċiżjonali tagħha, (52) li mill-1995 'l hawn, is-suq għas-servizzi tat-trasport pubbliku kien de facto miftuħ għall-kompetizzjoni f'partijiet tas-suq intern. Kif ġie rrimarkat fis-sentenza ta' Altmark, is-suq għas-servizzi tat-trasport ma nfetaħx wara liberalizzazzjoni ta' attività mil-liġi tal-Unjoni, iżda pjuttost bħala riżultat tad-deċiżjonijiet indipendenti u spontanji ta' xi Stati Membri. Madankollu, mit-3 ta' Diċembru 2009, is-suq għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri nfetaħ għall-kompetizzjoni mil-liġi tal-Unjoni permezz tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
(216) |
Skont każistika stabbilita (53), l-emerġenza ta' għajnuna ġdida jew il-bidla fl-għajnuna eżistenti ma tistax tiġi vvalutata skont l-iskala tal-għajnuna jew, b'mod partikolari, skont l-ammont tagħha f'termini finanzjarji fi kwalunkwe mument fil-ħajja tal-impriża, jekk l-għajnuna tiġi pprovduta skont dispożizzjonijiet statutorji preċedenti li jibqgħu ma jinbidlux. Fi kliem ieħor, sabiex jiġi stabbilit jekk tali għajnuna nbidlitx jew le, huwa deċiżiv li jiġi eżaminat jekk inbidlux id-dispożizzjonijiet li jippreveduha. |
(217) |
Barra minn hekk, huwa biss meta l-bidla taffettwa s-sustanza proprja tal-iskema oriġinali li din tal-aħħar tiġi ttrasformata fi skema ta' għajnuna ġdida. (54) Huma biss it-tibdiliet sostanzjali li jikkonvertu l-għajnuna eżistenti f'għajnuna ġdida. (55) |
(218) |
Fuq il-bażi ta' dawn il-prinċipji, il-Kummissjoni ser teżamina fir-rigward ta' kull waħda mill-miżuri inkwistjoni jekk dawn jistgħux jitqiesu bħala li jikkostitwixxu għajnuna eżistenti kif qiegħda ssostni l-Irlanda. |
9.2.2. Kumpens operattiv annwali għas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali bix-xarabanks
(219) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-introduzzjoni ta' Memoranda ta' Qbil annwali mill-2003 'il quddiem biddlet il-mekkaniżmu ta' kumpens għaż-żewġ kumpaniji tax-xarabanks, sabiex b'hekk il-ħlasijiet ta' kumpens għall-OSP inizjalment ibbażati fuq l-Atti dwar it-Trasport ikunu jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu għajnuna ġdida, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, mill-2003 'il quddiem. |
(220) |
Madankollu, l-Irlanda sussegwentement uriet, b'reazzjoni għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li l-Memoranda ta' Qbil annwali ma biddlux l-għajnuna f'termini tal-ħlasijiet ta' kumpens operattiv annwali liż-żewġ kumpaniji tax-xarabanks u li dawn kienu sempliċiment bidla amministrattiva sabiex tkun tista' tiġi ġestita aħjar l-għajnuna pprovduta lil CIÉ. Skont l-Irlanda, l-għajnuna kollha pprovduta fil-forma ta' ħlasijiet ta' kumpens operattiv annwali tintuża sabiex tiffinanzja l-obbligi legali li jiġu pprovduti servizzi ta' OSP, kif stipulat fl-Atti dwar it-Trasport. |
(221) |
F'dan ir-rigward, l-Irlanda rreferiet għan-nuqqas ta' effett legali skont il-liġi Irlandiża tal-Memoranda ta' Qbil. Dan intwera permezz ta' referenza għal sentenza tal-Qorti Suprema Irlandiża (56), li ddikjarat [b'enfasi miżjuda]: “Ma hemm […] ebda mandat sabiex l-Istrument [Statutorju] jew kwalunkwe parti minnu jitqiesu bħala ‘soġġetti għall-’Memorandum ta' Qbil. Din mhijiex kwistjoni ta' kostruzzjoni iżda kwistjoni ta' prinċipju. […] ebda dokument li mhuwiex ta' natura leġiżlattiva ma jista' jitqies bħala li b'xi mod jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta' tali Strument. Huwa importanti ħafna li persuna mhux esperta tkun tista' tiddistingwi faċilment bejn id-dokumenti li għandhom il-forza tal-liġi u d-dokumenti l-oħrajn kollha.” |
(222) |
Min-naħa l-oħra, skont l-informazzjoni pprovduta mill-Irlanda, il-Memoranda ta' Qbil tal-2003 u tal-2007 għal Dublin Bus u Bus Éireann infushom, rispettivament, jiddikjaraw li: “Dan il-Memorandum ta' Qbil dwar il-Livelli u l-Miri tas-Servizzi ma għandu ebda effett legali u mhuwiex vinkolanti fuq Bus Átha Cliath [Dublin Bus] jew fuq id-Dipartiment tat-Trasport.” “Dan il-Memorandum ta' Qbil dwar il-Livelli u l-Miri tas-Servizzi ma għandu ebda effett legali u mhuwiex vinkolanti fuq Bus Éireann jew fuq id-Dipartiment tat-Trasport.” |
(223) |
Il-Memorandum ta' Qbil tal-2003 għal Bus Éireann jistabbilixxi wkoll li: “Il-memorandum huwa bbażat fuq is-sistema regolatorja eżistenti u fuq id-doveri statutorji eżistenti ta' Bus Éireann, kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti u kif kien attwalment fl-10 ta' Lulju 2003.” |
(224) |
Abbażi ta' din l-informazzjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-doveri ġenerali ta' Bus Éireann u Dublin Bus li jipprovdu servizz pubbliku, kif definiti fit-Taqsima 8(2) u 8(3) tal-Att dwar it-Trasport tal-1986 (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ), ma nbidlux bl-introduzzjoni tal-Memoranda ta' Qbil. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-kumpens operattiv annwali kien irregolat mill-Att dwar it-Trasport tal-1986 (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ), li fit-Taqsima 8(10) tiegħu jistabbilixxi li: “Il-Bord [CIÉ] u l-kumpaniji għandhom jagħtu attenzjoni xierqa lir-rwol soċjali tal-Bord u l-ħtieġa li s-servizzi tat-trasport pubbliku jinżammu integrati kemm jista' jkun possibbli fi ħdan ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għalihom.” (57) |
(225) |
Fl-1 ta' Diċembru 2009 daħlu fis-seħħ kuntratti ġodda għal servizzi pubbliċi konklużi bejn l-Awtorità tat-Trasport Nazzjonali, fuq naħa waħda, u Bus Éireann u Dublin Bus, fuq in-naħa l-oħra, sabiex b'hekk ġiet fi tmiemha s-sistema legali li qabel kienet tirregola l-għotjiet operattivi annwali għas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali bix-xarabanks. |
(226) |
Għaldaqstant, minħabba li ma jistax jintqal li saret xi bidla sostanzjali fis-sistema legali li tipprovdi għall-kumpens operattiv annwali mħallas lil Bus Éireann u Dublin Bus sad-dħul fis-seħħ ta' dawk il-kuntratti għal servizzi pubbliċi, il-kumpens operattiv annwali kollu mħallas lil dawk l-impriżi sat-30 ta' Novembru 2009 għandu jitqies bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
9.2.3. Il-finanzjament ta' xarabanks ġodda u l-finanzjament tal-infrastruttura
(227) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodi 2000-2006 u 2007-2013 biddlu l-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodu 1993-1999 u li, għalhekk, il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodi 2000-2006 u 2007-2013 kellhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu għajnuna ġdida skont it-tifsira tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(228) |
Madankollu, l-Irlanda sussegwentement uriet, b'reazzjoni għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li l-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali huma dokumenti ta' politika ta' livell għoli qabel il-baġit li jispjegaw l-istrateġiji u l-prijoritajiet tal-investiment tal-Gvern, għalhekk, il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodi 2000-2006 u 2007-2013 jistgħu jitqiesu bħala li għandhom nuqqas ta' effett legali u, għalhekk, ma jikkostitwixxu ebda bidla sostanzjali fi skema ta' għajnuna eżistenti. |
(229) |
Dan intwera permezz ta' referenza għal sentenza tal-Qorti Suprema Irlandiża, illi sostniet li (58): “Il-[Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali] huwa essenzjalment pjan finanzjarju jew qafas li jistabbilixxi dawk li l-Gvern jara bħala l-prijoritajiet tal-investiment għas-seba' snin li ġejjin u kif ir-riżorsi jistgħu jiġu investiti fost il-prijoritajiet ta' investiment differenti. […] Huwa essenzjalment pjan finanzjarju jew baġitarju u anki jekk, kif inhu l-każ, jissemma proġett ta' rilevanza nazzjonali fil-[Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali] għal finijiet amministrattivi bħala indikattiv tat-tip ta' proġett li għandu jiġi ffinanzjat minn pakkett finanzjarju partikolari. […] Fil-fehma tiegħi, is-sempliċi provvediment tal-finanzjament previst mill-[Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali] huwa indikattiv ta' kif tista' tiġi ffinanzjata attività. Huwa b'ebda mod ma jfittex li jistabbilixxi qafas dwar id-deċiżjoni jew id-deċiżjonijiet li għandha tittieħed jew għandhom jittieħdu mill-awtorità jew awtoritajiet xierqa fir-rigward tal-proposta proprja jew tal-proġett li b'hekk għandu jiġi ffinanzjat.” |
(230) |
In-natura mhux vinkolanti tal-pjanijiet hija ulterjorament ipprovata mill-pjanijiet infushom. Il-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodu 2000-2006 jiddikjara li huwa “jirrifletti l-kunsens wiesa' fil-proċess ta' konsultazzjoni fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' żvilupp tal-pajjiż fil-ġejjieni” (59), filwaqt li l-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodu 2007-2013 “jistabbilixxi l-pjan direzzjonali għall-ġejjieni tal-Irlanda” (60) u “jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-investiment ekonomiku u soċjali meħtieġa sabiex titwettaq il-viżjoni ta' kwalità ta' ħajja aħjar għal kulħadd.” (61) |
(231) |
Fl-aħħarnett, l-Irlanda spjegat li l-fondi allokati għall-iżborż skont il-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali jiġu skrutinizzati mill-Parlament qabel jiġu maqbula u approvati fil-baġit nazzjonali ta' kull sena. |
(232) |
Minn din id-deskrizzjoni jidher li l-politiki ta' investiment stabbiliti fil-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali huma dikjarazzjonijiet ta' politika, tant li l-fondi ma jistgħux jintużaw sakemm l-iżborż tagħhom ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, f'dan il-każ l-Atti dwar it-Trasport. |
(233) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-finanzjament ta' xarabanks ġodda u l-finanzjament tal-infrastruttura huma rregolati mill-Att dwar it-Trasport tal-1986 (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ), li fit-Taqsima 8(10) jiddikjara: “Il-Bord [CIÉ] u l-kumpaniji għandhom jagħtu attenzjoni xierqa lir-rwol soċjali tal-Bord u l-ħtieġa li s-servizzi tat-trasport pubbliku jinżammu integrati kemm jista' jkun possibbli fi ħdan ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għalihom.” Id-doveri ġenerali li jipprovdu servizz pubbliku huma definiti fit-Taqsima 8(2) u 8(3) tal-istess Att, kif kien deskritt qabel fil-premessa 21. |
(234) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Pjanijiet ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodi 2000-2006 u 2007-2013 ma jikkostitwixxu ebda tibdil sostanzjali fl-iskema stipulata mill-Atti dwar it-Trasport għall-finanzjament ta' xarabanks ġodda u tal-infrastruttura. B'hekk, dawk il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(235) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodu 2007-2013 twaqqaf fl-2011 u kien sostitwit mill-Pjan għall-Investiment Kapitali u Infrastrutturali għall-perjodu 2012-16. Dan seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
(236) |
Fl-1 ta' Diċembru 2009 daħlu fis-seħħ it-taqsimiet 45 u 49 tal-Att dwar l-Awtorità tat-Trasport ta' Dublin tal-2008, li b'hekk ġabu fi tmiemha s-sistema legali li qabel kienet tirregola l-finanzjament tax-xarabanks ġodda u l-finanzjament tal-infrastruttura. |
(237) |
Għaldaqstant, minħabba li ma jistax jintqal li saret xi bidla sostanzjali fis-sistema legali li tipprovdi għall-finanzjament ta' xarabanks ġodda u tal-infrastruttura mħallas lil Bus Éireann u Dublin Bus sad-dħul fis-seħħ ta' dak l-Att, il-finanzjament kollu tax-xarabanks ġodda u tal-infrastruttura mħallas lil dawk l-impriżi sat-30 ta' Novembru 2009 għandu jitqies bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
9.2.4. L-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel
(238) |
Fir-rigward tal-allegazzjoni tal-Irlanda li l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel hija għajnuna eżistenti, il-Kummissjoni tfakkar li l-iskema ilha titħaddem minn CIÉ mill-1967 u minn Bus Éireann minn mindu ġie implimentat l-Att dwar it-Trasport tal-1986 (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ) (62), li nħoloq skont it-Taqsima 6(1) ta' dak l-Att, flimkien ma' kumpaniji sussidjarji oħrajn ta' CIÉ. Id-doveri ta' Bus Éireann f'termini tad-dispożizzjoni “fl-Istat u bejn l-Istat u l-postijiet barra mill-Istat, servizz għall-passiġġieri bit-triq”, li jinkludu s-servizzi ta' trasport tal-iskejjel, huma deskritti b'mod aktar komplet fil-premessa 21. |
(239) |
L-arranġamenti finanzjarji oriġinali għall-iskema ġew stabbiliti fi ftehim dwar il-kontabbiltà mill-1968 (63), li jiddeskrivi l-ispejjeż eliġibbli għar-rimborż fil-bidunett tal-iskema. Madankollu, l-awtoritajiet Irlandiżi kkonfermaw li l-arranġamenti tal-kontabbiltà attwali huma bbażati fuq ftehim aġġornat mill-1975 (64). F'ittra tat-23 ta' Novembru 2012 lill-Kummissjoni, l-Irlanda sostniet li “[i]d-dokument dwar il-kontabbiltà tal-1975 jibqa' d-dokument ewlieni fir-rigward tal-arranġamenti finanzjarji bejn id-Dipartiment [tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet] u Bus Éireann”. |
(240) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-aġġornament tal-1975 tal-Ftehim dwar il-Kontabbiltà jiddeskrivi l-għan tagħha fi preambolu: “Id-dikjarazzjonijiet u l-abbozz ta' kontijiet mehmuża jiddeskrivu l-arranġamenti tal-kontabbiltà maqbula għall-komputazzjoni u l-preżentazzjoni tal-ispiża lil CIÉ għall-forniment, is-superviżjoni u l-amministrazzjoni f'isem id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tal-ġarr, lejn u mill-iskola, tat-tfal tal-iskola li huma eliġibbli għal trasport bla ħlas b'konformità mar-regoli u r-regolamenti tal-iskema dwar it-trasport bla ħlas organizzata u mħaddma minn CIÉ, f'isem id-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Dawn l-arranġamenti jaġġornaw u jissostitwixxu s-Sommarju tal-Arranġamenti tal-Kontabbiltà datat l-1 ta' Awwissu 1968”. |
(241) |
Dak id-dokument jiddeskrivi fid-dettall il-kontijiet għas-servizzi tat-trasport tal-iskejjel li għandhom jiġu fornuti minn CIÉ lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni sabiex jirċievi l-ħlas. Id-deskrizzjoni tinkludi definizzjonijiet ta' x'jista' jiġi fatturat lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni prinċipalment taħt il-kategoriji ta' “spejjeż diretti” u “spejjeż indiretti”, b'diversi aġġustamenti magħmula, inklużi “deprezzament”, “imgħax”, “irċevuti minn passiġġieri li ħallsu nollijiet” u “tariffa għat-tfal li jinġarru bla ħlas [fuq servizzi skedati]”. L-għan ġenerali huwa li jiġi kkalkolat “Ammont nett totali taxxabbli lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni” (65). |
(242) |
Ma hemm ebda indikazzjoni li saru xi bidliet sostanzjali fl-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel mill-aġġornament tal-1975 tal-Ftehim dwar il-Kontabbiltà li jirregola l-arranġamenti finanzjarji tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ma jistax jintqal li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fetaħ is-suq għat-trasport tal-iskejjel, meta wieħed iqis li s-servizzi tat-trasport ipprovduti taħt l-iskema mhumiex ipprovduti lill-pubbliku ġenerali fuq bażi mhux diskriminatorja u kontinwa. (66) Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel tikkostitwixxi għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
9.2.5. Il-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità
(243) |
L-Irlanda ssostni li l-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità huwa għajnuna eżistenti. |
(244) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-iskema ġiet implimentata għall-ewwel darba fl-2001 u li ma hemm ebda indikazzjoni li l-iskema kienet ibbażata fuq skema preċedenti. Għal din ir-raġuni, l-Irlanda ma tistax tafferma l-eżenzjoni tal-għajnuna eżistenti kif stipulata mill-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, minħabba li l-għajnuna kienet għadha mhijiex fis-seħħ sal-1995. |
(245) |
Billi l-Irlanda ma ressqet ebda argument sabiex issostni li l-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità kien jikkostitwixxi għajnuna eżistenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura għandha titqies bħala għajnuna ġdida skont it-tifsira tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kompatibbiltà ta' dik il-miżura mas-suq intern (ara t-taqsima 9.4). |
9.3. Miżuri xierqa: L-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel
(246) |
Il-kumpens operattiv annwali għas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali bix-xarabanks u l-finanzjament ta' xarabanks ġodda u tal-infrastruttura jikkostitwixxu għajnuna eżistenti li issa nġiebet fi tmiemha. B'kuntrast ma' dan, l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel hija skema ta' għajnuna eżistenti li l-Irlanda qiegħda tkompli topera, bil-qafas essenzjali li taħtu titħaddem l-iskema għadu fis-seħħ. |
(247) |
Konsegwentement, wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tibda djalogu mal-Irlanda, b'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, bil-għan li taqbel fuq il-miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel, fl-implimentazzjoni futura tagħha, tkun kompatibbli mas-suq intern. |
9.4. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna: Għajnuna għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità
(248) |
Billi l-kumpens operattiv annwali għal servizzi urbani, suburbani u reġjonali bix-xarabanks u l-finanzjament ta' xarabanks ġodda u tal-infrastruttura jikkostitwixxu għajnuna eżistenti li issa nġiebet fi tmiemha, ma hemm ebda ħtieġa li tiġi vvalutata l-kompatibbiltà ta' dawn il-miżuri mas-suq intern. B'kuntrast ma' dan, billi l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel hija skema ta' għajnuna eżistenti li l-Irlanda qiegħda tkompli topera, huwa fil-kuntest tad-djalogu msemmi fil-premessa preċedenti li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tgħarraf lill-Irlanda għaliex hija temmen li l-iskema hija inkompatibbli mas-suq intern. |
(249) |
Fir-rigward tal-finanzjament mill-Irlanda lil Bus Éireann u Dublin Bus għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità, dan jikkostitwixxi għajnuna ġdida sabiex il-Kummissjoni teżamina l-kompatibbiltà tagħha mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Hija każistika stabbilita li r-regoli, il-prinċipji u l-kriterji tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fis-seħħ fid-data li fiha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha jistgħu, bħala regola, jitqiesu bħala li huma adattati aħjar għall-kuntest tal-kompetizzjoni (67). Għalhekk, kwalunkwe valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura għandha ssir fuq il-bażi tar-regoli fis-seħħ fiż-żmien meta l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar jekk l-għajnuna għandhiex tiġi rkuprata bħala riżultat tal-inkompatibbiltà tagħha mas-suq intern (68): f'dan il-każ, ir-regoli fis-seħħ huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (69). |
(250) |
Madankollu, fiż-żmien meta sar il-finanzjament, il-kompatibbiltà tal-għajnuna għat-taħriġ ġiet irregolata mir-Regolament (KE) Nru 68/2001, li ppreveda eżenzjoni mir-rekwiżit ta' notifika msemmi fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha ta' dak ir-regolament. (70) Skont ir-Regolament (KE) Nru 68/2001, tali għajnuna għat-taħriġ hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-finanzjament tat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità jissodisfax il-kundizzjonijiet kollha tar-Regolament (KE) Nru 68/2001. |
(251) |
L-eżenzjoni min-notifika prevista fir-Regolament (KE) Nru 68/2001 titlob li kemm l-għotjiet ta' għajnuna individwali kif ukoll l-iskemi ta' għajnuna jkun fihom referenza espliċita għal dak ir-regolament, billi jiċċitaw it-titolu u r-referenza tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. (71) |
(252) |
Ma hemm ebda indikazzjoni li l-finanzjament mogħti mill-Irlanda lil Bus Éireann u Dublin Bus għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità (“il-finanzjament tat-taħriġ”) kien soġġett għal pubblikazzjoni bħal din. Tabilħaqq, l-Irlanda ma qalitx li l-finanzjament tat-taħriġ kien kompatibbli mar-Regolament (KE) Nru 68/2001. |
(253) |
Għalhekk, mingħajr ma eżaminat il-bqija tal-kundizzjonijiet dwar il-kompatibbiltà stipulati fir-Regolament (KE) Nru 68/2001, il-Kummissjoni tqis li l-finanzjament tat-taħriġ ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni min-notifika skont dan ir-regolament. Minn din il-konklużjoni jsegwi li l-finanzjament tat-taħriġ għandu jiġi eżaminat skont ir-Regolament (UE) Nru 651/2014, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014. |
(254) |
L-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jgħid li r-Regolament japplika għall-għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati fir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9. |
(255) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-finanzjament tat-taħriġ jammonta għal “għajnuna individwali”, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, minflok bħala “skema ta' għajnuna” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(15) ta' dak ir-regolament, minħabba li fiż-żmien tal-għotja, jiġifieri bejn l-2001 u l-2003, l-għajnuna kienet aktar ta' natura ad hoc u kien biss ħafna aktar tard, jiġifieri fl-2006, li ġiet ifformalizzata sabiex tkun tixbah skema ta' għajnuna. (72) |
(256) |
L-Artikolu 31(4) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jistabbilixxi l-intensità tal-għajnuna massima permessa għal għajnuna għat-taħriġ bħal din f'perċentwal ta' 50 % tal-ispejjeż eliġibbli. Madankollu, il-finanzament tat-taħriġ għandu intensità tal-għajnuna ogħla, li jfisser li din il-kundizzjoni ma ġietx issodisfata. |
(257) |
L-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jgħid li “kwalunkwe għajnuna li mhijiex eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jew ta' oħrajn adottati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 li qabel kienu fis-seħħ, għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni skont l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.” |
(258) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk il-miżura inkwistjoni tistax tkun kompatibbli skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (73), li kien ir-regolament li qabel kien fis-seħħ sakemm imbagħad tħassar mir-Regolament (UE) Nru 651/2014. Skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/2008, l-għajnuna għat-taħriġ għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' qabel in-notifika, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dik id-dispożizzjoni. |
(259) |
L-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 dwar l-għajnuna għat-taħriġ jgħid: “L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex teċċedi: (a) 25 % tal-ispejjeż eliġibbli għal taħriġ speċifiku; u (b) 60 % tal-ispejjeż eliġibbli għal taħriġ ġenerali. […].” |
(260) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità għandu jiġi kklassifikat bħala “taħriġ ġenerali” skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 68/2001. |
(261) |
Skont l-Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/2008, “taħriġ ġenerali” tfisser: “[…] taħriġ li jinvolvi tagħlim applikabbli direttament u prinċipalment għall-pożizzjoni preżenti jew futura tal-impjegat fl-impriża u jipprovdi kwalifiki li mhumiex jew huma biss sa ċertu punt trasferibbli lil impriżi jew oqsma tax-xogħol oħrajn. It-taħriġ għandu jiġi kkunsidrat bħala ‘ġenerali’ jekk, pereżempju:
|
(262) |
Il-Kummissjoni tinnota li għalkemm l-għotjiet għat-taħriġ għall-ewwel ingħataw biss lil Bus Éireann u Dublin Bus, mill-2006 'il quddiem, it-taħriġ sostnut mill-għajnuna beda jiġi pprovdut ukoll lill-impjegati ta' intrapriżi oħrajn tat-trasport u tax-xarabanks (74), għalhekk, jista' jitqies li “l-impjegati ta' intrapriżi differenti jistgħu japprofittaw ruħhom mit-taħriġ”. |
(263) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura attwali ta' għajnuna għat-taħriġ għandha titqies ukoll bħala “taħriġ ġenerali” skont it-tifsira tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/2008. |
(264) |
L-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 jistabbilixxi l-limitu massimu għall-intensità tal-għajnuna għal “taħriġ ġenerali” bħala 60 % tal-ispejjeż eliġibbli. |
(265) |
Fit-Tabella 5, il-finanzjament b'għotja lil CIÉ huwa ta' EUR 985 592, kontra l-ispejjeż ta' EUR 661 560 sostnuti minn CIÉ, li jirriżulta f'intensità tal-għajnuna ta' 59,8 %, li hija taħt il-massimu permessibbli ta' 60 % imsemmi fil-premessa 264. |
(266) |
Għalhekk, minħabba li l-intensità tal-għajnuna hija taħt il-limitu massimu stipulat minn dik id-dispożizzjoni, dan il-kriterju tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 ġie rrispettat. |
(267) |
L-Artikolu 39(4) tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 jiddefinixxi t-tipi ta' spejjeż li huma eliġibbli għall-proġetti ta' għajnuna għat-taħriġ. Skont l-Irlanda, l-ispejjeż ta' EUR 661 560 sostnuti minn CIÉ msemmija fit-Tabella 5 huma relatati mal-ispejjeż tal-persunal ta' CIÉ. Dik hija kategorija ta' spejjeż eliġibbli skont l-Artikolu 39(4)(a) ta' dak ir-regolament. Għalhekk, din il-kundizzjoni ġiet issodisfata. |
(268) |
Fir-rigward tad-diversi Artikoli oħrajn ta' dak ir-regolament, il-Kummissjoni tinnota li r-rekwiżit tat-trasparenza msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 ġie ssodisfat, minħabba li l-miżura inkwistjoni hija relatata ma' għotjiet skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1). |
(269) |
Fir-rigward tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008, dwar il-kumulazzjoni, il-Kummissjoni ma għandha ebda indikazzjoni li l-miżura inkwistjoni kienet iffinanzjata minn xi sors ieħor. Għalhekk, din il-kundizzjoni ġiet issodisfata. |
(270) |
Fir-rigward tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008, dwar l-effett ta' inċentiv, jidher improbabbli li l-miżura inkwistjoni setgħet titwettaq fin-nuqqas tal-appoġġ mill-Istat. Għalhekk, din il-kundizzjoni ġiet issodisfata. |
(271) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità mogħtija mill-Irlanda lil Bus Éireann u Dublin Bus hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat, permezz tar-Regolament (KE) Nru 800/2008. |
10. KONKLUŻJONI
(272) |
Il-kumpens operattiv annwali, l-għotjiet għax-xarabanks ġodda, l-għotjiet għall-infrastruttura u l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel jikkostitwixxu l-għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(273) |
L-għotjiet għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità huma kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Irlanda fil-forma ta' kumpens operattiv annwali sat-30 ta' Novembru 2009, li tammonta għal EUR 654,9 miljun, tikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.
Artikolu 2
L-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Irlanda fil-forma ta' finanzjament għax-xarabanks ġodda sat-30 ta' Novembru 2009, li tammonta għal EUR 236,8 miljun, tikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.
Artikolu 3
L-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Irlanda fil-forma ta' finanzjament għall-infrastruttura mit-12 ta' Diċembru 2000 sat-30 ta' Novembru 2009, li tammonta għal EUR 64,5 miljun, tikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.
Artikolu 4
L-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Irlanda taħt l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel, tikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.
Artikolu 5
L-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Irlanda għat-taħriġ fl-għarfien dwar id-diżabilità, li tammonta għal EUR 985 592, hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE, fejn xieraq.
(2) ĠU C 217, 15.9.2007, p. 44.
(3) Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ saret referenza għal Bus Éireann bħala Irish Bus. Madankollu, l-isem Bus Éireann jintuża matul din id-Deċiżjoni minħabba li dan huwa l-isem tal-kumpanija fl-użu komuni u l-isem li tuża l-kumpanija fil-branding tagħha.
(4) Cf. in-nota 2 f'qiegħ il-paġna.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill Nru (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
(6) CIÉ hija korporazzjoni statutorja tal-Istat, li twaqqfet permezz tal-Att dwar it-Trasport tal-1950. L-Att dwar it-Trasport tal-1950 u l-Att dwar it-Trasport tal-1958 jistabbilixxu d-doveri ġenerali ta' CIÉ u l-obbligi meħtieġa. Skont it-termini tal-Att dwar it-Trasport tal-1986 (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ), CIÉ ntalbet tifforma, għal finijiet operazzjonali, tliet kumpaniji b'responsabbiltà limitata: Irish Rail, Bus Éireann u Dublin Bus.
(7) Sal-2010, id-dipartiment kien imsejjaħ id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u x-Xjenza.
(8) Rapport tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni Irlandiża dwar is-settur tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank u bil-ferrovija skont it-taqsima 11 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni tal-1991.
(9) Skont l-Artikolu 26(1) tal-Att dwar it-Trasport tal-1986 (ir-Riorganizzazzjoni ta' CIÉ), il-Ministru jista' jagħti direzzjoni bil-miktub lil CIÉ għall-politika fir-rigward tal-funzjonijiet tas-CIÉ u tal-kumpaniji.
(10) Permezz tad-Deċiżjoni tas-7 ta' Diċembru 2000 (SG (2000) D/109196), il-Kummissjoni approvat il-programm operattiv għall-Infrastruttura Ekonomika u Soċjali li jifforma parti mill-Qafas ta' Appoġġ Komunitarju għall-assistenza strutturali tal-Komunità fir-reġjun tal-Fruntiera, tal-Midland u tal-Punent taħt l-Objettiv 1 u fir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant li jikkwalifika għal appoġġ tranżitorju taħt l-Objettiv 1 fl-Irlanda. L-assistenza totali mill-Fondi Strutturali mogħtija taħt dan il-programm operattiv tammonta għal EUR 854,8 miljun. Il-parteċipazzjoni nazzjonali meħtieġa (mis-settur pubbliku) tammonta għal EUR 624,7 miljun.
(11) Ara l-Att tal-2008 dwar l-Awtorità tat-Trasport ta' Dublin (il-Partijiet 3, 4, 5 u t-taqsima 115(2)) l-Ordni (ta' Bidu) tal-2009.
(12) Ara l-premessa 21.
(13) Skemi ta' Trasport Bla Ħlas ta' CIÉ għat-Tfal tal-Iskejjel Primarji u Post-Primarji — Sommarju tal-Arranġamenti tal-Kontabbiltà — l-1 ta' Awwissu 1968.
(14) Skema ta' Trasport Bla Ħlas għat-Tfal tal-Iskejjel Primarji u Post-Primarji — Sommarju tal-Arranġamenti tal-Kontabbiltà — Jannar 1975.
(15) Ara l-premessa 26.
(16) Ara l-premessa 34.
(17) Il-figuri fit-tabella ma jinkludux l-għotjiet ta' kapital għas-sostituzzjoni tal-flotta magħmula lil Bus Éireann għas-servizzi tat-trasport tal-iskejjel, li huma spjegati fid-dettall aktar tard fit-taqsima dwar l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel, ara l-premessa 75.
(18) Ara l-premessa 26.
(19) Ara l-premessa 34.
(20) Ara l-premessa 21.
(21) Ara n-nota 13 f'qiegħ il-paġna.
(22) Ara n-nota 14 f'qiegħ il-paġna.
(23) Il-Kontijiet Awditjati ta' Bus Éireann għat-Trasport tal-Iskejjel għall-perjodu 2010-2013 u n-Noti ta' Spjegazzjoni li jakkumpanjawhom. Ta' min jinnota li fin-Nota ta' Spjegazzjoni għall-kontijiet tal-2010, issir kjarifika li l-“ispejjeż diretti partikolari definiti” inkwistjoni huma deskritti aħjar bħala “Ħlas għall-Ġestjoni tat-Trasport u Spejjeż Indiretti”, bi spjegazzjoni mogħtija.
(24) Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet http://www.education.ie/en/Parents/Services/School-Transport/Bus-Eireann-Audited-Accounts/
(25) Rapport tar-Reviżjoni tal-Valur għall-Flus tal-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel, p. 54 http://www.education.ie/servlet/blobservlet/st_vfm_school_transport_scheme_2011.pdf?language=EN
(26) Inkluża f'din iċ-ċifra<term> hemm spiża addizzjonali ta' EUR 47 000 sostnuta minn CIÉ fir-rigward tat-taħriġ relatat mas-subkuntratturi li joperaw taħt l-Iskema tat-Trasport tal-Iskejjel, anki jekk l-impjegati tal-kumpaniji tal-grupp CIÉ ma kinux il-benefiċjarji ta' dak it-taħriġ.
(27) Il-Kawża C 280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg [2003] Ġabra I-7747.
(28) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1). Bid-dħul fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2009 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 tal-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għotja ta' għajnuna għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1)tħassru.
(29) Ara t-taqsima 3.1.
(30) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20).
(31) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(32) Il-Kawża C-180-184/98 Pavlov u Oħrajn [2000] Ġabra I-6451, il-paragrafu 75; il-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998] Ġabra I-3851, il-paragrafu 36; il-Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1987] 2599, il-paragrafu 7.
(33) Ara t-taqsimiet 4.1 u 4.2.
(34) Ara n-nota 25 f'qiegħ il-paġna.
(35) Ibidem, il-paragrafu 95.
(36) Ir-rapport imsemmi kien reviżjoni, li twettqet mill-impriża ta' konsulenza Booz Allen Hamilton, dwar il-kumpens ta' OSP imħallas lil CÍE bejn l-2001 u l-2005.
(37) Il-Kawżi Konġunti T-443/08 u T-455/08 Freistaat Sachsen, Flughafen Leipzig/Halle et al vs il-Kummissjoni [2011] Ġabra II-1311, b'mod partikolari l-paragrafi 93 u 94, ikkonfermati fuq appell, ara l-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2012:821.
(38) Il-Kawża T-128/98 Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3929, il-paragrafu 125. Ara wkoll il-Kawża T-196/04 Ryanair vs il-Kummissjoni [2008] II-3643, il-paragrafu 88.
(39) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/693/UE tat-3 ta' Ottubru 2012 rigward il-miżura SA.23600 — C 38/08 (ex NN 53/07) — il-Ġermanja —. L-Arranġamenti ta' Finanzjament għat-Terminal 2 fl-Ajruport ta' Munich, il-premessi 74 sa 81 (ĠU L 319, 29.11.2013, p. 8).
(40) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat 713/97 Rion Antirion motorway bridge, il-punt 39, id-Deċiżjoni fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat N 60/06, Project Main Port Development Rotterdam, il-punt 39; id-Deċiżjoni N 597/07 Thessaloniki submerged tunnel project; id-Deċiżjoni fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat N 478/04, Irish Rail, il-punt 26 b'aktar referenzi.
(41) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat 713/97 Rion Antirion motorway bridge, il-punt 38, id-Deċiżjoni fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat N 60/06, Project Main Port Development Rotterdam, il-punt 40; id-Deċiżjoni fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat N 478/04, Irish Rail, il-punt 26 b'aktar referenzi.
(42) Ara l-premessa 109.
(43) Ara l-premessa 175.
(44) Ara l-premessa 68.
(45) Ara l-premessa 70.
(46) Ara l-premessa 175.
(47) Ara l-premessa 83.
(48) Il-Kawża C-280/00, Altmark, il-paragrafu 82.
(49) Il-Kawża C-280/00, Altmark, il-paragrafu 77 u ta' wara.
(50) Ara, f'dan is-sens, il-Kawża 102/87 Franza vs il-Kummissjoni [1988] Ġabra 4067, il-paragrafu 19; il-Kawża C-305/89 l-Italja vs il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-1603, il-paragrafu 26; u l-Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni [1994] Ġabra I-4103, il-paragrafu 40.
(51) Ara l-Kawża C-142/87 Il-Belġju vs il-Kummissjoni (Tubemeuse) [1990] Ġabra I-959, il-paragrafu 43; Ara wkoll il-Kawżi Konġunti C-278/92 sa C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni [1994] Ġabra I-4103, il-paragrafu 42.
(52) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/501/UE tat-23 ta' Frar 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 58/06 (ex NN 98/05) implimentata mill-Ġermanja għal Bahnen der Stadt Monheim (BSM) u Rheinische Bahngesellschaft (RBG) fil-Verkehrsverbund Rhein-Ruhr (ĠU L 210, 17.8.2011, p. 1).
(53) Il-Kawża C-44/93, Namur-Les Assurances [1994] Ġabra I-3829, il-paragrafu 28.
(54) Il-Kawżi Konġunti C-91/83 u C-127/83 Heineken [1984] Ġabra 3435, il-paragrafi 21 u 22; Ara wkoll il-Kawżi Konġunti T-195/01 u T-207/01 Il-Gvern ta' Ġibiltà vs il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-2309, il-paragrafi 109 sa 114.
(55) Il-Kawżi Konġunti T-254/00, T-270/00 u T-277/00 Hotel Cipriani vs il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-3269, il-paragrafu 362.
(56) Curley vs Il-Gvernatur ta' Arbour Hill Prison [2005] 3 I.R. 308 p. 317.
(57) Ara l-premessa 21 aktar 'il fuq.
(58) Kavanagh vs l-Irlanda, mhux irrapportata, il-31 ta' Lulju 2007, il-Qorti Superjuri Irlandiża (pp. 16-17, p. 51).
(59) Il-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodu 2000-2006, p. 5.
(60) Il-Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali għall-perjodu 2007-2013, p. 15.
(61) Ibidem, p. 15.
(62) Ara l-premessa 21.
(63) Skemi ta' Trasport Bla Ħlas ta' CIÉ għat-Tfal tal-Iskejjel Primarji u Post-Primarji — Sommarju tal-Arranġamenti tal-Kontabbiltà — l-1 ta' Awwissu 1968.
(64) Skema ta' Trasport Bla Ħlas għat-Tfal tal-Iskejjel Primarji u Post-Primarji — Sommarju tal-Arranġamenti tal-Kontabbiltà — Jannar 1975.
(65) Ibidem, l-Appendiċi 1.
(66) Ara l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għad-definizzjoni ta' “trasport pubbliku tal-passiġġieri” koperta minn dak ir-regolament.
(67) Il-Kawża C-334/07 Ρ Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen [2008] Ġabra 1-9465, il-paragrafu 51.
(68) Il-Kawżi Konġunti C-465/09 Ρ sa C-470/09 Ρ Diputación Foral de Vizcaya u Oħrajn vs il-Kummissjoni [2011] Ġabra I-83, il-paragrafi 125 u 128. L-aktar riċenti, il-Kawża T-570/08 RENV Deutsche Post vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2013:589, il-paragrafu 167.
(69) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(70) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001.
(71) L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 68/2001.
(72) Ara l-premessi 79 sa 83.
(73) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).
(74) Ara l-premessa 83.
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/50 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/636
tat-22 ta' April 2015
li ttemm il-proċedura ta' eżami li tikkonċerna l-miżuri imposti mit-territorju doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (“it-Taipei Ċiniża”) li jaffettwaw il-protezzjoni tal-privattivi fir-rigward tal-compact disks li tista' tirrekordja fuqhom
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
A. SFOND PROĊEDURALI
(1) |
Fil-15 ta' Jannar 2007, Koninklijke Philips Electronics N.V. (“Philips” jew “l-ilmentatur”) ressaq ilment skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3286/94 (ir-Regolament dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ (“it-TBR”)). |
(2) |
L-ilment jallega li t-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (“it-Taipei Ċiniża”):
|
(3) |
L-ilmentatur allega li dan il-ksur kien ostakolu għall-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 2(1) tat-TBR u li dawn l-ostakoli għall-kummerċ ħolqu effetti avversi għall-kummerċ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(4) tat-TBR. L-ilmentatur allega wkoll li kien fl-interess tal-Komunità li tħares id-drittijiet tal-privattivi kkonċernati. |
(4) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv stabbilit mir-Regolament, li kien hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-ftuħ ta' proċedura ta' eżami biex jitqiesu l-kwistjonijiet ġuridiċi u fattwali involuti. Għaldaqstant, infetħet proċedura ta' eżami fl-1 ta' Marzu 2007. |
B. IR-RIŻULTANZI TAL-PROĊEDURA TA' EŻAMI
(5) |
F'Jannar 2008, l-eżami kkonkluda li d-dispożizzjonijiet ta' liċenzja obbligatorja tal-Att dwar il-Privattivi tat-Taipei Ċiniża, l-Artikoli 76 u 77, kienu jiksru l-Artikolu 28 tal-Ftehim TRIPS u jqajmu kwistjonijiet ta' tħassib ġenerali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. L-Artikolu 76 tal-Att dwar il-Privattivi tat-Taipei Ċiniża kien instab li kien inkonsistenti mal-ħarsien tad-drittijiet esklussivi skont il-Ftehim TRIPS mogħtija minn privattiva skont l-Artikolu 28, peress li jippermetti l-ħruġ ta' liċenzja obbligatorja f'ċirkostanzi fejn kulma jkun hemm ikun nuqqas ta' qbil dwar il-patti u l-kundizzjonijiet f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ksur tal-Artikolu 28 ma kienx iġġustifikat mill-Artikolu 31 tal-Ftehim TRIPS. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-Artikolu 31(b)(c) u (f) tal-Ftehim TRIPS ma kinux irrispettati. Ġie konkluż li l-awtoritajiet tat-Taipei Ċiniża interpretaw ħażin “patti u kundizzjonijiet kummerċjali raġonevoli” mill-Ftehim TRIPS u l-Att dwar il-Privattivi tat-Taipei Ċiniża, u għalhekk id-deċiżjonijiet tal-Awtoritajiet tat-Taipei Ċiniża kienu jiksru l-Artikolu 31(b) tal-Ftehim TRIPS. Ġie konkluż ukoll li t-Taipei Ċiniża kisret l-Artikolu 31(c) tal-Ftehim TRIPS billi naqset milli tistabbilixxi kwalunkwe limitu għall-użu tal-liċenzji obbligatorji. L-investigazzjoni sabet ukoll ksur tal-Artikolu 31(f) tal-Ftehim TRIPS peress li l-kundizzjoni li l-liċenzji jintużaw predominantement għall-forniment tas-suq domestiku ma ġietx irrispettata; Gigastorage forniet predominantement is-suq tal-esportazzjoni. |
(6) |
Dawn il-miżuri nstabu li jikkostitwixxu ostakolu għall-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 2(1) tat-TBR. Il-Kummissjoni sabet li dawn l-ostakoli għall-kummerċ ikkawżaw effetti kummerċjali avversi lill-ilmentatur u jheddu li jikkawżaw effetti kummerċjali avversi li japplikaw għal kull operatur fl-UE li jitlob ħarsien għall-privattiva fit-Taipei Ċiniża. Il-Kummissjoni għalhekk qieset li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tat-Taipei Ċiniża bbażati fuq l-Att dwar il-Privattivi tat-Taipei Ċiniża kkawżaw effetti kummerċjali avversi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(4) tat-TBR. Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li kien hemm interess Komunitarju li l-miżura kkonċernata tkun ikkontestata. |
(7) |
Il-Kummissjoni għalhekk iddeterminat li l-awtoritajiet tat-Taipei Ċiniża għandhom jemendaw l-Att dwar il-Privattivi tat-Taipei Ċiniża u jiżguraw li l-effetti ta' preċedenza tal-miżuri tkun limitata, inkluż billi jkun żgurat li l-liċenzji obbligatorji jkunu revokati fl-intier tagħhom. |
C. ŻVILUPPI WARA TMIEM L-INVESTIGAZZJONI
(8) |
Wara l-eżami, l-awtoritajiet tat-Taipei Ċiniża ħadmu fuq għadd ta' emendi għall-Att nazzjonali dwar il-Privattivi u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013 meta daħal fis-seħħ l-Att il-ġdid dwar il-Privattivi. Rigward ir-revoka tal-liċenzji obbligatorji, il-problemi speċifiċi li ltaqa' magħhom l-ilmentatur issolvew bi qbil reċiproku fl-2007. L-ilmentatur iqis li dawn l-impenji huma sodisfaċenti. |
D. KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET
(9) |
Fid-dawl tal-analiżi ta' hawn fuq, huwa meqjus li l-proċedura ta' eżami wasslet għal sitwazzjoni sodisfaċenti fir-rigward tal-ostakoli li ffaċċa l-kummerċ kif kienu allegati fl-ilment imressaq mill-Philips. Il-proċedura ta' eżami għalhekk għandha tintemm skont l-Artikolu 11(1) tat-TBR. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ostakoli Kummerċjali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċedura ta' eżami dwar il-miżuri imposti mit-Taipei Ċiniża li jaffettwaw il-ħarsien tal-privattivi fir-rigward tal-compact disks li tista' tirrekordja fuqhom hija b'dan mitmuma.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Cecilia MALMSTRÖM
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71.
Rettifika
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/52 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 17 tat-22 ta' Jannar 2009 )
F'paġna 2, l-Artikolu 1(3)(b):
minflok:
“(b) |
is-sentenzi li ġejjin għandhom jiżdiedu fit-tmiem tal-paragrafu 2: ‘Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-awtentiċità tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, huma awtorizzati t-trasferimenti ta' muniti foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Europea. Matul it-trasport, il-muniti foloz għandhom ikunu akkumpanjati f'kull ħin minn ordnijiet ta' trasport li għal dan il-għan jaslu minn awtoritajiet, istituzzjonijiet u korpi msemmijin hawn fuq.’ ;” |
aqra:
“(b) |
is-sentenzi li ġejjin għandhom jiżdiedu fit-tmiem tal-paragrafu 2: ‘Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-awtentiċità tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, huma awtorizzati t-trasferimenti ta' muniti foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea. Matul it-trasport, il-muniti foloz għandhom ikunu akkumpanjati f'kull ħin minn ordnijiet ta' trasport li għal dan il-għan jaslu minn awtoritajiet, istituzzjonijiet u korpi msemmijin hawn fuq.’ ;” |
F'paġna 3, l-Artikolu 1(4)(b), l-Artikolu 6(1) ġdid, in-nota ta' qiegħ il-paġna (*):
minflok:
“(*) |
Ara l-Qafas għall-kxif ta' karti tal-flus foloz u ssortjar skond il-kondizzjoni tal-karti tal-flus minn istituzzjonijiet ta' kreditu u cash handlers professjonali oħra, disponibbli fis-sit tal-Internet tal-BĊE hawnhekk: http://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/other/recyclingeurobanknotes2005mt.pdf’;” |
aqra:
“(*) |
Ara l-qafas għall-kxif ta' karti tal-flus foloz u ssortjar skont il-kondizzjoni tal-karti tal-flus minn istituzzjonijiet ta' kreditu u cash handlers professjonali oħra, disponibbli fis-sit tal-Internet tal-BĊE hawnhekk: http://www.ecb.europa.eu/euro/cashprof/html/index.mt.html’;” |
F'paġna 3, l-Artikolu 1(4)(c), l-Artikolu 6(1a) ġdid, in-nota ta' qiegħ il-paġna (**):
minflok:
“(**) |
Il-lista pubblikata mill-BĊE hija disponibbli fis-sit tal-Internet hawnhekk: http://www.ecb.int/euro/cashhand/devices/results/html/index.fr.html” |
aqra:
“(**) |
Il-lista pubblikata mill-BĊE hija disponibbli fis-sit tal-Internet hawnhekk: http://www.ecb.europa.eu/euro/cashprof/html/index.mt.html}” |