ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
8.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/548
tas-7 ta' April 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011. |
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (2), il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi f'dik id-Deċiżjoni għandhom jiġġeddu sat-13 ta' April 2016. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entità waħda inklużi fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandhom jiġi aġġornati. |
(4) |
Barra minn hekk, ma baqax raġunijiet għalfejn żewġ persuni għandhom jibqgħu fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011. |
(5) |
Barra dan, entrata waħda li tikkonċerna persuna diġà inkluża fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandha titneħħa. |
(6) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51).
ANNESS
(1) |
L-entrati għall-persuni li ġejjin jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011:
|
(2) |
L-entrati għall-persuni u l-entità li ġejjin li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt: Persuni
Entitajiet
|
8.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/549
tas-7 ta' April 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46 (2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
(2) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-22 ta' Jannar 2015 fil-Kawżi Konġunti T-420/11 u T-56/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/299/PESK (2) u 2011/783/PESK (3) f'dak li jirrigwarda l-inklużjoni tal-entitajiet li ġejjin fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012: Ocean Capital Administration GmbH, First Ocean Administration GmbH, First Ocean GmbH & Co. KG, Second Ocean Administration GmbH, Second Ocean GmbH & Co. KG, Third Ocean Administration GmbH, Third Ocean GmbH & Co. KG, Fourth Ocean Administration GmbH, Fourth Ocean GmbH & Co. KG, Fifth Ocean Administration GmbH, Fifth Ocean GmbH & Co. KG, Sixth Ocean Administration GmbH, Sixth Ocean GmbH & Co. KG, Seventh Ocean Administration GmbH, Seventh Ocean GmbH & Co. KG, Eighth Ocean Administration GmbH, Eighth Ocean GmbH & Co. KG, Ninth Ocean Administration GmbH, Ninth Ocean GmbH & Co. KG, Tenth Ocean Administration GmbH, Tenth Ocean GmbH & Co. KG, Eleventh Ocean Administration GmbH, Eleventh Ocean GmbH & Co. KG, Twelfth Ocean Administration GmbH, Twelfth Ocean GmbH & Co. KG, Thirteenth Ocean Administration GmbH, Fourteenth Ocean Administration GmbH, Fifteenth Ocean Administration GmbH, Sixteenth Ocean Administration GmbH, Kerman Shipping Co. Ltd, Woking Shipping Investments Ltd, Shere Shipping Co. Ltd, Tongham Shipping Co. Ltd, Uppercourt Shipping Co. Ltd, Vobster Shipping Co. Ltd, Lancelin Shipping Co. Ltd., IRISL Maritime Training Institute, Kheibar Co. u Kish Shipping Line Manning Co.. |
(3) |
Abbażi ta' dikjarazzjoni tar-raġunijiet ġdida, 32 minn dawk l-entitajiet għandhom jiddaħħlu mill-ġdid fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(4) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-22 ta' Jannar 2015 fil-Kawża T-176/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK (4) li Bank Tejarat jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
(5) |
Bank Tejarat għandu jerġa' jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK tat-23 ta' Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, 24.5.2011, p. 65).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, 2.12.2011, p. 71).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta' Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, 24.1.2012, p. 22).
ANNESS
(1) |
L-entità elenkata hawn taħt għandha tiġi inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012: I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran B. Entitajiet
|
(2) |
L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiġu inklużi fil-lista li tinsab fil-Parti III tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012: III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) B. Entitajiet
|
8.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/550
tal-24 ta' Marzu 2015
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Fränkischer Grünkern (DPO))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Fränkischer Grünkern” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; id-denominazzjoni “Fränkischer Grünkern” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Fränkischer Grünkern” (DPO) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 410, 18.11.2014, p. 12.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
8.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/551
tal-24 ta' Marzu 2015
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Miel des Cévennes (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Miel des Cévennes” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u dan skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2). |
(2) |
Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Miel des Cévennes” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Miel des Cévennes” (IĠP) hija b'dan irreġistrata.
Id-denominazzjoni speċifikata fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott fil-Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.), kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 412, 19.11.2014, p. 4.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
8.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/552
tas-7 ta' April 2015
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-1,3-dikloropropen, il-bifenoks, id-dimetenammid-P, il-proeżadjon, it-tolilfluwanid u t-trifluralina f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għad-dimetenammid-P u l-proeżadjon, il-livelli massimi ta' residwu (MRL) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għad-1,3-dikloropropen u l-bifenoks, l-MRLs ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. Għat-tolilfluwanid u t-trifluralina, l-MRLs ġew stabbiliti fl-Anness V ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
In-nuqqas tal-inklużjoni tal-1,3-dikloropropen fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) huwa stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/36/UE (3). L-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva 1,3-dikloropropen ġew irrevokati. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, flimkien mal-Artikolu 14(1) tiegħu, l-MRLs stabbiliti għal dik is-sustanza attiva fl-Anness III għandhom jitħassru. Dan ma għandux japplika għal dawk l-MRLs li jikkorrispondu għas-CXLs skont l-użu f'pajjiżi terzi, sakemm dawn ikunu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur. Dan lanqas ma għandu japplika f'każijiet fejn l-MRLs ikunu ġew stabbiliti speċifikament bħala tolleranzi tal-importazzjoni. |
(3) |
Għall-bifenoks, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, issottomettiet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-ħabba tax-xgħir, il-ħabba tal-ħafur, il-ħabba tas-segala u l-ħabba tal-qamħ. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għaż-żerriegħa tal-ġirasol u għaż-żerriegħa tal-lift xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta' dawk l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-majjal (laħam, xaħam, fwied u kliewi), il-bovini (laħam, xaħam, fwied u kliewi), in-nagħaġ (laħam, xaħam, fwied u kliewi), il-mogħoż (laħam, xaħam, fwied u kliewi), u l-ħalib (ifrat, nagħaġ, mogħoż) xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dawk il-prodotti bażiċi għandhom jiġu ffissati skont il-limitu speċifiku stabbilit jew skont l-MRL prestabbilit skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(4) |
Għad-dimetenammid-P, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (5). L-Awtorità pproponiet li d-definizzjoni tar-residwu tinbidel. Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-karawett, iż-żerriegħa tal-ġirasol, iż-żerriegħa tal-lift, iż-żerriegħa tas-sojja, iż-żerriegħa tal-qara' aħmar u l-pitravi taz-zokkor (l-għerq). Għal prodotti oħrajn hija rrakkomandat li jitħallew l-MRLs eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-basal tar-rebbiegħa, ħass u ħxejjex aromatiċi xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta' dawk l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
Għall-proeżadjon, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (6). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-għeneb tal-mejda u tal-inbid, il-frawli, il-frott tal-qasab, u frott żgħir u kukku oħra, xgħir, qamħ, ħops, majjal (laħam, xaħam, fwied u kliewi), bovini (laħam, xaħam, fwied u kliewi), nagħaġ (laħam, xaħam, fwied u kliewi), u mogħoż (laħam, xaħam, fwied, kliewi). Għal prodotti oħrajn huwa rrakomandat li l-MRLs jogħlew jew li jinżammu dawk eżistenti. |
(6) |
In-nuqqas tal-inklużjoni tat-tolilfluwanid fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/20/UE (7). L-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva tolilfluwanid ġew irrevokati. |
(7) |
Għat-tolilfluwanid, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (8). L-Awtorità pproponiet li d-definizzjoni tar-residwu tinbidel. Hija kkonkludiet li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Filwaqt li tqis l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu ffissati skont il-limitu speċifiku stabbilit jew skont -MRL prestabbilit skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(8) |
In-nuqqas tal-inklużjoni tat-trifluralina fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/355/UE (9). L-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva trifluralina ġew irrevokati. |
(9) |
Għat-trifularina, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (10). Filwaqt li tqis l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu ffissati skont il-limitu speċifiku stabbilit jew skont l-MRL prestabbilit skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(10) |
Fir-rigward tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u mill-annimali, li għalihom ma ġewx irrapportati awtorizzazzjonijiet rilevanti jew tolleranzi tal-importazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea u lanqas ma kienu disponibbli s-CXLs, l-Awtorità kkonkludiet li kien hemm bżonn ta' iktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Filwaqt li tqis l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu ffissati skont il-limitu speċifiku stabbilit jew skont l-MRL prestabbilit skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(11) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi, rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti limiti li jiġu stabbiliti. Dwar bosta sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti bażiċi, l-iżvilupp tekniku jippermetti li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi li jiġu stabbiliti. |
(12) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u waqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, l-emendi xierqa għall-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(13) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jistipula arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew prodotti legalment qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. |
(15) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma l-MRLs modifikati jsiru applikabbli, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw żmien biex iħejju ruħhom biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw f'modifika tal-MRLs. |
(16) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tal-MRLs il-ġodda u l-kummenti tagħhom ittieħdu inkonsiderazzjoni. |
(17) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għall-prodotti li kienu prodotti legalment qabel it-28 ta' April 2015.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta' Ottubru 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/36/UE tal-20 ta' Jannar 2011 dwar li s-sustanza 1,3-Dikloropropen ma tkunx inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 18, 21.1.2011, p. 42).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata dwar ir-reviżjoni tal-livelli massimi ta' residwu (MRLs) eżistenti għall-bifenoks skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2013;11(4):3215. [36 pp.].
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata dwar ir-reviżjoni tal-livelli massimi ta' residwu (MRLs) eżistenti għad-dimetenammid-P skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2013;11(4):3216. [53 pp.].
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Rieżami tal-limiti massimi tar-residwu (MRLs) eżistenti għall-proeżadjon skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2013;11(4):3192. [36 pp.].
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/20/UE tad-9 ta' Marzu 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jintneħħa t-tolylfluanid bħala sustanza attiva u dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 60, 10.3.2010, p. 20).
(8) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-livelli massimi ta' residwu (MRLs) eżistenti għat-tolilfluwanid skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2013;11(7):3300. [37 pp.].
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/355/UE tal-25 ta' Ġunju 2010 dwar li ma għandux jiġi inkluż trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 160, 26.6.2010, p. 30).
(10) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-livelli massimi ta' residwu (MRLs) eżistenti għat-trifluralina skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2013;11(4):3193. [16 pp.].
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|