ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 79

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
25 ta' Marzu 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/496 tas-17 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 fir-rigward tad-depożitu tal-arkivji storiċi tal-istituzzjonijiet fl-Istitut Universitarju Ewropew f'Firenze

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/497 tal-20 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/498 tal-24 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċedura tal-approvazzjoni superviżorja biex jintużaw parametri speċifiċi għall-impriża konformi mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/499 tal-24 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jintużaw għall-għoti ta' approvazzjoni superviżorja għall-użu ta' fondi proprji anċillari skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/500 tal-24 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti dwar l-approvazzjoni superviżorja tal-applikazzjoni ta' aġġustament skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/501 tal-24 ta' Marzu 2015 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/502 tal-24 ta' Marzu 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Micron Bio-System Ltd) ( 1 )

57

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/503 tal-24 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

60

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/496

tas-17 ta' Marzu 2015

li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 fir-rigward tad-depożitu tal-arkivji storiċi tal-istituzzjonijiet fl-Istitut Universitarju Ewropew f'Firenze

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

F'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 tal-1 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika (1), l-arkivji storiċi tal-Unjoni huma ppreservati u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kull fejn ikun possibbli wara l-iskadenza ta' perijodu ta' 30 sena.

(2)

L-obbligu li jiġu stabbiliti l-arkivji storiċi u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fejn ikun possibbli, huwa applikabbli għal kull waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 (l-“istituzzjonijiet”) taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

(3)

Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 jipprovdi li kull istituzzjoni tista' żżomm l-arkivji storiċi tagħha fi kwalunkwe post li jidhrilha li jkun l-aktar adatt.

(4)

Fl-1984, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddeċidew li jiddepożitaw l-arkivji storiċi tagħhom fl-Istitut Universitarju Ewropew (IUE) f'Firenze, fejn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Fis-17 ta' Diċembru 1984, ġie ffirmat kuntratt għal dan l-iskop bejn il-Komunitajiet Ewropej irrappreżentati mill-Kummissjoni, u l-IUE f'Firenze (“il-kuntratt tad-depożitu”).

(5)

Minn dakinhar 'l hawn, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri qablu li jaderixxu mat-termini tal-kuntratt tad-depożitu. Il-Bank Ewropew għall-Investiment jiddepożita l-arkivji storiċi tiegħu fl-EUI taħt Konvenzjoni separata mal-IUE, li ġiet iffirmata fl-1 ta' Lulju 2005 u taħt ir-“Regoli dwar l-arkivji storiċi” li kienu ġew adottati mill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Bank fis-7 ta' Ottubru 2005 (2).

(6)

Il-Gvern Taljan qiegħed bini adatt għad-dispożizzjoni, fuq bażi permanenti u mingħajr ebda ħlas, tal-IUE sabiex jiġi żgurat li l-arkivji ddepożitati jkunu ppreservati u protetti f'konformità mal-istandards internazzjonali rikonoxxuti u sabiex tingħata l-possibbiltà li ssir konsultazzjoni fuq il-post.

(7)

L-iskop tad-depożitu tal-arkivji storiċi tal-istituzzjonijiet fl-IUE huwa li jingħata aċċess għal dawn l-arkivji minn post wieħed, biex tiġi promossal-konsultazzjoni tagħhom u biex tiġi stimolata r-riċerka fl-istorja tal-integrazzjoni Ewropea u tal-istituzzjonijiet Ewropej. L-IUE huwa ċentru rinomat għar-riċerka akkademika u t-tagħlim b'attenzjoni fuq l-Ewropa u fuq l-integrazzjoni Ewropea. Għandu kważi 30 sena esperjenza fil-ġestjoni tal-arkivji storiċi tal-Unjoni, jipprovdi repożitorju u faċilitajiet għar-riċerka tal-ogħla livell li nbnew espressament għall-preservazzjoni u konsultazzjoni ta' dawk l-arkivji, u għandu fama internazzjonali bħala ċ-ċentru responsabbli minn dawn l-arkivji.

(8)

Id-depożitu kontinwu tal-arkivji storiċi tal-istituzzjonijiet fl-IUE għandu jiġi inkorporat fil-leġislazzjoni tal-Unjoni sabiex jirrifletti r-rwol tal-IUE bħala sieħeb tal-istituzzjonijiet fil-ġestjoni tal-arkivji storiċi tagħhom.

(9)

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istituzzjonijiet kollha, u m'għandux jimmodifika r-responsabbiltà tagħhom li jiftħu l-arkivji storiċi tagħhom għall-pubbliku, lanqas id-dritt ta' proprjetà ta' kull istituzzjoni fir-rigward tal-arkivji storiċi tagħha.

(10)

Madankollu, in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tiġġustifika l-esklużjoni tagħhom mill-obbligu stabbilit f'dan ir-Regolament li jiddepożitaw l-arkivji storiċi tagħhom fl-IUE. Il-QĠUE u l-BĊE jistgħu jiddepożitaw l-arkivji storiċi tagħhom fl-IUE fuq bażi volontarja.

(11)

L-istituzzjonijiet u l-IUE għandhom, fejn possibbli, jagħmlu l-arkivji storiċi disponibbli għall-pubbliku f'forma diġitizzata u diġitali, sabiex jiffaċilitaw il-konsultazzjoni tagħhom fuq l-Internet.

(12)

Id-data personali li tinsab fl-arkivji storiċi tal-Unjoni ddepożitati fl-IUE għandha tiġi pproċessata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (3).

(13)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat mill-Kummissjoni dwar il-proposta ta' leġislazzjoni li wasslet għal dan ir-Regolament, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001, u ta opinjoni dwarha fl-10 ta' Ottubru 2012 (4).

(14)

Għandhom jitniżżlu fi ftehim qafas ta' sħubija dispożizzjonijiet dettaljati għall-ġestjoni tal-arkivji storiċi fl-IUE, inklużi d-depożitu tagħhom, l-aċċess u l-konsultazzjoni pubblika, kif ukoll ir-rwoli u r-responsabbiltajiet reċiproċi tal-istituzzjonijiet u tal-IUE.

(15)

Il-kostijiet għall-ġestjoni tal-arkivji storiċi tal-Unjoni mill-IUE għandhom ikunu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u dawk il-kostijiet għandhom ikunu mħallsin mill-istituzzjonijiet depożitanti.

(16)

Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Kull istituzzjoni, minbarra l-QĠUE u l-BĊE, għandha tiddepożita fl-Istitut Universitarju Ewropew (IUE) f'Firenze, id-dokumenti li jiffurmaw parti mill-arkivji storiċi tagħha u li tkun fetħet għall-pubbliku f'konformità ma' dan ir-Regolament. Id-depożitu għandu jitwettaq f'konformità mal-Anness.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet depożitanti jistgħu, għal raġunijiet legali jew amministrattivi, jeskludu d-depożitu ta' ċerti dokumenti oriġinali fl-IUE. F'dak il-każ, huma għandhom jiddepożitaw mikroforma jew kopja diġitali ta' dawn id-dokumenti.”

;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Il-QĠUE u l-BĊE jistgħu jiddepożitaw l-arkivji storiċi tagħhom fl-IUE fuq bażi volontarja.

4.   L-istituzzjonijiet depożitanti għandhom iżommu s-sjieda tal-arkivji tagħhom, kif ukoll ir-responsabbiltà esklużiva għall-kompożizzjoni tad-dokumenti u tal-fajls li huma ddepożitati fl-IUE jew li altrimenti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-IUE.

5.   Id-depożitu tal-arkivji storiċi tal-istituzzjonijiet fl-IUE ma għandux jaffettwa l-protezzjoni tal-arkivji kif previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.   L-IUE għandu jiżgura l-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-arkivji ddepożitati. Din il-preservazzjoni u din il-protezzjoni għandhom jikkonformaw ma' standards internazzjonali rikonoxxuti għall-protezzjoni fiżika tal-arkivji u għandhom tal-anqas jirrispettaw ir-regoli tekniċi u ta' sigurtà li jikkorrispondu għal dawk użati għall-preservazzjoni u l-ġestjoni tal-arkivji pubbliċi fl-Italja. Għal dan il-għan, id-dokumenti ddepożitati għandhom jiġu ppreservati f'repożitorju mibni apposta.

7.   L-IUE għandu ikun unikament responsabbli mill-persunal mitlub jimmaniġġa l-arkivji storiċi tal-UE ddepożitati fl-IUE. L-IUE għandu jiżgura li l-persunal assennjat għall-ġestjoni tal-arkivji storiċi jkollu l-kwalifiki professjonali mitluba meħtieġa biex iwettaq x-xogħol f'dan il-qasam.

8.   Kull istituzzjoni li tiddepożita l-arkivji għandha d-dritt li tirċievi l-informazzjoni li tikkonċerna l-ġestjoni tal-arkivji tagħha mill-IUE u li twettaq spezzjoni tal-arkivji li tkun iddepożitat hemmhekk.

9.   L-IUE għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-arkivji storiċi li huwa jirċievi f'konformità mal-paragrafi 1 u 3. L-istituzzjonijiet jistgħu wkoll iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kopja tal-istess arkivji storiċi.

10.   Il-kostijiet għall-ġestjoni tal-arkivji storiċi tal-Unjoni għandhom jiġu ffinanzjati bil-kontribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet depożitanti kollha għal-linja tal-baġit rilevanti, fil-limiti tal-approprjazzjonijiet annwali magħmula disponibbli mill-awtorità baġitarja f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (*). Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ma għandhomx ikopru kostijiet relatati mat-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-adattament tal-bini u tar-repożitorji biex jilqgħu l-arkivji u l-persunal assenjat għalihom.

Id-daqs tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għad-daqs tat-tabelli tal-persunal rispettivi tal-istituzzjonijiet depożitanti. Kull kontribuzzjoni ser terġa' tiġi kkalkulata mill-ġdid kull meta istituzzjonijiet addizzjonali jibdew jiddepożitaw l-arkivji storiċi tagħhom fl-IUE jew minn tal-anqas kull ħames snin.

11.   L-IUE għandu jaġixxi bħala proċessur f'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, skont l-istruzzjonijiet mingħand l-istituzzjonijiet depożitanti. L-IUE għandu jipproċessa kwalunkwe data personali li tinsab fl-arkivji storiċi tal-istituzzjonijiet f'konformità mal-garanziji li jinsabu f'dak ir-Regolament.

12.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkompli jkollu s-setgħat superviżorji fuq l-istituzzjonijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali li tinsab fl-arkivji storiċi ddepożitati mal-IUE.

(*)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1”"

.

(2)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Kull istituzzjoni għandha tadotta regoli interni għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn għandhom jinkludu regoli għall-preservazzjoni u l-ftuħ għall-pubbliku ta' arkivji storiċi u dwar il-protezzjoni ta' data personali li tinsab fihom. Fejn ikun possibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu l-arkivji tagħhom disponibbli għall-pubbliku permezz ta' mezzi elettroniċi, inklużi arkivji diġitizzati u dawk maħluqa b'mod diġitali, u jiffaċilitaw il-konsultazzjoni tagħhom fuq l-Internet. Huma għandhom jikkonservaw ukoll id-dokumenti li huma disponibbli f'forom li jissodissfaw ħtiġijiet speċjali (kitba bil-Braille, testi b'tipa kbira jew reġistrazzjonijiet).”

;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   F'isem l-istituzzjonijiet depożitanti, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim qafas ta' sħubija mal-IUE. Dak il-ftehim qafas ta' sħubija għandu jinkludi dispożizzjonijiet dettalljati dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet reċiproċi tal-istituzzjonijiet u tal-IUE għall-ġestjoni tal-arkivji storiċi tal-Unjoni, inkluż id-depożitu, il-preservazzjoni, l-aċċess u l-konsultazzjoni pubblika tagħhom.”

.

(3)

It-test fl-Anness jiżdied, bħala l-Anness, mar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 43, 15.2.1983, p. 1.

(2)  ĠU C 289, 22.11.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU C 28, 30.1.2013, p. 9.


ANNESS

“ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET FIR-RIGWARD TAD-DEPOŻITU TAL-ARKIVJI STORIĊI TAL-ISTITUZZJONIJIET FL-ISTITUT UNIVERSITARJU EWROPEW F'FIRENZE

1.

Fil-każ ta' arkivji mhux diġitali, id-dokumenti oriġinali għandhom jiġu ddepożitati fl-IUE għall-preservazzjoni permanenti, flimkien ma' mikroforma u/jew kopja diġitali tagħhom.

Fil-każ ta' arkivji diġitali, l-IUE għandu jkollu aċċess permanenti għad-dokumenti b'tali mod li jippermettilu jaqdi l-obbligu tiegħu li jagħmel l-arkivji storiċi aċċessibbli għall-pubbliku minn post wieħed u li jippromwovi l-konsultazzjoni tagħhom. L-istituzzjonijiet oriġinarji għandhom jibqgħu responsabbli għall-preservazzjoni permanenti tal-arkivji diġitali tagħhom.

2.

Id-depożitu għandu jsir f'intervalli fuq bażi annwali, u, sakemm ikun possibbli, skont il-proċeduri normali tal-ipproċessar arkivjali tal-istituzzjonijiet.

3.

L-IUE ma għandux jimmodifika l-klassifikazzjoni arkivjali stabbilita mill-istituzzjonijiet depożitanti, jew jelimina jonkella jbiddel dokumenti jew fajls.

4.

L-IUE għandu jibgħat lura lill-istituzzjonijiet depożitanti, l-oriġinali ta' kwalunkwe dokumenti u fajls iddepożitati, jekk jintalab jagħmel hekk minn dawn l-istituzzjonijiet. L-istituzzjonijiet depożitanti għandhom jirritornaw l-oriġinali lill-IUE hekk kif ma jibqgħux bżonnhom aktar.

5.

L-IUE għandu jinforma immedjatament lill-istituzzjonijiet depożitanti dwar kwalunkwe ċirkostanza li tista' tipperikola l-invijolabbiltà tal-arkivji li huma ddepożitaw.”


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/497

tal-20 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk, jinħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera jew li huma rreġistrati fl-Istat Membru msemmi hemmhekk, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqbad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'IL-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

03/TQ104

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

SRX/2AC4-C

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

Data tal-għeluq

6.3.2015


25.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/498

tal-24 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċedura tal-approvazzjoni superviżorja biex jintużaw parametri speċifiċi għall-impriża konformi mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 111(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet biex jintużaw il-parametri speċifiċi għall-impriża minn impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom jitħejjew fuq bażi prudenti u realistiku, u għandhom jinkludu l-fatti rilevanti kollha meħtieġa għal valutazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji. Dan għandu jinkludi valutazzjoni ta' kif il-kriterji għall-kompletezza, il-preċiżjoni u l-adattezza tad-dejta użata se jkunu ssodisfati.

(2)

L-informazzjoni li trid tiġi inkluża minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fl-applikazzjoni tagħha għandha tkun speċifikata sabiex tiġi żgurata bażi konsistenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji.

(3)

L-applikazzjoni biex jintużaw parametri speċifiċi għall-impriża hija deċiżjoni strateġika għall-iskopijiet ta' ġestjoni tar-riskju u ta' ppjanar tal-kapital. Ibbażat fuq ir-responsabbiltà aħħarija ta' korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju għall-konformità kif stabbilit fl-Artikolu 40 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-involviment tagħha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni għandu jiġi kkunsidrat bir-reqqa.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-awtoritajiet superviżorji sabiex ikunu f'pożizzjoni jadottaw proċeduri adegwati. Regoli dettaljati dwar il-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu stabbiliti. Dawn għandhom ikunu adattati proporzjonalment għall-kumplessità tal-applikazzjonijiet biex jimmaniġġjaw il-proċess ta' approvazzjoni. Il-proċess ta' approvazzjoni jista' jieħu inqas minn sitt xhur meta jkun proporzjonat mal-kumplessità.

(5)

Id-deċiżjoni għall-applikazzjoni tal-użu ta' parametri speċifiċi għall-impriża partikolari ma għandhiex tiġi ddettata biss billi jitnaqqas r-rekwiżit tal-kapital. Madankollu, l-użu għat-twettiq ta' parametri speċifiċi ma għandux jipprevjeni impriża milli tmur lura għall-parametri standardizzati, jekk l-parametri speċifiċi għall-impriża ma jkunux għadhom jirriflettu l-profil tar-riskju tagħha, f'liema każ l-impriża għandha tinforma lill-awtorità superviżorja bir-raġunijiet għaliex dawn il-parametri ma għadhomx aktar xierqa.

(6)

Il-proċeduri ta' approvazzjoni jipprevedu komunikazzjoni kontinwa bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Dan jinkludi komunikazzjoni qabel ma titressaq applikazzjoni formali lill-awtoritajiet superviżorji u, wara li l-applikazzjoni tkun ġiet approvata, permezz ta' proċess ta' rieżami superviżorju. Tali komunikazzjoni kontinwa hija meħtieġa biex tiżgura li l-valutazzjonijiet superviżorji jkunu bbażati fuq informazzjoni rilevanti u aġġornata.

(7)

Bħala parti mill-proċess ta' approvazzjoni, jeħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw, inter alia, id-dejta użata biex jiġu kkalkolati l-parametri speċifiċi għall-impriża u li jivverifikaw jekk id-dejta użata tikkonformax ma' dawn il-kriterji tal-kwalità tad-dejta stipulati fl-Artikolu 219 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (2). Biex tissodisfa r-rekwiżit għall-kompletezza tad-dejta skont l-Artikolu 219 ta' dak ir-Regolament, l-impriża għandha tuża l-valuri tal-parametri speċifiċi għall-impriża miksuba permezz ta' metodu approvat bid-dejta rilevanti l-aktar reċenti.

(8)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jissostitwixxu biss subsett tal-parametri standardizzati fil-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni b'parametri speċifiċi għall-impriża. Dan ifisser li xi wħud mill-inputs użati biex jiġu kkalkolati dawn il-parametri ser ikunu simili jew identiċi għall-inputs użati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

(9)

Minħabba interdipendenzi bejn id-diversi applikazzjonijiet għall-approvazzjoni skont id-Direttiva 2009/138/KE, meta tapplika għall-approvazzjoni għall-użu ta' parametri speċifiċi l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha tinforma lill-awtorità superviżorja bl-applikazzjonijiet l-oħra li jikkonċernaw l-elementi fl-Artikolu 308a(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, li attwalment jinsabu għaddejja jew previsti fis-sitt xhur li ġejjin. Rekwiżit bħal dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet superviżorji jkunu bbażati fuq informazzjoni trasparenti u imparzjali.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni.

(11)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1094/2010 (3).

(12)

Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali dwar ir-reġim superviżorju matul il-perjodu ta' introduzzjoni gradwali previst fl-Artikolu 308a tad-Direttiva 2009/138/KE, li se jibda fl-1 ta' April 2015, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-użu ta' parametri speċifiċi għall-impriża

1.   L-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tressaq applikazzjoni bil-miktub għall-approvazzjoni tal-użu ta' parametri speċifiċi għall-impriża biex tissostitwixxi subsett tal-parametri tal-formula standardizzata lill-awtorità superviżorja.

2.   L-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, jew f'lingwa li ntlaħaq ftehim dwarha mal-awtorità superviżorja.

3.   L-applikazzjoni mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun tinkludi dan li ġej:

(a)

l-evidenza dokumentata tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għall-proċess intern tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjoni;

(b)

id-data ta' bidu speċifika minn meta l-użu ta' parametri li huma speċifiċi għal impriża hi mitluba;

(c)

is-subsett ta' parametri standard li huma mitluba li jiġu sostitwiti minn parametri speċifiċi għall-impriża

(d)

għal kull segment il-metodu standardizzat użat u l-valur tal-parametru speċifiku għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni miksub bl-użu ta' dan il-metodu;

(e)

il-kalkolu tal-parametru speċifiku għal impriża li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tapplika biex tuża u informazzjoni li l-kalkolu huwa adegwat;

(f)

l-evidenza li d-dejta użata biex jiġu kkalkolati l-parametri speċifiċi għall-impriża hija kompluta, preċiża u xierqa u li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 219 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35;

(g)

ġustifikazzjoni li kull metodu standardizzat għall-kalkolu tal-parametri speċifiċi għall-impriża għal segment wieħed jipprovdi l-iktar riżultat preċiż biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE.

4.   Minbarra l-materjal speċifikat fil-paragrafu 3, l-applikazzjoni għandha wkoll telenka l-applikazzjonijiet l-oħra kollha mressqa mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew attwalment previsti fis-sitt xhur li ġejjin, għall-approvazzjoni ta' xi wieħed mill-elementi elenkati fl-Artikolu 308a(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, flimkien mad-dati tal-applikazzjoni korrispondenti.

Artikolu 2

Il-preċiżjoni tar-riżultati

Meta tkun qed tintwera l-eżattezza tar-riżultati, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw jekk il-metodu standardizzat huwiex xieraq għad-dejta tal-impriża, jekk l-assunzjonijiet tagħhom humiex issodisfati u jekk id-dejta hijiex rilevanti għall-profil tar-riskju tal-impriża.

Artikolu 3

Il-valutazzjoni tal-awtorità superviżorja tal-għażla tal-parametri u l-metodu għall-kalkolu tal-parametri

1.   L-awtorità superviżorja tivvaluta l-għażla li tagħmel l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni rigward:

(a)

il-parametri li għandhom jiġu sostitwiti billi tikkunsidra jekk l-użu ta' parametri speċifiċi għall-impriża jirriflettix aħjar il-profil tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-impriża;

(b)

is-segmenti li għalihom ġew ikkalkulati l-parametri billi jitqies jekk l-użu ta' parametri speċifiċi għall-impriża jirriflettix aħjar il-profil tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-impriża;

2.   L-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw il-ġustifikazzjoni tal-impriża għall-għażla ta' metodu standardizzat għall-kalkolu tal-parametri speċifiċi għall-impriża. L-awtoritajiet superviżorji, meta jwettqu din il-valutazzjoni, jikkunsidraw jekk is-suppożizzjonijiet dwar metodi standardizzati humiex issodisfati u jekk id-dejta tkunx rilevanti għall-profil ta' riskju tal-impriża.

Artikolu 4

Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni

1.   L-awtorità superviżorja tikkonferma li rċeviet l-applikazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

2.   L-awtorità superviżorja tikkonferma jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta fi żmien 30 jum mid-data ta' meta tkun irċeviet l-applikazzjoni. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-użu ta' parametri speċifiċi għal impriża partikolari titqies bħala kompluta mill-awtorità superviżorja jekk tinkludi l-informazzjoni kollha u l-evidenza dokumentata stabbilit fil-paragrafu 3 u 4 tal-Artikolu 1. Meta l-awtorità superviżorja tiddetermina li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, din tinforma immedjatament lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li l-perjodu ta' approvazzjoni ma jkunx beda u tispeċifika għaliex l-applikazzjoni ma tkunx ikkunsidrata bħala kompluta.

3.   Fejn l-awtorità superviżorja tkun ikkonfermat li l-applikazzjoni hija kompluta, dan ma għandux jipprevjeni lil dik l-awtorità superviżorja milli titlob informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex twettaq il-valutazzjoni tagħha. It-talba tkun tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u r-raġunijiet għat-talba.

4.   Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni tista' tinkludi talbiet għal aġġustamenti mill-awtoritajiet superviżorji dwar il-mod kif l-impriża tipproponi li tapplika l-parametru speċifiku għall-impriża. Meta l-awtorità superviżorja tiddetermina li jista' jkun possibbli li tapprova l-applikazzjoni ta' parametru speċifiku għall-impriża suġġett għat-twettiq ta' aġġustamenti, hija tinnotifika mingħajr dewmien, lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bil-miktub, bl-aġġustamenti meħtieġa.

5.   Il-jiem bejn id-data li fiha l-awtorità superviżorja titlob tali informazzjoni jew aġġustamenti, u d-data li fiha l-awtorità superviżorja tirċievi tali informazzjoni ma għandhomx ikunu inklużi fil-perjodu ta' sitt xhur stabbilit fil-paragrafu 7.

6.   L-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tavża lill-awtorità superviżorja b'kull bidla fid-dettalji tal-applikazzjoni tagħha. Fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tinforma lill-awtorità superviżorja b'xi bidla għall-applikazzjoni tagħha din tiġi ttrattata bħala applikazzjoni ġdida sakemm:

(a)

il-bidla tkun dovuta għal talba mill-awtorità superviżorja għal informazzjoni addizzjonali jew aġġustamenti; jew

(b)

l-awtorità superviżorja tkun sodisfatta li l-bidla ma taffettwax b'mod sinifikanti l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni.

7.   L-awtorità superviżorja tiddeċiedu dwar l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni kompluta.

Artikolu 5

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

1.   Meta l-awtorità superviżorja tiddeċiedi li tirrifjuta l-applikazzjoni, hi tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha. L-awtorità superviżorja tapprova biss l-applikazzjoni jekk tkun sodisfatta bil-ġustifikazzjoni biex jiġi sostitwit subsett tal-parametri tal-formula standardizzata.

2.   Meta l-awtorità superviżorja tkun ħadet deċiżjoni dwar applikazzjoni, hija mingħajr dewmien, tikkomunika dan bil-miktub lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, bl-istess lingwa tal-applikazzjoni.

3.   L-awtorità superviżorja tista' tiddeċiedi li tapprova l-applikazzjoni fir-rigward ta' xi wħud iżda mhux is-segmenti jew il-parametri kollha inklużi fl-applikazzjoni.

Artikolu 6

Tħassir tal-approvazzjoni mill-awtorità superviżorja

L-awtorità superviżorja tista' tirrevoka l-approvazzjoni tagħha mogħtija lil impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li tuża' l-metodu USP, meta

(a)

impriża li tkun ingħatat l-approvazzjoni biex jintużaw il-parametri speċifiċi għall-impriża tkun waqfet milli tkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Artikoli 218, 219 u 220 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35;

(b)

f'ċirkostanzi debitament ġustifikati, impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun tixtieq terġa' lura għall-parametri standard, billi tibgħat talba lill-awtorità superviżorja, fejn tispjega r-raġunijiet għall-inadegwatezza tal-USP u tipprovdi evidenza dokumentata għal dan.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


25.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/499

tal-24 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jintużaw għall-għoti ta' approvazzjoni superviżorja għall-użu ta' fondi proprji anċillari skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 92 (3) tagħha,

Billi:

(1)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jippreparaw l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' elementi ta' fondi proprji anċillari fuq bażi prudenti u realistiċi.

(2)

L-applikazzjoni għal element ta' fond proprju anċillari hija deċiżjoni strateġika għall-ġestjoni tar-riskju u skopijiet ta' ppjanar tal-kapital. Abbażi tar-responsabbiltà aħħarija tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew ta' superviżjoni għall-konformità kif stabbilit fl-Artikolu 40 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-involviment tiegħu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bir-reqqa.

(3)

L-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tinkludi l-fatti rilevanti kollha meħtieġa għal valutazzjoni mill-awtorità superviżorja, inkluża valutazzjoni mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' kif l-element jilħaq il-kriterji ta' element ta' fond proprju anċillari u kif, meta jiġi mitlub, jiġi kklassifikat bħala element ta' fondi proprji bażiku sabiex l-awtorità superviżorja tkun tista' tagħti deċiżjonijiet f'waqthom abbażi ta' evidenza xierqa.

(4)

L-informazzjoni li trid tiġi inkluża minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fl-applikazzjoni tagħha għandha tkun speċifikata sabiex tkun żgurata bażi konsistenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-awtorità superviżorja.

(5)

Minħabba interdipendenzi bejn diversi applikazzjonijiet għall-approvazzjoni skont id-Direttiva 2009/138/KE, meta tapplika għal approvazzjoni ta' element ta' fond proprju anċillari l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tinforma lill-awtorità superviżorja dwar applikazzjonijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-elementi fl-Artikolu 308a(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, li attwalment jinsabu għaddejja jew previsti fis-sitt xhur li ġejjin. Tali rekwiżit huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet superviżorji huma bbażati fuq informazzjoni trasparenti u imparzjali.

(6)

L-abbiltà tal-awtoritajiet superviżorji u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jivvalutaw l-istatus ta' grupp ta' kontropartijiet bħallikieku kienet kontroparti waħda huwa meqjus bħala partikolarment rilevanti fejn impriża mutwa jew ta' tip mutwu għandha għadd kbir ta' membri mhux korporattivi omoġeni li għalihom tista' tagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet supplementari.

(7)

Il-proċess ta' approvazzjoni ta' fondi proprji anċillari jipprevedi komunikazzjoni kontinwa bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Dan jinkludi komunikazzjoni qabel ma titressaq l-applikazzjoni formali lill-awtorità ta' sorveljanza u wara applikazzjoni tintlaqa', permezz ta' proċess ta' analiżi superviżorja. Komunikazzjoni attwali bħal din hija meħtieġa biex tiżgura li l-valutazzjonijiet superviżorji huma bbażati fuq informazzjoni rilevanti u aġġornata.

(8)

Meta l-awtorità superviżorja tirċievi notifika minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li kien hemm tnaqqis ta' assorbiment ta' telf approvat ta' element ta' fond proprju anċillari, l-awtorità superviżorja għandha tirrevedi 'l isfel l-ammont approvat jew tirtira l-approvazzjoni tagħha tal-metodu sabiex tiżgura li hu konsistenti mal-assorbiment tat-telf imnaqqas.

(9)

L-Artikolu 226 tad-Direttiva 2009/138/KE jippermetti grupp ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni japplika għal approvazzjoni ta' element ta' fond proprju anċillari ta' kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta intermedja. F'dawk il-każijiet, għandhom japplikaw l-istess regoli ta' kumpanija holding tal-assigurazzjoni intermedja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta intermedja daqslikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Dan għandu japplika wkoll fejn grupp huwa mmexxi minn kumpanija holding tal-assigurazzjoni jew kumpanija holding finanzjarja mħallta skont l-Artikolu 235 tad-Direttiva 2009/138/KE.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni.

(11)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementattivi li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

(12)

Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali dwar ir-reġim superviżorju matul il-perjodu ta' introduzzjoni progressiva previst fl-Artikolu 308a tad-Direttiva 2009/138/KE, li se jibda fl-1 ta' April 2015, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Karatteristiċi ġenerali tal-applikazzjoni

1.   Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tissottometti applikazzjoni bil-miktub għall-approvazzjoni ta' kull element ta' fond proprju anċillari lill-awtorità superviżorja.

2.   L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fiha l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, jew f'lingwa li ntlaħaq ftehim dwarha mal-awtorità superviżorja.

3.   L-applikazzjoni tikkonsisti f'ittra ta' akkumpanjament u evidenza ta' sostenn.

Artikolu 2

Ittra ta' akkumpanjament

L-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tippreżenta ittra ta' akkumpanjament. Dik l-ittra ta' akkumpanjament għandha tikkonferma dan kollu li ġej:

(a)

li kwalunkwe termini legali jew kuntrattwali li jirregolaw l-element ta' fond proprju anċillari jew kwalunkwe arranġament konness mhumiex ambigwi u definiti b'mod ċar;

(b)

l-ammont attribwit lil dan element ta' fond proprju anċillari fl-applikazzjoni tikkonforma mal-Artikolu 90(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)

is-sustanza ekonomika tal-element ta' fond proprju anċillari, inkluż kif l-element jipprovdi fondi proprji bażiċi ladarba jissejjaħ, ġie rifless b'mod sħiħ fl-applikazzjoni;

(d)

filwaqt li jitqiesu żviluppi probabbli fil-futur kif ukoll iċ-ċirkostanzi fid-data tal-applikazzjoni, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tikkunsidra li l-element ta' fond proprju anċillari huwa konformi mal-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' fondi proprji;

(e)

l-ebda fatti ma tħallew barra li jekk magħrufa mill-awtorità superviżorja jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjoni tagħha dwar jekk tapprovax element ta' fond proprju anċillari, l-ammont li għalih l-approvazzjoni ta' element għandu jingħata, jew il-perjodu ta' żmien li l-approvazzjoni ta' metodu ta' kalkolu għandu japplika.

L-ittra ta' akkumpanjament għandha telenka wkoll applikazzjonijiet oħra ppreżentati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew attwalment previsti fi żmien is-sitt xhur li ġejjin għall-approvazzjoni ta' kwalunkwe elementi elenkati fl-Artikolu 308a(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, flimkien ma' dati tal-applikazzjoni korrispondenti.

Artikolu 3

Evidenza ta' sostenn dwar l-ammont jew il-metodu

L-applikazzjoni mressqa mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tfittex li jikseb l-approvazzjoni ta' ammont monetarju speċifikat għal element ta' fond proprju anċillari jew metodu li jiddetermina l-ammont ta' kull element ta' fond proprju anċillari.

Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tfittex l-approvazzjoni ta' ammont monetarju speċifikat, l-applikazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni tal-kalkolu ta' dan l-ammont, ibbażat fuq suppożizzjonijiet prudenti u realistiċi skont l-Artikolu 90(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tfittex l-approvazzjoni ta' metodu ta' kalkolu, għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

spjegazzjoni tal-metodu u kif dan jirrifletti l-kapaċità ta' assorbiment ta' telf ta' element ta' fond proprju anċillari;

(b)

deskrizzjoni ta' kull suppożizzjoni li fuqhom joqgħod il-metodu u kif dawn is-suppożizzjonijiet huma prudenti u realistiċi;

(c)

l-ammont inizjali mistenni tal-element li ġie kkalkulat skont il-metodu u ġustifikazzjoni ta' dak l-ammont;

(d)

spjegazzjoni dwar proċessi ta' validazzjoni li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni se timplimenta biex jiġi żgurat li r-riżultati tal-metodu jkomplu jirriflettu kapaċità tal-assorbiment tat-telf tal-element fuq bażi kontinwa.

Artikolu 4

Evidenza ta' sostenn dwar il-kriterji għall-approvazzjoni

L-evidenza ta' sostenn għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni biex tippermetti lill-awtorità superviżorja tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 90 tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Artikoli 62 sa 65 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (3). Dan għandu jkun fih mill-inqas it-tagħrif deskritt fil-paragrafi tnejn sa sebgħa ta' dan l-Artikolu.

L-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha tipprovdi informazzjoni rigward in-natura ta' element ta' fond proprju anċillari u l-kapaċità ta' assorbiment tat-telf ta' element ta' fondi proprji bażiċi li fihom element ta' fond proprju anċillari jikkonverti meta jissejjah, inklużi dawn li ġejjin:

(a)

it-termini legali jew kuntrattwali ta' dak l-element, flimkien mat-termini ta' kwalunkwe arranġament konness u evidenza li l-kontroparti tkun daħlet għalihom, jew se tibda, il-kuntratt u kwalunkwe arranġament konness;

(b)

evidenza li l-kuntratt u kwalunkwe arranġamenti konnessi huma legalment vinkolanti u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, ibbażata fuq opinjoni legali;

(c)

il-perjodu li matulu l-kuntratt kif ukoll, jekk differenti, il-perjodu li matulu l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jistgħu jitolbu fuq l-element;

(d)

konferma li element ta' fond proprju anċillari, ladarba dak l-element ġie mitlub u mħallas, juri l-karetteristiċi kollha ta' element ta' fondi proprji bażiċi kklassifikati fil-Livell 1 skont l-Artikolu 71 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35, jew il-karetteristiċi kollha ta' element ta' fondi proprji bażiċi kklassifikati fil-Livell 2 skont l-Artikolu 73 ta' Regolament ta' Delega (UE) 2015/35;

(e)

Konferma li t-termini kuntrattwali tal-element ma fihom l-ebda dispożizzjoni li tista' toħloq nuqqas ta' inċentiv għall-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jsejħu fuq l-element biex jassorbu t-telf jew li jpoġġu ebda restrizzjoni fuq il-kapaċità tiegħu li l-element jista' jinħareġ fuq talba;

(f)

Konferma li element ta' fond proprju anċillari jew il-benefiċċji tagħha tkun disponibbli biss lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u ma jkunux trasferibbli jew assenjabbli lil xi parti oħra, jew tkun tista' tiġi ostakolata b'xi mod ieħor;

(g)

kwalunkwe fatturi li jirrestrinġu l-kundizzjonijiet li taħthom l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' tfittex li titlob fuq l-element, inkluż iżda mhux limitat għal kundizzjonijiet ta' stress speċifiċi għall-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew stress usa' tas-suq;

(h)

jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha, jew fil-futur jista' jkollha, kwalunkwe obbligu, jew kwalunkwe aspettattiva jew ftehim li tħallas fondi jew tipprovdi xi benefiċċju ieħor lill-kontroparti jew lil parti terza b'konnessjoni ma' dan l-element, ħlief fil-każ ta' ħlas lura ta' element ta' fondi proprji bażiċi li jissodisfaw il-karatteristiċi fl-Artikolu 71(1)(h), u l-Artikolu 73(1)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35;

(i)

kopja tal-pjan ta' ġestjoni kapitali ta' terminu medju li jinkludi kif l-element se jikkontribwixxi għall-istruttura kapitali eżistenti ta-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, u kif l-element jista' jippermetti lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni biex tissodisfa r-rekwiżiti kapitali eżistenti jew futuri tagħha.

Ħlief fejn japplika l-Artikolu 63(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 u l-istatus ta' grupp ta' kontropartijiet jista' jiġi vvalutat bħallikieku kien kontroparti waħda, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-istatus ta' kull kontroparti li jinkludi dan li ġej:

(a)

l-ismijiet u deskrizzjoni ta' kull kontroparti, inkluż in-natura ta' kwalunkwe relazzjoni bejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-kontroparti;

(b)

valutazzjoni tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontropartijiet biex tappoġġa l-valutazzjoni mill-awtorità superviżorja speċifikati fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35;

(c)

valutazzjoni tal-pożizzjoni tal-likwidità tal-kontropartijiet biex tappoġġa l-valutazzjoni mill-awtorità superviżorja speċifikati fl-Artikolu 63(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35;

(d)

valutazzjoni tar-rieda tal-kontropartijiet biex iħallsu sabiex jappoġġaw il-valutazzjoni mill-awtorità superviżorja speċifikata fl-Artikolu 63(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35;

(e)

deskrizzjoni tal-firxa ta' ċirkustanzi li fihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' tfittex li titlob fuq l-element, inkluż l-aspettativi kurrenti dwar meta l-element jista' jinxtara qabel jew meta jasal fil-punt ta' nuqqas ta' konformità mal-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà jew tal-Kapital Minimu Rekwiżit;

(f)

informazzjoni dwar kwalunkwe fatturi rilevanti oħra għall-istatus tal-kontropartijiet biex tappoġġa l-valutazzjoni mill-awtorità superviżorja speċifikata fl-Artikolu 63(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35.

Fejn il-kontropartijiet huma trattati bħala grupp ta' kontropartijiet skont l-Artikolu 63(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35, l-informazzjoni fil-punti (a) sa (f) tat-tielet subparagrafu għandhom jiġu pprovduti fir-rigward tal-grupp ta' kontropartijiet.

Fejn il-kontroparti hija membru tal-istess grupp jew sottogrupp bħall-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni permezz tal-Artikolu 213 tad-Direttiva 2009/138/KE u għandha impenji taħt elementi ta' fondi proprji anċillari għal entitajiet differenti fi ħdan il-grupp, l-informazzjoni fil-punti (b) sa (f) tat-tielet subparagrafu għandha tinkludi evidenza tal-abbiltà tal-kontroparti li tissodisfa diversi sejħiet fuq entrati ta' fondi proprji anċillari fl-istess waqt, wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi u l-entitajiet tal-grupp.

L-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha tipprovdi informazzjoni rigward l-irkuprabbiltà tal-fondi, inklużi dawn li ġejjin:

(a)

dettalji ta' arranġamenti li jistgħu jsaħħu rkupru tal-eleemt inkluża d-disponibbiltà ta' kollaterali;

(b)

dettalji dwar jekk il-liġi nazzjonali, f'kull ġurisdizzjoni relevanti, tipprevjeni li ssir sejħa jew li tiġi ssodisfata, inkluż fil-każ ta' riżoluzzjoni, l-amministrazzjoni jew proċedimenti ta' falliment fir-rigward ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(c)

dettalji ta' arranġamenti jew ċirkostanza li jistgħu jipprevjenu li ssir sejħa jew sodisfati bil-kundizzjonijiet finanzjarji li qed jiddeterjoraw inkluż in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvibbiltà jew tar-Rekwiżit Kapitali Minimu.

L-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha tipprovdi informazzjoni rigward sejħiet preċedenti, inklużi dawn li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar l-esperjenza tagħha ta' sejħiet fil-passat jew il-ġbir ta' fondi oħra dovuti minn kontropartijiet identiċi jew simili f'ċirkustanzi identiċi jew simili;

(b)

l-informazzjoni relevanti kollha disponibbli dwar l-esperjenza tagħha ta' sejħiet fil-passat jew il-ġbir ta' fondi oħra dovuti minn kontropartijiet identiċi jew simili f'ċirkustanzi identiċi jew simili;

(c)

valutazzjoni dwar ir-rilevanza u l-affidabbiltà tal-informazzjoni deskritti fil-punti (a) u (b) rigward ir-riżultat mistenni ta' sejħiet futuri mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

L-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-proċessi li jkollha fis-seħħ biex tidentifika kwalunkwe bidla futura, kif speċifikat fl-Artikolu 62(1)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35, li jista' jkollhom l-effett li jnaqqsu l-kapaċità ta' assorbiment ta' telf ta' element ta' fond proprju anċillari. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

kif għandha l-intenzjoni li tidentifika tibdil għal:

(i)

l-istruttura jew it-termini kuntrattwali tal-arranġament, inkluża l-kanċellazzjoni jew l-iskadenza ta' element ta' fond proprju anċillari jew l-użu jew is-sejħa parzjali jew għal kollox minn element ta' fond proprju anċillari;

(ii)

il-qagħda tal-kontropartijiet ikkonċernati, inkluża inadempjenza ta' kontroparti;

(iii)

il-potenzjal ta' rkupru tal-element ta' fond proprju anċillari, inkluż s-sejħa fuq elementi ta' fondi proprji anċillari oħra pprovduti mill-istess kontropartijiet.

(b)

kif għandha l-ħsieb li tinforma lill-awtorità superviżorja dwar il-bidliet identifikati, inkluż liema mekkaniżmi daħħlet fis-seħħ sabiex tidentifika meta l-bidla kellha tkun eskalata għall-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża u għall-awtorità superviżorja.

L-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha tinkludi evidenza dokumentata dwar il-proċess intern tagħha ta' teħid ta' deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjoni.

Artikolu 5

Valutazzjoni tal-applikazzjoni

L-awtorità superviżorja għandha tikkonferma li rċeviet l-applikazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni.

Applikazzjoni għandha titqies kompluta mill-awtorità superviżorja jekk l-applikazzjoni tkopri s-suġġetti kollha stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4.

L-awtorità superviżorja għandha tikkonferma jekk l-applikazzjoni titqies kompluta jew mhux f'waqtha u mill-inqas fi żmien 30 jum mid-data ta' meta tkun waslet l-applikazzjoni.

L-awtorità superviżorja għandha tiżgura li l-perjodu ta' żmien li fih hija tiddeċiedi dwar applikazzjoni huwa raġonevoli u ma jaqbiżx it-tliet xhur mill-wasla ta' applikazzjoni kompluta sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li huma kkomunikati bil-miktub lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi żmien f'waqtu.

Fejn ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità superviżorja ma għandhiex tieħu aktar minn sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni sħiħa biex tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.

Meta l-awtorità superviżorja tqis li l-applikazzjoni hija kompluta, dan ma għandux jipprevjeni lil dik l-awtorità superviżorja milli titlob informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex twettaq il-valutazzjoni tagħha. It-talba għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u r-raġunijiet għat-talba. Il-jiem bejn id-data li fiha l-awtorità superviżorja titlob tali informazzjoni u d-data li l-awtorità superviżorja tirċievi tali informazzjoni m'għandhiex tkun inkluża fi ħdan il-perjodi ta' żmien imsemmija fir-raba' u l-ħames subparagrafi.

L-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha tavża lill-awtorità superviżorja b'kull bidla fid-dettalji tal-applikazzjoni tagħħa.

Fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tinforma lill-awtorità superviżorja dwar bidla fl-applikazzjoni tagħha din għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni ġdida sakemm:

(a)

il-bidla hija minħabba talba mill-awtorità superviżorja għal informazzjoni addizzjonali; jew

(b)

l-awtorità uperviżorja hija sodisfatta li t-tibdil ma jaffettwax b'mod sinifikanti l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni.

Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' tirtira applikazzjoni permezz ta' notifika bil-miktub fi kwalunkwe stadju qabel id-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja. Jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni sussegwentement terġa' tissottometti l-applikazzjoni jew tissottometti applikazzjoni aġġornata, l-awtorità superviżorja għandha tittratta din bħala applikazzjoni ġdida.

Artikolu 6

Deċiżjoni dwar it-talba

Meta l-awtorità superviżorja tkun ħadet deċiżjoni dwar applikazzjoni, hija għandha, mingħajr dewmien, tikkommunika dan bil-miktub lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

Meta l-awtorità superviżorja tapprova ammont aktar baxx minn applikazzjoni mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew tirrifjuta applikazzjoni għal approvazzjoni, hija għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.

Fejn l-approvazzjoni superviżorja ġiet mogħtija bil-kundizzjoni li l-kuntratt ikun konkluż, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol fil-kuntratt, bit-termini li fuqhom l-approvazzjoni kienet ibbażata, u tipprovdi kopja tal-kuntratt iffirmat lill-awtorità superviżorja.

L-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni m'għandhiex tikkunsidra element ta' fond proprju anċillari jew metodu ammissibbli sakemm il-kuntratt ikun ġie konkluż.

Artikolu 7

Reviżjoni tal-ammont approvat jew irtirar tal-approvazzjoni tal-metodu

1.   Meta element ta' fond proprju anċillari ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom l-approvazzjoni ta' ammont jew metodu ta' kalkolu kien mogħti, l-awtorità superviżorja għandha tiddeċiedi dwar waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

li jitnaqqas l-ammont ta' element ta' fond proprju anċillari għal ammont aktar baxx jew żero;

(b)

li tirtira l-approvazzjoni tagħha ta' metodu ta' kalkolu.

2.   L-awtorità ta' superviżjoni għandha tinnotifika lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, minnufih, filwaqt li tagħti r-raġunijiet, meta tkun ħadet deċiżjoni skont il-paragrafu 1.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi awtorità superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).


25.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/500

tal-24 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti dwar l-approvazzjoni superviżorja tal-applikazzjoni ta' aġġustament skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 86(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE tippermetti li impriżi ta' assigurazzjoni u ta' riassigurazzjoni japplikaw għal aġġustament ta' korrispondenza għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax relevanti mingħajr riskju, suġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet superviżorji fejn jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-approvazzjoni tal-applikazzjoni ta' aġġustament ta' korrispondenza.

(2)

Sabiex applikazzjoni tiġi kkunsidrata bħala waħda kompluta, għandha tinkludi l-informazzjoni relevanti kollha neċessarja għall-valutazzjoni u deċiżjoni mill-awtoritajiet superviżorji. Biex tipprovdi bażi armonizzata għall-valutazzjoni u d-deċiżjoni mill-awtoritajiet superviżorji, applikazzjoni għandha tinkludi evidenza li turi li kull waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE huma sodisfatti.

(3)

L-applikazzjoni għal aġġustament ta' korrispondenza hija deċiżjoni strateġika għall-ġestjoni tar-riskju u għal skopijiet ta' ppjanar tal-kapital. Abbażi tar-responsabbiltà aħħarija tal-korp amministrattiv, il-korp tal-ġestjoni jew tas-superviżjoni għall-konformità kif stabbilit fl-Artikolu 40 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-involviment tiegħu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni għandu jiġi kkunsidrata bir-reqqa.

(4)

Barra minn hekk l-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, dik id-Direttiva fiha rekwiżiti oħra fl-Artikolu 44, 45 u 77 c li japplikaw għal impriżi ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li jużaw aġġustament ta' korrispondenza. Applikazzjoni għandha, għalhekk, tinkludi evidenza li dawn ir-rekwiżiti kollha jiġu sodisfatti jekk tingħata l-approvazzjoni.

(5)

Il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-approvazzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza jipprevedu komunikazzjoni kontinwa bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Dan jinkludi komunikazzjoni qabel ma titressaq applikazzjoni formali lill-awtoritajiet superviżorji u, wara li applikazzjoni tkun ġiet approvata, permezz ta' proċess ta' analiżi superviżorja. Komunikazzjoni attwali bħal din hija meħtieġa biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet superviżorji jkunu bbażati fuq informazzjoni u evidenza rilevanti u aġġornata.

(6)

Sabiex jiġi żgurat proċess bla xkiel u effiċjenti, l-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jagħmlu modifiki għal applikazzjoni sabiex jindirizzaw oqsma fejn l-evidenza mogħtija mhix biżżejjed biex turi l-konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti bl-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, qabel jiddeċiedu jekk finalment jaċċettawx jew jirrifjutawx l-applikazzjoni.

(7)

Minbarra li jikkunsidraw l-evidenza inkluża f'applikazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkunsidraw ukoll fatturi oħra li huma rilevanti meta tintlaħaq deċiżjoni dwar jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE ġewx issodisfati.

(8)

Minħabba l-portafolli ta' korrispondenza jistgħu jiġu ġestiti fuq bażi ta' negozju avvjat, l-impriżi li rċevew l-approvazzjoni biex jużaw aġġustament ta' korrispondenza biex ivalwawl-obbligi korrispondenti għandhom ukoll jitħallew jużaw dak l-aġġustament biex ivalwaw l-obbligi ta' assigurazzjoni futuri, sal-limitu li dawk l-obbligi u l-assi li jikkorrispondi magħhom ikollhom l-istess karatteristiċi bħall-obbligi u l-assi inklużi fil-portafoll ta' korrispondenza inizjali u, konsegwentement, jinvolvu l-istess riskji għall-impriża kkonċernata.

(9)

Minħabba interdipendenzi bejn id-diversi applikazzjonijiet għall-approvazzjoni skont id-Direttiva 2009/138/KE, meta ssir applikazzjoni għal approvazzjoni ta' aġġustament ta' korrispondenza, l-impriża ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha tinforma lill-awtorità superviżorja dwar applikazzjonijiet oħra li jikkonċernaw il-punti fl-Artikolu 308a(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, li attwalment jinsabu għaddejja jew previsti fis-sitt xhur li ġejjin. Tali rekwiżit huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet superviżorji jkunu bbażati fuq informazzjoni trasparenti u imparzjali.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi implementattivi ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni Ewropea.

(11)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi implementattivi li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

(12)

Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali dwar ir-reġim superviżorju matul il-perjodu ta' introduzzjoni progressiva previst fl-Artikolu 308a tad-Direttiva 2009/138/KE, li se jibda fl-1 ta' April 2015, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Applikazzjoni għall-użu ta' aġġustament ta' korrispondenza

1.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw biex jużaw l-aġġustament ta' korrispondenza jissottomettu applikazzjoni għal approvazzjoni minn qabel bil-miktub lill-awtoritajiet superviżorji.

2.   L-applikazzjoni tiġi ppreżentata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-impriża ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, jew f'lingwa miftiehma minn qabel mill-awtorità superviżorja, u jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 3 sa 6 ta' dan ir-Regolament.

3.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li l-applikazzjoni tinkludi kull tagħrif rilevanti ieħor li huma jqisu li jista' jkun meħtieġ għall-valutazzjoni u d-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja. L-applikazzjoni għandha tinkludi evidenza dokumentata tal-proċess intern tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-impriża ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni marbuta mal-applikazzjoni.

4.   Fejn applikazzjoni tiġi sottomessa fir-rigward ta' aktar minn portafoll wieħed ta' obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-applikazzjoni tistabbilixxi l-provi meħtieġa skont l-Artikoli 3 sa 6 ta' dan ir-Regolament b'mod separat għal kull portafoll li huwa kopert bl-applikazzjoni.

Artikolu 2

Kontenut tal-applikazzjoni relatata mal-portafoll ta' assi assenjat

Fir-rigward tal-portafoll ta' assi assenjat meħtieġ mill-paragrafu 1(a) tal-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, l-applikazzjoni tinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

evidenza li l-portafoll ta' assi assenjat jissodisfa l-kundizzjonijiet relevanti kollha speċifikati fl-Artikolu 77b(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

dettalji tal-assi fi ħdan il-portafoll assenjat, li jikkonsistu minn informazzjoni tal-assi linja b'linja flimkien mal-proċedura użata biex l-assi jitqiegħu fi gruppi skont il-klassi ta' assi, il-kwalità tal-kreditu u t-tul għad-determinazzjoni tal-firxa fundamentali msemmija fil-paragrafu 1(b) tal-Artikolu 77c tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)

deskrizzjoni tal-proċess użat biex il-portafoll ta' assi assenjat jinżamm skont il-paragrafu 1(a) tal-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE, inkluż il-proċess għaż-żamma tar-replikazzjoni ta' dawn il-flussi ta' flus mistennija meta dawn jinbidlu b'mod materjali.

Artikolu 3

Kontenut tal-applikazzjoni relatata mal-obbligi tal-portafoll tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni

Fir-rigward tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li għalih huwa maħsub li jiġi applikat l-aġġustament ta' korrispondenza, l-applikazzjoni tkun fiha tal-anqas dan li ġej:

(a)

evidenza li l-obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jilħqu l-kriterji kollha speċifikati fil-punti (d), (e), (g) u (j) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

fejn riskju ta' mortalità huwa preżenti, evidenza kwantitattiva li l-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tiżdiedx b'aktar minn 5 % taħt l-istress tar-riskju tal-mortalità speċifikat fl-Artikolu 52 ta' Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (3).

Artikolu 4

Kontenut tal-applikazzjoni bil-miktub relatata mal-korrispondenza tal-fluss tal-flus u l-ġestjoni tal-portafoll

Fir-rigward tal-korrispondenza tal-fluss tal-flus u l-ġestjoni tal-portafoll tal-obbligi eliġibbli u l-portafoll tal-assi assenjat, l-applikazzjoni jkun fiha tal-anqas dan li ġej:

(a)

evidenza kwantitattiva li l-kriterji tal-paragrafu 1(c) tal- Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE huma ssodisfati, inkluża valutazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar jekk kwalunkwe nuqqas ta' korrispondenza jagħtix lok għal riskji li huma materjali fir-rigward tar-riskji inerenti fin-negozju tal-assigurazzjoni li għalih huwa maħsub li jiġi applikat l-aġġustament ta' korrispondenza;

(b)

evidenza li proċessi adegwati se jkunu fis-seħħ biex jidentifikaw, jorganizzaw u jiġġestixxu sew il-portafoll tal-obbligi i u l-portafoll tal-assi assenjat separatament minn attivitajiet oħra tal-impriżi, u li jiżgura li l-assi assenjati mhux se jintużaw biex ikopru telf li jirriżulta minn attivitajiet oħra tal-impriżi, skont il-paragrafu 1(b) tal-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)

evidenza ta' kif il-fondi proprji se jiġu aġġustati f'konformità mal-Artikolu 81 tad-Direttiva 2009/138/KE li tiġi riflessa kwalunkwe trasferibilità mnaqqsa;

(d)

evidenza dwar kif ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvibbilità (SCR) se jiġi aġġustat biex jirrifletti b'mod xieraq kwalunkwe possibilità mnaqqsa għad-diversifikazzjoni tar-riskju. Fejn rilevanti, dan jinkludi evidenza ta' konformità mal-Artikoli 216, 217 u 234 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35. Fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biħsiebhom jikkalkolaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvibbiltà billi jużaw mudell intern iżda ma tkunx ġiet mogħtija l-approvazzjoni superviżorja meħtieġa, l-evidenza meħtieġa minn dan il-paragrafu tiġi ppreżentata fuq il-bażi tal-formula standard kif ukoll tal-mudell intern mhux approvat.

Artikolu 5

Kontenut addizzjonali tal-applikazzjoni bil-miktub

Minbarra l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 3 sa 4 ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll dan li ġej:

(a)

konferma li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 77b(3) tad-Direttiva 2009/138/KE se jintlaħqu jekk tingħata l-approvazzjoni superviżorja għall-applikazzjoni ta' aġġustament;

(b)

il-pjan ta' likwidità meħtieġ skont l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)

il-valutazzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 44 (2a) (b) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(d)

il-valutazzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 45(2a) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(e)

spjegazzjoni dettaljata u dimostrazzjoni tal-proċess ta' kalkolu użat biex jiġi determinat l-aġġustament ta' korrispondenza skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 77c tad-Direttiva 2009/138/KE;

(f)

lista ta' applikazzjonijiet oħra ppreżentati mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni, jew attwalment previsti fis-sitt xhur li ġejjin, għall-approvazzjoni ta' xi waħda mill-partit tad-dħul gradwali elenkati fl-Artikolu 308a(1) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 6

Valutazzjoni tal-applikazzjoni

1.   L-awtorità superviżorja għandha tikkonferma li rċeviet l-applikazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni.

2.   Applikazzjoni titqies kompluta mill-awtorità superviżorja jekk ikun fiha l-provi kollha meħtieġa mill-Artikoli 2 sa 5 ta' dan ir-Regolament.

3.   L-awtorità superviżorja tikkonferma jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta fi żmien 30 jum mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni.

4.   Meta l-awtorità superviżorja tiddetermina li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, tinforma immedjatament lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li l-perjodu ta' approvazzjoni ma jkunx beda u tispeċifika għaliex l-applikazzjoni ma tkunx ikkunsidrata bħala kompluta.

5.   L-awtorità superviżorja għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni kompluta.

6.   Meta l-awtorità ta' superviżjoni tkun ikkonfermat li l-applikazzjoni hija kompluta, dan ma jipprevjenix lil dik l-awtorità superviżorja milli titlob informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex twettaq il-valutazzjoni tagħha. It-talba tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u r-raġunijiet għat-talba.

7.   Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni tinvolvi komunikazzjoni kontinwa mal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u tista' tinkludi talbiet għal aġġustamenti mill-awtoritajiet superviżorji dwar il-mod kif l-impriża tipproponi li tapplika aġġustament ta' korrispondenza. Meta l-awtorità superviżorja tiddetermina li jista' jkun possibbli li tapprova l-applikazzjoni ta' aġġustament ta' korrispondenza bil-kundizzjoni li jsiru aġġustamenti, mingħajr dewmien tinnotifika lill-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni bil-miktub dwar l-aġġustamenti meħtieġa.

8.   Il-jiem bejn id-data li fiha l-awtorità superviżorja titlob informazzjoni addizzjonali jew aġġustamenti skont il-paragrafi 6 jew 7, u d-data li fiha l-awtorità superviżorja tirċievi tali informazzjoni jew aġġustamenti ma jiġux inkluż fil-perjodu ta' żmien ta' sitt xhur stabbilit fil-paragrafu 5.

9.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li l-evidenza dokumentarja kollha tkun disponibbli, inkluż f'forma elettronika kull meta possibbli, għall-awtorità superviżorja, matul il-valutazzjoni tal-applikazzjoni.

10.   L-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tavża lill-awtorità superviżorja b'kull bidla fid-dettalji tal-applikazzjoni tagħha. Fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tinforma lill-awtorità superviżorja dwar bidla fl-applikazzjoni tagħha din tiġi ttrattata bħala applikazzjoni ġdida sakemm:

(a)

il-bidla ma tkunx minħabba talba mill-awtorità superviżorja għal informazzjoni addizzjonali jew modifiki; jew

(b)

l-awtorità superviżorja ma tkunx issodisfata li t-tibdil ma jaffettwax b'mod sinifikanti l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni.

11.   Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' tirtira applikazzjoni permezz ta' notifika bil-miktub fi kwalunkwe stadju qabel id-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja. Jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni sussegwentement terġa' tissottometti l-applikazzjoni jew tissottometti applikazzjoni aġġornata, l-awtorità superviżorja għandha tikkunsidraha bħala applikazzjoni ġdida.

Artikolu 7

Deċiżjoni dwar it-talba

1.   L-awtorità superviżorja tista' tikkunsidra evidenza oħra apparti dik elenkata fl-Artikolu 2 — 5 ta' dan ir-Regolament, fejn din l-evidenza tkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77b(1) u 77c tad-Direttiva 2009/138/KE meta tieħu deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-applikazzjoni.

2.   Deċiżjoni tal-awtorità superviżorja dwar l-approvazzjoni tal-applikazzjoni għandha tiġi kkomunikata bil-miktub bl-istess lingwa tal-applikazzjoni.

3.   Fejn applikazzjoni waħda ġiet irċevuta fir-rigward ta' aktar minn portafoll wieħed ta' obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-awtorità superviżorja tista' tiddeċiedi li tapprova l-applikazzjoni fir-rigward ta' xi wħud biss mill-portafolli inklużi fl-applikazzjoni u mhux ta' kollha. F'dak il-każ, il-komunikazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni tispeċifika għal liema portafolli ta' obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu japplikaw aġġustament ta' korrispondenza.

4.   Meta l-awtorità superviżorja tiddeċiedi li tirrifjuta applikazzjoni, għal xi wħud, jew għall-portafolli kollha inklużi f'applikazzjoni, tiddikjara b'mod ċar ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

5.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jingħataw approvazzjoni biex japplikaw aġġustament ta' korrispondenza għal portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-ambitu ta' din id-deċiżjoni ta' approvazzjoni jitqies li jkopri l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni futuri u assi li huma miżjuda ma' dak il-portafoll ta' korrispondenza, bil-kundizzjoni li l-impriżi jistgħu juru dan li ġej:

(a)

l-obbligi u l-assi futuri jkollhom l-istess karatteristiċi bħall-obbligi u l-assi inklużi f'portafoll ta' korrispondenza li għalih tkun ingħatat l-approvazzjoni;

(b)

il-portafoll ta' korrispondenza jibqa' jissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 8

Tħassir tal-approvazzjoni mill-awtorità ta' superviżjoni

Meta l-awtorità superviżorja tqis li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ngħata l-approvazzjoni biex tuża aġġustament ta' korrispondenza m'għadhiex tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 77b(1) jew 77c tad-Direttiva 2009/138/KE, dik l-awtorità superviżorja tinforma lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni immedjatament u tispjega n-natura tan-nuqqas ta' konformità.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).


25.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/501

tal-24 ta' Marzu 2015

li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fis-26 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antidumping fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u mit-Tajwan (“il-pajjiżi konċernati”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Ippubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(2)

Il-Kummisjoni bdiet l-investigazzjoni wara li rċeviet ilment fit-13 ta' Mejju 2014 mingħand Eurofer (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi ta' prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli llaminati bil-kesħa tal-Unjoni li lmentaw (stainless steel cold rolled, “SSCR”). L-ilmentatur jirrappreżenta madwar 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' prodotti SSCR. L-ilment kien jinkludi evidenza ta' dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

Fl-14 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti SSCR li joriġinaw mir-RPĊ u bdiet investigazzjoni separata. Ippubblikat Notifika ta' Bidu fuq il-proċedimenti antisussidji f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

1.2.   Ir-Reġistrazzjoni

(4)

Wara talba mill-ilmentatur, sostnuta bl-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 fil-15 ta' Diċembru 2014 (4) li jagħmel l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan soġġetti għal reġistrazzjoni mis-17 ta' Diċembru 2014.

1.3.   Partijiet interessati

(5)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Ċinżi u Tajwaniżi, lil importaturi, fornituri u utenti, negozjanti magħrufa, kif ukoll assoċjazzjonijiet magħrufa, ikkonċernati mill-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem. Il-Kummissjoni għarrfet ukoll lil produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”) u tal-Afrika t'Isfel dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jieħdu sehem. Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati li kienet tqis lill-Istati Uniti bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(6)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

(a)   Kampjunar

(7)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni qalet li tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(8)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun provviżorju ta' produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet kampjun fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'erba' produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 50 % tal-volum tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq dan il-kampjun provviżorju. Ma sarux kummenti fuq il-kampjun provviżorju u l-kampjun provviżorju ġie kkonfermat. Il-kampjun jirrappreżenta l-industrija tal-Unjoni.

Kampjunar tal-importaturi

(9)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(10)

Wieħed u tletin importatur mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erbgħa fuq il-bażi tal-akbar volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni. B'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi magħrufa u kkonċernati kollha ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun.

(11)

Daħlu kummenti li kienu jikkonċernaw l-istruttura tas-sjieda ta' wieħed mill-importaturi magħżula. Il-partijiet interessati argumentaw li wieħed mill-importaturi m'għandux ikun inkluż fil-kampjun għax hu relatat ma' produttur tal-Unjoni. Madankollu, dan l-importatur ma kien relatat mal-ebda produttur tal-Unjoni waqt il-perjodu tal-investigazzjoni, imma sar relatat wara. Barra minn hekk, it-terminu “importatur mhux relatat” ifisser mhux relatat ma' produtturi esportaturi. Tabilħaqq, importatur mhux relatat jista' jkun relatat ma' produttur tal-Unjoni.

Kampjunar ta' produtturi esportaturi fit-Tajwan

(12)

Biex tiddeċiedi jekk hux meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lill-produtturi esportaturi kollha fit-Tajwan sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lir-rappreżentanti tat-Tajwan għall-UE biex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħrajn, f'każ li hemm, li jistgħu jkunu interessati li jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(13)

Total ta' disa' allegati produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erbgħa (li tlieta minnhom huma relatati) fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernati, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

(14)

L-investigazzjoni wriet li żewġ kumpaniji tal-kampjun u żewġ kumpaniji li kkooperaw iżda li ma ntagħżlux għall-kampjun ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' produttur esportatur, għax joperaw biss bħala ċentri tas-servizz u jużaw il-prodott ikkonċernat bħala l-input tal-produzzjoni tagħhom. Ġie stabbilit li dawn il-kumpaniji ma għandhom l-ebda faċilità ta' laminazzjoni bis-sħana jew bil-kesħa u l-valur miżjud tagħhom hu minimu b'rabta mal-ispiża tal-inputs tagħhom. Huma jixtru u jbigħu l-prodott ikkonċernat f'tipi differenti (ara l-premessi minn (26) sa (28) hawn taħt).

(15)

Madankollu, waħda minn dawn il-kumpaniji hija relatata ma' produttur esportaturi fil-kampjun. Għalhekk, fl-investigazzjoni ġiet ikkunsidrata li tappartjeni ma' dak il-grupp ta' kumpaniji. Wara l-esklużjoni mill-kampjun il-kumpanija li ma tissodisfax id-definizzjoni ta' produttur esportatur, il-kampjun li jifdal jirrappreżenta tal-inqas madwar 48 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet mit-Tajwan lejn l-Unjoni u madwar 80 % tal-bejgħ domestiku fit-Tajwan. Għalhekk, il-kampjun xorta kien wieħed rappreżentattiv.

(16)

Il-Kummissjoni eskludiet minn marġini individwali tad-dumping u mill-kalkolu tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, it-tliet kumpaniji l-oħra. B'riżultat ta' dan, ma ġiet stabbilita l-ebda rata ta' dazju għal dawn it-tliet kumpaniji.

Eżami individwali

(17)

Produttur esportatur minnhom fit-Tajwan talab u saritlu analiżi individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

Il-kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ

(18)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet tar-RPĊ sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħra, f'każ li hemm, li jistgħu jkunu interessati li jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(19)

Tmien produtturi esportaturi fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erba' kumpaniji li jappartjenu għal żewġ gruppi fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jistgħu jiġu investigati b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernati, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

(b)   Formoli ta' talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”) għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(20)

Għall-għanijiet tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta' talba għal TES lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ li kkooperaw li jkunu fil-kampjun u lil produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li ma kinux inklużi fil-kampjun u li xtaqu japplikaw għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, lil assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Ħadd mill-produtturi esportaturi ma ddikjara TES.

(c)   Kwestjonarju

(21)

Il-Kummissjoni bagħtet il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Tajwaniżi fil-kampjun, lill-produtturi esportaturi li talbu analiżi individwali, lill-produtturi f'żewġ pajjiżi analogi potenzjali, kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun, lill-importaturi mhux relatati fil-kampjun, kif ukoll lill-utenti li daħlu f'kuntatt.

(22)

It-tweġibiet tal-kwestjonarji daħlu mingħand erba' produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, erba' produtturi esportaturi Tajwaniżi fil-kampjun (inklużi tnejn li sar magħruf li ma kinux produtturi esportaturi), produttur esportatur Tajwaniż li talab analiżi individwali, żewġ produtturi fl-Istati Uniti (pajjiż analogu), erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, erba' importaturi mhux relatati fil-kampjun, u sitt utenti.

(d)   Żjarat ta' verifika

(23)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li tqieset neċessarja għal determinazzjoni provviżorja ta' dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi tal-Unjoni

Acciai Speciali Terni S.P.A., Terni, l-Italja

Acerinox Europa SAU, Palmones-Los Barrios u Madrid, Spanja

Aperam Stainless Europe, La Plaine Saint Denis, Franza

Iċ-ċentru tas-servizz relatat ma' Acciai Speciali Terni S.P.A.

Terninox, Ceriano Laghetto, l-Italja

L-ilmentatur

Eurofer, Brussell, il-Belġju

Produtturi esportaturi fit-Tajwan

Chia Far Industrial Factory Co., Ltd, il-Belt ta' Taipei

Tang Eng Iron Works Co., Ltd, il-Belt ta' Kaohsiung

YC Inox Co., Ltd, il-belt ta' Chang-Hua Hsien

Yieh Mau Corporation, il-belt ta' Kaohsiung

Yieh United Steel Corporation, il-Belt ta' Kaohsiung

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Baosteel Stainless Co., Ltd, Shanghai

Ningbo Baoxin Stainless Co., Ltd, Ningbo

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd, il-belt ta' Taiyuan

Importatur relatat fl-Unjoni

Baosteel Europe GmbH, Hamburg, il-Ġermanja

(24)

Il-Kummissjoni pproċediet bis-smigħ, inkluż is-smigħ tal-Uffiċjal tas-Seduta ma' produtturi esportaturi, assoċjazzjonijiet u importaturi.

1.4.   Perjodu tal-investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(25)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2013 u l-31 ta' Diċembru 2013 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-analiżi tax-xejriet relevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2010 u tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(26)

Il-prodott ikkonċernat huwa prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli llaminati bil-kesħa, mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bil-kesħa (imnaqqsin bil-kesħa) li joriġinaw fir-RPĊ u t-Tajwan u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81 u 7220 20 89 (“il-prodott konċernat”).

(27)

Il-prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti jintużaw f'għażla wiesgħa ta' applikazzjonijiet, pereżempju fil-produzzjoni tal-apparati domestiċi (ngħidu aħna, in-naħa ta' ġewwa tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-platti), tubi wweldjati u tagħmir mediku kif ukoll fl-ipproċessar tal-ikel u fl-industriji tal-karozzi.

(28)

L-investigazzjoni wriet li t-tipi differenti tal-prodott konċernat kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u bażikament jintużaw għall-istess għanijiet.

2.2.   Il-prodott simili

(29)

Instab li, essenzjalment, il-pprodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli llaminati bil-kesħa prodotti u mibjugħa fil-pajjiżi konċernati u fil-pajjiż analogu għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi bażiċi bħall-prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli llaminati bil-kesħa prodotti fil-pajjiżi kkonċernati u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għalhekk jitqiesu simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Dikjarazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott

(30)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li wħud mit-tipi ta' prodotti (inklużi l-istrippi dojoq u ta' preċiżjoni) għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni, għaliex il-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux ifornu bis-sħiħ dawn is-segmenti tas-suq. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li huma kapaċi jfornu bis-sħiħ lil dawn is-segmenti tas-suq.

(31)

Rigward l-istrippi ta' preċiżjoni, l-istess partijiet argumentaw li d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ddeċieda li jeskludi dan it-tip ta' prodott mis-suq tal-prodott relevanti fl-analiżi tiegħu tal-każ ta' fużjoni Outokumpu/INOXUM (5). Madankollu, id-definizzjoni tas-suq f'każ ta' fużjoni tiffoka fuq is-sostituzzjoni min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista. F'każ ta' antidumping, is-suq huwa ddefinit mill-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott taħt investigazzjoni. Għalhekk, f'każ ta' antidumping it-tipi ta' prodott jistgħu jkunu differenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti parametri (wisa', tolleranzi, proprjetajiet mekkaniċi). Barra minn hekk, dan it-tip ta' prodott kien sa mill-bidu nett parti mill-investigazzjoni għax il-produtturi tal-Unjoni ta' strippi ta' preċiżjoni kienu kkuntattjati fl-eżerċizzju kurrenti.

(32)

Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx it-talba u saħqet li l-ambitu tal-prodott taħt investigazzjoni għandu jibqa' kif inhu.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Ir-RPĊ

3.1.1.   Il-valur normali

3.1.1.1.   Trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)

(33)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku l-Kummissjoni tiddetermina valur normali skont l-Artikolu 2 minn (1) sa (6) ta' dak ir-Regolament għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li stqarrew u wrew li huma konformi mal-kriterji tal-Artikolu 2(7)(c) ta' dak ir-Regolament u għalhekk jistgħu jingħataw TES.

(34)

Biex tiddetermina jekk il-kriterji tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ntlaħqux, il-Kummissjoni kisbet l-informazzjoni neċessarja billi talbet lill-produtturi esportaturi kkonċernati biex jimlew il-formola tat-talba ta' TES. Ħadd minnhom ma ddikjara TES.

3.1.1.2.   Il-pajjiż analogu

(35)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien determinat fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur maħluq f'pajjiż b'ekonomija tat-tielet suq għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES. Għal dan il-għan, ried jintgħażel pajjiż analogu.

(36)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lil partijiet interessati li qieset lill-Istati Uniti bħala pajjiż analogu xieraq u stiednet partijiet interessati biex jikkummentaw.

(37)

Il-Kummissjoni kkuntattjat numru ta' pajjiżi analogi potenzjali (l-Indja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, it-Tajwan u l-Istati Uniti) u fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslitilha talbet lil 32 produttur magħruf tal-prodott simili fl-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti biex jipprovdu l-informazzjoni. Ma waslitx informazzjoni dwar produtturi fl-Indja u, għaldaqstant, l-Indja ma setgħetx titqies bħala pajjiż analogu potenzjali. It-Tajwan huwa soġġett għall-istess investigazzjoni u, għalhekk, l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi investigati ġiet ikkunsidrata għal dan l-għan.

(38)

Żewġ produtturi biss fl-Istati Uniti wieġbu l-kwestjonarju tal-produtturi tal-pajjiż analogu. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tagħżel bejn l-Istati Uniti u t-Tajwan.

(39)

Fl-Istati Uniti hemm tal-anqas erba' produtturi kbar tal-prodott simili (tlieta huma vertikalment integrati u wieħed le), u l-produzzjoni u l-konsum totali huma paragunabbli ma' dawk tar-RPĊ. Fit-Tajwan, hemm grupp wieħed kbir vertikalment integrat ta' produtturi li qed imexxi s-suq, irrispettivament mill-eżistenza ta' produtturi żgħar li mhumiex integrati. Il-proċess ta' produzzjoni fl-Istati Uniti hu simili għal dak fit-Tajwan u kważi simili għal dak ta' xi produtturi esportaturi fir-RPĊ. Fil-biċċa l-kbira tagħha, il-materja prima użata fl-Istati Uniti u t-Tajwan hija l-istess. Hemm dazji antidumping kontra l-Ġappun, il-Korea t'Isfel u t-Tajwan fl-Istati Uniti u kontra r-RPĊ u l-Korea t'Isfel fit-Tajwan. Madankollu, l-importazzjonijiet tal-prodott simili fl-Istati Uniti u t-Tajwan huma sostanzjali, u jirrappreżentaw madwar 17 % u 37 % rispettivament tal-konsumi totali tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-pajjiżi ewlenin li jesportaw lejn l-Istati Uniti jinkludu: Il-Messiku, ir-RPĊ, it-Tajwan, Franza, il-Finlandja, il-Ġappun u l-Ġermanja u lejn it-Tajwan: ir-RPĊ, il-Korea t'Isfel, il-Ġappun, il-Finlandja u l-Vjetnam.

(40)

Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi, l-Istati Uniti tqiesu iktar xierqa bħala pajjiż analogu għal żewġ raġunijiet ewlenin:

(i)

filwaqt li s-suq fl-Istati Uniti hu kompetittiv ħafna, is-suq u l-prezzijiet tal-prodotti SSCR fit-Tajwan jiddependu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, minn grupp wieħed ta' kumpaniji;

(ii)

is-suq domestiku fit-Tajwan hu ferm iżgħar minn dak tar-RPĊ u tal-Istati Uniti.

(41)

Il-partijiet interessati opponew l-użu tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu l-aktar minħabba l-allegat proċess differenti ta' produzzjoni u t-tip differenti ta' materja prima użata fil-produzzjoni. Iddikjaraw li f'dan ir-rigward, it-Tajwan, li wkoll huwa soġġett għal din l-investigazzjoni, ikun pajjiż analogu aktar xieraq mill-Istati Uniti.

(42)

F'dan l-istadju l-Kummissjoni kkonkludiet li l-Istati Uniti hu pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.1.1.3.   Il-valur normali (pajjiż analogu)

(43)

L-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi li kkooperaw fil-pajjiż analogu intużat bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(44)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku taż-żewġ produtturi li kkooperaw fil-pajjiż analogu kinux rappreżentattivi, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili għall-klijenti indipendenti fis-suq domestiku jkun jirrappreżenta tal-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni ta' kull produttur esportatur Ċiniż fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali taż-żewġ produtturi tal-prodott simili li kkooperaw fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu kien rappreżentattiv.

(45)

Imbagħad il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħa f'livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi tal-prodott mibjugħa għall-esportazzjoni fl-Unjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(46)

Imbagħad il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjoni tal-bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(47)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott irrispettivament jekk dan il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(i)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li hu daqs jew ogħla mill-ispiża kkalkolata tal-produzzjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott; u

(ii)

il-prezz tal-bejgħ medju peżat ta' dak it-tip ta' prodott hu daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(48)

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet kollha li ġew irrappurtati bħala bejgħ domestiku, peress li ma kien hemm l-ebda raġuni biex tiddubita li huma kienu għall-konsum domestiku.

(49)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta' prodotti biss matul il-perjodu tal-investigazzjoni, jekk:

(i)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip; jew

(ii)

il-prezz medju peżat ta' dan it-tip ta' prodott huwa inqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

3.1.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(50)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun biegħu għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jew direttament lill-klijenti indipendenti jew, f'każ ta' produttur esportatur wieħed, permezz ta' kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur.

(51)

Jekk il-produtturi esportaturi biegħu għall-esportazzjoni l-prodott ikkonċernat direttament lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet li tħallsu jew li kellhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(52)

Jekk il-produttur esportatur biegħ għall-esportazzjoni l-prodott ikkonċernat permezz ta' kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, l-aġġustamenti tal-prezz saru għall-ispejjeż kollha li ġġarrbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż il-bejgħ ta' spejjeż ġenerali u amministrattivi (“SĠ&A”), u l-profitti akkumulati.

3.1.3.   Tqabbil

(53)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika.

(54)

Fejn dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, it-tariffi tal-bank u l-kummissjonijiet.

3.1.4.   Marġinijiet tad-dumping

(55)

Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju peżat ta' kull tip ta' prodott simili fil-pajjiż analogu (ara l-premessi minn (43) sa (49) iktar 'il fuq) mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(56)

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġnijiet tad-dumping medji peżati espressi bħala perċentwali tal-kost, l-assigurazzjoni, il-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni tat-trasport tal-merkanzija (cost, insurance, freight, “CIF”), u dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 1

Marġini tad-dumping, ir-RPĊ

Kumpanija

Marġini provviżorju tad-dumping

(%)

Baosteel Group: Baosteel Stainless Steel Co., Ltd; Ningbo Baoxin Stainless Steel Co., Ltd.

34,9

TISCO Group: Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd; Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co. Ltd.

29,2

(57)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġini tad-dumping medju peżat, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dak il-marġini kien stabbilit fuq il-bażi tal-medja peżata tal-marġnijiet tad-dumping tal-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(58)

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġini tad-dumping provviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ta' 30,0 %.

(59)

Għall-produtturi esportaturi kollha l-oħrajn fil-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġini tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta' kooperazzjoni huwa l-volum ta' esportazzjonijiet ta' produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni, mogħti bħala proporzjon tal-valur totali tal-esportazzjonijiet — kif irrapportat fl-istatistika dwar l-importazzjoni tal-Eurostat — mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(60)

Il-livell ta' kooperazzjoni kien ikkunsidrat għoli u fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġini residwu tad-dumping fil-livell tal-kumpanija fil-kampjun bl-ogħla marġini tad-dumping.

(61)

Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 2

Marġini tad-dumping, ir-RPĊ

Kumpanija

Marġini provviżorju tad-dumping

(%)

Baosteel Group: Baosteel Stainless Steel Co., Ltd; Ningbo Baoxin Stainless Steel Co., Ltd.

34,9

TISCO Group: Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd; Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co. Ltd.

29,2

Kumpaniji oħra li kkooperaw

30,0

Il-kumpaniji kollha l-oħrajn

34,9

3.2.   It-Tajwan

3.2.1.   Il-valur normali

(62)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għal kull produttur esportatur investigat kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Bil-produtturi esportaturi investigati l-Kummissjoni kkunsidrat il-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, flimkien ma' produttur esportatur wieħed li ngħata analiżi individwali. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ bl-esportazzjoni tiegħu tal-prodott konċernat lill-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(63)

Il-Kummissjoni sabet li l-bejgħ domestiku rrapportat mill-produtturi esportaturi investigati kien jinkludi ammonti sinifikanti ta' prodott simili mibjugħ lil distributuri, li mbagħad ikomplu jesportawh. Kalkolu bbażat fuq id-dejta tal-produzzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-kumpaniji li kkooperaw u mill-istatistika dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodott simili fit-Tajwan, ikkonferma li l-bejgħ domestiku rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kien jinkludi madwar 50 % tal-bejgħ indirett bl-esportazzjoni li ma kienx għal konsum domestiku.

(64)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li teżisti sistema ta' skontijiet fis-suq domestiku fit-Tajwan. Wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun spjega li din is-sistema nħolqot biex tagħti inċentiv lil ċentri tas-servizzi lokali (distributuri) li jkomplu jesportaw il-prodotti tal-azzar tagħhom. Malli l-prezzijiet stabbiliti fis-suq domestiku miż-żewġ produtturi ewlenin, inkluż l-iskontijiet, ġew ikkomunikati b'mod wiesa' kull xahar mad-distributuri kollha, anke fin-nuqqas ta' skontijiet mogħtija minn produtturi oħra lill-klijenti tagħhom, l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti li jispiċċaw fis-suq domestiku u ta' dawk li jkomplu jiġu esportati, kien ferm influwenzat mis-sistema tal-prezzijiet li teżisti fit-Tajwan.

(65)

Fid-dawl ta' dawn is-sejbiet ta' verifika fuq il-post, tlieta mill-produtturi esportaturi ntalbu jerġgħu jeżaminaw il-bejgħ li kienu rrapportaw għas-suq domestiku fit-Tajwan u jneħħu l-bejgħ kollu li ma kienx għall-konsum domestiku. Madankollu, ikkonfermaw biss li ma kinux jafu bid-destinazzjoni finali tal-prodott simili li jbigħu lill-klijenti tagħhom.

(66)

Kif spjegat fil-premessa (63) hawn fuq u biex tiżgura li l-valur normali ma kienx ibbażat ukoll fuq prezzijiet stabbiliti għal esportazzjonijiet indiretti, il-Kummissjoni għażlet approċċ konservattiv għall-kalkoli provviżorji tad-dumping billi użat biss il-bejgħ irrapportat lill-utenti finali fit-Tajwan. Il-Kummissjoni kkunsidrat bħala utent finali lil kull operatur li kompla jittrasforma l-prodott simili fi prodott ieħor li ma baqax aktar l-istess prodott. Bejgħ lil distributuri jew kummerċjanti ġie esklużi mill-bejgħ domestiku minħabba li matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni sabet li wieħed mid-distributuri ewlenin fit-Tajwan li kien akkwista volum kbir tal-prodott simili rrappurta bħala bejgħ domestiku mill-fornituri tiegħu, esporta l-biċċa l-kbira ta' dawn il-volumi mixtrija.

(67)

Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali minn kull prodottur esportatur tal-prodott simili investigat fis-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(68)

Imbagħad il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta' prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi investigati b'bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(69)

Wara, il-Kummissjoni analizzat jekk it-tipi ta' prodotti mibjugħa mill-produtturi esportaturi investigati fis-suq domestiku tagħhom imqabblin mat-tipi ta' prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kinux rappreżentattivi, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b'esportazzjoni lejn l-Unjoni tat-tip ta' prodott identiku jew paragunabbli.

(70)

Imbagħad il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(71)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott irrispettivament minn dan il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(i)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li hu daqs jew ogħla mill-ispiża kkalkolata tal-produzzjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott; u

(ii)

il-prezz tal-bejgħ medju peżat ta' dak it-tip ta' prodott hu daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(72)

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(73)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta' prodotti biss matul il-perjodu tal-investigazzjoni, jekk:

(i)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip; jew

(ii)

il-prezz medju peżat ta' dan it-tip ta' prodott huwa inqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(74)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li għal xi tipi ta' prodotti, xi bejgħ domestiku ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju peżat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Skont dan, il-valur normali kien ikkalkolat bħala medja peżata tal-prezzijiet kollha tal-bejgħ domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni meta ġew issodisfati l-kundizzjonijiet tal-premessa (71) hawn fuq, jew bħala medja peżata tal-bejgħ bi profitt biss, meta dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati. Peress li ma kienx hemm biżżejjed bejgħ jew ma kienx hemm bejgħ ta' ċerti tipi ta' prodott tal-prodott simili, jew fejn ma kienx hemm bejgħ matul in-negozju ordinarju, il-Kummissjoni ħolqot il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(75)

Il-valur normali nħoloq billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi investigati matul il-perjodu tal-investigazzjoni:

(i)

l-ispejjeż tal-bejgħ medji peżati, ġenerali u amministrattivi ('SĠ&A') imġarrbin mill-produtturi esportaturi investigati mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, bin-negozju ordinarju, matul il-perjodu tal-investigazzjoni; u

(ii)

il-profitt medju peżat magħmul mill-prodotturi esportaturi investigati mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, matul in-negozju ordinarju, matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(76)

Għal wieħed mill-produtturi esportaturi investigati, il-prezz tal-produzzjoni ġie aġġustat. Peress li volum sinifikanti tal-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott simili kien akkwistat minn fornitur relatat ukoll, il-Kummissjoni biddlet il-kost tax-xiri ta' dawn l-inputs mal-kost tal-produzzjoni tal-inputs mill-produttur esportatur investigat.

(77)

Għall-istess produttur esportatur, il-Kummissjoni sabet ukoll li aġġustament għall-valur tar-rottamazzjoni ngħadd darbtejn għax il-volum tal-inputs ikkonvertiti fi prodotti lesti ġie rreġistrat bħala nett mir-rottamazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat it-tnaqqis tal-valur tar-rottamazzjoni mill-kost tal-produzzjoni tal-prodott lest.

(78)

Għat-tipi ta' prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, żdiedu l-ispejjeż SĠ&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru matul in-negozju ordinarju fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta' prodotti mhux mibjugħa fis-suq domestiku, jew li ma nstabx bejgħ għalihom matul in-negozju ordinarju, żdiedu l-ispejjeż SĠ&A medji peżati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha li saru matul in-negozju ordinarju fis-suq domestiku.

3.2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(79)

Il-produtturi esportaturi investigati biegħu l-prodott ikkonċernat għall-esportazzjoni jew direttament lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni inkella permezz ta' distributuri indipendenti fit-Tajwan. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet attwali mħallsa jew li kellhom jitħallsu, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Tqabbil

(80)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi investigati fuq il-bażi ex-works.

(81)

Fejn dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, it-tariffi tal-bank u l-kummissjonijiet.

(82)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun naqsu milli jużaw ir-rati tal-kambju pprovduti lilhom fil-kwestjonarji tal-antidumping mibgħuta qabel iż-żjarat ta' verifika. Għalhekk, il-Kummissjoni reġgħet ikkalkolat il-valuri tat-tranżazzjoni bir-rati mogħtija fil-kwestjonarji.

3.2.4.   Marġinijiet tad-dumping

(83)

Għall-produtturi esportaturi investigati, inklużi żewġ kumpaniji relatati fil-kampjun u kumpanija waħda li saritilha analiżi individwali, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju peżat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni tat-tip ta' prodott li jikkorrispondi għal dak ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(84)

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġnijiet tad-dumping medju peżat provviżorju, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 3

Marġini tad-dumping, it-Tajwan

Kumpanija

Marġini provviżorju tad-dumping

(%)

Chia Far Industrial Factory Co., Ltd (eżami individwali)

12,0

Tang Eng Iron Works Co., Ltd u Yieh United Steel Corporation

10,9

(85)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġini tad-dumping medju peżat, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dak il-marġini kien stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(86)

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġini tad-dumping provviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ta' 10,9 %.

(87)

Għall-kumpaniji kollha l-oħrajn fil-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġini tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għall-fini ta' dan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' kooperazzjoni. Il-livell ta' kooperazzjoni huwa l-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-kumpaniji li kkooperaw mogħti bħala proporzjon tal-volum totali tal-esportazzjonijiet — kif irrapportat fl-istatistika dwar l-importazzjoni tal-Eurostat — mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(88)

Il-livell ta' kooperazzjoni f'dan il-każ kien ikkunsidrat għoli u fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġini residwu tad-dumping fil-livell tal-kumpanija fil-kampjun bl-ogħla marġini tad-dumping.

(89)

Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 4

Marġini tad-dumping, it-Tajwan

Kumpanija

Marġini provviżorju tad-dumping

(%)

Chia Far Industrial Factory Co., Ltd.

12,0

Tang Eng Iron Works Co., Ltd u Yieh United Steel Corporation

10,9

Kumpaniji oħra li kkooperaw

10,9

Il-kumpaniji kollha l-oħrajn

12,0

4.   DANNU

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(90)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn disa' produtturi magħrufa fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(91)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet stabbilita għal aktar minn 3 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-figura fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-industrija tal-Unjoni, bħal informazzjoni miġbura mill-produtturi fil-kampjun u d-dejta mill-ilment għall-prodotturi l-oħra tal-Unjoni. L-ikbar produttur tal-Unjoni la kkoopera u lanqas ma kkontesta l-ilment. Sitt produtturi tal-Unjoni li jagħmlu madwar 55 % tal-bejgħ u l-produzzjoni fl-Unjoni kkooperaw fl-investigazzjoni. Kif indikat fil-premessa (8) iktar 'il fuq, intgħażlu erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li bejniethom jirrappreżentaw madwar 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

(92)

Il-partijiet interessati argumentaw li produttur wieħed tal-Unjoni fil-kampjun għandu jkun eskluż mid-definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni, għax importa kwantitajiet sinifikanti tal-prodott konċernat. Madankollu, l-importazzjonijiet tal-prodottur tal-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati ammontaw għal inqas minn 5 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott konċernat, u inqas minn 2 % tal-volum tal-bejgħ tagħhom fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, f'dan l-istadju dan il-produttur tal-Unjoni nżamm bħala parti mill-Industrija tal-Unjoni.

(93)

Il-partijiet interessati argumentaw li n-nuqqas ta' inklużjoni tal-akbar produttur tal-Unjoni fil-kampjun jagħmel il-kampjun wieħed mhux rappreżentattiv. Kif indikat diġà, l-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun jirrappreżentaw madwar 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun kien rappreżentattiv. L-akbar produttur xorta waħda ma daħalx f'kuntatt.

4.2.   Konsum fl-Unjoni

(94)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volumi ta' bejgħ tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni miġbura mill-produtturi fil-kampjun, id-dejta mill-ilment għall-prodotturi oħra tal-Unjoni u mid-dejta fuq il-volumi ta' importazzjoni fis-suq tal-Unjoni miġbura mill-istatistika tal-Eurostat.

(95)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Il-konsum tal-Unjoni

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Konsum fl-Unjoni (tunnellati)

3 161 737

3 250 977

3 256 438

3 300 127

Indiċi

100

103

103

104

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, ilment, Eurostat

(96)

Il-konsum tal-Unjoni baqa' jikber b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(97)

Il-Kummissjoni stħarrġet jekk l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li oriġina mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx ikunu vvalutati b'mod kumulattiv, skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(98)

Il-marġini tad-dumping stabbilit b'rabta mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajwan kien ogħla mil-limiti de minimis stabbiliti fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż konċernat ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. L-ishma tas-suq fil-perjodu tal-investigazzjoni kienu ta' 5,1 % għat-Tajwan u 4,3 % għar-RPĊ.

(99)

Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ta' bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u mit-Tajwan u l-prodott simili kienu simili. B'mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kkompetew ma' xulxin u mal-prodott simili prodott fl-Unjoni għaliex il-prodotti kollha jikkonformaw mal-istess standards globali u għalhekk huma interkambjabbli. Barra minn hekk, jinbiegħu bl-istess mezzi ta' bejgħ u lil kategoriji simili ta' klijenti.

(100)

L-Assoċjazzjoni tal-Industriji tal-Azzar u l-Ħadid tat-Tajwan ('TSIIA') argumentat li l-Kummissjoni m'għandhiex tivvaluta b'mod kumulattiv l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u t-Tajwan. Iddikjarat li għalkemm il-prodott SSCR jista' jitqies li huwa simili skont ir-Regolament bażiku, il-bejgħ mit-Tajwan fis-suq tal-Unjoni m'għandux l-istess kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bħall-prodotti importati miċ-Ċina. Dawn huma differenti l-aktar fir-rigward tal-gradi u l-kwalità. Il-prodotti Tajwaniżi huma ta' kwalità ogħla.

(101)

Id-dikjarazzjoni dwar il-gradi differenti tirreferi biss għall-prodotti ta' speċjalità li jammontaw għal inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet. Barra minn hekk, il-prodotti kollha (UE, Ċiniżi u Tajwaniżi) huma konformi mal-istess standards dinjija u ma tressqu l-ebda dikjarazzjonijiet li jikkwantifikaw differenzi fil-propjetajiet fiżiċi ta' bejn il-prodott simili prodott fl-Unjoni u l-importazzjonijiet, u għalhekk l-argument ma kienx sostnut. B'konsegwenza, it-talba ġiet miċħuda.

(102)

Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan kienu eżaminati b'mod kumulattiv għall-iskopijiet tad-determinazzjoni tad-dannu.

4.3.2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(103)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-volum tal-importazzjonijiet miksuba mill-istatistika tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq l-istess bażi.

(104)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Il-volum tal-importazzjoni (tunnellati) u s-sehem tas-suq

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

56 477

95 876

87 759

143 420

Indiċi

100

170

155

254

Sehem mis-suq (%)

1,8

2,9

2,7

4,3

Indiċi

100

165

151

243

Volum ta' importazzjonijiet mit-Tajwan (tunnellati)

127 664

173 968

132 392

169 097

Indiċi

100

136

104

132

Sehem mis-suq (%)

4,0

5,4

4,1

5,1

Indiċi

100

133

101

127

Volum ta' importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati (tunnellati)

184 140

269 845

220 151

312 517

Indiċi

100

147

120

170

Sehem mis-suq (%)

5,8

8,3

6,8

9,5

Indiċi

100

143

116

163

Sors: Eurostat

(105)

L-importazzjonijiet kumulattivi mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'70 % minn 184 140 tunnellata għal 312 517-il tunnellata bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni. L-importazzjonijiet żdiedu b'mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat b'eċċezzjoni tal-2012 meta l-volumi tal-importazzjonijiet kienu ogħla minn dawk tal-2010 imma inqas mil-livell tal-2011.

(106)

Is-sehem kumulattiv mis-suq żdied bi 63 % minn 5,8 % għal 9,5 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod simili għall-volum tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq żdied b'mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2012.

4.3.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz

(107)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-valur u l-volum tal-importazzjonijiet miksuba mill-istatistika tal-Eurostat. It-twaqqigħ fil-prezz tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mibgħuta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, mill-produtturi esportaturi fil-kampjun u mill-produttur esportatur li saritlu analiżi individwali kif indikat fil-premessa (17) iktar 'il fuq.

(108)

Il-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppa hekk:

Tabella 7

Prezzijiet tal-Importazzjoni

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Ir-RPĊ (EUR/tunellata)

2 175

2 280

2 253

2 008

Indiċi

100

105

104

92

It-Tajwan (EUR/tunellata)

2 268

2 414

2 143

1 897

Indiċi

100

106

94

84

Il-pajjiżi kkonċernati (EUR/tunellata)

2 239

2 366

2 187

1 948

Indiċi

100

106

98

87

Sors: Eurostat

(109)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni tar-RPĊ u t-Tajwan għall-ewwel żdiedu b'6 punti perċentwali bejn l-2010 u l-2011. Maż-żmien, naqqsu 19-il punt perċentwali għal tnaqqis totali ta' 13 %. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan segwew xejra simili, b'eċċezzjoni tal-2012 li xorta wriet prezzijiet paragunabbli ogħla għar-RPĊ, imma diġà kien hemm prezzijiet paragunabbli baxxi għat-Tajwan. Għaż-żewġ pajjiżi, il-prezzijiet komplew jonqsu bejn l-2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni.

(110)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni billi qabblet:

(i)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; u

(ii)

il-prezzijiet medji peżati li kkorrispondew għal kull tip ta' prodott tal-importazzjoni mill-prodotturi Ċiniżi u Tajwaniżi investigati lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi ta' CIF, b'aġġustament xierqa għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.

(111)

It-tqabbil tal-prezz sar fuq bażi ta' “tip b'tip” għat-tranżazzjonijiet aġġustati kif xieraq fejn kien hemm bżonn, u wara t-tnaqqis ta' skontijiet, kummissjonijiet u spejjeż tal-kunsinna. Ir-riżultat tat-tqabbil ingħata bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan wera marġini tat-twaqqigħ medju peżat ta' bejn id-9,6 % u l-11,3 % għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fis-suq tal-Unjoni.

(112)

L-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi kważi jbigħu b'mod esklużiv lil distributuri indipendenti jew lil ċentri tas-servizzi tal-azzar, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni biegħet lil distributuri, ċentri tas-servizzi tal-azzar u lil utenti finali. L-investigazzjoni madankollu ma wrietx li din id-differenza ta' livell ta' negozju kellha impatt fuq il-prezzijiet. Bil-maqlub ta' dan, id-distributuri indipendenti u ċ-ċentri tas-servizzi tal-azzar iddikjaraw li ma jiksbux termini ta' bejgħ aktar favorevoli mill-produtturi tal-Unjoni meta mqabbla mal-utenti.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(113)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fl-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(114)

Kif imsemmi fil-premessa (8) hawn fuq, il-kampjun intuża għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Erba' produtturi kienu inklużi fil-kampjun.

(115)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' ħsarat makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta miġbura mill-produtturi fil-kampjun u mid-dejta tal-ilment tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni. Id-dejta kienet tirrigwarda lill-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-dejta kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(116)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem tas-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġini tad-dumping.

(117)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost unitarju, il-kost lavorattiv, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-abbiltà li jiżdied il-kapital.

(118)

Il-partijiet interessati argumentaw li d-dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għandha tintuża b'mod konsistenti għall-valutazzjoni tad-dannu minflok ma jsir qsim tal-indikaturi f'indikaturi makroekonomiċi u indikaturi mikroekonomiċi. Argumentaw li l-analiżi separata ta' indikaturi makroekonomiċi u indikaturi mikroekonomiċi kienet soġġetta għal manipulazzjoni mill-ilmentatur, peress li dan jista' jimmanuvra l-ġbir tad-dejta fil-livell makroekonomiku, peress li d-deċiżjoni dwar jekk indikatur speċifiku kienx makroekonomiku jew mikroekonomiku kienet ibbażata fuq id-disponibbiltà tal-informazzjoni.

(119)

Il-Kummissjoni stabbiliet u analizzat l-indikaturi makroekonomiċi kif instabu fil-livell tal-Unjoni u mhux biss fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Huwa tassew ikkunsidrat li sa fejn huma kkonċernati l-indikaturi makroekonomiċi, dejta kompleta tal-industrija sħiħa tal-Unjoni, li tinkludi wkoll id-dejta mill-kumpaniji fil-kampjun, tirrifletti aħjar is-sitwazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat, minn dejta ta' parti biss tal-industrija.

(120)

Id-dejta ppreżentata mill-ilmentatur għall-evalwazzjoni ta' indikaturi makroekonomiċi kienet ikkunsidrata bħala preċiża u affidabbli. Il-validità tad-dejta ġiet iċċekkjata mal-informazzjoni sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Għas-saħħa tal-argument, l-analiżi tad-dannu b'mod konsistenti li tuża biss id-dejta pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, turi stampa aktar negattiva ta' indikaturi makroekonomiċi. Ma kien hemm l-ebda raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-ilmentatur deliberatament żamm informazzjoni biex jimmanipula l-analiżi tad-dannu. Għalhekk, ma hemmx raġuni għaliex għandha titwarrab l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur fir-rigward tal-indikaturi makroekonomiċi. Għaldaqstant, l-argument li l-analiżi tal-indikaturi tad-danni kollha għandha tkun limitata għall-informazzjoni mogħtija mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biss, ma tistax tintlaqa'.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(121)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni (laminazzjoni bil-lesħa) u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 8

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

3 195 908

3 159 359

3 222 857

3 036 688

Indiċi

100

99

101

95

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

4 174 027

4 261 161

4 284 261

4 330 161

Indiċi

100

102

103

104

L-użu tal-kapaċità (%)

77

74

75

70

Indiċi

100

97

98

92

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, ilment

(122)

Il-volum ta' produzzjoni baqa' stabbli bejn l-2010 u l-2012. Bejn l-2012 u l-perjodu ta' investigazzjoni, il-volum tal-produzzjoni naqas b'mod sinifikanti b'6 punti perċentwali għal tnaqqis globali ta' 5 % minkejja d-domanda stabbli.

(123)

Fl-istess ħin, il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'mod moderat b'4 % fil-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda żgħira fil-kapaċità tal-produzzjoni tista' tiġi attribwita għal użu aħjar tal-makkinarju minħabba l-programmi ta' effiċjenza mwettqa mill-industrija tal-Unjoni.

(124)

B'riżultat ta' dan, l-użu tal-kapaċità naqas bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa magħruf li 100 % tal-kapaċità ta' utilizzazzjoni ma tistax tinkiseb u mhijiex sostenibbli fit-tul fl-industrija SSCR. Madankollu, l-użu tal-kapaċità miksub mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat huwa ferm taħt il-kapaċità ta' utilizzazzjoni f'eċċess ta' 90 % li huwa meqjus li jista' jinkiseb b'mod sostenibbli fuq medda twila ta' żmien fil-livell tal-produzzjoni. Barra minn hekk, peress li d-differenza bejn il-kapaċità ta' produzzjoni u l-livell ta' produzzjoni sostenibbli fuq medda twila ta' żmien huwa minuri, dan ma jistax ikollu impatt fuq ix-xejra ta' tnaqqis murija mill-industrija tal-Unjoni.

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(125)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 9

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

2 641 033

2 637 819

2 732 237

2 631 508

Indiċi

100

100

103

100

Sehem mis-suq (%)

84

81

84

80

Indiċi

100

97

100

95

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, ilment

(126)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, b'volumi tal-bejgħ ftit ogħla fl-2012.

(127)

Peress li l-konsum tal-Unjoni kiber matul il-perjodu kkunsidrat kif indikat fil-premessa (96) iktar 'il fuq, il-volumi ġeneralment stabbli ta' bejgħ wasslu għal tnaqqis ta' 5 % fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Simili għall-volum tal-bejgħ, is-sena 2012 kellha bixra aktar pożittiva.

4.4.2.3.   It-tkabbir

(128)

Kif deskritt hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ġeneralment stabbli f'suq li kien qed jikber. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'mod sinifikanti. B'riżultat ta' dan, it-tkabbir tas-suq ta' madwar 140 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat kważi b'mod esklużiv wassal biex l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati jibbenefikaw, xi ħaġa li żiedet il-volumi tagħhom b'madwar 128 000 tunnellata matul l-istess perjodu. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħet bl-ebda mod tibbenefika mit-tkabbir tas-suq.

4.4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(129)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

L-impjiegi u l-produttività

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Numru ta' impjegati

13 223

12 978

12 471

11 820

Indiċi

100

98

94

89

Produttività (tunnellata/impjegat)

242

235

258

257

Indiċi

100

97

107

106

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, ilment

(130)

In-numru ta' impjegati tal-industrija tal-Unjoni naqas b'żewġ punti perċentwali fl-2011, u b'erba' punti perċentwali oħra fl-2012 u saħansitra b'ħames punti perċentwali oħra fil-perjodu tal-investigazzjoni, u dan wera tendenza ċara ta' tnaqqis. Ir-razzjonalizzazzjoni tal-għadd ta' impjegati tista' tkun attribwita għall-implimentazzjoni ta' pjani diversi ta' “effikaċja” mill-produtturi tal-Unjoni u t-tnaqqis fil-volum ta' produzzjoni.

(131)

L-industrija SSCR hija ġeneralment meqjusa bħala industrija li tuża kapital kbir. Madankollu, l-ammont ta' impjiegi provduti mill-industrija tal-Unjoni huwa sinifikanti. Barra minn hekk, l-ispejjeż tax-xogħol huma t-tieni l-iktar fattur ta' spiża importanti wara l-materja prima, li bħala medja tammonta għal madwar 10 % — 15 % tal-ispejjeż totali. L-impjiegi għalhekk huma indikatur rilevanti ta' dannu għal din l-industrija.

(132)

Il-produttività tal-industrija tal-Unjoni naqset ftit fl-2011 bi tliet punti perċentwali, imbagħad fl-2012 żdiedet b'10 punti perċentwali u reġgħet naqset b'punt perċentwal fil-perjodu tal-investigazzjoni. B'mod ġenerali, din għoliet b'sitt punti perċentwali minn 242 tunnellata għal 257 tunnellata għal kull impjegat fil-perjodu kkonċernat, minkejja t-tnaqqis fin-numru ta' impjegati, li wassal għal effikaċja ikbar.

4.4.2.5.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

(133)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b'mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta tqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(134)

Din hi t-tieni investigazzjoni antidumping dwar il-prodott ikkonċernat. L-importazzjonijiet tal-istess prodott li oriġina fir-RPĊ, il-Korea t'Isfel u t-Tajwan, diġà kienu soġġetti għal investigazzjoni fl-2008-2009 (6). Minkejja li din l-investigazzjoni ma wasslitx għall-impożizzjoni ta' miżuri antidumping, l-investigazzjoni stabbilixxiet b'mod provviżorju l-eżistenza tad-dumping li diġà kien hemm dak iż-żmien (7).

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(135)

Il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità (EUR/tunnellata)

2 428

2 572

2 358

2 159

Indiċi

100

106

97

89

Il-kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

2 247

2 345

2 149

1 939

Indiċi

100

104

96

86

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(136)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati naqsu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li fl-2011 il-prezzijiet żdiedu b'6 %, sa tmiem il-perjodu kkunsidrat dawn niżlu bi 17-il punt perċentwali.

(137)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni totali ta' SSCR (inklużi oġġetti eventwalment esportati) fil-biċċa l-kbira segwa x-xejra tal-prezzijiet tal-bejgħ u naqas b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, minħabba li l-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost unitarju tal-produzzjoni mhumiex direttament komparabbli minħabba li hemm ċertu differenza fiż-żmien bejn il-produzzjoni u l-bejgħ. Hekk kif il-livell medju ta' inventarji tal-industrija tal-Unjoni ammonta għal madwar 15 % tal-valur tal-bejgħ, fil-medja hemm distakk ta' żmien ta' kważi xahrejn bejn il-produzzjoni u l-bejgħ.

(138)

Ġeneralment, kemm il-kostijiet tal-produzzjoni kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ huma bbażati fuq l-iżvilupp tal-ispejjeż tal-materja prima, l-aktar il-kromu u n-nikil. Il-prezzijiet miżmuma mill-industrija tal-Unjoni qed isegwu l-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta' “ħlas addizzjonali fuq il-liga”. F'dan il-mekkaniżmu, il-prezzijiet jikkonsistu fi “prezz bażiku” fiss u “ħlas addizzjonali fuq il-liga” li jogħla u jinżel skont il-kompożizzjoni kimika tal-grad tal-azzar u l-istimi tal-ligi tal-London Metal Exchange ('LME). Għalhekk, il-prezzijiet huma marbuta mal-grad tal-azzar u l-ispejjeż korrispondenti tal-materja prima.

(139)

Il-partijiet interessati ssuġġerixxew li x-xejra tal-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għandha tiġi analizzata mingħajr il-“ħlas addizzjonali fuq il-liga”. Peress li l-industrija tal-Unjoni ma tinfluwenzax il-prezz tan-nikil, il-partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni għandha tara biss il-“prezz bażiku”.

(140)

Il-prezz totali jikkonsisti sewwasew fil-prezz bażiku u l-ħlas addizzjonali fuq il-liga u l-klijenti normalment ikunu konxji ta' dan il-qsim. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta' investigazzjoni, dawn iż-żewġ elementi tal-prezz ma kinux normalment mistqarra separatament fuq il-fattura. F'każijiet bħal dawn, id-dokumenti kummerċjali li kienu jeżistu qabel il-fattura bħall-ordni jew l-konferma tal-ordni konferma normalment ma tindikax dawn iż-żewġ elementi b'mod separat.

(141)

Għalhekk, l-iżvilupp tal-prezz bażiku ġie analizzat abbażi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament sottomessa mill-partijiet interessati. Din l-informazzjoni turi t-tqassim dettaljat tal-prezz totali mitlub għall-prodotti ta' grad ta' komodità 304 (8) fil-Ġermanja (9) fil-prezz bażiku u tal-ħlas addizzjonali fuq il-liga. Filwaqt li l-ħlas addizzjonali fuq il-liga jvarja skont l-iżvilupp fl-ispejjeż tal-materja prima, il-prezz bażiku naqas matul il-perjodu meqjus b'madwar 20 % minn madwar EUR 1 200/tunnellata metrika fl-2010 għal madwar EUR 1 000/tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni. Filwaqt li l-livell tat-tnaqqis tista' ma jkunx neċessarjament rappreżentattiv għall-prodotti kollha u l-produtturi kollha tal-Unjoni, il-kobor tat-tnaqqis jappoġġa l-konklużjoni li mhux biss il-livell ta' ħlas addizzjonali fuq il-liga, iżda wkoll il-livell tal-prezz bażiku segwew xejra ta' tnaqqis.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(142)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Spejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

57 071

58 068

59 684

61 826

Indiċi

100

102

105

108

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(143)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat kienu qed jiżdiedu matul il-perjodu kkunsidrat u żdiedu b'mod ġenerali bi 8 % bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni.

4.4.3.3.   Inventarji

(144)

Il-livelli tal-ħażna tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Inventarji

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

242 166

238 818

208 021

225 418

Indiċi

100

99

86

93

Il-ħażniet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

15

16

14

15

Indiċi

100

103

90

99

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(145)

Il-volum tal-ħażniet baqa' pjuttost stabbli bejn l-2010 u l-2011, imbagħad naqas bi 13-il punt perċentwali fl-2012 u tela' ftit b'7 punti perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni. B'mod ġenerali, dan naqas b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Peress li ħafna mill-produzzjoni ssir fuq ordni, il-ħażniet mhumiex indikatur siewi f'din l-industrija.

4.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital.

(146)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 14

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tad-dħul tal-bejgħ)

– 0,6

– 1,3

– 2,1

– 1,6

Indiċi

– 100

– 214

– 330

– 253

Fluss tal-flus (miljuni ta' EUR)

– 199

107

– 10

– 39

Indiċi

– 100

54

– 5

– 20

Investimenti (miljuni ta' EUR)

1 504

1 375

1 279

1 244

Indiċi

100

91

85

83

Redditu fuq l-investimenti (%)

– 1,2

– 2,9

– 4,3

– 3,1

Indiċi

– 100

– 246

– 370

– 269

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(147)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ngħata bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profitabbiltà tal-produtturi fil-kampjun kienet negattiva matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat — naqset b'1,5 punti perċentwali bejn l-2010 u l-2012 u rkuprat ftit fil-perjodu tal-investigazzjoni b'0,5 punti perċentwali biex laħqet – 1,6 %. Kif spjegat fil-premessa (141) hawn fuq, il-profittabilità negattiva kienet prinċipalment minħabba tnaqqis kontinwu fil-prezz bażiku u mhux minħabba instabbiltà tal-prezzijiet għall-materja prima bħal nikil.

(148)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-ħila tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-fluss tal-flus kien negattiv fi tlieta mill-erba' snin ikkunsidrati — tjieb fl-2011, imma mbagħad reġa' beda nieżel. It-titjib temporanju fl-2011 sar l-aktar minħabba t-tnaqqis sinifikanti tal-ħażniet ta' prodotti nofshom lesti.

(149)

L-investimenti wrew xejra ta' tnaqqis — fl-2011 naqsu b'9 %, fl-2012 naqqsu b'6 % oħra u bi 2 % oħra fil-perjodu tal-investigazzjoni. B'mod ġenerali, dawn naqsu bi 17-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

(150)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti. Dan kien negattiv fl-erba' snin ikkunsidrati. Fl-2011 naqas b'146 %, fl-2012 b'124 % ulterjuri u laħaq iċ-ċifra ta' – 3,1 % fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(151)

Il-ħila li jiżdied il-kapital tal-erba' produtturi fil-kampjun kien affettwat b'mod negattiv, għax minħabba ċ-ċifri negattivi fil-profitt tagħhom, ma kinux f'pożizzjoni li jiksbu finanzjament mill-banek. Il-produtturi kellhom isibu fondi pprovduti minn gruppi oħra ta' kumpaniji.

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(152)

Ħafna mill-indikaturi tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-produzzjoni naqas b'5 %, u dan wassal għal tnaqqis fl-użu tal-kapaċità ta' 8 %. Il-volumi stabbli tal-bejgħ f'suq li qed jikber wasslu għal tnaqqis fis-sehem tas-suq ta' 5 %. L-impjiegi naqsu b' 11 % filwaqt li l-ispejjeż tax-xogħol żdiedu b'8 %. L-investimenti naqsu b'17 %, filwaqt li r-redditu fuq l-investimenti baqa' negattiv matul il-perjodu kkunsidrat u wera xejra li sejra għall-agħar.

(153)

L-uniċi fatturi ta' dannu li wrew xejra kemxejn pożittiva huma l-kapaċità tal-produzzjoni u l-produttività. Fi kwalunkwe każ, din iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni taqbel maż-żieda fil-konsum tul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fil-produttività seħħet bis-saħħa tat-tnaqqis fin-numru tal-impjegati.

(154)

Ċerti fatturi ta' dannu kellhom żvilupp temporanju aktar pożittiv fl-2011 jew fl-2012 meta mqabbla mas-snin preċedenti, imbagħad reġgħu naqsu — bħas-sehem mis-suq, il-prezzijiet tal-bejgħ, u l-kost tal-produzzjoni. Il-profittabbiltà kienet negattiva fl-erba' snin kollha, u l-fluss tal-flus kien negattiv fi tlieta mill-erba' snin.

(155)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(156)

Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stħarrġet jekk l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi oħrajn magħrufa setgħux fl-istess ħin iddanneġġaw lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra barra l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għal importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, in-nefqa tal-enerġija, il-kapaċità żejda, u l-kompetizzjoni fl-Unjoni.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(157)

Il-konsum tal-Unjoni żdied b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat, imma fl-istess ħin il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati żdied b'70 % filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni wera xejra ta' tnaqqis. Ix-xejra li fiha l-importazzjonijiet kisbu sehem mis-suq u x-xejra li fiha l-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem mis-suq instab li kienu jikkorrispondu. Is-sehem miżjud fis-suq tal-importazzjonijiet naqas fl-2012 u reġa' tela' fil-perjodu tal-investigazzjoni, filwaqt li t-tnaqqis fis-suq mill-industrija tal-Unjoni naqas ukoll fl-2012 u reġa' niżel fil-perjodu tal-investigazzjoni. Għalhekk jidher ċar li s-sehem mis-suq mitluf tal-industrija tal-Unjoni kien jikkorrelata maż-żieda tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(158)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqsu bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 11 % matul l-istess perjodu. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'9,6 % — 11,3 %, u għalhekk għamlu pressjoni fuq il-prezz fl-industrija tal-Unjoni. L-imġiba tal-prezz taż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni biex iżżomm sehemha fis-suq jew biex tibda tagħmel profitt.

(159)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li l-prodotti importati mill-pajjiżi kkonċernati mhumiex qed jikkompetu mal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. Allegatament, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati huma fil-biċċa l-kbira tagħhom prodotti rqaq bi ħxuna ta' inqas minn 2 mm, filwaqt li prodotti eħxen minn hekk huma forniti l-aktar mill-industrija tal-Unjoni. Din l-allegazzjoni ma sabitx konferma fil-fatti stabbiliti mill-investigazzjoni. Tabilħaqq, il-produtturi esportaturi u l-industrija tal-Unjoni jbigħu prodotti eħxen minn 2 mm kif ukoll prodotti rqaq b'inqas ħxuna. Barra minn hekk, bħala medja, il-proporzjon ta' prodotti ħoxnin vs. prodotti rqaq huwa simili b'madwar 30 % — 35 % kemm għall-industrija tal-Unjoni kif ukoll għall-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati.

(160)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li ma kienx hemm korelazzjoni bejn il-livell u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. B'mod partikolari, irreferew għat-tnaqqis tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet stabbli mir-RPĊ fl-2011-2012 li allegatament ma setgħux ikkawżaw it-tnaqqis fil-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni. Fl-istess ħin, it-telf tal-industrija tal-Unjoni żdied u l-volum tal-bejgħ kien pjuttost stabbli.

(161)

Madankollu, din l-analiżi tiffoka apposta fuq sentejn biss għalihom, minflok fuq il-perjodu sħiħ ikkunsidrat. Meta ġie analizzat il-perjodu sħiħ, deher ċar li ż-żieda b'saħħitha fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mhux biss wasslet għad-deterjorament tal-profitti imma wasslet ukoll għal telf fis-sehem tas-suq mill-industrija tal-Unjoni u għal tnaqqis fil-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-impjiegi, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti. Filwaqt li s-sena 2012 ma segwietx b'mod strett ix-xejra ġenerali, din baqgħet negattiva. L-għan tal-valutazzjoni tal-indikaturi tad-danni fuq perjodu itwal ta' erba' snin isir l-aktar biex ikun evitat milli jintlaħqu konklużjonijiet fuq il-bażi ta' żviluppi iżolati, jekk ikun hemm. L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miż-żewġ pajjiżi kkonċernati xorta waħda ġew ivvalutati b'mod kumulattiv għar-raġunijiet spjegati fil-premessi minn (97) sa (102) hawn fuq. Għalhekk, ma kienx ġustifikabbli li jiġu vvalutati l-effetti indipendenti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ waħedhom.

(162)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li s-sehem mis-suq li l-industrija tal-Unjoni tilfet għall-importazzjonijiet mit-Tajwan kien insinifikanti. Skont l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, l-importazzjonijiet mit-Tajwan kienu jammontaw għal sehem mis-suq ta' 4,98 % fil-perjodu tal-investigazzjoni, u żdiedu b'1,09 % bejn l-2010 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Il-partijiet interessati ddikjaraw li għalhekk kien impossibbli li l-esportazzjonijiet Tajwaniżi kkawżaw dannu li l-ilmentaturi ddikjaraw li ġarrbu.

(163)

Skont is-sejbiet tal-investigazzjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan żdied b'mod ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq il-5,1 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni. L-investigazzjoni stabbilixxiet biċ-ċar ukoll li dawn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping waqqgħu b'mod sostanzjali l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, għall-kuntrarju ta' dak li qalet il-parti interessata, l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mit-Tajwan għamlu pressjoni fuq il-prezz u, flimkien mal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina, ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni kif diskuss hawn fuq. Jitfakkar li l-effetti tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kkonċernati kienu vvalutati b'mod kumulattiv għar-raġunijiet spjegati fil-premessi minn (97) sa (102) iktar 'il fuq. Għalhekk, l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mit-Tajwan biss ma kinux ivvalutati b'mod indipendenti.

(164)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li l-kwantità tal-importazzjonijiet Tajwaniżi kienet esaġerata għax allegatament kienet tinkludi kwantitajiet sinifikanti ta' SSCR ta' oriġini Ċiniża jew Koreana li kienu ddikjarati bi żball bħala Tajwaniżi. Madankollu, din l-allegazzjoni ma kinitx sostnuta mill-evidenza.

(165)

Madankollu, il-kumpaniji Tajwaniżi li qed jikkooperaw (produtturi u partijiet oħrajn) irraportaw esportazzjonijiet li jirrappreżentaw il-maġġoranza kbira tat-total tal-importazzjonijiet mit-Tajwan. Għalhekk, il-kwistjoni tal-prodotti Tajwaniżi li allegatament kienu ddikjarati bi żball seta' kellha impatt limitat ħafna, jekk kellha.

(166)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li l-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Tajwaniżi, bħal dawk tal-industrija tal-Unjoni, segwew il-prezz tan-nikil. Filwaqt li tabilħaqq jista' jkun il-każ li maż-żmien ix-xejra tal-prezz tal-produtturi esportaturi segwiet ix-xejra tal-prezzijiet tal-materja prima, dan ma jindirizzax il-kwistjoni tal-livell assolut tal-prezz. F'dan ir-rigward, l-investigazzjoni sabet li kemm il-prezzijiet Ċiniżi kif ukoll dawk Tajwaniżi waqqgħu l-prezz tal-industrija tal-Unjoni b'9,6 % — 11,3 %. Jekk dan huwa minnu, l-argument li l-prezzijiet taċ-Ċina, it-Tajwan u tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw f'xejra simili matul il-perjodu kkunsidrat iwassal biss għall-konklużjoni li l-esportazzjonijiet Ċiniżi u Tajwaniżi kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'marġini simili matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat.

(167)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li l-allegata żieda fl-investimenti ma turix li l-industrija tal-Unjoni kienet qed iġarrbu minn dannu materjali. Madankollu, din l-allegazzjoni ma sabitx konferma fl-investigazzjoni. Tabilħaqq, l-investimenti naqsu b'mod kostanti bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat, kif indikat fil-premessa (149) iktar 'il fuq.

(168)

F'dan l-istadju ll-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċerati kkawżat id-dannu tal-materjal li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.2.   L-effetti ta' fatturi oħra

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(169)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 15

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Il-pajjiż

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

L-Indja

Volum (tunnellati)

17 568

29 437

33 763

61 855

Indiċi

100

168

192

352

Sehem mis-suq (%)

0,6

0,9

1,0

1,9

Prezz medju (EUR/tunellata)

1 912

2 421

2 218

2 098

Indiċi

100

127

116

110

Il-Korea t'Isfel

Volum (tunnellati)

72 256

70 297

62 047

92 189

Indiċi

100

97

86

128

Sehem mis-suq (%)

2,3

2,2

1,9

2,8

Prezz medju (EUR/tunellata)

1 932

2 112

1 891

1 839

Indiċi

100

109

98

95

L-Afrika t'Isfel

Volum (tunnellati)

66 142

51 788

50 718

51 907

Indiċi

100

78

77

78

Sehem mis-suq (%)

2,1

1,6

1,6

1,6

Prezz medju (EUR/tunellata)

2 302

2 355

2 102

1 943

Indiċi

100

102

91

84

L-Istati Uniti tal-Amerka:

Volum (tunnellati)

94 923

82 387

82 624

90 947

Indiċi

100

87

87

96

Sehem mis-suq (%)

3,0

2,5

2,5

2,8

Prezz medju (EUR/tunellata)

2 695

2 943

2 646

2 304

Indiċi

100

109

98

85

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

85 674

109 406

74 897

59 204

Indiċi

100

128

87

69

Sehem mis-suq (%)

2,7

3,4

2,3

1,8

Prezz medju (EUR/tunellata)

2 450

2 659

2 715

2 669

Indiċi

100

109

111

109

Total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiżi konċernati

Volum (tunnellati)

336 564

343 313

304 049

356 102

Indiċi

100

102

90

106

Sehem mis-suq (%)

10,6

10,6

9,3

10,8

Prezz medju (EUR/tunellata)

2 351

2 549

2 371

2 156

Indiċi

100

108

101

92

Sors: Eurostat

(170)

Il-pajjiżi terzi bl-ogħla volumi ta' importazzjoni kienu l-Indja, il-Korea t'Isfel, l-Afrika t'Isfel u l-Istati Uniti b'ishma mis-suq li varjaw bejn il-1,6 % u t-2,8 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi terzi l-oħra kollha kien ta' 10,8 %.

(171)

L-importazzjonijiet mill-Indja kienu negliġibbli, jiġifieri 1 % jew inqas, matul il-biċċa l-kbira tal-perjodu kkunsidrat. Darba biss qabżu l-limitu ta' 1 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni meta kellhom sehem mis-suq ta' 1,9 %.

(172)

Is-sehem mis-suq tal-Korea t'Isfel kien pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bi tnaqqis minn 2,3 % għal 1,9 % mill-2010 — 2012 u fl-aħħar b'żieda għal 2,8 % biss matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(173)

L-importazzjonijiet mill-Afrika t'Isfel u mill-Istati Uniti wrew xejra ta' tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Afrika t'Isfel naqas minn 2,1 % għal 1,6 % filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti naqas minn 3,0 % għal 2,8 %

(174)

Rigward il-prezzijiet bbażati fuq il-Eurostat, jista' jiġi osservat li l-prezz tal-importazzjonijiet mill-Korea t'Isfel biss kien inqas mill-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Afrika t'Isfel kellhom prezzijiet simili u l-importazzjonijiet mill-Indja u l-Istati Uniti kellhom prezzijiet ogħla. Ta' min jinnota li minkejja dan il-prodott ikkonċernat/il-prodott simili jikkonsisti fi gradi varji ta' azzar u dan iwassal għal differenza sinifikanti fil-prezzijiet li ma setgħetx tkun ikkunsidrata fil-prezz medju maħruġ mill-Eurostat.

(175)

Il-partijiet interessati rreferew għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, inklużi l-Istati Uniti, il-Korea t'Isfel, l-Indja u l-Afrika t'Isfel. Iddikjaraw li dawk l-importazzjonijiet setgħu influwenzaw is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u peress li hemm importazzjonijiet sostanzjali minn pajjiżi terzi oħra, li mhumiex soġġetti għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni, l-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan m'għandhomx jinstabu responsabbli għal xi dannu kkawżat minn importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn.

(176)

Kif spjegat hawn fuq, fil-perjodu tal-investigazzjoni, fost pajjiżi oħrajn li huma sorsi tal-importazzjonijiet ta' prodotti SSCR lejn l-Unjoni, it-Tajwan u r-RPĊ għandhom l-ogħla ishma mis-suq (5,1 % u 4,3 % rispettivament). L-ebda importazzjoni minn pajjiż ieħor ma qabżet is-sehem mis-suq ta' 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, filwaqt li s-sehem mis-suq mill-pajjiżi kkonċernati żdied bi 3,7 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, f'daqqa, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi għajr il-pajjiżi kkonċernati baqa' stabbli u żdied b'0,2 punti perċentwali biss matul il-perjodu kkunsidrat.

(177)

Għalhekk, minħabba x-xejra stabbli fil-volumi tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kkontribwixxewx b'mod sinifikanti għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.2.2.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni

(178)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 16

Il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

 

2010

2011

2012

Il-perjodu tal-investigazzjoni

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

185 377

188 431

182 370

178 010

Indiċi

100

102

98

96

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 148

2 353

2 082

1 915

Indiċi

100

110

97

89

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(179)

Il-volumi tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun qed jonqsu wara żieda ta' darba fl-2011 kemm fil-volumi kif ukoll fil-prezzijiet tal-bejgħ. B'mod ġenerali, il-volumi tal-esportazzjonijiet tal-produtturi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 12 % tal-produzzjoni f'daqqa tagħhom. Għad li t-tnaqqis fl-esportazzjonijiet kien ikkontribwixxa għat-tnaqqis fil-produzzjoni, minħabba l-livell baxx ta' esportazzjonijiet b'rabta mal-bejgħ fl-Unjoni, kwalunkwe kontribut tal-esportazzjonijiet għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa limitat ħafna.

5.2.3.   Il-kost tal-enerġija, il-kapaċità żejda

(180)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kien għoli minħabba kostijiet għolja tal-enerġija, li jingħad li huma 20 % ogħla minn dawk fir-RPĊ. Madankollu, l-enerġija hi biss fattur minuri għall-produzzjoni ta' prodotti SSCR, u tipikament tammonta għal inqas minn 10 % tal-ispejjeż totali. Jekk inwarrbu l-kwistjoni dwar jekk il-kostijiet tal-enerġija fir-RPĊ jirriflettux il-valuri tas-suq, id-differenza fil-prezz tal-enerġija ma setgħetx tikkawża d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(181)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li għall-kuntrarju tal-informazzjoni pprovduta fl-ilment, l-industrija tal-Unjoni sofriet minħabba kapaċità żejda sinifikanti. Il-Kummissjoni osservat l-użu tal-kapaċità tal-Industrija tal-Unjoni li naqset minn 77 % fl-2010 għal 70 % fil-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-konsum fis-suq tal-Unjoni żviluppaw b'mod parallel, bit-tnejn li huma jiżdiedu b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk it-telf fl-użu tal-kapaċità hu kkawżat min-nuqqas ta' ħila tal-industrija tal-Unjoni li tisfrutta t-tkabbir tas-suq, għax dan it-tkabbir kien assorbit mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi konċernati. Għaldaqstant, l-allegata kapaċità żejda li rriżultat aktar hija konsegwenza tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping milli kawża tad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(182)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li la l-kost tal-enerġija tal-industrija tal-Unjoni u lanqas l-allegata kapaċità żejda ma setgħu jikkaġunaw id-dannu li ġarrbet.

5.3.   Tħassib relatat mal-kompetizzjoni

(183)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li l-importazzjonijiet ta' prodotti SSCR mir-RPĊ żdiedu b'rispons għall-konċentrazzjoni tal-kapaċitajiet fl-Unjoni għal numru żgħir ta' fornituri, meta l-utenti fl-Unjoni tħallew b'numru limitat ta' produtturi mill-Unjoni. Madankollu, f'dawn l-aħħar 10 snin minn dejjem kien hemm erba' fornituri medji u għadd ta' fornituri iżgħar fis-suq tal-Unjoni. Filwaqt li s-sjieda ta' xi wħud minn dawn il-kumpaniji ma nbidlitx matul dak il-perjodu, l-għadd ta' fornituri baqa' stabbli. Għalhekk, iż-żieda tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping ma setgħetx ġiet ikkawżata minn tnaqqis fin-numru ta' fornituri fl-Unjoni.

(184)

Il-partijiet interessati ddikjaraw li s-suq tal-Unjoni kellu konċentrazzjoni għolja u li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ma setgħux ikkawżaw xi dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Iddikjaraw li l-volum tal-importazzjonijiet mill-Asja ma kienx biżżejjed biex jagħmel pressjoni fuq il-kompetizzjoni u ma setax iżomm lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha. F'dan ir-rigward, l-istess partijiet għamlu referenza għad-deċiżjoni ta' fużjoni tal-Kummissjoni biex tkun approvata l-fużjoni (suġġetta għall-impenji) bejn Outokumpu u Inoxum (10) f'Novembru 2012 (id-“Deċiżjoni ta' Fużjoni ta' Outokumpu”)

(185)

Madankollu, l-analiżi fi proċedura ta' fużjoni u investigazzjoni ta' antidumping jikkonċernaw oqfsa legali differenti li għandhom objettivi differenti. Filwaqt li proċedura ta' fużjoni tanalizza jekk fużjoni proposta tqajjem tħassib dwar il-kompetizzjoni, investigazzjoni antidumping tanalizza jekk l-industrija tal-Unjoni hijiex esposta għal dumping ta' dannu.

(186)

Fi kwalunkwe każ, fil-qafas tad-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, ġie eżaminat jekk l-akkwist ta' Inoxum minn Outokumpu jwassal għal attur dominanti fis-suq tal-Unjoni. L-entità magħquda ta' Outokumpu u Inoxum kien se jkollha sehem tas-suq kombinat ta' aktar minn 50 % u naqqset in-numru ta' produtturi ewlenin minn erbgħa għal tlieta. Din id-deċiżjoni ta' fużjoni obbligat lil Outokumpu li ċċedi parti ta' Inoxum inkluża l-kumpanija ta' produzzjoni Acciai Speciali Terni (“AST”). L-għan ta' dan l-iżvestiment kien preċiżament li tinżamm il-kompetizzjoni fis-suq SSCR fl-Unjoni u l-entità fuża ppjanata (Outokumpu u l-assi kollha ta' Inoxum inkluża AST) li kellu jkollha sehem mis-suq ta' iktar minn 50 % fis-suq tal-Unjoni qatt ma ssarrfet f'realtà. Minflok, għad hemm erba' atturi ta' daqs medju u numru ta' atturi iżgħar li jikkompetu ma' xulxin mingħajr xi waħda minn dawn il-partijiet li għandhom livell ta' saħħa fis-suq li l-entità fuża proposta analizzat fil-każ ta' Fużjoni kienet miżmuma.

(187)

Il-partijiet interessati rreferew ukoll għad-diskussjoni fid-Deċiżjoni ta' Fużjoni ta' Outokumpu għall-fatt li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux ristretti mill-importazzjonijiet Asjatiċi matul dawk il-perjodi ta' żmien li fihom l-importazzjonijiet mill-Asja saru inqas kompetittivi minħabba ċaqliq fil-prezzijiet tan-nikil, ir-rata tal-kambju u l-prezzijiet baxxi tan-nikil ikkwotati fl-LME. Fid-“Deċiżjoni ta' Fużjoni ta' Outokumpu” ingħad li “anke jekk il-limitazzjoni dovuta għall-importazzjonijiet ma kinitx b'saħħitha fil-preżent, huwa possibbli li din tikber fil-ġejjieni” (11), li mbagħad wassal għal valutazzjoni tal-iżviluppi probabbli tas-suq. L-investigazzjoni attwali wriet dan li ġej: l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati, fil-perjodu tal-investigazzjoni laħqu sehem mis-suq ta' 9,5 % u żdiedu b'70 % meta mqabbla mal-2010. Kien stabbilit li dawn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'9,6 % — 11,3 %.

(188)

Barra minn hekk, il-fatt li d-domanda fis-suq tal-Unjoni hija relattivament stabbli anke f'każ ta' varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezzijiet ma jfissirx li x-xerrejja mhumiex sensittii għall-prezz. Filwaqt li prezzijiet iktar baxxi offruti minn esportaturi ma jwasslux għal żieda fil-konsum fis-suq tal-Unjoni, l-investigazzjoni uriet biċ-ċar li x-xerrejja jkunu lesti li jixtru kwantitajiet akbar ta' importazzjonijiet bi prezz baxx. Peress li dawn l-importazzjonijiet bi prezz baxx ma jiġġenerawx kwalunkwe domanda addizzjonali, dan il-bejgħ hu għas-spejjeż tal-bejgħ ta' atturi oħra fis-suq, prinċipalment għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(189)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-industrija tal-Unjoni tbiegħ firxa tal-prodott akbar minn produtturi esportaturi li kkooperaw. Madankollu, matul il-perjodu ta' investigazzjoni madwar 75 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet relatata mal-erba' tipi l-aktar komuni ta' gradi tal-azzar (304, 304L, 316L u 430). Dawn il-gradi kollha huma mibjugħa mill-esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati f'varjetà kbira ta' ħxuna, wisa' u finituri. Prodotti wkoll lil hinn minn dawn il-gradi ta' komodità huma f'kompetizzjoni diretta billi huma kienu wkoll mibjugħa mill-esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati.

(190)

L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma qajmet xi kwistjonijiet dwar il-kwalità tal-prodott f'din l-investigazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu stabbiliet li filwaqt li bħala medja, il-kwalità prodotta minn produtturi mhux Ewropej tista' titqies bħala komparabbli ma' dik tal-produtturi Ewropej (12), hi identifikat ukoll li l-klijenti b'rekwiżiti speċifiċi ma jistgħux jixtru fl-Asja (13). Madankollu, kif deskritt hawn fuq, il-maġġoranza l-kbira tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huma prodotti ta' komodità fejn il-kwalità hija komparabbli.

(191)

Kwistjonijiet oħra li jipprevjenu ċerti klijenti milli jixtru SSCR importat huma żminijiet itwal minħabba t-tul tat-trasport mill-pajjiżi kkonċernati u termini inqas favorevoli ta' ħlas offruti minn produtturi fil-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, dawn il-kwistjonijiet huma relevanti l-aktar għal klijenti li jixtru direttament mill-mitħna, li jammonta biss għal madwar terz tas-suq tal-Unjoni.

(192)

Fl-istess ħin, il-maġġoranza ta' bejgħ li sar permezz ta' ċentri ta' servizzi tal-azzar, jirrappreżentaw madwar żewġ terzi mis-suq tal-Unjoni. Kważi l-bejgħ kollu mill-pajjiżi kkonċernati hu magħmul permezz ta' ċentri ta' servizzi indipendenti, li jixtru wkoll mill-industrija tal-Unjoni. F'dan il-każ, it-terminu ta' ħlas offrut mid-distributur hu rilevanti għall-utent. Billi dawn tipikament ikunu magħmula mill-istokk tad-distributur, il-ħin rilevanti huwa wkoll iż-żmien meħtieġ biex il-merkanzija titwassal mingħand id-distributur lill-utent. Għalhekk, il-maġġoranza tal-bejgħ mhux affettwat minn dawn il-kwistjonijiet.

(193)

Għalhekk, il-maġġoranza tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni hu direttament affettwat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

(194)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fl-Unjoni ma setgħux ipprevenew l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping għall-pajjiżi kkonċernati milli jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.4.   Effett tal-prezzijiet tal-materja prima

(195)

Il-partijiet interessati sostnew li d-deċiżjoni jekk jixtru l-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati jew tal-prodott simili prodott mill-industrija tal-Unjoni hija mmexxija mill-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima, b'mod partikolari n-nikil. Dan huwa minħabba li l-esportaturi jitolbu prezz uniku u l-industrija tal-Unjoni titlob prezz bażiku flimkien ma' ħlas addizzjonali fuq il-liga.

(196)

Għalhekk, din allegatament kienet ta' benefiċċju akbar għall-importaturi li jixtru mill-pajjiżi kkonċernati meta jiżdiedu l-prezzijiet tal-materja prima (kif ukoll il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni se jiġi riveduti 'il fuq filwaqt li l-prezzijiet tal-esportaturi se jibqgħu stabbli). Min-naħa l-oħra, jekk jonqsu l-prezzijiet tal-materja prima, allegatament jkun inqas ta' benefiċċju għal dawk l-importaturi li jixtru mill-pajjiżi kkonċernati (hekk kif il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni se jonqsu filwaqt li l-prezzijiet tal-esportaturi se jibqgħu stabbli).

(197)

Fid-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, ġie analizzat l-impatt tal-iżvilupp mistenni fil-prezz tan-nikil fuq id-deċiżjonijiet tax-xiri tal-importaturi (14). F'din l-investigazzjoni, ġie analizzat jekk l-iżvilupp tal-importazzjonijiet effettivament issegwi l-iżvilupp attwali tal-prezzijiet tan-nikil u jsegwi l-formula deskritta hawn fuq. Il-prezzijiet tan-nikil (15) naqsu b'31 %, minn EUR 16 453/tunnellata fl-2010 għal EUR 11 327/tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Skont it-talba mressqa mill-partijiet interessati deskritta fil-premessa (196) hawn fuq, dan it-tnaqqis fil-prezzijiet tan-nikil kellu jwassal għal tnaqqis fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Madankollu l-investigazzjoni wriet li minkejja t-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tan-nikil, l-esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'70 % matul l-istess perjodu, kif deskritt fil-premessa (104) hawn fuq.

(198)

Filwaqt li l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima jista' jkun li kellu xi effett fuq l-iżvilupp tal-volumi ta' importazzjoni, fatturi oħrajn bħalma huma l-livell baxx tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi għelbu b'mod ċar dan l-effett. L-iżvilupp tal-prezzijiet tan-nikil huwa għalhekk ikkunsidrat li ma jkollux impatt dejjiemi fuq iż-żjieda fit-tendenza ġenerali ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkunsidrat.

5.5.   Bidliet fix-xejriet ta' konsum.

(199)

Fid-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, ġie stabbilit li kemm il-livell tal-prezz tan-nikil assolut u l-volatilità tal-prezzijiet tan-nikel x'aktarx li jnaqqsu l-attrazzjoni ta' azzar li ma jissaddadx bħala materjal u jagħtu spinta lid-domanda għall-azzar li ma jissaddadx mhux nikil (16).

(200)

Fir-rigward l-attrazzjoni tal-azzar li ma jissaddadx bħala materjal, ġie argumentat ukoll li għadd ta' tendenzi li jista' jkollhom impatt possibbli fuq sostituzzjoni għal/minn azzar inossidabbli, inkluża l-ħtieġa għall-użu ta' materjali eħfef pereż. fil-karozzi (impatt negattiv fuq li ma jsaddadx; ċaqliq minn azzar għal komposti), ċikli tal-ħajja iqsar tal-prodott f'oġġetti għall-konsumatur (impatt negattiv fuq li ma jsaddadx; hu użat materjal orħos), ħtieġa akbar għal trattament tal-ilma u l-produzzjoni tal-enerġija ekoloġika (impatt pożittiv fuq li ma jsaddadx; diffiċli biex tissostitwixxi f'ħafna applikazzjonijiet) u l-iżvilupp tal-prezzijiet ta' materjali possibilment kompetittivi (minerali tal-ħadid, l-aluminju, ir-ram) (17).

(201)

F'dan ir-rigward, l-investigazzjoni preżenti kkonfermat is-sejbiet tad-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu (18) li d-domanda għall-azzar li ma jissaddadx b'mod ġenerali u SSCR b'mod partikolari huma pjuttost riġidi. Il-biċċa l-kbira ta' dan it-tkabbir fil-konsum seħħet bejn l-2010 u l-2011 meta l-prezzijiet kienu qed jiżdiedu. Matul il-perjodu ta' tnaqqis fil-prezzijiet mill-2011 sal-perjodu ta' investigazzjoni, il-konsum baqa' stabbli u żdied biss b'1 %. Is-sostituzzjoni għal/minn azzar li ma jissaddadx, inkluż il-fatturi msemmija hawn fuq, għalhekk kellhiex impatt li jista' jitkejjel fuq il-konsum totali tal-SSCR.

(202)

Fir-rigward il-bidla tad-domanda lejn il-gradi tal-azzar non-nikel ta' azzar li ma jissaddadx li huma wkoll il-prodott simili, analiżi dettaljata tat-transazzjonijiet ta' bejgħ irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun tikkonferma s-sejbiet fid-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu.

(203)

Madankollu, kif deskritt fil-premessa (138) hawn fuq, il-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni huma marbuta direttament mal-grad tal-azzar u mal-ispejjeż tal-materja prima korrispondenti. Bidla fid-domanda minn grad tal-azzar wieħed għal ieħor għalhekk għandu impatt newtrali fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(204)

Għalhekk qed jiġi konkluż f'dan l-istadju li t-tibdil ta' xejriet ta' konsum ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

5.6.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(205)

L-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu f'termini assoluti u relattivi fil-konsum tal-Unjoni fi żmien meta l-biċċa l-kbira tal-fatturi ta' dannu tal-industrija tal-Unjoni (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-użu, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-kost lavorattiv, il-profittabbiltà, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti) iddeterjoraw. L-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'9,6 % — 11,3 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(206)

Fatturi oħra bħall-kost tal-enerġija, il-kapaċità u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni ma kkontribwixxewx għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Fatturi bħal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra u esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni setgħu kienu ta' kontribut għad-dannu imma bi grad limitat ħafna.

(207)

Fuq il-bażi ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-fatturi l-oħra kkunsidrati individwalment ma kisrux ir-rabta kawżali. Id-dannu jikkonsisti l-aktar fis-sitwazzjoni finanzjarja fraġli tal-industrija tal-Unjoni u fit-tnaqqis fil-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-impjegabbiltà u s-sehem mis-suq.

(208)

Il-Kummissjoni ddistingwixxiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. L-effett ta' importazzjonijiet oħra, esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, l-ispiża tal-enerġija, il-kapaċità u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f'termini tas-sitwazzjoni finanzjarja, il-produzzjoni u s-sehem mis-suq kienu jew limitati ħafna jew ma eżistewx.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(209)

B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar dumping dannuż, huwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament ta' kull wieħed mill-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(210)

Il-maġġoranza tal-industrija tal-Unjoni ssostni l-impożizzjoni tal-miżuri. L-akbar produttur tal-Unjoni ma kkooperax fl-investigazzjoni, iżda ma kkontestax l-ilment. Sitt produtturi tal-Unjoni li jammontaw għal madwar 55 % tal-bejgħ u l-produzzjoni fl-Unjoni kkooperaw fl-investigazzjoni u appoġġjaw l-ilment.

(211)

L-Industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali. L-indikaturi finanzjarji kollha (il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investiment) kienu fil-biċċa l-kbira negattivi matul il-perjodu kkunsidrat. Inidikaturi oħra bħall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-impjegabbiltà u s-sehem mis-suq żviluppaw b'mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni rnexxielha biss iżżomm il-volum baxx tal-bejgħ ta' wara l-kriżi u ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir tas-suq.

(212)

Fin-nuqqas ta' miżuri, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi konċernati jkomplu jagħmlu forza fuq l-industrija tal-Unjoni biex tbigħ bi prezzijiet li jwasslu għal telf. Din l-akkumulazzjoni ta' aktar telf twassal għal aktar deterjorament fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, huwa fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li timponi l-miżuri.

6.2.   L-interess tal-importaturi u d-distributuri mhux relatati

(213)

L-importaturi u d-distributuri (inklużi ċ-ċentri tas-servizz tal-azzar) kienu attivi ħafna f'din l-investigazzjoni. Wieħed u tletin importatur u distributur ressqu 'l quddiem u esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-impożizzjoni tal-miżuri.

(214)

L-importaturi u d-distributuri stqarrew li s-sorsi possibbli tagħhom tal-provvista jkunu limitati bl-impożizzjoni tal-miżuri. Argumentaw li jekk jiġu imposti dawn il-miżuri, ma jkunux jistgħu jġibu aktar prodotti SSCR mir-RPĊ u t-Tajwan.

(215)

Iżda, l-investigazzjoni wriet li l-importaturi u d-distributuri kollha jixtru minn sorsi diversi, inkluż mill-industrija tal-Unjoni, mill-pajjiżi kkonċernati u minn pajjiżi terzi. Għalhekk jiddependu biss sa ċertu punt fuq il-provvisti mill-pajjiżi konċernati.

(216)

Dawn il-partijiet jistgħu jkomplu jixtru prodotti SSCR mill-industrija tal-Unjoni u minn pajjiżi oħra li mhumiex soġġetti għal din l-investigazzjoni (pereżempju l-Indja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel jew l-Istati Uniti), li b'mod kumulattiv għandhom sehem mis-suq ta' 11 %. Għalhekk, kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra huma alternattivi kredibbli għall-importazzjonijiet Ċiniżi u Tajwaniżi.

(217)

Għaldaqstant, f'dan l-istadju ġie konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri jista' jkollha biss impatt negattiv minimu fuq is-sitwazzjoni ta' importaturi u distributuri mhux relatati.

6.3.   L-interess tal-utenti

(218)

Numru ta' partijiet interessati, inkluż produtturi esportaturi u distributuri qajmu tħassib dwar l-effetti negattivi possibbli tal-miżuri fuq l-utenti. L-utenti nfushom ma kellhomx l-istess tħassib. Tabilħaqq, il-grad ta' parteċipazzjoni tal-utenti f'dan il-każ kien baxx ħafna. Sitt utenti (inkluż grupp ta' erba' kumpaniji) esprimew opinjoni, u utent minnhom biss ikkontesta l-impożizzjoni tal-miżuri. L-utenti l-oħra u l-assoċjazzjonijiet tagħhom jew ma ħadux sehem jew naqsu milli jieħdu pożizzjoni.

(219)

Għalhekk, ġie konkluż b'mod provviżjorju li l-impożizzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interess tal-utenti.

6.4.   Tħassib relatat mal-kompetizzjoni

(220)

Fid-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, il-Kummissjoni stabbiliet li l-fużjoni proposta ta' Outokumpu u Inoxum x'aktarx tirriżulta f'impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva permezz ta' effetti mhux koordinati permezz tal-ħolqien ta' pożizzjoni dominanti fis-suq taż- Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għal SSCR (19). Biex jiġi evitat impediment bħal dan, il-Kummissjoni aċċettat li pakkett ta' divestitura inkluż AST tkun biżżejjed biex tirrimedja t-tħassib dwar il-kompetizzjoni (20). Tabilħaqq, ir-rimedju aċċettat mill-Kummissjoni żamm l-għadd ta' erba' produtturi ta' daqs medju tal-Unjoni.

(221)

Dan ir-rimedju diġà ġie implimentat u issa hu kompletament effettiv. Barra minn hekk, l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping ma għandhiex tnaqqas in-numru tad-daqs medju tal-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk qed jiġi konkluż f'dan l-istadju li l-impożizzjoni tal-miżuri ma għandhiex titnaqqas jew telimina l-effett tal-impenn aċċettat mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(222)

Fuq il-bażi t'hawn fuq, f'dan l-istadju ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet persważivi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ jew fit-Tajwan.

7.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

(223)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji sabiex ma jippermettux li ssir aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

7.1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (marġini tad-dannu)

(224)

Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(225)

Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(226)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva matul il-perjodu kollu kkunsidrat, jiġifieri għas-snin 2010 sa 2013. Is-snin preċedenti tal-2008 u l-2009 ġew affettwati minn kollass fid-domanda matul il-kriżi ekonomika globali, u l-profitt miksub f'dawn is-snin għalhekk ma jistax titqies li jkun intlaħaq f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni. Filwaqt li l-investigazzjoni preċedenti kif deskritt fil-premessa (134) hawn fuq, stabbilit b'mod provviżorju l-eżistenza ta' dumping għas-sena 2007, ebda rabta materjali bejn dawn l-importazzjonijiet u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma setgħet tiġi stabbilita. Għal dak il-għan, il-profitt fil-mira kien ta' 8,1 %, li kien il-profitt milħuq mill-industrija tal-Unjoni fl-2007. Din kienet l-aħħar sena rappreżentattiva mmarkata b'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni qabel il-kollass fid-domanda fl-2008 u fl-2009. Id-daqs tas-suq fl-2013 kważi laħaq il-livell ta' konsum fl-2007.

(227)

Fuq il-bażi ta' dan, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mingħajr dannu għall-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni neħħiet it-telf attwali mġarrab matul il-perjodu tal-investigazzjoni u żiedet il-marġini tal-profitt ta' 8,1 % imsemmi hawn fuq.

(228)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz ta' importazzjoni medju peżat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun tal-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mingħajr dannu medju peżat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ingħatat bħala perċentwal tal-valur CIF medju peżat tal-importazzjoni.

(229)

Il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għal “kumpaniji kollha l-oħrajn” huwa ddefinit bl-istess mod bħall-marġini tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi (57), (60), (85) u (88) iktar 'il fuq).

7.2.   Miżuri provviżorji

(230)

Għandhom ikunu imposti miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw fir-RPĊ u t-Tajwan, skont ir-regola ta' inqas dazju tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tar-rati tad-dazju għandu jkun issettjat fil-livell tal-inqas ammont bejn il-marġinijiet tad-dumping u tad-dannu.

(231)

Kif imsemmi fil-premessa (4) hawn fuq, il-Kummissjoni għamlet li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajwan soġġetti għal reġistrazzjoni bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 minħabba l-possibbiltà tal-applikazzjoni retroattiva ta' kull miżura antidumping u kompensatorja skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 16(4) tar-Regolament tal-Kunsill (RK) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (21) ('ir-Regolament bażiku antisussidji').

(232)

Rigward din l-investigazzjoni antidumping u fid-dawl tas-sejbiet imsemmijin hawn fuq, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-finijiet tal-investigazzjoni antidumping skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku għandha tieqaf hawn.

(233)

Rigward l-investigazzjoni antisussidji parallela (ara l-premessa (3) iktar 'il fuq), ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ skont l-Artikoli 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji għandha tibqa'.

(234)

F'dan l-istadju tal-proċediment ma tista' tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping.

(235)

Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, ir-rati ta' dazju antidumping provviżorji, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, għandhom ikunu kif ġej:

Il-pajjiż

Kumpanija

Marġini tad-dumping

(%)

Marġini tad-dannu

(%)

Id-dazju antidumping provviżorju

(%)

Ir-RPĊ

Baosteel Stainless Steel Co., Ltd.

34,9

25,2

25,2

Ningbo Baoxin Stainless Steel Co., Ltd.

34,9

25,2

25,2

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd.

29,2

24,3

24,3

Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co., Ltd.

29,2

24,3

24,3

Kumpaniji oħra li kkooperaw

30,0

24,5

24,5

Il-kumpaniji kollha l-oħrajn

34,9

25,2

25,2

It-Tajwan

Chia Far Industrial Factory Co., Ltd.

12,0

23,9

12,0

Tang Eng Iron Works Co., Ltd.

10,9

22,9

10,9

Yieh United Steel Corporation

10,9

22,9

10,9

Kumpaniji oħra li kkooperaw

10,9

22,9

10,9

Il-kumpaniji kollha l-oħrajn

12,0

23,9

12,0

(236)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzoni. Għaldaqstant, dawn kienu jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u prodott mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat prodott minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji kollha l-oħrajn”. Ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi rata individwali ta' dazju antidumping.

(237)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk imbagħad tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (22). It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti li turi li l-bidla ma taffettwax lid-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax lid-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha, tiġi ppubblikata notifika ta' informazzjoni dwar il-bidla tal-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(238)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq ta' dazji antidumping, ir-rata tad-dazju antidumping għall-'kumpaniji kollha l-oħrajn' għandha tkun applikata mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, imma anki għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(239)

Mis-26 ta' Marzu 2015, dazju antidumping provviżorju jipprovdi għall-protezzjoni kontra importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping. Għalhekk ma għadx hemm iktar bżonn li jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet għall-finijiet ta' protezzjoni kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping. L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

8.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(240)

Fl-interessi ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jissottomettu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali bi skadenza fissa.

(241)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta' dazju provviżorju huma provviżorji u jistgħu jkunu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju antidumping provviżorju huwa impost fuq importazzjonijiet ta' prodotti ċatti tal-azzar, mhux maħdumin aktar ħlief għal laminazzjoni fil-kesħa (imnaqqsa bil-kesħa), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81 u 7220 20 89 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping provviżorji applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni (free-at-Union-frontier), qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, ikunu kif ġej:

Il-pajjiż

Kumpanija

Id-dazju antidumping provviżorju

%

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Baosteel Stainless Steel Co., Ltd, Shanghai

25,2

C022

Ningbo Baoxin Stainless Steel Co., Ltd, Ningbo

25,2

C023

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd, il-Belt ta' Taiyuan

24,3

C024

Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co., Ltd, il-Belt ta' Tianjin

24,3

C025

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness I

24,5

 

Il-kumpaniji kollha l-oħrajn

25,2

C999

It-Tajwan

Chia Far Industrial Factory Co., Ltd, il-Belt ta' Taipei

12,0

C030

Tang Eng Iron Works Co., Ltd, il-Belt ta' Kaohsiung

10,9

C031

Yieh United Steel Corporation, il-Belt ta' Kaohsiung

10,9

C032

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness II

10,9

 

Il-kumpaniji kollha l-oħrajn

12,0

C999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, huwa soġġett għall-forniment ta' depożitu ta' garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgħu:

(a)

Jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament;

(b)

Jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni; u

(c)

Jitobu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

2.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet imsemmijin fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

Artikolu 3

Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2014 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Bil-preżenti, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, l-Awtoritajiet doganali huma ordnati li jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli, mhux maħdumin iktar ħlief illaminati bil-kesħa (imnaqqsa bil-kesħa) li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81 u 7220 20 89, u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.”

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 japplika għal perjodu ta' sitt xhur.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 196, 26.6.2014, p. 9.

(3)  ĠU C 267, 14.8.2014, p. 17.

(4)  ĠU L 359, 16.12.2014, p. 90.

(5)  COMP/M.6471.

(6)  Avviż ta' bidu ta' proċedura tal-antidumping li tirrigwarda l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan (ĠU C 29, 1.2.2008, p. 13).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċediment antidumping li jirrigwarda l-importazzjoni ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan (ĠU L 98, 17.4.2009, p. 39).

(8)  Il-gradi relatati mill-qrib 304 u 304L huma l-aktar prodotti komuni li jammontaw għal aktar minn 50 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni

(9)  Rapport Annwali Outokumpu 2013, p. 11 (graff).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tas-7 ta' Novembru 2012 indirizzata lil: Outokumpu OYJ li ddikjarat konċentrazzjoni li kienet kompatibbli mas-suq intern u l-ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6471 — Outokumpu/INOXUM).

(11)  Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, il-paragrafu (587).

(12)  Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, il-paragrafu (546).

(13)  Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, il-paragrafu (550).

(14)  Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, il-paragrafu (567).

(15)  Nikil, il-grad ta' tidwib grad, il-prezz spot LME, il-portijiet Ewropej CIF, Euro għal kull Tunnellata Metrika. Sors: Il-Bank Dinji

(16)  Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, il-paragrafu (96).

(17)  Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, il-paragrafu (97).

(18)  Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, il-paragrafu (98).

(19)  Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, il-paragrafu (883).

(20)  Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni Outokumpu, il-paragrafu (1296).

(21)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(22)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.


ANNESS I

Produtturi esportaturi miċ-Ċina li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

Il-pajjiż

Isem

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Lianzhong Stainless Steel Corporation, Guangzhou

C026

Ningbo Qi Yi Precision Metals Co., Ltd., Ningbo

C027

Tianjin Lianfa Precision Steel Corporation, Tianjin

C028

Zhangjiagang Pohang Stainless Steel Co., Ltd., Zhangjiagang City

C029


ANNESS II

Produtturi esportaturi mit-Tajwan li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

Il-pajjiż

Isem

Kodiċi TARIC addizzjonali

It-Tajwan

Jie Jin Material Science Technology Co., Ltd., Tainan City

C033

Yuan Long Stainless Steel Corporation, Kaohsiung City

C034


25.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/57


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/502

tal-24 ta' Marzu 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Micron Bio-System Ltd)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae NCYC R404. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikularitajiet u d-dokumenti rikjesti skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-11 ta' Settembru 2014 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 ma għandhiex effetti ħżiena fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Ġie konkluż ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb il-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar tal-ħalib. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2014; 12(9):3830.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4b1871

Micron Bio-Systems Ltd

Saccharomyces cerevisiae NCYC R404

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 li fiha minimu ta':

addittiv f'forma solida ta' 1 × 1010 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Saccharomyces cerevisiae NCYC R404

Metodu analitiku  (1)

Identifikazzjoni: Reazzjoni Katina tal-Polimerażi (RKP)

Enumerazzjoni: Il-metodu tat-tferrigħ, bl-użu tal-estratt tal-ħmira destrożju kloramfenikol (CGYE) agar — EN 15789

Baqar tal-ħalib

4,4 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà għat-tgerbib.

2.

Id-doża rakkomandata tal-addittiv: 1 × 1010 CFU/ras/jum.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandha tintuża protezzjoni tan-nifs u tal-ġilda.

l-14 ta' April 2025


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


25.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/60


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/503

tal-24 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

91,6

TR

115,6

ZZ

103,6

0707 00 05

JO

206,0

MA

176,1

TR

162,7

ZZ

181,6

0709 93 10

MA

113,3

TR

162,2

ZZ

137,8

0805 10 20

EG

44,7

IL

71,5

MA

53,7

TN

54,3

TR

70,2

ZZ

58,9

0805 50 10

TR

46,6

ZZ

46,6

0808 10 80

AR

94,0

BR

92,5

CL

78,4

CN

105,5

MK

25,2

US

218,4

ZA

123,7

ZZ

105,4

0808 30 90

AR

108,8

CL

139,2

CN

102,1

ZA

133,1

ZZ

120,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.