ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 74

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
18 ta' Marzu 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445 tas-17 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/446 tas-17 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza barium selenate ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/447 tas-17 ta' Marzu 2015 dwar it-tqassim tal-kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2014/2015 fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/448 tas-17 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi r-regoli speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali biex jiddaħħlu fl-Unjoni ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali mill-Ġappun maħsubin għall-EXPO Milano 2015 ( 1 )

24

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/449 tas-17 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/450 tas-16 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tat-testijiet għall-Istati Membri li qed jintegraw ruħhom fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) jew li qegħdin jibdlu sostanzjalment is-sistemi nazzjonali direttament relatati tagħhom (notifikata bid-dokument C(2015) 1612)

31

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/445

tas-17 ta' Marzu 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(6) u 8(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili.

(2)

Xi Stati Membri sabu li ċerti rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 iqiegħdu piż amministrattiv jew ekonomiku sproporzjonat u inutli fuqhom infushom jew fuq il-partijiet interessati u nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jagħtu approvazzjoni għal xi derogi minn ċerti rekwiżiti skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(3)

Dawk l-approvazzjonijiet proposti għad-derogi ġew analizzati mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u rriżultaw f'rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-approvazzjonijiet proposti mal-kundizzjonijiet applikabbli.

(4)

L-Istati Membri u l-partijiet involuti tal-avjazzjoni ġenerali identifikaw ukoll ċerti rekwiżiti li huma kkunsidrati bħala sproporzjonati fil-kuntest tal-attivitajiet involuti u r-riskji assoċjati.

(5)

Ġew identifikati wkoll għadd ta' żbalji editorjali fir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li wasslu għal diffikultajiet ta' implimentazzjoni mhux intenzjonati.

(6)

Għalhekk, ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jiġu emendati sabiex jiġu introdotti derogi li għandhom effett ta' tfassil ta' regoli ċari, li jintroduċu ċerti dispensi għall-avjazzjoni ġenerali u li jiġu korretti ċerti żbalji editorjali.

(7)

Barra minn hekk, fuq il-bażi tar- reazzjonijiet mill-Istati Membri u l-partijiet interessati instab li r-rekwiżiti tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jistgħu ikunu sproporzjonati għall-attività u r-riskju assoċjat ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ li jipprovdu taħriġ biss għal-liċenzja ta' bdot ta' inġenji tal-ajru żgħar, għal-liċenzja ta' bdot privat, għal-liċenzja ta' bdot ta' blalen tal-ajru jew għal-liċenzja ta' bdot ta' gliders.

(8)

L-Istati Membri u l-partijiet interessati jaqblu li għalhekk hemm ħtieġa ġenerali li jitħalla jgħaddi aktar żmien biex jissawwar sett aktar xieraq ta' regoli għall-attivitajiet tal-avjazzjoni ġenerali li huma adatti aħjar għall-attivitajiet ta' dan is-settur tal-avjazzjoni mingħajr ma jitnaqqsu l-istandards tas-sikurezza.

(9)

Barra minn hekk, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien sabiex jissawru dawk ir-regoli, id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għall-organizzazzjonijiet ta' taħriġ li jipprovdu taħriġ biss għal liċenzji nazzjonali li huma eliġibbli għall-konverżjoni f'liċenzji Parti-FCL ta' bdoti ta' inġenji tal-ajru ħfief, liċenzji ta' bdot ta' blalen tal-ajru jew liċenzji ta' bdot ta' gliders għandha tiġi posposta għat-8 ta' April 2018.

(10)

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandu għalhekk jigi emendat skont dan.

(11)

Peress li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012 (3), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011, fih dispożizzjoni awtonoma fid-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Annessi VI u VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, dan għandu wkoll jiġi emendat sabiex jiżgura ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-Opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej:

“1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, u meta ma jkun hemm l-ebda ftehim bejn l-Unjoni u pajjiż terz li jkopri l-liċenzjar tal-bdoti, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw liċenzji, klassifikazzjonijiet jew ċertifikati ta' pajjiżi terzi, u ċertifikati mediċi relatati maħruġa minn pajjiżi terzi jew f'isimhom, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.”

(2)

Fl-Artikolu 10a, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   L-organizzazzjonijiet ta' taħriġ konformi mal-JAR għandhom jitħallew jipprovdu taħriġ għal liċenzja Parti-FCL ta' bdot privat (PPL), għal klassifikazzjonijiet assoċjati inklużi fir-reġistrazzjoni u għal liċenzja ta' bdot ta' inġenji tal-ajru ħfief (LAPL) sat-8 ta' April 2018 mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness VI u VII, sakemm ikunu ġew reġistrati qabel it-8 ta' April 2015.”

(3)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta' April 2015 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Anness I li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet relatati mal-liċenzji tal-bdoti ta' inġenji tal-ajru bil-powered-lift u vapuri tal-ajru;

(b)

id-dispożizzjonijiet tal-punt FCL.820;

(c)

fil-każ tal-ħelikopters, id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 8 tas-Subparti J;

(d)

id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 11 tas-Subparti J.”

(b)

għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta' April 2018 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Anness I li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet relatati mal-liċenzji tal-bdoti ta' gliders u blalen tal-ajru;

(b)

id-dispożizzjonijiet tas-Subparti B;

(c)

id-dispożizzjonijiet tal-punti FCL.800, FCL.805, FCL.815;

(d)

id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 10 tas-Subparti J.”

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta' April 2016 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għall-bdoti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz li jkunu involuti fit-tħaddim ta' inġenji tal-ajru għat-trasport mhux kummerċjali kif speċifikati fl-Artikolu 4(1)(b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.”

(5)

L-Annessi I, II, III, VI u VII huma emendati skont l-Annessi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2, il-punt (f) huwa mħassar.

Artikolu 3

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta' April 2015.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-emendi għad-dispożizzjonijiet f'FCL315.A, FCL.410.A, FCL.725.A tal-Anness I għandhom japplikaw mit-8 ta' April 2018.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Annessi VI u VII għal organizzazzjoni ta' taħriġ li tipprovdi taħriġ biss għal-liċenzja nazzjonali li hija eliġibbli skont l-Artikolu 4(3) tar Regolament (UE) Nru 1178/2011, għall-konverżjoni f'liċenzja Parti-FCL ta' bdot ta' inġenji tal-ajru ħfief (LAPL), liċenzja ta' bdot ta' gliders (SPL) u liċenzja ta' bdot ta' blalen tal-ajru (BPL) sat-8 ta' April 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012 tat-30 ta' Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġ tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu FCL.065 jinbidel b'dan li ġej:

“FCL.065   Tnaqqis tal-privileġġi tad-detenturi tal-liċenzja li jkolllhom 60 sena jew aktar fit-trasport kummerċjali bl-ajru

(a)

Età bejn is-60 u l-64 sena. Ajruplani u ħelikopters. Id-detentur ta' liċenzja ta' bdot li jkun għalaq 60 sena m'għandux jaġixxi bħala bdot ta' inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru għajr jekk ikun membru ta' ekwipaġġ b'aktar minn bdot wieħed.

(b)

Età ta' 65 sena. Għajr fil-każ ta' detentur ta' liċenzja ta' bdot ta' ballun tal-ajru jew glider, detentur ta' liċenzja ta' bdot li jkun għalaq 65 sena m'għandux jaġixxi bħala bdot ta' inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru.

(c)

Età ta' 70 sena. Detentur ta' liċenzja ta' bdot li għalaq 70 sena m'għandux jaġixxi bħala bdot ta' ballun tal-ajru jew glider involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru.”

(2)

Il-paragrafu FCL.105.B jinbidel b'dan li ġej:

“FCL.105.B   LAPL(B) — Privileġġi

Il-privileġġi tad-detentur ta' LAPL għall-blalen tal-ajru huma li jaġixxi bħala PIC fuq blalen tal-arja sħuna jew żepellini li jaħdmu bl-arja sħuna b'massimu ta' kapaċità tal-envelopp ta' 3 400 m3 jew blalen tal-gass b'massimu ta' kapaċità tal-envelopp ta' 1 260 m3, li jġorru mhux aktar minn tliet (3) passiġġieri, b'tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn erba' (4) persuni abbord il-ballun tal-ajru.”

(3)

F'FCL.210.A, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

L-applikanti għal PPL(A) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 45 siegħa ta' tagħlim fit-titjir fl-ajruplani jew TMGs, li ħamsa (5) minnhom għandhom ikunu saru f'FSTD, inklużi mill-inqas:

(1)

25 siegħa ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti; u

(2)

10 sigħat ta' ħin ta' titjir bi bdot waħdu ssorveljat, inklużi mill-inqas ħames (5) sigħat ta' ħin ta' titjir cross-country bi bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta' mill-inqas 270 km (150 NM), li waqtha għandu jsir inżul b'waqfien sħiħ f'żewġ (2) ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.”

(4)

FCL.230.B jinbidel b'dan li ġej:

“FCL.230.B   BPL — Rekwiżiti riċenti

(a)

Id-detenturi ta' BPL għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom meta, fi klassi waħda ta' blalen tal-arja, ikunu kkompletaw fl-aħħar 24 xahar mill-inqas:

(1)

sitt (6) sigħat ta' ħin ta' titjir bħala PIC, inklużi 10 telgħat u nżulijiet l-art; u

(2)

titjira waħda (1) ta' taħriġ ma' struttur f'ballun tal-ajrufil-klassi xierqa;

(3)

barra minn hekk, fil-każ ta' bdoti kkwalifikati biex isuqu aktar minn klassi waħda ta' blalen tal-arja, sabiex jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fil-klassi l-oħra, għandhom ikunu lestew mill-inqas 3 sigħat ta' ħin ta' titjir f'dik il-klassi fl-aħħar 24 xahar, inklużi 3 telgħat u nżulijiet.

(b)

Id-detenturi ta' BPL għandhom iħaddmu biss ballun tal-istess grupp tal-ballun tal-ajru li fih ikun ġiet ikkompletata it-titjira ta' taħriġ jew ballun tal-ajru ta' grupp ta' envelopp iżgħar;

(c)

Id-detenturi ta' BPL li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti f'(a), qabel ikomplu jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom, għandhom:

(1)

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma' eżaminatur f'ballun fil-klassi adegwata; jew

(2)

iwettqu l-ħin ta' titjir addizzjonali jew it-tlugħ u l-inżul, titjir b'żewġ bdoti jew titjir bi bdot waħdu taħt is-sorveljanza ta' struttur, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti f'(a).

(d)

Fil-każ ta' (c)(1) id-detentur ta' BPL għandu jħaddem biss ballun tal-istess grupp tal-ballun tal-ajru li fih ikun ġie kkompletat il-kontroll tal-profiċjenza jew ballun tal-ajru ta' grupp ta' envelopp iżgħar.”

(5)

Fit-Taqsima 2 “Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplan” fis-subparti D, il-punt li ġej FCL.315.A CPL — Kors ta' taħriġ jinżied dan li ġej:

“FCL.315.A   CPL — Kors ta' taħriġ

Għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta' CPL(A) għandu jinkludi taħriġ ta' prevenzjoni ta' disturbi u taħriġ dwar l-irkupru.”

(6)

Fl-FCL.410.A, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Kors. Applikant għal MPL għandu jkun lesta kors ta' taħriġ dwar għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir f'ATO skont l-Appendiċi 5 ta' din il-Parti. Għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta' MPL għandu jinkludi taħriġ ta' prevenzjoni ta' disturbi u taħriġ dwar l-irkupru.”

(7)

Fl-FCL.725.A, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

Ajruplani b'aktar minn bdot wieħed. Il-kors ta' taħriġ għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tat-tip ta' ajruplan b'aktar minn bdot wieħed għandu jinkludi għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir dwar il-prevenzjoni ta' disturbi u l-irkupru.”

(8)

Fil-paragrafu FCL.740.A, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Validazzjoni mill-ġdid ta' klassifikazzjoni tal-klassi ta' magna waħda u bi bdot wieħed.

(1)

Klassifikazzjonijiet tal-klassi ta' ajruplani b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni tat-TMG. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta' klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplani bi bdot wieħed u b'magna waħda bil-pistin jew klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG, l-applikant għandu:

(i)

fi żmien 3 xhur qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza fil-klassi rilevanti skont l-Appendiċi 9 ta' din il-Parti ma' eżaminatur; jew

(ii)

fi żmien 12-il xahar qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, iwettaq 12-il siegħa ta' ħin ta' titjir fil-klassi rilevanti, inklużi:

sitt (6) sigħat bħala PIC,

12-il tlugħ u 12-il inżul l-art,

taħriġ ta' fakkir il-moħħ ta' mill-inqas titjira ta' siegħa waħda (1) f'ħin totali ma' struttur tat-titjir (FI) jew ma' struttur tal-klassifikazzjoni tal-klassi (CRI). L-applikanti għandhom ikunu eżentati minn dan it-taħriġ ta' fakkir il-moħħ jekk ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza; eżami tal-ħiliet jew evalwazzjoni tal-kompetenza fi kwalunkwe klassi jew tip ta' ajruplan ieħor.

(2)

Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplan fuq l-art b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni ta' TMG, dawn jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' (1) f'kull klassi jew kombinazzjoni tagħhom, u jiksbu validazzjoni mill-ġdid taż-żewġ klassifikazzjonijiet.

(3)

Ajruplani turboprop bi bdot wieħed u b'magna waħda. Għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta' turbopropp b'magna waħda, l-applikanti għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza dwar il-klassi rilevanti skont l-Appendiċi 9 ta' din il-Parti ma' eżaminatur, fi żmien 3 xhur qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni.

(4)

Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplan fuq l-art b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni ta' klassi ta' ajruplan li jinżel fil-baħar b'magna waħda tal-pistin, dawn jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' (1)(ii) f'kull klassi jew kombinazzjoni tagħhom, u jiksbu l-issodisfar ta dawn ir-rekwiżiti għaż-żewġ klassifikazzjonijiet. Mill-inqas siegħa (1) ta' ħin hija meħtieġa għall-PIC u sitta (6) mit-12 il-tlugħ u nżul għandhom jiġu kkompletati f'kull klassi.”

(9)

Fl-FCL.825 il-punt (g), paragrafu (6) jinbidel b'dan li ġej:

“(6)

Għal EIR b'aktar minn magna waħda, il-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid, u t-titjira ta' taħriġ meħtieġa fil-punt (g) (2) (ii) iridu jitlestew f'ajruplan b'iktar minn magna waħda. Jekk il-bdot ikollu wkoll EIR b'magna waħda, din il-verifika tal-profiċjenza għandha tikseb ukoll validazzjoni mill-ġdid jew tiġdid tal-EIR b'magna waħda. It-taħriġ tat-titjir ikkompletat f'ajruplan b'iktar minn magna waħda għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżit għal titjira ta' taħriġ tal-EIR b'magna waħda.”

(10)

Fl-FCL.915, jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

Il-kreditu għal estensjoni għal tipi oħra għandu jqis l-elementi rilevanti ddefinit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva skont il-Parti 21.”

(11)

Il-punt FCL.945 li ġej hu miżjud:

“FCL. 945   Obbligi għall-istruttur

Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir għal validazzjoni mill-ġdid ta' SEP jew klassifikazzjoni tal-klassi jew TMG skont FCL.740.A (b)(1) u biss f'każ ta' ssodisfar tal-kriterji ta' validazzjoni mill-ġdid l-oħrajn kollha meħtieġa skont FCL.740.A (b)(1) l-istruttur għandu japprova l-liċenzja tal-applikant bid-data ta' skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni jew taċ-ċertifikat, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-liċenzja tal-applikant.”

(12)

FCL.910.TRI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

TRI għal ajruplani u għal inġenji tal-ajru bil-powered-lift — TRI(A) u TRI(PL). Il-privileġġi ta' TRI huma ristretti għat-tip ta' ajruplan jew inġenju tal-ajru bil-powered-lift li fih kienu saru t-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenza. Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, il-privileġġi tat-TRI għandhom ikunu estiżi għal aktar tipi meta t-TRI jkun:

(1)

tlesta fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, mill-inqas 15-il settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta' inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom 7 setturi jistgħu jitlestew f'FFS;

(2)

lesta l-partijiet tat-taħriġ tekniku u t-tagħlim fit-titjir tal-kors ta' TRI rilevanti;

(3)

għadda mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935 sabiex juri lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K il-kapaċità tiegħu li jipprovdi tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta' qabel it-titjir, ta' wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.”

(b)

il-punt (c), paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

TRI għall-ħelikopters — TRI(H).

(1)

Il-privileġġi ta' TRI(H) huma ristretti għat-tip ta' ħelikopter li fih sar it-test tal-ħiliet għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' TRI. Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, il-privileġġi tat-TRI għandhom ikunu estiżi għal aktar tipi meta t-TRI jkun:

(i)

lesta l-parti teknika tat-tip adattata tal-kors ta' TRI fuq it-tip ta' ħelikopter applikabbli jew FSTD li jirrappreżentaw dak it-tip;

(ii)

wettaq mill-inqas sagħtejn ta' tagħlim fit-titjir fuq it-tip applikabbli, taħt is-sorveljanza ta' TRI(H) ikkwalifikat b'mod adegwat; u

(iii)

għadda mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935 sabiex juri lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K il-kapaċità tiegħu li jipprovdi tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta' qabel it-titjir, ta' wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.”

(13)

Fl-FCL.905.CRI, fil-punt (a), jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“(3)

estensjoni tal-privileġġi LAPL(A) għal klassi jew varjant ieħor ta' ajruplan.”

(14)

Fl-FCL.1005, fil-punt (a), paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“(1)

li lilhom ikunu pprovdew aktar minn 25 % tat-tagħlim fit-titjir rikjest għal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat li għalihom ikunu qed isiru t-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; jew”

(15)

Fl-FCL.1005.CRE, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

testijiet tal-ħiliet għal estensjoni tal-privileġġi LAPL(A) għal klassi jew varjant ieħor ta' ajruplan.”

(16)

It-Taqsima A tal-Appendiċi 1 tiġi emendata kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“A.   

L-AKKREDITAR TAL-GĦARFIEN TEORIKU GĦALL-ĦRUĠ TA' LIĊENZJA TA' BDOT — STRUZZJONI PONT U REKWIŻITI TAL-EŻAMINAZZJONIJIET”

(b)

Il-paragrafu 1.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.2.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu ta' hawn fuq, għall-ħruġ ta' LAPL, PPL, BPL jew SPL, id-detentur ta' liċenzja f'kategorija oħra ta' inġenju tal-ajru għandu jingħata tagħlim fl-għarfien teoriku u jgħaddi mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku fil-livell adattat fis-suġġetti li ġejjin:

Il-Prinċipji tat-Titjir,

Il-Proċeduri Operattivi,

Il-Prestazzjoni u l-Ippjanar tat-Titjira,

Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenju tal-Ajru,

In-navigazzjoni.”

(c)

għandu jiżdied il-paragrafu 1.4 li ġej:

“1.4.

Minkejja l-paragrafu 1.2, għall-ħruġ ta' LAPL(A), id-detentur ta' LAPL(S) b'estensjoni għal TMG għandu juri livell xieraq ta' għarfien teoriku tal-klassi ta' magna waħda bil-pistin skont FCL.135.A(a)(2).”

(17)

Fl-Appendiċi 6 it-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

L-għan tal-kors ta' taħriġ modulari fit-tajran ibbażat fuq il-kompetenzi huwa li jħarreġ id-detenturi ta' PPL jew ta' CPL għall-kwalifika tal-istrumenti, filwaqt li jqis l-istruzzjoni jew l-esperjenza fit-titjir bl-istrumenti preċedenti. Huwa mfassal biex jipprovdi l-livell ta' profiċjenza meħtieġa biex jitħaddmu l-ajruplani taħt IFR u f'IMC. Il-kors għandu jittieħed f'ATO jew ikun jikkonsisti minn kombinazzjoni ta' struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) li jkollhom il-privileġġ li jagħtu taħriġ għall-IR u struzzjoni fit-titjir fi ħdan ATO.”

(b)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a)(i), B hu mibdul b'dan li ġej:

“(B)

esperjenza preċedenti ta' ħin ta' titjira bi strument bħala PIC fuq l-ajruplani, skont klassifika li tipprovdi l-privileġġi li jtir taħt l-IFR u fl-IMC.”

(ii)

fil-punt (b)(i), (B) hu mibdul b'dan li ġej:

“(B)

esperjenza preċedenti ta' ħin ta' titjira bi strument bħala PIC fuq l-ajruplani, skont klassifika li tipprovdi l-privileġġi li jtir taħt l-IFR u fl-IMC.”

(18)

Fit-Taqsima A tal-Appendiċi 9, il-paragrafi 4 u 5 huma mibdula b'dan li ġej:

“4.

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, is-sillabu tat-tagħlim tat-titjir, l-eżami tal-ħiliet u l-kontroll tal-profiċjenza għandhom jikkonformaw ma' dan l-Appendiċi. Is-sillabu, -eżami tal-ħiliet u l-kontroll tal-profiċjenza jistgħu jitnaqqsu biex jiġi rikonoxxut il-kreditu għall-esperjenza preċedenti fuq tipi ta' inġenji tal-ajru simili, kif stabbilit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21.

5.

Għajr fil-każ ta' testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta' ATPL, meta jkun definit b'dan il-mod fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21 għall-inġenju tal-ajru speċifiku, jista' jingħata kreditu għal punti tat-test tal-ħiliet komuni għal tipi oħrajn jew għal varjanti oħrajn meta l-bdot ikun ikkwalifikat.”


ANNESS II

Fit-Taqsima A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, il-punt (d) tal-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:

Liċenzja nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza f'sigħat totali ta' titjir

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Sostituzzjoni ta' liċenzja tal-Parti FCL u kondizzjonijiet (fejn japplika)

Tneħħija ta' kondizzjonijiet

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

 

ATPL(A)

> 1 500 siegħa bħala PIC fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed

Xejn

ATPL(A)

Mhux applikabbli

(a)

ATPL(A)

> 1 500 fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed

Xejn

bħal f'(c)(4)

bħal f'(c)(5)

(b)

ATPL(A)

> 500 fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed

Juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.515

ATPL(A), bi klassifikazzjonitat-tip ristretta għall-kopilota.

Juri l-kapaċità li jaġixxi bħala PIC kif mitlub mill-Appendiċi 9 tal-Parti FCL

(c)

CPL/IR(A) u għadda minn test tat-teorija fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja

 

(i)

juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.310 u FCL.615(b);

(ii)

jissodisfa r-rekwiżiti li jifdal ta' FCL.720.A(c)

CPL/IR(A) bi krediti fit-teorija ATPL

Mhux applikabbli

(d)

CPL/IR(A)

> 500 fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed, jew f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed fuq ajruplani ta' kategorija CS-23 ta' vvjaġġar minn post għall-ieħor bi bdot wieħed jew ekwivalenti skont ir-rekwiżiti tal-Parti CAT jew il-Parti-ORO għal trasport kummerċjali bl-ajru

(i)

jgħaddi minn eżami tal-għarfien dwar ATPL(A) fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja (*);

(ii)

jissodisfa r-rekwiżiti li jifdal ta' FCL.720.A(c)

CPL/IR(A) bi krediti fit-teorija ATPL

Mhux applikabbli

(e)

CPL/IR(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

Xejn

CPL/IR(A) bi klassifikazzjonijiet tl-klassi u t-tip ristretti għal ajruplani bi bdot wieħed

Jikseb klassifikazzjoni tat-tip b'aktar minn bdot wieħed skont il-Parti FCL

(f)

CPL/IR(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

Juri għarfien dwar ippjanar u prestazzjoni ta' titjir għal-livell CPL/IR

Bħal (4)(f)

Bħal (5)(f)

(g)

CPL(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

Klassifikazzjoni għal billejl, jekk tapplika

CPL(A), bi klassifikazzjonijiet tat-tip/klassi ristretti għal ajruplani bi bdot wieħed

 

(h)

CPL(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

(i)

Klassifikazzjoni għal billejl, jekk tapplika;

(ii)

juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.310

bħal (4)(h)

 

(i)

PPL/IR(A)

≥ 75 skont IFR

 

PPL/IR(A) (IR hija ristretta għal PPL)

Juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.615(b)

(j)

PPL(A)

≥ 70 fuq ajruplani

Juri l-użu ta' għajnuniet tan-navigazzjoni bir-radju

PPL(A)

 

(k)


(*)  Id-detenturi ta' CPL li diġà jkollhom klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan b'aktar minn bdot wieħed ma jkunx jeħtiġilhom li jkunu għaddew minn eżami ta' għarfien teoriku fuq ATPL(A) waqt li jkomplu jħaddmu dak l-istess tip ta' ajruplan, iżda ma jingħatawx krediti fit-teorija ATPL(A) għal liċenzja tal-Parti FCL. Jekk ikunu jeħtieġu klassifikazzjoni oħra tat-tip għal ajruplan differenti b'aktar minn bdot wieħed, għandhom jikkonformaw mal-kolonna (3), linja (e)(i) tat-tabella ta' hawn fuq.”


ANNESS III

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 hu emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima A “VALIDAZZJONI TA' LIĊENZJI”, il-paragrafu 3, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

fil-każ ta' ħelikopters, jikkonforma mar-rekwiżiti ta' esperjenza stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Liċenzja fil-pussess tad-detentur

Esperjenza f'sigħat totali ta' titjir

Privileġġi

 

(1)

(2)

(3)

 

IR valida ta' ATPL(H)

> 1 000 bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed bħala PIC f'operazzjonijiet VFR u IFR

(a)

ATPL(H) mingħajr privileġġi IR

> 1 000 bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed bħala PIC f'operazzjonijiet VFR

(b)

IR valida ta' ATPL(H)

> 1 000 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed bħala kopilota f'operazzjonijiet VFR u IFR

(c)

ATPL(H) mingħajr privileġġi IR

> 1 000 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed bħala kopilota f'operazzjonijiet VFR

(d)

CPL(H)/IR (*)

> 1 000 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed bħala kopilota.

(e)

CPL(H)/IR

> 1 000 siegħa bħala PIC fi trasport kummerċjali bl-ajru minn meta jkun kiseb IR

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters bi bdot wieħed bħala PIC

(f)

ATPL(H) bi privileġġi IR jew mingħajrhom, CPL(H)/IR, CPL(H)

> 700 siegħa f'ħelikopters minbarra dawk iċċertifikati skont CS-27/29 jew ekwivalenti, inklużi 200 siegħa fl-irwol ta' attività li għaliha tkun intalbet l-aċċettazzjoni, u 50 siegħa f'dak l-irwol fl-aħħar 12-il xahar

Eżerċizzju ta' privileġġi f'ħelikopters f'operazzjonijiet minbarra trasport kummerċjali bl-ajru

(g)

(2)

Fit-Taqsima A “VALIDAZZJONI TA' LIĊENZJI”, il-paragrafu 6, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

ikun impjegat, direttament jew indirettament, ta' manifattur ta' ajruplani jew ta' awtorità tal-avjazzjoni.”

(3)

Fit-Taqsima A “VALIDAZZJONI TA' LIĊENZJI”, jiżdiedu l-paragrafi 7 u 8 li ġejjin:

“7.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi ta' hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu, għal titjiriet ta' kompetizzjoni jew titjiriet ta' wirja ta' tul limitat, jaċċettaw liċenzja maħruġa minn pajjiż terz li jippermetti lid-detentur jeżerċita l-privileġġi ta' PPL, SPL jew BPL sakemm:

(a)

qabel l-avveniment, l-organizzatur tat-titjiriet ta' kompetizzjoni jew il-wirja jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'evidenza adegwata dwar kif se tiżgura li l-bdot se jkun familjari mal-informazzjoni rilevanti għas-sikurezza u se jimmaniġġja kwalunkwe riskju assoċjat ma' dawn it-titjiriet; u

(b)

l-applikant ikollu liċenzja tajba u ċertifikat mediku u klassifikazzjonijiet jew kwalifiki relatati maħruġin skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago.

8.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi ta' hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw PPL, SPL jew BPL maħruġa b'konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago minn pajjiż terz għal mhux aktar minn 28 jum kalendarju kull sena għal kompiti mhux kummerċjali speċifiċi sakemm l-applikant:

(a)

ikollu liċenzja tajba u ċertifikat mediku u klassifikazzjonijiet jew kwalifiki relatati maħruġin skont l-Anness 1 tal-ICAO; u

(b)

jkun ikkompleta mill-inqas titjira waħda ta' akklimatizzazzjoni ma' struttur ikkwalifikat qabel it-twettiq tal-kompiti speċifiċi ta' tul limitat.”


(*)  Id-detenturi ta' CPL(H)/IR fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed għandhom ikunu wrew għarfien ta' livell ATPL tal-ICAO qabel l-aċċettazzjoni.”


ANNESS IV

L-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-ARA.GEN.305 għandu jiddaħħal il-punt (ca) li ġej:

“(ca)

Minkejja (c), fil-każ ta' organizzazzjonijiet li jipprovdu biss taħriġ lejn LAPL, PPL, SPL jew BPL u l-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati, għandu jiġi applikat ċiklu ta' ppjanar għas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-48 xahar. Iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza għandu jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tad-detentur tal-organizzazzjoni tkun naqset.

Iċ-ċiklu ta' ppjanar għas-sorveljanza jista' jiġi estiż sa massimu ta' 72 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li, matul l-48 xahar ta' qabel:

(1)

l-organizzazzjoni tkun uriet identifikazzjoni effettiva tal-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tal-ġestjoni tar-riskji assoċjati, kif juru r-riżultati tar-reviżjoni annwali skont ORA.GEN.200(c);

(2)

l-organizzazzjoni tkun dejjem żammet kontroll fuq il-bidliet kollha skont ORA.GEN.130, kif juru r-riżultati tar-reviżjoni annwali skont ORA.GEN.200(c);

(3)

ma jkunu ġew stabbiliti l-ebda sejbiet tal-livell 1; u

(4)

l-azzjonijiet korrettivi kollha jkunu ġew implimentati fil-perjodu ta' żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, kif iddefinit minn ARA.GEN.350 (d)(2).”

(2)

Fl-ARA.FCL.200, jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

Approvazzjoni tal-liċenzja mill-istrutturi. Qabel ma tawtorizza speċifikament lil ċerti strutturi biex jivvalidaw mill-ġdid il-klassifikazzjoni tal-klassi ta' magna waħda bil-pistin jew ta' TMG, l-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri xierqa.”

(3)

Il-punt ARA.MED.330 li ġej hu miżjud:

“ARA.MED. 330   Ċirkostanzi mediċi speċjali

(a)

Meta teknoloġija medika, mediċina jew proċeduri ġodda jkunu identifikati li jistgħu jiġġustifikaw valutazzjoni tal-istat ta' applikanti b'mod ieħor li mhux konformi mar-rekwiżiti, tista' ssir riċerka biex tinġabar evidenza dwar l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja.

(b)

Sabiex tagħmel riċerka, awtorità kompetenti, b'kooperazzjoni ma' tal-anqas awtorità kompetenti oħra, tista' tiżviluppa u tevalwa protokoll ta' evalwazzjoni medika li abbażi tiegħu dawn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu numru definit ta' ċertifikati mediċi tal-bdoti bil-limitazzjonijiet adatti.

(c)

L-AeMCs u l-AMEs jistgħu biss joħorġu ċertifikati mediċi abbażi ta' protokoll ta' riċerka jekk jingħataw struzzjonijiet biex jagħmlu dan mill-awtorità kompetenti.

(d)

Il-protokoll għandu jiġi miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati u għandu jinkludi bħala minimu:

(1)

Valutazzjoni tar-riskju;

(2)

analiżi tal-letteratura u evalwazzjoni li jipprovdi evidenza li l-ħruġ ta' ċertifikat mediku skont il-protokoll ta' riċerka ma jipperikolax l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja;

(3)

kriterji ta' għażla dettaljati għall-bdoti sabiex jiġu ammessi għall-protokoll;

(4)

il-limitazzjonijiet li ser jiġu approvati fuq iċ-ċertifikat mediku;

(5)

il-proċeduri ta' monitoraġġ li għandhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(6)

id-determinazzjoni ta' punti tat-tmiem għal tmiem il-protokoll.

(e)

Il-Protokoll għandu jkun konformi ma' prinċipji etiċi rilevanti.

(f)

L-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja minn detenturi ta' liċenzja b'ċertifikat mediku maħruġ fuq il-bażi tal-Protokoll għandhom ikunu ristretti għal titjiriet b'inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Istati Membri involuti fil-protokoll ta' riċerka. Din ir-restrizzjoni għandha tiġi indikata fuq iċ-ċertifikat mediku.

(g)

L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw għandhom:

(1)

jipprovdu lill-Aġenzija:

(i)

il-protokoll tar-riċerka qabel l-implimentazzjoni;

(ii)

id-dettalji u l-kwalifiki tal-punt fokali nominat ta' kull awtorità kompetenti parteċipanti;

(iii)

rapporti dokumentati ta' evalwazzjonijiet regolari tal-effettività tiegħu;

(2)

jipprovdu l-AeMCs u l-AMEs fil-ġurisdizzjoni tagħhom b'dettalji tal-protokoll qabel l-implimentazzjoni għall-informazzjoni tagħhom.”

(4)

Appendiċi I huwa mibdul b'li ġej:

“Appendiċi I

Liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira

Il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira maħruġa minn Stat Membru skont il-Parti-FCL għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kontenut. In-numru tal-element indikat għandu jkun dejjem stampat b'rabta mal-intestatura tal-element. L-elementi I sa XI huma ‘permanenti’, u l-elementi XII sa XIV huma elementi ‘varjabbli’ li jistgħu jidhru fuq folja separata jew li tista' tinqala' minn mal-formola ewlenija. Kwalunkwe parti separata jew li tinqala' għandha tkun identifikata b'mod ċar bħala parti mil-liċenzja.

(1)

Elementi permanenti:

(I)

Stat li ħareġ il-liċenzja;

(II)

titolu tal-liċenzja;

(III)

numru tas-serje tal-liċenzja, li jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat li ħareġ il-liċenzja, segwit mill-ittri ‘FCL’ u kodiċi ta' numri Għarab u/jew ittri Latini;

(IV)

isem id-detentur (b'kitba Latina, anke jekk il-kitba tal-lingwa/i nazzjonali mhijiex Latina);

(IVa)

id-data tat-twelid

(V)

indirizz tad-detentur;

(VI)

nazzjonalità tad-detentur;

(VII)

firma tad-detentur;

(VIII)

awtorità kompetenti u, fejn meħtieġ, il-kundizzjonijiet li skonthom inħarġet il-liċenzja;

(IX)

ċertifikazzjoni tal-validità u awtorizzazzjoni għall-privileġġi mogħtija;

(X)

firma tal-uffiċċjal li joħroġ il-liċenzja u d-data tal-ħruġ; u

(XI)

siġill jew timbru tal-awtorità kompetenti.

(2)

Elementi varjabbli

(XII)

klassifikazzjonijiet u ċertifikati: klassi, tip, ċertifikat ta' għalliem, eċċ., bid-dati ta' skadenza tagħhom. Il-privileġġi tar-radjutelefonija (R/T) jistgħu jidhru fuq il-formola tal-liċenzja jew fuq ċertifikat separat;

(XIII)

rimarki: jiġifieri approvazzjonijiet speċjali marbutin ma' restrizzjonijiet u approvazzjonijiet għall-privileġġi, inklużi approvazzjonijiet tal-profiċjenza tal-lingwa u klassifikazzjonijiet għall-inġenji tal-ajru tal-Anness II meta jintużaw għat-trasport kummerċjali bl-arju; u

(XIV)

kwalunkwe dettalji oħra meħtieġa mill-awtorità kompetenti (eż., il-post tat-twelid/il-post tal-oriġini).

(b)

Il-materjal. Il-karta jew materjal ieħor użat għandhom jipprevjenu jew juru mill-ewwel kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir. Kull żieda jew tħassir fuq il-formola għandu jkun awtorizzat b'mod ċar mill-awtorità kompetenti.

(c)

Il-lingwa. Il-liċenzji għandhom ikunu miktubin bil-lingwa/i nazzjonali, bl-Ingliż, u b'lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

Qoxra

Image

Test ta 'immaġni

Paġna 2

Image

Test ta 'immaġni

Paġna 3

Image

Test ta 'immaġni

Paġni addizzjonali — Rekwiżiti

Il-paġni 1, 2 u 3 tal-liċenzja għandhom ikunu konformi mal-format stabbilit fil-mudell f'dan il-punt. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi paġni supplementari personalizzati li jkun fihom tabelli li għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

Klassifikazzjonijiet, ċertifikati, approvazzjonijiet u privileġġi,

Id-dati tal-iskadenza tal-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi ta' ċertifikat tal-istruttur u l-eżaminatur,

Dati tal-eżami jew il-kontroll,

Rimarki u restrizzjonijiet (limitazzjonijiet operattivi),

Oqsma għan-numru taċ-ċertifikat u l-firma tal-eżaminatur u/jew l-istruttur, skont kif ikun applikabbli,

Taqsiriet.

Dawn il-paġni huma intiżi biex jintużaw mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminaturi jew strutturi li jkunu awtorizzati b'mod speċifiku.

Kwistjonijiet tal-bidu rigward il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati għandhom jiddaħħlu mill-awtorità kompetenti. Il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta' klassifikazzjonijiet jew ċertifikati jista' jiddaħħal mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminaturi jew strutturi li jkunu awtorizzati b'mod speċifiku.

Ir-restrizzjonijiet operattivi għandhom jitniżżlu taħt ‘Rimarki u Restrizzjonijiet’ skont il-privileġġ ristrett xieraq, eż. eżami tal-ħiliet fl-IR imwettaq ma' kopilota, privileġġi ta' tagħlim ristretti għat-tip ta' inġenju tal-ajru 1.

Klassifikazzjonijiet li ma jkunux ivvalidati jistgħu jitneħħew mil-liċenzja mill-awtorità kompetenti.”

(5)

Fl-Appendiċi II, l-Intestatura 9 tal-istruzzjonijiet dwar il-format Standard tal-EASA għall-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-punt 9: Jekk l-awtorità kompetenti tkun l-entità li toħroġ l-attestazzjoni, għandhom jiddaħħlu t-terminu ‘awtorità kompetenti’ u s-siġill, it-timbru jew il-logo uffiċjali. F'dan il-każ biss, l-awtorità kompetenti tista' tiddetermina jekk siġill uffiċjali, timbru jew logo uffiċjali għandux jiddaħħal ukoll taħt l-Intestatura 8.”


ANNESS V

Fl-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, fl-ORA.GEN.200, il-punt (c) li ġej hu miżjud:

“(c)

Minkejja l-punt (a), f'organizzazzjoni li tipprovdi taħriġ għal LAPL, PPL, SPL jew BPL biss u l-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati assoċjati, il-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza u s-sorveljanza tal-konformità definita fil-punti (a)(3) u (a)(6) tista' ssir b'analiżi organizzattiva, li għandha ssir mill-inqas darba kull sena kalendarja. L-awtorità kompetenti għandha tiġi nnotifikata dwar ir-riżultati ta' din ir-reviżjoni mill-organizzazzjoni mingħajr dewmien żejjed.”


18.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/446

tas-17 ta' Marzu 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “barium selenate”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fformulati mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta' residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2).

(3)

Is-selenat tal-barju huwa attwalment inkluż fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzata għall-ispeċi tal-bovini u ovini, bl-istatus “MRL mhux neċessarju”.

(4)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, talba għal reviżjoni tal-opinjoni dwar is-selenat tal-barju ġiet sottomessa lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (“CVMP”) ikkonferma r-rakkomandazzjoni inizjali tiegħu li ma hemm l-ebda bżonn li jiġi stabbilit MRL għas-selenat tal-barju għall-ispeċi bovini u ovini. Madankollu, is-CVMP ikkonkluda li minħabba l-fatt li t-tnaqqis tas-sustanza u r-residwu tas-selenju tagħha minn sit ta' injezzjoni isir bil-mod ħafna, hemm riskju li l-konsum ta' sit ta' injezzjoni jista' jwassal għall-konsum tas-selenju akbar mil-livell sikur stabbilit. Għalhekk, sabiex ikun assigurat li l-espożizzjoni tal-konsumaturi ma tkunx aktar mil-limitu stabbilit tal-livell tollerabbli ta' konsum ogħla, is-CVMP irrakkomanda li s-selenat tal-barju użat fi prodotti mediċinali veterinarji ma għandux jiġi amministrat b'titqiba.

(6)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva f'oġġett tal-ikel partikolari minflok oġġett tal-ikel ieħor li joriġina mill-istess speċi, jew l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar minflok speċijiet oħra. Is-CVMP rrakkomanda l-estrapolazzjoni tal-istatus eżistenti “MRL mhux neċessarju” għas-selenat tal-barju fir-rigward tal-ispeċijiet bovini u ovini u għall-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel.

(7)

Għaldaqstant, l-annotazzjoni għas-selenat tal-barju fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta' żmien raġonevoli biex il-partijiet ikkonċernati jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-konformità ma' dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri stipiulati f'din id-Drettiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-17 ta' Mejju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-entrata għas-sustanza “Barium selenate” tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċi tal-annimali

MRL

Tessuti kkonċernati

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

“Barium selenate

MHUX APPLIKABBLI

L-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel

MRL mhux neċessarju

MHUX APPLIKABBLI

M'għandux jingħata permezz ta' titqiba

L-imsaren u l-metaboliżmu/is-supplimenti minerali”


18.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/447

tas-17 ta' Marzu 2015

dwar it-tqassim tal-kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2014/2015 fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta' Jannar 2014. Madankollu, l-Artikolu 230(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li, fir-rigward tas-sistema tal-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib, it-Taqsima III tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kif ukoll l-Artikolu 55, l-Artikolu 85 tiegħu u l-Annessi IX u X tiegħu jkomplu japplikaw sal-31 ta' Marzu 2015.

(2)

L-Artikolu 67(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprevedi li l-produtturi jista' jkollhom kwota individwali waħda jew żewġ kwoti individwali, waħda għall-kunsinni u l-oħra għall-bejgħ dirett, u li l-kwantitajiet jistgħu jinbidlu minn kwota għall-oħra mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biss, fuq talba ġġustifikata kif xieraq min-naħa tal-produttur.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 266/2014 (3) jistipula t-tqassim bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett għall-perjodu mill-1 ta' April 2013 sal-31 ta' Marzu 2014 għall-Istati Membri kollha.

(4)

Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 (4), l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li kienu mibdula b'mod definittiv fuq talba tal-produtturi bejn il-kwoti individwali għall-kunsinni u dawk għall-bejgħ dirett.

(5)

Għaldaqstant, jixraq li jiġi stabbilit it-tqassim bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett tal-kwoti nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Marzu 2015 stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(6)

Skont l-Artikolu 69(1) flimkien mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni kellha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) ta' dak ir-Regolament. Il-proċedura korrispondenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 hija l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2) ta' dak ir-Regolament.

(7)

Billi t-tqassim bejn il-bejgħ dirett u l-kunsinni jintuża bħala l-bażi ta' referenza għall-kontrolli mwettqa skont l-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 u għall-ħolqien tal-kwestjonarju annwali mogħti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta' skadenza għal dan ir-Regolament wara l-aħħar data possibbli għal dawn il-kontrolli.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tqassim tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett, applikabbli għall-perjodu mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Marzu 2015, huwa stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fit-30 ta' Settembru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 266/2014 tal-14 ta' Marzu 2014 dwar it-tqassim tal-kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2013/2014 fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett (ĠU L 76, 15.3.2014, p. 31).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22).


ANNESS

Stati Membri

Kunsinni (tunnellati)

Bejgħ dirett (tunnellati)

Il-Belġju

3 566 075,994

36 038,916

Il-Bulgarija

981 934,239

67 583,377

Ir-Repubblika Ċeka

2 910 127,559

25 017,298

Id-Danimarka

4 847 759,582

149,891

Il-Ġermanja

30 229 156,242

89 772,508

L-Estonja

687 975,699

4 950,350

L-Irlanda

5 782 858,891

1 563,345

Il-Greċja

878 297,757

1 317,000

Spanja

6 491 200,263

66 355,182

Franza

26 043 679,756

327 551,521

Il-Kroazja

698 376,994

66 623,006

L-Italja

10 921 420,936

367 121,930

Ċipru

155 022,240

636,552

Il-Latvja

770 138,701

10 993,997

Il-Litwanja

1 753 855,868

73 783,113

Il-Lussemburgu

292 166,310

588,000

L-Ungerija

1 967 795,932

165 608,590

Malta

52 205,729

0,000

In-Netherlands

11 972 757,363

77 735,292

L-Awstrija

2 911 286,952

81 441,536

Il-Polonja

9 923 889,074

131 907,982

Il-Portugall (1)

2 080 193,719

8 710,827

Ir-Rumanija

1 571 952,247

1 705 244,231

Is-Slovenja

597 453,865

20 719,515

Is-Slovakkja

1 075 927,489

39 828,732

Il-Finlandja (2)

2 615 170,922

4 657,981

L-Isvezja

3 589 229,658

4 800,000

Ir-Renju Unit

15 755 730,218

140 974,348


(1)  Ħlief il-Madejra;

(2)  Il-kwota nazzjonali Finlandiża kif imsemmija fl-Anness IX tar-Regolament(KE). Nru 1234/2007 u l-ammont totali tal-kwota nazzjonali Finlandiża kif indikata fl-Anness ta' dan ir-Regolament ivarjaw minħabba żieda ta' 784,683 tunnellata fil-kwota biex jiġu kkumpensati l-produtturi SLOM Finlandiżi skont l-Artikolu 67(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.


18.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/448

tas-17 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi r-regoli speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali biex jiddaħħlu fl-Unjoni ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali mill-Ġappun maħsubin għall-EXPO Milano 2015

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

L-Italja se tkun qed tilqa' l-fiera universali msejħa “EXPO Milano 2015” li se ssir f'Milan mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru 2015. It-tema ċentrali ta' din il-fiera hija “Nagħtu lid-dinja — Enerġija għall-ħajja”.

(2)

L-awtorizzazzjoni lil pajjiżi terzi biex jesportaw prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn l-Unjoni tingħata skont għadd ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jqisu t-tħassib dwar is-saħħa tal-annimali u dik pubblika. Iżda mhux il-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali mill-pajjiżi li se jieħdu sehem fl-EXPO Milano 2015 huma awtorizzati biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Għaldaqstant ġew stabbiliti ċerti derogi għar-rekwiżiti tas-saħħa għall-importazzjoni tal-Unjoni bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/329 (2) biex jiġu awtorizzati li jidħlu ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali esklussivament biex jintużaw fl-EXPO Milano 2015.

(4)

Il-Ġappun mhuwiex elenkat fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) bħala pajjiż terz li minnu hija awtorizzata l-introduzzjoni ta' laħam frisk tal-annimali porċini domestiċi.

Il-Ġappun huwa elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (4) bħala pajjiż terz li minnu hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, sakemm dawn ikunu għaddew mit-trattament speċifiku “B”, kif iddefinit fil-Parti 4 ta' dak l-Anness.

(5)

Il-Ġappun talab awtorizzazzjoni biex b'mod esklussiv għall-EXPO Milano 2015, idaħħal fl-Unjoni laħam frisk ta' annimali porċini domestiċi u ċerti prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li jkunu ttieħdu minn annimali porċini domestiċi u li jkunu għaddew mit-trattament mhux speċifiku “A”, kif iddefinit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(6)

Huwa maħsub li dawn il-prodotti li joriġinaw mill-annimali jagħtu biżżejjed garanziji tas-saħħa tal-annimali rigward l-introduzzjoni fil-post tal-fiera tal-EXPO Milano 2015 kif iddefinit mir-Regolament (UE) 2015/329 għar-raġunijiet li ġejjin. Il-Ġappun iwettaq id-dmir li jirrapporta t-tifqigħat ta' mard fl-annimali lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali. Fil-Ġappun qatt ma ġie rrappurtat id-deni Afrikan tal-ħnieżer, il-pesta bovina ilha ma tiġi rrappurtata mill-1922, il-marda vexxikulari tal-ħnieżer ilha ma tiġi rrappurtata mill-1975, id-deni klassiku tal-ħnieżer ilu ma jiġi rrappurtat mill-1992 u l-marda tal-ilsien u d-dwiefer ilha mill-2010. Barra minn hekk, il-prodotti msemmija jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa pubblika tal-Ġappun u huma tajbin għall-konsum mill-bniedem fil-Ġappun. Barra minn hekk, l-EXPO Milano 2015 huwa avveniment temporanju u r-Regolament (UE) 2015/329 jipprevedi miżuri stretti ta' kontroll għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li ma jkunux jissodisfaw għalkollox ir-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-saħħa għall-importazzjoni. Dak ir-Regolament jaċċerta wkoll li dawk il-prodotti jkunu traċċabbli f'kull stadju tat-trasportazzjoni, tal-ħżin, tal-konsenja u tar-rimi tal-fdalijiet jew skart tagħhom, u li għandhom jintużaw biss għall-fiera.

(7)

Għalhekk jixraq li ssir deroga mir-Regolament (UE) 2015/329 rigward ir-rekwiżiti tat-tranżitu u tal-ħżin previsti hemmhekk. F'dan il-kuntest, biex jiddaħħlu dawn il-prodotti għandu jiġi stabbilit mudell speċifiku ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Madankollu, għandhom jibqgħu japplikaw ir-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Minbarra fejn hu previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-Regolament (UE) 2015/329 u l-miżuri ta' emerġenza adottati skont l-Artikoli 53 jew 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u li jkunu fis-seħħ waqt il-perjodu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   B'deroga mill-Artikolu 2(c)(i) u (ii) tar-Regolament (UE) 2015/329, il-prodotti mill-Ġappun imsemmija hawn taħt għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikat veterinarju stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament:

(a)

laħam frisk ta' annimali porċini domestiċi;

(b)

prodotti tal-laħam, stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati meħudin minn annimali porċini domestiċi li għaddew mit-trattament mhux speċifiku “A”, kif iddefinit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE;

(c)

ikel li jkun fih il-prodotti msemmijin fil-punti (a) u (b).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta' April 2015 sal-31 ta' Ottubru 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/329 tat-2 ta' Marzu 2015 li jidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika fejn għandu x'jaqsam mal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ikel ta' oriġini mill-annimali li d-destinazzjoni tiegħu hija l-EXPO Milano 2015 f'Milan (l-Italja) (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 52).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(5)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


ANNESS

Pjan ta' Azzjoni Mudell (POR) għall-EXPO Milano 2015

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

18.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/449

tas-17 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

65,8

IL

94,1

MA

88,9

TR

87,7

ZZ

84,1

0707 00 05

JO

229,9

MA

179,7

TR

183,2

ZZ

197,6

0709 93 10

MA

106,7

TR

184,0

ZZ

145,4

0805 10 20

EG

46,7

IL

71,3

MA

54,4

TN

57,0

TR

68,2

ZZ

59,5

0805 50 10

TR

48,1

ZZ

48,1

0808 10 80

AR

94,0

BR

70,9

CA

81,0

CL

107,2

CN

97,0

MK

27,7

US

176,0

ZZ

93,4

0808 30 90

AR

108,2

CL

146,7

US

124,8

ZA

99,5

ZZ

119,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

18.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/450

tas-16 ta' Marzu 2015

li tistabbilixxi r-rekwiżiti tat-testijiet għall-Istati Membri li qed jintegraw ruħhom fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) jew li qegħdin jibdlu sostanzjalment is-sistemi nazzjonali direttament relatati tagħhom

(notifikata bid-dokument C(2015) 1612)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 20(3), il-punt (a) tal-Artikolu 22, l-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 37(7) tiegħu, u

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (2) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 20(4), il-punt (a) tal-Artikolu 22, l-Artikolu 51(4) u l-Artikolu 52(7) tiegħu, u

Wara li kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

Is-sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen kienet stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom (3). Dik is-sistema kkostitwixxiet għodda essenzjali biex tiġi applikata d-dispożizzjoni tal-acquis ta' Schengen kif inhu integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen ġiet issostiwita fid-9 ta' April 2013 mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) meta r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI saru applikabbli. Bħall-predeċessur tagħha, is-SIS II hija kontroparti ewlenija fl-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni kif ukoll kontribuzzjoni kruċjali għaż-żamma ta' livell għoli ta' sigurtà ġewwa l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(3)

L-arkitettura teknika tas-SIS II hija komposta minn sistema ċentrali (Central SIS II), applikazzjonijiet nazzjonali u infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-Central SIS II u l-applikazzjonijiet nazzjonali.

(4)

Kien u għadu neċessarju li jsiru testijiet sabiex jiġi valutat jekk is-SIS II toperax b'mod konformi mar-rikwiżiti tekniċi u funzjonali kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

(5)

Ir-rekwiżiti tal-ittestjar applikabbli għall-fażijiet ta' prova maġġuri tal-iżvilupp tekniku tas-SIS II ġew stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2008 (4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/173/ĠAI (5) kif ukoll fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 (6) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI (7). Dawn l-istrumenti ddefinixxew ir-rekwiżiti bażiċi u l-organizzazzjoni tat-testijiet tas-Sistema ċentrali tas-SIS II, is-sistemi nazzjonali tas-SIS II, l-interazzjoni bejniethom kif ukoll it-testijiet relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni. Peress li dawn l-istrumenti kienu jirrelataw mal-iżvilupp tekniku tas-SIS II, l-effett legali tagħhom spiċċa malli s-SIS II bdiet titħaddem fid-9 ta' April 2013. Ir-Regolament (KE) 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI skadew fit-8 ta' Mejju 2013 u ġew ukoll imħassra mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1273/2012 (8) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1272/2012 (9) rispettivament. It-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 189/2008 u tad-Deċiżjoni 2008/173/ĠAI ġie propost fl-2014 (10).

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 189/2008, id-Deċiżjoni 2008/173/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għamlu t-testijiet tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni, it-testijiet nazzjonali tal-konformità, it-testijiet komprensivi, kif ukoll it-test tal-iskambju tal-informazzjoni supplimentari, obbligatorji għall-Istati Membri li mmigraw minn SIS 1+ lejn SIS II. Is-suċċess tat-testijiet fuq is-SIS II Ċentrali, tat-testijiet tal-konformità nazzjonali u t-testijiet relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni kien prekondizzjoni biex jinbeda t-test komprensiv. Il-Kummissjoni kellha tiddikjara t-tlestija b'suċċess tat-test komprensiv bħala prekondizzjoni biex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

(7)

Fid-dawl tat-tkabbir tal-Unjoni u b'mod partikolari t-tkabbir tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, huwa neċessajru li jiġu definiti t-testijiet li juru kemm Stat Membru jkun teknikament lest biex jintegra ruħu fis-SIS II. Sabiex tiġi msaħħa ċ-ċertezza ġuridika huwa neċessarju li jiġu ddefiniti r-rikwiżiti tal-ittestjar. Dawn it-testijiet għandhom jipprovaw li Stat Membru huwa kapaċi li jagħmel skambju ta' informazzjoni supplementari, li s-sistema nazzjonali tiegħu hija kompletament konformi mas-SIS II Ċentrali, li huwa kapaċi li jdaħħal, jaġġorna, iħassar u jfittex id-dejta, li huwa kapaċi li jtella' ritratti u marki tas-swaba' fil-kwalità meħtieġa u li huwa kapaċi li jipproċessa d-dejta fuq identità użata ħażin.

(8)

L-Istati Membri li beħsiebhom jimplementaw tibdila sostanzjali fis-sistemi nazzjonali SS II tagħhom (N.SIS II) jew fl-applikazzjoni SIRENE tagħhom kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI għandhom ukoll jiġu ttestjati kif definit mill-Awtorità Maniġerjali sabiex jipprovaw konformità sħiħa mas-SIS II Ċentrali jew juru l-abbiltà li jagħmlu skambju ta' informazzjoni supplementari. L-Aġenzija Ewropea għall-immaniġġjar operazzjonali ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja ngħatat is-setgħa li tkun l-Awtorità Maniġerjali mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ikkombinata mar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(9)

Jekk wieħed jieħu kont tal-prinċipju li l-istess rekwiżiti tekniċi għandhom japplikaw għall-Istati Membri kollha, ikun xieraq li l-istess fażijiet ta' ttestjar jiġu applikati għall-Istati Membri li jkunu qed jippjanaw li jintegraw mas-SIS II li l-Istati Membri kellhom jeżegwixxu biex jagħmlu l-migrazzjoni mis-SIS 1+ lejn SIS II.

(10)

Huwa wkoll xieraq li jsir użu tal-esperjenza akkwistata waqt l-iżvilupp tas-SIS II u li jiżdiedu dawk it-testijet li ma kienu previsti fl-ebda strumenti legali imma li ġew miżjuda mill-Istati Membri li ħadu sehem fil-korpi ta' tħejjija tal-Kunsill, b'mod partikulari t-test dwar l-iskambju tal-formoli SIRENE.

(11)

It-testijiet għandhom jiġu organizzati, definiti u eżegwiti mill-Awtorità Maniġerjali bl-assistenza tal-Istati Membri.

(12)

Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, innotifikat permezz ta' ittra tal-15 ta' Ġunju 2007 it-traspożizzjoni ta' dan l-acquis fil-liġi nazzjonali tagħha. Id-Danimarka tipparteċipa fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI. Għalhekk hija marbuta li timplimenta din id-Deċiżjoni.

(13)

Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'din id-Deċiżjoni sa fejn ma tikkonċernax l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari b'relazzjoni mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (12).

(14)

L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni sa fejn ma tikkonċernax l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari b'relazzjoni mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (13).

(15)

Rigward Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa relatat miegħu b'xi mod ieħor, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003.

(16)

Rigward il-Kroazja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa relatat miegħu b'xi mod ieħor, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2012.

(17)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim milħuq bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (14), li jagħmlu parti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (15).

(18)

Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (16), li taqa' fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE (17).

(19)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (18), li jaqa' taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (19).

(20)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u bl-Artikolu 67 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   Qabel ma jintegraw fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), l-Istati Membri jagħmlu t-testijiet u l-proċedura tal-ittestjar stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(2)   L-Istati Membri li beħsiebhom jimplementaw tibdil sostanzjali fl-N.SIS II jew l-applikazzjoni SIRENE tagħhom jagħmlu rikjesta lill-Awtorità Maniġerjali biex jiġi ddeterminat liema testijiet fost dawk stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitwettqu, u jgħaddu mill-proċedura tal-ittestjar stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri konċernati ma jimplementawx dawk il-bidliet qabel ma t-testijiet ikunu saru b'suċċess.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lejn l-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Dimitris AVRAMOPOULOS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(2)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

(3)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (ĠU L 57, 1.3.2008, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/173/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (ĠU L 57, 1.3.2008, p. 14).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1273/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 359, 29.12.2012, p. 32).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1272/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 359, 29.12.2012, p. 21).

(10)  COM(2014) 713 final u COM(2014) 714 final.

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(13)  Id-Deciżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(14)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-s ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(16)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, u l-Konfederazzjoni Svizzera, dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta' Schengen (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78).

(18)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


ANNESS

“TESTIJIET TAS-SIS II

1.   OBJETTIVI

It-testijiet imsemmija hawnhekk qegħdin biex juru li s-sistema nazzjonali (N.SIS II), l-infrastruttura tal-komunikazzjoni u l-interazzjonijiet bejn is-SIS II Ċentrali (C.SIS II) u l-N.SIS II jaħdmu skont ir-rikwiżiti tekniċi u funzjonali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

Barra minn dan, it-testijiet SIS II qegħdin biex juru wkoll li l-N.SIS II, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni u l-interazzjonijiet bejn is-C.SIS II u l-N.SIS II huma kapaċi jaħdmu skont ir-rekwiżiti nonfunzjonali, bħar-robustezza, disponibbiltà u l-prestazzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

2.   IL-PROĊESS, L-AMBITU DETTALJAT U L-ORGANIZZAZZJONI TAT-TESTIJIET TAS-SIS II

Is-sekwenza, l-objettiv, l-ambitu (skont l-implementazzjoni nazzjonali) u l-organizzazzjoni tat-testijiet huma kif ġej:

2.1.   It-testijiet tal-konnettività huma l-ewwel fażi ta' testijiet li tindirizza t-testjar tal-konnettività u r-reżiljenza tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni tas-SIS II.

2.2.   It-testijiet ta' konformità Nazzjonali huma t-tieni fażi tat-testijiet li tindirizza t-testjar tal-konformità tal-N.SIS II mal-ispeċifikazzjonijiet deskritti fil-verżjoni referenzjali tad-Dokument ta' Kontroll tal-Interfaċċja (ICD).

2.3.   It-testijiet fuq l-Interfaċċji Nazzjonali Lokali (LNI) u l-Interfaċċja Nazzjonali Lokali ta' Riżerva (BLNI) huma t-tielet fażi tat-testijiet, li tindirizza l-konnettività u r-reżiljenza tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni tas-SIS II, bl-għan li jiġu ttestjati l-funzjonament korrett u r-reżiljenza tal-N.SIS II sottostanti kemm l-LNI u l-BLNI, jekk Stat Membru jkollu BLNI.

2.4.   It-testijiet globali huma r-raba' fażi tat-testijiet li tindirizza l-funzjonament kif suppost tal-N.SIS II skont l-ispeċifikazzjoni ICD valida taħt kundizzjonijiet simili u bl-involviment ta' pajjiżi oħra mqabbdin mas-SIS II, kif meħtieġ waqt l-operat ta' kuljum. Dawn huma maqsuma f'żewġ fażijiet distinti:

2.4.1.   Testijiet tal-Istati Membri

Matul din il-fażi tat-testijiet, l-Istati Membri stabbiliti kollha li diġà huma mqabbdin mas-SIS II iridu juru l-kapaċità tagħhom li jikkunsmaw messaġġi mill-Istat Membru aderenti ġdid. It-traffiku tal-Istat Membru aderenti ġdid jista' jiġi ġġenerat bl-użu ta' simulaturi.

2.4.2.   Testijiet Komprensivi

Matul din il-fażi, is-sistema li tkun qed tiġi ttesjata (SUT) se tkun esposta għal traffiku (nominali, ta' stress u massimu) li wieħed jistenna waqt il-ħidma normali. L-Istati Membri (minbarra s-SUT) jiġu sostitwiti b'simulaturi. L-għan ta' din il-fażi huwa li jiġi żgurat li is-SUT jista' jikkunsma u jipproċessal-messaġġi kollha li jaslu u jwettaq operazzjonijiet normali, inkluż l-ittestjar tar-reżiljenza.

2.5.   It-testijiet ITSM huma l-ħames fażi tat-testijiet, li tindirizza l-organizzazzjoni tal-Ġestjoni tas-Servizzi tal-IT, inkluż il-proċeduri tal-operat u l-komunikazzjoni bħas-SIS II SPoC mail, eOPM u SM7.

2.6.   It-testijiet tal-konnettività tas-SIRENE huma s-sitt fażi tat-testijiet, li tindirizza l-konnettività u r-reżiljenza tal-infrastruttura tas-SIRENE Mail u se tiċċekkja l-funzjonament bażiku tal-mailboxes permezz ta' simulazzjonijet tat-traffiku bażiku.

2.7.   It-testijiet funzjonali tas-SIRENE huma s-seba' fażi tat-testijiet li se tindirizza l-funzjonament tas-soluzzjoni teknika nazzjonali tas-SIRENE kif ukoll l-iskambju tal-informazzjoni bejn is-SIRENE Bureaux permezz ta' formoli mibgħuta mill-infrastruttura tas-SIRENE Mail skont l-ispeċifikazzjonijiet previsti fil-Manwal SIRENE stipulati mid-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/219 (1), id-daħħil, il-modifikar, l-ifleggjar, u t-tħassir tat-twissijiet korrespondenti fis-SIS II u l-hmiż/tneħħija tal-informazzjoni addizzjonali rilevanti għat-twissijiet SIS II.

Tipi oħra ta' testijiet jistgħu jkunu previsti skont il-qafas legali tal-Istat Membru partikolari li għandu l-ħsieb li jintegri fis-SIS II.

2.8.   Koordinazzjoni tat-testijiet

l-Aġenzija Ewropea għall-immaniġġjar operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), bħala l-Awtorità Maniġerjali, tikkoordina t-testijiet kollha, eu-LISA tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tat-testijiet, l-iskeda tat-testijiet, u l-eżitu finali tat-testijiet. Barra minn hekk, se tidentifika, tikklassifika u tiddeskrivi kwalunkwe problema li tinstab u tipproponi għażliet għal soluzzjonijiet.

l-Istati Membri se jassistu lill-eu-LISA fil-prestazzjoni kumplessiva tal-kompiti kollha relatati għall-eżekuzzjonijiet tat-testijiet.

2.9.   Id-dokumentazzjoni tat-testijiet

eu-LISA se tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tat-testijiet. Hija se tagħmel disponibbli lill-Istat Membru involuti l-abbozz u l-verżjoni finali tal-ispeċifikazzjonijiet tat-testijiet.

2.10.   It-twettiq tat-testijiet

eu-LISA se teżegwixxi t-testijiet flimkien mal-Istat Membru u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet tat-testijiet u skont l-iskeda miftiehma mal-esperti tal-Istat Membru, u tiddimostra li r-riżultati tat-test mistennija kif previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tat-test jiġu milħuqa. eu-LISA se tipprovdi l-ambjent tat-testijiet tas-C.SIS II għal skopijiet ta' ttestjar, inkluż it-testijiet funzjonali SIRENE, fejn it-testijiet funzjonali tas-SIRENE u l-modifikazzjonijiet tal-allerti korrespondenti jistgħu jiġu eżegwiti.

2.11.   Aċċettazzjoni tat-testijiet

Il-verdett dwar test ta' Stat Membru jista' jkun ‘għadda’, ‘għadda b'rimarka’, ‘inkonklużiv’, ‘m'għaddiex’ jew ‘Ma ġiex ittestjat’/‘Mhux applikabbli’.

(a)

‘Għadda’:

(i)

Ir-riżultati attwali huma kif mistennija fid-deskrizzjoni tar-‘Riżultat Mistenni’;

(ii)

Il-kondizzjonijiet kollha tat-test u l-Pjan tat-Test ġew rispettati;

(iii)

L-ebda kriterji inkonklużivi ma japplikaw.

(b)

‘Għadda b'rimarka’

Il-kundizzjonijiet imniżżlin fil-punt a) intlaħqu imma kundizzjonijet speċifiiċi u/jew raġunijiet sostanzjati sew ikkawżaw riżultat jew event mhux mistenni, u għalhekk it-test għadda b'rimarka.

(c)

‘Inkonklużiv’ avvenimenti mhux mistennija indipendenti SUT seħħew matul it-test.

(d)

‘M'għaddiex’: wieħed mill-kriterji biex jgħaddi mit-test ma ġiex sodisfatt.

(e)

‘Ma ġiex ittestjat’/‘Mhux applikabbli’

eu-LISA se tirrapporta dwar ir-riżultati tat-testijiet SIS II. Se tidentifika, tikklassifika u tiddeskrivi kwalunkwe problema li tinstab u tipproponi għażliet għal soluzzjonijiet. L-esperti tal-Istat Membru jipprovdu kull informazzjoni meħtieġa sabiex il-Grupp tal-Koordinazzjoni tat-Testijiet (TCG) ikun jista' jagħmel xogħlu.

Fejn id-dokumentazzjoni tat-testijiet taqsam it-testijiet f'fażijiet separati eu-LISA se tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati ta' kull fażi qabel ma tibda l-fażi li jmiss.

L-aċċettazzjoni tat-testijiet tkun ibbażata fuq rapporti li jkun fihom analiżi dettaljata tar-riżultati tat-testijiet u l-konklużjonijiet dwar il-validazzjoni tas-sistema nazzjonali tal-Istat Membru (N SIS II jew l-applikazzjoni SIRENE). Jekk l-Istat Membru li jkun qed jiġi ttestjat jew eu-LISA jikkunsidra li t-testijiet ma jistgħux jitlestew b'suċċess, dan għandu jiġi nnutat fir-rapport. L-eu-LISA tipprovdi opinjoni fuq it-tlestija b'suċċess tat-testijiet SIS II, u tieħu kont tal-fehmiet espressi mill-esperti tal-Istat Membru, u eu-LISA se tissottometti r-riżultat tat-test bl-opinjoni tagħha rigward il-formazzjonijiet relevanti tal-Kumitat SISVIS għall-approvazzjoni finali.

3.   DOKUMENT TA' KONTROLL TAL-INTERFAĊĊJA (ICD) U SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA DETTALJATA (DTS) GĦALL-ITTESTJAR

L-N.SIS II f'kull pajjiż li qed jintegra fis-SIS II se jiġi ttestjat skont l-iktar speċifikazzjonijiet reċenti.

l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi Dettaljati (DTS) imħejjija minn eu-LISA jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u nonfunzjonali tas-C.SIS II.

L-ICD mħejji mill-eu-LISA se jiddefinixxi l-interfaċċja bejn is-C SIS II u l-N.SIS II. Dan fih l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interazzjonijiet bejn sistema u oħra f'termini ta' attributi ta' dejta u messaġġi trasmessi, protokolli użati kif ukoll it-twaqqit u s-sekwenza tal-avvenimenti.

L-ispeċifikazzjonijiet, kif previsti fl-ICD u d-DTS, se jkunu stabbli għal perjodu stabbilit u t-twaqqit tal-aġġornament taż-żewġ sistemi se jiġi stipulat fi pjan ta' rilaxx li se jiddefinixxi l-verżjoni ta' referenza għall-fażi partikolari tat-test. Il-problemi li jinstabu waqt il-kampanji tal-ittestjar jiġu rrappurtati, analizzati u solvuti skont proċeduri operazzjonali stabbiliti, u jittieħed kont tal-opinjoni tal-esperti tal-Istat Membru li jkun qed jiġi ttestjat

4.   IR-RAPPORT INTERIM U FINALI DWAR IR-RIŻULTATI TAL-FAŻIJIET TAT-TESTIJIET

eu-LISA tikteb, fuq bażi regolari, rapporti dwar l-istatus tat-testijiet. Ir-rapporti jsemmu liema fażi tat-testijiet tkun qed tiġi ttrattata attwalment u liema Stati Membri lestew, bdew jew għadhom ma bdew l-ebda fażi. Jekk tiġi nnotata kwalunkwe riperkussjoni għall-iskeda tat-testijiet, għandhom jiġu rreġistrati flimkien mal-kawża tagħhom.

Ma' tmiem kull fażi ta' ttestjar, eu-LISA se tħejji rapport fuq ir-riżultat, kwalunkwe problemi li jkunu nstabu u għażliet għal soluzzjonijiet. F'każijet fejn l-Istat Membru li qed jiġi ttestjat jew eu-LISA jikkunsidraw li t-testijiet ma jistgħux jintemmu b'suċċess għandhom jirreġistraw dan il-fatt, waqt li jagħtu r-raġunijet, f'nota separata.”


(1)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/219 tad-29 ta' Jannar 2015 li tissostitwixxi l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE dwar il-Manwal SIRENE u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 44, 18.2.2015, p. 75).