ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 55

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
26 ta' Frar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/301 tat-13 ta' Frar 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Weißlacker/Allgäuer Weißlacker (DPO))

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/302 tal-25 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ( 1 )

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/303 tal-25 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 947/2014 u (UE) Nru 948/2014 dwar l-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat

4

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/304 tal-25 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 193/14/COL tat-8 ta' Mejju 2014 dwar ċerti emendi għal Att Nru 50/1988 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud applikabbli għall-konsumaturi taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi (L-Islanda) [2015/305]

9

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/301

tat-13 ta' Frar 2015

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Weißlacker/Allgäuer Weißlacker (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1) b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Weißlacker/Allgäuer Weißlacker” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Weißlacker/Allgäuer Weißlacker” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Weißlacker/Allgäuer Weißlacker” (DPO) hija b'dan irreġistrata,

Id-denominazzjoni speċifikata fl-ewwel subparagrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.3. Ġobnijiet, kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 364, 15.10.2014, p. 43.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


26.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/302

tal-25 ta' Frar 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 (2), l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea implimentat proċess ta' ġestjoni tat-tibdil għad-dokumenti tekniċi msemmija fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. Minħabba f'hekk, fis-6 ta' Diċembru 2013 l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ressqet rakkomandazzjoni biex jiġi aġġornat l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 454/2011 sabiex ikun jirreferi għad-dokumenti tekniċi kif emendati skont il-proċess ta' ġestjoni tat-tibdil.

(2)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 454/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 454/2011 jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11.


ANNESS

“ANNEX III

Lista tad-dokumenti tekniċi msemmija f'din l-Ispeċifikazzjoni Teknika ta' Interoperabbiltà (TSI)

Referenza

Tikketta

B.1. (V1.2)

Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju tad-dejta tariffarja maħsuba għall-bejgħ internazzjonali jew barrani — biljetti NRT

B.2. (V1.2)

Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju tad-dejta tariffarja maħsuba għall-bejgħ internazzjonali jew barrani — Biljetti ta' Prenotazzjoni Integrata (IRT)

B.3. (V1.2)

Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju tad-dejta tariffarja maħsuba għall-bejgħ internazzjonali jew barrani — Offerti speċjali

B.4. (V1.2)

Gwida ta' implimentazzjoni għall-messaġġi EDIFACT li jkopru skambju tad-dejta skedarja

B.5. (V1.2)

Prenotazzjoni elettronika ta' sits/sodod u produzzjoni elettronika tad-dokumenti tal-ivvjaġġar — Skambju ta' messaġġi

B.6. (V1.2)

Prenotazzjoni elettronika ta' sits/sodod u produzzjoni elettronika tad-dokumenti tat-trasport (standards RCT2)

B.7. (V1.2)

Biljett Ferrovjarju Internazzjonali li jiġi stampat id-dar

B.8. (V1.2)

Kodifikazzjoni numerika standard għal impriżi ferrovjarji, amministraturi tal-infrastruttura u kumpaniji oħra involuti fil-ktajjen tat-trasport ferrovjarju

B.9. (V1.2)

Kodifikazzjoni numerika standard tal-postijiet

B.10 (V1.2)

Prenotazzjoni elettronika ta' assistenza għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa — Skambju ta' messaġġi

B.30. (V1.2)

Skema — katalgu bil-messaġġi/settijiet tad-dejta għall-komunikazzjoni RU/IM tat-TSI tal-Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Passiġġieri (TAP)

B.50. (V1.0)

Gwida tal-Applikazzjoni tal-Iskedi

B.51. (V1.0)

Gwida tal-Applikazzjoni tat-Tariffi

B.52. (V1.0)

Gwida tal-Applikazzjoni tal-Prenotazzjonijiet

B.53. (V1.0)

Twettiq Dirett tal-Gwida tal-Applikazzjoni

B.54. (V1.0)

Twettiq Indirett tal-Gwida tal-Applikazzjoni

B.55. (V1.0)

Gwida tal-Applikazzjoni għall-Assistenza għall-PMR

B.56. (V1.0)

Gwida tal-Applikazzjoni għall-Komunikazzjoni RU/IM”


26.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/303

tal-25 ta' Frar 2015

li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 947/2014 u (UE) Nru 948/2014 dwar l-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2), l-Artikolu 20(c), (f), (l), (m) u (n), u l-Artikolu 223(3)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 947/2014 (4) u (UE) Nru 948/2014 (5) fetħu skemi ta' ħżin privat ta' butir u trab tal-ħalib xkumat, rispettivament, minħabba sitwazzjoni tas-suq partikolarment diffiċli, li b'mod partikolari rriżultat mill-projbizzjoni introdotta mill-Gvern Russu fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-ħalib mill-Unjoni lejn ir-Russja.

(2)

Dawk l-iskemi ta' ħżin privat ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2014 (6) li jistipula li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jiġu ppreżentati sat-28 ta' Frar 2015.

(3)

Il-prezzijiet tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat fl-Unjoni għadhom fraġli.

(4)

Minħabba s-sitwazzjoni attwali tas-suq huwa xieraq li l-iskemi ta' għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat jiġu estiżi b'seba' xhur.

(5)

Sabiex jiġi evitat li l-possibbiltà għat-tressiq ta' applikazzjonijiet skont l-iskemi tiġi interrotta, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 947/2014

Fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 947/2014, “it-28 ta' Frar 2015” tinbidel b'“it-30 ta' Settembru 2015”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 948/2014

Fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 948/2014, “it-28 ta' Frar 2015” tinbidel b'“it-30 ta' Settembru 2015”.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 947/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jiftaħ il-ħżin privat għall-butir u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 15).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 948/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jiftaħ il-ħżin privat għat-trab tal-ħalib xkumat u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 18).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 947/2014 u (UE) Nru 948/2014 fir-rigward tal-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 15).


26.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/304

tal-25 ta' Frar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

169,3

IL

81,7

MA

89,2

TR

114,9

ZZ

113,8

0707 00 05

TR

186,4

ZZ

186,4

0709 93 10

MA

132,3

TR

216,1

ZZ

174,2

0805 10 20

EG

50,5

IL

75,8

MA

49,8

TN

50,1

TR

68,1

ZZ

58,9

0805 20 10

IL

138,1

MA

98,5

ZZ

118,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

80,3

IL

157,0

JM

118,2

MA

101,0

TR

83,9

US

137,0

ZZ

112,9

0805 50 10

EG

41,5

TR

59,1

ZZ

50,3

0808 10 80

BR

69,3

CL

94,7

MK

27,7

US

198,7

ZZ

97,6

0808 30 90

CL

170,0

CN

99,9

US

122,7

ZA

107,4

ZZ

125,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

26.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/9


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 193/14/COL

tat-8 ta' Mejju 2014

dwar ċerti emendi għal Att Nru 50/1988 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud applikabbli għall-konsumaturi taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi (L-Islanda) [2015/305]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikolu 61(1) u l-Protokoll 26,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti (“il-Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) tal-Parti I u l-Artikoli 7(5), 13 u 14 tal-Parti II,

WARA li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1), u wara li tqiesu l-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-2 ta' Settembru 2011 (Avveniment Nru 607650), l-awtoritajiet Islandiżi nnotifikaw lill-Awtorità, għal raġunijiet ta' ċertezza legali, l-emendi għall-Att Nru 50/1988 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (“l-Att dwar il-VAT”) li jaffettwaw l-industrija taċ-ċentri tad-dejta fl-Islanda. L-emendi kienu diġà daħlu fis-seħħ saż-żmien li kienu ġew notifikati lill-Awtorità.

(2)

Permezz ta' ittra ddatata l-21 ta' Diċembru 2011 (l-Avveniment Nru 610293), l-Awtorità informat lill-Islanda li hija kkunsidrat li toħroġ inġunzjoni ta' sospensjoni, skont l-Artikolu 11 tal-Parti II tal-Protokoll 3, fir-rigward tal-emendi notifikati tal-Att dwar il-VAT u stiednet lill-awtoritajiet Islandiżi biex jipprovdu kummenti. Sussegwentement, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew il-kummenti u l-osservazzjonijiet tagħhom (Avvenimenti Nri 622893, 632551 u 638241).

(3)

Permezz ta' ittra bid-data tas-16 ta' Lulju 2012 (Avveniment Nru 640476), l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali rigward l-emendi tal-VAT u l-implimentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet Islandiżi wieġbu għat-talba tal-Awtorità b'ittra tal-11 ta' Settembru 2012 (Avveniment Nru 646375). Fil-5 ta' Diċembru 2012, l-awtoritajiet tal-Islanda ppreżentaw ittra li tiġbor fil-qosor il-pożizzjoni tagħhom dwar ir-regoli tal-VAT dwar servizzi ta' ċentri tad-dejta u dwar l-importazzjoni ta' servers (Avveniment Nru 655502). (2)

(4)

L-Awtorità ddeċidiet, permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/13/COL tas-16 ta' Jannar 2013, li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar ċerti emendi għall-Att Nru 50/1988 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud applikabbli għall-konsumaturi ta' ċentri tad-dejta Islandiżi (“Deċiżjoni Nru 3/13/COL” jew “id-deċiżjoni ta' ftuħ”).

(5)

Permezz ta' ittra ddatata 24 ta' Jannar 2013 (Avveniment Nru 660815), l-awtoritajiet Islandiżi innotifikaw minn qabel lill-Awtorità bil-bidliet proposti fl-Att dwar il-VAT tal-Islanda. L-għan ta' dawn l-emendi kien li jirrevokaw id-dispożizzjonijiet b'mod preliminari li nstabu li jikkostitwixxu għajnuna inkumpatibbli fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Awtorità. L-Awtorità, permezz ta' ittra ddatata s-7 ta' Frar 2013 (Avveniment Nru 661383), informat lill-awtoritajiet Islandiżi bil-valutazzjoni preliminari tagħha li l-miżuri nnotifikati minn qabel ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(6)

Fit-18 ta' April 2013, id-Deċiżjoni Nru 3/13/COL ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu. Il-partijiet interessati ngħataw xahar sabiex iressqu l-kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Awtorità. L-Awtorità rċeviet kummenti minn parti interessata waħda, jiġifieri mill-industrija tal-ICT Norveġiża (IKT Norge AS), b'email datata s-27 ta' Mejju 2013 (Avveniment Nru 678429) u ittra bid-data tal-15 ta' Awwissu 2013 (Avveniment Nru 680377).

(7)

Fl-aħħar nett, permezz ta' ittra ddatata l-15 ta' Awwissu 2013 (Avveniment Nru 680433), l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew informazzjoni u kjarifiki mitluba fid-Deċiżjoni Nru 3/13/COL u formalment infurmaw lill-Awtorità dwar il-miżuri li ttieħdu biex jabolixxu d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-VAT li b'mod preliminari nstab li jikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli mill-Istat.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

2.1.   Ġenerali

(8)

Fid-Deċiżjoni Nru 3/13/COL, l-Awtorità vvalutat ċerti emendi tal-Att dwar il-VAT Islandiż li jaffettwaw l-industrija taċ-ċentri tad-dejta fl-Islanda. L-emendi ġew adottati mill-Parlament Islandiż f'forma ta' Att Nru 163/2010 tat-18 ta' Diċembru 2010 (“l-Att Nru 163/2010”) li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2011. L-emendi li ġejjin saru fl-Att dwar il-VAT bid-dħul fis-seħħ tal-Att Nru 163/2010:

(i)

In-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq servizzi pprovduti elettronikament

(ii)

In-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq il-provvista ta' servizzi mħalltin lill-konsumaturi ta' ċentri tad-dejta

(iii)

Eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers

(9)

Id-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni formali ma kinetx tkopri l-ewwel miżura, u lanqas it-tieni miżura sakemm dik il-miżura ma kinetx tikkonċerna servizzi mħalltin li huma anċillari għas-servizzi fornuti elettronikament. F'dan il-kuntest, “anċillari” tirreferi għal servizzi li huma inseparabbli u marbuta inerentement mas-servizzi fornuti elettronikament, jiġifieri ma jistgħux jiġu ffatturati separatament u huma meħtieġa għall-forniment u l-għoti ta' servizzi fornuti elettronikament. Dan ifisser li s-servizzi li huma fatturati separatament u jistgħu jingħataw fuq bażi indipendenti, bħat-tiswija, il-ħażna, il-manutenzjoni u s-servizzi ta' konsulenza, ma jistgħux jitqiesu bħala servizzi anċillari. F'dan li ġej, miżuri mhux koperti bid-Deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni formali huma msemmija biss sabiex jispjegaw il-kuntest.

2.2.   Qafas legali: Is-sistema Islandiża tat-taxxa fuq il-valur miżjud

(10)

Skont l-Artikolu 1 tal-Att dwar il-VAT “taxxa fuq il-valur miżjud għandha titħallas lit-Teżor għal kull tranżazzjoni interna fl-istadji kollha, kif ukoll għall-importazzjoni ta'oġġetti u servizzi, kif provvedut f'dan l-Att.” Barra minn hekk, l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-VAT jispeċifika: “L-obbligazzjoni tat-taxxa tkopri l-oġġetti […] u s-servizzi kollha”. F'konformità mal-Artikolu 3, persuni taxxabbli huma “dawk li jbigħu jew iwasslu l-oġġetti jew oġġetti ta' valur fuq bażi indipendenti jew professjonali jew li jwettqu xogħol jew servizz taxxabbli.”

(11)

L-Artikolu 11 jipprovdi li: “Il-fatturat taxxabbli ta' parti reġistrata jinkludi l-bejgħ kollu jew il-kunsinni tal-oġġetti jew oġġetti ta' valur bi ħlas, kif ukoll ix-xogħol u s-servizzi mibjugħa”. Abbażi tal-Artikolu 12 tal-Att dwar il-VAT, tranżazzjonijiet li jinvolvu ċerti oġġetti u servizzi mhumiex inklużi fil-fatturat taxxabbli.

(12)

Il-bażi għall-kalkolu tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-importazzjoni ta' oġġetti huwa l-prezz doganali tal-oġġett taxxabbli, li huwa determinat skont id-dispożizzjonijiet tal-Att Doganali Nru 88/2005, kif emendat. L-Artikolu 36 tal-Att dwar il-VAT jispeċifika ċerti eżenzjonijiet mill-VAT meta ssir l-importazzjoni, bħal oġġetti mingħajr dazju; oġġetti eżentati abbażi ta' ftehimiet internazzjonali; ċerti ajruplani u bastimenti; xogħlijiet tal-arti; materjal bil-miktub mibgħut mingħajr ħlas u mhux għal skopijiet ta' negozju, għal istituzzjonijiet xjentifiċi, libreriji u istituzzjonijiet pubbliċi; u l-importazzjoni ta' merkanzija (minbarra l-alkoħol u prodotti tat-tabakk) taħt valur speċifiku.

(13)

Ir-rata tal-VAT applikabbli bħalissa fl-Islanda hi ta' 25,5 %, għajr għal ċerti oġġetti u servizzi elenkati fl-Artikolu 14(2) tal-Att dwar il-VAT, li għalihom hija applikabbli rata mnaqqsa ta' 7 %.

2.3.   L-emendi għall-Att Nru 163/2010 notifikati għal ċertezza legali

2.3.1.   Ġenerali

(14)

L-awtoritajiet tal-Islanda nnotifikaw għal ċertezza legali emendi għall-Att dwar il-VAT fil-forma ta' tliet miżuri differenti li kienu diġà ġew stabbiliti permezz tal-Artikoli 4 u 12 tal-Att Nru 163/2010: (1) in-non impożizzjoni tal-VAT fuq tranżazzjonijiet li jinvolvu servizzi fornuti elettronikament lil dawk li mhumiex residenti; (2) in-non impożizzjoni tal-VAT fuq tranżazzjonijiet li jinvolvu l-forniment ta' servizzi mħalltin minn ċentri tad-dejta fl-Islanda lil dawk li mhumiex residenti u (3) l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni tas-servers u tagħmir simili minn dawk li mhumiex residenti għall-użu f'ċentri tad-dejta fl-Islanda (3).

2.3.2.   In-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq servizzi pprovduti elettronikament

(15)

Skont l-Artikolu 12(1) tal-Att dwar il-VAT,

“Fatturat taxxabbli ma jinkludix:

1.

Oġġett esportat kif ukoll xogħol u servizzi pprovduti barra mill-pajjiż. […]

10.

Bejgħ ta' servizzi lill-partijiet li la jkunu ddomiċiljati u lanqas għandhom post tal-operazzjonijiet f'dan il-pajjiż, bil-kundizzjoni li s-servizzi jkunu kompletament użati barra mill-pajjiż. […] Bejgħ ta' servizzi lill-partijiet li la jkunu ddomiċiljati u lanqas għandhom post tal-operazzjonijiet f'dan il-pajjiż huwa, bl-istess mod, eżenti minn fatturat taxxabbli, anki jekk is-servizz ma jintużax kollu biss barra mill-pajjiż, sakemm ix-xerrej jista', jekk l-operazzjonijiet tiegħu kienu soġġetti għal reġistrazzjoni f'dan il-pajjiż, jgħodd t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq ix-xiri tas-servizzi bħala parti mit-taxxa, cf. l-Artikolu 15 u 16. […]”

(16)

Il-lista oriġinali ta' servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) il-punt 10 tal-Att dwar il-VAT ġiet emendata biex teskludi mill-fatturat taxxabbli (4):

(i)

“[…] l-ipproċessar tad-dejta u t-trasferiment tal-informazzjoni” (5);

(ii)

“servizzi pprovduti elettronikament; dawn is-servizzi għandhom dejjem jitqiesu li jintużaw fejn ix-xerrej tas-servizzi għandu r-residenza jew il-post tan-negozju; l-istess japplika għall-bejgħ minn ċentri tad-dejta ta' servizzi lil xerrejja b'residenza barra mill-pajjiż u mhux bi stabbiliment permanenti f'dan il-pajjiż.” (6)

(17)

Bħala riżultat ta' dawn l-emendi, il-konsumaturi mhux residenti taċ-ċentri tad-dejta jistgħu jixtru servizzi pprovduti elettronikament fl-Islanda mingħajr ma jħallsu l-VAT tal-Islanda. (7)

2.3.3.   In-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq il-provvista ta' servizzi mħalltin lill-konsumaturi ta' ċentri tad-dejta

(18)

L-Att Nru 163/2010 emenda wkoll l-Artikolu 12(1) il-punt 10 tal-Att dwar il-VAT biex jeskludi mill-fatturat taxxabbli s-servizzi mħalltin pprovduti minn ċentri tad-dejta lil konsumaturi stabbiliti barra mill-pajjiż. Dawn is-servizzi huma kkunsidrati li jintużaw barra mill-pajjiż u, għalhekk, mhumiex suġġetti għall-VAT tal-Islanda.

(19)

L-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li s-servizzi mħalltin huma marbuta b'mod inerenti u inseparabbli mill-provvediment ta' servizzi fornuti elettronikament taċ-ċentri tad-dejta, iżda ma jaqgħux taħt dan it-terminu. Bħala eżempji, l-awtoritajiet Islandiżi li semmew l-ospitar, is-superviżjoni u t-tkessiħ ta' servers. Madankollu, b'differenza għall-kunċett ta' “servizzi fornuti elettronikament”, m'hemm l-ebda definizzjoni ċara fil-liġijiet, regolamenti jew linji gwida applikabbli tat-terminu “servizzi mħalltin” fl-Artikolu 12(1) il-punt 10 tal-Att dwar il-VAT.

2.3.4.   Eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers

(20)

L-Artikolu 42A il-ġdid tal-Att dwar il-VAT jiddikjara li:

“[i]mportazzjoni ta' servers u tagħmir simili għandha tiġi eżentata mill-VAT taħt il-kundizzjoni li s-sidien ikunu residenti fi Stat Membru ieħor taż-ŻEE, EFTA jew il-Gżejjer Faroe u ma jkollhomx stabbiliment permanenti fl-Islanda fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3, punt 4 tal-Att Nru 90/2003 tat-taxxa fuq l-introjtu. Tagħmir simili għandu jfisser tagħmir li jifforma parti integrali tal-funzjonalità ta' servers u jista' jintuża biss mill-proprjetarju veru tas-server.”

Il-Kummissjoni għamlitha ċara li din id-dispożizzjoni tkun soġġetta għal reviżjoni wara sentejn minn meta daħlet fis-seħħ.

(21)

Skont din id-dispożizzjoni, il-proprjetarji nonresidenti tas-servers kienu eżentati mill-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni ta' servers u tagħmir simili fl-Islanda, sakemm ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin kienu ssodisfati kumulattivament: (8)

Is-sid tas-server(s) u t-tagħmir simili kellu jkun xi ħadd taxxabbli għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet tal-VAT fil-pajjiż ta' residenza tiegħu.

L-attività taxxabbli tas-sid tas-server(s) u t-tagħmir simili tkun soġġetta għal reġistrazzjoni u taxxabbli fl-Islanda skont l-Att dwar il-VAT, jekk din kienet titħaddem fl-Islanda.

Is-servers u t-tagħmir simili kellhom jiġu importati fl-Islanda esklussivament biex jintużaw u jkunu fiċ-ċentru tad-dejta li bih is-sid imexxi n-negozju tiegħu.

Is-servers u t-tagħmir simili kellhom jiġu esklussivament użati mis-sid, u mhux f'xi operazzjoni oħra taċ-ċentru tad-dejta.

L-ipproċessar tas-servers u t-tagħmir simili kellu jkun użat barra mill-pajjiż jew għall-benefiċċju ta' persuni li m'għandhomx residenza jew stabbiliment permanenti fl-Islanda.

(22)

L-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li “tagħmir simili” meħtieġ għall-funzjonament ta' server jista' fost oħrajn ikun kompjuters, kejbils u apparat elettroniku ieħor. Skont il-Linji Gwida maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi lid-Direttur tad-Dwana fid-29 ta' Ġunju 2011 (“il-Linji Gwida”), is-servers jaqgħu taħt in-numru tat-tariffa 8471 u t-tagħmir simili taħt in-numru tat-tariffa 8517.

(23)

L-awtoritajiet tal-Islanda ċċaraw li s-sidien tas-servers jistgħu jkunu sidien ta' kumpaniji kbar tal-kompjuters li jipproduċu s-servers huma stess u kumpaniji iżgħar li jiddeċiedu li jaħżnu s-servers tagħhom li nxtraw barra mill-pajjiż fl-Islanda. Għalhekk, l-eżenzjoni kopriet diversi sitwazzjonijiet. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li huwa probabbli li jiġi kkunsidrat li l-post tan-negozju (l-hekk imsejjaħ “stabbiliment permanenti” fit-terminoloġija tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu Nru 90/2003) ta' konsumatur ta' ċentru tad-dejta b'faċilitajiet bħal uffiċċji, makkinarju jew tagħmir li jinsab fit-territorju tal-Islanda huwa l-Islanda. (9) Madankollu, fil-fehma tal-awtoritajiet tal-Islanda, l-operazzjoni biss ta' kumpaniji kbar tikkostitwixxi “stabbiliment permanenti” u li għalhekk se tiskatta responsabbiltà għat-taxxa tal-VAT u t-taxxa fuq l-introjtu fl-Islanda (10).

(24)

Skont l-awtoritajiet Islandiżi, l-għan tal-emendi kien li jiġi żgurat li l-ambjent tan-negozju taċ-ċentri tad-dejta fl-Islanda, f'termini tat-trattament tal-VAT, kien paragunabbli ma' dak tal-kompetituri tagħhom li joperaw fl-UE. Barra minn hekk, l-objettiv kien li tissaħħaħ il-kompetittività taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi u l-promozzjoni tal-użu ġdid tar-riżorsi tal-enerġija Islandiżi għall-bżonnijiet tal-industrija taċ-ċentri tad-dejta. Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni ta' servers huwa inerenti fis-sistema Islandiża tal-VAT, billi skont l-Artikolu 36(1) tal-Att dwar il-VAT teżisti l-possibbiltà li jiġu eżentati mill-VAT oġġetti speċifiċi importati. L-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw ukoll li l-biċċa l-kbira (jekk mhux kollha) tas-sistemi tal-VAT komparabbli għandhom eżenzjonijiet mill-ambitu tal-applikazzjoni tagħhom fuq il-bażi ta' fatti u kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, u li huma konformi man-natura u l-istruttura ġenerali tas-sistema ta' tassazzjoni

2.4.   Benefiċjarji

(25)

L-Awtorità identifikat tliet gruppi ta' benefiċjarji potenzjali tal-miżuri notifikati:

(a)

Kull konsumatur taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi, li huwa stabbilit f'pajjiż barrani u ma għandux residenza permanenti fl-Islanda;

(b)

L-importaturi ta' servers u tagħmir simili għall-Islanda għall-użu fiċ-ċentri tad-dejta; u

(c)

Indirettament: ċentri tad-dejta stabbiliti fl-Islanda.

2.5.   Tul ta' żmien

(26)

L-emendi tal-Att dwar il-VAT kienu daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2011. L-awtoritajiet Islandiżi ma pprovdew l-ebda indikazzjoni tat-tul ta' żmien ta' dawn l-eżenzjonijiet. L-Artikolu 42A kien madankollu soġġett għal reviżjoni wara sentejn minn meta daħal fis-seħħ, jiġifieri, sa Mejju 2013.

3.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(27)

Fid-Deċiżjoni Nru 3/13/COL, l-Awtorità vvalutat primarjament jekk l-emendi msemmija qabel fl-Att dwar il-VAT tal-Islanda kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u, jekk iva, jekk l-għajnuna kinitx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE.

(28)

L-Awtorità kkonkludiet li l-ewwel miżura, jiġifieri, in-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq konsumaturi taxxabbli mhux residenti ta' servizzi fornuti elettronikament mill-Islanda, kienet konformi mal-prinċipju ġenerali ta' newtralità fiskali u tas-sistema Islandiża tal-VAT u madwar iż-ŻEE. Għalhekk, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. (11) Barra minn hekk, l-istess ġie deċiż li japplika għal servizzi mħalltin sal-punt li jistgħu jitqiesu bħala servizzi anċillari għas-servizzi fornuti elettronikament.

(29)

Madankollu, fil-fehma preliminari tal-Awtorità, iż-żewġ miżuri l-oħra nstab li kienu jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-aspetti li ġejjin kienu identifikati fid-Deċiżjoni Nru 3/13/COL:

(i)

L-għoti tal-eżenzjoni mit-taxxa tinvolvi telf ta' dħul tat-taxxa li hu ekwivalenti għall-għoti tar-riżorsi tal-Istat. Iż-żewġ miżuri kienu jinvolvu telf tad-dħul għall-Istat Islandiż fil-forma ta' VAT mhux imposta u għalhekk trasferiment ta' riżorsi tal-Istat.

(ii)

Il-miżuri taw vantaġġ lill-konsumaturi ta' ċentri tad-dejta Islandiżi billi ħelsuhom minn imposti li normalment jittieħdu mill-baġits tagħhom. Barra minn hekk, bl-eżenzjoni tal-konsumaturi taċ-ċentri tad-dejta mit-VAT miġbura normalment, l-ispejjeż tal-konsumaturi jonqsu u għalhekk isir aktar attraenti għal dawn l-impriżi li jwettqu negozju maċ-ċentri tad-dejta fl-Islanda

(iii)

In-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT għal servizzi mħalltin u l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers kienu prima facie miżuri selettivi, ladarba huma kienu ta' benefiċċju biss għal grupp selettiv ta' impriżi. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ miżuri ma kinux jidhru li huma adattament ta' skema ġenerali partikolari għan-natura u l-istruttura ġenerali tas-sistema Islandiża tal-VAT. Għall-kuntrarju, l-emendi ġew adottati bl-għan ekonomiku u politiku li jattira impriżi barranin li jixtru servizzi taċ-ċentru tad-dejta fl-Islanda u konsegwentement itejtbu l-kompetittività fl-industrija taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi. Dawn il-kunsiderazzjonijiet, fl-opinjoni preliminari tal-Awtorità, ma kinux jiffurmaw parti mil-loġika u n-natura ġenerali tas-sistema ta' taxxa fuq il-konsumatur.

(iv)

Fl-aħħar nett, l-Awtorità kkonkludiet li l-miżuri kienu kapaċi jfixklu l-kompetizzjoni. Il-miżuri kienu introdotti deliberatament bħala mezz biex jiġbdu konsumaturi mill-Istati taż-ŻEE u aktar minn hekk biex jixtru s-servizzi taċ-ċentri tad-dejta fl-Islanda. Peress li dawn il-konsumaturi huma impriżi li joperaw f'kompetizzjoni ma' entitajiet oħra fis-setturi rispettivi tagħhom madwar iż-ŻEE, il-miżuri jheddu li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ fi ħdan iż-ŻEE.

(30)

Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet fuq bażi preliminari li d-derogi taħt l-Artikolu 61(2) jew (3) tal-Ftehim taż-ŻEE ma kinux applikabbli għall-għajnuna inkwistjoni. Konsegwentement, wara l-valutazzjoni preliminarji tagħha, l-Awtorità kellha dubji dwar jekk l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers u tagħmir simili minn konsumaturi mhux residenti għall-użu f'ċentri tad-dejta Islandiża, u n-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq it-tranżazzjonijiet li jinvolvu servizzi mħalltin provduti lil konsumaturi mhux residenti taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi tistax titqies kompatibbli taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE.

4.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET ISLANDIŻI

(31)

Ftit wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 3/13/COL, l-awtoritajiet tal-Islanda infurmaw lill-Awtorità li kienu fi ħsiebhom jippreżentaw abbozz ta' liġi li jħassar id-dispożizzjonijiet li b'mod preliminari nstab li jinvolvu għajnuna mill-Istat inkompatibbli. L-Abbozz ta' liġi kien approvat mill-Parlament fit-13 ta' Marzu 2013 u kien effettiv immedjatament; cf. l-Att Nru 24/2013. L-Att il-ġdid inkluda emenda ġenerali għall-Artikolu 43(3) tal-Att dwar il-VAT, li żied l-importazzjoni minn kumpaniji barranin ta' merkanzija, mar-regoli dwar ir-rifużjoni tal-VAT lil kumpaniji barranin. Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, din l-emenda hija konsistenti mal-iskop ġenerali tal-Att dwar il-VAT, li huwa li t-taxxa finali għandha titħallas mill-konsumatur finali tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni.

(32)

Skont informazzjoni mid-Direttorat tad-Dwana, dwar in-numru ta' importazzjonijiet soġġetti għal eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers skont l-Artikolu 42A tal-Att 50/1988, kien hemm biss inċident wieħed soġġett għall-eżenzjoni. L-ammont totali tal-VAT f'dak il-każ kien ta' 990 445 ISK. Id-Direttorat tad-Dwana kkonferma wkoll li ma kienx hemm aktar eżenzjonijiet provduti taħt id-dispożizzjoni msemmija hawn fuq. (12)

(33)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Islandiżi pprovdew informazzjoni mingħand id-Direttorat tad-Dħul Intern dwar il-bejgħ potenzjali ta' “servizzi mħalltin” li mhumiex anċillari għal servizzi fornuti b'mod elettroniku, b'konformità mal-Artikolu 12(1) il-punt 10 tal-Att Nru 163/2010, billi joperaw ċentri ta' dejta. It-tabella li ġejja turi l-fatturat taxxabbli tal-VAT tan-negozji rreġistrati taċ-ċentri tad-dejta fl-Islanda, jiġifieri dawk l-entitajiet irreġistrati bħala “atvinnugrein 63.11.0 Gagnavinnsla, hýsing og tengd starfsemi”(ipproċessar ta' dejta, ospitar u attivitajiet relatati) minn Statistic Iceland, għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2013: (13)

Isem il-kumpanija

Is-sena 2011

Is-sena 2012

Is-sena 2013

Verne Real Estate II hf.

Fatturat Taxxabbli tal-VAT

X

X

X

Fatturat b'rata żero tal-VAT

X

X

X

Tölvuþjónustan SecureStore ehf.

Fatturat Taxxabbli tal-VAT

X

X

X

Fatturat b'rata żero tal-VAT

X

X

X

Datacell ehf.

Fatturat Taxxabbli tal-VAT

X

X

X

Fatturat b'rata żero tal-VAT

X

X

X

Videntifier Technologies ehf.

Fatturat Taxxabbli tal-VAT

X

X

X

Fatturat b'rata żero tal-VAT

X

X

X

THOR Data Center ehf.

Fatturat Taxxabbli tal-VAT

X

X

X

Fatturat b'rata żero tal-VAT

X

X

X

(34)

Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, il-maġġoranza tal-fatturati b'rata żero tal-VAT x'aktarx li huma esportazzjoni ordinarja. Madankollu, iċ-ċifri kkompilati fit-tabella ta' hawn fuq ma jiżvelawx speċifikament liema parti mill-fatturat tal-VAT tista' tirrelata ma' “servizzi mħalltin”.

(35)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Islandiżi enfasizzaw li elementi ta' għajnuna potenzjali inkwistjoni jidhru li huma ta' ammont insinifikanti. Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, impriża waħda biss jidher li bbenefikat mid-dispożizzjonijiet tal-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers tal-Artikolu 42A tal-Att dwar il-VAT li issa huwa abolit. L-awtoritajiet tal-Islanda rrikonoxxew li ma jistax jiġi eskluż li xi impriżi setgħu ibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet, tal-parti issa abolita tal-Artikolu 12(1) il-punt 10 dwar servizzi mħalltin. Madankollu, skont l-awtoritajiet tal-Islanda, ma jservi l-ebda skop utli li jittieħdu aktar miżuri sabiex jikkonfermaw elementi ta' għajnuna potenzjali abbażi tal-Artikoli 12 u l-parti mill-Artikolu 4(b) li koprew is-servizzi mħalltin, tal-Att 163/2010, u li issa huma aboliti, minħabba ammonti insinifikanti inkwistjoni kif jidher fit-tabella ta' hawn fuq.

5.   KUMMENTI MINN IKT NORGE AS

(36)

L-Awtorità rċeviet kummenti minn parti terza interessata, jiġifieri mingħand IKT Norge AS. IKT Norge, f'isem l-industrija Norveġiża tal-ICT, ssottomettiet li ma kienx korrett li wieħed jikkonkludi li n-negozji mhux residenti ngħataw vantaġġi ekonomiċi meta mqabbla ma' negozji residenti fl-Islanda fir-rigward tal-eżenzjoni fuq l-importazzjoni ta' servers. Skont IKT Norge, ma hemm ukoll l-ebda vantaġġ fir-rigward tan-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT għas-servizzi ta' ċentri tad-dejta meta niġu għall-konsumaturi li jidħlu f'attivitajiet taxxabbli. Madankollu, fir-rigward ta' konsumaturi li ma jkunux involuti f'attivitajiet taxxabbli, IKT Norge qieset li l-emenda Islandiża tista' tinvolvi vantaġġ ekonomiku għal konsumaturi li mhumiex residenti fl-Islanda.

(37)

Skont IKT Norge, l-emenda leġiżlattiva żgurat it-trattament indaqs tan-negozji residenti u mhux residenti u l-introduzzjoni ta' tali eżenzjoni kienet aktar effettiva u aktar adattata minn skema ta' rifużjoni.

(38)

Barra minn hekk, skont IKT Norge, il-kundizzjoni li huma biss l-entitajiet li jwettqu tip ta' negozju li kienet tintitolahom għal tnaqqis tat-taxxa fl-Islanda, jekk kienu residenti fl-Islanda, jistgħu jinvokaw l-eżenzjoni, tiżgura li n-negozji mhux residenti qatt ma jiffrankaw xejn b'rabta mal-istess tip ta' negozju residenti fl-Islanda. Għalhekk huwa diffiċli, skont IKT Norge, biex wieħed jara li l-emenda toffri vantaġġi ekonomiċi fuq kwalunkwe allegati benefiċjarji.

(39)

Fir-rigward tan-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq il-provvista ta' servizzi mħalltin lill-konsumaturi ta' ċentri tad-dejta, IKT Norge taqbel mal-Awtoritajiet Islandiżi li huwa diffiċli li jinqasmu s-servizzi taċ-ċentru tad-dejta u li dawn jiġu intaxxati separatament. Skont IKT Norge, sabiex wieħed jikseb kundizzjonijiet qafas ugwali għaċ-ċentri tad-dejta fil-pajjiżi kollha, ikun l-iktar sensibbli li jiġu definiti s-servizzi taċ-ċentri tad-dejta kollha bħala esportazzjoni b'obbligu asoċjat għax-xerrej li jħallas il-VAT fuq l-ammont kollu ta' ħlas mingħand iċ-ċentru tad-dejta.

(40)

Fl-aħħar nett, skont IKT Norge għandu jiġi eżaminat aktar mill-qrib kif ix-xerrej huwa ttrattat fl-Istati Membri tal-UE. Jekk ir-regola ġenerali hawnhekk hija tali li l-ħlas sħiħ għaċ-ċentru tad-dejta Islandiża jkun soġġett għal tassazzjoni f'kull pajjiż xerrej, IKT Norge ma tistax tara li l-emenda Islandiża tinvolvi xi vantaġġ ekonomiku għal dan il-grupp. Għall-kuntrarju, f'dan il-każ, in-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT se jkun kundizzjoni biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja għal dawn il-konsumaturi.

II.   VALUTAZZJONI

1.   IL-PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 61(1) TAŻ-ŻEE

(41)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huwa kif ġej:

“Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f'dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli ma' dan il-Ftehim.”

(42)

Dan jimplika li miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kumulattivament: il-miżura (i) tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat; (ii) tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju; (iii) hija selettiva; (iv) hija responsabbli li taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti u responsabbli li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (14).

(43)

Fil-kapitoli li ġejjin l-emendi għall Att dwar il-VAT tal-Islanda li b'mod preliminari nstabu li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli fid-Deċiżjoni Nru 3/13/COL, jiġifieri (i) l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers u tagħmir simili minn konsumaturi mhux residenti għall-użu f'ċentri tad-dejta Islandiżi, u (ii) in-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq it-tranżazzjonijiet li jinvolvu servizzi mħalltin provduti lil konsumaturi mhux residenti taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi sal-punt li dawk is-servizzi ma kinux anċillari għas-servizzi fornuti elettronikament u għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati li għandhom il-post ta' kunsinna fl-Islanda, se jiġu vvalutati fir-rigward ta' dawn il-kriterji.

1.1.   Riżorsi tal-Istat

(44)

Il-miżura ta' għajnuna trid tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi mill-Istat. L-għoti tal-eżenzjoni mit-taxxa tinvolvi telf tad-dħul tat-taxxa li hu ekwivalenti għall-għoti tar-riżorsi tal-Istat (15). Il-miżuri introdotti bid-dħul fis-seħħ tal-Att Nru 163/2010 jinvolvu telf tad-dħul mill-Istat tal-Islanda f'forma ta' VAT li mhux qed tiġi imposta.

1.2.   Vantaġġ ekonomiku

(45)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, il-miżura trid tagħti vantaġġ lil xi impriża. L-impriżi huma entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom u mill-mod kif huma ffinanzjati. (16) Attivitajiet ekonomiċi huma attivitajiet li jikkonsistu fl-offerta ta' oġġetti jew servizzi f'suq. (17)

(46)

Il-miżuri konferiti fuq il-benefiċjarji diretti isarrfu f'vantaġġ billi jeħlisuhom minn imposti (ma jħallsux VAT meta jixtru servizzi u meta jimpurtaw servers) li normalment jitħallsu mill-baġits tagħhom.

(47)

Kif innutat fid-Deċiżjoni Nru 3/13/COL, il-ħlas tat-taxxi huwa spiża operattiva mġarrba minn intrapriża matul il-proċess normali tal-attività ekonomika tagħha, u normalment din tħallasha l-intrapriża stess. Eżenzjoni minn taxxa jew in-nuqqas ta' impożizzjoni ta' tali tagħti/jagħti vantaġġ lill-kumpaniji eliġibbli għaliex il-kostijiet operattivi tagħhom jonqsu meta mqabbla ma' dawk ta' oħrajn li jkunu f'pożizzjoni reali u legali simili.

(48)

Fir-rigward ta' servizzi, li jitqiesu li jiġu fornuti fl-Islanda, il-VAT fin-nuqqas ta' eżenzjoni tkun ġiet imposta fuq ix-xerrej ta' tali servizzi. Għalhekk, permezz tan-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT, il-konsumaturi ta' servizzi mħalltin, fil-prinċipju, kienu mogħtija vantaġġ ekonomiku fil-forma ta' prezz tal-bejgħ aktar baxx għas-servizzi rispettivi.

(49)

Kumpaniji minn Stati oħra taż-ŻEE u l-Gżejjer Faroe li jimportaw servers u tagħmir simili lejn l-Islanda għall-użu tagħhom f'ċentri tad-dejta Islandiżi kienu mogħtija vantaġġ ekonomiku fil-forma ta' spejjeż aktar baxxi għal tagħmir tal-kompjuter importat fl-Islanda minħabba l-eżenzjoni mill-ħlas tal-VAT tal-Islanda, kif deskritt hawn fuq. Matul il-kors normali tan-negozju, il-VAT kienet tiġi ntaxxata fuq dawk l-oġġetti mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Islanda. Is-sidien ta' tali servers u tagħmir simili importati fl-Islanda kienu, għalhekk, dejjem b'vantaġġ ekonomiku fuq l-importaturi ta' prodotti oħra.

(50)

Bl-eżenzjoni mill-VAT tal-konsumaturi ta' ċentri tad-dejta li jinsabu fl-Islanda, l-ispejjeż tal-konsumaturi tnaqqsu. Għalhekk, sar aktar attraenti għal dawn l-impriżi li jwettqu negozju maċ-ċentri tad-dejta fl-Islanda.

1.3.   Selettività

(51)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-miżura trid tkun selettiva billi tiffavorixxi lil “ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti”.

(52)

Il-valutazzjoni ta' selettività jirrikjedi d-determinazzjoni ta' jekk taħt xi skema legali partikolari, miżura nazzjonali tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti meta mqabbla ma' oħrajn li, fid-dawl tal-għan segwit minn dak ir-reġim, huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. (18) Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat ma jkoprix il-miżuri li jintroduċu differenzazzjoni bejn l-impriżi u li huma, prima facie, selettivi, meta din id-differenzazzjoni tirriżulta min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema li jkunu jagħmlu parti minnha (19).

(53)

F'dan li ġej, l-Awtorità se tivvaluta jekk l-emendi jikkostitwixxux miżuri selettivi u, jekk ikun il-każ, jekk dawn jaqgħux fi ħdan il-loġika u n-natura ġenerali tas-sistema tal-VAT fl-Islanda.

1.3.1.   L-emendi notifikati prima facie jikkostitwixxu miżuri selettivi

(54)

In-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT għal servizzi mħalltin kien ta' benefiċċju biss għal ċerti gruppi ta' impriżi, jiġifieri, konsumaturi mhux residenti ta' ċentri tad-dejta li jinsabu fl-Islanda.

(55)

L-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers li jintużaw fl-Islanda minn konsumaturi barranin kienet ta' benefiċċju wkoll għal grupp selettiv ta' impriżi. Kienet tikkonċerna biss impriżi barranin li jimportaw is-servers tagħhom stess fl-Islanda biex jintużaw f'ċentri tad-dejta li jinsabu fl-Islanda.

(56)

Il-fatt li huwa kbir in-numru ta' impriżi li huma f'pożizzjoni ta' intitolament taħt miżura bħal din, jew il-fatt li l-miżura tkopri settur sħiħ, ma huwiex biżżejjed sabiex wieħed jiddubita n-natura selettiva ta' din il-miżura u, għalhekk, sabiex wieħed jeskludi l-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat. (20) Barra minn hekk, il-fatt li l-miżura inkwistjoni hija rregolata minn kriterji oġġettivi ta' applikazzjoni orizzontali ma jqiegħedx fid-dubju n-natura selettiva tagħha, peress li tista' sservi biss sabiex turi li l-għajnuna inkwistjoni taqa' taħt skema ta' għajnuna u mhijiex għajnuna individwali. (21)

(57)

L-Awtorità tikkunsidra li l-impriżi kollha li jirċievu servizzi fl-Islanda minn kumpaniji li jinsabu fl-Islanda, jew jimportaw l-oġġetti tagħhom stess biex jintużaw fl-Islanda, huma fl-istess pożizzjoni legali u fattwali bħall-benefiċjarji identifikati tal-emendi nnotifikati tal-VAT. Kumpaniji oħra li jirċievu servizzi minn impriżi Islandiżi jew li jimportaw oġġetti proprji meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom huma soġġetti għal regoli tal-VAT ġeneralment applikabbli. L-Awtorità hija tal-fehma li ma hemmx raġuni biex wieħed jikkonkludi li l-impri¿i li bbenefikaw kienu f'sitwazzjoni legali u fattwali differenti mill-impri¿i l-oħra soġġetti għat-tassazzjoni tal-VAT fl-Islanda. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-emendi nnotifikati kienu selettivi.

1.3.2.   Il-loġika u n-natura ġenerali tal-iskema

(58)

Miżura fiskali speċifika jew selettiva' minkejja kollox tista' tkun iġġustifikata bil-loġika tas-sistema fiskali. (22) Miżuri maħsuba parzjalment jew għalkollox biex id-ditti f'settur partikolari jiġu eżentati mill-ħlasijiet li jġorru magħhom l-applikazzjoni normali tas-sistema ġenerali jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat jekk ma jkunx hemm ġustifikazzjoni għall-eżenzjoni fuq il-bażi tan-natura u l-loġika tas-sistema fiskali ġenerali. (23) L-Awtorità għandha tivvaluta jekk it-trattament differenti tal-intrapriżi fir-rigward tal-vantaġġi jew il-piżijiet introdotti permezz tal-miżura fiskali inkwistjoni jirriżultax min-natura jew mis-sistema ġenerali tal-iskema ġenerali li tkun applikabbli. Fejn dan it-trattament differenzjali jkun ibbażat fuq objettivi differenti minn dawk li jkunu segwiti mill-iskema ġenerali, il-miżura inkwistjoni tiġi kkunsidrata, fil-prinċipju, bħala waħda selettiva.

(59)

Skont każistika stabbilita, huwa l-Istat tal-EFTA li introduċa trattament differenti bejn intrapriżi biex juri li dan huwa ġġustifikat skont in-natura u l-iskema ġenerali tas-sistema inkwistjoni. (24) L-Awtorità għandha, minn hemm' il quddiem, tikkunsidra jekk emenda għar-regoli tat-taxxa tissodisfax l-għanijiet inerenti fis-sistema fiskali nfisha, jew jekk issegwix objettivi oħrajn.

(60)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Islanda, l-objettiv tal-emendi nnotifikati kien li jqarreb l-industrija taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi għal livell komparabbli mal-industrija taċ-ċentri tad-dejta fl-UE. In-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT għal servizzi mħalltin u l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers kienu mfassla biex jattiraw settur tas-servizzi mobbli (u sensittiv għat-taxxa) lejn l-Islanda, partikolarment l-industrija taċ-ċentri tad-dejta.

(61)

Huwa importanti li wieħed jinnota li f'dan il-każ il-qafas ta' referenza tat-taxxa, li fir-rigward tiegħu għandu jiġi eżaminat jekk l-għan imfittex bl-emendi nnotifikati jaqax fi ħdan in-natura u l-loġika ġenerali tas-sistema, huwa s-sistema Islandiża tal-VAT.

(62)

Kif ġie nnutat fid-Deċiżjoni Nru 3/13/COL, m'hemm l-ebda definizzjoni ċara ta' servizzi mħalltin li tinsabfil-leġislazzjoni, regolamenti jew linji gwida tal-Islanda. It-terminu “servizzi mħalltin” huwa miftuħ u ma jistax jiġi stabbilit li s-servizzi mħalltin kollha pprovduti miċ-ċentri tad-dejta Islandiżi għall-konsumaturi mhux residenti effettivament jintużaw u jitgawdew barra l-pajjiż. Bħala eżempji ta' servizzi mħalltin, l-awtoritajiet Islandiżi semmew l-ospitar, is-superviżjoni u t-tkessiħ ta' servers. Madankollu, servizzi oħra li jingħataw b'mod ċar fl-Islanda, u għalhekk għandhom f'ċirkostanzi normali jkun soġġetti għall-VAT, bħal servizzi ta' manutenzjoni u ħażna jidhru li huma koperti wkoll mit-terminu servizzi mħalltin.

(63)

Sal-punt li servizzi mħalltin huma inseparabbli u marbuta inerentement mas-servizzi fornuti b'mod elettroniku, u jintużaw u jitgawdew barra l-pajjiż, dawn huma koperti mill-istess kunsiderazzjonijiet dwar in-newtralità tat-taxxa bħala servizzi pprovduti elettronikament. (25) Għalhekk, in-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq dawn is-servizzi mħalltin li huma, f'dan is-sens, “anċillari” għal servizzi fornuti b'mod elettroniku pprovduti miċ-ċentri tad-dejta Islandiżi għall-konsumaturi mhux residenti, jaqa' fi ħdan in-natura u l-loġika tas-sistema tal-VAT.

(64)

L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew li f'dak li jirrigwarda servizzi mħalltin li ma jistgħux jitqiesu li jintużaw u jitgawdew barra l-pajjiż, ħafna sistemi jkollhom fihom ċerti regoli komparabbli tal-VAT fuq oġġetti u servizzi li mhumiex inklużi bħala dħul taxxabbli u għalhekk huma eżentati mir-responsabbiltà tal-VAT. Għalhekk, l-għan tal-emenda kien li jiġi żgurat li l-ambjent tan-negozju taċ-ċentri tad-dejta fl-Islanda, f'termini tat-trattament tal-VAT, kien paragunabbli ma' dak tal-kompetituri tagħhom li joperaw fl-UE.

(65)

L-Awtorità tqis li l-fatt li sistemi oħra tal-VAT jipprovdu għal ċerti eżenzjonijiet, minnu nnifsu ma jiġġustifikax in-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fl-Islanda. Anki jekk l-għan tal-miżura huwa li tikkumpensa għal żvantaġġi li tħabbat wiċċha magħhom l-industrija taċ-ċentri tad-dejta tal-Islanda, miżura bħal din ma tistax, fi kwalunkwe każ, tkun iġġustifikata mill-fatt li hija maħsuba li tikkoreġi tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq taż-ŻEE għal servizzi ta' ċentri tad-dejta. Skont ġurisprudenza stabbilita, il-fatt li Stat taż-ŻEE jipprova japprossima, permezz ta' miżuri unilaterali, il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni eżistenti f'settur partikolari tal-ekonomija ma' dawk li jipprevalu fil-bqija taż-ŻEE ma jistax ineħħi minn dawn il-miżuri n-natura tagħhom bħala għajnuna. (26) Jekk deroga partikolari taqax fl-ambitu tal-loġika tas-sistema jew le, għalhekk għandha tiġi evalwata l-ewwel u qabel kollox fir-rigward tas-sistema tat-tassazzjoni ta' referenza, jiġifieri tas-sistema Islandiża tal-VAT. (27)

(66)

Mhuwiex fi ħdan in-natura u l-loġika ġenerali tas-sistema Islandiża tal-VAT li jiffavorixxu l-produzzjoni ta' oġġetti Islandiżi jew li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-kompetittività ta' kumpaniji Islandiżi fuq il-kompetituri tagħhom stabbiliti x'imkien ieħor fiż-ŻEE. Fil-fatt m'hemm l-ebda dispożizzjonijiet fil-lingwa Islandiża tal-Att dwar il-VAT li huma mfassla biex jiffavorixxu servizzi jew oġġetti Islandiżi fuq servizzi jew oġġetti barranin li jikkompetu. L-objettiv tal-politika esterna, bħall-għan li tissaħħaħ il-kompetittività fl-industrija taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi u l-promozzjoni ta' użu ġdid tar-riżorsi tal-enerġija Islandiżi, li mhumiex inerenti għas-sistema ta' referenza ma tistax tiġi invokata sabiex tiġġustifika derogi mis-sistema. (28)

(67)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tqis li n-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq dawn is-servizzi mħalltin li huma separabbli minn u mhux intrinsikament marbuta ma' servizzi fornuti b'mod elettroniku ma jistax jitqies bħala li jaqa' fi ħdan in-natura u l-loġika ġenerali tas-sistema Islandiża tal-VAT.

(68)

Fir-rigward tal-importazzjoni ta' servers, l-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw li l-Artikolu 36(1) tal-Att dwar il-VAT jipprovdi għal possibbiltà li jiġu eżentati prodotti importati speċifiċi mill-VAT, u għalhekk eżenzjonijiet mill-VAT fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti huma inerenti għas-sistema tal-VAT. Barra minn hekk, huma argumentaw li l-biċċa l-kbira tas-sistemi ta' VAT jipprovdu għal ċerti eżenzjonijiet li huma bbażati fuq fatti ekonomiċi u n-natura u l-istruttura ġenerali tas-sistema ta' tassazzjoni fil-pajjiż inkwistjoni.

(69)

L-Awtorità tqis li l-eżenzjonijiet previsti taħt l-Artikolu 36(1) (xogħlijiet artistiċi importati mill-awtur, xogħlijiet letterarji speċifiċi, vetturi għal skopijiet ta' salvataġġ, oġġetti eżentati minn dazji doganali, eċċ.) huma limitati ħafna u mhux neċessarjament marbuta mal-provvista ta' attività ekonomika. Għall-kuntrarju, il-kumpaniji li se jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni ta' servers, se jwettqu l-importazzjoni tas-servers tagħhom bħala parti intrinsika tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. Kif innutat qabel, ir-regola prinċipali tal-Att dwar il-VAT tal-Islanda hija li l-attivitajiet ekonomiċi għandhom ikunu soġġetti għat-tassazzjoni u li l-VAT tat-tranżazzjonijiet interni kollha fl-istadji kollha, kif ukoll ta' importazzjonijiet ta' prodotti u servizzi għandha titħallas lit-Teżor. (29) L-awtoritajiet Islandiżi ma indikaw ebda eżempji ta' eżenzjonijiet speċifiċi għas-settur simili għall-Att dwar il-VAT tal-Islanda biex jiġġustifikaw l-emendi.

(70)

L-awtoritajiet tal-Islanda invokaw ulterjorment il-prinċipju, li skontu meta oġġetti jiġu trasferiti biss għall-finijiet tal-provvista ta' servizz, u mingħajr bidla fis-sjieda, it-trasferiment ta' tali oġġetti jifforma parti mill-forniment tas-servizz u għalhekk mhuwiex intaxxat separatament għall-finijiet tal-VAT. Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi la spjegaw il-bażi legali għal dan il-prinċipju u lanqas għaliex kien hemm bżonn li tiġi adottata dispożizzjoni speċjali, fuq l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers u tagħmir simili, jekk tali importazzjoni tista' fi kwalunkwe każ taqa' taħt dan il-prinċipju.

(71)

L-Awtorità ma tistax tara li l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni għall-ħlas ta' servers u n-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq servizzi mħalltin jikkostitwixxu adattament ta' skema ġenerali partikolari għan-natura u l-istruttura ġenerali tas-sistema Islandiża tal-VAT. Għall-kuntrarju, l-emendi jidhru li ġew adottati b'objettiv ekonomiku u politiku (30) li jattira impriżi barranin li jixtru servizzi ta' ċentru tad-dejta fl-Islanda u konsegwentement itejbu l-kompetittività tal-industrija taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi (31). Dawn il-kunsiderazzjonijiet, fl-opinjoni tal-Awtorità, ma jiffurmawx parti mil-loġika u n-natura ġenerali tas-sistema ta' taxxa fuq il-konsumatur (32).

(72)

L-awtoritajiet tal-Islanda jsostnu li l-miżuri inkwistjoni huma intiżi bħala tentattiv biex tiġi adattata s-sistema Islandiża tal-VAT għas-sistemi tal-VAT tal-Istati Membri tal-UE sabiex jipprovdu ambjent simili kompetittiv għall-industrija domestika bħal dik li teżisti fi ħdan l-UE. Fid-deċiżjoni 3/13/COL, l-Awtorità stiednet lill-awtoritajiet Islandiżi biex jipprovdu iktar informazzjoni sostanzjali, mhux biss bħala appoġġ għad-dikjarazzjonijiet tagħhom li l-emendi l-ġodda tal-VAT jirriflettu s-sistemi tal-VAT tal-Istati Membri tal-UE, iżda aktar importanti minn hekk li l-emendi jaqgħu fi ħdan il-loġika tas-sistema Islandiża tal-VAT. Madankollu, l-awtoritajiet tal-Islanda ma ssottomettew l-ebda kumment jew informazzjoni addizzjonali f'dan ir-rigward.

(73)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra li l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni ta' servers u n-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq servizzi mħalltin ma jaqgħux fi ħdan il-loġika u n-natura ġenerali tas-sistema Islandiża tal-VAT.

1.4.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

(74)

Fl-aħħar nett, il-miżura għandha tkun tali li xxekkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(75)

Skont każistika stabbilita, is-sempliċi fatt li miżura ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jikkompetu fin-negozju fi ħdan iż-ŻEE, huwa meqjus li jkun biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-miżura x'aktarx li taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti u tfixkel il-kompetizzjoni bejn impriżi stabbiliti fi Stati oħra taż-ŻEE. (33)

(76)

Iż-żewġ miżuri inkwistjoni kienu mmirati lejn entitajiet stabbiliti barra l-Islanda, inkluż fiż-ŻEE. Huma jkunu jibbenefikaw mill-miżuri jekk huma xtraw servizzi minn ċentri tad-dejta Islandiżi. Iċ-ċentri tad-dejta Islandiżi, min-naħa tagħhom, qegħdin f'kompetizzjoni ma' operaturi ta' servizzi simili fiż-ŻEE. Barra minn hekk, il-miżuri ġew introdotti deliberatament bħala mezz biex jiġbdu konsumaturi mill-Istati taż-ŻEE u aktar minn hekk biex jixtru servizzi ta' ċentri tad-dejta fl-Islanda. Peress li dawn il-konsumaturi huma impriżi li joperaw f'kompetizzjoni ma' entitajiet oħra fis-setturi rispettivi tagħhom madwar iż-ŻEE, il-miżuri kienu għalhekk suxxettibbli li jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE u li joħolqu distorsjoni jew jheddu li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni madwar iż-ŻEE.

1.5.   Konklużjoni dwar il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat

(77)

B'referenza għall-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżuri li qed jiġu evalwati, jiġifieri l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers u tagħmir simili minn konsumaturi mhux residenti għall-użu fiċ-ċentri tad-dejta Islandiżi, u n-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq it-tranżazzjonijiet li jinvolvu ċentri tad-dejta, ħlief għal servizzi “anċillari” għal servizzi fornuti b'mod elettroniku, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Għalhekk, taħt il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk il-miżuri jistgħux ikunu kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.   REKWIŻITI TAL-PROĊEDURA

(78)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista' tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kull pjan biex tingħata jew tinbidel l-għajnuna. […] L-Istat ikkonċernat ma għandux iqiegħed il-miżuri proposti tiegħu fis-seħħ sakemm il-proċedura tkun irriżultat f'deċiżjoni finali”.

(79)

L-awtoritajiet tal-Islanda ma nnotifikawx il-miżuri tal-għajnuna lill-Awtorità fi żmien suffiċjenti qabel l-implimentazzjoni tagħhom fl-1 ta' Mejju 2011. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Islandiżi, poġġew dawk il-miżuri fis-seħħ qabel ma l-Awtorità adottat deċiżjoni finali. B'hekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet tal-Islanda ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. L-għoti ta' kull għajnuna għalhekk mhuwiex skont il-liġi.

3.   VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ

(80)

L-awtoritajiet Islandiżi ma ressqu l-ebda argument li l-għajnuna mill-Istat fil-miżuri tal-VAT, kif speċifikat hawn fuq, tista' titqies bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli.

(81)

Miżuri ta' għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huma ġeneralment inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm ma jkunux jikkwalifikaw għal deroga skont l-Artikolu 61(2) jew (3) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(82)

Id-deroga skont l-Artikolu 61(2) mhijiex applikabbli għall-għajnuna inkwistjoni u mhijiex imfassla biex jintlaħaq xi wieħed mill-għanijiet elenkati f'din id-dispożizzjoni. Lanqas l-Artikolu 61(3)(a) jew l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE ma japplikaw għall-każ inkwistjoni. Barra minn hekk, l-Awtorità ma ġiet provduta b'ebda informazzjoni li turi li l-benefiċjarji tal-għajnuna huma lokalizzati f'reġjun li jista' jibbenefika minn għajnuna reġjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE. Lanqas ma hi applikabbli d-deroga fl-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE fil-każ attwali.

(83)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-konklużjoni tal-Awtorità hi li eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers u tagħmir simili minn konsumaturi mhux residenti għall-użu f'ċentri tad-dejta Islandiżi, u n-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq it-tranżazzjonijiet li jinvolvu servizzi mħalltin provduti lil konsumaturi mhux residenti taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi safejn dawn is-servizzi ma jkunux anċillari għas-servizzi fornuti elettronikament, mhumiex ġustifikati taħt id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE.

4.   ASPETTATTIVI LEĠITTIMI U ĊERTEZZA LEGALI

(84)

Il-prinċipji legali u fundamentali tal-aspettativi leġittimi u taċ-ċertezza legali jistgħu jiġu invokati mill-benefiċjarji tal-għajnuna biex jikkontestaw ordni għall-irkupru ta' għajnuna statali mogħtija illegalment. Madankollu, il-prinċipji japplikaw biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali u normalment intrapriża ma tistax tagħmel presuppożizzjonijiet dwar aspettativi leġittimi li għajnuna hija legali sakemm l-għajnuna ma tingħatax skont il-proċedura għan-notifika tal-għajnuna lill-Awtorità (jew lill-Kummissjoni Ewropea skont il-każ) (34). Dan hu prinċipju li kien affermat mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ġej: “F'sitwazzjoni bħal dik fil-proċeduri ewlenin, l-eżistenza ta' ċirkostanza eċċezzjonali wkoll ma tistax tintlaqa' fid-dawl tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, minħabba li l-Qorti kienet diġà sostniet, b'mod essenzjali, li minħabba li l-Kummissjoni ma ħaditx deċiżjoni li tapprova l-għajnuna, …ir-riċevitur ma jistax ikun ċert mil-legalità tal-għajnuna, bir-riżultat li wieħed la jista' jibbaża fuq il-prinċipju tal-ħarsien tal-aspettativi leġittimi u lanqas fuq dak taċ-ċertezza legali”. (35)

(85)

Bħala prinċipju, il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li aspettativa leġittima li għajnuna hija legali ma tistax tiġi invokata sakemm dik l-għajnuna ma tkunx ingħatat skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, (36) filwaqt li osservat li negozjant diliġenti normalment għandu jkun kapaċi jiddetermina jekk dik il-proċedura ġietx segwita. (37)

(86)

Minkejja dan il-Qorti aċċettat ukoll li f'ċirkostanzi eċċezzjonali, riċevitur ta' għajnuna li tingħata illegalment għaliex ma tkunx ġiet innotifikata, jista' jibbaża fuq aspettativi leġittimi li l-għajnuna kienet legali sabiex jopponi l-ħlas lura tagħha. (38) Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li entità tista' toqgħod fuq il-prinċipju tal-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi fejn awtorità tal-Komunità tkun wasslitha biex ikollha aspettattivi li huma ġustifikati. (39) L-Awtorità ma għamlet xejn minn dan, u tabilħaqq id-deċiżjonijiet tal-Awtorità li ma tippermettix miżuri selettivi ta' għajnuna fiskali kellhom jagħmluha ċara li miżuri tal-VAT li jiffavorixxu ċerti kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji kellhom jiġu nnotifikati lill-Awtorità. (40)

(87)

Fid-dawl ta' dan ta hawn fuq, l-Awtorità mhix se taċċetta li argumenti relatati maċ-ċertezza legali jew mal-aspettativi leġittmi jistgħu jkunu validi f'dan il-każ, meta wieħed jikkunsidra l-ġurisprudenza tal-qorti u l-applikabilità wiesgħa tal-Artikoli 61 (tal-Ftehim taż-ŻEE) u 107 (TFUE). Konklużjoni li l-miżuri tal-VAT mistħarrġa setgħu jinvolvu għajnuna mill-Istat kienet ċara f'kull ħin.

5.   IRKUPRU

(88)

Minħabba li l-għajnuna ngħatat mingħajr ma ġiet innotifikata lill-Awtorità, tikkostitwixxi għajnuna illegali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(f) tal-Parti II tal-Protokoll 3 ta' mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Jirriżulta, mill-Artikolu 14 tal-Parti II tal-Protokoll 3 ta' mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, li l-Awtorità tiddeċiedi li għajnuna illegali li ma tkunx kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jaqgħu taħt il-Ftehim dwar iż-ŻEE trid tinġabar lura mingħand il-benefiċjarji.

(89)

L-Awtorità hi tal-fehma li, f'dan il-każ, ma hemm l-ebda prinċipju ġenerali li jipprekludi l-ħlas lura. Skont il-każistika stabbilita, it-tneħħija ta' għajnuna illegali permezz tal-irkupru hija l-konsegwenza loġika meta jinstab li l-għajnuna ma tkunx legali. Għaldaqstant, l-irkupru ta' għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment, sabiex tinġieb lura s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel ma ngħatat l-għajnuna, fil-prinċipju ma jistax jitqies bħala sproporzjonat meta mqabbel mal-objettivi tal-Ftehim dwar iż-ŻEE fejn tidħol l-għajnuna mill-Istat.

(90)

Bil-ħlas lura tal-għajnuna, ir-riċevitur jitlef il-vantaġġ li jkun gawda minnu għad-detriment tal-kompetituri tiegħu fis-suq, u tinġieb lura s-sitwazzjoni kif kienet qabel tkun ngħatat l-għajnuna. (41) Minn dik il-funzjoni tal-ħlas lura tal-għajnuna jirriżulta wkoll li, bħala regola ġenerali, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Awtorità ma tmurx lil hinn mil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha jekk titlob lill-Istat tal-EFTA kkonċernat jirkupra l-ammonti mogħtija permezz ta' għajnuna illegali, peress li din tkun sempliċiment qed iġġib lura s-sitwazzjoni għal kif kienet qabel. (42) Barra minn hekk, minħabba n-natura mandatorja tas-superviżjoni tal-għajnuna mill-Istat mill-Awtorità skont il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, fil-prinċipju l-impriżi li ngħatatilhom l-għajnuna ma jistax ikollhom aspettattiva leġittima li l-għajnuna hija legali dment li ma tkunx ingħatat skont il-proċedura stabbilita fid-dispożizzjonijiet ta' dak il-Protokoll. (43) F'dan il-każ, ma jidher li hemm l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali, li setgħet twassal għal aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarji tal-għajnuna.

(91)

L-irkupru tal-għajnuna mill-Istat mhux dovuta għandu jinkludi l-imgħax kompost, skont l-Artikolu 14 (2) fil-Parti II tal-Protokoll 3 ta' mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u skont l-Artikoli 9 u 11 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità 195/04/COL tal-14 ta' Lulju 2004. (44)

(92)

L-awtoritajiet tal-Islanda s'issa taw informazzjoni limitata dwar l-ammont ta' għajnuna mogħtija taħt l-emendi fl-Att Nru 163/2010. Barra minn hekk, huma ma pprovdewx informazzjoni biżżejjed dwar in-numru u l-identità tal-benefiċjarji potenzjali tal-miżuri. L-awtoritajiet tal-Islanda huma mistiedna jipprovdu informazzjoni dettaljata u eżatta dwar l-ammont ta' għajnuna mogħtija u l-benefiċjarji tal-għajnuna.

6.   KONKLUŻJONI

(93)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Islandiżi implimentaw l-għajnuna kkonċernata illegalment, bi ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

(94)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att Nru 163/2010, jiġifieri l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers u tagħmir simili minn konsumaturi mhux residenti għall-użu f'ċentri tad-dejta Islandiżi, u n-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq servizzi mħalltin ipprovduti lil konsumaturi mhux residenti taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi sal-punt li dawk is-servizzi ma kinux anċillari għas-servizzi fornuti elettronikament, mhix kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq u għandha tiġi rkuprata b'effett mid-data meta ngħatat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti permezz tal-Artikoli 4 u 12 tal-Att Nru 163/2010, jiġifieri l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' servers u tagħmir simili minn konsumaturi mhux residenti għall-użu f'ċentri tad-dejta Islandiżi, u n-nuqqas ta' impożizzjoni tal-VAT fuq servizzi mħalltin li huma separabbli minn u mhux marbuta b'mod inerenti ma' servizzi pprovduti elettronikament ipprovvduti lill-konsumaturi mhux residenti taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi, jinvolvu għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Islandiżi għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jirkupraw mill-benefiċjarju/i l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1, magħmula disponibbli għalihom illegalment, mill-1 ta' Mejju 2011 sat-13 ta' Marzu 2013.

Artikolu 3

L-irkupru jsir mingħajr dewmien, u jiġri x'jiġri fi żmien erba' xhur mid-data ta' din id-deċiżjoni u skont il-proċeduri tal-liġi nazzjonali, dment li dawn jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni.

L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi l-imgħax u l-imgħax kompost mid-data li fiha l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data ta' meta tiġi rkuprata.

L-imgħax ikun ikkalkulat fuq il-bażi tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL (45) tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

Artikolu 4

Sat-8 ta' Lulju 2014, l-Islanda għandha tinforma lill-Awtorità bl-ammont totali (imgħax prinċipali u ta' rkupru) li jrid jiġi rkuprat mill-benefiċjarju/benefiċjarji kif ukoll bil-miżuri ppjanati jew meħuda sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna.

Sat-8 ta' Settembru 2014, l-Islanda trid tkun eżegwiet id-deċiżjoni tal-Awtorità u rkuprat għal kollox l-għajnuna.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Islanda.

Artikolu 6

L-unika verżjoni awtentika ta' din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2014.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Frank J. BÜCHEL

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 3/13/COL tas-16.1.2013 sabiex tinbeda proċedura formali ta' investigazzjoni dwar ċerti emendi għall-Att Nru 50/1988 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud applikabbli għall-klijenti taċ-ċentri tad-dejta Islandiżi ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 111, 18.4.2013, p. 5 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 18.4.2013, p. 1.

(2)  Għal deskrizzjoni iktar dettaljata tal-korrispondenza, ara l-paragrafi 1-6 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 3/13/COL.

(3)  F'din in-notifika, l-awtoritajiet tal-Islanda irreferew għat-tliet miżuri kollha bħala eżenzjonijiet mill-VAT. Madankollu, fil-fehma tal-Awtorità, skont il-loġika tas-sistema tal-VAT, il-miżuri li jinvolvu servizzi fornuti elettronikament u servizzi mħalltin għandhom pjuttost jiġu rriferuti bħala li huma suġġetti għal “rata żero tal-VAT”, peress li l-fornituri ta' dawn is-servizzi, l-Awtorità tifhem, għandhom id-dritt li jnaqqsu l-VAT tal-input imħallsa fuq xiri relatat ma' provvista partikolari.

(4)  Cf. L-Artikolu 4 tal-Att Nru 163/2010.

(5)  L-Artikolu 12(1)10(c) l-Att dwar il-VAT.

(6)  L-Artikolu 12(1)10(d) l-Att dwar il-VAT. L-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li t-terminu “servizzi tal-kompjuter”kien ikopri biss ambitu limitat ta' servizzi pprovduti elettronikament u li l-għan tal-emenda kien li jestendi din l-eżenzjoni għal firxa usa' ta' servizzi fornuti elettronikament.

(7)  Skont id-definizzjoni uffiċjali, pprovduta mill-awtoritajiet tal-Islandiżi, il-kunċett ta' “servizzi fornuti b'mod elettroniku”“jinkludi servizz mogħtija minn fuq l-Internet jew netwerk ieħor, awtomatikament b'minimu ta' interferenza umana fejn l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni huwa parti neċessarja għall-għoti”.

(8)  Ara l-Artikolu 42A tal-Att dwar il-VAT.

(9)  F'dan il-kuntest, kien hemm proposta ppreżentata mir-rappreżentant tal-industrija taċ-ċentri tad-dejta fl-Islanda biex jiġi mmodifikat l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu li tgħid li s-servers importati mqiegħda f'ċentri tad-dejta Islandiżi u li jkunu proprjetà ta' dawk li mhumiex residenti ma jikkostitwixxux stabbiliment permanenti fl-Islanda. Din il-proposta madankollu ma ntlaqgħetx mill-Parlament.

(10)  Ara l-eżempji mogħtija mill-awtoritajiet Islandiżi fl-e-mail tal-5 ta' April 2011, il-p. 5: kumpanija tas-servers tan-netwerks minn Stat Membru tal-UE li żżomm is-servers tagħha f'kumpanija taċ-ċentri tad-dejta li tinsab fl-Islanda u li tixtri s-servizzi tal-ħżin tad-dejta miċ-ċentru tad-dejta Islandiż titqies li għandha stabbiliment permanentifl-Islanda u għalhekk, fuq il-bażi tar-regoli preżenti fis-seħħ, tkun soġġetta għall-VAT (cf. l-Artikolu 42 A tal-Att dwar il-VAT). Madankollu, uffiċċju ta' kontabilità minn Stat Membru tal-UE, li l-qalba tal-operat tiegħu mhijiex li jospita deta fuq is-servers ma jkunux meqjus li għandu stabbiliment permanenti fl-Islanda, anki jekk ikun mexxa s-servers tiegħu għaċ-ċentru tad-dejta Islandiż għall-iskop ta' ħżin.

(11)  Għal deskrizzjoni iktar dettaljata tal-korrispondenza, ara l-paragrafu 50 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 3/13/COL.

(12)  Ara l-ittra mid-Direttorat tad-Dwana, bid-data tal-14 ta' Diċembru 2012.

(13)  Iċ-ċifri kollha huma f'ISK.

(14)  Skont ġurisprudenza stabbilita, il-klassifikazzjoni bħala għajnuna titlob li l-kundizzjonijiet kollha jkunu ssodisfati kumulattivament, ara l-Kawża C-142/87, il-Belġju v il-Kummissjoni, (“Tubemeuse”), [1990] il-Ġabra I-959.

(15)  Ara l-punt 3 (3) tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar it-Tassazzjoni tan-Negozju, il-Kawża 248/84 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni [1987] il-Ġabra 4013, u l-Kawża E-6/98 Ir-Renju tan-Norveġja v l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA [1999] Rapporti tal-Qorti tal-EFTA, il-paragrafu 34.

(16)  Il-Kawża C-41/90 Höfner and Elser v Macroton [1991] il-Ġabra I-1979, il-paragrafi 21-23 u l-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA [2008] Rapport tal-Qorti tal-EFTA, p. 61, il-paragrafu 78.

(17)  Il-Kawża C-222/04 Ministero dell'Economia e delle Finanze v Cassa di Risparmio di Firenze SpA [2006] il-Ġabra I-289, il-paragrafu 108.

(18)  Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/9 P Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit [2011] il-Ġabra I-11113, il-paragrafu 75.

(19)  Ibid il-paragrafu 145.

(20)  Kawża C-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999] il-Ġabra I-3671, il-paragrafu 32; Il-Kawża C-143/99Adria-Wien Pipeline and Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke [2011] I-8365, il-paragrafu 48; u l-Kawża C-409/00 Spanja v Il-Kummissjoni [2003] il-Ġabra I-1487, il-paragrafu 48.

(21)  Ara l-Kawża C-409/00 Spanja v Il-Kummissjoni [2003] il-Ġabra I-1487, il-paragrafu 49.

(22)  Il-Kawża E-6/98 In-Norveġja vs L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, [1999] Rapport tal-Qorti tal-EFTA, p. 76, il-paragrafu 38; Il-Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord, PIL u oħrajn u n-Norveġja vs L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, [2005] Rapport tal-Qorti tal-EFTA, p. 117, il-paragrafi 84-85; Il-Kawżi Magħquda T-127/99, T129/99 u T-148/99, Territorio Histórico de Alava u oħrajn vs Il-Kummissjoni [2002] il-Ġabra II-1275, il-paragrafu 163; Il-Kawża C-143/99, Adria-Wien Pipeline [2001] il-Ġabra I-8365, il-paragrafu 42; Il-Kawża T-308/00 Salzgitter v il-Kummissjoni, [2004] il-Ġabra II-1933, il-paragrafu 42; Il-Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser [2005] il-Ġabra I-1627, il-paragrafu 43 u l-Kawża C-279/08 P il-Kummissjoni v il-Pajjiżi l-Baxxi [2011] il-Ġabra I-7671, il-paragrafu 62.

(23)  Il-Kawża E 6/98 In-Norveġja vs L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata aktar 'il fuq, il-paragrafu 38; Il-Kawżi konġunti E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord, PIL u oħrajn u n-Norveġja vs L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotati hawn fuq, il-paragrafi 76-89; Il-Kawża 173/73 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1974] il-Ġabra 709, il-paragrafu 16.

(24)  Il-Kawża E-6/98 In-Norveġja vs L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, imsemmija hawn fuq, il-paragrafu 67, il-Kawża C-159/01 Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra [2004] I-4461, il-paragrafu 43, il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/9 P Il-Kummissjoni u Spanja vs il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit, imsemmija hawn fuq, il-paragrafu 146.

(25)  Ara l-paragrafi 50-51 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 3/13/COL.

(26)  Il-Kawża C-372/97 l-Italja v Il-Kummissjoni [2004] il-Ġabra I-3679, il-paragrafu 67; u l-Kawża C-172/03 Heiser [2005] il-Ġabra I-1627, il-paragrafu 54.

(27)  Ara l-Kawża T-210/02, RENV British Aggregates Association v il-Kummissjoni [2012] il-Ġabra II-0000, il-paragrafi 49-50, u l-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/9 P Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit [2011] il-Ġabra I-11113, il-paragrafi 75 u 90.

(28)  Il-Kawżi Magħquda C-78/08 to C-80/09 Paint Graphos u oħrajn [2011] il-Ġabra I-7611, il-paragrafu 70.

(29)  Ara l-Artikolu 1 tal-Att Nru 50/1988 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.

(30)  L-ittra ta' notifika tat-2.9.2011.

(31)  Ara l-Kawżi Magħquda E-17/10 u E-6/11, Il-Prinċipat tal-Liechtenstein u VTM Fundmanagement vs l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA [2012] Rapport tal-Qorti tal-EFTA, p. 117, il-paragrafu 76.

(32)  Għal raġunament simili ara l-paragrafu (95) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE tas-17 ta' Frar 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Olanda għal attivitajiet ta' finanzjament internazzjonali, (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52).

(33)  Il-Kawża E-6/98 Il-Gvern tan-Norveġja vs L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, [1999] Rapport tal-Qorti tal-EFTA, p. 76, il-paragrafu 59; Il-Kawża 730/79, Philip Morris vs Il-Kummissjoni, [1980] il-Ġabra 2671, il-paragrafu 11.

(34)  Il-Kawża 5/89, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [1990], il-Ġabra I-3437, il-paragrafu 14; Il-Kawża C-169/95, Il-Kummissjoni vs. Spanja [1997], il-Ġabra I-135, il-paragrafu 51). Il-Kawża C-24/95, Land Rheinland-Pfalz vs Alcan Deutschland GmbH, [1997] il-Ġabra I-1591, il-paragrafu 25.

(35)  Il-Kawża C1-09 Centre d'Exportation du Livre Français (CELF), Ministre de la Culture et de la Communication v Société Internationale de Diffusion et d'Édition [2010] il-Ġabra I-02099, il-paragrafu 53. Ara wkoll il-Kawża C-91/01 L-Italja vs Il-Kummissjoni [2004] il-Ġabra I-4355, il-paragrafi 66 u 67.

(36)  Il-Kawża C-5/89 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [1990] il-Ġabra I-3437, il-paragrafu 14 u Regione Autónoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni [2005] il-Ġabra II-2123, il-paragrafu 64.

(37)  Il-Kawża C-5/89 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [1990] il-Ġabra I-3437, il-paragrafu 14, il-Kawża C-169/95 Spanja vs Il-Kummissjoni [1997] il-Ġabra I-135, il-paragrafu 51.

(38)  Il-Kawżi Magħquda C-183/02 P u C-187/02 P Demesa u Territorio Histórico de Álava vs Il-Kummissjoni [2004] il-Ġabra I-10609, il-paragrrafu 51.

(39)  Il-Kawża T-290/97, Mehibas Dordstelaan vs Il-Kummissjoni [2000] il-Ġabra II-15 u l-kawżi C-182/03 u C-217/03, Il-Belġju u l-Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni [2006] il-Ġabra I-05479, il-paragrafu 147.

(40)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 106/95/COL tal-31.10.1995 dwar eżenzjoni fiskali minn taxxa bażika għall-ippakkjar tal-ħġieġ (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 30, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 23.5.1996, p. 75), id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 145/97/COL tal-14.5.1997 dwar miżuri xierqa fir-rigward ta' tassazzjoni tas-sigurtà soċjali reġjonalment differenzjata u d-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 97/10/COL tal-24.3.2010 rigward it-tassazzjoni ta' kumpaniji ta' assigurazzjoni captive skont l-Att dwar it-Taxxa tal-Liechtenstein (ĠU L 261, 27.9.2012, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 53, 27.9.2012, p. 1).

(41)  Ara l-Kawżi Magħquda E-17/10 u E-6/11, Il-Prinċipat tal-Liechtenstein u VTM Fundmanagement vs l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA [2012] ir-Rapport tal-Qorti tal-EFTA, p. 117, il-paragrafi 141 -142.

(42)  Il-Kawża C-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999] il-Ġabra I 3671, il-paragrafu 66, u l-Kawża C-310/99 L-Italja vs Il-Kummissjoni [2002] il-Ġabra I-2289, il-paragrafu 99.

(43)  Il-Kawża C-169/95 Spanja v Kummissjoni [1997] il-Ġabra I-135, il-paragrafu 51.

(44)  Kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 789/08/COL tas-17.12.2008 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kulleġġ Nru 195/04/COL dwar id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-formoli standard għan-notifika tal-għajnuna (ĠU L 340, 22.12.2010, p. 1, and s-Supplement taż-ŻEE Nru 72, 22.12.2010, p. 1).

(45)  Kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 789/08/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA