ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 44

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
18 ta' Frar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/217 tal-10 ta' April 2014 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (notifikata bid-dokument C(2014) 2292)

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/218 tas-7 ta' Mejju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat Nri SA.29786 (ex N 633/09), SA.33296 (11/N), SA.31891 (ex N553/10), N 241/09, N 160/10 u SA.30995 (ex C 25/10) implimentata mill-Irlanda għar-ristrutturar ta' Allied Irish Banks plc u EBS Building Society (notifikata bid-dokument numru C(2014) 2638)  ( 1 )

40

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/219 tad-29 ta' Jannar 2015 li tissostitwixxi l-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE dwar il-Manwal SIRENE u miżuri oħra ta' implimentazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni (SIS II) ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (notifikata bid-dokument C(2015) 326)

75

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/1


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/217

tal-10 ta' April 2014

li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi

(notifikata bid-dokument C(2014) 2292)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3 tad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta' derogi nazzjonali, li jippermettu li jiġu kkunsidrati ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Ċerti Stati Membri talbu derogi nazzjonali ġodda.

(2)

Dawn id-derogi għandhom jiġu awtorizzati.

(3)

Billi l-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, Taqsima III.3 għandhom jiġu adattati, huwa xieraq li, għal raġunijiet ta' ċarezza, jinbidlu fl-intier tagħhom.

(4)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2008/68/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-kumitat dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża stabbilit permezz tad-Direttiva 2008/68/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fl-Anness huma awtorizzati jimplimentaw id-derogi stipulati fiha dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-territorju tagħhom.

Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 2

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3. u l-Anness III, it-Taqsima III.3 tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


ANNESS

L-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, it-Taqsima I.3 tinbidel b'dan li ġej:

“I.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO= Triq

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

SM= Taqsira għall-Istat Membru

nn= in-numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

RO–a–BE–1

Suġġett: Klassi 1 — Kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6 jillimita l-kwantità ta' splussiv tal-minjieri li jista' jiġi ttrasportat f'vettura ordinarja għal 20 kg.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta' mħażen 'l bogħod miċ-ċentri ta' provvista jistgħu jkunu awtorizzati li jittrasportaw 25 kg ta' dinamita jew splussiv qawwi u mhux aktar minn 300 detonatur f'vetturi bil-mutur ordinarji, soġġetti għal kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz tal-isplussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l'arrêté royal 23 septembre 1958 sur les produits explosifs.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–BE– 2

Suġġett: It-trasport ta' kontenituri vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta' klassijiet differenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni fuq id-dokument tat-trasport ‘imballaġġ (pakkett) vojt mhux imnaddaf li fih kien hemm prodotti ta' klassijiet differenti’.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dérogation 6-97.

Kummenti: Id-deroga reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 21 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–BE-3

Suġġett: L-adozjoni ta' RO–a–UK–4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchadises dangereuses par route (1-2009)

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–BE–4

Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti ADR kollha għat-trasport nazzjonali sa massimu ta' 1 000 detettur joniku tad-duħħan użati minn djar privati sal-faċilità tat-trattament fil-Belġju via l-punti tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan.

Referenza għall-ADR: ir-rekwiżiti kollha

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE:

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta' tip approvat. It-trasport ta' dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 2.2.7.1.2(d)).

Id-Direttiva 2002/96/KE (dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku) teħtieġ il-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan użati għat-trattament tal-unitajiet ta' ċirkwit u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjoattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lid-djar privati jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f'ċentru tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi minn daqqiet via ċentru tal-ġbir ieħor jew post ta' ħżin immedjat.

Fiċ-ċentru tal-ġbir ikun hemm disponibbli imballaġġar tal-metall li jesa' sa massimu ta' 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn iċ-ċentri, imballaġġ bħal dan li jkollu fih id-detetturi tad-duħħan jista' jiġi ttrasportat flimkien ma' skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. L-imballaġġ ikun ittikkettat bil-kliem ‘detettur tad-duħħan’.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan huwa parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet irjali tal-20/07/2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

DE Il-Ġermanja

RO–a–DE–1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta' parts tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1,4G flimkien ma' ċerta merkanzija perikoluża (n4).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jiġi mgħobbija flimkien ma' ċerta merkanzija perikoluża (prodotti marbuta mal-manifattura tal-karozzi) f'ċerti ammonti, elenkati fl-eżenzjoni. Il-valur ta' 1 000 (komparabbli ma' 1.1.3.6.4) ma għandux jinqabeż.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jitwasslu bla telf ta' żmien, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta' prodotti, il-ħżin ta' dawn il-prodotti f'garaxxijiet lokali mhijiex komuni.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–DE–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-kunsinnatur għal ċerti kwantitajiet ta' merkanzija perikoluża, kif iddefiniti f'1.1.3.6 (n1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief għall-Klassi 7: mhu meħtieġ ebda dokument tat-trasport jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f'1.1.3.6.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: It-tagħrif mogħti fl-immarkar u l-ittikkettar tal-imballaġġ jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, peress li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun adegwat fejn tidħol id-distribuzzjoni lokali.

Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–DE-3

Suġġett: It-trasport tal-istandards tal-kejl u l-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-imballaġġar, l-immarkar, id-dokumenti, l-istruzzjonijiet tat-trasport u l-immaniġġar, l-istruzzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma' imballaġġar vojt, mhux imnaddaf; aktar minn 1 000 l: Konformità ma' ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–DE-5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għal imballaġġar imħallat

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta' imballaġġar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta' imballaġġar imħallat ta' oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), ajrusols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkati) kif lesti għal bejgħ f'imballaġar imħallat fil-grupp tal-imballaġġar II u fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

DK id-Danimarka

RO–a–DK-2

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' imballaġġar li jkun fih sustanzi splussivi u ta' imballaġġar li jkun fih id-detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jitħarsu meta tiġi trasportata merkanzija perikoluża bit-triq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l.

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma' detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu ttrasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport skont dawn il-kundizzjonijiet:

1.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta' sustanzi splussivi taħt il-Grupp D.

2.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 200 biċċa ta' detonaturi taħt il-Grupp B.

3.

Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi għandhom ikunu ppakkjati separatament f'imballaġġ ċertifikat min-NU skont ir-regoli stipulati fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

4.

Id-distanza bejn il-pakketti li jkun fihom id-detonaturi u dawk li jkun fihom is-sustanzi splussivi għandha tkun mill-inqas metru (1). Id-distanza għandha titħares anki wara ż-żamma għall-għarrieda tal-brejkijiet. L-ippakkjar li jkun fih sustanzi splussivi u dak li fih detonaturi jrid jitpoġġa b'mod li ma jkunx possibbli li jitneħħa malajr mill-vettura.

5.

Irid jitħarsu r-regoli kollha l-oħra dwar it-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–DK–3

Suġġett: It-trasport fit-triq ta' pakketti u oġġetti li jkun fihom skart u residwi ta' merkanzija perikoluża ta' ċerti klassijiet minn djar privati u intrapriżi għall-iskop ta' rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-imballaġġ, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord u rekwiżiti ta' taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ intern u oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta' merkanzija perikoluża ta' ċerti klassijiet miġbura minn djar privati jew impriżi biex jintremew, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f'ċertu imballaġġ estern u/jew overpacks u jinġarru skont proċeduri speċjali tal-kunsinna inkluż restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u l-immarkar. Il-kwantità ta' merkanzija perikoluża għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta' trasport hija ristretta.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta' merkanzija perikoluża minn djar privati u intrapriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f'pakketti li jkunu nbigħu għall-bejgħ bl-imnut.

Data ta' skadenza: L-1 ta' Jannar 2019

FI il-Finlandja

RO–a–FI–1

Suġġett: Trasport ta' merkanzija perikoluża f'ċerti ammonti f'xarabankijiet u materjali b'radjoattività baxxa fi kwantitajiet żgħar għal għanijiet ta' kura tas-saħħa u r-riċerka.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1, 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar, dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' merkanzija perikoluża f'ċerti ammonti inqas mil-limitu ta' 1.1.3.6 b'massa massima netta ta' mhux aktar minn 200 kg f'xarabankijiet huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument tat-trasport u mingħajr ma jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha tal-imballaġġar. Waqt it-trasport tal-materjali b'radjoattivà baxxa b'piż massimu ta' 50 kg għal għanijiet ta' kura tas-saħħa u għar-riċerka, il-vettura ma hemmx għalfejn tkun immarkata jew mgħammra skont l-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003; 312/2005).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–FI-2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta mniżżla fid-dokument tat-trasport,

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għal imballaġġar vojt u mhux imnaddaf, vetturi, kontenituri, tankijiet, vetturi tal-batteriji u kontenituri tal-gass ta' elementi multipli (‘MEGCs’).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta' vetturi bit-tank vojta u mhux imnaddfa li fihom jinġarru żewġ jew aktar sustanzi bin-numri NU 1202, 1203 u 1223, id-deskrizzjoni fid-dokumenti tat-trasport tista' timtela bil-kliem ‘L-aħħar tagħbija’ flimkien ma' isem il-prodott bl-iktar punt baxx ta' fjammabilità. ‘Vettura bit-tank vojt, 3, l-aħħar tagħbija: NU 1203 Motor spirit, II’.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–FI–3

Suġġett: Tikkettar u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport li jittrasportaw (normalment f'vannijiet) ammonti żgħar ta' splussivi (sa massimu ta' 1 000 kg (nett)) għall-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jiġu ttikkettati fuq quddiem u fuq wara, bl-użu tal-plakards skont il-mudell Nru 1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

FR Franza

RO–a–FR–2

Suġġett: It-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 12.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–FR–5

Suġġett: It-trasport ta' merkanzija perikoluża f'vetturi pubbliċi li jġorru l-passiġġieri (18)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta' passiġġieri u merkanzija perikoluża.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' merkanzija perikoluża għajr dawk tal-Klassi 7, f'vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala bagalja tal-idejn (hand luggage):japplikaw biss id-dispożizzjonijiet marbuta mal-imballaġġar, l-immarkar u t-tikkettar ta' pakki kif stabbilit f'4.1, 5.2 u 3.4.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1.

Kummenti: Merkanzija perikoluża għall-użu personali jew inkella għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f'bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta' skadenza: id-29 ta' Frar 2016

RO–a–FR–6

Suġġett: It-trasport personali ta' kwantitajiet żgħar ta' merkanzija perikoluża (18)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta' dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta' kwantitajiet żgħar ta' merkanzija perikoluża għajr dawk tal-Klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f'1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu ta' dokument tat-trasport kif stipulat f'5.4.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1.

Data ta' skadenza: id-29 ta' Frar 2016

RO–a–FR–7

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' kampjuni ta' sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom merkanzija perikoluża għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet minn 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta' merkanzija perikoluża ppakkjata fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta' imballaġġar u tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġar, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, tal-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta' sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom merkanzija perikoluża li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta' sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f'imballaġġar ikkombinat. Għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għal imballaġġar intern skont it-tip ta' merkanzija perikoluża involuta. L-imballaġġar estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għal kaxex tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġar estern għandu jkollu l-marki skont it-Taqsima 3.4.7, l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u t-test ‘Kampjuni għall-analiżi’ (bil-Franċiż: ‘Echantillons destinés à l'analyse’). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jiġu mħarsa, il-ġarr mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l'arrêté du 29 mai 2009 relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres

Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE ma tistipulax dwar it-trasport għall-analiżi ta' kampjuni ta' merkanzija perikoluża meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jew f'isimhom. Sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għal kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sigurtà tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom merkanzija perikoluża. Peress li mhux dejjem fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġar intern ġie ddefinit b'mod aktar operattiv.

Data ta' skadenza: L-1 ta' Jannar 2019

IE l-Irlanda

RO–a–IE–1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta' 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta' pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati taħt 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b'punt ta' infjammabbiltà ta' anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta' merkanzija perikoluża li jkunu qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR u 6.1, fejn il-kwantità ta' merkanzija perikoluża li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004’.

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta' dawn il-pestiċidi.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–IE-4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta' ċilindri tal-gass li jintużaw f'distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B għall-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: L-attivitajiet prinċipali jikkonsistu fit-tqassim ta' imballaġġi tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma' kwantitajiet żgħar ta' ċilindri żgħar ta' gassijiet assoċjati mal-użu fix-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–IE–5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasportati b'mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni inbnew, ġew ittestjati u użati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b'trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment f'kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu ta' ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u ttestjar ta' dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta' 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew u ttestjati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu ġew trasportati lejn il-kunsinnatur permezz ta' trasport multimodali, fosthom il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta' dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni sa għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, f'ġurnata waħda, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fi ħdan l-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta' trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu tqassmu lokalment fi ħdan l-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f'dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet partikolarment speċifikati — ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u lanqas f'ebda parti oħra taż-żona ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet tagħha. It-trasport multimodali, li jibda barra ż-żona ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fl-Irlanda. Dan it-trasport fuq it-territorju tal-Irlanda għandu jsir fir-rispett tal-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–IE–6

Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġar, l-immarkar u l-ittikkettar ta' kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f'1.1.3.6) ta' oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1,4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404, NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għal ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari għar-rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet 1, 2, 4, 5 u 6.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali. Klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-imballaġġar. Dispożizzjonijiet għall-kunsinna. Il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġar, l-immarkar u l-ittikkettar ta' materjal pirotekniku skadut, bin-numri NU rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-imballaġġar tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE jiġu rispettati u tagħrif addizzjonali jiġi inkluż fid-dokument tat-trasport. Din id-deroga tapplika biss għat-trasport lokali, lejn kwartieri militari jew range, ta' kwantitajiet żgħar ta' dan il-materjal pirotekniku skadut bl-għan li jiġu eliminati b'mod sikur.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: S.I. 349 tar-Regolament 57 tal-2011 (f) u (g)

Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta' materjal pirotekniku marittimu ‘skadut’, speċjalment minn sidien ta' dgħajjes għad-delizzju u fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jintremew, ħoloq diffikultajiet partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-imballaġġar. Id-deroga hija għal kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f'1.1.3.6) għal trasport lokali, li jħaddan in-numri NU kollha assenjati għal materjal pirotekniku marittimu.

Data ta' skadenza: fl-30 ta' Jannar 2020

LT Il-Litwanja

RO–a–LT–1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–a–UK–6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 ‘Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje’ (ir-riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta' Marzu 2000).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

HU Ungerija

RO-a-HU-1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-DE-2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

RO–a-HU-2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta' skadenza: fl-30 ta' Jannar 2020

UK Ir-Renju Unit

RO–a–UK–1

Suġġett: Il-ġarr ta' ċerti oġġetti li jkun fihom materjal radjoattiv ta' periklu baxx bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli (E1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-trasport ta' materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali dwar ċerti prodott kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux iktar minn 500 lokalizzatur tad-duħħan għall-użu domestiku b'attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux aktar minn ħames biċċiet tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b'attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 3(10):

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (‘IAEA’) jiġu inkorporati fl-ADR.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinżamm dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' merkanzija perikoluża (minbarra mill-Klassi 7) kif ddefinit f'1.1.3.6 (E2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta' trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jifformaw parti minn tagħbija akbar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a).

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn dokument tat-trasport ma jkunx dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–UK–3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal ta' radjoattività ta' livell baxx biex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat tat-tifi tan-nar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarru ċilindri tat-tifi tan-nar meta jkunu qed jiġu trasportati biss imballaġġi ta' eċċezzjoni (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jipprevedi rekwiżit inqas strett meta jinġarr biss għadd żgħir ta' imballaġġi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d).

Kummenti: Il-ġarr ta' tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta' NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jkunu jistgħu jinġarru f'vetturi żgħar.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–UK–4

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' oġġetti f'imballaġġar intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta' dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġar ma jeħtiġlux ikun allokat marka tal-RID/ADR jew NU u lanqas immarkat b'xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti stipulati fl-Iskeda 3.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 7(4) u r-Regolament 36 Numru tal-Awtorizzazzjoni 13.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta' ġarr minn depożitu ta' distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-għan ta' din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġar estern.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–UK–5

Suġġett: Sabiex ikun hemm ‘kwantità massima totali differenti għal kull unità ta' trasport’ għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f'1.1.3.6.3 (N10).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f'kull unità ta' trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta' splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; Ir-Regolament 14 u l-Iskeda 4.

Kummenti: Biex jitħalla jkun hemm limiti differenti ta' kwantità għal merkanzija ta' Klassi 1, jiġifieri ‘50’ għal Kategorija 1 u ‘500’ għal Kategorija 2. Għall-kalkolu ta' tagħbijiet imħalltin, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom jitqiesu bħala ‘20’ għall-Kategorija 1 tat-Trasport u ‘2’ għall-Kategorija 2 tat-Trasport.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–UK–6

Suġġett: Iż-żieda tal-massa massima netta ta' splussiv permessibbli f'vetturi EX/II (N13)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.5.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta' sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta' sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3.

Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa massima netta ta' 5 000 kg f'vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta' Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J.

Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jittieħdu lejn l-Unjoni jkunu kbar jew goffi, u dawn jaqbżu madwar iż-2,5 m fit-tul. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u l-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Hemm biss ftit vetturi EX/III użati fir-Renju Unit u jkun ta' piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta' aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jġorru dan it-tip ta' splussiv.

Fir-Renju Unit, l-isplussivi militari jiġu trasportati l-aktar permezz ta' vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux jittieħdu l-vantaġġi mill-eżenzjoni għal vetturi militari li hemm fid-Direttiva 2008/68/KE. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg minn dawn l-oġġetti f'vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem suffiċjenti għaliex oġġett jista' jkun fih aktar minn 1 000 kg ta' splussiv.

Mill-1950, seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin '50) li rrigwardaw l-isplużjoni ta' materjal splussiv b'toqol ta' aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b'tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti.

Hemm evidenza empirika li tindika li oġġetti splussivi imballaġġati sew mhumiex probabbli li jieħdu n-nar minħabba f'impatt, eż. f'inċident tat-traffiku. L-evidenza minn rapporti militari u minn dejta ta' provi dwar l-impatt ta' missili juru li biex l-iskrataċ jieħdu n-nar għandhom bżonn veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta' tfigħ minn għoli ta' 12-il metru.

L-istandards attwali ta' sikurezza ma jkunux milquta.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–UK-7

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta' ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.4 u 8.5 S1(6).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti ta' superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta' merkanzija perikoluża.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprovdi għal parkeġġ sikur u faċilitajiet ta' superviżjoni iżda ma teżiġix li ċerti tagħbijiet tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti kif inhu meħtieġ fi 8.5 S1(6) tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta' superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f'kuntest nazzjonali.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–UK-8

Suġġett: L-illaxkar ta' restrizzjonijiet dwar it-trasport ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, u ta' splussivi ma' merkanzija perikoluża oħra, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet dwar ċerti tipi ta' tagħbija mħallta

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista' jitwettaq mingħajr riskju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 18.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma' splussiv ieħor kif ukoll ta' splussiv ma' merkanzija perikoluża oħra. Kull varjazzjoni għandu jkollha limitu ta' kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk ‘il-miżuri prattiċi kollha jkunu ttieħdu b'mod raġonevoli biex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f'kuntatt ma', jew inkella jpoġġu fil-periklu jew ikunu mhedda minn, dawn l-oġġetti.’

Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:

1.

Splussiv bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jista' jinġarr fl-istess vettura ma' merkanzija perikoluża bin-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta' NU 1942 li jista' jinġarr għandu jiġi limitat billi jitqies bħala splussiv ta' 1.1D;

2.

Splussiv kklassifikat bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431 u 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma' oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta' gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija 2 tat-trasport jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija 3 tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta' merkanzija perikoluża tal-kategorija 2 tat-trasport ma jaqbżux il-500 kg jew litru u l-massa totali netta ta' dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta' 1,4G jistgħu jkunu trasportati flimkien ma' likwidi fjammabbli u gassijiet li jieħdu n-nar fit-tieni kategorija tat-trasport jew ma' gassijiet li ma jieħdux in-nar u li mhumiex tossiċi fit-tielet kategorija tat-trasport, jew f'xi taħlita tagħhom fl-istess vettura, bil-kundizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta' merkanzija perikoluża kollha f'daqqa ma jaqbżux il-200 kg jew l u l-massa totali netta ta' splussivi ma taqbiżx l-20 kg;

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma' oġġetti splussivi fil-Grupp ta' Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta' splussivi tan-numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex tkun aktar minn 20 kg.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–UK–9

Suġġett: Alternattiva biex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta' materjal radjoattiv f'vetturi żgħar

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f'vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjoattiv.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi jrid jew:

(a)

ikollhom plakka skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 tal-ADR; jew

(b)

fil-każ ta' vettura li ġġorr mhux aktar minn għaxar imballaġġi b'materjal radjoattiv mhux fissili jew fissilu fejn is-somma tal-indiċi tat-trasport ta' dawn l-imballaġġi ma taqbiżx il-valur ta' 3, tista' minflok iġġorr nota f'konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002, Regulation 5(4)(d).

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–a–UK-10

Suġġett: It-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: id-dipożizzjonijiet kollha

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Anness I, it-Taqsima I.1 għat-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert min-NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Din id-deroga hija maħsuba biex tinħareġ fl-ambitu ta' The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2011.

Data ta' skadenza: Il-1 ta' Jannar 2017

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

RO–bi–BE–4

Suġġett: Trasport ta' merkanzija perikoluża f'tankijiet biex jinqerdu permezz tal-inċinerazzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta' deroga mit-tabella fil-Kapitolu 3.2, huwa permess l-użu ta' kontenitur-tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok il-kodiċi tat-tank L4DH għat-trasport ta' likwidu idroreattiv, tossiku, III, n.o.s. f'ċerti kundizzjonijiet.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dérogation 012002.

Kummenti: Dan ir-regolament jista' jkun applikat biss għat-trasport ta' skart perikoluż fuq distanzi qosra.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–BE–5

Suġġett: Ġarr ta' skart lejn impjanti tar-rimi tal-iskart

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-regolament l-antik: A5, 2X14, 2X12).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti li jikkonċernaw l-imballaġġar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan xi grupp. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-imballaġġar huma inqas restrittivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route (1-2009)

Kummenti: Dan ir-regolament jista' jintuża għall-ġarr ta' kwantitajiet żgħar ta' skart lejn impjanti tar-rimi.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–BE–6

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–5

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchadises dangereuses par route (1-2009)

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–BE–7

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE-6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchadises dangereuses par route (2-2008)

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–BE–8

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–UK–2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchadises dangereuses par route

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–BE-9

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–3.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchadises dangereuses par route

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018

RO–bi–BE-10

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta' żoni industrijali inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, it-tikkettar u l-immarkar ta' imballaġġi, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route

Kummenti: Il-lista li ġejja tipprovdi n-numru tad-deroga fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-distanza permessa u l-merkanzija perikoluża involuta.

 

id-deroga 2-89: il-qsim ta' triq pubblika (sustanzi kimiċi f'imballaġġi)

 

id-deroga 4-97: 2 km (ingotti tal-ħadid (pig-iron) f'temperaturi elevati)

 

id-deroga 2-2001: 300 m (il-klassijiet 3, 6.1 u 8)

 

id-deroga 6-2004: massimu ta' 5 km (sustanzi kimiċi f'imballaġġi)

 

id-deroga 12-2004: 800 m (NU 3082)

 

id-deroga 16-2004: massimu ta' 55 km (kwantitajiet limitati)

 

id-deroga 7-2005: qsim ta' triq pubblika (NU 1202)

 

id-deroga 9-2005: 1 200 m (NU 3077)

 

id-deroga 1-2006: 600 m (sustanzi kimiċi f'imballaġġi)

 

id-deroga 13-2007: 8 km (sustanzi kimiċi f'imballaġġi)

 

id-deroga 7-2008: massimu ta' 1,5 km (tankijiet vojta mhux imnaddfa u tankijiet tal-Klassi 9)

 

id-deroga 8-2008: 800 m (NU 2735 u NU 3082)

 

id-deroga 2-2009: 350 m (sustanzi kimiċi f'imballaġġi)

 

id-deroga 3-2009: massimu ta' 4,5 km (sustanzi kimiċi f'imballaġġi)

 

id-deroga 5-2009: massimu ta' 4,5 km (sustanzi kimiċi f'imballaġġi)

 

id-deroga 9-2009: massimu ta' 20 km (il-Klassi 2 f'imballaġġi)

 

id-deroga 16-2009: 200 m (IBC)

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018

DE Il-Ġermanja

RO–bi–DE–1

Suġġett: Tneħħija ta' ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassijiet 1 (bl-eċċezzjoni ta' 1.4S), 5.2 u 7.

Ebda indikazzjoni ma hija meħtieġa fid-dokument tat-trasport:

(a)

għad-destinatarju fil-każ ta' distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f'ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi tal-imballaġġar, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(c)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku konċernat.

Id-deroga kienet irreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–DE–2

Suġġett: Trasport ta' materjal kontaminat PCB tal-Klassi 9 fi kwantitajiet kbar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Trasport fi kwantitajiet kbar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għat-trasport fi kwantitajiet kbar f'kaxxi skambjabbli (swap bodies) jew kontenituri issiġillati tal-vetturi biex ma jidħolx trab jew likwidi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 11.

Kummenti: Deroga 11 limitata sal- 31.12.2004; mill-2005, l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fl-RID.

Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137.

Lista Nru 4*.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–DE-3

Suġġett: Trasport ta' skart perikoluż imballaġġat.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġar u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: L-imballaġġar ikkombinat u trasport ta' skart perikoluż f'pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun imballaġġat f'imballaġġar intern (kif miġbur) u maqsum f'kategoriji speċifiċi ta' skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'xi grupp ta' skart); użu ta' struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta' skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta' skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–DE-4

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–BE-1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: —

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017

RO-bi–DE-5

Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 3343 (taħlita ta' nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b'mhux aktar minn 30 % ta' nitrogliċerina skont il-massa) f'kontenituri-tank, b'deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, Taqsima I.1. tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE 3.2, 4.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' kontenituri-tank

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f'kontenituri-tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.   Rekwiżiti għall-kontenituri-tank

1.1.

Jistgħu jintużaw biss il-kontenituri-tank li huma awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop, li f'kuntesti oħra jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-awtorizzazzjoni ta' mudelli ta' kostruzzjoni, testijiet, tikkettar u operat fil-Kapitolu 6.8 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

1.2.

Il-mekkaniżmu ta' għeluq tal-kontenituri-tank għandu jkollu sistema ta' rilaxx tal-pressjoni- li titla' sa pressjoni interna ta' 300 kPa (3 bar) ogħla mill-pressjoni normali u permezz ta' dan tillibera apertura li tħares 'il fuq- b'erja għar-rilaxx tal-pressjoni- ta', mill-inqas, 135 cm2 (dijametru ta' 132 mm). L-apertura ma għandhiex tingħalaq mill-ġdid- wara li tiġi attivata. Bħala stallazzjoni ta' sikurezza, jistgħu jintużaw wieħed mill-elementi ta' sikurezza jew aktar, bl-istess proċess ta' attivazzjoni u erja għar-rilaxx tal-pressjoni korrispondenti-. It-tip ta' kostruzzjoni tal-istallazzjoni ta' sikurezza jeħtieġ li jkun għadda, b'suċċess, minn ittestjar tat-tip u approvazzjoni tat-tip mill-awtorità responsabbli.

2.   It-tikkettar

Kull kontenitur-tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b'tikketta ta' periklu skont il-mudell 3 fis-subtaqsima 5.2.2.2.2 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

3.   Dispożizzjonijiet operattivi

3.1.

Għandu jiġi żgurat li waqt it-trasport, in-nitrogliċerina tkun iddistribwita b'mod indaqs fil-midjum ta' flemmatizzazzjoni u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda separazzjoni- tal-komponenti tat-taħlita.

3.2.

Waqt it-tagħbija u l-ħatt, mhuwiex permess li xi ħadd jibqa' ġol-vettura jew fuqha, ħlief biex jiġi operat it-tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt.

3.3.

Fil-post tal-ħatt, il-kontenituri-tank għandhom jitbattlu kompletament. Jekk ma jistgħux jitbattlu kompletament, dawn għandhom jingħalqu b'mod issikkat wara l-ħatt sakemm jerġgħu jimtlew.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-deroga North Rhine-Westphalia

Rimarki: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f'kontenituri-tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta' produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, is-sit tal-produzzjoni A iwassal soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), fi grupp tal-imballaġġar II, lis-sit ta' produzzjoni B, bħala parti minn trasport konformi mar-regola- f'kontenturi-tank tas-600 l. Hawnhekk, soluzzjoni tan-nitrogliċerina tiġi miżjuda u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta' kolla li tinkludi n-nitrogliċerina desensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b'mhux aktar minn 30 % ta' nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta' ritorn ta' din is-sustanza lejn is-sit ta' produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontenituri-tank imsemmija hawn fuq, li jkunu ġew speċjalment iċċekkjati u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni speċifika tat-trasport u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN.

Tmiem il-perjodu ta' validità: l-1 ta' Jannar 2017

RO-bi–DE-6

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE-6.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: § 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

DK id-Danimarka

RO–bi–DK–1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 — ebda dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Meħtieġ dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta' prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta' gassijiet tal-Klassi 2 b'rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil destinatarju jew destinatarji u l-ġbir ta' oġġetti ritornati f'sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub barra mit-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15/08/2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal din id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jittrażmettu informazzjoni dwar il-klijenti lill-vetturi. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u tintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli — qabel ma jibda t-trasport — li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta' trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–DK-2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE-6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–DK-3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–UK–1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–DK–4

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża ta' ċerti klassijiet minn djar privati u intrapriżi għal postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet minn 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali, dispożizzjonijiet ta' klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġar, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ, ir-rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, it-tagħmir, l-operazzjoni u d-dokumentazzjoni u r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Merkanzija perikoluża minn djar privati u intrapriżi tista' skont ċerti kundizzjonijiet tinġarr lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi. Dispożizzjonijiet differenti għandhom jiġu osservati skont il-karattru u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità ta' merkanzija perikoluża għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġar estern u/jew għal kull unità ta' trasport, u jekk it-trasport ta' merkanzija perikoluża hija anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta' merkanzija perikoluża minn djar privati u intrapriżi biex jinġarr lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi. L-iskart huwa tipikament imballaġġar li nġarr oriġinarjament skont l-eżenzjoni tas-subtaqsima 1.1.3.1 (c) tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħ bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1 (c) ma tapplikax għall-ġarr lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adattati għal ġarr ta' skart ta' imballaġġ intern.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2019

EL Il-Greċja

RO–bi–EL–1

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti ta' sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il-31 ta' Diċembru 2001, għat-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta' xi kategoriji ta' merkanzija perikoluża.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank u vetturi bit-tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u vetturi tal-batterija u MEGCs.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta' Jannar 1985 u l-31 ta' Diċembru 2001 jistgħu jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2010. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tikkonċerna vetturi għat-trasport tal-materjali perikolużi li ġejjin (NU: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Hija intenzjonata biex tkopri kwantitajiet żgħar jew it-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul dak il-perjodu. Din id-dispożizzjoni tranżitorja għandha tidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank adattati skont:

1.

Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, (ADR 1999: 211.151, 211.152, 211.153, 211.154).

2.

Ħxuna minima tal-qoxra ta' 3 mm għat-tankijiet li jkollhom kompartimenti bil-qoxra b'kapaċità sa 3 500 litru, u minn tal-anqas 4 mm ħxuna ta' ħadid azzarjat għal kompartimenti b'kapaċità sa 6 000 litru, indipendentement mit-tip jew il-ħxuna tal-ħitan diviżorji.

3.

Jekk il-materjal użat ikun aluminju jew metall ieħor, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ħxuna u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra direvati minn disinji tekniċi approvati mill-awtorità lokali tal-pajjiż fejn dawn kienu rreġistrati qabel. Fin-nuqqas ta' disinji tekniċi, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' 6.8.2.1.17 (211.127).

4.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi marġinali 211.128, 6.8.2.1.28 (211.129), il-paragrafu 6.8.2.2 mas-subparagrafi 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2 (211.130, 211.131).

B'mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b'massa ta' inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali ta' nafta (gas oil) biss (NU 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2002, li jkollhom il-ħxuna tal-qoxra inqas minn 3 mm, jistgħu jintużaw biss jekk ikunu mibdula f'konformità mal-paragrafu marġinali 211.127 (5)b4 (6.8.2.1.20).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank-), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta' merkanzija perikoluża).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO-bi–EL-2

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti ta' bażi marbuta mal-kostruzzjoni tal-vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta' merkanzija perikoluża rreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2001.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta' Vetturi Bażi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta' merkanzija perikoluża (il-kategoriji NU 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li ġew irreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2001.

Il-vetturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' 9 (9.2.1 sa 9.2.6) tal-Anness B tad-Direttiva 94/55/KE bl-eċċezzjonijiet li ġejjin.

Konformità mar-rekwiżiti ta' 9.2.3.2. hija meħtieġa biss jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b'sistema ABS (anti-lock braking system); trid tkun mgħammra b'sistema sistema ta' bbrejkjar ta' reżistenza kif iddefinita f'9.2.3.3.1, iżda mhux neċessarjament konformi ma' 9.2.3.3.2 u 9.2.3.3.3.

L-enerġija elettrika għat-takografu għandha tkun ipprovduta permezz ta' lqugħ ta' sikurezza mqabbad direttament mal-batterija (marġinali 220 514) u t-tagħmir elettriku tal-mekkaniżmu għall-irfigħ ta' fus ta' karru jrid ikun installat fejn kien oriġinalment installat mill-manifattur tal-vettura u jrid ikun protett f'kaxxa adegwata u siġillata (marġinali 220 517).

Partikolarment, il-vetturi bit-tank b'massa massima ta' inqas minn 4 tunnellati maħsuba għat-trasport lokali taż-żejt tat-tisħin bid-diżil (NU: 1202) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3. u 9.2.4.5 iżda mhux neċessarjament mal-oħrajn.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων (Ir-rekwiżiti tekniċi ta' vetturi li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni, maħsuba għat-trasport lokali ta' ċerti kategoriji ta' merkanzija perikoluża).

Kummenti: L-għadd tal-vetturi msemmija hawn fuq huwa żgħir meta mqabbel mal-għadd totali ta' vetturi li huma diġà rreġistrati u barra minn hekk huma maħsuba biss għat-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta tal-vetturi inkwistjoni, kif ukoll it-tip ta' oġġetti trasportati ma joħolqux problemi ta' sikurezza fit-triq.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

ES Spanja

RO–bi–ES-2

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta' ammonijaka anidra.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Biex ma jitħallix ikun hemm kull telf ta' kontenut fil-każ ta' ħsara lill-attrezzaturi esterni (pajpijiet, mezzi laterali ta' għeluq), il-valv intern ta' interċetazzjoni u l-post fejn ikun imqiegħed għandhom ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn pressjonijiet esterni jew jitfasslu b'mod li jirreżistu pressjonijiet bħal dawn. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) irid ikunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tankijiet użati fl-agrikoltura għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonijaka anidra li bdew jaħdmu qabel l-1 ta' Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b'tagħmir ta' sikurezza estern minflok intern sakemm joffru protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dik li jagħti l-ħajt tat-tank.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 551/2006. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l-1 ta' Jannar 1997, tip ta' tank mgħammar b'tagħmir ta' sikurezza estern kien jintuża biss fl-agrikoltura għall-applikazzjoni tal-ammonijaka anidra direttament fl-għelieqi. Tankijiet varji ta' dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f'azjendi agrikoli kbar.

Data ta' skadenza: id-29 ta' Frar 2016

FI il-Finlandja

RO–bi–FI–1

Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a)

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta' detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta' splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta' kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Id-deroga hija rreġistrata mill-Kummissjoni bħala nru 31.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–FI-2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–10

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–FI–3

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–DE–1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta' skadenza: id-29 ta' Frar 2016

FR Franza

RO–bi–FR–1

Suġġett: L-użu ta' dokument marittimu bħala dokument tat-trasport għal vjaġġi qosra wara l-ħatt minn fuq il-bastiment

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-tagħrif li għandu jidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f'raġġ ta' 15-il km.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 23-4.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–FR-3

Suġġett: It-trasport ta' tankijiet fissi ta' ħażna ta' gass ta' żejt likwefatt (LPG) (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' tankijiet fissi għall-ħżin tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 30.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–FR–4

Suġġett: Kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħriġ għas-sewwieqa u l-approvazzjoni tal-vetturi użati għat-trasport agrikolu (distanzi qosra).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.3.2; 8.2.1 u 8.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħmir għat-tankijiet u taħriġ għas-sewwieqa.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi.

Taħriġ speċjali għas-sewwieqa.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 29-2Annex D4.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

HU Ungerija

RO–bi-HU--1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-bi-SE-3

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta' skadenza: fit-30 ta' Jannar 2020

IE l-Irlanda

RO–bi–IE–3

Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta' merkanzija perikoluża, li lilha tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f'7.5.11 jew S1 fi 8.5, titħalla ssir f'post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta' merkanzija perikoluża f'post pubbliku jitħallew isiru mingħajr permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b'deroga mir-rekwiżiti ta' 7.5.11 jew 8.5.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–IE-6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punt 4.3.4.2.2, li teħtieġ li l-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil, li ma jkunux imqabbda permanentement mal-qoxra ta' vettura bit-tank, ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta' vetturi bit-tank.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-manek flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma' vetturi bit-tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta' prodotti taż-żejt bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul it-trasport bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe telf ta' kontenut.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Il-manek flessibbli mwaħħla ma' vetturi bit-tank tat-tqassim domestiku jridu jibqgħu mimlija l-ħin kollu anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-‘wet-line’ li teħtieġ li l-arloġġ u manka tal-vettura bit-tank- ikunu mimlija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta tal-prodott.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–IE–7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta' 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport fi kwantitajiet kbar ta' Fertilizzant bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet s'għand id-destinatarji.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali koretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta' trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta biex tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattiċitajiet tat-trasport fi kwantitajiet kbar bejn il-port u d-destinatarju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali ta' merkanzija perikoluża li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali ‘CV24’ dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-merkanzija. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment li jġorr merkanzija bl-ingrossa, li jinvolvi tagħbija multipli għat-trasport [fl-istess ġurnata jew fi ġranet wara xulxin] tal-istess sustanza bejn il-bastimenti u d-destinatarji, dokument tat-trasport wieħed biss li jindika l-massa totali approssimattiva ta' kull tagħbija għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun neċessarja l-konformità mar-rekwiżit tad-Dispożizzjoni Speċjali ‘CV24’.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO-bi-IE- 8

Suġġett: It-trasport ta' merkanzija perikoluża bejn bini privat u vettura oħra fil-qrib immedjat tal-bini, jew bejn żewġ partijiet ta' bini privat li jkunu jinsabu fil-viċinanza immedjata minn xulxin iżda separati minn triq pubblika.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Esklużjoni mill-applikazzjoni tar-regolamenti fejn vettura tkun qed tintuża għat-trasferiment ta' merkanzija perikoluża

(a)

bejn bini privat u vettura oħra fil-viċinanza immedjata ta' dak il-bini, jew

(b)

bejn żewġ partijiet ta' bini privat fil-viċinanza immedjata minn xulxin iżda li jistgħu jkunu separati bi triq pubblika,

sakemm it-trasport iseħħ permezz tal-aktar rotta diretta.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: European Communities (Carriage of Dangerous Goods by Road and Use of Transportable Pressure Equipment) Regulations 2011 and 2013, Regulation 56.

Kummenti: Meta l-merkanzija tiġi ttrasferita bejn żewġ partijiet ta' bini privat jew bejn bini privat u vettura assoċjata li huma separati bi triq pubblika jistgħu jiżvolġu diversi sitwazzjonijiet. Dan it-tip ta' trasport ma jinvolvix ġarr ta' merkanzija perikoluża fis-sens tas-soltu, u għaldaqstant ir-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport ta' oġġetti perikolużi m'hemmx bżonn li jiġu applikati. Ara wkoll RO-bi-SE-3 u RO-bi-UK-1.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

LT Il-Litwanja

RO–bi–LT–1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–EL–1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 ‘Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje’ (ir-riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta' Marzu 2000).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–LT-2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–EL–2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 ‘Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje’ (ir-riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta' merkanzija perikoluża bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta' Marzu 2000).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

NL Il-Pajjiżi l-Baxxi

RO–bi–NL-13

Suġġett: L-iskema tal-2004 għat-trasport ta' skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjoni għal ċerti kwanitajiet; Dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġar; l-użu ta' imballaġġar żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġar; it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar; il-ħaddiema; it-tagħmir; it-tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: 17-il dispożizzjoni sustantivi marbuta mat-trasport ta' skart żgħir domestiku perikoluż miġbur. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f'kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta' dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulata skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-iskema tal-2004 għat-trasport ta' skart domestiku perikoluż.

Kummenti: L-iskema twaqqfet sabiex tippermetti lill-individwi jarmu skart zgħir kimiku f'sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal żebgħa għar-rimi. Il-livell ta' periklu huwa mminimizzat permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta' elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b'mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista' tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f'imballaġġar issiġillat sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġama' fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għal ħżin ta' kategoriji varji ta' skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta' skart ippreżentat, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta' kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta' tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta' periklu assoċjati ma' dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness għall-iskema.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

PT Il-Portugall

RO–bi–PT–1

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif stipulat fis-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva ‘UN No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.’, trasportati f'ċilindri, jista' jinbidel f'ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

‘NU 1965 Butan’ fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f'ċilindri;

‘NU 1965 Propan’ fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f'ċilindri.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, 16 ta' April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei Nru 267-A/2003 tas-27 ta' Ottubru.

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta' merkanzija perikoluża hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta' dawn l-operazzjonijiet.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–PT-2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta' tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta' ritorn ta' tankijiet u kontenituri vojta li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista' jitbiddel bid-dokument ta' trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex titwassal il-merkanzija.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, 28 ta' Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta' Ottubru.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta' tankijiet u kontenituri vojta li jkunu trasportaw merkanzija perikoluża jrid ikun akkumpanjat minn dokument ta' trasport skont l-RPE, f'ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

SE L-Isvezja

RO–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta' skart perikoluż għal postijiet fejn jintrema l-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2, u 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-klassifikazzjoni, l-immarkar u l-ittikkettar, u r-rekwiżiti għall-manifattura u l-ittestjar tal-imballaġġar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti fi kriterji ta' klassifikazzjoni simplifikati, rekwiżiti anqas restrittivi għall-manifattura u l-ittestjar tal-imballaġġar, u l-modifika tal-ittikkettar u l-immarkar.

Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-ADR, jinqasam fi gruppi differenti ta' skart. Kull grupp ta' skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-ADR, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat).

Kull imballaġġ għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta' skart minflok bin-numru NU.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għat-trasport ta' skart perikoluż minn siti ta' riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta' rimi ta' skart perikoluż.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–SE–2

Suġġett: Isem u indirizz tal-kunsinnatur fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta' trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur mhumiex meħtieġa jekk l-imballaġġar vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta' distribuzzjoni.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Ħafna drabi l-imballaġġar vojt u mhux imnaddaf li jiġi ritornat ikun għad fih kwantitajiet żgħar ta' merkanzija perikoluża.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma' oħrajn mimlija.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–SE–3

Suġġett: It-trasport ta' merkanzija perikoluża fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta' merkanzija perikoluża f'toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw l-ittikkettar u l-immarkar tal-imballaġġi, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni skont 9.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom merkanzija perikoluża tiġi trasferita bejn postijiet li jinsabu fuq in-naħa l-oħra ta' triq pubblika. Dan it-tip ta' trasport ma jikkostitwixxix ġarr ta' merkanzija perikoluża minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mal-Artikolu 6(14) tad-Direttiva 96/49/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–SE–4

Suġġett: Trasport ta' merkanzija perikoluża li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta' protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta' provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta' sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw il-merkanzija perikoluża.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta' oġġetti kkonfiskati mill-pulizija bħal splussiv jew beni misruqa. Il-problema b'dawn it-tipi ta' oġġetti hija li wieħed qatt ma jista' jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ippakkjati, immarkati jew tikkettati skont l-ADR. Il-pulizija jagħmlu mijiet ta' operazzjonijiet ta' trasport bħal dan kull sena. Fil-każ ta' alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu 'l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) mhux kull imballaġġ jeħtieġ li jkun ittikkettat, u b) imballaġġi approvati ma jeħtiġux li jintużaw. Madankollu, kull palit li jkollu imballaġġi bħal dawn għandu jkollu tikketti korretti. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom ikunu ssodisfati. Isiru madwar 20 operazzjoni ta' trasport ta' dan it-tip kull sena.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–SE-5

Suġġett: Trasport ta' merkanzija perikoluża f'portijiet jew fil-viċinanzi ta' portijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta' trasport; kull unità ta' trasport li ġġorr merkanzija perikoluża trid tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5.

It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–SE–6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta' taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F'xi każijiet vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati bl-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru merkanzija perikoluża bħala tagħbija, eż. tankijiet mhux imnaddfa u vojta.

Ir-rekwiżiti f'1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–SE–7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f'tankers.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontenituri tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta' aktar minn destinatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f'dokumenti oħra.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontenituri tankijiet, mhix meħtieġa d-deskrizzjoni fid-dokument ta' trasport skont 5.4.1.1.6 jekk l-ammont ta' sustanza fil-pjan ta' tagħbija ikun immarkat b'0. Isem u indirizz id-destinatarji mhumiex meħtieġ fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–SE–9

Suġġett: It-trasport lokali b'rabta ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b'rabta ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni mhux meħtieġ jikkonforma ma' xi regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta' merkanzija perikoluża mhijiex meħtieġa;

(b)

tankijiet/kontenituri qodma mhux magħmula b'mod konformi mal-Kapitolu 6.8, iżda b'mod konformi ma' leġiżlazzjoni nazzjonali aktar antika, u li dawn ikunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ, xorta jisgħu jibqgħu jintużaw.

(c)

Tankijiet eqdem, li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti li hemm fil-punt 6.7 jew 6.8, u li huma maħsuba għat-trasport ta' sustanzi tan-NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b'tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, xorta jista' jibqa' jintuża għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta' postijiet fejn ikun qed isiru xogħlijiet fuq it-toroq,

(d)

Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni għall-ekwipaġġ ta' vaguni jew tankers b'tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, mhumiex meħtieġa.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa tip ta' karavann għall-ewkipaġġ tax-xogħol, b'kamra għall-ekwipaġġ u mgħammar b'tank/kontenitur mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta' tratturi tal-foresti.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–SE–10

Suġġett: Trasport ta' splussiv f'tankijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu imballaġġati skont il-punt 4.1.4.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f'tankijiet. It-trasport f'tankijiet huwa biss permessibbli għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta' awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħobbija bi splużivi għandha tkun immarkata skont 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2. u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta' trasport jista' jkun fiha merkanzija perikoluża.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta' merkanzija perikoluża maħruġin skont l-Att dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża u r-regolament Svediż SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta' natura lokali. Ir-regolamenti konċernati kienu fis-seħħ qabel mal-Isvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta' trasport tal-isplussivi f'vetturi b'tank. Fil-futur qrib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga l-antika Nru 84.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–SE-11

Suġġett: Liċenzja ta' sewwieq

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex permess taħriġ għas-sewwieq għal kwalunkwe vettura msemmija fil-punt 8.2.1.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta' merkanzija perikoluża maħruġin skont l-Att dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–SE-12

Suġġett: Trasport ta' logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta' vetturi EX/II u EX/III.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f' 7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta' splussiv ta' iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b'NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fi 2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tal-NU. Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi SRegolamenti speċifiċi għat-trasport intern ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att tat-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża.

Kummenti: It-trasport ta' logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mingħand il-kunsinnaturi sat-terminals jista' jsir mill-flotta preżenti tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta' dak li jibqa' lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta' vetturi bl-approvazzjoni EX. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

UK Ir-Renju Unit

RO–bi–UK–1

Suġġett: Qsim ta' toroq pubbliċi b'vetturi li jġorru merkanzija perikoluża (N8)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta' merkanzija perikoluża minn toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bejn bini privat separat bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplika għall-ebda dispożizzjoni tar-Regolamenti (tat-Trasport bit-Triq) ta' Materjal Radjoattiv għall-2002.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b).

Kummenti: Sitwazzjoni tista' sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn bini privat li jkun jinsab fuq iż-żewġ naħat ta' triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi trasport ta' merkanzija perikoluża minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar il-merkanzija perikoluża ma għandha tapplika f'każ bħal dan.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq jiftaħ imballaġġi ta' merkanzija perikoluża f'katina ta' distribuzzjoni lokali minn depożitu ta' distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent aħħari u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut sa għand l-utent aħħari (għajr għall-Klassi 7) (N11)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistent ta' sewwieq jiftaħ imballaġġi ta' merkanzija perikoluża.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta' ftuħ ta' imballaġġi hija kkwalifikata bil-kundizzjoni ‘Unless authorised to do so by the operator of the vehicle’ (Għajr f'każ ta' awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12 (3).

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista' toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–UK–3

Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għal trasport għal btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp III tal-Ippakkjar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti tal-imballaġġar u l-ittikkettar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti it-trasport ta' xorb alkoħoliku b'kontenut ta' alkoħol iktar minn 24 %, iżda inqas minn 70 % f'termini ta' volum (Grupp III tal-Ippakkjar) fi btieti tal-injam mingħajr l-approvazzjoni min-NU li ma għandhomx tikketti ta' periklu, suġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7 (13) and (14).

Kummenti: Dan huwa prodott b'valur għoli suġġett għal dazju tas-sisa tal-gvern li jeħtieġlu jinġarr bejn id-distillerija u d-deposti f'vetturi ssiġillati u żguri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tħaffif fuq l-imballaġġar u l-ittikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–UK-4

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–12

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Part 1.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RO–bi–UK–5

Suġġett: Il-ġbir ta' batteriji użati għar-rimi jew riċiklaġġ

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Ċelluli u batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta' ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma' ċelluli jew batteriji li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Għandhom ikunu ppakkjati fi krietel IH2 jew f'kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta' prestazzjoni tal-grupp II tal-ippakkjar għas-solidi;

 

Mhux aktar minn 5 % ta' kull imballaġġ għandu jkun litju u batteriji tal-litju;

 

Il-massa totali massima ta' kull imballaġġ ma għandhiex taqbeż il-25 kg;

 

Il-kwantità totali tal-imballaġġi għal kull Unità tat-Trasport ma għandhiex taqbeż it-333 kg;

 

Ma tista' tinġarr l-ebda merkanzija perikoluża oħra.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 part 1.

Kummenti: Il-punti ta' ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex prattiku li jitħarreġ għadd kbir ta' nies biex jorganizzaw u jippakkjaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-UK Waste and Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħataw imballaġġi adattati konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015”

(2)

Fl-Anness II, it-Taqsima II.3 tinbidel b'dan li ġej:

“II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

RA= Ferrovija

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

SM= Taqsira għall-Istat Membru

nn= in-numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

RA–a–DE–2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għal imballaġġar imħallat.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta' imballaġġar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta' imballaġġar imħallat ta' oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), ajrusols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f'imballaġġar imħallat fil-grupp tal-ippakkjar II u fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

FR Franza

RA–a–FR-3

Suġġett: Ġarr għall-ħtiġijiet ta' sid il-ferrovija.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi li għandu jkun indikat fin-nota tal-konsinna.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport għall-ħtiġijiet ta' sid il-ferrovija ta' kwantitajiet li ma jeċċedux il-limit preskritti f'1.1.3.6 ma għandhomx l-obbligu tad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de ferArticle 20.2.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RA–a–FR–4

Suġġett: Eżenzjoni mill-ittikkettar ta' ċerti vaguni tal-posta.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta' tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni tal-posta biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati metriċi ta' materjal tal-istess klassi (għajr dak ta' 1, 6.2 jew 7) għandhom jiġu ttikkettati.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de ferArticle 21.1.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

SE L-Isvezja

RA–a–SE–1

Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr merkanzija perikoluża, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b'tikketti.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru merkanzija perikoluża għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr merkanzija perikoluża, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b'tikketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Hemm limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta' kwantitajiet żgħar.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

UK Ir-Renju Unit

RA–a–UK–1

Suġġett: Ġarr ta' oġġetti li fihom ċertu materjal b'radjoattività baxxa bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-RID.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-trasport ta' materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali dwar ċerti prodott kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu inkorporati emendi simili għar-regoli tal-IAEA fl-RID.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RA–a–UK–2

Suġġett: L-illaxkar ta' restrizzjonijiet dwar it-trasport ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, u ta' splussivi ma' merkanzija perikoluża oħra, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6)

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet dwar ċerti tipi ta' tagħbija mħallta

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista' jitwettaq mingħajr riskju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit għall-isplussivi ma' splussivi oħra, kif ukoll ta' splussivi ma' merkanzija perikoluża oħra. Kwalunkwe varjazzjoni ser ikollha limitu ta' kwantità fuq waħda jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk ‘il-miżuri raġonevolment fattibbli kollha jkunu ttieħdu sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f'kuntatt ma' dawn l-oġġetti, jew inkella jipperikolahom jew ikun ipperikolat minnhom.’

Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:

1.

L-isplussivi kklassifikati bin-numri NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jinġarru fl-istess vettura mal-merkanzija perikoluża li ngħataw in-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta' NU 1942 li tista' tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv tal-1.1D.

2.

L-isplussivi kklassifikati bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431 u 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma' oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta' gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija 2 tat-trasport jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija 3 tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta' merkanzija perikoluża tal-kategorija 2 tat-trasport ma jaqbżux il-500 kg jew litru u l-massa totali netta ta' dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

L-islussivi ta' 1,4G jistgħu jkunu trasportati flimkien ma' likwidi li jieħdu n-nar u gassijiet li jieħdu n-nar fil-kategorija 2 tat-trasport jew ma' gassijiet li ma jeħdux in-nar u li mhumiex tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew f'xi taħlita tagħhom fl-istess vettura, bil-kundizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta' merkanzija perikoluża kollha f'daqqa ma jaqbżux il-200 kg jew l u l-massa totali netta ta' splussivi ma taqbiżx il-20 kg;

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma' oġġetti splussivi fil-Grupp ta' Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta' splussivi tan-numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex tkun aktar minn 20 kg.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RA–a–UK–3

Suġġett: Li tkun permessa ‘kwantità totali massima għal kull unità ta' trasport’ għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella f'1.1.3.1.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sabiex tistipula regoli dwar eżenzjonijiet fuq kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta' splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 3(7)(b).

Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta' kwantitajiet limitati u fatturi ta' multiplikazzjoni għat-trasport mħallat ta' oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri ‘50’ għall-Kategorija 1 u ‘500’ għall-Kategorija 2. Għall-iskop tal-kalkolu ta' tagħbija mħallta, il-fatturi ta' multiplikazzjoni għandhom jinqraw ‘20’ għal Trasport Kategorija 1 u ‘2’ għal Trasport Kategorija 2.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RA–a–UK-4

Suġġett: Adozzjoni ta' RA–a–FR–6.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.3.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tnaqqis tar-rekwiżit ta' tikkettar għall-ġarr ta' trejlers ta' trakkijiet fil-vaguni tal-ferroviji (piggyback carriage).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tat-tikkettar ma japplikax f'każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b'mod ċar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 7(12):

Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RA–a–UK-5

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' oġġetti f'imballaġġar intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta' dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġar ma jeħtiġlux ikollu l-marka RID/ADR jew NU.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Regulation 26.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID huma inadatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta' distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-iskop ta' din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr imballaġġar estern.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

RA–bi–DE-2

Suġġett: Trasport ta' skart perikoluż imballaġġat.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-klassifikazzjoni, l-imballaġġar u l-immarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: L-imballaġġar ikkombinat u trasport ta' skart perikoluż f'pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun imballaġġat f'imballaġġi interni (kif miġbur) u mqassam f'kategoriji speċifiċi ta' skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp ta' skart); użu ta' struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta' skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta' skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RA-bi–DE-3

Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp I tal-imballaġġar, f'vaguni tal-ferrovija b'tankijiet.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta' tankijiet u vaguni b'tankijiet. Il-Kapitolu 6.8, is-subtaqsima 6.8.2.3, teħtieġ l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta' NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp I tal-imballaġġar, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f'vaguni tal-ferrovija b'tankijiet mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-merkanzija huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020 (awtorizzazzjoni estiża)

DK id-Danimarka

RA–bi–DK-1

Suġġett: Ġarr ta' merkanzija perikoluża minn mini

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta' merkanzija perikoluża.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal-15 ta' Frar 2005.

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

RA–bi–DK-2

Suġġett: Ġarr ta' merkanzija perikoluża minn mini

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja tal-linja fissa li tgħaddi minn Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta' merkanzija perikoluża.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal-15 ta' Frar 2005.

Kummenti:

Data ta' skadenza: id-29 ta' Frar 2016

CZ Ir-Repubblika Ċeka

(id-deroga skadiet)

SE L-Isvezja

RA–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta' skart perikoluż għal postijiet fejn jintrema l-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2, u 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-klassifikazzjoni, l-immarkar u l-ittikkettar, u r-rekwiżiti għall-manifattura u l-ittestjar tal-imballaġġar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti fi kriterji ta' klassifikazzjoni simplifikati, kundizzjonijiet anqas restrittivi għall-manifattura u l-ittestjar tal-imballaġġar, u l-modifika fir-rekwiżiti tal-ittikkettar u l-immarkar. Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-RID, jinqasam fi gruppi differenti ta' skart. Kull grupp ta' skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-RID, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat). Kull imballaġġ għandu jkun immarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta' skart minflok bin-numru NU.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għat-trasport ta' skart perikoluż minn siti ta' riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta' rimi ta' skart perikoluż.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

RA–bii–DE–1

Suġġett: It-trasport lokali taċ-ċjanur tal-idroġenu NU 1051, stabbilizzat, likwidu, li għandu 1 % ilma jew inqas skont il-massa, f'vaguni tal-ferrovija b'tankijiet, b'deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1 tal-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: projbizzjoni fuq it-trasport ta' NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu b'1 % ilma jew inqas skont il-massa.

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: it-trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot iddeżinjati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f'kundizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. It-trasport iseħħ f'vaguni b'tankijiet li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-immuntar tagħhom huma kontinwament adattati skont l-aħħar teknoloġija tas-sikurezza (pereżempju tagħmir ta' lqugħ għat-taħbit skont it-TE 22). Il-proċess tat-trasport huwa regolat fid-dettal permezz ta' dispożizzjonijiet ulterjuri tas-sikurezza operattiva bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u kontra l-periklu- u jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet ta' sorveljanza rilevanti.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga Nru E 1/97 (ir-raba' (4) verżjoni emendata), l-Uffiċċju Federali għall-Ferroviji

Tmiem il-perjodu ta' validità: l-1 ta' Jannar 2017

DE Il-Ġermanja

RA-bii-DE-2

Suġġett: it-trasport lokali fuq rotot iddeżinjati ta' NU 1402 (karbur tal-kalċju), il-grupp I tal-imballaġġar, f'kontenituri fuq il-vaguni.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport fi kwantitajiet kbar. Il-Kapitolu 3.2, Tabella A, ma jippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr fi kwantitajiet kbar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), il-grupp I tal-imballaġġar, fuq rotot speċifikament imfassla, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f'kundizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. It-tagħbijiet huma ttrasportati f'kontenituri f'vaguni mibnija apposta. It-trasport tal-merkanzija huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10.

Data ta' skadenza: il 15 ta' Jannar 2018”

(3)

Fl-Anness III, it-Taqsima III.3 tinbidel b'dan li ġej:

“III.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: IW-a/bi/bii-MS-nn

IW= Passaġġi interni fuq l-ilma

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

SM= Taqsira għall-Istat Membru

nn= in-numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BG Il-Bulgarija

IW–bi–BG–1

Suġġett: Klassifikazzjoni u spezzjoni ta' bastimenti bunker

Referenza għall-Anness III, Taqsima III.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Kapitolu 1.15

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1.15, ir-Rikonoxximent ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, jesiġu li soċjetà tal-klassifikazzjoni, li se tiġi rikonoxxuta skont id-dispożizzjonijiet, għandha twettaq il-proċedura għar-rikonoxximent tagħha speċifikata fit-Taqsima 1.15.2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-klassifikazzjoni u l-ispezzjoni ta' bastimenti bunker għal prodotti petroliferi li joperaw fl-ilmijiet tal-portijiet tax-xmajjar Bulgari jew żoni oħra taħt il-ġurisdizzjoni diretta ta' dawn il-portijiet, imwettqa minn soċjetà tal-klassifikazzjoni li mhijiex rikonoxxuta skont il-Kapitolu 1.15 tal-Anness III, Taqsima III.1 tad-Direttiva 2008/68/KE hija awtorizzata sakemm ma tiġix kompromessa s-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Наредба № 16 от 20 юни 2006 г. за обработка и превоз на опасни товари по море и по вътрешни водни пътища; Наредба № 4 от 9 януари 2004 г. за признаване на организации за извършване на прегледи на кораби и корабопритежатели (Ordinanza Nru 16 tal-20 ta' Ġunju 2006 dwar l-immaniġġar tal-merkanzija perikoluża u l-ġarr tagħhom bil-baħar u bil-passaġġi interni fuq l-ilma; Ordinanza Nru 4 tad-9 ta' Jannar 2004 dwar ir-rikonoxximent ta' soċjetajiet ta' eżaminazzjoni ta' stħarriġ tal-bastimenti u s-sidien tal-bastimenti).

Kummenti: Id-deroga tapplika biss għal bastimenti li joperaw fiż-żoni portwali jew żoni oħra taħt il-ġurisdizzjoni diretta ta' dawn il-portijiet.

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018”


18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/218

tas-7 ta' Mejju 2014

dwar l-għajnuna mill-Istat Nri SA.29786 (ex N 633/09), SA.33296 (11/N), SA.31891 (ex N553/10), N 241/09, N 160/10 u SA.30995 (ex C 25/10) implimentata mill-Irlanda għar-ristrutturar ta' Allied Irish Banks plc u EBS Building Society

(notifikata bid-dokument numru C(2014) 2638)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Allied Irish Banks, plc (“AIB”) u l-EBS Building Society (“EBS”) it-tnejn irċevew għajnuna mill-Istat individwalment, li ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fi proċeduri separati. EBS u AIB ingħaqdu flimkien fl-1 ta' Lulju 2011 (“il-Bank”) u l-Kummissjoni vvalutat l-għajnuna mogħtija lill-Bank fi proċedura separata. B'hekk, hemm tliet proċeduri ta' għajnuna mill-Istat relatati ma' AIB, EBS u mal-entità amalgamata, rispettivament.

1.1.   AIB

(2)

Permezz ta' deċiżjoni ddatata t-12 ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni approvat temporanjament (2) injezzjoni ta' kapital ta' EUR 3,5 biljun fl-AIB fil-forma ta' Ishma ta' Preferenza Ġodda fil-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, fuq il-bażi ta' bosta impenji, inkluża s-sottomissjoni ta' pjan ta' ristrutturar fi żmien sitt xhur wara r-rikapitalizzazzjoni.

(3)

Wara din l-injezzjoni ta' kapital inizjali, fit-13 ta' Novembru 2009, l-awtoritajiet Irlandiżi ssottomettew pjan ta' ristrutturar inizjali għal AIB, segwit minn għadd ta' skambji. Fl-4 ta' Mejju 2010, l-awtoritajiet Irlandiżi ssottomettew pjan ta' ristrutturar aġġornat, li għal darba oħra kien segwit minn għadd ta' skambji bejn il-Kummissjoni u l-Irlanda.

(4)

Permezz ta' deċiżjoni ddatata l-21 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni approvat temporanjament (3) injezzjoni ta' kapital ta' salvataġġ ta' EUR 9,8 biljun fil-forma ta' ishma ordinarji, sakemm il-Kummissjoni tapprova pjan ta' ristrutturar rivedut li jieħu f'kunsiderazzjoni l-għajnuna ulterjuri pprovduta lil AIB. L-injezzjoni tal-kapital kienet ippjanata li sseħħ f'żewġ stadji: (i) EUR 3,7 biljun li kellhom jiġu injettati sal-31 ta' Diċembru 2010 u (ii) EUR 6,1 biljun li kellhom jiġu injettati fi Frar 2011 (4).

(5)

Filwaqt li l-ewwel pagament akkont tar-rikapitalizzazzjoni approvata sar mill-Istat Irlandiż fl-aħħar ta' Diċembru 2010, it-tieni injezzjoni li kienet ippjanata li ssir fi Frar 2011 baqgħet qatt ma saret. (5)

1.2.   EBS

(6)

Permezz ta' deċiżjoni ddatata t-2 ta' Ġunju 2010 (6), il-Kummissjoni awtorizzat temporanjament ir-rikapitalizzazzjoni ta' EBS bħala għajnuna ta' emerġenza, sakemm hija stess tapprova pjan ta' ristrutturar. L-awtoritajiet Irlandiżi ssottomettew il-pjan fil-31 ta' Mejju 2010.

(7)

Fil-11 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) fir-rigward tal-pjan ta' ristrutturar għal EBS sottomess mill-Irlanda (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”) (7), minħabba li l-Kummissjoni kellha dubji dwar il-kompatibbiltà ta' dak il-pjan ta' ristrutturar u tal-miżuri ta' għajnuna assoċjati mas-suq intern fid-dawl tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi finanzjarja attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat  (8) (“il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”).

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand EBS u żewġ partijiet interessati oħrajn.

(9)

F'Lulju 2011, l-EBS ingħaqdet mal-AIB u saret sussidjarja integrata b'mod sħiħ tal-Bank. B'riżultat ta' dan, l-EBS ma baqgħetx teżisti fuq bażi awtonoma. Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li kienet relatata mal-EBS bħala entità awtonoma, ġiet iddikjarata nulla u l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tissoktax bil-proċedura.

1.3.   PROĊEDURA KONĠUNTA

(10)

Fil-31 ta' Marzu 2011, il-Ministru Irlandiż għall-Finanzi ħabbar li s-sistema bankarja Irlandiża kellha tiġi organizzata mill-ġdid madwar żewġ banek pilastri, jiġifieri, il-Bank of Ireland (“BoI”) u AIB (9). Huwa ħabbar ukoll li, f'dan il-kuntest, l-EBS kellha tiġi amalgamata ma' AIB sabiex flimkien jikkostitwixxu din it-tieni istituzzjoni pilastru.

(11)

Permezz ta' deċiżjoni ddatata l-15 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni approvat (10) pakkett ta' salvataġġ ikkombinat għall-Bank li jammonta sa EUR 13,1 biljun, sakemm tingħata l-approvazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar għall-Bank, li għandu jieħu f'kunsiderazzjoni l-għajnuna ulterjuri pprovduta.

(12)

Fit-28 ta' Settembru 2012, l-Irlanda nnotifikat pjan ta' ristrutturar għall-Bank. (11)

(13)

Bejn Ottubru 2012 u Marzu 2014, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Irlandiżi skambjaw l-informazzjoni regolarment. Il-Kummissjoni talbet l-informazzjoni ripetutament u l-Irlanda pprovdiet numru ta' sottomissjonijiet supplimentari (12).

2.   FATTI

2.1.   DESKRIZZJONI TAL-BENEFIĊJARJI

2.1.1.   AIB

(14)

Deskrizzjoni ddettaljata ta' AIB hija pprovduta fit-Taqsima II.1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ewwel rikapitalizzazzjoni tal-Bank tat-12 ta' Mejju 2009 (13). Hawn taħt sejjer jiġi pprovdut sommarju qasir.

(15)

Fis-snin ta' qabel il-kriżi finanzjarja, l-AIB kien grupp li kien jipprovdi servizzi finanzjarji ddiversifikati u li kien joffri firxa sħiħa ta' servizzi bankarji personali u korporattivi. Fl-2008, huwa kellu karta bilanċjali li tiswa EUR 182 biljun. L-AIB kien fil-fatt wieħed mill-akbar żewġ banek fl-Irlanda u kellu ishma fis-suq ta' madwar 35 % tal-kontijiet kurrenti personali, 27 % tal-ipoteki, 46 % tal-kontijiet tat-tfaddil u 41 % tal-kontijiet kurrenti tal-SMEs.

(16)

Qabel din il-kriżi, l-AIB espanda malajr, b'enfasi partikolari fuq self ġdid lis-suq tal-proprjetà fl-Irlanda u dipendenza qawwija fuq il-finanzjament tal-operaturi. Meta faqqgħet il-kriżi finanzjarja globali, illi laqtet lill-ekonomija Irlandiża u b'mod partikolari lis-suq tal-proprjetà fl-Irlanda b'impatt partikolarment qawwi, il-vulnerabbiltà tal-mudell kummerċjali tal-AIB saret evidenti u l-ħtieġa għal appoġġ mill-Istat kienet inevitabbli.

(17)

F'Lulju 2011, l-AIB ġie amalgamat mal-EBS.

2.1.2.   EBS

(18)

Deskrizzjoni ddettaljata tal-EBS hija pprovduta fit-Taqsima 2.1.2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni ta' emerġenza għall-EBS/għall-AIB tal-15 ta' Lulju 2011 (14). Fil-premessi li ġejjin se jiġi pprovdut sommarju qasir.

(19)

Fis-snin ta' qabel il-kriżi finanzjarja, l-EBS kienet l-akbar soċjetà tal-bini fl-Irlanda u t-tmien l-akbar istituzzjoni finanzjarja li kienet topera fl-Irlanda b'assi totali ta' EUR 21,5 biljun fl-2009. Is-soċjetajiet tal-bini huma organizzazzjonijiet reċiproċi li ma għandhomx azzjonisti, iżda minflok huma proprjetà tal-membri tagħhom, li huma wkoll il-klijenti tagħhom. L-għan tagħhom huwa li jiġbru d-depożiti u jipprovdu self. Il-profitti jintużaw sabiex ir-rati tal-imgħax jiġu adattati għall-vantaġġ tal-membri, jew inkella jiġu akkumulati bħala riżervi.

(20)

L-EBS kienet toffri prodotti bankarji tradizzjonali għall-konsumaturi lill-membri tagħha (tfaddil u ipoteki) skont il-mira tagħha bħala soċjetà tal-bini. Hija kellha wkoll dipartiment tat-teżor li kien joffri servizzi ta' boutique lil klijenti korporattivi, impriżi professjonali u unjins kreditizji. Mill-2005 'il quddiem, l-EBS espandiet l-attivitajiet tagħha fil-kiri ta' proprjetà kummerċjali, fejn bniet ktieb tas-self sostanzjali f'dak is-segment. L-EBS sofriet mit-tnaqqis fl-attività ekonomika fl-ekonomija Irlandiża b'mod ġenerali u, b'mod partikolari, mill-kollass tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli kummerċjali. L-aċċess għall-finanzjament iddeterjora b'mod gradwali u l-indebolimenti enormi fuq il-kotba tas-self kummerċjali u ipotekarju tagħha wasslu għal tnaqqis fil-kapital ta' EBS.

(21)

Mill-1 ta' Lulju 2011, l-EBS saret sussidjarja bi proprjetà sħiħa tal-AIB. Hija toffri primarjament servizzi ta' ipoteki u depożiti fis-suq Irlandiż. L-EBS qiegħda tkompli topera taħt l-isem kummerċjali tagħha stess.

2.1.3.   Il-Bank (AIB u EBS amalgamati flimkien)

(22)

Ir-riżultat tal-eżerċizzju PCAR/PLAR (15), imwettaq taħt il-Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Irlanda (“il-Programm”) (16) u mħabbar nhar il-31 ta' Marzu 2011, identifika ħtieġa kapitali ta' EUR 13,3 biljun għall-AIB u ta' EUR 1,5 biljun għall-EBS (għaż-żewġ istituzzjonijiet, il-figura tikkombina l-ekwità komuni (17) u l-kapital kontinġenti (18)).

(23)

Skont it-termini tal-Programm, l-istituzzjonijiet ta' kreditu parteċipanti kellhom iħejju pjanijiet ta' rikapitalizzazzjoni sabiex jikkonformaw mal-kapital addizzjonali speċifikat mill-PCAR/PLAR u l-ammont ta' kapital meħtieġ kellu jkun fis-seħħ sal-aħħar ta' Lulju 2011.

(24)

Fil-31 ta' Marzu 2011, il-Ministru Irlandiż għall-Finanzi ħabbar ir-ristrutturar tas-settur bankarju Irlandiż sħiħ. Ġie deċiż li l-AIB u l-EBS jiġu amalgamati flimkien; il-Bank maħluq ġdid kellu jsir bank pilastru fix-xenarju bankarju Irlandiż irriformat.

(25)

Fis-26 ta' Mejju 2011, il-Ministru, l-AIB u l-EBS iffirmaw ftehim ta' akkwiżizzjoni li jipprevedi l-akkwist tal-EBS mill-AIB (wara l-konverżjoni tagħha f'kumpanija privata u wara li ġew riċevuti l-approvazzjonijiet regolatorji kollha meħtieġa). Skont it-termini ta' dan il-ftehim, l-EBS hija kumpanija sussidjarja bi proprjetà sħiħa u tibbenifika mill-appoġġ sħiħ tal-AIB, waqt li qiegħda tkompli topera taħt l-isem kummerċjali tagħha stess, jiġifieri “EBS”. Il-fużjoni taż-żewġ entitajiet kienet tinvolvi d-demutwalizzazzjoni ta' EBS u l-konverżjoni tagħha f'bank liċenzjat b'mod sħiħ, segwiti mill-akkwiżizzjoni mill-AIB tal-kapital azzjonarju tagħha għal kunsiderazzjoni nominali. Wara l-approvazzjoni tal-kontroll tal-fużjoni fis-27 ta' Ġunju 2011, il-fużjoni ġiet konkluża fl-1 ta' Lulju 2011.

(26)

Mill-15 ta' Lulju 2011, 99,8 % tal-kapital azzjonarju tal-Bank beda jinżamm mill-Istat Irlandiż.

(27)

Il-Bank huwa ppożizzjonat bħala bank li joffri servizzi sħaħ, iffokat primarjament fuq l-Irlanda u li joffri firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi bankarji permezz ta' netwerk ta' distribuzzjoni estensiv. Il-Bank għandu preżenza barranija limitata fil-Gran Brittanja. Fl-aħħar parti tal-2012, AIB beda jorganizza l-istruttura interna tiegħu lejn mudell li jiffoka aktar fuq il-klijenti u li jinkludi s-segmenti ewlenin li ġejjin: Domestic Core Bank, AIB UK u Financial Solutions Group (“FSG”). Ir-rapportar fuq din il-bażi ġdida ta' segmenti beda fl-2013.

(28)

Domestic Core Bank jopera permezz ta' firxa ta' mezzi ta' kunsinna li jikkonsistu f'274 fergħa (19). In-netwerk tal-fergħat jinsab taħt ristrutturar u bħalissa għaddej proċess tal-għeluq ta' għadd ta' fergħat. Il-Bank jipprovdi wkoll servizzi bankarji permezz tal-uffiċċji tal-posta nazzjonali. L-EBS hija ġestita fi ħdan l-istruttura tad-Domestic Core Bank. Dan il-bank għandu l-liċenzja bankarja tiegħu stess u jopera bħala sussidjarju b'marka separata bin-netwerk ta' fergħat tiegħu stess. L-enfasi tiegħu hija fuq in-negozju tal-ipoteki u tad-depożiti.

(29)

AIB UK jopera fil-Gran Brittanja u fl-Irlanda ta' Fuq. Fil-Gran Brittanja, il-Bank jopera taħt l-isem kummerċjali Allied Irish Bank (GB) u joffri servizz bankarju sħiħ permezz ta' 20 fergħa li joffru servizzi sħaħ, kif ukoll permezz ta' servizzi bankarji fuq l-Internet. Is-swieq ewlenin fil-mira huma l-SMEs. Taħt il-marka Allied Irish Bank (GB) Savings Direct, il-Bank jipprovdi wkoll servizzi ta' depożiti. (20) Fl-Irlanda ta' Fuq, l-AIB UK jopera taħt l-isem kummerċjali First Trust Bank (“FTB”) permezz ta' 32 fergħa. Servizz bankarju sħiħ huwa offrut lil negozji u individwi.

(30)

The Financial Solutions Group twaqqaf fl-2012 sabiex jassisti lill-SMEs u lil klijenti personali li jkunu qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet sabiex jikkonformaw mal-obbligi tas-self tagħhom, kif ukoll sabiex jesegwixxi l-pjan ta' diżingranaġġ tal-assi tal-Bank.

(31)

Illum il-ġurnata, il-Bank huwa wieħed mit-tliet banek domestiċi kbar fl-Irlanda, flimkien ma' BoI u Permanent TSB (“PTSB”). Fil-31 ta' Diċembru 2013, l-assi totali tal-Bank kienu jammontaw għal EUR 118-il biljun, meta mqabbla mal-assi totali ta' BoI ta' EUR 132 biljun u mal-assi totali ta' PTSB ta' EUR 38 biljun fl-istess data. Il-Bank huwa grupp diversifikat li joffri firxa sħiħa ta' servizzi finanzjarji u bankarji korporattivi u personali b'enfasi fuq is-suq bankarju għall-konsumaturi fl-Irlanda. Il-Bank għandu preżenza partikolarment qawwija fis-segment tal-SMEs.

Tabella 1

Il-Bank — Dejta Finanzjarja Magħżula mill-2013

 

31.12.2013

Assi totali (EUR)

118 bn

Self u ammonti riċevibbli lill-klijenti (EUR)

66 bn

Profitt/telf operattiv qabel id-dispożizzjonijiet (EUR)

0,445 bn

Depożiti tal-klijenti (EUR)

66 bn

Proporzjon self-depożitu (%)

100 %

Assi mwieżna għar-riskju (EUR)

62 bn

Proporzjon ta' Kapital tal-Grad 1 (%)

14,3 %

Membri tal-persunal totali (Ekwivalenti għal Full Time)

11 431

Sors: Il-pjan ta' ristrutturar tal-Bank, Settembru 2012; Rapport Annwali tal-AIB għall-2013

Tabella 2

Il-pożizzjonament tal-Bank fis-swieq tal-SMEs, personali, tal-ipoteki u tat-tfaddil

(%)

 

Ishma mis-suq

Kont kurrenti prinċipali ta' SME

40

Kont kurrenti prinċipali personali

37

Bilanċi pendenti fis-settur tal-ipoteki

31

Is-suq tat-tfaddil (AIB u EBS ikkombinati flimkien)

40

Sors: Sottomissjoni kumplimentarja ta' Marzu 2014; l-ishma mis-suq jappartjenu għal Diċembru 2013.

2.2.   ID-DIFFIKULTAJIET TA' AIB U EBS

(32)

Il-ħtieġa tal-AIB għal għajnuna mill-Istat kienet ir-riżultat tal-impatt tal-kriżi finanzjarja globali, flimkien mat-tkabbir eċċessiv tal-AIB, id-dipendenza qawwija fuq il-finanzjament tal-operaturi, l-espożizzjoni tiegħu għas-suq tal-proprjetà Irlandiż u l-ġestjoni inadegwata tar-riskji.

(33)

Fis-snin ta' qabel il-kriżi finanzjarja, l-AIB iddeċieda li jżomm il-pass mat-tkabbir bla preċedent fl-ekonomija Irlandiża u fis-settur tal-proprjetà Irlandiż. Fuq bażi assoluta, is-self tal-AIB fis-settur tal-proprjetà u l-kostruzzjoni żdied bi 336 % bejn l-2002 u l-2006 u l-esponiment tiegħu għal dan is-settur kiber minn 19 % fl-2002 għal 36 % fl-2008. Fl-insegwiment tal-volum u fin-nuqqas ta' restrizzjonijiet marbuta mal-finanzjament, il-bank ħa riskji eċċessivi f'termini ta' esponiment (jiġifieri kkonċentra fuq is-settur tal-proprjetà u l-kostruzzjoni), iżda wkoll f'termini tat-tipi ta' ipoteki offruti (jiġifieri ipoteki indiċizzati (21)).

(34)

Id-deterjorament tas-suq tal-proprjetà Irlandiż, il-waqgħa sussegwenti fil-prezzijiet tal-proprjetà, kif ukoll it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tal-Irlanda mill-2008, wasslu għal deterjorament sinifikanti fil-kwalità tal-assi tal-AIB u għal indebolimenti konsiderevoli tal-ktieb tas-self tiegħu, tant li spiċċaw naqqsu l-bafer kapitali tal-bank.

(35)

Bil-għan li jiffinanzja l-espansjoni rapida tiegħu, il-bank żied id-dipendenza tiegħu fuq il-finanzjament tal-operaturi minn madwar 35 % fl-2004 għal 42 % fl-2006, filwaqt li l-proporzjon bejn is-self u d-depożiti (“LDR”) żdied minn 101 % fl-2002 għal 157 % fl-2007.

(36)

Wara l-kollass ta' Lehman Brothers Holdings Inc. f'Settembru 2008, it-turbulenza fis-swieq finanzjarji globali llimitat l-aċċess tal-AIB għall-finanzjament (bħal kif ġara fil-każ ta' banek Irlandiżi oħrajn) u affettwat l-abbiltà tiegħu li jkompli jopera b'mod normali. B'hekk, l-Istat intervjena u ħa l-ewwel pass billi pprovda garanziji fuq il-finanzjament. F'ambjent ta' spiża akbar għall-finanzjament (jiġifieri miżati għoljin għall-garanziji u l-prezzijiet tad-depożiti) u rata bażi mnaqqsa b'mod sinifikanti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (22), l-ipoteki indiċizzati tal-bank (madwar 45 % tal-ktieb tas-self ipotekarju tal-AIB fl-2011) irriżultaw f'marġini tal-imgħax nett (net interest margin — “NIM”) sostanzjalment imnaqqas għall-Bank.

(37)

Id-deterjorament materjali tal-pożizzjoni finanzjarja tal-AIB wasslitu sabiex jipparteċipa fil-miżuri ta' appoġġ kollha implimentati mill-Istat Irlandiż sabiex jissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fil-pajjiż. Minbarra l-garanziji tal-Istat, l-AIB irċieva injezzjonijiet ta' kapital mill-Istat u bbenifika minn trasferimenti ta' assi għall-Aġenzija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Assi (National Asset Management Agency — “NAMA”) (23) sabiex jeżawrixxi l-karta bilanċjali tiegħu.

(38)

Bl-istess mod, il-kriżi finanzjarja ħalliet impatt fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-EBS, b'mod partikolari bħala konsegwenza tat-tnaqqis drastiku fil-valuri tal-proprjetà fl-Irlanda. Qabel din il-kriżi, l-EBS tellgħet ktieb tas-self konsiderevoli fis-segment tas-self ta' proprjetà kummerċjali.

(39)

L-EBS kellha tassorbi indebolimenti kbar fuq il-kotba tas-self ipotekarju u kummerċjali tagħha. L-aċċess tal-EBS għall-finanzjament iddeterjora b'mod gradwali u fl-aħħar mill-aħħar spiċċa sabiex sfaxxa għal kollox. Konsegwentement, minħabba l-pożizzjoni vulnerabbli tagħha, l-EBS kienet sfurzata sabiex tagħmel talbiet fuq il-miżuri ta' appoġġ tal-Istat. L-EBS kienet teħtieġ garanziji fuq il-finanzjament, it-trasferimenti tal-assi lill-NAMA u l-injezzjonijiet ta' kapital.

2.3.   IL-MIŻURI TA' GĦAJNUNA

(40)

Minħabba d-diffikultajiet iffaċċjati mill-AIB u l-EBS, l-Istat kellu jipprovdi appoġġ konsiderevoli lill-AIB u l-EBS individwalment, kif ukoll lill-Bank (l-entità amalgamata).

(41)

Fuq bażi individwali, kemm l-AIB kif ukoll l-EBS ingħataw garanziji fuq l-istrumenti ta' obbligazzjoni taħt l-iskema ta' Appoġġ Finanzjarju lill-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (Credit Institutions Financial Support — “CIFS”) (24) u taħt l-iskema ta' Garanziji għall-Obbligazzjonijiet Eliġibbli (Eligible Liability Guarantee — “ELG”) (25), rispettivament, kif ukoll miżuri ta' salvataġġ tal-assi li jikkonsistu fit-trasferiment ta' assi ħżiena lill-NAMA.

(42)

Barra minn hekk, l-AIB u l-EBS irċevew appoġġ kapitali ripetut (26).

(43)

Barra minn hekk, l-Istat ta garanziji fuq l-Assistenza ta' Emerġenza fil-Likwidità pprovduta mill-Bank Ċentrali tal-Irlanda.

(44)

Il-Bank kompla jibbenifika mill-iskema ELG u kien rikapitalizzat f'Lulju 2011 (27) permezz ta' tqegħid ta' ekwità, kontribuzzjoni ta' kapital (28) u noti kapitali kontinġenti.

(45)

Il-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni totali kkombinati tal-Bank (inklużi l-ishma ta' preferenza u l-istrumenti kapitali kontinġenti) jammontaw għal EUR 20,775 biljun. Bħala riżultat tal-injezzjonijiet kapitali differenti, l-Istat Irlandiż, permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Fond ta' Riżerva tal-Pensjonijiet (National Pension Reserve Fund Commission — “NPRFC”), jippossjedi 99,8 % tal-ishma ordinarji tal-Bank.

(46)

L-NPRFC għandha wkoll ishma ta' preferenza li jammontaw għal EUR 3,5 biljun, li oriġinarjament kienu ġew injettati fl-AIB fl-2009 u kienu approvati permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 241/09 (29). L-amortizzazzjoni/ix-xiri mill-ġdid ta' dawk l-ishma huma fid-diskrezzjoni tal-Bank. Minn Mejju 2014 (jiġifieri ħames snin wara l-injezzjoni), se tiġi applikata żieda ta' 25 % għal dawk l-ishma u l-amortizzazzjoni se tkun bil-perċentwal ta' 125 % tal-valur nominali.

(47)

It-Tabella 3 tipprovdi sommarju tal-miżuri ta' għajnuna kollha mogħtija lill-AIB, lill-EBS u lill-Bank (l-entità amalgamata).

Tabella 3

Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta' għajnuna mogħtija lill-AIB, lill-EBS u lill-Bank (l-entità amalgamata AIB/EBS)

(l-ammonti approvati u dawk effettivament mogħtija jvarjaw f'xi każijiet)

 

Tip ta' miżura

Ammont

(f'EUR bn)

Rimunerazzjoni

Miżuri favur l-AIB (awtonomu)

a

Garanziji taħt l-iskema CIFS

(ammont ta' obbligazzjonijiet garantiti)

sa 133

B'konformità mal-iskema CIFS

b

Garanziji taħt l-iskema ELG

(ammont ta' obbligazzjonijiet garantiti)

sa 62,5

B'konformità mal-iskema ELG

c

Miżura ta' salvataġġ tal-assi — trasferimenti lill-NAMA

20,4

(stima tal-ammont ta' għajnuna = 1,6)  (30)

m.d. — l-iskont medju kien ta' madwar 56 %

d

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' ishma ta' preferenza, Mejju 2009

3,5

8 % p.a. jew ishma ordinarji

e

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' kapital ta' ekwità ġdid, Diċembru 2010

3,7

 

f

Garanzija tal-Istat fuq Assistenza ta' Emerġenza fil-Likwidità (“ELA”) sat-tieni kwart tal-2011

[5-15] (*)

 

 

 

 

 

Miżuri favur l-EBS

g

Garanziji taħt l-iskema CIFS

(ammont ta' obbligazzjonijiet garantiti)

sa 14,4

B'konformità mal-iskema CIFS

h

Garanziji taħt l-iskema ELG

(ammont ta' obbligazzjonijiet garantiti)

sa 8,0

B'konformità mal-iskema ELG

i

Miżura ta' salvataġġ tal-assi — trasferimenti lill-NAMA

0,9

(stima tal-ammont ta' għajnuna = 0,1)  (30)

m.d. — l-iskont medju kien ta' madwar 57 %

j

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' Ishma ta' Investiment Speċjali (SIS), Mejju u Diċembru, 2010

0,625

Ir-rimunerazzjoni tista' ssir permezz tal-ħlas ta' dividend jekk ikun hemm biżżejjed riżervi distribwibbli

k

Rikapitalizzazzjoni permezz ta' għotja diretta fil-forma ta' ċedola (promissory note), Diċembru 2010

0,250

Ir-rimunerazzjoni ma ssirx separatament

l

Garanzija tal-Istat fuq ELA

[0-5]

 

Miżuri favur il-Bank (l-entità amalgamata)

m

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' ishma ordinarji (“tqegħid”), Lulju 2011

5,0

 

n

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' noti kapitali kontinġenti, Lulju 2011

1,6

Rata tal-imgħax obbligatorja fissa ta' 10 % p.a.

o

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' kontribuzzjoni ta' kapital, Lulju 2011

6,1

Ebda kunsiderazzjoni

 

 

 

 

 

Rikapitalizzazzjoni totali kkombinata (d + e + j + k + m + n + o)

20,775

 

Sors: L-awtoritajiet Irlandiżi u l-pjanijiet ta' ristrutturar għall-AIB u l-EBS u għall-Bank.

2.4.   IL-PJANIJIET TA' RISTRUTTURAR INDIVIDWALI

(48)

F'Novembru 2009, l-awtoritajiet Irlandiżi ssottomettew l-ewwel pjan ta' ristrutturar għal AIB, li stabbilixxa l-ewwel proposti dwar kif AIB għandu jerġa' lura għall-vijabbiltà. F'Mejju 2010, l-Irlanda ssottomettiet verżjoni aġġornata tal-pjan li, fost l-oħrajn, ipprevediet disponimenti ulterjuri (is-sussidjarji tal-AIB fil-Polonja, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti) bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kapitali regolatorji u minimi ġodda mħabbra mir-Regolatur Finanzjarju skont il-PCAR f'Marzu 2010.

(49)

Il-pjan ta' ristrutturar ta' EBS, li ġie sottomess fil-31 ta' Mejju 2010, ippreveda ristrutturar intern ta' EBS għall-iżgurar tal-vijabbiltà, flimkien ma' bejgħ malajr lil parti terza. Skont dan il-pjan, l-EBS għandha toħroġ mis-settur tas-self ta' proprjetà kummerċjali u terġa' tiffoka l-attivitajiet tagħha fuq in-negozju tal-ipoteki u t-tfaddil fil-livell tal-konsum. L-EBS għandha tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-finanzjament tal-operaturi (għal perjodu ta' żmien qasir) u minflok tiffoka fuq id-depożiti fil-livell tal-konsumaturi.

2.5.   IL-MIŻURI TA' RISTRUTTURAR IMPLIMENTATI DIĠÀ MILL-BANK (L-AIB U L-EBS AMALGAMATI)

(50)

Il-Bank diġà kien implimenta firxa wiesgħa ta' miżuri ta' ristrutturar qabel issottometta l-verżjoni finali tal-pjan tar-ristrutturar, bil-għan li jilħaq l-għanijiet tal-vijabbiltà fit-tul, il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet. Dawn il-miżuri jikkonsistu f'ċessjonijiet kummerċjali, diżingranaġġ tal-assi, Eżerċizzji ta' Ġestjoni tal-Obbligazzjonijiet (31) u azzjonijiet maħsuba biex inaqqsu l-ispejjeż, kif ġej (32):

Ċessjonijiet kummerċjali li ġġeneraw EUR 3,3 biljun ta' Kapital tal-Grad 1:

Sett 10

Il-bejgħ ta' Goodbody Stockbrokers

Nov 10

Il-bejgħ tas-sehem ta' 23,9 % f'M&T Corporation

Frar 11

It-trasferiment tad-depożiti fl-ammont ta' EUR 9 biljun ta' Anglo Irish Banks lil AIB

Apr 11

Il-bejgħ tas-sehem ta' 70,36 % fil-bank Pollakk BZWBK

Apr 11

Il-bejgħ tas-sehem ta' 50,00 % fil-Ġestjoni tal-Assi tal-bank Pollakk BZWBK

Mejju 11

Il-bejgħ ta' mgħax ta' 49,99 % f'BACB (Bulgarian American Credit Bank)

Aww 11

Il-bejgħ tas-Servizzi Finanzjarji Internazzjonali tal-AIB

Aww 11

Il-bejgħ tal-AIB Jersey Trust

Jan 12

L-AIB iħabbar id-deċiżjoni li jtemm l-impriża konġunta ma' Aviva Life Holdings Ireland Ltd

Apr 12

AIB iħabbar id-deċiżjoni li jwaqqaf l-operazzjonijiet fil-Gżira ta' Man u f'Jersey

Apr 12

Il-bejgħ tan-negozju tal-AIB Baltics

Ġun 12

Il-bejgħ tal-AIB Investment Managers

Aww 12

Il-bejgħ tal-imgħaxijiet fil-fondi ta' proprjetà Pollakki

Trasferimenti tal-assi ta' EUR 21,3 biljun lill-NAMA;

Diżingranaġġ tal-assi ta' EUR 20,5 biljun li jirriżulta minn PLAR 2011 (sħiħ);

L-Eżerċizzji ta' Ġestjoni tal-Obbligazzjonijiet/Xiri Lura ta' Dejn imwettqa fl-2009, fl-2010 u fl-2011, rispettivament, ikkontribwixxew EUR 5,4 biljun ta' Kapital tal-Grad 1:

Ġun 09

Xiri lura ta' strumenti Ibridi tal-Grad 1 + kontribuzzjoni kapitali ta' EUR 1,1 biljun

Mar 10

Xiri lura ta' bonds tal-Grad 2 + kontribuzzjoni kapitali ta' EUR 0,4 biljun

Jan 11

Xiri lura ta' bonds tal-Grad 2 + kontribuzzjoni kapitali ta' EUR 1,5 biljun

Lulju 11

Xiri lura ta' bonds tal-Grad 1 u tal-Grad 2 + kontribuzzjoni kapitali ta' EUR 2,1 biljun

Ġun 10– Frar 11

Serje ta' xiri lura ta' bonds tal-Gradi 1 u 2 ta' EBS + kontribuzzjoni kapitali ta' EUR 0,3 biljun

Għeluq ta' fergħat (68 fl-Irlanda, 22 stabbiliment tal-EBS, 22 fergħa tal-AIB UK);

Programm ta' rtirar kmieni u waqfien volontarju mix-xogħol: tnaqqis ta' +/– 2 877 FTE (33) fil-31 ta' Diċembru 2013, b'aktar irtirar ippjanat;

Sostituzzjoni sħiħa tal-Bord u tal-pożizzjonijiet maniġerjali għolja (imqabbla mal-profil ta' qabel Settembru 2008).

Enfasi mill-ġdid tan-negozji fuq l-Irlanda, li joffru servizzi bankarji korporattivi u għall-konsumaturi.

2.6.   IL-PJAN TA' RISTRUTTURAR GĦALL-BANK (L-AIB U L-EBS AMALGAMATI)

(51)

Fit-28 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Irlandiżi ppreżentaw pjan ta' ristrutturar għall-Bank, li jkopri l-perjodu mill-2012 sal-2015. L-awtoritajiet Irlandiżi emendaw u ssupplimentaw dan il-pjan ripetutament, u l-perjodu tar-ristrutturar eventwalment ġie ffissat sabiex jikkomprendi s-snin mill-2014 sal-2017.

(52)

L-awtoritajiet Irlandiżi ppreżentaw xenarju bażi, xenarju bażi alternattiv ibbażat fuq suppożizzjonijiet aktar prudenti u xenarju avvers bil-għan li juru l-abbiltà tal-Bank li jikseb vijabbiltà fit-tul.

(53)

Il-Bank qiegħed jippjana li sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar jerġa' lura bħala istituzzjoni solida, profittabbli u ffinanzjata sewwa bi proporzjonijiet tajbin ta' kapital u b'mudell kummerċjali aktar tradizzjonali. Il-pjan jistabbilixxi strateġija kummerċjali li tippożizzjona lill-Bank bħala bank iżgħar iżda li joffri servizzi sħaħ, li jiffoka primarjament fuq l-Irlanda, kif imqabbel mal-grupp iddiversifikat fuq livell internazzjonali li kien joffri servizzi finanzjarji fi żminijiet ta' qabel il-kriżi. L-istruttura operattiva tal-Bank tiffoka fuq tliet punti — id-Domestic Core Bank, l-AIB UK (in-negozju tar-Renju Unit li jikkomprendi attivitajiet kummerċjali fil-Gran Brittanja u fl-Irlanda ta' Fuq) u l-Financial Solutions Group, li nħoloq fl-2012.

(54)

L-ixprunaturi ewlenin tal-Bank għar-ritorn tal-vijabbiltà huma:

(a)

l-orjentazzjoni mill-ġdid tal-Bank f'bank iżgħar bi profil ta' finanzjament imtejjeb, li jkun iffokat primarjament fuq l-Irlanda;

(b)

livelli mtejba ta' profittabbiltà permezz tat-tisħiħ tal-NIM, miżuri maħsuba biex inaqqsu l-ispejjeż u imposti mnaqqsa b'mod sinifikanti fuq indeboliment;

(ċ)

bafer kapitali b'saħħtu.

2.6.1.   Il-Każ Bażi

2.6.1.1.   Suppożizzjonijiet makro-ekonomiċi u projezzjonijiet finanzjarji ewlenin

(55)

Fil-każ bażi, huwa preżunt li l-Prodott Domestiku Gross (“PDG”) fl-Irlanda sejjer jikber bi 2,2 % fl-2014 u jaċċellera fl-2015, fl-2016 u fl-2017 għal 2,8 %, 3,2 % u 3,2 %, rispettivament. Il-PDG fir-Renju Unit mistenni jikber b'1,9 % fl-2014, 2,1 % fl-2015, 2,5 % fl-2016 u 2,5 % fl-2017.

(56)

L-impjiegi mistennija jitjiebu matul il-perjodu tar-ristrutturar, b'rata ta' tkabbir mistennija ta' 0,8 % fl-2014, 1,5 % fl-2015, 2 % fl-2016 u 2 % fl-2017.

(57)

L-akkomodazzjoni u l-kostruzzjoni mistennija jesperjenzaw rikorrenza minn livelli ta' attività batuti ħafna. Huwa mbassar li l-prezzijiet tad-djar sejrin jiżdiedu bi 3 % fl-2014, 3 % fl-2015, 2,5 % fl-2016 u 2,5 % fl-2017.

(58)

Il-pjan ta' ristrutturar tal-Bank jirriżulta fil-projezzjonijiet finanzjarji li ġejjin skont ix-xenarju tal-każ bażi:

Tabella 4

Ir-riżultati finanzjarji u l-projezzjonijiet finanzjarji tal-Bank skont ix-xenarju bażi

Indikaturi finanzjarji ewlenin

2012

Reali

2013

Reali

2014

Pjan

2015

Pjan

2016

Pjan

2017

Pjan

—   Il-Kapital u l-Assi Mwieżna għar-Riskji (“RWAs”)

Proporzjon tal-Grad 1 (“CT1”) jew proporzjon ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1 (“CET1”) (%)

15,2 %

14,3 %

[10-20 %]

[10-20 %]

[10-20 %]

[10-20 %]

Bafer kapitali (m EUR) vs. 8 % CT1/CET1

5 133

3 934

[0-5 000 ]

[5 000 -10 000 ]

[5 000 -10 000 ]

[5 000 -10 000 ]

RWAs (m EUR)

71 417

62 395

[55 000 -65 000 ]

[55 000 -65 000 ]

[55 000 -65 000 ]

[55 000 -65 000 ]

—   Profittabbiltà

NIM — minbarra ELG (%)

1,22 %

1,37 %

[1,5-2,25 %]

[1,5-2,25 %]

[1,5-2,25 %]

[1,5-2,25 %]

Proporzjon spejjeż-dħul

123 %

77 %

[60-70 %]

[50-60 %]

[45-55 %]

[45-55 %]

Profitt wara t-taxxa (m EUR)

(3 557 )

(1 597 )

[0-750]

[0-750]

[250-1 250 ]

[250-1 250 ]

Redditu fuq l-ekwità (“ROE”) (34)

– 37,0 %

– 21,5 %

[0,5-10 %]

[0,5-10 %]

[5-15 %]

[5-15 %]

—   Finanzjament

LDR

115 %

100 %

[95-120 %]

[95-120 %]

[95-120 %]

[95-120 %]

Id-dipendenza fuq il-BĊE (% ta' obbligazzjonijiet totali (35))

20 %

12 %

[10-20 %]

[< 10 %]

[< 10 %]

[< 10 %]

—   Oħrajn

Self u ħlasijiet bil-quddiem gross lill-klijenti (m EUR)

89 872

82 851

[70 000 -80 000 ]

[65 000 -75 000 ]

[65 000 -75 000 ]

[65 000 -75 000 ]

Assi Totali (m EUR)

122 501

117 734

[100 000 -150 000 ]

[100 000 -150 000 ]

[100 000 -150 000 ]

[100 000 -150 000 ]

FTE (numru)

13 429

11 431

[10 000 -15 000 ]

[8 000 -13 000 ]

[8 000 -13 000 ]

[8 000 -13 000 ]

Sors: Il-pjan ta' ristrutturar tal-Bank u s-sottomissjoni kumplimentarja fl-10 ta' Jannar 2014 tar-rapport annwali tal-AIB għall-2013.

2.6.1.2.   L-ixprunaturi ewlenin tar-ritorn tal-Bank għall-vijabbiltà

(i)   bank iżgħar iffokat fuq livell domestiku bi profil ta' finanzjament imtejjeb

(59)

Permezz tad-diżingranaġġ importanti ta' assi mhux ewlenin (36), il-Bank għandu l-għan li jsir istituzzjoni materjalment iżgħar meta mqabbel mal-perjodu ta' qabel il-kriżi finanzjarja. Il-Bank diġà għamel diżingranaġġ importanti permezz taċ-ċessjoni ta' wħud min-negozji tiegħu, id-diżingranaġġ tal-assi u t-trasferiment ta' assi relatati ma' “proprjetà b'riskju għoli” lill-NAMA (EUR 21,3 biljun), li ppermettielu jnaqqas id-daqs tal-karta bilanċjali tiegħu b'mod sinifikanti. L-assi totali tal-Grupp AIB naqsu minn EUR 136,7 biljun fl-aħħar tal-2011 għal EUR 117,7 biljun fil-31 ta' Diċembru 2013 (tnaqqis ta' 14 %) (37).

(60)

Dan il-programm importanti ta' diżingranaġġ/tnaqqis imwettaq mill-Bank, flimkien ma' bażi dejjem tikber ta' depożiti tal-klijenti (mill-2011), ikkontribwixxa għat-titjib tal-profil tal-finanzjament tal-Bank. Il-proporzjon tad-depożiti tal-klijenti fuq is-sors totali ta' fondi (jiġifieri obbligazzjonijiet totali (38)) tjieb minn 49,7 % fl-aħħar tal-2011 għal 61,2 % fl-aħħar tal-2013, filwaqt li l-LDR naqas minn 138 % fl-aħħar tal-2011 għal 100 % fil-31 ta' Diċembru 2013.

(61)

Il-Bank qiegħed jipproġetta li matul il-perjodu tar-ristrutturar ikompli jżid il-proporzjon ta' depożiti tal-klijenti fuq is-sors totali tal-fondi tiegħu (jiġifieri l-obbligazzjonijiet totali), filwaqt li l-proporzjon tal-finanzjament mill-BĊE mistenni jonqos b'mod sinifikanti matul il-perjodu tal-pjan tar-ristrutturar, minn 20 % fl-2012 għal [< 10 %] fl-2017 (jiġifieri tnaqqis ta' EUR 15-25 biljun), bħala kombinazzjoni ta' volumi pproġettati ta' self aktar baxx (39), amortizzazzjonijiet ta' bonds tal-NAMA (40) u żieda fid-depożiti mill-banek.

(62)

Il-Bank qiegħed jerġa' jikseb aċċess b'mod progressiv għas-suq tal-operaturi. F'Jannar u Settembru 2013, il-Bank ħareġ żewġ bonds ipotekarji ta' EUR 500 miljun kull wieħed. F'Ottubru 2013, il-Bank ħareġ titolizzazzjoni ta' karta ta' kreditu għal EUR 500 miljun, li kienet l-ewwel waħda tat-tip tagħha li nħarġet minn bank Irlandiż. F'Novembru 2013, il-Bank irnexxielu jpoġġi EUR 500 miljun ta' dejn kompletament mhux garantit fuq perjodu ta' tliet snin. Din kienet l-ewwel tranżazzjoni ta' dejn mhux garantit tal-Bank mill-2009. F'Marzu 2014, il-Bank ħareġ bond ta' Titoli Koperti minn Assi b'valur ta' EUR 500 miljun fuq perjodu ta' 7 snin. Dan huwa l-aktar bond pubbliku ta' Titoli Koperti mill-Assi għal perjodu ta' żmien twil maħruġ mill-AIB mill-2007 'l hawn.

(63)

Fir-rigward tal-proporzjonijiet ta' likwidità mbassra, meta wieħed iqis l-informazzjoni disponibbli f'dan l-istadju dwar l-għamla tal-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità (“LCR”), li għadha fi stadju konsultattiv fil-livell tal-Unjoni Ewropea (41), il-Bank qiegħed ibassar proporzjon ta' LCR li jkun ferm ogħla mir-rekwiżiti minimi matul il-perjodu tar-ristrutturar (ara t-Tabella 5).

Tabella 5

Il-proporzjonijiet tal-likwidità tal-Bank

(%)

Proporzjonijiet ta' likwidità

2014

Pjan

2015

Pjan

2016

Pjan

2017

Pjan

LCR

[75-150]

[75-170]

[75-170]

[75-170]

L-LCR minimu inkluż fir-Regolament (UE) Nru 575/2013

 

60

70

80

Proporzjon Nett ta' Finanzjament Stabbli

[70-120]

[70-120]

[70-120]

[70-120]

Sors: il-pjan ta' ristrutturar tal-Bank.

(ii)   livell imtejjeb ta' profittabbiltà

(64)

Il-Bank qiegħed jipproġetta li jirritorna għall-profittabbiltà fl-2014, bi profitt imbassar wara t-tassazzjoni ta' EUR [0-750] miljun, li għandu jilħaq EUR [250-1 250] miljun fl-2017. Ir-redditu fuq l-ekwità (“ROE”) mistenni jkun [bejn 0,5 u 10 %] fl-2014 u [bejn 5 u 15 %] fl-2017. Dan sejjer jinkiseb bil-mod li ġej:

(65)

L-ewwel nett, il-pjan ta' ristrutturar jistabbilixxi numru ta' azzjonijiet li jixprunaw l-irkupru tal-NIM, minbarra l-ispejjeż tal-ELG, minn 1,22 % fl-2012 għal [bejn 1,5 u 2,25 %] fl-2017. Dawn l-azzjonijiet jinkludu self ġdid ta' EUR [20-30] biljun mill-2014 sal-2017 b'rati ta' imgħax ogħla, titjib ulterjuri fl-ipprezzar tas-self tal-portafoll (42) u tnaqqis ulterjuri tal-ispiża tal-prodotti ta' depożitu sal-2015 (ara t-Tabella 6). Barra minn hekk, il-proporzjon ta' assi tal-Bank b'rendiment baxx (jiġifieri ipoteki indiċizzati u bonds tal-NAMA) imqabbla mal-assi totali huwa mistenni li matul il-perjodu ta' ristrutturar jonqos minn [20-30 %] fl-2014 għal [10-20 %] fl-2017 bħala riżultat tal-amortizzazzjoni tal-bonds tal-NAMA u l-amortizzazzjoni tal-portafoll ta' ipoteki indiċizzati li għalihom ma huwa ppjanat ebda self ġdid.

Tabella 6

L-evoluzzjoni mbassra tal-Bank fir-rigward tar-redditu medju fuq l-assi u l-obbligazzjonijiet

(%)

Redditu medju

2013

Reali

2014

Pjan

2015

Pjan

2016

Pjan

2017

Pjan

Redditu medju — Self ġdid

[3-7]

[3-7]

[3-7]

[3-7]

[3-7]

Redditu medju — Self tal-portafoll

[2-5]

[2-5]

[2-5]

[2-5]

[2-5]

Redditu medju — Self totali

2,74

[2-6]

[2-6]

[2-6]

[2-6]

Redditu medju — Depożiti

(inklużi kontijiet kurrenti)

1,54

[– 0,5 to – 2,5]

[– 0,5 to – 2,5]

[– 0,5 to – 2,5]

[– 0,5 to – 2,5]

Sors: Il-pjan ta' ristrutturar tal-Bank u s-sottomissjoni kumplimentarja tal-20 ta' Marzu 2014

(66)

It-tieni, id-diskontinwità tal-iskema ELG mit-28 ta' Marzu 2013 sejra ġġib magħha titjib fl-NIM wara l-ispejjeż tal-ELG, minħabba li l-ħlasijiet ta' garanzija mħallsin lill-Istat sejrin jitnaqqsu. Huma kienu jammontaw għal EUR 0,4 biljun fl-2012 u huma previsti li jkunu biss EUR 8 miljun fl-2017.

(67)

It-tielet, bil-għan li jinkisbu profitti operattivi u sostenibbli qabel il-provvediment, il-Bank qiegħed jippjana tnaqqis ulterjuri tal-ispejjeż operattivi tiegħu minn EUR 1,8 biljun fl-2012 għal EUR [1,0-1,5] biljun fl-2015 u għal EUR [1,0-1,5] biljun fl-2017. Iż-żewġ inizjattivi ewlenin li huma sottostanti għal dan it-tnaqqis ipproġettat huma l-Iskema ta' Rtirar u Waqfien Volontarju mix-Xogħol u r-reviżjoni tal-paga u tal-benefiċċji mħabbra fl-2012. F'dan ir-rigward, il-Bank jipproġetta tnaqqis tal-persunal tiegħu ta' [20-40] % sal-2015 u ta' [20-40] % sal-2017, rispettivament, meta mqabbel mal-livelli tal-2012, li jwassal għal tnaqqis totali ta' (bejn 2 000 u 5 000) membru tal-persunal.

(68)

Fl-aħħarnett, fir-rigward tal-profitt operattiv wara l-provvediment u qabel oġġetti eċċezzjonali, il-Bank qiegħed jippjana tnaqqis drastiku fil-ħlasijiet ta' indeboliment tas-self, minn EUR 2,5 biljun fl-2012 għal EUR [0-0,5] biljun fl-2014 u EUR[0-0,5] biljun fl-2017, billi l-pjan jassumi rkupru ekonomiku fl-Irlanda. L-AIB qiegħed jistenna li dan l-irkupru jirriżulta fi tnaqqis fis-self mhux irkuprat ġdid. Il-pjan ta' provvediment jipprevedi wkoll attivitajiet ta' ġestjoni tal-kreditu aktar effettivi, riflessi fit-twaqqif tal-Financial Solution Group, kif ukoll it-tnedija tal-Istrateġija ta' Riżoluzzjoni tal-Arretrati fuq Self Ipotekarju (Mortgage Arrears Resolution Strategy (43) — “MARS”). Dawn l-attivitajiet għandhom l-għan li jtejbu l-effettività tar-ristrutturar u l-ġbir tas-self tal-Bank, sabiex b'hekk jiżdied in-numru ta' self imtejjeb.

(iii)   Iż-żamma ta' bafer kapitali b'saħħtu

(69)

Il-Bank qiegħed jistenna li jżomm bafer kapitali b'saħħtu matul il-perjodu ta' ristrutturar, permezz ta' żieda fil-qligħ imfaddal u tnaqqis fl-Assi Mwieżna għar-Riskji (“RWAs”). Il-Bank qiegħed jippjana li jżid il-profitti tiegħu, li qiegħed jippjana wkoll li jżommhom kompletament, permezz tal-azzjonijiet deskritti fil-premessi 65 sa 68. L-RWAs mistennija jonqsu b'madwar EUR [5-10] biljun mill-2013 sal-2016, bażikament bħala riżultat tat-tnaqqis kontinwu fuq il-ktieb tas-self (inklużi kanċellamenti, self indebolit ristrutturat u amortizzazzjoni tas-self), it-trattament ġdid tal-assi ta' taxxa differita (“DTAs”) (44) u l-użu ppjanat mill-Bank ta' (a) approċċ ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna (“IRB”) għall-ktieb tas-self tal-EBS u (b) mudelli IRB aġġornati għall-ktieb tas-self tal-AIB.

(70)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Irlandiżi pprovdew informazzjoni li s-CBI sejjer inaqqas ir-rekwiżit tal-kapital regolatorju minimu (45) minn 10,5 % għal […] % fiż-żmien qarib, liema tnaqqis għandu l-effett li jżid il-bafer kapitali tal-Bank b'EUR [0-5] biljun fl-2014, bl-affarijiet l-oħrajn kollha jibqgħu ugwali. Għalhekk, il-mira ta' 10,5 % stabbilita mis-CBI f'Novembru 2010 fil-kuntest tal-eżerċizzju PCAR mhijiex ser tibqa' rilevanti.

(71)

Meta wieħed iqis ir-rekwiżit tal-kapital regolatorju minimu ta' 8 % ta' Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni (“CET1”) matul il-perjodu, il-bafer kapitali tal-Bank huwa previst li jkun ta' EUR [0-5] biljun fl-2014 u madwar EUR [5-10] biljun fl-2017. B'livell limitu ta' kapital ta' 5,5 % (46), il-bafer kapitali mistenni jkun ta' EUR [5-10] biljun fl-2014.

(72)

Barra minn hekk, il-Bank għandu Strumenti Kapitali Kontinġenti (47) (“CoCos”) ta' EUR 1,6 biljun, li jistgħu jiġu kkonvertiti f'ishma ordinarji, jekk ikun hemm bżonn. Meta wieħed iqis il-CoCos, il-bafer kapitali fl-2014 mistenni jkun ta' EUR [5-10] biljun b'rekwiżit ta' kapital regolatorju minimu ta' 8 % u EUR [5-10] biljun b'livell limitu ta' kapital ta' 5,5 %.

(73)

Iċ-ċifri pprovduti għas-CET1 fil-premessi 71 u 72 jinkludu t-tnaqqis gradwali xieraq ta' DTAs (48). Id-DTAs rikonoxxuti tal-Bank, li jirriżultaw minn telf ta' taxxi mhux użati, jammontaw għal EUR 3,9 biljun fil-31 ta' Diċembru 2013.

2.6.2.   Ix-xenarju bażi alternattiv

(74)

Fil-11 ta' Frar 2014, il-Bank issottometta lill-Kummissjoni b'xenarju bażi alternattiv (“il-każ bażi alternattiv”) ibbażat fuq suppożizzjonijiet aktar prudenti, imqabbel max-xenarju tal-każ bażi. Is-suppożizzjonijiet aktar prudenti kienu jikkonċernaw l-evoluzzjoni tal-RWAs, ir-riżultati tal-Valutazzjoni tal-Karta Bilanċjali (Balance Sheet Assessment — BSA) (49), il-volum tas-self ġdid, taħlita differenti ta' finanzjament, spiża ogħla tal-fondi u ħlasijiet ogħla ta' dispożizzjoni, kif miġbura fil-qosor fit-Tabella 7. Fir-rigward tas-suppożizzjonijiet makro-ekonomiċi li huma sottostanti għal dan ix-xenarju bażi alternattiv, dawn huma l-istess bħal dawk li huma sottostanti għax-xenarju bażi deskritt fil-premessi 55 u 56.

Tabella 7

Xenarju Bażi Alternattiv: il-bidliet ewlenin fis-suppożizzjonijiet meta mqabbla max-xenarju bażi

Varjabbli

Xenarju bażi alternattiv (tibdil meta mqabbel max-xenarju bażi)

RWAs

Jinkludi r-riżultati tal-BSA u jinjora, għal raġunijiet ta' prudenza, l-impatt tal-użu ppjanat tal-mudelli IRB ġodda u aġġornati, li kienu għadhom iridu jiġu approvati mis-CBI (50). Bħala riżultat ta' dawn iż-żewġ bidliet, l-RWAs żdiedu b'EUR [3-8] biljun, EUR [3-8] biljun, EUR [3-8] biljun u EUR [3-8] biljun, rispettivament, meta mqabbel max-xenarju bażi għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017.

Dispożizzjonijiet għal indeboliment tas-self

Jinkludi r-riżultati tal-eżerċizzju BSA kompletament. L-eżerċizzju BSA identifika ħtieġa ta' proviżjonament addizzjonali ta' EUR 1,1 biljun, li minnhom EUR […] biljun biss kienu riflessi taħt ix-xenarju bażi. Dan ifisser li l-provvedimenti huma EUR […] biljun ogħla taħt ix-xenarju bażi alternattiv milli kienu fix-xenarju bażi fl-2013 u dan jirrifletti tnaqqis aktar lineari lejn il-livell ta' qabel il-kriżi. Dan implika ħlas ta' provvediment addizzjonali ta' EUR [500-1 000 ] miljun fl-2014, EUR [500-1 000 ] miljun fl-2015, EUR [0-500] miljun fl-2016 u EUR [0-500] miljun fl-2017, meta mqabbel max-xenarju bażi.

Self ġdid

Jikkunsidra li s-self il-ġdid għall-portafoll Kummerċjali, Korporattiv u tal-SMEs għal kull sena mbassra huwa limitat għat-tkabbir tal-PDG imbassar. Dan jimplika li l-produzzjoni ġdida akkumulata matul il-perjodu ta' ristrutturar hija EUR [2-4] biljun inqas milli kienet fix-xenarju bażi. (Is-suppożizzjonijiet tas-self il-ġdid iħallu impatt fuq l-RWAs b'EUR [0-3] biljun, EUR [0-3] biljun, EUR [0-3] biljun u EUR [0-3] biljun għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017, rispettivament).

Taħlita ta' finanzjament

Jinkludi proporzjon ogħla [bi 2 % sa 3 %] ta' finanzjament fit-tul sal-2016 meta mqabbel max-xenarju bażi.

Spiża tal-fondi

Jikkunsidra li l-evoluzzjoni tal-ispiża tad-depożiti għall-kontijiet b'terminu fiss tal-konsumaturi, tad-depożiti tal-SMEs u tad-depożiti Korporattivi ssegwi aktar mill-qrib l-evoluzzjoni tar-rata bażi pproġettata tal-BĊE, meta mqabbel max-xenarju bażi.

Sors: Il-pjan ta' ristrutturar tal-Bank u s-sottomissjoni kumplimentarja tal-11 ta' Frar u tas-27 ta' Marzu 2014.

(75)

Skont dawn is-suppożizzjonijiet aktar prudenti, il-Bank mhuwiex sejjer jirritorna għal profittabbiltà qabel l-2016, bi profitt imbassar wara t-taxxa ta' EUR [0-750] miljun, li jilħaq EUR [250-1 250] miljun fl-2017. Ir-ROE mistenni jkun [0,5-10] % fl-2016 u [5-15] % fl-2017.

(76)

Il-bafer kapitali tal-Bank huwa mbassar li jkun ta' madwar EUR [2-6] biljun fl-2014 u EUR [2-6] biljun fl-2017 fid-dawl tar-rekwiżit tal-kapital regolatorju minimu ta' 8 %. Meta wieħed iqis il-CoCos, il-bafer kapitali mistenni jkun ta' EUR [3-8] biljun fl-2014 b'rekwiżiti kapitali ta' 8 % (u EUR [3-8] biljun b'livell limitu ta' kapital ta' 5,5 %).

Tabella 8

Il-projezzjonijiet finanzjarji tal-Bank skont ix-xenarju bażi alternattiv

Indikaturi finanzjarji ewlenin

2014

Pjan

2015

Pjan

2016

Pjan

2017

Pjan

—   Kapital u RWAs

Proporzjon CT1 jew proporzjon CET1 (%)

[10-20 %]

[10-20 %]

[0-20 %]

[10-20 %]

Bafer kapitali (m EUR) vs. 8 % CT1/CET1

[2 000 -6 000 ]

[2 000 -6 000 ]

[2 000 -6 000 ]

[2 000 -6 000 ]

Bafer kapitali (m EUR) vs. 8 % CT1/CET1, inkluża l-konverżjoni ta' CoCos

[3 000 -8 000 ]

[3 000 -8 000 ]

[3 000 -8 000 ]

[3 000 -8 000 ]

RWAs (m EUR)

[55 000 -65 000 ]

[55 000 -65 000 ]

[55 000 -65 000 ]

[50 000 -60 000 ]

—   Profittabbiltà

NIM — minbarra l-ispejjeż ta' ELG (%)

[1,5-2,25 %]

[1,5-2,25 %]

[1,5-2,25 %]

[1,5-2,25 %]

Proporzjon spejjeż-dħul

[60-70 %]

[60-70 %]

[50-60 %]

[45-55 %]

Profitt wara t-taxxa (m EUR)

[EUR-ve 0-750]

[EUR-ve 0-750]

[0-750]

[250-1 250 ]

ROE

[Mhux sinifikanti]

[Mhux sinifikanti]

[0,5-10 %]

[5-15 %]

—   Finanzjament

LDR

[95-120 %]

[95-120 %]

[95-120 %]

[95-120 %]

—   Oħrajn

Self gross u ħlasijiet bil-quddiem lill-klijenti (m EUR)

[70 000 -80 000 ]

[65 000 -75 000 ]

[65 000 -75 000 ]

[65 000 -75 000 ]

Assi Totali (m EUR)

[100 000 -150 000 ]

[100 000 -150 000 ]

[100 000 -150 000 ]

[100 000 -150 000 ]

Sors: Il-pjan ta' ristrutturar tal-Bank u s-sottomissjoni kumplimentarja fil-11 ta' Frar u fis-27 ta' Marzu 2014.

2.6.3.   Il-każ avvers

(77)

Fil-każ avvers sottomess mill-Bank, il-PDG fl-Irlanda mistenni jikber b'1 % fl-2014, b'1,5 % fl-2015, bi 2,2 % fl-2016 u bi 2,2 % fl-2017. It-tkabbir tal-impjiegi sejjer jittardja sal-2015, meta huwa mistenni li jikber b'0,5 %, imbagħad b'1 % fl-2016 u b'1 % fl-2017. Huwa mbassar li l-prezzijiet tad-djar sejrin jiżdiedu b'1,2 % fl-2014, b'1,7 % fl-2015, b'1,9 % fl-2016 u b'1,9 % fl-2017. Il-PDG fir-Renju Unit huwa mistenni li jiżdied b'0,8 % fl-2014, b'1 % fl-2015, b'1,5 % fl-2016 u b'1,5 % fl-2017.

(78)

Il-każ avvers huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet makro-ekonomiċi aktar severi meta mqabbel kemm max-xenarju bażi kif ukoll max-xenarju bażi alternattiv. Madankollu, ix-xenarju bażi alternattiv iwassal għal profittabbiltà aktar baxxa u għal bafer kapitali aktar baxx meta mqabbel max-xenarju avvers, minħabba li s-suppożizzjonijiet li huma sottostanti għall-projezzjonijiet finanzjarji tal-Bank fir-rigward tal-evoluzzjoni tan-negozju tiegħu huma aktar severi fil-każ bażi alternattiv milli fix-xenarju avvers.

(79)

Huwa mbassar li d-dħul operattiv tal-Bank fil-każ avvers jiżdied minn EUR [1-3] biljun fl-2014 għal EUR [1-3] biljun fl-2017. Il-profitt operattiv qabel il-provvedimenti huwa pproġettat li jiżdied minn EUR [0-1] biljun fl-2014 għal EUR [0,75-1,75] biljun fl-2017. Fil-każ avvers, il-Bank huwa mistenni li jirritorna għall-profittabbiltà matul is-snin (2014-2016), bi profitt qabel it-taxxa ta' EUR [0-750] miljun.

(80)

Huwa mbassar li l-proporzjon spejjeż-dħul sejjer jitjieb minn [60-70] % fl-2014 għal [45-55] % fl-2017.

(81)

Fil-każ avvers, il-proporzjonijiet CET1 tal-Bank huma mbassra li jkunu [10-20] % fl-2014, [10-20] % fl-2015, [10-20] % fl-2016 u [10-20] % fl-2017. Dan ikun ifisser bafer kapitali ta' EUR [3-8]biljun fl-2014, EUR [3-8]biljun fl-2015, EUR [3-8]biljun fl-2016 u EUR [3-8]biljun fl-2017, meta wieħed iqis rekwiżit ta' kapital regolatorju minimu ta' 8 %.

2.7.   SKEDA TA' ĦLAS LURA

(82)

Qabel l-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar, il-Bank se jibda jħallas lura l-Għajnuna mogħtija mill-Istat permezz tal-ħlas ta' dividendi jew b'mezzi oħrajn, bil-kundizzjoni li huwa jkollu mill-inqas minn 1 sa 4 % ta' kapital żejjed 'il fuq mill-proporzjon CET1 minimu regolatorju (fuq bażi ta' Basel III implimentata b'mod sħiħ) kif stabbilit mis-CBI fil-31 ta' Diċembru 2016. L-ammont ta' ħlas lura għandu jkun daqs l-eċċess 'il fuq mill-proporzjon CET1 minimu regolatorju b'żieda ta' 1-4 %.

(83)

Sabiex jiffaċilita dan il-ħlas lura, il-Bank mhuwiex sejjer jieħu passi li jwasslu għal ħruġ ta' kapital qabel […] sakemm […].

(84)

Il-Bank iżomm l-għażliet li jikkonverti parzjalment jew kompletament l-Ishma ta' Preferenza tal-NPRFC f'parità sat-13 ta' Mejju 2014 u minn hemm 'il quddiem f'perċentwal ta' 125 % tal-prezz tas-sottoskrizzjoni, minn qabel, jew bħala parti minn avveniment ta' ħruġ (jew ħruġ parzjali) li jirriżulta għall-Istat li jinvolvi lis-settur privat.

(85)

Fil-prinċipju, il-Bank jista' jiddisponi mill-CoCos tal-Istat fi kwalunkwe ħin. Madankollu, l-Irlanda tat l-impenn li l-Bank mhuwiex sejjer jifdi l-CoCos qabel ma jiġu ppubblikati r-riżultati tar-Reviżjoni tal-Kwalità tal-Assi/tat-Test tal-Istress (“AQR/ST”) (51), imwettqa mill-BĊE u mill-Awtorità Bankarja Ewropea (“ABE”). Barra minn hekk, dawn għandhom ikunu soġġetti wkoll għal approvazzjoni regolatorja.

2.8.   IMPENJI PROPOSTI MILL-IRLANDA

(86)

L-awtoritajiet Irlandiżi taw numru ta' impenji li għandhom jiġu osservati mill-Bank matul il-perjodu tar-ristrutturar. Dawn l-impenji jirrigwardjaw:

ir-ristrutturar tal-ipoteki u tal-portafolli tas-self lill-SMEs

L-issodisfar ta' miri ta' ristrutturar kwantitattivi għar-ristrutturar/proposti għal soluzzjonijiet sostenibbli;

L-aħjar għażla ta' ristrutturar għandha tkun ibbażata fuq il-massimizzazzjoni tal-Valur Preżenti Nett;

is-self ġdid lil […] huwa limitat għal […] fi […] u […]. Is-self il-ġdid jista' jaqbeż il-limiti, bil-kundizzjoni li l-bilanċ totali tas-self gross tal-għeluq ma jaqbiżx […] fl-aħħar ta' […] u […] fl-aħħar ta' […], rispettivament.

il-ħlas lura tal-Għajnuna mill-Istat (permezz ta' dividendi jekk il-proporzjon kapitali tal-bank jaqbeż ir-rekwiżit tal-kapital regolatorju minimu b'żieda ta' 1-4 % mill-2016),

in-noti kapitali kontinġenti (CoCos, EUR 1,6 biljun) mhumiex ser jiġu amortizzati qabel isiru magħrufa r-riżultati tal-AQR/ST,

tnaqqis tal-ispejjeż ta' EUR [200-600] miljun sal-2015, imqabbel mal-2012, kif ukoll proporzjon spejjeż-dħul ta' [45-65] % jew [50-70] %, rispettivament, jekk it-tkabbir tal-PDG ikun taħt it-2 %,

il-limitazzjoni tal-espożizzjoni għall-bonds Sovrani Irlandiżi għal EUR [10-20] biljun,

impenji komportamentali fuq il-limitazzjoni tal-akkwiżizzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, ir-reklamar u l-isponsorizzazzjoni fl-Irlanda, il-projbizzjoni tad-dividendi u l-projbizzjoni tal-kupuni fuq l-istrumenti eżistenti;

miżuri li jsaħħu l-kompetizzjoni fis-suq bankarju Irlandiż (“miżuri għall-ftuħ tas-suq”, li jinkludu pakkett ta' servizzi u pakkett dwar il-mobbiltà tal-klijenti),

il-ħatra ta' fiduċjarju tal-monitoraġġ sabiex jissorvelja r-rispett ta' dawn l-impenji.

(87)

L-Irlanda impenjat ruħha li tiżgura li l-pjan ta' ristrutturar sottomess fit-28 ta' Settembru 2012, kif issupplimentat, jiġi implimentat b'mod sħiħ, inklużi l-impenji stipulati fid-dettall fl-Anness.

3.   ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ RIGWARD EBS

(88)

Fil-31 ta' Mejju 2010, l-awtoritajiet Irlandiżi ssottomettew pjan ta' ristrutturar għall-EBS. Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni fil-fond minħabba li kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-pjan ta' ristrutturar mas-suq intern. B'mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk:

(i)

il-pjan ta' ristrutturar kienx addattat sabiex ireġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tal-EBS;

(ii)

l-għajnuna kinitx limitata għall-minimu neċessarju;

(iii)

kinux jeżistu biżżejjed miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(89)

Il-Kummissjoni nnotat li t-tbassir finanzjarju fil-pjan ta' ristrutturar kien inkonsistenti u ma kellux biżżejjed informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet makro-ekonomiċi skont ix-xenarju ta' każ avvers. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddubitat is-suppożizzjonijiet li huma sottostanti għall-kalkoli ta' EBS fir-rigward tal-evoluzzjoni tas-self ipotekarju fl-Irlanda fuq perjodu ta' żmien medju. Il-Kummissjoni fittxet ukoll kjarifika addizzjonali dwar is-suppożizzjonijiet ta' EBS fir-rigward tas-suq tad-depożiti korporattivi. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-pjan ta' ristrutturar ta' EBS issottovaluta l-livell ta' indeboliment tas-self ipotekarju għall-perjodu speċifikat, kif ukoll kien nieqes minn analiżi bir-reqqa fir-rigward tal-indebolimenti fuq il-ktieb tas-self kummerċjali waqt il-likwidazzjoni. Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni esprimiet dubji fir-rigward tal-kalkolu tal-proporzjon spejjeż-dħul ta' EBS u tal-ispiża tal-finanzjament tal-operaturi fuq perjodu ta' żmien medju.

(90)

Fir-rigward tal-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu, il-Kummissjoni osservat li hija ma kellhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tikkonkludi jekk ir-rekwiżit kienx sejjer jiġi ssodisfat, meta wieħed iqis id-diskrepanza bejn l-objettiv tar-rikapitalizzazzjoni u l-previżjonijiet tal-pjan ta' ristrutturar, li stabbilixxew li EBS mistennija teċċedi r-rekwiżit tal-kapital regolatorju minimu bil-kbir.

(91)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar kemm il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni stabbiliti fil-pjan kienu biżżejjed. Il-Kummissjoni kkritikat speċifikament li t-tnaqqis propost fil-karta bilanċjali kien sostanzjalment ferm inqas minn dak li normalment setgħet tistenna l-Kummissjoni minn bank li jkun irċieva ammont daqstant għoli ta' għajnuna, kemm f'termini assoluti kif ukoll f'termini ta' assi mwieżna għar-riskju.

(92)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-EBS, li pprovdiet elementi addizzjonali sabiex tappoġġja l-pjan ta' ristrutturar. Barra minn hekk, kien hemm żewġ partijiet interessati li ssottomettew kummenti li prinċipalment ikkonfermaw id-dubji tal-Kummissjoni fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżuri proposti bil-għan li jiġu indirizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kondiviżjoni tal-piżijiet. L-Irlanda ma tat l-ebda kumment.

(93)

F'Lulju 2011, l-EBS ġiet amalgamata mal-AIB u saret sussidjarja kompletament integrata tal-Bank. B'riżultat ta' dan, l-EBS waqfet teżisti fuq bażi awtonoma. Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li kienet relatata mal-EBS bħala entità awtonoma, saret nulla u l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tkomplix għaddejja bil-proċedura. Barra minn hekk, billi l-kummenti sottomessi mill-EBS u miż-żewġ partijiet interessati jirrigwardjaw miżuri li huma intiżi biex jindirizzaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kondiviżjoni tal-piżijiet skont pjan ta' ristrutturar sottomess għal EBS, li mhux ser jibqa' jiġi implimentat, dawn il-kummenti mhumiex rilevanti fir-rigward tal-pjan ta' ristrutturar sottomess għall-Bank (l-AIB u l-EBS amalgamati) u, għalhekk, il-Kummissjoni ma għandha ebda raġuni sabiex teżaminahom fid-deċiżjoni preżenti. Minflok, fit-Taqsima 5.2 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna oriġinarjament mogħtija favur l-EBS, flimkien mal-miżuri oriġinarjament mogħtija favur l-AIB u dawk mogħtija favur il-Bank, fid-dawl tal-pjan ta' ristrutturar sottomess għall-Bank, inkluża l-vijabbiltà tal-Bank, il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu u l-adegwatezza tal-miżuri intiżi biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

4.   IL-POŻIZZJONI TAL-AWTORITAJIET IRLANDIŻI

(94)

L-Irlanda taċċetta li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u hija tal-opinjoni li l-miżuri huma kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat minħabba li huma neċessarji sabiex jirrimedjaw it-taqlib serju fl-ekonomija Irlandiża.

(95)

Kif ġie deskritt fit-Taqsima 2.7 ta' din id-Deċiżjoni, l-Irlanda speċifikat serje ta' impenji, li huma stipulati fid-dettall fl-Anness.

5.   VALUTAZZJONI

5.1.   L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(96)

Il-Kummissjoni l-ewwel trid tevalwa jekk il-miżuri mogħtija lill-benefiċjarji jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Skont din id-dispożizzjoni, l-għajnuna mill-Istat hija kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi, billi hija taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(97)

Biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat hemm bżonn li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) il-miżura għandha tiġi ffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat; (ii) hija trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (iii) dan il-vantaġġ għandu jkun selettiv; u (iv) il-miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Sabiex dawn il-kundizzjonijiet ikunu kumulattivi, iridu dejjem ikunu preżenti qabel ma miżura tiġi kkaratterizzata bħala għajnuna mill-Istat.

(98)

Il-Kummissjoni diġà stabbilixxiet f'deċiżjonijiet preċedenti (52) li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat ġew issodisfati għall-miżuri kollha ta' għajnuna għar-ristrutturar elenkati fit-Tabella 3 u li, għalhekk, dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna skont it-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni. Il-Kummissjoni għadha ssostni din l-opinjoni u tirrimarka li l-ammont ta' għajnuna totali f'rikapitalizzazzjoni u miżuri ta' assi indeboliti ġie kkalkolat bħala EUR 22,475 biljun. Dan l-ammont jinkludi rikapitalizzazzjonijiet ta' EUR 20,775 biljun għall-AIB u l-EBS u għall-entità amalgamata u miżuri ta' assi indeboliti ta' EUR 1,7 biljun (ammont stmat) għall-AIB u l-EBS. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet inkonsiderazzjoni l-garanziji favur l-AIB u l-EBS (53).

(99)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-amortizzazzjoni tal-Ishma ta' Preferenza tal-2009 (qabel jew wara l-espansjoni) u r-reinjezzjoni sussegwenti tal-istess ammont fil-forma ta' ishma ordinarji ma jikkostitwixxu ebda għajnuna ġdida. Il-Kummissjoni diġà approvat dik il-miżura fid-Deċiżjonijiet fil-kawżi N 241/09 u SA.32891 (N 553/10).

5.2.   IL-KOMPATIBBILTÀ

5.2.1.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat

(100)

L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jistabbilixxi li l-għajnuna mill-Istat tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern meta hija tingħata sabiex “tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru”.

(101)

Minkejja rkupru ekonomiku b'pass kajman li ilu jiġi osservat mill-2013, il-Kummissjoni xorta waħda tqis li r-rekwiżiti għall-għajnuna mill-Istat, li għandhom jiġu approvati skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, qegħdin ikomplu jiġu ssodisfati fid-dawl tal-istress persistenti fis-swieq finanzjarji. F'Lulju 2013, il-Kummissjoni kkonfermat din l-opinjoni billi adottat il-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat bil-għan li tappoġġja l-miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (54).

(102)

F'okkażjonijiet preċedenti, is-CBI diġà kkonferma li l-Bank għandu importanza sistemika għas-suq finanzjarju fl-Irlanda (55). Mingħajr il-miżuri ta' għajnuna għar-ristrutturar mogħtija, l-awtorità superviżorja setgħet għalqet il-Bank, jew l-AIB u l-EBS qabel ma seħħet il-fużjoni, minħabba ksur tar-rekwiżiti tal-kapital regolatorju minimu.

5.2.2.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà

(103)

Il-miżuri kollha identifikati bħala għajnuna mill-Istat ġew ipprovduti fil-kuntest tar-ristrutturar tal-Bank (l-entità amalgamata). Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturar lill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex ikun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, ir-ristrutturar ta' istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali għandu (i) iwassal għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà tal-bank, (ii) jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti mill-benefiċjarju (kondiviżjoni tal-piżijiet) u jiżgura li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju u (iii) jinkludi biżżejjed miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(104)

Għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tagħha, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq ix-xenarju bażi alternattiv propost mill-Bank, li jistrieħ fuq suppożizzjonijiet aktar prudenti mix-xenarju bażi.

It-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul

(105)

Kif indikat il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, jeħtieġ li l-Istat Membru jipprovdi pjan ta' ristrutturar komprensiv li juri kif il-vijabbiltà fit-tul tal-entità tista' titreġġa' lura mingħajr għajnuna mill-Istat f'perjodu ta' żmien raġonevoli u fi żmien massimu ta' ħames snin. Skont il-punt 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-vijabbiltà fit-tul tinkiseb meta bank ikun kapaċi jikkompeti fis-suq għall-kapital fuq il-merti tiegħu stess b'konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Sabiex bank ikun jista' jagħmel dan, huwa għandu jkun jista' jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu u jipprovdi redditu xieraq fuq l-ekwità, billi jieħu f'kunsiderazzjoni l-profil tar-riskju tal-bank. Il-Punt 14 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jistipula li l-vijabbiltà fit-tul tirrikjedi li kwalunkwe għajnuna mill-Istat riċevuta jew tinfeda maż-żmien, jew inkella tiġi rrimunerata skont il-kundizzjonijiet tas-suq normali, sabiex b'hekk jiġi żgurat li kwalunkwe forma ta' għajnuna mill-Istat addizzjonali tiġi tterminata.

(106)

L-awtoritajiet Irlandiżi ssottomettew pjan ta' ristrutturar li jistabbilixxi l-istrateġija tal-Bank li jerġa' lura għall-vijabbiltà mingħajr aktar għajnuna mill-Istat billi jiffoka fuq (i) ir-riorjentazzjoni tal-Bank f'istituzzjoni iżgħar, li tkun iffokata fuq l-Irlanda, bi profil ta' finanzjament imtejjeb; (ii) livelli mtejba ta' profittabbiltà permezz tat-tisħiħ tal-NIM, miżuri intiżi biex inaqqsu l-ispejjeż u ħlasijiet ta' indeboliment gradwalment imnaqqsa; u (iii) iż-żamma ta' bafer kapitali b'saħħtu.

(i)   istituzzjoni iżgħar, li tkun iffukata fuq l-Irlanda, bi profil ta' finanzjament imtejjeb

(107)

Il-Bank diġà ħa miżuri ta' ristrutturar estensivi li wasslu għal karta bilanċjali konsiderevolment iżgħar meta mqabbla mal-livelli ta' qabel il-kriżi, li kienu r-riżultat ta' tkabbir mhux ikkontrollat (EUR 118 biljun fl-2013 imqabbel ma' EUR 136,7 biljun fl-2011 (56)). It-tnaqqis inkiseb l-aktar permezz ta' disponimenti ta' negozju barranin, trasferimenti ta' assi ta' “proprjetà b'riskju għoli” lill-NAMA u diżingranaġġ ta' assi oħrajn (57). Bħala riżultat, l-espożizzjoni attwali tal-Bank għas-settur tal-proprjetà u tal-kostruzzjoni tnaqqset u mistennija li tkompli tonqos f'termini relattivi sal-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-istrateġija l-ġdida hija prudenti u xierqa f'ambjent ta' wara l-kriżi. Il-Bank impenja ruħu li jillimita s-self għal […] sabiex isostni l-istrateġija tan-negozju aktar prudenti tiegħu.

(108)

Il-Bank qiegħed isaħħaħ ukoll ir-ritorn tiegħu lejn mudell bankarju aktar konservattiv u tradizzjonali, fejn huwa jiffinanzja l-portafoll tas-self tiegħu b'mod sostanzjali permezz ta' depożiti tal-klijenti b'LDR ipproġettat taħt [95-120] % fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar skont ix-xenarju bażi alternattiv. Din il-mira hija r-riżultat tal-pjan ta' diżingranaġġ ambizzjuż u b'kisbiet tajbin, kif ukoll ir-riżultat ta' suppożizzjonijiet relattivament prudenti rigward l-evoluzzjoni tal-volum tad-depożiti. Il-Kummissjoni tinnota b'mod pożittiv li l-Bank qiegħed jipproġetta li ma jkunx dipendenti żżejjed fuq il-finanzjament tal-operaturi u fuq sorsi ta' finanzjament istituzzjonali, bħal finanzjament mill-BĊE, skont ix-xenarju bażi alternattiv.

(ii)   livelli mtejba ta' profittabbiltà

(109)

Fir-rigward tar-ritorn għall-profittabbiltà, il-pjan jistabbilixxi taħlita xierqa ta' azzjonijiet ippjanati. Fost l-oħrajn, sejjer jingħata self ġdid b'rati ta' imgħax ogħla. Barra minn hekk, l-ipprezzar tas-self (tal-portafoll) u tad-depożiti għandu jittejjeb, kull fejn possibbli. Dawn il-miżuri, flimkien mat-twaqqif tal-ħlasijiet ta' garanzija tal-iskema ELG, jippermettu lill-Bank jikseb l-irkupru tal-NIM tiegħu b'mod progressiv.

(110)

Barra minn hekk, l-azzjonijiet ippjanati tal-Bank, b'mod partikolari l-programm ta' waqfien volontarju mix-xogħol (58) u r-reviżjoni tal-paga u l-benefiċċji, li għandhom l-għan li jnaqqsu l-ispejjeż operattivi tiegħu (b'EUR [200-600] miljun sal-2015, meta mqabbla mal-livelli tal-2012), għandhom jagħtuh iċ-ċans li jilħaq bażi ta' spejjeż operattivi aktar sostenibbli fid-dawl tal-prospetti/abbiltà tal-Bank li jiġġenera dħul. Dawn l-azzjonijiet, ikkombinati maż-żieda ppjanata fid-dħul, għandhom jgħinu lill-Bank itejjeb il-proporzjon spejjeż-dħul tiegħu b'mod sinifikanti (imbassar għal [45-55] % fl-2017 meta imqabbel ma' 123 % fl-2012). F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tilqa' l-impenn mogħti mill-Irlanda fuq it-tnaqqis tal-ispejjeż operattivi tal-Bank b'EUR [200-600] miljun sal-2015, meta mqabbel mal-2012, kif ukoll l-impenn li l-proporzjon spejjeż-dħul mhuwiex ser jaqbeż [il-45-65] % (sakemm it-tkabbir tal-PDG ma jkunx inqas minn 2 %, f'liema każ il-proporzjon spejjeż-dħul ma jkunx aktar minn [50-70] %).

(111)

Il-Bank qiegħed ibassar ħlasijiet ta' indeboliment li jonqsu b'mod progressiv matul il-perjodu ta' ristrutturar skont ix-xenarju bażi alternattiv. Din ix-xejra ta' tnaqqis hija meqjusa bħala xierqa minħabba li (i) l-irkupru ekonomiku mistenni fl-Irlanda għandu jnaqqas il-pass tas-self mhux irkuprat ġdid, (ii) iż-żieda pproġettata fil-prezzijiet tad-djar għandha tillimita s-severità tat-telf fuq is-self ipotekarju u (iii) l-attivitajiet imsaħħa ta' ġestjoni tal-krediti tal-Bank (59) għandhom jaċċelleraw/itejbu l-ġbir tas-self u r-ristrutturar tas-self. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tilqa' l-impenn mogħti mill-Irlanda fir-rigward tal-miri ta' ristrutturar kwalitattivi u kwantitattivi tal-Bank relatati mal-portafoll tas-self ipotekarju u tal-SMEs.

(112)

Skont ix-xenarju bażi alternattiv, il-Bank mhuwiex ser jerġa' lura għall-profittabbiltà qabel l-2016. Minkejja l-impatt tal-ħlasijiet ta' indeboliment, il-profittabbiltà tal-Bank hija strutturalment dgħajfa minħabba portafoll b'legat kbir ta' assi b'rendiment baxx (ipoteki indiċizzati u bonds tal-NAMA). Bħala riżultat, l-ROE sejjer jibqa' baxx sal-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar, fejn jilħaq biss [il-5-15] % fl-2017. Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Bank jinsab miexi fid-direzzjoni t-tajba sabiex jilħaq livelli/profittabbiltà ta' ROE aktar kompetittivi fil-ġejjieni, hekk kif is-self ġdid b'marġini ogħla u s-self bi prezzijiet ġodda (il-portafoll) għandhom jikkumpensaw b'mod progressiv ir-reżistenza fuq il-profittabbiltà li tirriżulta minn dawk l-assi legati b'rendiment baxx. Għalhekk, il-profittabbiltà mistennija titjieb b'mod gradwali.

(iii)   bafer kapitali b'saħħtu

(113)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tinnota b'mod pożittiv li l-Bank huwa istituzzjoni kapitalizzata sewwa li għandha bafer kapitali komdu sal-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar. Skont ix-xenarju bażi alternattiv, il-Bank sejjer iżomm bafer kapitali ta' EUR [2-6] biljun fl-2017 b'rekwiżit ta' kapital regolatorju minimu ta' 8 % (u EUR [3-8]biljun b'livell limitu ta' 5,5 %), li għandu jippermetti lill-Bank jassorbi aktar telf jekk l-irkupru ekonomiku tal-Irlanda jkun aktar baxx milli mbassar. Barra minn hekk, il-Bank għandu EUR 1,6 biljun ta' CoCos disponibbli sabiex isaħħaħ il-bażi kapitali tiegħu, jekk ikun hemm bżonn. F'dan ir-rigward, l-Irlanda tat l-impenn li l-Bank mhuwiex sejjer jifdi l-CoCos sakemm jiġu ppubblikati r-riżultati tal-AQR/ST.

(114)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Bank qiegħed jippjana li jifdi l-Ishma ta' Preferenza tal-2009 (60) qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ristrutturar. Sat-13 ta' Mejju 2014, l-amortizzazzjoni tinsab f'parità u wara din id-data għandha tiġi applikata żieda ta' 25 %. Huwa previst li l-ammont tal-Ishma ta' Preferenza għandu jiġi amortizzat lill-Istat, li minnufih għandu jinvesti mill-ġdid l-istess ammont fil-forma ta' ekwità (ishma ordinarji) fil-Bank. Bħala konsegwenza, mhu se jkun hemm l-ebda bidla fid-daqs tal-karta bilanċjali tal-Bank. Madankollu, l-istruttura kapitali tal-Bank għandha tittejjeb fid-dawl tar-regoli ġodda ta' Basel III (61). Barra minn hekk, is-sehem tal-Istat fil-Bank sejjer jiżdied b'mod marġinali mil-livell attwali tiegħu ta' 99,8 % bħala konsegwenza ta' din l-operazzjoni.

(iv)   konklużjoni

(115)

L-inizjattivi meħuda diġà mill-AIB (jiġifieri d-diżingranaġġ, it-tnaqqis tal-ispejjeż, il-profil tal-finanzjament imtejjeb) flimkien ma' dawk ippjanati matul il-perjodu tar-ristrutturar sabiex titreġġa' lura l-profittabbiltà tiegħu (jiġifieri self ġdid bi prezz ogħla/ipprezzar mill-ġdid tas-self u d-depożiti tal-portafoll, it-tnaqqis ulterjuri tal-ispejjeż relatati mal-persunal u l-attivitajiet imsaħħa ta' ġestjoni tal-krediti (62)) huma adegwati fir-rigward tan-natura tad-diffikultajiet finanzjarji tal-Bank (63).

(116)

Għaldaqstant, il-pjan ta' ristrutturar jistabbilixxi b'mod konvinċenti l-istrateġija addattata għar-ritorn tal-Bank għal vijabbiltà fit-tul. Il-kombinazzjoni tal-azzjonijiet deskritti hawn fuq tidher li hija addattata sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà futura tal-Bank mingħajr il-ħtieġa ta' appoġġ ulterjuri mill-Istat.

(117)

Madankollu, ir-ritorn tal-Bank għall-profittabbiltà jista' jtawwal sal-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar minħabba l-assi legati b'rendiment baxx tal-Bank. Għalhekk, l-ROE tal-Bank, skont ix-xenarju ta' każ bażi alternattiv, jibqa' f'livell komparattivament baxx, anki fl-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar, iżda juri xejra moderata 'l fuq.

(118)

Meta wieħed iqis l-elementi msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi b'mod ġenerali li l-pjan ta' ristrutturar tal-Bank jistabbilixxi b'mod konvinċenti x'inhi t-triq li għandu quddiemu sabiex ireġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tiegħu.

Limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu: kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet

(119)

It-taqsima 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika li hija meħtieġa kontribuzzjoni xierqa mill-benefiċjarju sabiex l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu u jiġu indirizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-ħsara morali. Għal dan il-għan, hija tistabbilixxi li (i) l-ammont ta' għajnuna għandu jkun limitat u (ii) hija meħtieġa kontribuzzjoni proprja sinifikanti.

(120)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi wkoll li, sabiex l-għajnuna tinżamm limitata għall-minimu, il-bank għandu l-ewwel juża r-riżorsi proprji tiegħu sabiex jiffinanzja r-ristrutturar. L-ispejjeż assoċjati mar-ristrutturar mhux biss għandhom jinġarru mill-Istat iżda wkoll minn dawk li investew fil-bank. Dan l-objettiv jintlaħaq b'mod partikolari mill-assorbiment tat-telf bil-kapital disponibbli.

(121)

Is-sidien preċedenti tal-AIB kisbu l-kondiviżjoni tal-piżijiet kważi sħiħa. L-azzjonisti tneħħew u bħalissal-Istat jippossjedi 99,8 % tal-Bank. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ammont ta' kondiviżjoni tal-piżijiet mis-sidien preċedenti huwa sinifikanti u adegwat.

(122)

Fir-rigward tad-detenturi tad-dejn subordinat, bejn l-2009 u l-2011 twettqu serje ta' Eżerċizzji ta' Ġestjoni tal-Obbligazzjonijiet/Xiri Lura ta' Dejn, li kkontribwixxew għal EUR 5,4 biljun f'kapital tal-Grad 1 (xiri lura ta' strumenti tal-Grad 1 u tal-Grad 2). Bħalissa, fil-Bank għad fadal biss ammont marġinali ta' dejn subordinat (jiġifieri madwar EUR 34 miljun fil-31 ta' Diċembru 2012) […]. Għalhekk, il-kredituri subordinati kkontribwixxew b'mod adegwat sabiex jassorbu l-ispejjeż tar-ristrutturar.

(123)

Barra minn hekk, il-Bank ikkontribwixxa b'mod sinifikanti sabiex jerfa' l-ispiża tar-ristrutturar permezz tal-bejgħ tas-sussidjarji u tal-parteċipazzjonijiet (64). Billi jagħmel dan, il-Bank ikkontribwixxa EUR 3,3 biljun ta' Kapital tal-Grad 1 sabiex jillimita l-għajnuna għall-minimu neċessarju.

(124)

Il-Bank iħallas rimunerazzjoni fissa ta' 10 % fuq il-CoCos u 8 % fuq l-ishma ta' preferenza (fi flus kontanti jew permezz tal-ħruġ ta' ishma ordinarji ġodda in lieu). Barra minn hekk, tiġi applikata żieda ta' 25 % fuq l-ishma ta' preferenza jekk il-Bank ma jerġax jixtrihom sat-13 ta' Mejju 2014. Il-Kummissjoni qieset din ir-rimunerazzjoni bħala xierqa, għalkemm f'livell baxx, fid-dawl tas-sitwazzjoni diffiċli ta' AIB/tal-Bank (65).

(125)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan ta' ristrutturar tal-Bank jipprevedi l-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet xierqa.

Miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(126)

It-taqsima 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar titlob li l-pjan ta' ristrutturar ikun fih miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jindirizzaw id-distorsjonijiet fis-swieq fejn jopera l-benefiċjarju wara r-ristrutturar. Fil-każ preżenti, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-parteċipanti ġodda potenzjali jkunu jistgħu jidħlu faċilment fis-suq bankarju Irlandiż ikkonċentrat sabiex b'hekk tingħata spinta lill-kompetizzjoni.

(127)

Il-Bank jimpenja ruħu li jopera, bejn Lulju 2014 u Ġunju 2017, ċerti miżuri relatati mal-kompetizzjoni, jiġifieri, il-forniment lill-kompetituri rilevanti (66) ta' Pakkett ta' Servizzi u Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti.

(128)

Il-Pakkett ta' Servizzi għandu l-għan li jnaqqas l-ispiża tad-dħul jew l-ispiża tal-espansjoni ta' kompetitur. B'mod partikolari, il-benefiċjarju tal-Pakkett ta' Servizzi jirċievi appoġġ għal diversi funzjonijiet ta' sostenn (bħal approvazzjoni, trattament tat-tranżazzjonijiet fuq il-karti) bi spiża inkrementali mill-Bank (spejjeż imġarrba direttament mill-forniment ta' dan is-servizz) u mbagħad ikun jista' jiddeċiedi li jinvesti fl-infrastruttura tiegħu stess fi stadju aktar tard biss meta l-bażi ta' klijenti tiegħu tkun kbira biżżejjed sabiex tkun tiflaħ tassorbi l-ispejjeż fissi. Dan il-benefiċjarju jikseb ukoll aċċess għan-netwerk tal-ATM tal-Bank bi spiża inkrementali, sabiex minnufih jibda joffri kopertura nazzjonali lill-klijenti tiegħu.

(129)

Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti jnaqqas l-ispejjeż tal-akkwist tal-klijent għall-benefiċjarji tiegħu. Il-benefiċjarji jikkuntattjaw lill-klijenti tal-Bank, permezz tal-Bank, u jippreżentawlhom prodotti alternattivi għall-kontijiet kurrenti tagħhom, prodotti għall-karti ta' kreditu personali, kontijiet kurrenti ta' negozji, karti ta' kreditu ta' negozji, ipoteki, self korporattiv u self lil SMEs. Għalkemm huwa diffiċli li wieħed ibassar kemm ser ikun hemm klijenti tal-Bank illi jiddeċiedu li jaqilbu l-prodotti bankarji tagħhom mal-benefiċjarji tal-miżura, dan l-approċċ tal-klijent huwa aktar immirat u jiġi jiswa inqas flus mill-miżuri ta' reklamar ġenerali.

(130)

Il-miżuri deskritti hawn fuq jipprovdu qafas li jistimola dħul ġdid fis-suq bankarju Irlandiż u, b'hekk, jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna mogħtija lill-Bank.

(131)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tħares b'mod pożittiv lejn l-impenji mogħtija mill-Irlanda, li huma relatati ma' ċerti restrizzjonijiet kummerċjali matul il-perjodu tar-ristrutturar, b'mod partikolari l-limitu fuq is-self lil […] fi […] u […]. Il-projbizzjoni tal-akkwist tiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex jiġu akkwistati l-kompetituri, iżda biex isservi għall-iskop maħsub tagħha, jiġifieri li tiffinanzja l-proċess tar-ristrutturar. Barra minn hekk, il-Bank għandu jirrispetta l-impenji komportamentali relatati ma' projbizzjoni fuq ir-reklamar u l-isponsorizzazzjoni (67).

Implimentazzjoni u monitoraġġ

(132)

Fl-aħħarnett, it-taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tesiġi li jkunu disponibbli rapporti regolari ddettaljati għall-Kummissjoni, sabiex hija tkun tista' tivverifika li l-pjan ta' ristrutturar qiegħed jiġi implimentat kif suppost.

(133)

Għal dan il-għan, għandu jinħatar fiduċjarju tal-monitoraġġ li jipprovdi rapporti regolari lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar mill-Bank u dwar ir-rispett lejn l-impenji mogħtija.

(134)

Jekk wieħed iqis l-impenji, il-miżuri ta' ristrutturar estensivi li diġà ġew implimentati mill-Bank u fid-dawl tal-adegwatezza tal-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet kif stabbilit hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed salvagwardji sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, minkejja l-ammont kbir ta' għajnuna mogħtija lill-AIB u l-EBS qabel u wara l-fużjoni tagħhom.

5.3.   KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA U L-KOMPATIBBILTÀ

(135)

Il-miżuri minn “a” sa “o” elenkati fit-Tabella 3 huma meqjusa bħala għajnuna għar-ristrutturar skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Fid-dawl tal-impenji magħmula mill-Irlanda, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan ta' ristrutturar għall-Bank huwa konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, li l-għajnuna għar-ristrutturar hija limitata għall-minimu neċessarju u li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni qegħdin jiġu indirizzati biżżejjed. L-għajnuna għar-ristrutturar hija b'hekk kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-miżuri li ġejjin jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat:

Miżuri mogħtija favur l-AIB

(a)

Garanziji taħt l-iskema CIFS sa EUR 133 biljun;

(b)

Garanziji taħt l-iskema ELG sa EUR 62,5 biljun;

(c)

Miżura ta' salvataġġ tal-assi (trasferimenti lill-NAMA fl-ammont ta' EUR 20,4 biljun), li tikkostitwixxi ammont ta' għajnuna stmat ta' EUR 1,6 biljun;

(d)

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' ishma ta' preferenza f'Mejju 2009 għall-ammont ta' EUR 3,5 biljun;

(e)

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' kapital ta' ekwità ġdid f'Diċembru 2010 għall-ammont ta' EUR 3,7 biljun;

(f)

Garanzija tal-Istat fuq l-Assistenza ta' Emerġenza fil-Likwidità sat-tieni kwart tal-2011 għall-ammont ta' (bejn EUR 5 u 15-il biljun).

Miżuri mogħtija favur l-EBS

(g)

Garanziji taħt l-iskema CIFS sa EUR 14,4 biljun;

(h)

Garanziji taħt l-iskema ELG sa EUR 8,0 biljun.

(i)

Miżura ta' salvataġġ tal-assi (trasferimenti lill-NAMA fl-ammont ta' EUR 0,9 biljun), li tikkostitwixxi ammont ta' għajnuna stmat ta' EUR 0,1 biljun;

(j)

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' Ishma ta' Investiment Speċjali f'Mejju u Diċembru 2010 għall-ammont ta' EUR 0,625 biljun;

(k)

Rikapitalizzazzjoni permezz ta' għotja diretta fil-forma ta' ċedola f'Diċembru 2010 għall-ammont ta' EUR 0,25 biljun;

(l)

Garanzija tal-Istat fuq l-Assistenza ta' Emerġenza fil-Likwidità għal ammont ta' (EUR 0-5 biljun).

Miżuri mogħtija favur il-Bank (l-entità amalgamata)

(m)

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' ishma ordinarji f'Lulju 2011 għall-ammont ta' EUR 5 biljun;

(n)

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' noti kapitali kontinġenti f'Lulju 2011 għall-ammont ta' EUR 1,6 biljun;

(o)

Rikapitalizzazzjoni fil-forma ta' kontribuzzjoni kapitali f'Lulju 2011 għall-ammont ta' EUR 6,1 biljun.

2.   L-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 hija kompatibbli mas-suq intern f'konformità mal-Artikolu 107(3) tat-Trattat fid-dawl tal-pjan ta' ristrutturar u l-impenji stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

L-Irlanda tiżgura li l-pjan ta' ristrutturar ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2012, inklużi l-modifiki sussegwenti magħmula għalih, jiġi implimentat b'mod sħiħ, inklużi l-impenji stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 214, 7.8.2010, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 241/09, Ir-rikapitalizzazzjoni ta' Αllied Irish Bank mill-Istat Irlandiż (ĠU C 223, 16.9.2009, p. 2).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 553/10, It-tieni rikapitalizzazzjoni ta' emerġenza favur Allied Irish Banks plc (ĠU C 76, 10.3.2011, p. 4).

(4)  L-injezzjonijiet kapitali gross kienu ta' EUR 3,9 biljun u EUR 6,3 biljun, rispettivament, inklużi EUR 0,2 biljun ta' miżati mħallsa mill-ġdid minn AIB lill-gvern Irlandiż.

(5)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ppermettiet ir-rikapitalizzazzjoni bħala miżura ta' salvataġġ għal 6 xhur soġġetta għas-sottomissjoni ta' pjan ta' ristrutturar aġġornat. It-tieni pagament akkont tar-rikapitalizzazzjoni ma tħallasx fi Frar.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N160/10, Ir-rikapitalizzazzjoni ta' EBS (ĠU C 217, 11.8.2010, p. 2).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C25/10 (ex-N 212/10), Ir-ristrutturar ta' Educational Building Society (ĠU C 300, 6.11.2010, p. 17).

(8)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(9)  F'April 2012, ġie deċiż li Permanent TSB għandha tibqa' attiva bħala t-tielet mutwanti domestika flimkien ma' AIB u BoI.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.33296, Rikapitalizzazzjoni ta' emerġenza favur l-entità amalgamata Educational Building Society/Allied Irish Banks plc (ĠU C 268, 10.9.2011, p. 3).

(11)  Il-pjan ġie rreġistrat taħt in-numru tal-każ SA.29786.

(12)  L-aktar kontribuzzjonijiet supplimentari importanti ġew sottomessi fl-10 u fil-11 ta' Jannar, fit-13 ta' Frar u fl-20 u fis-27 ta' Marzu 2014 u kienu jikkonċernaw il-projezzjonijiet finanzjarji.

(13)  Ara n-nota 2 f'qiegħ il-paġna.

(14)  Ara n-nota 10 f'qiegħ il-paġna.

(15)  Reviżjoni tal-Valutazzjoni tal-Kapital Prudenzjali u Reviżjoni tal-Valutazzjoni tal-Likwidità Prudenzjali. Deskritti fid-dettall fil-premessi (25) sa (31) tad-Deċiżjoni fil-Każ SA.33296.

(16)  Il-Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Irlanda kien maqbul formalment f'Diċembru 2010. Huwa kien jinkludi pakkett ta' finanzjament konġunt ta' EUR 85 biljun u kien ikopri l-perjodu mill-2010 sal-2013.

(17)  Strumenti kapitali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 28, 29 u 31 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għall-impriżi ta' investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(18)  Kapital kontinġenti huwa dejn li jiġi kkonvertit f'ekwità meta jiġu ssodisfati ċerti skattaturi.

(19)  200 fergħa għall-AIB u 74 fergħa għall-EBS sa Diċembru 2013.

(20)  Fi Frar 2011, id-depożiti tal-klijenti li qabel kienu miżmuma minn Anglo Irish Bank ġew ittrasferiti lil Allied Irish Bank (GB), li issa qiegħed jipprovdi servizz ta' depożiti lil madwar 60 000 klijent fis-suq tal-massa fil-Gran Brittanja.

(21)  Ipoteki indiċizzati huma tip ta' ipoteki b'rata varjabbli. Ir-rata tal-imgħax tal-ipoteka tintraċċa r-rata bażi tal-Bank Ċentrali Ewropew f'marġini stabbilita 'il fuq minnha.

(22)  Ir-rata tal-BĊE li kienet ta' 4,25 % f'Lulju 2008 niżlet għal 1 % f'Mejju 2009.

(23)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 725/09, It-twaqqif ta' Aġenzija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Assi (National Asset Management Agency —NAMA) (ĠU C 94, 14.4.2010, p. 10).

(24)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 48/08, Skema ta' Garanziji għall-Banek fl-Irlanda (ĠU C 312, 6.12.2008, p. 2).

(25)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 349/09, Skema ta' Garanziji għall-Obbligazzjonijiet Eliġibbli tal-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU C 72, 20.3.2010, p. 6), u l-estensjonijiet tagħha.

(26)  AIB: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 241/09 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.31891 (N 533/10).

EBS: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 160/10.

(27)  Ara n-nota 10 f'qiegħ il-paġna.

(28)  Il-kontribuzzjoni kapitali mill-Ministru għall-Finanzi u mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Fond ta' Riżerva għall-Pensjonijiet kienet tammonta għal EUR 6,1 biljun; ma nħarġux ishma ġodda u ma ngħatat ebda kunsiderazzjoni inkambju għal din il-kontribuzzjoni kapitali.

(29)  Deskritti fil-premessi 18 sa 33 tad-Deċiżjoni N 241/09.

(30)  L-ammonti ta' għajnuna relatati mal-miżuri indeboliti ta' salvataġġ tal-assi għall-AIB u l-EBS huma ammonti stmati, minħabba li l-aħħar segmenti ta' assi ttrasferiti lill-NAMA għadhom iridu jiġu approvati mill-Kummissjoni. Dawk l-estimi huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Irlanda fl-14 ta' Frar 2013.

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali

(31)  Eżerċizzji ta' Ġestjoni tal-Obbligazzjonijiet: ir-riakkwist jew il-konverżjoni ta' dejn subordinat fi strumenti kapitali (Ekwità Komuni Grad 1), ġeneralment bi skont. Dawn l-eżerċizzji jistgħu jieħdu wkoll il-forma ta' tnaqqis fil-valur nominali tad-dejn jew amortizzazzjoni kmieni f'valur mhux nominali.

(32)  Is-sitwazzjoni kif kienet fit-30 ta' Ġunju 2013.

(33)  Ekwivalenti għal full-time.

(34)  Ir-ROE jinkludi l-Ishma ta' Preferenza f'ekwità medja.

(35)  Minbarra l-ekwità.

(36)  Il-miri tad-diżingranaġġ ta' EUR 20,5 biljun skont il-PLAR 2011 intlaħqu.

(37)  It-tnaqqis ikun saħansitra akbar — tant li jammonta għal 38 % — jekk jitkejjel apparagun taċ-ċifri tal-2009, qabel il-fużjoni tal-AIB u l-EBS, fejn l-assi totali ta' AIB u ta' EBS kienu jammontaw għal EUR 174,3 biljun u EUR 21,5 biljun, rispettivament.

(38)  Minbarra l-ekwità

(39)  It-tnaqqis tal-portafoll tas-self jirriżulta mill-kanċellamenti u mill-amortizzazzjonijiet li flimkien huma ogħla mill-produzzjoni l-ġdida.

(40)  Bonds maħruġa minn NAMA inkambju għall-assi (ħżiena) ttrasferiti lilha mill-istituzzjonijiet ta' kreditu parteċipanti. B'mod aktar partikolari, il-prezz tax-xiri tal-assi ttrasferiti lill-NAMA tħallas permezz tal-ħruġ minn NAMA ta' titoli/bonds ta' dejn superjuri garantiti mill-Istat għal 95 % tal-prezz tax-xiri u permezz tal-ħruġ ta' titoli ta' dejn subordinat (mhux garantiti mill-Istat) għal 5 %.

(41)  Il-proporzjonijiet tal-LCR ipproġettati jikkunsidraw il-bonds tal-NAMA miżmuma mill-Bank bħala Assi Likwidi ta' Kwalità Għolja, kif propost mill-Awtorità Bankarja Ewropea fir-rapport tagħha dwar il-miżuri ta' likwidità ta' Diċembru 2013. L-għamla finali tal-Proporzjon ta' Finanzjament Stabbli Nett sejra tiġi diskussa fil-ġejjieni.

(42)  Portafoll ta' self eżistenti mqabbel mal-produzzjoni l-ġdida.

(43)  Il-programm MARS tal-Bank ġie mniedi fl-2012 u segwa l-konsultazzjonijiet li saru mal-Gvern Irlandiż u mal-Bank Ċentrali tal-Irlanda dwar is-soluzzjonijiet potenzjali għall-ħruġ tal-arretrati ipotekarji. Skont din l-istrateġija, il-Bank jipprovdi għażliet ta' tolleranza ġodda għall-klijenti tal-ipoteki. Il-programm MARS issa qiegħed jopera b'mod sħiħ b'aktar minn 300 membru tal-persunal speċjalizzati li jikkollaboraw mal-klijenti tal-ipoteki li jesperjenzaw diffikultà finanzjarja.

(44)  Mill-1 ta' Jannar 2014, skont ir-regoli ta' Basel III.

(45)  Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, “kapital regolatorju minimu” ifisser il-kapital meħtieġ mis-CBI għall-banek Irlandiżi.

(46)  Fil-kuntest tal-Valutazzjoni Komprensiva li qiegħda titwettaq bħalissa mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Awtorità Bankarja Ewropea, jiġi applikat limitu massimu ta' 5,5 % tas-CET1 taħt xenarju avvers.

(47)  L-Istrumenti tal-Kapital Kontinġenti pendenti tal-Bank jinfdew immedjatament u b'mod obbligatorju u jiġu kkonvertiti f'ishma ordinarji f'każ li l-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta' ekwità komuni (il-Proporzjon rispettiv tas-CET1 wara d-data tal-implimentazzjoni tas-CRD IV) jaqa' taħt il-proporzjon tal-iskattatur ta' 8,25 %. Il-pakkett CRD IV (id-Direttiva u r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital) (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(48)  Fost l-oħrajn, ir-regoli l-ġodda taħt il-pakkett CRD IV jitolbu lill-Bank sabiex inaqqas mis-CET1 tiegħu l-valur tal-maġġoranza tal-assi fiskali differiti tiegħu, inklużi l-assi fiskali differiti kollha li jirriżultaw minn telf fiskali mhux użat. It-tnaqqis mis-CET1 għandu jiġi implimentat b'mod gradwali u indaqs fuq perjodu ta' għaxar snin.

(49)  Fl-2013, is-CBI wettaq eżerċizzju ta' BSA tal-istituzzjonijiet ta' kreditu soġġett għall-PCAR (AIB, BoI u PTSB). Ir-rekwiżit li titwettaq tali valutazzjoni kien maqbul mal-Fond Monetarju Internazzjonali, mal-Kummissjoni u mal-Bank Ċentrali Ewropew bħala parti mill-Programm. Dan l-eżerċizzju, li huwa eżerċizzju ta' punt fiż-żmien minħabba li ma kkunsidrax id-dħul jew it-telf li jista' jsir fil-ġejjieni u li, għalhekk, għadu ma seħħx, għandu l-għan li jevalwa mill-ġdid id-dispożizzjonijiet u l-RWAs sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza kapitali tal-banek f'Ġunju 2013.

(50)  Ara l-premessa 69.

(51)  Valutazzjoni Komprensiva, imwettqa mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Awtorità Bankarja Ewropea, inklużi Reviżjoni tal-Kwalità tal-Assi u Test tal-Istress tal-banek Ewropej ewlenin. Ir-riżultati mistennija jingħataw f'Ottubru 2014.

(52)  Għall-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni ara: id-Deċiżjoni fil-każ N 160/10, il-premessi 40 sa 47; id-Deċiżjoni fil-każ N 241/09, il-premessi 43 sa 48; id-Deċiżjoni fil-każ SA.31891 (N 553/10), il-premessi 59 sa 65) u d-Deċiżjoni fil-każ SA.33296, il-premessi 54 sa 60. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbilixxiet fid-deċiżjonijiet preċedenti li l-appoġġ mogħti taħt l-iskemi CIFS u ELG, kif ukoll taħt NAMA, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (ara l-premessi 37 u 41).

(53)  Ara t-Tabella 3 għall-ammonti rispettivi taħt l-iskemi CIFS u ELG.

(54)  ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1 (ara, b'mod partikolari, il-punt 6).

(55)  Ittra mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Irlanda lill-Ministru tal-Finanzi fid-19 ta' Novembru 2010.

(56)  Id-daqs tat-tnaqqis tal-karta bilanċjali huwa saħansitra akbar meta wieħed iħares lejn id-daqsijiet tal-karti bilanċjali tal-2009 qabel il-fużjoni tal-AIB u l-EBS. Flimkien, fl-2009, iż-żewġ istituzzjonijiet kellhom assi li qabżu l-EUR 195 biljun.

(57)  Ara t-Taqsima 2.5 ta' din id-Deċiżjoni.

(58)  Programm ta' rtirar kmieni u waqfien volontarju mix-xogħol.

(59)  Kif deskritt fil-premessa 68.

(60)  Ara l-premessa 46.

(61)  Mill-1 ta' Jannar 2018, l-ishma ta' preferenza ma jibqgħux jitqiesu bħala kapital tas-CET1.

(62)  Kif deskritt fil-premessa 68.

(63)  Ara l-premessi 32 sa 39.

(64)  Ara t-Taqsima 2.5 ta' din id-Deċiżjoni.

(65)  Ara l-premessi 62 sa 82 tad-Deċiżjoni fil-każ N 241/09 u l-premessi 76 sa 78 tad-Deċiżjoni fil-każ SA.33296.

(66)  Għall-finijiet ta' dak l-impenn, “kompetitur rilevanti” huwa definit bħala istituzzjoni ta' kreditu li topera fl-Irlanda u li ma tkunx taħt perjodu ta' ristrutturar ta' għajnuna mill-Istat meta titlob miżuri skont il-Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti jew tas-Servizzi.

(67)  Ara l-premessa 86 u l-Anness.


ANNESS

DOKUMENT BIL-KUNDIZZJONIJIET — IL-KAŻ SA.29786 — L-IRLANDA — IR-RISTRUTTURAR TAL-AIB

L-Irlanda timpenja ruħha li tiżgura li l-Pjan ta' Ristrutturar għall-AIB, li kien sottomess f'Settembru 2012, kif emendat u ssupplimentat permezz ta' komunikazzjonijiet bil-miktub, jiġi implimentat b'mod korrett u sħiħ. Dan id-dokument (l-hekk imsejjaħ “Dokument bil-kundizzjonijiet”) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet (l-“Impenji”) għar-ristrutturar tal-AIB, li l-Irlanda impenjat ruħha li timplimenta.

1.   Definizzjonijiet

F'dan id-dokument, sakemm il-kuntest ma jispeċifikax mod ieħor, is-singular għandu jinkludi l-plural (u viċi versa) u t-termini kapitalizzati użati hawnhekk għandhom it-tifsiriet li ġejjin:

1.1.

“Akkwiżizzjoni” jkollha t-tifsira attribwita lilha fil-Klawżola 6.1 hawnhekk.

1.2.

“AIB” tfisser Allied Irish Banks, p.l.c., inklużi l-kumpaniji sussidjarji u assoċjati tagħhom.

1.3.

“Spejjeż Operattivi Annwali” tfisser it-total ta' (1) l-ispejjeż marbuta mal-persunal, (2) l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u (3) id-deprezzament, l-indeboliment u l-amortizzazzjoni.

1.4.

“Ġurnata tax-Xogħol” tfisser ġurnata bejn u tinkludi t-Tnejn u l-Ġimgħa, iżda ma tinkludi l-ebda btala pubblika fl-Irlanda.

1.5.

“Ħruġ ta' Kapital” tfisser il-ħlas tad-dividendi lill-Istat fuq Azzjoni Ordinarja u x-xiri lura ta' Azzjoni Ordinarja mill-Istat.

1.6.

“Bank Ċentrali” tfisser il-Bank Ċentrali tal-Irlanda.

1.7.

“CIR” tfisser il-Proporzjon Spejjeż-Dħul, ikkalkolat bħala l-ispejjeż operattivi diviżi mid-dħul operattiv.

1.8.

“Klawżola” tfisser klawżola f'dan id-dokument biss u tali klawżola tifforma parti mid-dokument. Madankollu, l-intestaturi għall-Klawżoli huma għall-finijiet ta' konvenjenza biss u mhumiex vinkolanti.

1.9.

“Valutazzjoni Komprensiva” tfisser it-test tal-istress mifrux mal-UE kollha li twettaq fl-2014 mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Awtorità Bankarja Ewropea, li għandu jtejjeb it-trasparenza tal-karti bilanċjali tal-banek sinifikanti, inkluż tal-AIB.

1.10.

“Strument Kapitali Kontinġenti” tfisser l-istrument ta' dejn kontinġenti tal-Grad 2 b'valur ta' EUR 1,6 biljun maħruġ mill-AIB lill-Istat u deskritt f'aktar dettall fil-Partikolaritajiet tal-Lista ddatati s-27 ta' Ottubru 2011.

1.11.

“Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti” tfisser il-pakkett ta' miżuri deskritti fil-Klawżola 11.5 hawnhekk.

1.12.

“Data tad-Deċiżjoni Finali” tfisser il-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tadotta d-Deċiżjoni Finali fir-rigward tal-Pjan ta' Ristrutturar tal-AIB.

1.13.

“Data tat-Talba” tfisser il-jum li fih Kompetitur Rilevanti jitlob validament bil-miktub lill-AIB b'konnessjoni mal-pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti stabbilit fil-Klawżola 11.5 hawnhekk.

1.14.

“Portafoll tal-SMEs f'Diffikultà” tfisser portafoll speċifiku ta' Self lill-SMEs fi ħdan l-AIB li huwa ġestit mill-AIB Financial Solutions Group fil-31 ta' Diċembru 2012 u li huwa soġġett għal miri ta' riżoluzzjoni stabbiliti mill-Bank Ċentrali.

1.15.

“EBS” tfisser EBS Limited, inklużi l-kumpaniji sussidjarji u assoċjati tagħha.

1.16.

“Deċiżjoni Finali” tfisser id-deċiżjoni fejn il-Kummissjoni Ewropea tieħu deċiżjoni rigward il-Pjan ta' Ristrutturar u l-Għajnuna mill-Istat kollha mogħtija lill-AIB u l-EBS qabel u wara l-fużjoni tagħhom.

1.17.

“FRAND” tfisser ġust, raġonevol u mhux diskriminatorju.

1.18.

“PDG” tfisser il-Prodott Domestiku Gross tal-Irlanda kif irrapportat mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika tal-Irlanda.

1.19.

“Indebolit” fir-rigward ta' self tfisser li hemm evidenza oġġettiva ta' indeboliment bħala riżultat ta' avveniment wieħed jew aktar li seħħew wara r-rikonoxximent inizjali tal-assi (“avveniment ta' telf”) u dak l-avveniment (jew avvenimenti) ta' telf ikollu impatt tali li l-valur preżenti tal-flussi futuri tal-flus kontanti jkun inqas mill-valur nominali kurrenti tal-assi finanzjarju jew tal-grupp ta' assi finanzjarji u jkun jirrikjedi r-rikonoxximent ta' dispożizzjoni dwar indeboliment fid-dikjarazzjoni tad-dħul.

1.20.

“Spiża Inkrementali” tfisser l-ispejjeż addizzjonali mġarrba mill-AIB bħala konsegwenza diretta tal-provvista tas-servizzi lill-Kompetituri Rilevanti fl-applikazzjoni tal-Miżuri. B'mod partikolari, l-Ispejjeż Inkrementali ma jkopru l-ebda spiża varjabbli jew fissa li għandu jġorr l-AIB fin-nuqqas tal-Miżuri.

1.21.

“L-Irlanda” jew “Stat” ifissru ir-Repubblika tal-Irlanda u tinkludi l-awtoritajiet governattivi Irlandiżi, li minn żmien għal żmien jinkludu, mingħajr limitazzjoni, id-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin, id-Dipartiment tal-Finanzi u l-Bank Ċentrali.

1.22.

“Self li jkun skada” tfisser self fejn ikunu għaddew mill-inqas disgħin ġurnata minn meta jkun sar pagament sħiħ li jkun kuntrattwalment dovut u jinkludi self matul il-kors ta' ristrutturar fejn il-faċilità tas-self oriġinali tibqa' barra mit-termini oriġinali tagħha għal aktar minn 90 ġurnata. Meta self jew espożizzjoni jkunu skadew, l-espożizzjoni kollha tiġi rrapportata bħala li skadiet, mhux biss l-ammont ta' kwalunkwe eċċess jew arretrati.

1.23.

“Data tal-Posta” jkollha t-tifsira attribwita lilha fil-Klawżola 11.5.2.2 hawnhekk.

1.24.

“Sehem mis-Suq” tfisser il-proporzjon tas-suq, espress f'termini perċentwali, għal (i) fond jew (ii) fluss, miżmum minn impriża fi kwalunkwe suq partikolari fl-Irlanda (fis-sens ta' suq għal Prodott Rilevanti) u mkejjel fuq bażi prattika xierqa minn sors ta' riċerka esterna indipendenti, inklużi r-redditi regolatorji proposti mill-AIB u approvati mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (li l-approvazzjoni ma għandhiex tinżamm b'mod mhux raġonevoli) fuq bażi ta' każ b'każ qabel id-Data tat-Talba.

1.25.

“Kummerċjalizzazzjoni, Reklamar u Sponsorizzazzjoni” tfisser il-promozzjoni tan-negozju (jew ta' parti min-negozju) tal-AIB b'mezz ta' komunikazzjoni bħal televiżjoni, radju, aħbar stampata, Internet u mezz ta' komunikazzjoni simili.

1.26.

“Materjal” jkollha t-tifsira attribwita lilu fil-Klawżola 11.5.1.4 hawnhekk.

1.27.

“Miżuri” tfisser l-obbligi imposti fuq l-AIB permezz tal-impenji magħmula mill-Irlanda fil-Klawżoli minn 3 sa 11 hawnhekk.

1.28.

“Fiduċjarju tal-Monitoraġġ” tfisser persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar, indipendenti mill-AIB, li tiġi approvata/jiġu approvati mill-Kummissjoni Ewropea u maħtura mill-AIB u li għandha/għandhom id-dmir li timmonitorja/jimmonitorjaw il-konformità tal-AIB mal-impenji mehmuża mad-Deċiżjoni Finali u li r-rwol tagħha/tagħhom huwa deskritt b'mod aktar sħiħ fl-Iskeda hawnhekk.

1.29.

“Ipoteki” tfisser is-self kollu assigurat fuq proprjetà residenzjali fl-Irlanda maħruġ minn istituzzjoni ta' kreditu jew soċjetà tal-bini, fejn l-għan tal-avvanz tipikament ikun jew li jiffinanzja l-bidla fis-sjieda ta', jew it-titjib fil-proprjetà residenzjali li fuqha jiġi assigurat is-self, iżda li jista' jinkludi wkoll għanijiet mhux relatati mal-proprjetà. Kwalunkwe referenza għal Ipoteki tinkludi kemm proprjetà fejn l-okkupant huwa s-sid, kif ukoll proprjetà li tinxtara biex tinkera.

1.30.

“NAMA” tfisser l-Aġenzija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Assi stabbilita skont l-Att tal-2009 dwar l-Aġenzija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Assi.

1.31.

“Espożizzjoni Netta” tfisser, fir-rigward ta' klijent, l-espożizzjoni tas-self gross għal dak il-klijent, nieqsa kwalunkwe dispożizzjoni magħmula mill-AIB fir-rigward ta' dak il-klijent.

1.32.

“Data tan-Notifika” tfisser id-data li fiha l-AIB jinnotifika lill-Kompetitur Rilevanti li l-Materjal tal-aħħar għandu jintbagħat bil-posta mill-AIB.

1.33.

“NPRFC” tfisser il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Fond ta' Riżerva tal-Pensjonijiet.

1.34.

“Ishma ta' Preferenza tal-NPRFC” tfisser is-sehem ta' preferenza li jirriżulta mill-Investiment tal-NPRFC.

1.35.

“Investiment tal-NPRFC” tfisser is-sottoskrizzjoni mill-NPRFC għal EUR 3,5 biljun ta' sehem ta' preferenza fl-AIB u l-ħruġ ta' ċertifikat għal azzjoni ordinarja kompluta fil-31 ta' Mejju 2009.

1.36.

“Azzjoni Ordinarja” tfisser l-ishma ordinarji ta' EUR 0,01 kull wieħed fil-kapital tal-AIB.

1.37.

[…]

1.38.

“Kompetitur Rilevanti” tfisser impriża li fid-Data tat-Talba (1) ikollha liċenzja fl-Irlanda jew xi mkien ieħor sabiex topera bħala istituzzjoni ta' kreditu fl-Irlanda; (2) ma tkunx qiegħda tirċievi Għajnuna mill-Istat (jiġifieri banek li jkunu rċevew Għajnuna mill-Istat u li jkunu għadhom fil-perjodu tar-ristrutturar ma jitqisux bħala “Kompetituri Rilevanti”; madankollu, il-banek li rċevew Għajnuna mill-Istat iżda li l-perjodu ta' ristrutturar tagħhom ikun intemm jitqiesu bħala “Kompetituri Rilevanti”); u (3) ikollha (permezz tal-impriżi relatati kollha) Sehem mis-Suq ta' inqas minn 15 % ta' fond jew fluss tas-suq tal-Prodotti Rilevanti fejn l-AIB ikollu Sehem mis-Suq f'eċċess ta' 30 % tal-fond jew tal-fluss tas-suq tal-Prodotti Rilevanti, abbażi ta' kejl tas-Sehem mis-Suq minn sors ta' riċerka esterna indipendenti, inklużi r-redditi regolatorji proposti mill-AIB u approvati mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ.

1.39.

“Prodott Rilevanti” tfisser: (i) kontijiet kurrenti personali; (ii) karti ta' kreditu personali; (iii) kontijiet kurrenti ta' negozji; (iv) karti tal-kreditu ta' negozji; (v) Ipoteki u (vi) Self lil SMEs u self korporattiv.

1.40.

“Perjodu ta' Ristrutturar” jirreferi għall-perjodu mid-Data tad-Deċiżjoni Finali sal-31 ta' Diċembru 2017.

1.41.

“Pjan ta' Ristrutturar” tfisser il-pjan sottomess mill-AIB lill-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-Irlanda, f'Settembru 2012, kif emendat u ssupplimentat minn żmien għal żmien permezz ta' komunikazzjoni bil-miktub.

1.42.

“Skeda” tfisser skeda għal dan id-dokument biss u tali skeda tifforma parti mid-dokument. L-Iskeda hija parti integrali mid-dokument bil-kundizzjonijiet u hija ugwalment vinkolanti.

1.43.

“Self lil SME” tfisser is-self kollu lil kwalunkwe impriża żgħira u ta' daqs medju, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (1), li tkun involuta f'attività ekonomika fl-Irlanda, irrispettivament mill-forma legali (pereż. korporazzjoni, sħubija, negozjant indipendenti), li timpjega inqas minn 250 persuna u li l-fatturat annwali tagħha ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun jew li l-karta bilanċjali annwali tagħha ma taqbiżx it-EUR 43 miljun. Tali self jinkludi self garantit u mhux garantit permezz ta' self għal perjodu ta' żmien, self ipotekarju kummerċjali li jitħallas lura fuq perjodu ta' żmien definit sa 15-il sena, finanzjament tal-assi u finanzjament kummerċjali u skontar tal-fattura, kemm jekk ir-rata tal-imgħax għas-self ikkonċernat hija varjabbli, jew marġini fiss fuq rata tal-imgħax referenzjarja speċifikata jew inkella rata tal-imgħax fissa għat-terminu kollu jew għal parti mit-terminu tas-self. Eskluż minn din id-definizzjoni huwa kwalunkwe self lil entitajiet kummerċjali li mhumiex SMEs, persuni li jaġixxu bħala konsumaturi, il-“gvern” u kategoriji ta' klijenti “finanzjarji oħrajn”.

1.44.

“Għajnuna mill-Istat”, għall-finijiet ta' dan id-dokument bil-kundizzjonijiet, ikollha t-tifsira attribwita lilha fil-Klawżola 2.1 ta' hawnhekk.

1.45.

“Applikazzjoni Valida” tfisser applikazzjoni magħmula minn impriża li hija Kompetitur Rilevanti, fid-Data tat-Talba, għal servizz inkluż fil-Klawżola 11.5 hawnhekk u li tistabbilixxi f'dettall raġonevoli biżżejjed informazzjoni li tippermetti lill-AIB biex jipprovdi s-servizz.

2.   Il-Bażi tal-Miżuri

2.1.

Il-Miżuri stipulati hawn taħt jiddependu fuq jekk il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) tadottax id-Deċiżjoni Finali li l-għajnuna mill-Istat riċevuta mill-EBS u l-AIB, li tinkludi l-element ta' għajnuna mill-Istat tal-iskemi ta' garanziji bankarji tal-Irlanda fl-2008 u fl-2009, ir-rikapitalizzazzjonijiet mill-Irlanda tal-EBS, kif deskritti fid-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ N 160/10, ddatata it-2 ta' Ġunju 2010, kif ukoll tal-AIB, kif deskritti fid-Deċiżjonijiet dwar is-Salvataġġ N 241/09 ddatati t-12 ta' Mejju 2009, N 553/10 ddatata l-21 ta' Diċembru 2010 u SA.33296 ddatata l-15 ta' Lulju 2011, relatati magħha, u l-għajnuna mill-Istat ipprovduta lill-EBS u l-AIB bħala riżultat tal-NAMA (tali għajnuna dejjem ssir referenza għaliha hawnhekk bħala “Għajnuna mill-Istat”) hija kompatibbli mas-suq intern f'konformità mal-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.2.

L-AIB għandu jagħmel l-isforzi kollha raġonevoli sabiex jikkonforma mal-obbligi imposti fuqu bħala riżultat tal-Miżuri li jirriżultaw mill-impenji magħmula mill-Irlanda (inkluż li jfittex u jirċievi l-approvazzjonijiet kollha neċessarji).

2.3.

Fir-rigward tal-obbligu ta' AIB li jimplimenta dawn il-Miżuri, l-AIB ma għandux ikun obbligat li jikser kwalunkwe wieħed mill-obbligi legali tiegħu. F'każ ta' konflitt bejn obbligu li jirriżulta minn Miżura f'dan id-dokument dwar il-kundizzjonijiet u l-obbligi legali tal-AIB, dan tal-aħħar għandu jgħarraf lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ u jimpenja ruħu li jipproponi soluzzjoni alternattiva li tippermetti lil AIB li jissodisfa l-obbligi tiegħu. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jivverifika jekk is-soluzzjoni proposta hijiex konformi mal-impenji speċifikati fid-dokument bil-kundizzjonijiet u l-obbligi legali tal-AIB.

3.   Impenn għar-Ristrutturar tal-Portafoll tas-Self

3.1.

L-Irlanda tieħu l-impenn li l-AIB se jilħaq il-miri li ġejjin fir-rigward tar-ristrutturar tas-self (il-perċentwali kkwotati f'din il-Klawżola 3 huma perċentwal tal-bilanċ f'euro mfassal għal kull settur) għall-Ipoteki u s-Self lil SMEs maqbula bħala parti mill-Programm UE/FMI:

3.1.1.

sal-31 ta' Diċembru 2014, [80-100] % (2) tal-Portafoll tal-SMEs f'Diffikultà għandu jkun ġie ristrutturat (li jfisser li kien hemm komunikazzjoni formali mill-AIB mal-klijent tal-arranġament rivedut (pereżempju ftehim ta' self/dokument bil-kundizzjonijiet rivedut) jew fejn ikunu nbdew proċeduri legali); u

3.1.2.

sat-30 ta' Ġunju 2014, se jkunu ġew proposti soluzzjonijiet sostenibbli mill-AIB għal 75 % tal-Ipoteki li jkunu self li jkun skada, kif ukoll soluzzjonijiet li jkunu ġew konklużi mal-klijenti għal 35 % tal-Ipoteki li jkunu self li jkun skada.

3.2.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jikkollabora mal-klijenti fir-rigward tal-portafolli tas-self l-oħra li huma ġestiti mill-Financial Solutions Group tal-AIB u se tipproponi soluzzjonijiet sostenibbli għal [50-100] % ta' dan is-self sal-31 ta' Diċembru 2014.

3.3.

Billi tibda minn 3 xhur wara d-Data tad-Deċiżjoni Finali sal-aħħar tal-Perjodu tar-Ristrutturar, l-Irlanda timpenja ruħha li l-metodoloġija li għandha tiġi adottata mill-AIB sabiex jivvaluta liema soluzzjoni ta' ristrutturar hija l-aktar xierqa għal self lil SMEs, għal self lil kumpaniji u għal self għal proprjetà immobbli kummerċjali, li huma Indeboliti u/jew li huma self li jkun skada, se tkun ibbażata fuq kriterji ekonomiċi u kummerċjali, u hija spjegata kif ġej:

3.3.1.

Meta l-Espożizzjoni Netta lill-klijent taqbeż EUR [2,5-10] miljun, għandha titwettaq analiżi tal-Valur Preżenti Nett (“VPN”) tal-għażliet ta' ristrutturar, bil-għan li jiġi massimizzat il-VPN għall-AIB, iżda wkoll sabiex jiġi żgurat li l-vijabbiltà tal-SME jew tal-kumpanija ma tiġix ipperikolata b'riżultat ta' dan u, jekk is-soluzzjoni magħżula ma jkollhiex l-ogħla VPN, hija għandha tkun ibbażata fuq kriterji ekonomiċi u kummerċjali verifikabbli u d-deċiżjoni tkun teħtieġ l-approvazzjoni mill-Kumitat tal-Krediti tal-AIB.

3.3.2.

Meta l-Espożizzjoni Netta lill-klijent ma taqbiżx EUR [2,5-10] miljun, l-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jimplimenta b'mod effettiv u konsistenti linji gwida maħsuba biex jassistu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-mezzi adegwati tal-valutazzjoni tal-għażla ta' ristrutturar xierqa kemm għall-klijenti vijabbli kif ukoll għal dawk li mhumiex vijabbli.

4.   Impenn għal-limitazzjoni tas-self lil […]

4.1.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jimmira limitu totali ta' “self ġdid” lil […] ta' […] fi […] u […] fi […], rispettivament.

4.2.

Fid-diskrezzjoni unika tal-AIB, is-self ġdid jista' jaqbeż il-limiti għal […] imsemmija fil-Klawżola 4.1, bil-kundizzjoni li l-bilanċ totali tal-għeluq fir-rigward tas-self gross lil […] ma jaqbiżx […] fi tmiem […] u […] biljun fi tmiem […], rispettivament.

5.   Impenn għal Kummerċjalizzazzjoni, Reklamar u Sponsorizzazzjoni fl-Irlanda

5.1.

L-Irlanda timpenja li AIB għandu jillimita l-livell nominali tan-nefqa tiegħu esternament fuq il-Kummerċjalizzazzjoni, ir-Reklamar u l-Isponsorizzazzjoni fl-Irlanda fl-istess livell kif kien għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012 sal-aħħar tal-Perjodu tar-Ristrutturar (jiġifieri […] miljun għal kull sena).

5.2.

Matul il-Perjodu tar-Ristrutturar, l-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB ma jirreferi għall-ebda appoġġ mill-Istat li huwa jgawdi fil-kampanja ta' reklamar tiegħu, u lanqas ma jieħu xi miżura li tista' b'mod raġonevoli titqies bħala prattika kummerċjali aggressiva.

5.3.

Il-limitu massimu msemmi fil-Klawżola 5.1 ma japplika għall-ebda: (a) nefqa mitluba jew irrakkomandata minn kwalunkwe awtorità regolatorja jew governattiva; u/jew (b) nefqa relatata ma' kwalunkwe Miżura speċifikata hawnhekk; u/jew (c) nefqa relatata ma' karitajiet; u/jew (d) inizjattiva li tkun raġonevolment meħtieġa sabiex il-klijenti u persuni oħrajn jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet bħal frodi, atti kriminali (pereż. karti tal-flus iffalsifikati jew serqiet minn banek, bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-prodotti) jew espożizzjoni akbar għal riskju.

6.   Impenn li ma jsirux Akkwiżizzjonijiet u li jiġu aċċettati r-restrizzjonijiet fuq il-kamp ta' applikazzjoni tan-negozju ta' AIB għal perjodu ta' żmien

6.1.

L-Irlanda tintrabat li, mid-Data tad-Deċiżjoni Finali sa liema minn dawn jiġi l-aktar kmieni (a) it-tmiem tal-Perjodu tar-Ristrutturar; u (b) id-data sa meta l-Ishma ta' Preferenza tal-NPRFC u l-Istrument Kapitali Kontinġenti jkunu tħallsu b'mod sħiħ jew ma jibqgħux proprjetà tal-Irlanda, l-AIB għall-ebda raġuni, tkun xi tkun, ma jakkwista l-ebda sehem fi kwalunkwe impriża (jiġifieri impriża li għandha l-forma legali ta' kumpanija jew pakkett ta' assi li jifformaw negozju) (“Akkwiżizzjoni”), soġġett għall-eċċezzjonijiet imsemmija fil-Klawżola 6.2.

6.2.

L-AIB jista' jagħmel din l-Akkwiżizzjoni:

6.2.1.

bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Kummissjoni, fejn tali kunsens għandu jingħata fuq il-bażi li l-Akkwiżizzjoni titqies bħala li hija neċessarja f'ċirkostanzi eċċezzjonali sabiex titreġġa' lura l-istabbiltà finanzjarja jew sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva;

6.2.2.

meta l-prezz tax-xiri għal din l-Akkwiżizzjoni (minbarra s-suppożizzjoni tad-dejn) imħallas mill-AIB ikun inqas minn 0,01 % tal-assi totali tal-AIB fid-Data tad-Deċiżjoni Finali u l-prezz tax-xiri kumulattiv għall-Akkwiżizzjonijiet kollha magħmula matul il-Perjodu tar-Ristrutturar (minbarra s-suppożizzjoni tad-dejn) imħallas mill-AIB ikun inqas minn 0,025 % tal-assi totali tal-AIB fid-Data tad-Deċiżjoni Finali; jew

6.2.3.

meta l-Akkwiżizzjoni sseħħ matul il-kors ordinarju tan-negozju bankarju fil-ġestjoni tal-pretensjonijiet eżistenti għal impriżi f'diffikultà.

7.   Impenji fir-rigward tal-ħlasijiet fuq l-istrumenti kapitali

7.1.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB ma jagħmilx pagamenti diskrezzjonarji ta' kupuni jew jeżerċita l-opzjonijiet eżerċitabbli volontarji fuq l-istrumenti kapitali matul il-Perjodu tar-Ristrutturar, dejjem jekk:

7.1.1.

il-Kummissjoni ma tagħtix il-kunsens għall-pagament jew għall-opzjoni eżerċitabbli;

7.1.2.

il-pagament tal-kupun ma jitħallasx lill-Istat (diment li tali pagamenti ma jiskattawx pagamenti ta' kupuni lil investituri oħrajn li altrimenti ma jkunux obbligatorji); jew

7.1.3.

il-pagament ma jirriżultax taħt strument maħruġ ġdid (jiġifieri l-istrumenti maħruġa fi jew wara d-Data tad-Deċiżjoni Finali), diment li kwalunkwe pagament ta' kupuni fuq tali strumenti maħruġa ġodda ma joħloq ebda obbligu legali sabiex kwalunkwe pagamenti ta' kupuni fuq it-titoli tal-AIB jiġu effettwati qabel id-Data tad-Deċiżjoni Finali.

8.   Impenn għat-Tnaqqis tal-Ispejjeż

8.1.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jamministra l-ispejjeż b'mod attiv sabiex fil-31 ta' Diċembru 2015:

8.1.1.

L-Ispejjeż Operattivi Annwali tal-AIB ma jaqbżux is-somma ta' EUR […] miljun, li hija EUR [200-600] miljun inqas mill-figura ekwivalenti li ġiet irrapportata fl-2012 fir-rapporti finanzjarji; u

8.1.2.

Is-CIR tal-AIB ma jaqbiżx il-perċentwal ta' [45-65] %, sakemm it-tkabbir tal-PDG ma jkunx taħt it-2 % f'dak iż-żmien, f'liema każ is-CIR tiegħu ma għandux jaqbeż il-perċentwal ta' [50-70] %.

9.   Impenn fir-rigward tal-espożizzjoni tal-AIB għall-bonds tal-gvern Irlandiż

9.1.

L-Irlanda timpenja li l-valur tal-bonds tal-gvern Irlandiż miżmuma minn AIB, minbarra dawk il-bonds maħruġa minn NAMA, ma għandux jaqbeż € biljun [10-20] fi kwalunkwe punt fiż-żmien matul il-Perjodu tar-Ristrutturar.

10.   Impenn għall-Ħlas Lura tal-Għajnuna mill-Istat

10.1.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jħallas lura l-Għajnuna mill-Istat qabel tmiem il-Perjodu tar-Ristrutturar permezz tal-ħlas ta' dividendi jew b'mezzi oħrajn, f'ammont li jkun ugwali għall-kapital regolatorju eċċessiv 'il fuq mill-proporzjon CET1 minimu (fuq bażi ta' Basel III implimentata b'mod sħiħ) kif stabbilit mill-Bank Ċentrali (flimkien ma' bafer ta' 1-4 %) fil-31 ta' Diċembru 2016.

10.2.

L-Irlanda u AIB jirrikonoxxu li l-impenn imsemmi fil-Klawżola 10.1 huwa soġġett għall-ħruġ tal-approvazzjonijiet regolatorji u tal-approvazzjonijiet l-oħrajn kollha.

10.3.

Bil-għan li jiġi ffaċilitat il-ħlas lura msemmi fil-Klawżola 10.1, l-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB ma jieħu ebda pass li jwassal għal Ħruġ ta' Kapital qabel […] dejjem jekk […].

10.4.

Bla ħsara għall-Klawżoli 10.1 sa 10.3, l-Irlanda u l-AIB iżommu l-għażliet li:

10.4.1.

jikkonvertu parzjalment jew kompletament l-Ishma ta' Preferenza tal-NPRFC f'ekwità f'parità sat-13 ta' Mejju 2014 u minn hemm 'il quddiem f'perċentwal ta' 125 % tal-prezz tas-sottoskrizzjoni, minn qabel, jew bħala parti minn avveniment ta' ħruġ (jew ħruġ parzjali) li jirriżulta għall-Istat li jinvolvi lis-settur privat; u

10.4.2.

jiddisponu mill-Istrument Kapitali Kontinġenti tal-Istat fi kwalunkwe ħin, minkejja li l-AIB mhuwiex ser ikollu l-għażla li jamortizza l-Istrument Kapitali Kontinġenti tal-Istat sa wara li ssir il-Valutazzjoni Komprensiva, soġġett għal approvazzjoni regolatorja.

11.   Impenji għat-tħaddim ta' ċerti miżuri li jirrigwardjaw il-kompetizzjoni

11.1.

Mill-1 ta' Lulju 2014 għal perjodu ta' tliet snin, l-Irlanda timpenja ruħha li AIB jħaddem ċerti miżuri li jirrigwardjaw il-kompetizzjoni, jiġifieri jforni lill-Kompetituri Rilevanti b': (a) Pakkett ta' Servizzi; u (b) Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti.

11.2.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jikkontribwixxi EUR 500 000 fis-sena għal perjodu ta' tliet snin li jibda mill-1 ta' Lulju 2014 għal kampanja ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku (tali kampanja għandha tiġi ffaċilitata mill-Irlanda permezz ta' korp statali adegwat) bil-għan li titqajjem kuxjenza u jiġi promoss il-kunċett tal-bdil tal-klijenti.

11.3.

Kwalunkwe tilwima bejn l-AIB u Kompetitur Rilevanti fir-rigward ta' din il-Klawżola 11 tiġi riferuta mill-AIB u mill-Kompetitur Rilevanti lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li min-naħa tiegħu jipproponi soluzzjoni. F'każ li ma tinstab ebda soluzzjoni, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal riżoluzzjoni, li d-deċiżjoni tagħha tkun torbot.

Pakkett ta' Servizzi

11.4.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jħaddem Pakkett ta' Servizzi għall-Kompetituri Rilevanti li jfittxu li jiddisponu minn tali pakkett.

11.4.1.

L-AIB jipprovdi, bil-kundizzjonijiet FRAND u bil-kundizzjonijiet li jirkupraw l-Ispejjeż Inkrementali tal-AIB (inkluż l-ispiża rilevanti tal-kapital, u l-ispiża tal-kapital tfisser l-ispiża tal-fondi tal-AIB (pereż. id-dejn u l-ekwità) għas-sostenn ta' din l-attività), lill-Kompetituri Rilevanti:

11.4.1.1.

aċċess għas-sistema tal-ikklerjar bankarja tal-Irlanda (kemm is-servizzi ta' tranżazzjonijiet manwali kif ukoll it-tranżazzjonijiet elettroniċi);

11.4.1.2.

aċċess tal-karta ta' debitu għal kwalunkwe netwerk ta' kaxxiera awtomatiċi (ATM) fl-Irlanda, li tiegħu l-AIB huwa membru;

11.4.1.3.

aċċess għall-informazzjoni dwar is-suq (pereż. ir-rata tan-nuqqas ta' klijenti b'mod ġenerali u d-dejta makro/mikro-ekonomika b'mod ġenerali), iżda tali aċċess jkun soġġett għal konformità mal-liġijiet, mal-kodiċijiet u mal-prattiki kollha inklużi, mingħajr limitazzjoni, dawk li jirrigwardjaw il-protezzjoni tad-dejta, il-kunfidenzjalità, il-proprjetà intellettwali, il-kuntratti u l-kompetizzjoni;

11.4.1.4.

aċċess għal servizzi ta' distribuzzjoni u provvista ta' flus kontanti; u

11.4.1.5.

aċċess għal servizzi ta' distribuzzjoni u provvista ta' muniti barranin.

11.4.2.

L-AIB jagħti l-attenzjoni xierqa lit-talbiet raġonevoli kollha li jsiru minn Kompetitur Rilevanti permezz tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għal bidla fis-servizzi li għandhom jiġu pprovduti skont il-Klawżola 11.4.1. Sabiex jiġi evitat kull dubju, il-provvista ta' tali servizzi tkun konformi mal-liġijiet, mal-kodiċijiet u mal-prattiki kollha applikabbli b'mod ġenerali (inkluża, mingħajr limitazzjoni, id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas tal-UE) u l-AIB jkun obbligat li jipprovdi dawn is-servizzi jekk ikunu jaqgħu taħt il-kontroll u l-poter tiegħu biss.

Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti

11.5.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jipprovdi Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti għall-Kompetituri Rilevanti li jfittxu li japprofittaw ruħhom minn tali pakkett.

11.5.1.

Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti jippermetti li Kompetitur Rilevanti jibgħat bil-posta lill-klijenti tal-AIB il-materjal ta' reklamar tiegħu relatat mal-Prodott Rilevanti, diment li jiġu ssodisfati b'mod sħiħ il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin imsemmija f'din il-Klawżola 11.5.1:

11.5.1.1.

l-AIB jirċievi Applikazzjoni Valida mingħand il-Kompetitur Rilevanti;

11.5.1.2.

il-Kompetitur Rilevanti jikkwalifika bħala Kompetitur Rilevanti fid-Data tat-Talba;

11.5.1.3.

l-AIB ikollu sehem mis-suq ta' aktar minn 30 % fir-rigward ta' dak il-Prodott Rilevanti mid-Data tat-Talba;

11.5.1.4.

il-Kompetitur Rilevanti għandu jirrimborża lil AIB fuq termini kummerċjali għall-ispejjeż kollha li huma direttament involuti fl-impostar tal-materjal tal-Kompetitur Rilevanti li jikkonċerna l-Prodott Rilevanti (“Materjal”) lill-klijenti tal-AIB (inklużi, fejn rilevanti, l-istampar, l-imballaġġ u l-impostar ta' tali materjal). Il-Kompetituri Rilevanti jinżammu responsabbli għall-ispejjeż kollha involuti fil-produzzjoni tal-materjal rilevanti, l-ispejjeż tal-kunsinna u l-ispejjeż relatati fir-rigward tal-AIB, kif ukoll għall-ispiża tal-impostar. L-ispejjeż tal-għażla tal-klijenti fir-rigward tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti jinġarru mill-AIB. Spejjeż oħrajn li mhumiex involuti direttament fl-impostar tal-Materjal tal-Kompetitur Rilevanti lill-klijenti tal-AIB jinġarru minn AIB;

11.5.1.5.

il-Kompetitur Rilevanti jerfa' r-responsabbiltà kollha għal-legalità, għall-preċiżjoni u għall-adegwatezza tal-Materjal u jipprovdi lill-AIB bil-quddiem b'indennizz bil-miktub minn u kontra kull u kwalunkwe telf jew dannu kkawżat jew imġarrab mill-AIB b'konnessjoni mal-impostar. Sabiex jiġi evitat kull dubju, l-AIB ma għandux ikun obbligat li jirrevedi l-Materjal u ma għandu jerfa' ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni għall-Materjal imqassam skont din il-Miżura jew għall-issodisfar ta' din il-Miżura b'mod ġenerali; jekk ikun hemm xi tilwima f'dan ir-rigward bejn l-AIB u l-Kompetitur Rilevanti din għandha tiġi riferuta lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li min-naħa tiegħu jipproponi soluzzjoni. F'każ li ma tinstab ebda soluzzjoni, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal riżoluzzjoni; u

11.5.1.6.

l-AIB għandu jirċievi biżżejjed kopji tal-Materjal li għandu jiġi distribwit kif speċifikat hawn taħt mingħand il-Kompetitur Rilevanti sal-17.00 ħamest ijiem tax-xogħol qabel id-Data tal-Impostar u l-Materjal għandu jikkonforma fl-aspetti kollha mal-liġijiet, mal-kodiċijiet u mal-prattiki kollha applikabbli. Kwalunkwe tilwima għandha tiġi riferuta lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li min-naħa tiegħu għandu jipproponi soluzzjoni. F'każ li ma tinstab ebda soluzzjoni, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal riżoluzzjoni.

11.5.2.

Dan li ġej għandu japplika għall-impostar imwettaq minn AIB:

11.5.2.1.

Is-sessjonijiet ta' impostar jinqasmu fuq sitt perjodi ta' sitt xhur, bl-ewwel perjodu jibda tliet (3) xhur wara d-Data tad-Deċiżjoni Finali. Matul dawn il-perjodi, il-Kompetituri Rilevanti jistgħu jissottomettu applikazzjoni għal impostar lill-AIB. Kull Kompetitur Rilevanti jista' javviċina lill-AIB darba f'kull perjodu ta' impostar ta' sitt xhur.

11.5.2.2.

Għal kull perjodu ta' impostar ta' sitt xhur, is-sessjonijiet ta' impostar għandhom isiru fit-tliet (3) dati stabbiliti minn qabel (id-“Dati tal-Impostar”), billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-interess tal-Kompetituri Rilevanti u l-iskeda tal-impostar tal-AIB, diment li d-Data tat-Talba mill-Kompetituri Rilevanti tkun numru ta' jiem raġonevoli qabel id-Dati tal-Impostar, sabiex AIB ikun jista' jagħmel it-tħejjijiet għal dawn is-sessjonijiet ta' impostar voluminużi rispettivament għal kull waħda mid-Dati tal-Impostar (u dawn it-talbiet l-AIB għandu jirċevihom sa mhux aktar tard mill-17.00 (ħin ta' Dublin) fid-Data tat-Talba rilevanti). L-AIB għandu jiżgura li d-Dati tal-Impostar jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-AIB bil-quddiem, bil-għan li l-Kompetituri Rilevanti interessati jkollhom żmien raġonevoli sabiex iħejju applikazzjoni. Kull tilwima tiġi riferuta lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li min-naħa tiegħu jipproponi soluzzjoni. F'każ li ma tinstab ebda soluzzjoni, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal riżoluzzjoni.

11.5.2.3.

Għall-finijiet tal-impostar, l-AIB jagħżel b'mod aleatorju, fuq talba tal-Kompetitur Rilevanti, sa terz tal-klijentela tiegħu għal kull sessjoni ta' impostar li ssir fl-ewwel perjodu ta' impostar ta' sitt xhur; tali klijentela, li tikkonsisti fi klijenti tal-AIB għall-Prodott Rilevanti li għandu jiġi rreklamat mill-Kompetitur Rilevanti f'dik is-sessjoni ta' impostar, hija limitata biss għal dawk il-klijenti ta' AIB li taw il-kunsens tagħhom sabiex jirċievu informazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni mingħand l-AIB. Imbagħad, l-AIB jagħżel terz differenti tal-klijentela tiegħu fit-tieni perjodu ta' impostar ta' sitt xhur u t-terz finali tal-klijentela tiegħu fit-tielet perjodu. L-istess proċess għandu jiġi ripetut fit-tliet (3) perjodi ta' impostar suċċessivi ta' sitt xhur kull wieħed. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jivverifika l-għażla tal-klijenti mill-AIB. Fuq talba tal-Kompetitur Rilevanti, in-numru ta' klijenti kkuntattjati matul perjodu ta' impostar ta' sitt xhur jista' jitnaqqas, fuq il-bażi ta' kriterji ta' filtrazzjoni li jistgħu jiġu implimentati faċilment mill-AIB (jiġifieri l-istrumenti meħtieġa sabiex titwettaq din il-filtrazzjoni huma diġà disponibbli għall-AIB jew inkella faċilment jinħadmu fi ħdan AIB). B'konformità mal-liġi Irlandiża dwar il-protezzjoni tad-dejta, ma għandu jintbagħat ebda materjal lil klijent, jekk tali klijent ma jkunx ta l-kunsens tiegħu lil AIB sabiex jirċievi materjal simili mingħandu.

11.5.2.4.

Bil-għan li jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jiġux mgħaddsa f'reklamar eċċessiv u sabiex jiġu massimizzati ċ-ċansijiet li l-Materjal fornut mill-Kompetituri Rilevanti jinqara, il-Materjal ta' mhux aktar minn żewġ Kompetituri Rilevanti għal kull Prodott Rilevanti jiġi impostat f'kull Data tal-Impostar mill-AIB f'kull wieħed mill-perjodi ta' impostar ta' sitt xhur bħala parti minn din il-Miżura.

11.5.2.5.

Sabiex jiġi evitat kull dubju, l-opportunitajiet tal-impostar li ma jintużawx jintilfu u ma jiġux ittrasferiti.

11.5.3.

L-impostar għandu jiġi ġestit, ipproċessat u mwettaq mill-AIB (jew mill-aġent tiegħu) f'isem u għan-nom tal-Kompetitur Rilevanti mingħajr ebda kontribut jew involviment tal-Kompetitur Rilevanti. Sabiex jiġi evitat kull dubju, il-Kompetitur Rilevanti ma għandux ikollu aċċess għall-ismijiet u għall-indirizzi jew għal dettalji oħrajn tal-klijentela ta' AIB.

11.5.4.

L-AIB jkun obbligat li jibgħat Materjal fl-isem ta' mhux aktar minn żewġ Kompetituri Rilevanti għal kull Prodott Rilevanti f'kull Data tal-Impostar u dawn iż-żewġ Kompetituri Rilevanti għal kull Prodott Rilevanti għandhom jintgħażlu fl-ordni li fiha jressqu l-applikazzjoni tagħhom quddiem l-AIB jew, f'każ ta' aktar minn żewġ Kompetituri Rilevanti għal kull Prodott Rilevanti li japplikaw simultanjament għal kull Data tal-Impostar, iż-żewġ Kompetituri Rilevanti għal kull Prodott Rilevanti jintgħażlu bix-xorti mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Sabiex applikazzjoni tkun valida, il-Kompetitur Rilevanti irid jikkwalifika bħala Kompetitur Rilevanti fid-Data tat-Talba u jkun issodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-Klawżola 11.5.1. L-AIB jinnotifika lill-Kompetitur Rilevanti bil-miktub dwar jekk l-applikazzjoni tiegħu ntgħażlitx, kif ukoll li l-Materjal tiegħu sejjer jiġi impostat mill-AIB.

11.5.5.

Kompetitur Rilevanti jista' jitlob li l-Materjal li jiġi impostat ikun jirrigwardja Prodott Rilevanti wieħed jew aktar iżda ebda prodott ieħor. Barra minn hekk, il-Kompetitur Rilevanti jista' jindika l-possibbiltà li l-klijenti jbiddlu r-relazzjoni bankarja tagħhom parzjalment jew kompletament u li jagħmlu referenzi ġenerali għal prodotti bankarji oħrajn. Altrimenti, talba titqies bħala valida, minkejja li jkun intalab il-benefiċċju ta' din il-Miżura ta' Mobbiltà tal-Klijenti fejn l-AIB ikollu inqas minn 30 % ta' Sehem mis-Suq fir-rigward ta' Prodott Rilevanti, diment li t-talba tfittex ukoll impostar fir-rigward ta' dawk il-Prodotti Rilevanti fejn l-AIB ikollu Sehem mis-Suq ta' aktar minn 30 %. Jekk il-materjal ta' kummerċjalizzazzjoni riċevut mill-Kompetitur Rilevanti jkun jinkludi materjal għal prodotti oħrajn minbarra l-Prodotti Rilevanti (ħlief għal referenzi ġenerali għall-bdil parzjali jew komplet tar-relazzjoni bankarja tagħhom u referenzi ġenerali għal prodotti bankarji oħrajn), mela allura l-AIB ma jkunx obbligat li jimposta tali materjal, iżda għandu jinnotifika lill-Kompetitur Rilevanti bid-deċiżjoni tiegħu, meta prattiku u possibbli, u mingħajr dewmien, sabiex il-Kompetitur Rilevanti jkollu l-opportunità li jissottometti mill-ġdid il-materjal emendat. Kwalunkwe tilwima tiġi riferuta lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li min-naħa tiegħu jipproponi soluzzjoni. F'każ li ma tinstab ebda soluzzjoni, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal riżoluzzjoni. L-AIB ma għandu ebda obbligu li jimposta l-materjal sottomess mill-ġdid sakemm dan ma jiġix riċevut sal-17.00 ħamest ijiem tax-xogħol qabel id-Data tal-Impostar u diment li tali materjal sottomess mill-ġdid ikun konformi mat-termini ta' din il-Klawżola 11.5.5.

11.5.6.

Għal kull Prodott Rilevanti soġġett għal impostar, l-AIB jimpenja ruħu:

11.5.6.1.

li ma jikkuntattja ebda klijent b'materjal ta' reklamar relatat ma' dak il-Prodott Rilevanti jekk dan il-klijent ikun wieħed minn dawk magħżula sabiex isir kuntatt magħhom u tabilħaqq ikun ġie kkuntattjat f'isem Kompetitur Rilevanti, matul is-sitt xhur wara li jkun sar tali kuntatt f'isem il-Kompetitur Rilevanti;

11.5.6.2.

li ma jikkuntattjax lil dan il-klijent għal perjodu addizzjonali ta' sena b'materjal ta' reklamar relatat ma' dak il-Prodott Rilevanti, jekk tali klijent jaqleb mal-Kompetitur Rilevanti skont din il-Miżura u l-AIB ikun jaf li tali klijent ikun qaleb; u

11.5.6.3.

li ma jikkuntattjax lil dan il-klijent matul il-perjodu addizzjonali ta' sena msemmi fil-Klawżola 11.5.6.2 bi kwalunkwe materjal ta' reklamar li jkun speċifikament maħsub biex ireġġa' lura lil dawn il-klijenti għall-Prodott Rilevanti involut fil-bidla.

11.5.7.

Sabiex jiġi evitat kull dubju, l-AIB jibqa' liberu li jikkuntattja lil dawn il-klijenti għal raġunijiet regolatorji u bħala parti minn kwalunkwe inizjattiva li tkun raġonevolment meħtieġa bil-għan li l-klijenti u persuni oħrajn jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet bħal frodi, atti kriminali (pereż. karti tal-flus iffalsifikati jew serqiet minn banek, bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-prodotti) jew espożizzjoni akbar għal riskju.

11.5.8.

L-AIB jimpenja ruħu li f'każ li klijent tal-AIB, li jkun konformi mal-impostar tal-Materjal tal-Kompetitur Rilevanti, jiddeċiedi li jaqleb parti min-negozju tiegħu jew in-negozju kollu tiegħu (inklużi l-Prodotti Rilevanti u prodotti oħrajn) mal-Kompetitur Rilevanti, l-AIB b'ebda mod ma jfixkel il-bidla u lanqas ma għandu jitlob xi tariffi għall-bidla (penali), sakemm ma jkunx mitlub jagħmel dan bil-liġi jew b'obbligu legali, jew sakemm dan ma jkunx parti mit-termini u l-kundizzjonijiet tal-prodott tal-AIB.

11.5.9.

F'każ li jkun hemm dubju raġonevoli rigward is-Sehem mis-Suq ta' Kompetitur Rilevanti, il-Kompetitur Rilevanti inkwistjoni jipprovdi, fuq bażi strettament kunfidenzjali, tali informazzjoni lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li tista' tintalab b'mod raġonevoli mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ bil-għan li jiġi stabbilit is-sehem mis-suq tal-Kompetitur Rilevanti fis-suq tal-Prodott Rilevanti, filwaqt li jekk jonqos milli jagħmel dan, il-Kompetitur Rilevanti ma għandux ikun intitolat sabiex japprofitta mill-Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Klijenti għal dak il-Prodott Rilevanti.

SKEDA: FIDUĊJARJU TAL-MONITORAĠĠ

F'din l-Iskeda, it-termini b'ittir kbar għandhom l-istess tifsira mogħtija fil-Klawżola 1 ta' hawn fuq.

I —   Proċedura tal-Ħatra

1.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jaħtar Fiduċjarju tal-Monitoraġġ sabiex iwettaq il-funzjonijiet speċifikati fl-impenji għall-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ.

2.

Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jkun indipendenti mill-AIB, jippossjedi l-kwalifiki meħtieġa sabiex iwettaq il-mandat tiegħu, pereżempju bħala bank ta' investiment jew konsulent jew awditur, u la jkun u lanqas isir espost għall-konflitt ta' interess. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jiġi rimunerat mill-AIB b'mod li ma jfixkilx l-issodisfar indipendenti u effettiv tal-mandat tiegħu.

II —   Proposta mill-AIB

3.

L-Irlanda timpenja ruħha li mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara d-Data tad-Deċiżjoni Finali, l-AIB jissottometti lista ta' żewġ persuni jew aktar li l-AIB jipproponi li jaħtar bħala l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, u jindika min minn fost dawn hija l-għażla ppreferuta tiegħu. Il-proposta tkun tinkludi biżżejjed informazzjoni sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivverifika li l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ propost jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 u tkun tinkludi wkoll:

(a)

it-termini sħaħ tal-mandat propost, li jkunu jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jippermettu lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jissodisfa d-doveri tiegħu skont dawn l-impenji; u

(b)

il-qafas ta' pjan ta' ħidma li jiddeskrivi kif il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu l-ħsieb li jwettaq il-kompiti assenjati lilu.

III —   Approvazzjoni jew ċaħda mill-Kummissjoni

4.

Il-Kummissjoni jkollha d-diskrezzjoni li tapprova jew tiċħad il-Fiduċjarji tal-Monitoraġġ proposti, u li tapprova l-mandat propost suġġett għal kwalunkwe modifika li hija tqis li hija meħtieġa sabiex il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ikun jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu. Jekk jiġi approvat isem wieħed biss, l-AIB jaħtar jew iwassal biex jinħatru l-individwu jew l-istituzzjoni kkonċernati bħala l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, b'konformità mal-mandat approvat mill-Kummissjoni. Jekk jiġi approvat aktar minn isem wieħed, l-AIB jkun liberu li jagħżel il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li għandu jinħatar minn fost l-ismijiet approvati. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jinħatar fi żmien ġimgħa mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni, b'konformità mal-mandat approvat mill-Kummissjoni.

IV —   Proposta ġdida mill-AIB

5.

Jekk il-Fiduċjarji tal-Monitoraġġ proposti kollha jiġu miċħuda, l-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jissottometti l-ismijiet ta' mill-inqas żewġ individwi jew istituzzjonijiet oħrajn fi żmien ġimgħa minn meta tiġi infurmata biċ-ċaħda, b'konformità mar-rekwiżiti u mal-proċedura stipulati fil-paragrafu 3.

V —   Fiduċjarju tal-Monitoraġġ innominat mill-Kummissjoni

6.

Jekk il-Fiduċjarji tal-Monitoraġġ proposti kollha jiġu miċħuda mill-Kummissjoni, din tal-aħħar tinnomina Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li l-AIB jaħtar, jew iwassal sabiex jinħatar, b'konformità ma' mandat ta' fiduċjarju approvat mill-Kummissjoni.

VI —   Il-Funzjonijiet tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ

7.

Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jassumi d-doveri speċifikati tiegħu sabiex jiżgura l-konformità mal-impenji. Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jew tal-AIB tagħti kwalunkwe ordni jew istruzzjoni lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-impenji mehmuża mad-Deċiżjoni Finali.

VII —   Id-doveri u l-obbligi tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ

8.

Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ:

(a)

jipproponi fl-ewwel rapport tiegħu lill-Kummissjoni pjan ta' ħidma ddettaljat li jiddeskrivi kif huwa għandu l-ħsieb li jimmonitorja l-konformità mal-impenji mehmuża mad-Deċiżjoni Finali;

(b)

jimmonitorja l-konformità mal-impenji kollha tad-Deċiżjoni Finali u mal-Klawżoli 3 sa 11 tad-Dokument bil-Kundizzjonijiet;

(c)

jassumi l-funzjonijiet l-oħrajn assenjati lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ skont l-impenji mehmuża mad-Deċiżjoni Finali;

(d)

jipproponi lill-AIB dawk il-miżuri li huwa jqis li huma meħtieġa bil-għan li tiġi żgurata l-konformità tal-AIB mal-impenji mehmuża mad-Deċiżjoni Finali; u

(e)

jipprovdi lill-Kummissjoni, billi fl-istess waqt jibgħat kopja mhux kunfidenzjali lill-AIB, rapport bil-miktub fi żmien 15-il ġurnata wara t-tmiem ta' kull kwart tas-sena. Ir-rapport jkopri l-operat u l-ġestjoni tal-Klawżoli minn 3 sa 11 tad-Dokument bil-Kundizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tevalwa jekk in-negozju huwiex qiegħed isir b'mod konsistenti mal-impenji. Minbarra dawn ir-rapporti, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jgħarraf minnufih bil-miktub lill-Kummissjoni, billi fl-istess waqt jibgħat kopja mhux kunfidenzjali lill-AIB, jekk huwa jikkonkludi fuq bażi raġonevoli li l-AIB qiegħed jonqos milli jikkonforma mal-impenji merfugħa mill-Irlanda.

VIII —   Id-doveri u l-obbligi tal-AIB

9.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jipprovdi u jwassal lill-konsulenti tiegħu sabiex jipprovdu lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ bil-kooperazzjoni, bl-assistenza u bl-informazzjoni kollha li l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jista' raġonevolment ikun jeħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jkollu aċċess sħiħ u komplet għal kull ktieb, reġistru, dokument, persunal maniġerjali jew persunal ieħor, faċilità, sit u informazzjoni teknika tal-AIB sabiex ikun jista' jaqdi d-doveri tiegħu skont l-impenji, filwaqt li l-AIB għandu jipprovdi lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, fuq talba tiegħu, b'kopji ta' kwalunkwe dokument. L-AIB jagħmel disponibbli għall-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ uffiċċju jew aktar fil-bini tiegħu, u jkun għad-dispożizzjoni matul il-laqgħat sabiex jipprovdi lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu.

10.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jipprovdi lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ bl-appoġġ maniġerjali u amministrattiv kollu li huwa jista' jitlob b'mod raġonevoli.

11.

L-Irlanda timpenja ruħha li l-AIB jindennizza lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ u lill-impjegati u l-aġenti tiegħu (kull wieħed bħala “ Parti Indennizzata ”) u jżomm lil kull Parti Indennizzata ħielsa minn kull ħsara u b'hekk jaqbel li Parti Indennizzata ma jkollha l-ebda responsabbiltà lejn l-AIB għal kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta mit-twettiq tad-doveri tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ skont l-impenji, ħlief sal-punt li tali obbligazzjonijiet jirriżultaw minn inadempjenza volontarja, traskuraġni, negliġenza serja jew mala fede tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jew tal-impjegati, tal-aġenti jew tal-konsulenti tiegħu.

12.

Għad-detriment tal-AIB, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jista' jaħtar konsulenti (b'mod partikolari għall-finanzi korporattivi jew għall-konsulenza legali), soġġett għall-approvazzjoni tal-AIB (din l-approvazzjoni ma għandhiex tinżamm jew iddum biex tingħata mingħajr ebda raġuni) jekk il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ iqis il-ħatra ta' tali konsulenti bħala meħtieġa jew xierqa għat-twettiq tad-doveri u tal-obbligi tiegħu skont il-Mandat, diment li kwalunkwe miżata u spiża oħra imġarrba mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ tkun raġonevoli. F'każ li l-AIB jirrifjuta li japprova l-konsulenti proposti mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, il-Kummissjoni tista' minflok tapprova l-ħatra ta' tali konsulenti wara li tkun semgħet lill-AIB. Huwa biss il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li jkun intitolat sabiex jagħti struzzjonijiet lill-konsulenti.

IX —   Is-sostituzzjoni, l-eżenzjoni u l-ħatra mill-ġdid tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ

13.

Jekk il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jieqaf iwettaq il-funzjonijiet tiegħu skont l-impenji jew għal xi kawża tajba oħra, inkluża l-espożizzjoni tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għal konflitt ta' interess:

(a)

il-Kummissjoni tista', wara li tisma' lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, titlob lill-AIB sabiex jissostitwixxi l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ; jew

(b)

l-AIB, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jista' jissostitwixxi l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ.

14.

Jekk il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jitneħħa skont il-paragrafu 13, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jista' jintalab ikompli fil-funzjoni tiegħu sakemm jinħatar Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ġdid, li għandu jingħata l-informazzjoni kollha rilevanti. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ġdid jinħatar f'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafi 3-6.

15.

Minbarra t-tneħħija skont il-paragrafu 13, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jieqaf jaġixxi bħala Fiduċjarju tal-Monitoraġġ biss wara li l-Kummissjoni tkun waqqfitu milli jkompli jaqdi d-doveri tiegħu wara li jkunu ġew implimentati l-impenji kollha li jkun ġie fdat bihom il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Madankollu, il-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe ħin titlob il-ħatra mill-ġdid tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jekk sussegwentement ikun jidher li r-rimedji rilevanti setgħu ma ġewx implimentati b'mod sħiħ u kif suppost.


(1)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(2)  Il-mira tal-Bank Ċentrali. Soġġetta għal bidla mill-Bank Ċentrali.


18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/75


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/219

tad-29 ta' Jannar 2015

li tissostitwixxi l-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE dwar il-Manwal SIRENE u miżuri oħra ta' implimentazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni (SIS II) ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni

(notifikata bid-dokument C(2015) 326)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006, dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni (SIS II) ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 8(4), 9(1), 20(3), 22(a), 36(4) u 37(7) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni (SIS II) ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikoli 8(4), 9(1), 20(4), 22(a), 51(4) u 52(7) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

Is-Sistemi ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) bdew joperaw fid-9 ta' April 2013. Hija fiha informazzjoni suffiċjenti li tippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna jew oġġett u l-azzjoni meħtieġa li għandha tittieħed. Barra minn hekk, biex is-SIS II tiffunzjona b'mod effettiv, l-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni supplimentari relatata mal-allerti. Dan l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari jitwettaq mill-Uffiċċji SIRENE.

(2)

Biex jitħaffef ix-xogħol tal-Uffiċċji SIRENE u tal-utenti tas-SIS II involuti f'operazzjonijiet SIRENE fix-xogħol tagħhom ta' kuljum, fl-2008 ġie addottat Manwal SIRENE għas-SIS II permezz ta' strument legali li qabel kien taħt l-ewwel pilastru, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/333/KE (3), kif ukoll strument li qabel kien taħt it-tielet pilastru, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/334/ĠAI (4). Dawn id-Deċiżjonijiet ġew sostitwiti mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/115/UE (5) sabiex jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet operattivi tal-utenti u l-persunal involuti f'operazzjonijiet SIRENE, biex tittejjeb il-konsistenza tal-proċeduri tax-xogħol u biex ikun żgurat li r-regoli tekniċi jikkorrispondu mal-istat l-iktar avvanzat.

(3)

Wara l-ewwel sena tat-tħaddim tas-SIS II huwa opportun li tiġi emendata d- Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE sabiex tirrifletti sfidi ġodda u rekwiżiti operattivi kif ukoll jiġu provduti dispożizzjonijiet aktar ċari f'ċerti oqsma relatati mal-ipproċessar tad-dejta tas-SIS II. Dan għandu jsaħħaħ iċ-ċertezza legali u jsaħħaħ aktar id-drittijiet fundamentali.

(4)

Skont l-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 45(1) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, twissija mdaħħla fis-SIS II għandha tinżamm biss għaż-żmien meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan li għalih iddaħħlet. Meta wieħed iqis il-prattiki diverġenti tal-Istati Membri dwar id-definizzjoni taż-żmien meta twissija tkun tissodisfa l-għan tagħha huwa xieraq li jiġu stipulati kriterji dettaljati għal kull kategorija ta' twissija biex jiġi determinat meta din għandha titħassar mis-SIS II.

(5)

Ir-Renju Unit ma jiħux sehem fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u bħala konsegwenza ma jistax ifittxu u jdaħħal twissijiet dwar ċaħda ta' dħul jew soġġorn rigward ċittadini ta' pajjiżi terzi. Madankollu, xorta hija marbuta bir-regoli dwar il-kompatibbiltà u l-prijorità tal-kategoriji kollha ta' twissija billi s-SIS II tikkostitwixxi sistema waħda. Għalhekk hija meħtieġa definizzjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni f'każ ta' inkompatibilità allegata bejn twissija maħruġa mir-Renju Unit u twissija dwar ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza maħruġa minn Stat Membru ieħor.

(6)

Huwa indispensabbli li tiġi stabbilita proċedura aċċellerata ġdida għall-iskambju ta' informazzjoni dwar twissijiet dwar il-kontroll diskret u speċifiku sabiex jindirizzaw żieda fit-theddid possibbli minn xi persuni involuti f'terroriżmu jew fi kriminalità serja, li jeħtieġu azzjoni immedjata tal-awtoritajiet kompetenti. Huwa neċessarju li jiġi indikat għall-utenti finali jekk dokument użat għal skopijiet ta' vjaġġar ġiex invalidat billi l-awtoritajiet nazzjonali li joħorġu l-awtorizzazzjoni jiżguraw is-sekwestru ta' dokumenti bħal dawn. Sabiex jipprovdu l-istruzzjonijiet lil utenti aħħarin dwar rappurtar aċċellerat u dokumenti invalidati użati għal skopijiet ta' vjaġġar l-Appendiċi 2 għandu jiġi emendat.

(7)

Ċerti proċeduri dettaljati għandhom jiġu riveduti sabiex jiġu armonizzati prattiki nazzjonali. Meta jitqies li l-marki tas-swaba' u r-ritratti għandhom jiġu miżjuda mat-twissijiet ladarba dawn ikunu disponibbli jew ikunu jistgħu jiġu mehmuża ma' formoli li jipprovduhom lill-Istat Membru emittenti, d-dispożizzjoni dwar il-proċedura SIRPIT u l-Appendiċi 5 għandha titħassar.

(8)

Statistika relatata mal-interventi ta' persuna ta' kuntatt SIRENE f'kull Uffiċċju SIRENE għandha tinġabar sabiex tippermetti valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza tagħhom. Għal dan l-għan l-Appendiċi 6 għandu jiġi emendat.

(9)

Id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta personali u s-sigurtà tad-dejta fis-SIS II huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u bid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tapplika għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari fir-rigward ta' allerti bbażati fuq l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006. Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (7) għandha tapplika għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari relatata mat-twissijiet l-oħra kollha.

(10)

Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, innotifikat permezz ta' ittra tal-15 ta' Ġunju 2007 it-traspożizzjoni ta' dan l-acquis fil-liġi nazzjonali tagħha. Id-Danimarka tipparteċipa fid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. Għalhekk hija marbuta li timplimenta din id-Deċiżjoni.

(11)

Ir-Renju Unit qed jieħu sehem f'din id-Deċiżjoni sa fejn ma tikkonċernax l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari b'relazzjoni mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (8).

(12)

L-Irlanda qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni sa fejn ma tikkonċernax l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari b'relazzjoni mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (9).

(13)

Rigward Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa relatat miegħu b'xi mod ieħor, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003.

(14)

Rigward il-Kroazja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa relatat miegħu b'xi mod ieħor, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2012.

(15)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (10), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (11).

(16)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (12), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE (13).

(17)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (14), li jaqa' fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (15).

(18)

Il-miżuri li hu provdut għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u bl-Artikolu 67 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE jinbidel bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Appendiċi 2 tal-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE japplika sal-31 ta' Jannar 2015.

L-Appendiċi 2 tal-Anness fl-Anness għal din id-Deċiżjoni japplika mill-1 ta' Frar 2015.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Dimitris AVRAMOPOULOS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(2)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/333/KE tal-4 ta' Marzu 2008 li tadotta l-Manwal SIRENE u miżuri ta' implimentazzjoni oħra għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 123, 8.5.2008, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/334/ĠAI tal-4 ta' Marzu 2008 li tadotta l-Manwal SIRENE u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 123, 8.5.2008, p. 39).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/115/UE tas-26 ta' Frar 2013 dwar il-Manwal SIRENE u miżuri ta' implimentazzjoni oħra għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 71, 14.3.2013, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(7)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f ' xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(10)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(12)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta' Schengen (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78).

(14)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persun (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


ANNESS

“ANNESS

Il-Manwal SIRENE u miżuri ta' implimentazzjoni oħra għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II)

WERREJ

INTRODUZZJONI 82

1.

L-UFFIĊĊJI SIRENE U INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI 84

1.1.

L-Uffiċċju SIRENE 84

1.2.

Il-Manwal SIRENE 84

1.3.

L-Appendiċi għal dan il-Manwal SIRENE 84

1.4.

Katalogu ta' rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-acquis ta' Schengen u l-aħjar prattiki (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen) 85

1.5.

Rwol tal-Uffiċċji SIRENE fil-kooperazzjoni bejn il-pulizija fl-Unjoni Ewropea 85

1.5.1.

Trasferiment ta' dejta tas-SIS II u informazzjoni supplimentari lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali 85

1.6.

Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Europol 85

1.7.

Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Eurojust 85

1.8.

Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Interpol 85

1.8.1.

Prijorità ta' twissijiet tas-SIS II fuq twissijiet tal-Interpol 85

1.8.2.

L-għażla ta' mezz ta' komunikazzjoni 86

1.8.3.

L-użu u t-tixrid ta' diffużjonijiet tal-Interpol fl-Istati ta' Schengen 86

1.8.4.

Hit u tħassir ta' twissija 86

1.8.5.

Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs tal-Interpol 86

1.9.

L-Istandards 86

1.9.1.

Disponibbiltà 86

1.9.2.

Kontinwità 86

1.9.3.

Kunfidenzjalità 86

1.9.4.

Aċċessibbiltà 86

1.10.

Komunikazzjoni 86

1.10.1.

Il-lingwa tal-komunikazzjoni 86

1.10.2.

‘Skambju ta'’ Data ‘bejn Uffiċċji SIRENE’ 86

1.10.3.

In-netwerk, messaġġi u kaxxi postali 87

1.10.4.

Komunikazzjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali 87

1.11.

Il-ktieb tal-indirizzi S I R E N E (SAB) 87

1.12.

Is-sistema tal-fluss tax-xogħol SIRENE 88

1.13.

Il-limitu taż-żmien għar-risposta 88

1.13.1.

Indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE inkluż rappurtar urġenti ta' hit 88

1.14.

Regoli ta' traslitterazzjoni/traskrizzjoni 88

1.15.

Kwalità tad-dejta 88

1.16.

Arkivjar 88

1.17.

Persunal 89

1.17.1.

Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE 89

1.17.2.

Persuna ta' Kuntatt tas-SIRENE (SIRCoP) 89

1.17.3.

Għarfien 89

1.17.4.

Taħriġ 90

1.17.5.

Skambju ta' persunal 90

2.

PROĊEDURI ĠENERALI 90

2.1.

Definizzjonijiet 90

2.2.

Twissijiet multipli (l-Artikolu 34(6) tar-Regolament SIS II u 49(6) tad-Deċiżjoni SIS II) 91

2.2.1.

Kompatibbiltà tat-twissijiet 91

2.2.2.

Ordni ta' prijorità ta' twissijiet 92

2.2.3.

Kontrolli għal inkompatibbiltà u dħul ta' twissijiet multipli 93

2.2.4.

Is-sitwazzjoni speċifika tar-Renju Unit u l-Irlanda 94

2.3.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 94

2.4.

Meta ma jkunux jistgħu jiġu segwiti l-proċeduri wara hit (l-Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u l-Artikolu 33 tar-Regolament SIS II) 95

2.5.

L-ipproċessar ta' dejta ħlief għall-fini li għalih tkun iddaħħlet fis-SIS II (l-Artikolu 46(5) tad-Deċiżjoni SIS II) 95

2.6.

L-immarkar 96

2.6.1.

Introduzzjoni 96

2.6.2.

Konsultazzjoni mal-Istati Membri bil-għan li tiżdied marka ta' bandiera 96

2.6.3.

Talba biex titħassar marka ta' bandiera 96

2.7.

Dejta misjuba li tkun legalment jew fattwalment skorretta (l-Artikolu 34 tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 49 tad-Deċiżjoni SIS II) 97

2.8.

Id-dritt ta' aċċess u rettifika ta' data (l-Artikoli 41 tar-Regolament SIS II u 58 tad-Deċiżjoni SIS II) 97

2.8.1.

Talbiet għal aċċess għal jew rettifika ta' dejta' 97

2.8.2.

Skambju ta' informazzjoni wara talbiet għal aċċess għal twissijiet maħruġin minn Stati Membri oħra 97

2.8.3.

Skambju ta' informazzjoni għal rettifika jew tħassir ta' dejta mdaħħla minn Stati Membri oħra 98

2.9.

Tħassir meta ma jibqgħux jitħarsu l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija 98

2.10.

Id-dħul ta' ismijiet proprji 98

2.11.

Kategoriji differenti ta' identità 98

2.11.1.

Identità użata ħażin (l-Artikolu 36 tar-Regolament SIS II u 51 tad-Deċiżjoni SIS II) 98

2.11.2.

Id-dħul ta' isem fittizju 99

2.11.3.

Informazzjoni ulterjuri biex tiġi stabbilita l-identità ta' persuna 99

2.12.

Skambju ta' informazzjoni f'każ ta' twissijiet konnessi 99

2.12.1.

Regoli ta' tħaddim 100

2.13.

Format u kwalità ta' dejta bijometrika fis-SIS II 100

2.13.1.

Użu ulterjuri tad-dejta skambjata, inkluż l-arkivjar 100

2.13.2.

L-iskambju ta' marki tas-swaba' u ritratti 100

2.13.3.

Rekwiżiti tekniċi 100

2.13.4.

Format u kwalità ta' dejta bijometrika 100

2.14.

Tipi speċjali ta' tiftix 101

2.14.1.

Tiftix immirat b'mod ġeografiku 101

2.14.2.

Tfittxija bil-parteċipazzjoni ta' unitajiet tal-pulizija speċjali għal tfittxija mmirata (FAST) 101

3.

TWISSIJIET TA' ARREST GĦAL FINIJIET TA' KONSENJA JEW ESTRADIZZJONI (L-ARTIKOLU 26 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 101

3.1.

Id-dħul ta' twissija 101

3.2.

Twissijiet multipli 102

3.3.

Identità użata ħażin 102

3.4.

Id-dħul ta' isem fittizju 102

3.5.

Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat lill-Istati Membri 102

3.5.1.

Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat rigward arrest provviżorju 102

3.6.

Iż-żieda ta' marka ta' bandiera 103

3.6.1.

Talba sistematika biex tiżdied marka ta' bandiera ma' twissijiet dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' estradizzjoni fejn id-Deċiżjoni 2002/584/ĠAI ma tapplikax 103

3.7.

Azzjoni mill-Uffiċċju SIRENE mal-wasla ta' twissija ta' arrest 103

3.8.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 103

3.9.

Skambju ta' informazzjoni supplimentari dwar ċediment jew estradizzjoni 104

3.10.

Skambju ta' informazzjoni supplimentari dwar it-tranżitu minn Stat Membru ieħor 104

3.11.

Tħassir ta' twissijiet wara ċediment jew estradizzjoni 104

4.

TWISSIJIET TA' ĊAĦDA TA' DĦUL JEW TA' PERMANENZA (ARTIKOLU 24 TAR-REGOLAMENT SIS II) 104

4.1.

Id-dħul ta' twissija 104

4.2.

Twissijiet multipli 105

4.3.

Identità użata ħażin 105

4.4.

Id-dħul ta' isem fittizju 105

4.5.

Skambju ta' informazzjoni fil-ħruġ ta' permessi ta' residenza jew viżi 105

4.5.1.

Proċedura f'każijiet li jaqgħu skont l-Artikolu 5(4)(a) 106

4.5.2.

Proċedura fil-każijiet li jaqgħu skont l-Artikolu 5(4)(c) 107

4.6.

Regoli komuni dwar proċeduri msemmija fit-Taqsima 4.5 107

4.7.

Skambju ta' informazzjoni wara hit u meta jiġi rrifjutat dħul jew issir tkeċċija miż-żona Schengen 107

4.8.

Skambju ta' informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa benefiċjarju tad-dritt tal-moviment liberu 108

4.9.

Skambju ta' informazzjoni jekk, fin-nuqqas ta' hit, Stat Membru jiskopri li hemm twissija għal rifjut tad-dħul għal ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu 109

4.10.

Twissijiet ta' tħassir għal ċaħda għal dħul jew permanenza 109

5.

TWISSIJIET DWAR PERSUNI NEQSIN (ARTIKOLU 32 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 109

5.1.

Twissijiet multipli 109

5.2.

Identità użata ħażin 109

5.3.

Id-dħul ta' isem fittizju 109

5.4.

Iż-żieda ta' marka ta' bandiera 109

5.5.

Għoti ta' dettall deskrittiv dwar minorenni neqsin u persuni oħrajn ivvalutati bħala li qegħdin f'riskju 109

5.6.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 110

5.7.

Tħassir ta' twissijiet dwar persuni nieqsa 111

5.7.1.

Minorenni 111

5.7.2.

Adulti fejn l-ebda miżuri protettivi ma huma mitluba 111

5.7.3.

Adulti, il-miżuri protettivi mitluba 111

6.

TWISSIJIET GĦAL PERSUNI MFITTXIJA GĦAL PROĊEDURA ĠUDIZZJARJA (L-ARTIKOLU 34 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 111

6.1.

Twissijiet multipli 111

6.2.

Identità użata ħażin 111

6.3.

Id-dħul ta' isem fittizju 112

6.4.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 112

6.5.

Tħassir ta' twissijiet dwar persuni mfittxija għal proċedura ġudizzjarja 112

7.

TWISSIJIET GĦAL KONTROLLI DISKRETI U SPEĊIFIĊI (L-ARTIKOLU 36 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 112

7.1.

Twissijiet multipli 112

7.2.

Identità użata ħażin 112

7.3.

Id-dħul ta' isem fittizju 112

7.4.

Informazzjoni lil Stati Membri oħra meta jinħarġu twissijiet 112

7.5.

Iż-żieda ta' marka ta' bandiera 113

7.6.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 113

7.7.

Tħassir ta' twissijiet dwar kontrolli diskreti u speċifiċi 113

7.8.

Sistemi ta' rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi (Automatic Number Plate Recognition-ANPR) 113

8.

TWISSIJIET DWAR OĠĠETTI GĦAL QBID JEW GĦAL UŻU BĦALA PROVA (L-ARTIKOLU 38 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 113

8.1.

Twissijiet multipli 113

8.2.

Twissijiet dwar vetturi 113

8.2.1.

Kontrolli għal twissijiet multipli dwar vettura 113

8.2.2.

VIN-doppju 114

8.3.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 115

8.4.

Tħassir ta' twissijiet dwar oġġetti għall-konfiska jew għall-użu bħala prova fi proċedimenti kriminali 115

9.

SISTEMI TA' RIKONOXXIMENT AWTOMATIKU TAL-PJANĊI (AUTOMATIC NUMBER PLATE RECOGNITION-ANPR) 115

10.

STATISTIKA 116

INTRODUZZJONI

Iż-żona Schengen

Fl-14 ta' Ġunju 1985, il-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ffirmaw ftehim fSchengen, belt żgħira fil-Lussemburgu, bil-għan li ‘(…) iċ-ċittadini kollha tal-Istati Membri jkunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri interni b'mod ħieles (…)’ u biex tkun tista' ssir ‘ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti u s-servizzi’.

Il-ħames pajjiżi fundaturi ffirmaw il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen (1) fid-19 ta' Ġunju 1990, u aktar tard ingħaqdu magħhom ir-Repubblika Taljana fis-27 ta' Novembru 1990, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża fil-25 ta' Ġunju 1991, ir-Repubblika Ellenika fis-6 ta' Novembru 1992, ir-Repubblika tal-Awstrija fit-28 ta' April 1995 u r-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika tal-Finlandja fid-19 ta' Diċembru 1996.

Sussegwentement, mis-26 ta' Marzu 1995, l-acquis ta' Schengen kien applikat b'mod sħiħ fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza, fil-Lussemburgu, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fi Spanja u fil-Portugall (2). Mill-31 ta' Marzu 1998, fl-Awstrija u fl-Italja (3); mis-26 ta' Marzu 2000, fil-Ġreċja (4) u fl-aħħar, mill-25 ta' Marzu 2001, l-acquis ta' Schengen kien japplika kollu fin-Norveġja, l-Islanda, l-Isvezja, id-Danimarka u l-Finlandja (5).

Ir-Renju Unit u l-Irlanda jieħdu parti biss f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, skont id-Deċiżjonijiet 2000/365/KE u 2002/192/KE rispettivament.

Fil-każ tar-Renju Unit, id-dispożizzjonijiet li r-Renju Unit xtaq li jieħu parti fihom (bl-eċċezzjoni tas-SIS) japplikaw mill-1 ta' Jannar 2005 (6).

L-acquis ta' Schengen ġie inkorporat fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-protokolli annessi mat-Trattat ta' Amsterdam (7) fl-1999. Fit-12 ta' Mejju 1999 ġiet adottata Deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew mid-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen.

Mill-1 ta' Mejju 2004, l-acquis ta' Schengen, kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea bil-Protokoll mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Protokoll ta' Schengen), u l-atti li jibnu fuqu jew b'mod ieħor għandhom x'jaqsmu miegħu, jorbtu lir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka. Dawn l-Istati Membri saru membri sħaħ taż-żona Schengen fil-21 ta' Diċembru 2007.

Ċipru huwa firmatarju tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen iżda jgawdi deroga bl-Att tal-Adeżjoni tiegħu tal-2003.

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007; minn din id-data, l-acquis ta' Schengen u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu jorbtuhom, mad-deroga provduta mill-Att ta' Adeżjoni tal-2005.

Il-Kroazja aderixxiet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. Hija tapplika l-acquis ta' Schengen mad-deroga provduta bl-Att ta' Adeżjoni tagħha tal-2011.

Xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen japplikaw mal-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-UE. Dispożizzjonijiet oħra japplikaw biss f'dawn l-Istati Membri skont deċiżjoni tal-Kunsill għal dak il-fini. Fl-aħħar nett, il-Kunsill jieħu deċiżjoni fuq it-tneħħija ta' kontrolli tal-fruntieri wara verifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis imsemmi jkunu tħarsu fl-Istati Membri msemmija, skont il-proċeduri ta' valutazzjoni applikabbli ta' Schengen u wara konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Ċerti pajjiżi Ewropej oħra ngħaqdu maż-żona Schengen. Ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tal-Islanda kkonkludew Ftehim ta' Kooperazzjoni mal-Istati Membri fit-18 ta' Mejju 1999 (8) sabiex jissieħbu fil-Konvenzjoni ta' Schengen.

Fl-2004, il-Konfederazzjoni Svizzera ffirmat ftehim mal-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea rigward l-assoċjazzjoni tagħha mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9), li abbażi tiegħu saret membru taż-żona Schengen fit-12 ta' Diċembru 2008.

Fuq il-bażi tal-protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il- Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (10) iffirmat fl-2008, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein saret membru taż-żona Schengen fid-19 ta' Diċembru 2011.

Is-Sistema ta' Informazzjoni (SIS II) ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni

Is-SIS II, stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI (id-Deċiżjoni SIS II), dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (flimkien: l-istrumenti legali tas-SIS II) kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jikkostitwixxu sistema komuni ta' informazzjoni li tippermetti l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri biex jikkooperaw billi jiskambjaw informazzjoni, u hija għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-istrumenti sad-9 ta' April 2013, meta applikati, irrevokaw it-Titolu IV tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen. Is-SIS II tieħu post is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen li bdiet taħdem fl-1995 u kienet estiża fl-2005 u l-2007.

L-għan tas-SIS II, kif stabbilit bl-Artikolu 1 tal-atti legali tas-SIS II imsemmija hawn fuq, huwa ‘(…) li jkun żgurat livell għoli ta' sigurtà fi ħdan żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni Ewropea inklużi ż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri, u li jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ta' Parti III tat-Trattat (KE) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-Trattat tal-KE”) relatati mal-moviment tal-persuni fit-territorji tagħhom, bl-użu ta' informazzjoni komunikata permezz ta' din is-sistema’.

B'konformità mal-istrumenti legali tas-SIS II, permezz ta' proċedura ta' konsultazzjoni awtomatizzata, is-SIS II tipprovdi aċċess għal twissijiet dwar persuni u oġġetti lill-awtoritajiet li ġejjin:

(a)

awtoritajiet responsabbli minn kontrolli fil-fruntieri, skont ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(b)

l-awtoritajiet li jwettqu u li jikkoordinaw kontrolli oħrajn tal-pulizija u tad-dwana fil-pajjiż;

(c)

awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u l-awtoritajiet tagħhom ta' koordinazzjoni;

(d)

l-awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ tal-viżi, l-awtoritajiet ċentrali responsabbli mill-eżami tal-applikazzjonijiet għall-viża, l-awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza u mill-amministrazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni relatata mal-moviment tal-persuni;

(e)

awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi (skont ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006).

B'konformità mad-Deċiżjoni SIS II, l-Europol u l-Eurojust ukoll għandhom aċċess għal ċerti kategoriji ta' twissijiet.

Is-SIS II hija magħmula mill-komponenti li ġejjin:

1.

sistema ċentrali (is-SIS II Ċentrali) magħmula minn:

(a)

funzjoni ta' għajnuna teknika (CS-SIS) li jkollha bażi tad-dejta, (il-bażi tad-dejta SIS II);

(b)

interface nazzjonali uniformi (NI-SIS);

2.

sistema nazzjonali (N.SIS II) f'kull wieħed mill-Istati Membri, li tkun tikkonsisti minn sistemi nazzjonali ta' dejta li jikkomunikaw mas-SIS II Ċentrali. N.SIS II jista' jkollha fajl ta' dejta (kopja nazzjonali), li jkollha kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-dejta tas-SIS II;

3.

infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u l-NI-SIS li tipprovdi netwerk virtwali kriptat dedikat għal dejta tas-SIS II u għall-iskambju ta' dejta bejn l-Uffiċċji SIRENE kif definit hawn taħt.

1.   L-UFFIĊĊJI SIRENE U INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI

1.1.   L-Uffiċċju SIRENE

Is-SIS II fiha biss l-informazzjoni indispensabbli (jiġifieri dejta ta' twissija) li tippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna jew ta' oġġett u tal-azzjoni meħtieġa li trid tittieħed. Barra minn hekk, skont l-istrumenti legali tas-SIS II, l-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni supplimentari li jkollha x'taqsam mat-twissija li tkun meħtieġa biex ikunu implimentati ċerti dispożiżżjonijiet previsti mill-istrumenti legali tas-SIS II, u biex is-SIS II tiffunzjona sewwa, fuq bażi bilaterali jew multilaterali.

Din l-istruttura, mibnija biex tieħu ħsieb l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, ingħatat l-isem ta' ‘SIRENE’, li huwa akronimu tad-definizzjoni tal-istruttura bl-Ingliż: Supplementary Information Request at the National Entries (Talba għal Informazzjoni Supplimentari fid-Dħul Nazzjonali).

Ikun stabbilit ‘Uffiċċju SIRENE’ nazzjonali minn kull Stat Membru skont l-Artikolu Komuni 7(2) tal-istrumenti legali tas-SIS II. Huwa jservi bħala punt ta' kuntatt waħdieni għall-Istati Membri, ikun kompletament operattiv 24 siegħa kuljum, għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari f'konnessjoni mad-dħul ta' twissijiet u biex jippermetti li tittieħed azzjoni xierqa f'każijiet fejn persuni u oġġetti jkunu ġew imdaħħla fis-SIS II u jkunu nstabu bħala riżultat ta' hit. Il-kompiti ewlenin tal-Uffiċċji SIRENE jinkludu (13) l-iżgurar li l-iskambju tal-informazzjoni supplimentari kollha jkun skont ir-rekwiżiti ta' dan il-Manwal SIRENE, kif previst fl-Artikolu 8 komuni tal-istrumenti legali tas-SIS II għall-iskopijiet li ġejjin:

(a)

biex l-Istati Membri jitħallew jikkonsultaw jew jgħarrfu lil xulxin waqt li jkunu qed idaħħlu twissija (pereż. meta jdaħħlu twissijiet ta' arrest);

(b)

wara li jkun hemm hit, biex titħalla ssir l-azzjoni xierqa (pereż. tqabbil ta' twissija li tirriżulta pożittiva);

(c)

meta l-azzjoni mitluba ma tkunx tista' tittieħed (pereż. iż-żieda ta' marka ta' bandiera);

(d)

meta tkun qed tiġi trattata l-kwalità tad-dejta tas-SIS II (pereż. meta d-dejta tkun iddaħħlet illegalment jew tkun fattwalment mhux preċiża), inkluża l-validazzjoni ta' twissijiet li ħerġin u l-verifika ta' twissijiet li deħlin, jekk dan ikun provdut mil-liġi nazzjonali;

(e)

meta jkunu qed jitqiesu l-kompatibbiltà u l-prijorità tat-twissijiet (pereż. meta wieħed ikun qed jara jekk hemmx twissijiet multipli);

(f)

meta jkunu qed jiġu ttrattati d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, b'mod partikolari d-dritt tal-aċċess għad-dejta.

L-Istati Membri huma mħeġġa jorganizzaw il-korpi nazzjonali kollha responsabbli għall-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija, inklużi l-Uffiċċji SIRENE, b'mod strutturat sabiex jevitaw il-kunflitti ta' kompetenza u d-duplikazzjoni tax-xogħol.

1.2   Il-Manwal SIRENE

Il-Manwal SIRENE huwa sett ta' struzzjonijiet li jiddeskrivi fid-dettall ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-iskambju bilaterali jew multilaterali ta' informazzjoni supplimentari.

1.3.   L-Appendiċi għal dan il-Manwal SIRENE

Billi ċerti regoli ta' natura teknika għandhom impatt dirett fuq ix-xogħol tal-utenti fl-Istati Membri, inklużi l-Uffiċċji SIRENE, huwa xieraq li dawn ir-regoli jiġu inklużi fil-Manwal SIRENE. Għalhekk l-Appendiċijiet għal dan il-Manwal stabilixxew, fost l-oħrajn, regoli dwar it-tranżlitterazzjoni, it-tabelli tal-kodiċi, formoli għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni supplimentari u miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi oħra għall-ipproċessar tad-dejta.

1.4.   Katalogu ta' rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-acquis ta' Schengen u l-aħjar prattiki (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen)

Il-katalgu jservi biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti legalment u l-aħjar prattiċi għall-Istati Membri fid-dawl tal-esperjenza. Iservi wkoll bħala għodda ta' referenza għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni korretta tal-istrumenti legali tas-SIS II. Għalhekk, għandu, kemm jista' jkun, ikun segwit.

1.5.   Rwol tal-Uffiċċji SIRENE fil-kooperazzjoni bejn il-pulizija fl-Unjoni Ewropea

L-iskambju ta' informazzjoni supplimentari ma jippreġudikax il-kompiti fdati lill-Uffiċċji SIRENE fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pulizija mil-liġi nazzjonali li timplimenta strumenti legali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

L-Uffiċċji SIRENE jistgħu jiġu fdati b'kompiti addizzjonali, b'mod partikolari mil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI, mill-Artikoli 39 u 46 tal-Konvenzjoni ta' Schengen, sa fejn dawn ma ġewx sostitwiti mid-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI, mill-Artikolu 40 jew 41 tal-Konvenzjoni ta' Schengen jew jekk l-informazzjoni taqa' fl-ambitu tal-assistenza legali reċiproka.

Jekk Uffiċċju SIRENE jirċievi talba mingħand uffiċċju SIRENE ieħor li tmur lil hinn mill-kompetenza tiegħu skont il-liġi nazzjonali, huwa għandu immedjatament jgħaddiha lill-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-Uffiċċju SIRENE li jkun għamel it-talba bl-azzjoni tiegħu. Jekk ikun neċessarju, huwa għandu jipprovdi appoġġ lill-Uffiċċju SIRENE li jkun għamel it-talba sabiex jiffaċilita l-komunikazzjoni.

1.5.1.   Trasferiment ta' dejta tas-SIS II u informazzjoni supplimentari lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali

Skont l-Artikolu 39 tar-Regolament SIS II u 54 tad-Deċiżjoni SIS II, dejta pproċessata fis-SIS II għall-applikazzjoni ta' dawn iż-żewġ strumenti legali ma tkunx trasferita jew disponibbli għal pajjiżi terzi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali. Din il-projbizzjoni tapplika għat-trasferiment ta' informazzjoni supplimentari lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Artikolu 55 tad-Deċiżjoni tas-SIS II jipprevedi deroga minn din ir-regola ġenerali dwar l-iskambju ta' dejta mal-Interpol dwar serq, miżapproprazzjoni, telf ta' passaporti jew passaporti invalidati, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.6.   Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Europol

Il-Europol għandha d-dritt ta' aċċess u għal tiftix dirett għal dejta mdaħħla fis-SIS II skont l-Artikoli 26, 36 u 38 tad-Deċiżjoni tas-SIS II. L-Europol tista' titlob għal aktar informazzjoni mill-Istati Membri interessati skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Europol (14). B'konformità mal-liġi nazzjonali, huwa rakkomandat bil-qawwa li l-kooperazzjoni mal-Unità Nazzjonali tal-Europol (ENU) għandha tkun stabbilita biex ikun żgurat li l-Uffiċċju Sirene jkun mgħarraf b'kull skambju ta' informazzjoni supplimentari bejn il-Europol u l-ENU dwar it-twissijiet fis-SIS II. F'każijiet eċċezzjonali fejn il-komunikazzjoni f'livell nazzjonali dwar it-twissijiet tas-SIS II issir mill-ENU, il-partijiet kollha għall-komunikazzjoni, speċjalment l-Uffiċċju SIRENE, għandhom ikunu konxji dwar dan il-fatt sabiex tiġi evitata l-konfużjoni.

1.7.   Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Eurojust

Il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom għandhom id-dritt ta' aċċess u għal tiftix dirett għal dejta mdaħħla fis-SIS II skont l-Artikoli 26, 32, 34 u 38 tad-Deċiżjoni tas-SIS II. Skont il-liġi nazzjonali, għandha tkun stabbilita kooperazzjoni magħhom biex ikun żgurat skambju mingħajr diffikultà ta' informazzjoni f'każ ta' hit. B'mod partikulari, l-Uffiċċju SIRENE għandu jkun il-punt ta' kuntatt għal membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom għal informazzjoni supplimentari dwar twissijiet fis-SIS II.

1.8.   Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Interpol  (15)

Ir-rwol tas-SIS II la hu li tibdel u lanqas li tagħmel replika tar-rwol tal-Interpol. Għalkemm xi xogħlijiet jistgħu jidħlu f'xulxin, il-prinċipji li jirregolaw azzjoni jew il-kooperazzjoni bejn Stati Membri skont Schengen huma sostanzjalment differenti minn dawk tal-Interpol. Jeħtieġ, għalhekk, li jkunu stabbiliti regoli għall-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali (NCBs).

Japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

1.8.1.   Prijorità ta' twissijiet tas-SIS II fuq twissijiet tal-Interpol

F'każ ta' twissijiet maħruġin minn Stati Membri, it-twissijiet tas-SIS II u l-iskambju tal-informazzjoni kollha dwar dawn it-twissijiet dejjem ikollhom prijorità fuq twissijiet u informazzjoni skambjati permezz tal-Interpol. Dan huwa ta' importanza partikulari jekk it-twissijiet ikunu f'konflitt.

1.8.2.   L-għażla ta' mezz ta' komunikazzjoni

Il-prinċipju li twissijiet ta' Schengen jieħdu preċedenza fuq twissijiet tal-Interpol maħruġin minn Stati Membri jkun rispettat u jkun żgurat li NCBs ta' Stati Membri jkunu jaqblu ma' dan. Malli tinħoloq twissija tas-SIS II, il-komunikazzjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mat-twissija u l-għan u l-eżekuzzjoni ta' azzjoni li jkollha tittieħed li għalihom tkun inħolqot jingħataw mill-Uffiċċji SIRENE. Jekk Stat Membru jkun irid jibdel mezzi ta' komunikazzjoni, il-partijiet l-oħra għandhom ikunu kkonsultati minn qabel. Bidla bħal din tkun possibbli biss f'każijiet speċifiċi.

1.8.3.   L-użu u t-tixrid ta' diffużjonijiet tal-Interpol fl-Istati ta' Schengen

Minħabba l-prijorità tat-twissijiet tas-SIS fuq it-twissijiet tal-Interpol, l-użu ta' twissijiet tal-Interpol ikun ristrett għal każijiet eċċezzjonali (jiġifieri fejn ma hemmx dispożizzjoni, jew fl-istrumenti legali tas-SIS II jew f'termini tekniċi, biex tiddaħħal it-twissija fis-SIS II, jew fejn ma tkunx tista' tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinħoloq twissija tas-SIS II). Twissijiet paralleli fis-SIS II u permezz tal-Interpol fiż-żona Schengen għandhom ikunu evitati. Twissijiet li jitqassmu permezz ta' mezzi tal-Interpol u li jkopru wkoll iż-żona Schengen jew partijiet minnha jġibu l-indikazzjoni li ġejja: ‘ħlief għall-Istati ta' Schengen’.

1.8.4.   Hit u tħassir ta' twissija

Biex tkun żgurata l-irwol tal-Uffiċċju SIRENE bħala l-koordinatur tal-verifika tal-kwalità tal-informazzjoni mdaħħla fis-SIS II, l-Istati Membri jiżguraw li l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs jgħarrfu lil xulxin dwar hits u tħassir ta' twissijiet.

1.8.5.   Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs tal-Interpol

B'konformità mad-dritt nazzjonali, kull Stat Membru jieħu l-miżuri kollha xierqa biex ikun hemm skambju effettiv ta' informazzjoni fil-livell nazzjonali bejn l-Uffiċċju SIRENE tiegħu u l-NCBs.

1.9.   L-Istandards

L-istandards li fuqhom hija msejsal-kooperazzjoni permezz tal-Uffiċċji SIRENE huma dawn li ġejjin:

1.9.1.   Disponibbiltà

Kull uffiċċju SIRENE jkun operattiv b'mod sħiħ 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa sabiex ikun jista' jirreaġixxi fi żmien il-limitu ta' żmien kif meħtieġ fit-Taqsima 1.13. Il-provvediment ta' analiżi teknika u legali, għajnuna u soluzzjonijiet għandhom ukoll ikunu jistgħu jinkisbu 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

1.9.2.   Kontinwità

Kull Uffiċċju SIRENE jibni struttura interna li tiggarantixxi l-kontinwità ta' ġestjoni, staff u infrastruttura teknika.

1.9.3.   Kunfidenzjalità

Skont l-Artikolu 11 tal-istrumenti legali tas-SIS II, regoli nazzjonali rilevanti ta' segretezza professjonali jew obbligi ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità japplikaw għall-istaff kollu ta' SIRENE. Dan l-obbligu japplika wkoll wara li dawn in-nies jħallu l-uffiċċju jew l-impjieg.

1.9.4.   Aċċessibbiltà

Biex jitħares ir-rekwiżit tal-għoti ta' informazzjoni supplimentari, l-istaff ta' SIRENE jkollu aċċess dirett jew indirett għall-informazzjoni nazzjonali rilevanti u l-pariri esperti kollha.

1.10.   Komunikazzjoni

1.10.1.   Il-lingwa tal-komunikazzjoni

Biex tinkiseb l-aqwa effiċjenza f'komunikazzjoni bilaterali bejn l-Uffiċċji SIRENE, tintuża lingwa familjari għaż-żewġ partijiet.

1.10.2.   ‘Skambju ta'’ Data ‘bejn Uffiċċji SIRENE’

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE huma stabbiliti fid-dokument: ‘Skambju ta' Dejta bejn l-Uffiċċji SIRENE (DEBS — Data exchange between SIRENE Bureaux)’, Dawn l-istruzzjonijiet jiġu rispettati.

1.10.3.   In-netwerk, messaġġi u kaxxi postali

L-Uffiċċji SIRENE jużaw esklussivament netwerk virtwali kripotografiku ddedikat għad-dejta tas-SIS II u l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE, kif imsemmi fl-Artikoli komuni 4(1)(c) u 8(1) tal-istrumenti legali tas-SIS II. Huwa biss jekk dan il-mezz ma jkunx disponibbli, li jista' jintuża mezz ieħor ta' komunikazzjoni adatt u b'sigurtà adegwata. Il-ħila li jintgħażel il-mezz ifisser li l-għażla tkun stabbilita abbażi ta' każ każ, skont il-possibbiltajiet tekniċi u r-rekwiżi ta' sigurtà u kwalità li l-komunikazzjonijiet ikollhom jissodisfaw.

Messaġġi bil-miktub jinqasmu f'żewġ kategoriji: test liberu u forom standard. L-Appendiċi 3 jiddeskrivi l-formoli skambjati bejn l-Uffiċċji SIRENE u jistabbilixxu gwida dwar kontenut mistenni tal-oqsma, inkluż jekk humiex obbligatorji jew le.

Ikun hemm erba' kaxxi postali differenti fin-netwerk imsemmi hawn fuq għal messaġġi b'test ħieles u l-formoli SIRENE.

Il-kaxxa postali

L-indirizz għall-kaxxa postali

Għan

Operattiv

oper@xx.sirenemail2.eu

Jntuża għall-iskambju tal-formoli u fajls mehmuża bejn l-Uffiċċji SIRENE

Tekniku

tech@xx.sirenemail2.eu

Jintuża għall-iskambju tal-emails bejn il-persunal ta' appoġġ tekniku tal-Uffiċċji SIRENE

Il-Kap ta' SIRENE

director@xx.sirenemail2.eu

Jintuża għall-iskambju tal-emails bejn il-Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE

E-Mail

message@xx.sirenemail2.eu

Jintuża għal iskambju ta' messaġġi ta' test liberu bejn l-Uffiċċji SIRENE

Għal skopijiet ta' ttestjar tat-tieni dominju (16) (testxx.sirenemail2.eu) li fih il-kaxxi postali elettroniċi msemmija fit-tabella ta' hawn fuq, jista' jkun irreplikat għal finijiet ta' ttestjar mingħajr ma jinterferixxu mal-messaġġi live u fl-ambjent tal-fluss tax-xogħol.

Japplikaw ir-regoli ddettaljati dwar il-kaxxi postali SIRENE u t-trażmissjoni ta' formoli SIRENE deskritti fid-DEBS.

Is-sistema tal-fluss tx-xogħol SIRENE (ara t-Taqsima 1.12) timmonitorja l-kaxxi postali operazzjonali, (‘oper’ u ‘message’) sabiex ikunu identifikati formoli deħlin, emails u fajls mehmuża. Messaġġi urġenti jintbagħtu biss lill-kaxxi postali operattivi.

1.10.4.   Komunikazzjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali

Meta ma jkunux disponibbli kanali ta' komunikazzjoni normali u jkun meħtieġ li jintbagħtu formoli pereżempju b'feks, tapplika l-proċedura deskritta f'DEBS.

1.11.   Il-ktieb tal-indirizzi S I R E N E (SAB)

Id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċji SIRENE u l-informazzjoni relevanti għal komunikazzjoni u kooperazzjoni reċiproċi jinġabru u huma pprovduti fil-Ktieb tal-Indirizzi SIRENE (SIRENE Address Book, SAB). Il-Kummissjoni taġġorna s-SAB. Is-SAB aġġornat jinħareġ mill-Kummissjoni għallinqas darbtejn fis-sena. Kull uffiċċju SIRENE jiżgura ruħu li:

(a)

l-informazzjoni mis-SAB ma tkunx żvelata lil partijiet terzi;

(b)

il-persunal tas-SIRENE jafu bis-SAB u jużawh;

(c)

kull aġġornament tal-informazzjoni elenkata fis-SAB ikun ipprovdut mingħajr dewmien lill-Kummissjoni.

1.12.   Is-sistema tal-fluss tax-xogħol SIRENE

L-immaniġġar effettiv tal-volum tax-xogħol tal-uffiċċji SIRENE jista' jintlaħaq l-aħjar billi kull Uffiċċju SIRENE jkollu sistema ta' mmaniġġar kompjuterizzata (sistema tal-fluss tax-xogħol), li tippermetti awtomazzjoni kbira fl-immaniġġar tal-fluss tax-xogħol ta' kuljum.

L-Uffiċċju SIRENE jista' jkollu kompjuter u sistema ta' bażi tad-dejta ta' riserva tal-fluss tax-xogħol tiegħu f'sit sekondarju f'każ ta' emerġenza gravi fl-Uffiċċju SIRENE. Dan għandu jinkludi biżżejjed provvista ta' riżerva ta' elettriku u ta' komunikazzjoni.

Għandu jkun ipprovdut appoġġ xieraq tal-IT għall-fluss tax-xogħol SIRENE sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà kbira tiegħu.

1.13.   Il-limitu taż-żmien għar-risposta

L-Uffiċċju SIRENE jirrispondi malajr kemm jista' jkun it-talbiet kollha għal informazzjoni dwar twissijiet u proċeduri ta' hit magħmula minn Stati Membri oħra permezz tal-Uffiċċji SIRENE tagħhom. F'kull każ tingħata tweġiba fi żmien 12-il siegħa. (Ara wkoll it-Taqsima 1.13.1. dwar indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE).

Il-prijoritajiet fix-xogħol ta' kuljum ikunu bbażati fuq il-kategorija ta' twissija u l-importanza tal-każ.

1.13.1.   Indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE inkluż rappurtar urġenti ta' hit

Il-formoli SIRENE li għandhom jiġu trattati mill-Uffiċċju SIRENE li rċieva t-talba bl-ikbar prijorità jistgħu jiġu mmarkati ‘URĠENTI’, fil-kaxxa 311 (‘Avviż Importanti’) u wara tingħata r-raġuni għall-urġenza. Ir-raġuni għall-urġenza tiġi spjegata fl-oqsma xierqa tal-formoli SIRENE. Jistgħu jintużaw ukoll komunikazzjoni jew notifiki bit-telefown meta tkun meħtieġa tweġiba urġenti.

Meta ċ-ċirkustanzi ta' hit dwar twissija jiddettaw, bħal każ ġenwin ta' urġenza jew ta' importanza sinifikanti, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun qabbel it-twissija, fejn xieraq, jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti dwar il-hit permezz tat-telefown wara li jibgħat il-formola G.

1.14.   Regoli ta' traslitterazzjoni/traskrizzjoni

Id-definizzjonijiet u r-regoli tat-traslitterazzjoni u traskrizzjoni huma stabbiliti fl-Appendiċi 1. Dawn ikunu rispettati fil-komunikazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE (ara wkoll it-Taqsima 2.10 dwar l-entrati ta' ismijiet proprji).

1.15.   Kwalità tad-dejta

Skont l-Artikolu 7(2) tal-istrumenti legali tas-SIS II, l-Uffiċċji SIRENE jikkoordinaw il-verifika tal-kwalità tal-informazzjoni mdaħħla fis-SIS II. L-Uffiċċji SIRENE għandu jkollhom il-kompetenza nazzjonali neċessarja biex iwettqu dan ir-rwol. Għalhekk għandu jkun hemm formola adegwata ta' verifika tal-kwalità ta' dejta nazzjonali, inkluża reviżjoni tar-rata ta' twissijiet/hits u tal-konenut tad-dejta.

Biex kull Uffiċċju SIRENE jitħalla jwettaq l-irwol tiegħu ta' koordinatur tal-verifika tal-kwalità tad-data, għandhom ikunu disponibbli għajnuna ta' IT u drittijiet adatti fis-sistemi.

Għandhom jiġu stabbiliti standards nazzjonali għat-taħriġ tal-utenti finali dwar il-prinċipji u l-prassi tal-kwalità tad-dejta f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Nazzjonali SIRENE. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-persunal tal-Uffiċċji SIRENE biex ikunu involuti fit-taħriġ tal-awtoritajiet kollha li jdaħħlu twissijiet, li jenfasizzaw il-kwalità tad-dejta u l-massimizzazzjoni tal-użu tas-SIS II.

1.16.   Arkivjar

(a)

Kull Stat Membru jistabbilixxi kundizzjonijiet għal ħżin ta' informazzjoni.

(b)

L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li joħroġ it-twissija jżomm l-informazzjoni kollha dwar it-twissijiet tiegħu stess disponibbli għall-Istati Membri l-oħra, inkluża referenza għad-deċiżjoni li tkun ikkawżat it-twissija;

(c)

L-arkivji ta' kull Uffiċċju SIRENE jħallu jkun hemm aċċess malajr għall-informazzjoni rilevanti biex jitħarsu l-iskadenzi tassew qosra għal trażmissjoni ta' informazzjoni.

(d)

Skont l-Artikolu 12(4) tal-istrumenti legali SIS II, id-dejta personali, miżmuma fil-fajls mill-Uffiċċju SIRENE minħabba skambju ta' informazzjoni, tinżamm biss għal dak il-perjodu ta' żmien li jista' jkun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-iskopijiet li għalihom kienet ipprovduta. Bħala regola, din l-informazzjoni titħassar mill-ewwel wara li t-twissija relatata tkun tħassret mis-SIS II, u f'kull każ mhux aktar tard minn sena wara. Madankollu, id-dejta relatata ma' twissija partikolari li Stat Membru jkun ħareġ jew ma' twissija li b'konnessjoni magħha ttieħdet azzjoni fuq it-territorju tiegħu, tista' tinħażen għal perjodu itwal ta' żmien skont il-liġi nazzjonali.

(e)

Informazzjoni supplimentari mibgħuta minn Stati Membri oħra tinħażen skont il-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Istat Membru riċevitur. L-Artikolu Komuni 12 tal-istrumenti legali tas-SIS II, id-Direttiva 95/46/KE, u d-Deċiżjoni Kwadru 2008/977/ĠAI, japplikaw ukoll.

(f)

Wara li titħassar it-twissija relevanti, titħassar l-informazzjoni dwar identità użata ħażin.

(g)

Aċċess għal arkivji jkun irrekordjat, ikkontrollat u ristrett minn persunal maħtur apposta.

1.17.   Persunal

Livell għoli ta' staff b'esperjenza jwassal għal forza tax-xogħol li kapaċi tiffunzjona bl-inizjattiva tagħha nfisha u b'hekk tkun tista' tieħu ħsieb każijiet b'mod effiċjenti. Għalhekk tkun ħaġa mixtieqa li l-bdil ta' staff ikun baxx, u dan jirrikjedi l-appoġġ inekwivoku tal-maniġment biex joħloq ambjent ta' xogħol deċentralizzat. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jevitaw telf ta' kwalifiki u ta' esperjenza kkawżat minn tibdil fil-persunal.

1.17.1.   Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE

Il-kapijiet ta' Uffiċċji SIRENE għandhom jiltaqgħu għallinqas darbtejn fis-sena biex jivvalutaw il-kwalità tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi tagħhom, jiddiskutu miżuri tekniċi jew organizzattivi meħtieġa fil-każ ta' diffikultajiet u biex jiċċaraw proċeduri fejn ikun meħtieġ. Il-laqgħa tal-Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE tkun organizzata mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

1.17.2.   Persuna ta' Kuntatt tas-SIRENE (SIRCoP)

Fil-każijiet fejn il-proċeduri standard jistgħu ma jkunux biżżejjed, il-Persuna ta' Kuntatt SIRENE (SIRCoP) tista' tittratta fajls li l-progress tagħhom huwa kumpless, problematiku jew sensittiv u sabiex tkun solvuta l-kwistjoni, jista' jkun rikjest grad ieħor ta' assigurazzjoni tal-kwalità u/jew kuntatt b'terminu itwal ma' Uffiċċju ieħor tas-SIRENE. Is-SIRCoP mhijiex intenzjonata għal każijiet urġenti fejn fil-prinċipju jintużaw is-servizzi 24/7 tal-front desk.

Is-SIRCoP jista' jifformola proposti li jsaħħu l-kwalità u jiddeskrivu l-għażliet li jsolvu tali kwisjonijiet f'terminu ta' żmien twil.

Bħala regola ġenerali, SIRCoP jistgħu jkunu kkuntattjati biss minn SIRCoP oħra matul il-ħin tal-uffiċċju

Valutazzjoni annwali titwettaq fil-qafas ta' rappurtaġġ tal-istatistika annwali kif huwa stabbilit fl-Appendiċi 5 bbażat fuq l-indikaturi li ġejjin:

(a)

in-numru ta' interventi SIRCoP għal kull Stat Membru;

(b)

ir-raġuni għall-kuntatt;

(c)

ir-riżultat tal-intervent ibbażat fuq informazzjoni disponibbli matul il-perjodu ta' rappurtar

1.17.3.   Għarfien

Il-persunal tal-Uffiċċju SIRENE jkollu ħiliet lingwistiċi li jkopru firxa wiesgħa kemm jista' jkun ta' lingwi u membri tal-persunal fuq xogħolhom ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-Uffiċċji SIRENE kollha.

Huma jkollhom l-għarfien neċessarju dwar:

aspetti ġuridiċi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali,

l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali tagħhom, u

sistemi nazzjonali u Ewropej ta' amministrazzjoni ġudizzjarja u tal-immigrazzjoni.

Jeħtiġilhom ikollhom l-awtorità li tittratta b'mod indipendenti kull każ li jidħol.

Operaturi fuq xogħolhom barra l-ħinijiet tal-uffiċċju jkollhom l-istess kompetenza, għarfien u awtorità u għandu jkun possibbli għalihom li jirreferu għal esperti disponibbli malli jissejħu.

Fl-Uffiċċju SIRENE għandu jkun jista' jinkiseb tagħrif legali espert biex jaqdi kemm każi normali kif ukoll eċċezzjonali. Skont ix-xorta tal-każ, dan jista' jingħata minn kull membru tal-persunal li jkollu l-isfond ġuridiku meħtieġ jew minn esperti minn awtoritajiet ġudizzjarji.

1.17.4.   Taħriġ

Livell nazzjonali

Fuq livell nazzjonali, taħriġ suffiċjenti jiżgura li l-persunal jissodisfa l-istandards meħtieġa kif stabbiliti f'dan il-manwal. Qabel ma jkun awtorizzat jipproċessa dejta maħżuna fis-SIS II, il-persunal, b'mod partikulari, jirċievi taħriġ xieraq dwar regoli ta' sigurtà ta' dejta u ta' protezzjoni ta' dejta u jkun mgħarraf dwar reati u pieni kriminali rilevanti.

Livell Ewropew

Ikunu organizzati korsijiet ta' taħriġ komuni mill-anqas darba fis-sena, biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE billi jħallu staff jiltaqa' ma' kollegi minn Uffiċċji SIRENE oħra, jaqsmu informazzjoni fuq metodi nazzjonali ta' xogħol u joħolqu livell ta' għarfien konsistenti u ekwivalenti. Dan ikompli jagħmel lill-persunal konxju mill-importanza tax-xogħol tiegħu u mill-ħtieġa tas-solidarjetà reċiproka minħabba s-sigurtà komuni tal-Istati Membri.

It-taħriġ għandu jingħata f'konformità mal-Manwal SIRENE għal min iħarreġ.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) jistabbilixxi li l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (l-Aġenzija) twettaq kompiti relatati mat-taħriġ tal-użu tekniku tas-SIS II, b'mod partikolari għall-persunal tas-SIRENE.

1.17.5.   Skambju ta' persunal

Kemm jista' jkun possibbli, l-Uffiċċji SIRENE għandhom jipprevedu kif jistabbilixxu skambji ta' persunal ma' Uffiċċji SIRENE oħra mill-anqas darba fis-sena. Dawn l-iskambji jkunu maħsubin biex jgħinu jtejbu l-għarfien tal-istaff dwar metodi ta' xogħol, juru kif Uffiċċji SIRENE oħra jkunu organizzati u jistabbilixxu kuntatti personali ma' kollegi fi Stati Membri oħra.

2.   PROĊEDURI ĠENERALI

Il-proċeduri deskritti hawn taħt huma applikabbli għall-kategoriji kollha ta' twissijiet. Il-proċeduri speċifiċi għal kull kategorija ta' twissija jistgħu jinstabu fil-partijiet rilevanti ta' dan il-Manwal.

2.1.   Definizzjonijiet

‘Stat Membru emittenti’: L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija fis-SIS II;

‘Stat Membru eżekutur’: Stat Membru li jieħu l-azzjonijiet meħtieġa wara hit;

‘Uffiċċju SIRENE fornitur’: Uffiċċju SIRENE ta' Stat Membru li jkollu marki tas-swaba jew stampi tal-persuna li għaliha tkun iddaħħlet twissija minn Stat Membru ieħor.

‘Hit’: isseħħ f'SIS II meta:

(a)

issir tfittxija mill-utent,

(b)

it-tfittxija tiżvela twissija barranija fl-SIS II,

(c)

dejta dwar it-twissija fis-SIS II taqbel mad-dejta tar-riċerka, u

(d)

ikunu rikjesti azzjonijiet ulterjuri bħala riżultat tal-ħit

‘Marka ta' bandiera’: sospensjoni tal-validità fil-livell nazzjonali li tista' tiżdied ma' twissijiet ta' arrest, twissijiet dwar persuni nieqsa u twissijiet għal kontrolli, fejn Stat Membru jqis li jekk iġib fis-seħħ twissija dan ma jkunx kompatibbli mad-dritt nazzjonali tiegħu, mal-obbligi internazzjonali tiegħu jew ma' interessi nazzjonali essenzjali. Meta t-twissija tkun indikata, l-azzjoni mitluba li jkollha tittieħed abbażi tat-twissija ma tittieħedx fit-territorju ta' dan l-Istat Membru.

2.2.   Twissijiet multipli (l-Artikolu 34(6) tar-Regolament SIS II u 49(6) tad-Deċiżjoni SIS II)

Twissija waħda biss għal kull Stat Membru tista' tiddaħħal fis-SIS II għal kull persuna waħda jew oġġett wieħed.

Għalhekk, kull fejn ikun possibbli u neċessarju, it-tieni twissija u t-twissijiet sussegwenti dwar l-istess persuna jew oġġett jinżammu disponibbli fuq livell nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jiġu introdotti meta l-ewwel twissija tiskadi jew titħassar.

Jistgħu jiddaħħlu diversi twissijiet minn Stati Membri differenti għall-istess suġġetti. Huwa essenzjali li dan ma joħloqx konfużjoni fost l-utenti aħħarin u li jkun ċar għalihom x'miżuri jkollhom jittieħdu meta jkunu jridu jdaħħlu twissija, u liema proċedura għandha tittieħed meta jkun hemm hit. Għalhekk ikunu stabbiliti proċeduri biex ikunu identifikati twissijiet multipli, u jkun stabbilit mekkaniżmu ta' prijorità biex dawn jiddaħħlu fis-SIS II.

Dan jitlob li jkun hemm:

kontrolli qabel ma tiddaħħal twissija, sabiex jiġi determinat jekk is-suġġett jinsabx diġà fis-SIS II,

konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra, meta d-dħul ta' twissija jikkawża twissijiet multipli li jkunu inkompatibbli.

2.2.1.   Kompatibbiltà tat-twissijiet

Diversi Stati Membri jistgħu jdaħħlu twissija dwar l-istess persuna jew oġġett jekk it-twissijiet ikunu kompatibbli.

Tabella ta' kompatibbiltà ta' twissijiet dwar persuni

Ordni ta' importanza

Twissija ta' arrest

Twissija ta' ċaħda ta' dħul

Twissija dwar persuna nieqsa (protezzjoni)

Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

Twissija għal kontroll speċifiku

Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

Twissija għal kontroll diskret

Twissija dwar persuna nieqsa (fejn tista' tinstab)

Twissija għal proċedura ġudizzjarja

Twissija ta' arrest

iva

iva

iva

le

le

le

le

iva

iva

Twissija ta' ċaħda ta' dħul

iva

iva

le

le

le

le

le

le

le

Twissija dwar persuna nieqsa (protezzjoni)

iva

le

iva

le

le

le

le

iva

iva

Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

le

le

le

iva

iva

le

le

le

le

Twissija għal kontroll speċifiku

le

le

le

iva

iva

le

le

le

le

Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

le

le

le

le

le

iva

iva

le

le

Twissija għal kontroll diskret

le

le

le

le

le

iva

iva

le

le

Twissija dwar persuna nieqsa (fejn tista' tinstab)

iva

le

iva

le

le

le

le

iva

iva

Twissija għal proċedura ġudizzjarja

iva

le

iva

le

le

le

le

iva

iva


Tabella ta' kompatibbiltà għal twissijiet dwar oġġetti

Ordni ta' importanza

Twissija għal użu bħala prova

Id-dokument invalidat għal skopijiet ta' vjaġġar

Twissija għal qbid

Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

Twissija għal kontroll speċifiku

Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

Twissija għal kontroll diskret

Twissija għal użu bħala prova

iva

iva

iva

le

le

le

le

Id-dokument invalidat għal skopijiet ta' vjaġġar

iva

iva

iva

le

le

le

le

Twissija għal qbid

iva

iva

iva

le

le

le

le

Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

le

le

le

iva

iva

le

le

Twissija għal kontroll speċifiku

le

le

le

iva

iva

le

le

Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

le

le

le

le

le

iva

iva

Twissija għal kontroll diskret

le

le

le

le

le

iva

iva

2.2.2.   Ordni ta' prijorità ta' twissijiet

Fil-każ ta' twissijiet ta' inkompatibbiltà, l-ordni ta' prijorità għal twissijiet dwar persuni tkun kif ġej:

arrest għal għanijiet ta' rilaxx jew estradizzjoni (l-Artikolu 26),

ċaħda ta' dħul jew permanenza fit-territorju ta' Schengen (l-Artikolu 24 tar-Regolament),

għoti ta' protezzjoni (l-Artikolu 32 tad-Deċiżjoni),

għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

għal kontroll speċifiku (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

għal kontroll diskret — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

kontroll diskret (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

komunikazzjoni dwar fejn jistgħu jinsabu persuni nieqsa (l-Artikoli 32 u 34 tad-Deċiżjoni).

L-ordni ta' prijorità għal twissijiet dwar oġġetti tkun kif ġej:

għal użu bħala prova (l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni),

il-qbid tad-dokument invalidat għal skopijiet ta' vjaġġar (l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni),

għal qbid (l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni),

għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni),

għal kontroll speċifiku (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni),

għal kontroll diskret — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni),

kontroll diskret (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni).

Tibdil f'din l-ordni ta' prijorità jista' jsir wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri jekk ikunu f'riskju interessi nazzjonali essenzjali.

2.2.3.   Kontrolli għal inkompatibbiltà u dħul ta' twissijiet multipli

Sabiex ikunu evitati twissijiet multipli inkompatibbli, importanti li ssir distinzjoni preċiża bejn persuni jew oġġetti li għandhom karatteristiċi simili. Għalhekk il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn L-Uffiċċji SIRENE huma essenzjali, u kull Stat Membru jistabbilixxi proċeduri tekniċi adatti biex ikunu magħrufa każijiet bħal dawn qabel ma jsir dħul.

L-Uffiċċju SIRENE jiżgura li teżisti twissija waħda biss fis-SIS II f'konformità ma' proċedura nazzjonali jekk talba għal twissija tkun f'konflitt ma' twissija maħruġa mill-istess Stat Membru.

Tapplika l-proċedura li ġejja sabiex ikun ivverifikat jekk jeżistux twissijiet multipli għall-istess persuna jew l-istess oġġett.

(a)

L-elementi obbligatorji għad-deskrizzjoni tal-identità jitqabblu meta tiġi stabbilita l-eżistenza ta' twissijiet multipli:

(i)

dwar persuna:

il-kunjom,

l-isem,

id-data tat-twelid,

is-sess;

(ii)

dwar vettura:

in-numru VIN,

in-numru ta' reġistrazzjoni u l-pajjiż ta' reġistrazzzjoni,

l-għamla,

it-tip;

(iii)

dwar inġenji tal-ajru:

kategorija tal-inġenji tal-ajru,

numru ta' reġistrazzjoni ICAO;

(iv)

dwar dgħajsa:

kategorija ta' dgħajsa,

għadd ta' bwieq,

numru ta' identifikazzjoni estern tad-dgħajsa (mhux obbligatorju iżda jista' jintuża);

(v)

dwar kontejner:

in-numru tal-BIC (18).

(b)

Meta tiddaħħal twissija ġdida dwar vettura jew oġġett ieħor b'VIN jew numru tar-reġistrazzjoni, ara l-proċeduri fit-Taqsima 8.2.1.

(c)

Għal oġġetti oħra, il-kaxxi l-aktar adatti biex ikunu identifikati twissijiet multipli huma l-kaxxi obbligatorji, li kollha kemm huma għandhom jintużaw għal paragun awtomatiku permezz tas-sistema.

Il-proċeduri deskritti fit-Taqsima 8.2.1 (kontrolli ta' twissijiet multipli dwar vettura) jintużaw biex issir distinzjoni bejn kategoriji oħra ta' oġġetti f'SIS II meta jkun evidenti li żewġ oġġetti simili jkollhom l-istess numru tas-serje.

Jekk ir-riżultat tal-kontroll ikun li d-dettalji jkollhom x'jaqsmu ma' żewġ persuni jew oġġetti differenti, l-Uffiċċju SIRENE japprova t-talba biex it-twissija l-ġdida tiddaħħal (19).

Jekk il-kontroll ta' twissijiet multipli jiżvela li d-dettalji huma identiċi u huma relatati mal-istess persuna jew oġġett, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li għandu l-intenzjoni li jdaħħal twissija ġdida jikkonsulta lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jekk it-twissijiet ikunu inkompatibbli.

Il-proċedura li jmiss tapplika biex tivverifika l-kompatibbiltà tat-twissijiet:

(a)

qabel ma tiddaħħal twissija huwa obbligatorju li ssir verifika li tiżgura li ma hemmx twissijiet inkompatibbli;

(b)

jekk teżisti twissija oħra li tkun kompatibbli, l-Uffiċċji SIRENE ma jkunux jeħtieġu jikkonsultaw lil xulxin. Madankollu, jekk hemm ħtieġa li jkun ikkjarifikat jekk it-twissija tirrelatax mal-istess persuna, l-Uffiċċju SIRENE jikkonsulta lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti permezz tal-formola L;

(c)

jekk it-twissijiet ikunu inkompatibbli, l-Uffiċċji SIRENE jikkonsultaw lil xulxin permezz tal-formola E sabiex fl-aħħar mill-aħħar tiddaħħal twissija waħda biss;

(d)

It-twissijiet għal arrest jiddaħħlu immedjatament mingħajr ma jiġi mistenni r-riżultat ta' kwalunkwe konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra.

(e)

Jekk twissija li tkun inkompatibbli ma' twissijiet eżistenti tingħata prijorità bħala r-riżultat ta' konsultazzjoni, l-Istat Membri li jkunu daħħlu s-twissijiet l-oħra jħassruhom meta tkun iddaħħlet it-twissija l-ġdida. Kull tilwima tkun irranġata minn Stati Membri permezz tal-Uffiċċji SIRENE.

(f)

Stati Membri li ma kinux jistgħu jdaħħlu twissija jistgħu jissottoskrivu biex ikunu notifikati mis-CS-SIS dwar it-tħassir tat-twissija;

(g)

l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ma setax idaħħal it-twissija jista' jitlob lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija biex jgħarrfu dwar hit għal din it-twissija.

2.2.4.   Is-sitwazzjoni speċifika tar-Renju Unit u l-Irlanda

Ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx fir-Regolament tas-SIS II għalhekk ma jistgħux jiksbu aċċess għat-twissijiet dwar ċaħda ta' dħul jew soġġorn (l-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament SIS II). Huma għandhom, madankollu, ikunu marbutin bir-regoli dwar kompatibbiltà ta' twissijiet kif stabbilit fit-Taqsima 2.2 u b'mod partikolari għandhom japplikaw il-proċedura msemmija fit-Taqsima 2.2.3.

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

Jekk ir-Renju Unit jew l-Irlanda jdaħħlu twissija li potenzjalment tkun inkompatibbli ma' twissija eżistenti dwar ċaħda ta' dħul jew soġġorn skont it-Taqsima 2.2.1, is-SIS II Ċentrali tinnotifika lil dawn iż-żewġ Stati Membri dwar l-inkompatibilità potenzjali billi jiġi kkomunikat biss l-ID ta' Schengen eżistenti ta' twissija.

(b)

Jekk twissija mdaħħla mir-Renju Unit jew l-Irlanda tiġi notifikata b'inkompatibbiltà potenzjali ma' twissija ta' allarm dwar ċaħda ta' dħul jew soġġorn imdaħħla minn Stat Membru ieħor, l-Uffiċċju Sirene tar-Renju Unit jew l-Irlanda jibda konsultazzjoni mal-Istat Membru emittenti bl-użu ta' messaġġ b'test ħieles u jħassar it-twissija potenzjalment inkompatibbli matul il-konsultazzjoni.

(c)

Skont ir-riżultat tal-konsultazzjoni r-Renju Unit jew l-Irlanda jista' jerġgħu jdaħħlu twissija li tkun ġiet murija li hija kompatibbli.

2.3   L-iskambju ta' informazzjoni wara hit

Jekk l-utent aħħari jkun jeħtieġlu informazzjoni supplimentari wara hit, l-Uffiċċju SIRENE jagħmel kuntatt mal-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti malajr kemm jista' jkun u jitlob l-informazzjoni meħtieġa. Skont il-każ, l-Uffiċċji SIRENE jagħmluha ta' medjaturi bejn l-awtoritajiet nazzjonali u jagħtu u jiskambjaw informazzjoni supplimentari rilevanti għat-twissija msemmija.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-Istat Membru emittenti jiġi infurmat bil-hit u bl-eżitu tagħha (ara wkoll it-Taqsima 1.13.1 dwar indikazzjoni ta' urġenza).

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

Bla preġudizzju għat-Taqsima 2.4 ta' dan il-Manwal, hit dwar individwu jew oġġett li għalihom tkun inħarġet twissija, bħala prinċipju, tkun ikkomunikata lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti billi tintuża l-formola G.

(b)

Fin-notifika ta' hit lill-Istat Membru emittenti, fil-kaxxa 090 tal-formola G, jiġi indikat l-Artikolu applikabbli tal-istrumenti legali SIS II, inkluża informazzjoni addizzjonali jekk dan ikun neċessarju (pereż. ‘MINORENNI’).

Il-formola G tipprovdi kemm jista' jkun informazzjoni dwar il-hit, inkluż dwar l-azzjoni li ttieħdet fil-kaxxa 088. Fil-kaxxa 089, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jista' jintalab jipprovdi informazzjoni supplimentari.

(c)

Jekk l-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni biħsiebu jipprovdi iktar informazzjoni wara li tkun intbagħtet il-formola G, huwa juża l-formola M.

(d)

Jekk ikun meħtieġ, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti mbagħad jibgħat kull informazzjoni rilevanti u speċifika u jindika kull miżura partikulari li jitlob lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni biex jieħu.

Għall-proċedura ta' rappurtar dwar hits li jkunu saru permezz ta' sistemi tar-Rikonoxximent Awtomatiku tal-Pjanċa (Automatic Number Plate Recognition, ANPR)), ara t-Taqsima 9.

2.4.   Meta ma jkunux jistgħu jiġu segwiti l-proċeduri wara hit (l-Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u l-Artikolu 33 tar-Regolament SIS II)

B'konformità mal-Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u mal-Artikolu 33 tar-Regolament SIS II, tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

l-Istat Membru, li fuq il-bażi tal-informazzjoni ma jkunx jista' jsegwi l-proċedura jgħarraf lill-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu li huwa ma jistax iwettaq l-azzjoni mitluba, u jagħti r-raġunijiet tiegħu fil-kaxxa 083 tal-formola H;

(b)

L-Istati Membri interessati jistgħu jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom u l-istrumenti legali tas-SIS II.

2.5.   L-ipproċessar ta' dejta ħlief għall-fini li għalih tkun iddaħħlet fis-SIS II (l-Artikolu 46(5) tad-Deċiżjoni SIS II)

Id-dejta li tinsab fis-SIS II tista' tkun ipproċessata biss għall-finijiet stabbiliti għal kull kategorija ta' twissija.

Madankollu, jekk tkun inkisbet awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru emittenti, id-dejta tista' tkun ipproċessata għal skop barra minn dak li għalih tkun iddaħħlet, sabiex tkun evitata theddida gravi imminenti għall-ordni u s-sigurtà pubblika, għal raġunijiet gravi ta' sigurtà nazzjonali jew għall-finijiet sabiex jiġi evitat reat kriminali serju.

Jekk Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jipproċessa dejta fis-SIS II għal finijiet barra minn dawk li għalihom tkun iddaħħlet, l-iskambju ta' informazzjoni jsir skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

Permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu, l-Istat Membru li jkollu l-intenzjoni li juża d-dejta għal skop differenti jispjega lill-Istat Membru emittenti r-raġunijiet għaliex id-dejta għandha tkun ipproċessata għal skop ieħor, billi juża l-formola I.

(b)

malajr kemm jista' jkun, l-Istat Membru emittenti jara jekk din it-talba tistax tintlaqa' u jgħarraf lill-Istat Membru l-ieħor billi juża l-formola M, permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu, bid-deċiżjoni tiegħu;

(c)

jekk ikun jeħtieġ, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jista' jagħti awtorizzazzjoni suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet dwar kif id-dejta għandha tintuża. Din l-awtorizzazzjoni għandha tintbagħat bil-formola M.

Malli l-Istat Membru emittenti jkun qabel, l-Istat Membru l-ieħor juża d-dejta biss għar-raġuni li għaliha jkun kiseb awtorizzazzjoni. Huwa jqis kull kundizzjoni stabbilita mill-Istat Membru emittenti.

2.6.   L-immarkar

2.6.1.   Introduzzjoni

(a)

L-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni SIS II tipprevedi l-każijiet li ġejjin meta Stat Membru jista' jirrikjedi marka ta' bandiera.

(i)

Meta Stat Membru jikkunsidra li l-effett mogħti lil twissija mdaħħla skont l-Artikoli 26, 32 jew 36 tad-Deċiżjoni SIS II ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu, l-obbligi internazzjonali jew l-interessi nazzjonali essenzjali tiegħu, dan jista' sussegwentement jeħtieġ li tiżdied marka ta' bandiera mat-twissija bir-riżultat li l-azzjoni li għandha tittieħed abbażi tat-twissija ma tittiħidx fit-territorju tagħha. Il-marka ta' bandiera tiżdied mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti.

(ii)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu li tiżdied marka ma' twissija maħruġa skont l-Artikolu 26, l-Istati Membri kollha jiġu nnotifikati awtomatikament dwar kull twissija ġdida ta' dik il-kategorija bl-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

(iii)

Jekk f'każijiet partikolarment urġenti u serji, Stat Membru li joħroġ allert jitlob l-eżekuzzjoni tal-azzjoni, l-Istat Membru li jesegwixxi allert jeżamina jekk jistax jippermetti li tiġi rtirata l-marka ta' bandiera miżjuda fuq talba tiegħu. Jekk l-Istat Membru li jesegwixxi l-azzjoni jista' jagħmel dan, hu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-azzjoni li għandha tittieħed tista' ssir minnufih.

(b)

Proċedura alternattiva teżisti biss għal twissijiet ta' arrest (ara t-Taqsima 3.6).

(c)

Meta tiġi miżjuda marka ta' bandiera ma' twissijiet dwar persuni neqsin u twissijiet dwar kontrolli diskreti jew speċifiċi, it-twissija ma tidhirx fuq l-iskrin meta l-utent finali jikkonsulta s-sistema.

(d)

Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 3.6.1 Stat Membru ma jitlobx għal marka ta' bandiera biss fuq il-bażi li Stat Membru partikolari huwa l-Istat Membru emittenti. Il-marki jintalbu biss fuq bażi ta' każ b'każ.

2.6.2.   Konsultazzjoni mal-Istati Membri bil-għan li tiżdied marka ta' bandiera

Marka tiġi miżjuda biss meta ssir talba jew ikun hemm qbil minn Stat Membru ieħor.

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

jekk Stat Membru jitlob li tiżdied marka ta' bandiera, huwa jitlob il-marka ta' bandiera mingħand l-Istat Membru emittenti billi juża l-formola F, u jagħti r-raġuni għall-ħtieġa tal-marka ta' bandiera. Il-kaxxa 071 tintuża għal dan l-iskop, filwaqt li l-kaxxa 080 tispjega r-raġuni għal din il-marka ta' bandiera. Għal informazzjoni supplimentari oħra dwar it-twissija, tintuża l-kaxxa 083.

(b)

L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija jżid il-marka ta' bandiera mitluba immedjatament;

(c)

ladarba l-informazzjoni tkun ġiet skambjata, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fil-proċess ta' konsultazzjoni mill-Istat Membru li talab il-marka ta' bandiera, jista' jkun hemm il-ħtieġa li t-twissija tiġi emendata jew imħassra jew li t-talba tiġi rtirata u t-twissija tibqa' l-istess.

2.6.3.   Talba biex titħassar marka ta' bandiera

L-Istati Membri jitolbu t-tħassir tal-marka ta' bandiera mitluba preċedentement malli r-raġuni għall-marka ta' bandiera ma tibqax iktar valida. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun inbidlet jew jekk skambju ta' informazzjoni ulterjuri dwar il-każ ikun żvela li ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikoli 24(1), 25 tad-Deċiżjoni SIS II ma għadhomx jeżistu.

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

L-uffiċċju SIRENE li preċedentement talab li tiżdied il-marka ta' bandiera jitlob lill-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti sabiex iħassar il-marka ta' bandiera billi tintuża l-formola F. Il-kaxxa 075 tintuża għal dan l-iskop (20). Għal iktar dettalji dwar id-dritt nazzjonali, tintuża l-kaxxa 080, u fejn ikun xieraq, u sabiex tiddaħħal informazzjoni supplimentari li tispjega r-raġuni għat-tħassir tal-marka ta' bandiera u għal informazzjoni supplimentari oħra li tikkonċerna t-twissija, tintuża l-kaxxa 083.

(b)

L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jħassar il-marka ta' bandiera immedjatament.

2.7.   Dejta misjuba li tkun legalment jew fattwalment skorretta (l-Artikolu 34 tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 49 tad-Deċiżjoni SIS II)

Jekk dejta tinstab li tkun skorretta fattwalment jew li tkun inħażnet illegalment fis-SIS II, allura l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari jsir skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament SIS II u fl-Artikolu 49(2) tad-Deċiżjoni SIS II, li jgħidu li l-Istati Membri biss li jkunu ħarġu t-twissija jistgħu jimmodifikaw, iżidu, jikkoreġu, jaġġornaw jew iħassru d-dejta.

L-Istat Membru li jkun sab li dejta jkollha żball jew li kienet inħażnet illegalment jgħarraf lill-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu mal-ewwel opportunità u mhux aktar tard minn għaxart ijiem kalendarji wara l-prova li turi li l-iżball kien ġie għall-attenzjoni tiegħu. L-iskambju ta' informazzjoni jsir billi tintuża l-formola J.

(a)

Wara r-riżultat tal-konsultazzjonijiet, l-Istat Membru emittenti jista' jkollu jħassar jew jikkoreġi d-dejta, skont il-proċeduri nazzjonali tiegħu għall-korrezzjoni tal-punt inkwistjoni;

(b)

Jekk ma jkunx hemm qbil fi żmien xahrejn, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun sab l-iżball jew li d-dejta kienet inħażnet illegalment javża lill-awtorità responsabbli fil-pajjiż tiegħu stess biex din tgħaddi l-każ lill-Garanti Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta, li, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali interessati ta' garanzija, jagħmilha ta' medjatur.

2.8.   Id-dritt ta' aċċess u rettifika ta' data (l-Artikoli 41 tar-Regolament SIS II u 58 tad-Deċiżjoni SIS II)

2.8.1.   Talbiet għal aċċess għal jew rettifika ta' dejta'

Bla preġudizzju għal-liġi nazzjonali, meta l-awtoritajiet nazzjonali ikollhom bżonn ikunu mgħarrfa dwar talba għal aċċess jew rettifika ta' dejta, allura l-iskambju ta' informazzjoni jsir skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

Kull Uffiċċju SIRENE japplika l-liġijiet nazzjonali tiegħu fuq id-dritt ta' aċċess għal dejta personali. Skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u f'konformità mal-liġi applikabbli, l-Uffiċċji SIRENE jressqu kull talba li jirċievu għal aċċess għal jew rettifika ta' dejta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew jiddeċiedu fuq dawn it-talbiet skont il-limiti tal-mandat tagħhom.

(b)

Jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti hekk jitolbu, l-Uffiċċji SIRENE tal-Istati Membri interessati, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, jgħaddulhom informazzjoni dwar l-eżerċitar tad-dritt ta' aċċess għal dejta.

2.8.2.   Skambju ta' informazzjoni wara talbiet għal aċċess għal twissijiet maħruġin minn Stati Membri oħra

Informazzjoni dwar talbiet għal aċċess għal twissijiet imdaħħlin fis-SIS II minn Stat Membru ieħor ikunu skambjati permezz tal-Uffiċċji SIRENE nazzjonali bl-użu tal-formola K għal persuni jew il-formola M għal oġġetti.

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

it-talba għal aċċess titressaq kemm jista' jkun malajr lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti, sabiex dan ikun jista' jieħu pożizzjoni dwar il-kwistjoni.

(b)

l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun irċieva t-talba dwar il-pożizzjoni tal-aċċess tiegħu;

(c)

ir-risposta tal-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti tikkunsidra kull skadenza għall-ipproċessar tat-talba stabbilita mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li rċieva t-talba għall-aċċess;

(d)

L-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jirċievi talba mingħand individwu għal aċċess, korrezzjoni jew tħassir, jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżgura li tingħata tweġiba fil-ħin.

Jekk l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jibgħat jgħarraf bil-pożizzjoni tiegħu lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun irċieva t-talba għal aċċess, l-Uffiċċju SIRENE, skont il-liġijiet nazzjonali u skont il-limiti tal-mandat tiegħu, jiddeċiedi fuq it-talba jew jiżgura li l-pożizzjoni tintbagħat malajr kemm jista' jkun lill-awtorità responsabbli għal deċiżjoni dwar it-talba.

2.8.3.   Skambju ta' informazzjoni għal rettifika jew tħassir ta' dejta mdaħħla minn Stati Membri oħra

Meta persuna titlob biex id-dejta tiegħu jew tagħha tkun irrettifikata jew imħassra, dan jista' jsir biss mill-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija. Jekk persuna tindirizza lil Stat Membru minbarra dak li jkun daħħal it-twissija, l-Uffiċċju SIRENE li saritlu t-talba jinforma lill-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti permezz tal-formola K u għandha tapplika l-proċedura deskritta fi 2.8.2.

2.9.   Tħassir meta ma jibqgħux jitħarsu l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija

Twissijiet imdaħħla fis-SIS II jinżammu għaż-żmien meħtieġ biex ikunu sodisfatti l-finijiet li għalihom ikunu ddaħħlu.

Hekk kif il-kundizzjonijiet għaż-żamma tat-twissija ma jibqgħux jiġu sodisfati, l-Istat Membru emittenti jħassar it-twissija mingħajr dewmien. Meta t-twissija jkollha data ta' skadenza, it-tneħħija sseħħ b'mod awtomatiku fis-CS-SIS. F'każ ta' hit, japplikaw il-proċeduri partikolari deskritti fit-Taqsimiet 3.11, 4.10, 5.7, 6.5, 7.7 u 8.4.

Il-messaġġ ta' tħassir mis-CS-SIS ikun ipproċessat awtomatikament mill-N.SIS II.

L-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jissottoskrivu għal notifika awtomatika ta' tħassir ta' twissija.

2.10.   Id-dħul ta' ismijiet proprji

Fil-limiti imposti minn sistemi nazzjonali għad-dħul ta' dejta u d-disponibilità tad-dejta, ismijiet proprji (ismijiet u kunjomijiet) jiddaħħlu fis-SIS II f'format (test u ortografija) f'konformità mal-format użat għal dokumenti uffiċjali tal-ivvjaġġar għall-istandards ICAU għal dokumenti tal-ivvjaġġar, li huma użati wkoll għall-funzjonalitajiet ta' translitterazzjoni u traskrizzjoni tas-SIS II Ċentrali. Fl-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, l-Uffiċċji SIRENE jużaw l-ismijiet proprji kif jiddaħħlu fis-SIS II. Kemm l-utenti kif ukoll l-Uffiċċji SIRENE fl-Istati Membri emittenti jużaw, bħala regola ġenerali, karattri Latini sabiex idaħħlu d-dejta fis-SIS II, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' traslitterazzjoni u traskrizzjoni stabbiliti fl-Appendiċi 1.

Meta jkun meħtieġ li tkun skambjata informazzjoni supplimentari dwar persuna li mhijiex suġġetta għal twissija iżda li tista' tkun relatata magħha, (pereżempju persuna li tista' tkun qed takkumpanja persuni minorenni li tkun nieqsa), il-preżentazzjoni u l-ortografija tal-isem isegwu r-regoli stabbiliti fl-Appendiċi 1 u jkunu miktuba bil-karattri Latini u ppreżentati f'format oriġinali, jekk l-Istat Membru li jkun qed jipprovdi l-informazzjoni jkollu l-kapaċità li jdaħħal ukoll kull karattru speċjali fil-format oriġinali.

2.11.   Kategoriji differenti ta' identità

Identità kkonfermata

Identità konfermata tfisser li l-identità kienet ikkonfermata abbażi ta' dokumenti ġenwini ta' ID, permezz ta' passaport jew b'dikjarazzjoni minn awtoritajiet kompetenti.

Identità mhux konfermata

Identità mhux konfermata tfisser li ma jkunx hemm prova biżżejjed tal-identità.

Identità użata ħażin

Ikun hemm identità użata ħażin (kunjom, isem, data tat-twelid) jekk persuna, imdaħħla fis-SIS II tuża l-identità ta' persuna reali oħra. Dan jista' jiġri, pereżempju, meta dokument jintuża b'dannu għas-sid veru.

Psewdonimu

Isem fittizju tfisser identità preżunta użata minn persuna magħrufa b'identitajiet oħra.

2.11.1.   Identità użata ħażin (l-Artikolu 36 tar-Regolament SIS II u 51 tad-Deċiżjoni SIS II)

Minħabba l-kumplessità ta' każijiet ta' identità użata ħażin, malli jsir jaf li persuna li dwarha tkun teżisti twissija SIS II tkun qed tuża ħażin l-identità ta' ħaddieħor, l-Istat Membru emittenti jara jekk ikunx meħtieġ li tibqa' tinżamm l-identità użata ħażin fit-twissija SIS II.

Jekk il-persuna tagħti l-kunsens espliċitu tagħha, u malli jkun ċar li l-identità tal-persuna tkun ġiet użata ħażin, tiżdied dejta addizzjonali mat-twissija fis-SIS II biex ikunu evitati konsegwenzi negattivi ta' identifikazzjoni ħażina. Il-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin tista', skont proċeduri nazzjonali, tagħti lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 51(3) tad-Deċiżjoni SIS II. Kull persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin ikollha d-dritt li tirtira l-kunsens tagħha biex l-informazzjoni tkun ipproċessata.

L-Istat Membru emittenti huwa responsabbli biex idaħħal ir-rimarka ‘identità użata ħażin’ fit-twissija u biex tiddaħħal dejta addizzjonali tal-vittma ta' identità użata ħażin bħal ritratti, marki tas-swaba u informazzjoni dwar kwalunkwe dokument tal-identità validu.

Meta Stat Membru jsib li twissija dwar persuna maħruġa minn Stat Membru ieħor ikollha x'taqsam ma' każ ta' identità użata ħażin, u jkun stabbilit li l-identità tal-persuna tkun ġiet użata ħażin, huwa jgħarraf lill-Uffiċċju Sirene tal-Istat Membru emittenti, permezz tal-formola Q, sabiex dik id-dejta tkun tista' tiżdied mat-twissija SIS II.

B'kunsiderazzjoni għall-għan għad-dħul ta' dejta ta' din ix-xorta, meta r-ritratti u l-marki tas-swaba' tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin ikunu disponibbli, dawn jiżdiedu mat-twissija. Sabiex ikun hemm każ ta' identità użata ħażin, id-dettalji ta' persuna innoċenti għandhom jaqblu ma' identità eżistenti fit-twissija. Il-formola Q għandha tinkludi d-dettalji tal-identità inkluż numru fittizju, mit-twissija sabiex l-Istat Membru emittenti jkun jista' jaċċerta għal-liema identità fit-twissija tirreferi l-formola. Il-kaxxi obbligatorji għat-tlestija tal-formola Q f'dawn il-każijiet huma indikati fl-Appendiċi 3.

Id-dejta tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin tista' tkun disponibbli bil-għan li tkun stabbilita l-identità tal-persuna li tkun qed tiġi eżaminata u bl-ebda mod ma tkun użata għal xi skop ieħor. Informazzjoni dwar identità użata ħażin, inkluża kull marka tas-swaba' u ritratti titħassar fl-istess żmien tat-twissija jew qabel jekk il-persuna interestata titlob dan.

2.11.2.   Id-dħul ta' isem fittizju

Sabiex ikunu evitati twissijiet inkompatibbli ta' kwalunkwe kategorija minħabba li għandu jiddaħħal isem fittizju, jew sabiex ikunu evitati problemi għal vittmi innoċenti u biex tkun żgurata kwalità ta' dejta, l-Istati Membri safejn ikun possibbli jinfurmaw lil xulxin dwar ismijiet fittizji u jiskambjaw l-informazzjoni relevanti kollha dwar l-identità reali tas-suġġett imfittex.

L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija jkun responsabbli biex iżid kull isem fittizju ieħor. Jekk Stat Membru ieħor jiskopri isem fittizju, huwa jinforma lill-Istat Membru emittenti permezz tal-formola M.

2.11.3.   Informazzjoni ulterjuri biex tiġi stabbilita l-identità ta' persuna

L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jista' wkoll, jekk id-dejta fis-SIS II ma tkunx biżżejjed, jagħti aktar informazzjoni wara konsultazzjoni, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' Stat Membru ieħor, biex jgħin tkun stabbilita l-identità ta' persuna. Il-Formola L (u d-dokumenti mehmużin) jintużaw għal dan il-għan. Din l-informazzjoni, b'mod partikulari, tkopri dan li ġej:

l-oriġini tal-passaport jew tad-dokument ta' identità fil-pussess tal-persuna mfittxija,

in-numru ta' referenza tal-passaport jew tad-dokument tal-identità, id-data, post u awtorità tal-ħruġ kif ukoll id-data ta' skadenza,

deskrizzjoni tal-persuna mfittxija,

kunjom u isem tal-omm u tal-missier tal-persuna mfittxija,

ortografiji possibbli oħra tal-kunjom u tal-ismijiet tal-persuna mfittxija,

ritratti u marki tas-swaba' jekk disponibbli,

l-aħħar indirizz magħruf.

Kemm jista' jkun, din l-informazzjoni għandha tkun tista' tinkiseb mill-Uffiċċji SIRENE, jew tkun b'mod immedjat u permanenti aċċessibbli għalihom għal trażmissjoni malajr.

L-għan komuni jkun li jitnaqqas ir-riskju li b'mod ħażin tinżamm persuna li d-dettalji tal-identità tagħha jkunu jixbħu lil dawk tal-persuna li dwarha tkun inħarġet twissija.

2.12.   Skambju ta' informazzjoni f'każ ta' twissijiet konnessi

Kull konnessjoni tippermetti li tkun stabbilita relazzjoni bejn mill-anqas żewġ twissijiet.

Stat Membru jista' joħloq konnessjoni bejn twissijiet li huwa jdaħħal fis-SIS II u dan l-Istat Membru biss li jista' jimmodifika u jħassar il-konnessjoni. Konnessjonijiet ikunu viżibbli biss għal utenti meta jkollhom drittijiet ta' aċċess korretti għall-utent li jippermettu mill-anqas żewġ twissijiet li jkunu viżibbli għalihom fil-konnessjoni. L-Istati Membri jiżguraw li jkun possibbli biss aċċess awtorizzat għall-konnessjonijiet.

2.12.1.   Regoli ta' tħaddim

Konnessjonijiet bejn twissijiet ma jeħtiġux proċeduri speċjali għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Madankollu, jitħarsu l-prinċipji li ġejjin:

F'każ li jkun hemm hit fuq żewġ twissijiet konnessi jew iktar, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jibgħat il-formola G għal kull waħda minnhom filwaqt li fil-kaxxa 086 jindika li se jkunu ppreżentati l-formoli G l-oħra dwar it-twissijiet konnessi.

Ma jintbagħtux formoli dwar twissijiet li, għalkemm ikollhom konnessjoni ma' twissijiet li dwarhom ikun hemm hit, ma jkunux rispettivament l-oġġett tal-hit. Madankollu, jekk ikun hemm twissija konnessa ma' konsenja/estradizzjoni jew għal persuna nieqsa (għall-protezzjoni tagħhom stess jew sabiex ikunu evitati theddidiet), il-komunikazzjoni ta' din l-iskoperta ssir billi tintuża formola M jekk xieraq u jekk l-informazzjoni tkun disponibbli.

2.13.   Format u kwalità ta' dejta bijometrika fis-SIS II

Skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni SIS II, ritratti u marki tas-swaba' tal-persuna jiżdiedu mat-twissija meta dawn ikunu jistgħu jinkisbu.

L-Uffiċċji SIRENE jkunu jistgħu jiskambjaw il-marki tas-swaba u r-ritratti għall-finijiet tat-tlestija tat-twissija u/jew sabiex tkun appoġġata l-eżekuzzjoni tal-azzjoni rikjesta li tittieħed. Meta Stat Membru jkollu ritratt jew marki tas-swaba' ta' persuna li għaliha tkun inħarġet twissija minn Stat Membru, huwa jista' jibgħat ir-ritratti u l-marki tas-swaba' permezz ta' fajl mehmuż biex iħalli lill-Istat Membru emittenti jlesti t-twissija.

Dan l-iskambju jsir bla preġudizzju għall-iskambji fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2006/960/ĠAI.

2.13.1.   Użu ulterjuri tad-dejta skambjata, inkluż l-arkivjar

Limitazzjonijiet għall-użu ta' dejta provduta għal twissijiet fis-SIS II huma stipulati fl-istrumenti ġuridiċi tas-SIS II Kull użu ulterjuri ta' stampi u marki tas-swaba' skambjati, inkluż l-arkivjar, ikun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istrumenti legali tas-SIS II, mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli dwar il-ħarsien tad-dejta, skont id-Direttiva 95/46/KE u d-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

Kull ħażna ta' marki tas-swaba' fil-livell nazzjonali tirrispetta bis-sħiħ ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tas-SIS II. Stat Membru jżomm dejta tal-marki tas-swaba' mniżżla minn CS-SIS separatament minn dejta nazzjonali tal-marki tas-swaba' u dejta bħal din għandha titħassar fl-istess ħin ma' twissijiet u informazzjoni supplimentari korrispondenti.

2.13.2.   L-iskambju ta' marki tas-swaba' u ritratti

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

l-Uffiċċju SIRENE fornitur jibgħat il-formola L bil-mod elettroniku tas-soltu u jsemmi fil-kaxxa 083 ta' formola L li l-marki tas-swaba' u r-ritratti jkunu qed jintbagħtu biex titlesta twissija fis-SIS II.

(b)

l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jżid il-marki tas-swaba' jew ir-ritratti mat-twissija fis-SIS II, jew jibagħthom lill-awtorità kompetenti biex tlesti t-twissija.

2.13.3.   Rekwiżiti tekniċi

Il-marki tas-swaba' u r-ritratti jinġabru u jintbagħtu skont l-istandards li għandhom ikunu definiti fir-regoli ta' implimentazzjoni għad-dħul ta' dejta bijometrika fis-SIS II.

Kull uffiċċju SIRENE jissodisfa dawk l-istandards tekniċi.

2.13.4.   Format u kwalità ta' dejta bijometrika

Id-dejta bijometrika kollha mdaħħla fis-sistema tkun suġġetta għal eżami speċifiku ta' kwalità biex ikun żgurata standard ta' kwalità minimu komuni għall-utenti kollha tas-SIS II.

Qabel ma tiddaħħal, isiru verifiki fil-livell nazzjonali biex ikun żgurat li:

(a)

dejta dwar il-marki tas-swaba' għandha tkun konformi mal-format speċifikat ANSI/NIST — ITL 1-2000, kif implimentat għall-finijiet tal-Interpol u adattat għas-SIS II;

(b)

ritratti, li jintużaw biss biex jikkonfermaw l-identità ta' persuna li tkun instabet bħala riżultat ta' tfittxija alfanumerika magħmula fis-SIS II, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin: ir-rata ta' tikek tar-ritratti tal-wiċċ kollu minn quddiem tkun, jekk hu possibbli, ta' 3:4 jew 4:5. Jekk tkun tista' tinkiseb, tintuża riżoluzzjoni ta' mill-anqas 480 × 600 pixels b'24bit grad ta' kulur. Jekk ix-xbiha jkollha ssir permezz ta' skaner, il-qies tax-xbiha għandu jkun, jekk hu possibbli, anqas minn madwar 200 Kbytes.