ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 31

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
7 ta' Frar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/181 tat-30 ta' Jannar 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/182 tat-2 ta' Frar 2015 li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/183 tat-2 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 635/2005 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/184 tat-2 ta' Frar 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/185 tat-2 ta' Frar 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/186 tas-6 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-fluworu, iċ-ċomb, il-merkurju, l-endosulfan u ż-żerriegħa tal-Ambrosja ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/187 tas-6 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina ( 1 )

18

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/188 tas-6 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/189 tas-6 ta' Frar 2015 li jiffissa l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mit-2 sat-3 ta' Frar 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' Frar 2015

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/191 tal-5 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/670/UE fir-rigward tal-estensjoni ta' ċerti limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 9 u l-Artikolu 11(1) ta' dik id-Deċiżjoni (notifikata bid-dokument C(2015) 466)

31

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/181

tat-30 ta' Jannar 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) tal-istess tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) tal-istess tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott fil-forma ta' trab fin abjad jagħti fl-isfar ippakkjat f'boroż tal-25 kg, magħmul miż-żejt veġetali idroġenat u mono- u digliċeridi minn żejt veġetali differenti. Il-mono- u digliċeridi minn żejt veġetali differenti miżjuda jikkostitwixxu 10 % bil-piż.

Il-prodott huwa ppreżentat għall-użu bħala emulsjonant fl-industrija tal-ikel.

Il-punt meta jsir likwidu minn semi-solidu huwa ta' 58 °C u l-viskożità f'68 °C huwa anqas minn 1 Pa.s.

3404 90 00

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 5 b) tal-Kapitolu 34 u bil-kliem tal-Kodiċi tan-NM 3404 u 3404 90 00 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 1516 hija eskluża billi ingredjenti oħra huma miżjuda (10 % mono- u d-digliċeridi tal-aċidi grassi).

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 1517 hija eskluża peress li l-prodott għandu karatteristika bħax-xama' li mhijiex koperta mill-ambitu tal-intestatura 1517 .

Il-prodott huwa prodott organiku prodott b'mod kimiku li għandu karatteristika bħax-xama' li ma jinħallx fl-ilma (ara nota 5 ta' Kapitolu 34) u li jissodisfa l-kriterji ta' xama' artifiċjali (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata tal-intestatura 3404 , b'mod partikolari l-ittra (A).

Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi tan-NM 3404 90 00 bħala xamgħat artifiċjali u xamgħat ippreparati oħra.


7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/182

tat-2 ta' Frar 2015

li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2011 (2) ikklassifikat iż-żebgħa blu tal-polimetin (żebgħa fluworexxenti) dilwita f'taħlita ta' solventi tal-glikol tal-etilen u l-metanol, użata f'analizzaturi awtomatiċi tad-demm biex il-lewkoċiti jingħataw il-kulur permezz ta' mmarkar fluworexxenti wara li jkunu għaddew minn trattament preparatorju speċifiku, taħt l-intestatura 3212 tan-Nomenklatura Magħquda bħala żebgħa u materjal li jagħti l-kulur. Il-klassifikazzjoni tal-prodott taħt l-intestatura 3822 tan-Nomenklatura Magħquda kienet eskluża għar-raġuni li l-materjal li jagħti l-kulurtal-intestatura 3204 li jkun għall-bejgħ huwa kklassifikat taħt l-intestatura 3212.

(2)

Fil-Kawża C-480/13 Sysmex Europe GmbH v Hauptzollamt Hamburg-Hafen  (3), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qatgħet li prodott, magħmul mis-solventi u ta' sustanza abbażi ta' polimetin għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3822 tan-Nomenklatura Magħquda bħala reaġenti tal-laboratorju. Il-Qorti kkunsidrat, fuq l-informazzjoni sottomessa, li l-użu ta' dak il-prodott bħala materjal li jagħti l-kulur m'huwa xejn aktar minn possibilità purament teoretika.

(3)

Il-prodott eżaminat mill-Qorti fil-kawża C-480/13 huwa identiku għall-prodott li l-klassifikazzjoni tiegħu hija stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 827/2011.

(4)

Bħala konsegwenza, huwa xieraq li r-Regolament tal-Implimentazzjoni (UE) Nru 827/2011 jitħassar sabiex jiġu evitati diverġenzi potenzjali fil-klassifikazzjoni tariffarja taż-żebgħa blu tal-polimetin (żebgħa fluworexxenti) dilwita f'taħlita ta' solventi tal-glikol tal-etilen u l-metanol u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fi ħdan l-Unjoni.

(5)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 827/2011 għandu jitħassar.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 827/2011 jiġi mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2011 tas-12 ta' Awwissu 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 211, 18.8.2011, p. 9).

(3)  Sentenza li ngħtat fis-17 ta' Lulju 2014, li għadha ma ġietx ippubblikata fir-REK, paragrafi 42, 44 u 45.


7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/183

tat-2 ta' Frar 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 635/2005 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2005 (2), prodott li jikkonsisti f'noodles magħmulin minn dqiq tal-qamħ komuni u ħwawar, imnixxfin u msajrin minn qabel, li jkun għall-bejgħ ġo skutella, lest biex jittiekel wara li żżidlu l-misħun, kien ikklassifikat taħt l-intestatura 1902 tan-Nomenklatura Magħquda. Il-klassifikazzjoni tal-prodott taħt l-intestatura 2104 tan-Nomenklatura Magħquda kienet eskluża għar-raġuni li ż-żieda tal-ilma ġol-iskutella mhijiex biżżejjed biex tipprepara soppa jew brodu imma tagħti l-karatteristiċi ta' platt noodles lill-prodott.

(2)

Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2014 (3), prodott simili biżżejjed li jikkonsisti minn blokka noodles nixfin u msajrin minn qabel, qartas ħwawar, qartas żejt tal-ikel u qartas ħaxix imnixxef, li jkun għall-bejgħ bħala sett, lest biex jittiekel wara li żżidlu l-misħun, kien ikklassifikat taħt l-intestatura 1902 tan-Nomenklatura Magħquda. Il-klassifikazzjoni tal-prodott taħt l-intestatura 2104 tan-Nomenklatura Magħquda kienet eskluża għar-raġuni li l-prodott huwa sett għall-bejgħ skont it-tifsira tar-Regola Ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-karattru essenzjali tas-sett huwa mogħti min-noodels meta dak li jkun iqis li jikkostitwixxu l-akbar proporzjon tiegħu.

(3)

Għalkemm il-klassifikazzjoni taż-żewġ prodotti hija identika, ir-raġunijiet għall-esklużjoni tal-klassifikazzjoni ta' kull wieħed mill-prodotti taħt l-intestatura 2104 tan-Nomenklatura Magħquda huma differenti. Ir-raġunijiet rigward l-ewwel prodott jagħmlu l-klassifikazzjoni dipendenti fuq il-kwantità tal-ilma miżjuda miegħu, filwaqt li r-raġunijiet għat-tieni prodott jiddependu fuq il-kwantità ta' noodles li fih. Madankollu, li tagħmel il-kwantità miżjuda tal-ilma bħala kriterju għall-klassifikazzjoni ta' prodotti bħal dawn tista' twassal għall-diverġenzi fil-klassifikazzjoni tagħhom li ma jkunux ġustifikati minħabba l-karatteristiċi oġġettivi u l-proprjetajiet taż-żewġ prodotti. Għaldaqstant l-unika kriterju applikabbli għandu jkun il-kwantità ta' taljarini li fih il-prodott.

(4)

Peress li oġġett 1 fit-tabella li tinstab fl-Anness ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 635/2005 sar superfluwu minħabba bidliet fid-deskrizzjoni tal-prodott deskritti fih u r-raġunijiet mogħtija għall-klassifikazzjoni tiegħu, għandu jiġi mħassar.

(5)

Bħala konsegwenza, huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 635/2005, sabiex jiġu evitati diverġenzi potenzjali tat-tariffa differenti u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fi ħdan l-Unjoni.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 635/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat,

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-ringiela li tikkorespondi ma' oġġett 1 ġot-tabella li tinstab fl-Anness ta' dan it-Regolament (KE) Nru 635/2005 hija mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2005 tas-26 ta' April 2005 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 10).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2014 tal-11 ta' Lulju 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 209, 16.7.2014, p. 12).


7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/184

tat-2 ta' Frar 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) tal-istess tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) tal-istess tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Id-diossidu tas-siliċju (magħruf ukoll bħala “ġell tas-silika”) fil-forma ta' bċejjeċ żgħar trasparenti ta' 0,5 sa 1,5 mm fid-dijametru u ppakkjati fi qratas tal-karta jew kapsoli tal-plastik li huma permeabbli għall-fwar tal-ilma.

Id-diossidu tas-siliċju jassorbi l-umdità u huwa ppreżentat biex jintuża, pereżempju, għall-ħarsien u l-preservazzjoni tal-mediċini jew biex iżomm l-oġġetti niexfa waqt it-trasportazzjoni bil-baħar.

3824 90 96

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kodiċijiet NM 3824 , 3824 90 u 3824 90 96 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2811 hija eskluża minħabba li l-ġell tas-silika, ippakkjat fi qratas tal-karti jew kapsoli tal-plastik, huwa intenzjonat għal użu speċifiku aktar milli użu ġenerali u għalhekk ma jistax jiġi kkunsidrat bħala kompost separat definit b'mod kimiku tal-Kapitolu 28.

Għalhekk għandu jiġi kklasifkat fil-kodiċi tan-NM 3824 90 96 bħala prodotti kimiċi oħra li mhumiex speċifikati jew inklużi f'post ieħor.


7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/185

tat-2 ta' Frar 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) tal-istess tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) tal-istess tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott aħmar, viskuż li fih il-frawli (frott sħiħ jew biċċiet tiegħu), li jikkonsisti minn (% skont il-piż):

2103 90 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kodiċi tan-NM 2103 , 2103 90 u 2103 90 90 .

Il-prodott hu eskluż mill-klassifikazzjoni f'Kapitlu 20 għaliex huwa bbażat fuq frott li hu użat bħala zalza (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2103 , ittra (A), tielet paragrafu).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 2103 90 90 bħala zalza.

frawli

zokkor

ilma

38,

48,

13,

u kwantitajiet żgħar ta' pektin u aċidu ċitriku.

Waqt il-proċess tal-produzzjoni l-ingredjenti huma mħallta u mgħollija taħt pressjoni mnaqqsa sabiex jitnaqqas il-kontenut tal-ilma.

Il-prodott huwa ppreżentat f'borża tal-plastik ta' 2 kg u huwa użat bħala zalza eż. għad-deżerti.


7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/186

tas-6 ta' Frar 2015

li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-fluworu, iċ-ċomb, il-merkurju, l-endosulfan u ż-żerriegħa tal-Ambrosja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tistipula li l-użu ta' prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali li fihom livelli ta' sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, huwa pprojbit.

(2)

Dejta ġdida li ġiet provduta turi li l-livelli massimi preżenti tal-arseniku, tal-fluworu u taċ-ċomb ma jistgħux jintlaħqu f'arzell kalkaruż tal-baħar. Għaldaqstant huwa xieraq li jiżdiedu l-livelli massimi għall-arseniku, il-fluworu u ċ-ċomb f'arzell kalkaruż tal-baħar, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' arzell kalkaruż tal-baħar għan-nutrizzjoni tal-annimali filwaqt li jinżamm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali.

(3)

L-industrija tal-ikel tal-annimali domestiċi tuża ħafna koprodotti u prodotti sekondarji tal-industrija tal-ikel bħala materja prima biex tipproduċi ikel għall-annimali domestiċi li joffri dieta bilanċjata għall-klieb u l-qtates li tissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' amminoaċidi, karboidrati, proteini, minerali, mikroelementi u vitamini. Il-livelli massimi attwali ta' merkurju għal dawn il-koprodotti u prodotti sekondarji maħsuba għall-għalf tal-annimali huma aktar stretti mil-livell massimu ta' merkurju applikabbli għal-laħam tal-muskoli tal-ħut maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għaldaqstant hemm nuqqas fil-provvista ta' koprodotti u prodotti sekondarji bħal dawn konformi mal-livell massimu ta' merkurju għall-użu fl-ikel tal-annimali domestiċi, li jirriżulta fil-ħtieġa li jintuża ħut ta' daqs żgħir b'livell aktar baxx ta' merkurju għall-produzzjoni ta' ikel għall-annimali domestiċi, li jmur kontra l-prinċipji tas-sajd sostenibbli. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-livell massimu ta' merkurju għall-ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom maħsuba għall-produzzjoni ta' għalf kompost għall-klieb, qtates, ħut ornamentali u annimali pilużi, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-annimali.

(4)

Valutazzjoni ta' dejta reċenti dwar il-preżenza tal-endosulfan f'materjali tal-għalf indikat li l-livelli massimi għal-livell ta' endosulfan fi żrieragħ taż-żejt u qamħirrum u prodotti dderivati minnhom jistgħu jitnaqqsu.

(5)

Nota f'qiegħ il-paġna dwar il-preżenza taż-żrieragħ tal-Ambrosja f'materjali tal-għalf ġiet mħassra bi żball mill-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1275/2013 (2). L-esperjenza wriet li jeħtieġ jissaħħu ċerti dispożizzjonijiet tan-nota f'qiegħ il-paġna sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żrieragħ tal-Ambrosja fl-ambjent. Għaldaqstant huwa xieraq li n-nota f'qiegħ il-paġna ta' dak l-Anness terġa' tiddaħħal.

(6)

Għalhekk id-Direttiva 2002/32/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1275/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nitriti, iż-żejt tal-mustarda volatili u impuritajiet botaniċi perikolużi (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 86).


ANNESS

Emendi għall-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fir-Ringiela 1 tat-Taqsima I, Arseniku jinbidel b'dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Kontenut massimu f'mg/kg (ppm) relattiv għal għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

“1.

Arseniku (1)

Materjali tal-għalf

għajr għal:

2

magħlef magħmul minn ħaxix, minn xnien imnixxef u minn silla mnixxfa, u polpa mnixxfa tal-pitravi zokkrija u molassa mnixxfa tal-polpa tal-pitravi zokkrija;

4

espellent tal-qalba tal-palm;

4 (2)

fosfati, algi kalkarji tal-baħar;

10

karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10); arzell kalkaruż tal-baħar

15

ossidu tal-manjeżju; karbonat tal-manjeżju;

20

ħut, annimali akkwatiċi oħrajn u prodotti derivati minnhom;

25 (2)

magħlef tal-alka u materjali tal-għalf li ġejjin mill-alka.

40 (2)

Partikuli tal-ħadid użati bħala traċċatur.

50

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta' komposti ta' mikroelementi.

bl-eċċezzjoni ta':

30

pentaidrat tas-sulfat kupriku; karbonat kupriku; diklorur tar-ram triidrossidu; karbonat ferruż;

50

ossidu taż-żingu; ossidu manganuż; ossidu kupriku.

100

Għalf komplimentari

bl-eċċezzjoni ta':

4

għalf minerali;

12

għalf komplimentari, għal annimali domestiċi, li fih ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom u/jew magħlef tal-alka u materjali tal-għalf derivati mill-alka;

10 (2)

formulazzjonijiet ta' forniment fit-tul ta' għalf għal għanijiet partikolari ta' nutriment b'konċentrazzjoni ta' mikroelementi aktar minn 100 darba l-kontenut massimu stabbilit f'għalf komplet;

30

Għalf komplet

bl-eċċezzjoni ta':

2

għalf komplet għall-ħut u annimali pilużi;

10 (2)

għalf komplet, għal annimali domestiċi, li fih ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom u/jew magħlef tal-alka u materjali tal-għalf derivati mill-alka.

10 (2)”

(2)

Ir-ringiela 3 tat-Taqsima I, Fluworu, ir-ringiela 4 tat-Taqsima I, Ċomb, u r-ringiela 5 tat-Taqsima I, Merkurju, jinbidlu b'dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Kontenut massimu f'mg/kg (ppm) relattiv għal għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

“3.

Fluworu (7)

Materjali tal-għalf

bl-eċċezzjoni ta':

150

materjali tal-għalf ta' oriġini mill-annimali għajr krustaċji tal-baħar bħall-gambli; arzell kalkaruż tal-baħar;

500

krustaċji tal-baħar bħall-gambli;

3 000

fosfati;

2 000

karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

350

ossidu tal-manjeżju;

600

alka kalkarja tal-baħar.

1 000

Vermikulit (E 561).

3 000

Għalf kumplementari:

 

li fih ≤ 4 % fosforu (8);

500

li fih > 4 % fosforu (8).

125 għal kull 1 % fosfru (8)

Għalf komplet

bl-eċċezzjoni ta':

150

għalf komplet għall-ħnieżer;

100

għalf komplet għat-tjur (ħlief għall-flieles) u għall-ħut;

350

għalf komplet għall-flieles;

250

għalf komplet għall-baqar, għan-nagħaġ u għall-mogħoż

 

– –

li qed ireddgħu;

30

– –

oħrajn.

50

4.

Ċomb (11)

Materjali tal-għalf

bl-eċċezzjoni ta':

10

faxxina (3);

30

fosfati, algi kalkarji tal-baħar u arzell kalkarju tal-baħar;

15

karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

20

ħmejjer.

5

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta' komposti ta' mikroelementi.

bl-eċċezzjoni ta':

100

ossidu taż-żingu;

400

ossidu manganuż, karbonat ferruż, karbonat kupriku.

200

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta' aġenti leganti u dawk antiagglomeranti

bl-eċċezzjoni ta':

30

klinoptilolit ta' oriġini vulkanika; natrolite-fonolite;

60

Taħlitiet ippreparati minn qabel (6)

200

Għalf komplimentari

bl-eċċezzjoni ta':

10

għalf minerali;

15

formulazzjonijiet ta' forniment fit-tul ta' għalf għal għanijiet partikolari ta' nutriment b'konċentrazzjoni ta' mikroelementi aktar minn 100 darba l-kontenut massimu stabbilit f'għalf komplet;

60

Għalf komplet.

5

5.

Merkurju (4)

Materjali tal-għalf

bl-eċċezzjoni ta':

0,1

ħut, annimali akkwatiċi oħrajn u prodotti derivati minnhom;

0,5 (13)

karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

0,3

Għalf kompost

bl-eċċezzjoni ta':

0,1

għalf minerali;

0,2

għalf kompost għall-ħut;

0,2

għalf kompost għal klieb, qtates, ħut ornamentali u annimali pilużi.

0,3”

(3)

In-nota tal-aħħar 13 li ġejja hija miżjuda fl-aħħar tat-taqsima I:

“(13)

il-livell massimu huwa applikabbli abbażi tal-piż imxarrab ta' ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom maħsuba għall-produzzjoni ta' għalf kompost għal klieb, qtates, ħut ornamentali u annimali pilużi.”

(4)

Ir-ringiela 6 tat-Taqsima I, Endosulfan tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Kontenut massimu f'mg/kg (ppm) relattiv għal għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

“6.

Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa u beta u ta' endosulfansulfat espressa bħala endosulfan)

Materjali tal-għalf u għalf kompost

bl-eċċezzjoni ta':

0,1

żerriegħa tal-qoton u prodotti derivati mill-ipproċessar tagħha, għajr żejt mhux raffinat taż-żerriegħa tal-qoton

0,3

fażola tas-sojja u prodotti derivati mill-ipproċessar tagħha, għajr żejt mhux raffinat tal-fażola tas-sojja

0,5

żejt tal-ħxejjex mhux raffinat

1,0

għalf komplet għall-ħut għajr għalSalmonids

0,005

l-għalf komplet għal Salmonids

0,05”

(5)

Taqsima VI: Impuritajiet Botaniċi Perikolużi tinbidel b'dan li ġej:

“IT-TAQSIMA VI: IMPURITAJIET BOTANIĊI PERIKOLUŻI

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Kontenut massimu f'mg/kg (ppm) relattiv għal għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

1.

Żerriegħa tal-ħaxix selvaġġ u frott mhux mitħun u mhux misħuq li fih alkalojdi, glukosidi jew sustanzi tossiċi oħra separatament jew inkella flimkien inklużi

Materjali tal-għalf u għalf kompost

3 000

Datura sp

1 000

2.

Crotalaria spp

Materjali tal-għalf u għalf kompost

100

3.

Żrieragħ u qxur ta' Ricinus communis L., Croton tiglium L. u Abrus precatorius L. kif ukoll id-derivattivi pproċessati tagħhom (1), separatament jew inkella flimkien

Materjali tal-għalf u għalf kompost

10 (2)

4.

Ġewż tal-fagu mingħajr qoxra — Fagus sylvatica L.

Materjali tal-għalf u għalf kompost

Żerriegħa u frott kif ukoll id-derivati pproċessati tagħhom jistgħu jkunu preżenti fl-għalf f'ammonti mikro li ma jistgħux ikunu ddeterminati kwantitattivament

5.

Purgera — Jatropha curcas L.

Materjali tal-għalf u għalf kompost

Żerriegħa u frott kif ukoll id-derivati pproċessati tagħhom jistgħu jkunu preżenti fl-għalf f'elementi traċċa li ma jistgħux ikunu ddeterminati kwantitattivament

6.

Żrieragħ ta' Ambrosia spp.

Materjali għall-għalf (3)

bl-eċċezzjoni ta':

50

Qaraboċċ (granuli ta' Panicum miliaceum L.) u sorgu (granuli ta' Sorghum bicolor (L) Moench s.l.) li ma jingħalfux direttament lill-annimali (3)

200

Għalf kompost li fih granuli u żrieragħ mhux mitħuna

50

7.

Żrieragħ ta'

Mustarda Indjana — Brassica juncea (L.) Czern. and Coss. ssp. integrifolia (West.) Thell.

Mustarda Sareptjana — Brassica juncea (L.) Czern. and Coss. ssp. juncea

Mustarda Ċiniża — Brassica juncea (L.) Czern. and Coss. ssp. juncea var. lutea Batalin

Mustarda sewda — Brassica nigra (L.) Koch

Mustarda Etjopjana — Brassica carinata A. Braun

Materjali tal-għalf u għalf kompost

Żrieragħ jistgħu jkunu preżenti biss fl-għalf f'elementi mikro li ma jistgħux jiġu ddeterminati kwantitattivament


(1)  Kemm-il darba wieħed ikun jista' jiddetermina dan permezz tal-mikroskopija analitika.

(2)  Inkluż ukoll il-frak tal-qoxra taż-żerriegħa.

(3)  F'każ li tingħata evidenza inekwivoka li l-granuli u ż-żrieragħ huma maħsuba għat-tħin jew għas-sħiq, ma hemmx il-ħtieġa li l-granuli u ż-żrieragħ li fihom livelli mhux konformi ta' żrieragħ Ambrosia spp. jitnaddfu qabel it-tħin jew is-sħiq sakemm:

il-konsenja tkun ittrasportata fit-totalità tagħha lejn l-impjant tat-tħin jew tas-sħiq, u l-impjant tat-tħin jew tas-sħiq ikun informat minn qabel dwar il-preżenza ta' livell għoli ta' żrieragħ ta' Ambrosia spp. sabiex jittieħdu miżuri ta' prevenzjoni oħra biex jiġi evitat it-tixrid fl-ambjent, u

jingħataw provi sodi tal-miżuri ta' prevenzjoni li ttieħdu sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żrieragħ tal-Ambrosia spp fl-ambjent waqt it-trasport lejn l-impjant tas-sħiq jew tat-tħin, u

l-awtorità kompetenti taqbel mat-trasport, wara li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq huma ssodisfati.

F'każ li dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, il-konsenja għandha titnaddaf qabel kull trasportazzjoni fl-UE u t-tnaqqija għandha tinqered adegwatament.”


7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/187

tas-6 ta' Frar 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Evidenza reċenti wriet li t-terroristi qed jippruvaw jiżviluppaw metodi ġodda ta' ħabi ta' apparat esplożiv improvviżat maħsubin biex jikkumbattu l-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni eżistenti marbutin mal-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina.

(2)

Għalhekk, ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 (2) għandhom jiġu emendati sabiex tittejjeb il-mitigazzjoni tat-theddida mill-apparat esplożiv improvviżat moħbi fil-bagalji tal-kabina.

(3)

L-emendi għandhom jirfinaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina bl-użu ta' sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi.

(4)

L-emendi għandhom jippermettu wkoll l-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina li jkun fihom kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku f'ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji marbutin mas-sigurtà tal-avjazzjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-Kapitolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt 4.1.2.1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.1.2.1

Qabel l-iskrinjar, il-kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku għandhom jitneħħew mill-bagalji tal-kabina u għandhom jiġu skrinjati b'mod separat, sakemm il-bagalji tal-kabina ma jkunux se jiġu skrinjati b'tagħmir b'sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS) li jkun jissodisfa l-istandard C2 jew standard ogħla minnu.”

;

(b)

il-punt 4.1.2.8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.1.2.8

Kwalunkwe bagalja li fiha jinsab oġġett kbir li jaħdem bl-elettriku għandha terġa' tiġi skrinjata mingħajr dak l-oġġett fiha u l-oġġett li jaħdem bl-elettriku għandu jiġi skrinjat b'mod separat, sakemm il-bagalja tal-kabina ma tkunx ġiet skrinjata b'tagħmir b'sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS) li jkun jissodisfa l-istandard C2 jew standard ogħla minnu.”

.

2.

Fil-Kapitolu 12 għandhom jiżdiedu l-punti 12.4.2.7 sa 12.4.2.9 li ġejjin:

“12.4.2.7

Kull tagħmir bl-EDS maħsub biex jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina għandu jissodisfa tal-inqas l-istandard C1.

12.4.2.8

Kull tagħmir bl-EDS maħsub biex jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina li jkun fihom il-kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku għandu jissodisfa tal-inqas l-istandard C2.

12.4.2.9

Kull tagħmir bl-EDS maħsub biex jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina li jkun fihom il-kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku u l-LAGs għandu jissodisfa tal-inqas l-istandard C3.”

.


7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/188

tas-6 ta' Frar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

344,2

IL

84,8

MA

75,8

TR

119,9

ZZ

156,2

0707 00 05

TR

188,4

ZZ

188,4

0709 91 00

EG

89,9

ZZ

89,9

0709 93 10

MA

226,1

TR

239,8

ZZ

233,0

0805 10 20

EG

49,0

IL

69,8

MA

57,7

TN

53,4

TR

67,4

ZZ

59,5

0805 20 10

IL

148,2

MA

107,9

ZZ

128,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

56,6

EG

74,4

IL

136,8

JM

115,2

MA

130,3

TR

82,5

ZZ

99,3

0805 50 10

TR

63,2

ZZ

63,2

0808 10 80

BR

65,9

CL

89,8

MK

22,6

US

191,7

ZZ

92,5

0808 30 90

CL

106,8

CN

93,4

US

130,9

ZA

95,1

ZZ

106,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/189

tas-6 ta' Frar 2015

li jiffissa l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mit-2 sat-3 ta' Frar 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' Frar 2015

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b'dazju doganali ta' żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea, fil-limiti stipulati għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji f'dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta' kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta' Jannar fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi.

(4)

F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli.

(5)

Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta' Frar, għax-xahar imsemmi ma tista' tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fit-2 u t-3 ta' Frar 2015, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skont koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 8,627503 %.

Il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mill-4 ta' Frar 2015 huwa sospiż għal Frar 2015.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.

(4)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(5)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.


DEĊIŻJONIJIET

7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/190

tal-5 ta' Frar 2015

li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/930/UE tas-16 ta' Diċembru 2014 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti li saru minn kull Stat Membru,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jeħtieġ li membri jew membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, minbarra li jkunu rappreżentanti ta' korpi reġjonali jew lokali, jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u numru ugwali ta' membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal ħames snin skont il-proposti magħmula minn kull Stat Membru.

(3)

Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta' Jannar 2015, kien jeħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda.

(4)

Fis-26 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) Nru 2015/116 (2) biex ħatar il-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvernijiet tal-Belġju, tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta' Spanja, ta' Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Pajjiżi l-Baxxi, tal-Awstrija, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja, u tal-Isvezja, 23 membru u 23 membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż u 18-il membru u 16-il membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Il-membri u l-membri s upplenti li n-nomini tagħhom ma ġewx ikkomunikati lill-Kunsill sat-22 ta' Jannar 2015 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) Nru 2015/116.

(5)

Fit-2 ta' Frar 2015 u fit-3 ta' Frar 2015, il-lista tal-membri u l-membri supplenti proposta mill-Gvern tar-Renju Unit kif ukoll il-lista li fiha membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Ġermaniż ġew ippreżentati lill-Kunsill. Dawk il-membri u l-membri supplenti għandhom jinħatru għall-istess perjodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 bħala l-membri u s-supplenti maħtura mid-Deċiżjoni (UE) Nru 2015/116. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tapplika retroattivament mis-26 ta' Jannar 2015. It-tielet Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti li jifdal tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 ser tkun adottata aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020:

bħala membri, il-persuni elenkati minn kull Stat Membru fl-Anness I;

bħala membri supplenti, il-persuni elenkati minn kull Stat Membru fl-Anness II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha ssir effettiva fis-26 ta' Jannar 2015.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 143.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).


ANNESS I

ПРИЛОЖЕНИЕ I — ANEXO I — PŘÍLOHA I — BILAG I — ANHANG I — I LISA — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι — ANNEX I — ANNEXE I — PRILOG I — ALLEGATO I — I PIELIKUMS — I PRIEDAS — I. MELLÉKLET — ANNESS I — BIJLAGE I — ZAŁĄCZNIK I — ANEXO I — ANEXA I — PRÍLOHA I — PRILOGA I — LIITE I — BILAGA I

Членове/Miembros/Členové/Medlemmer/Mitglieder/Liikmed/Μέλη/Members/Membres/Članovi/Membri/Locekļi/Nariai/Tagok/Membri/Leden/Członkowie/Membros/Membri/Členovia/Člani/Jäsenet/Ledamöter

DEUTSCHLAND

Frau Marion WALSMANN

Mitglied des Thüringer Landtags

UNITED KINGDOM

 

Cllr Stephen ALAMBRITIS

Leader of London Borough of Merton

 

Mr Michael ANTONIW

Assembly Member for Pontypridd

 

Cllr Sir Albert BORE

Member of Birmingham City Council

 

Cllr Robert Charles BRIGHT

Leader of Newport City Council

 

Cllr Anthony Gerard BUCHANAN

Councillor East Renfrewshire Council

 

Cllr Joseph COONEY

Leader of Pendle Council

 

Cllr Andrew Varah COOPER

Member of Kirklees Council

 

Cllr Trevor CUMMINGS

Member of Ards Borough Council

 

Jeremy Roger EVANS

Assembly Member Greater London Authority

 

Ms Megan FEARON

Member of the Northern Ireland Assembly

 

Ms Patricia Josephine FERGUSON

Constituency member for Glasgow Maryhill & Springburn

 

Cllr Robert Ian Neilson GORDON

Member of Hertfordshire Council

 

Cllr Judith HUGHES

Member of Kirklees Council

 

Cllr Gordon Charles KEYMER

Leader of Tandridge District Council

 

Cllr Margaret Ann LISHMAN

Member of Burnley Council

 

Cllr Cormack MCCHORD

Councillor for Stirling

 

Mr William Stewart MAXWELL

MSP for West of Scotland

 

Cllr Kevin PEEL

Member of Manchester City Council

 

Cllr Dorothy SHARPE

Member of East Riding of Yorkshire Council

 

Cllr Jill SHORTLAND

Member of Somerset Council

 

Cllr Harvey SIGGS

Member of Mendip Council

 

Cllr Judith Anne WALLACE

Member of North Tyneside Council

 

Cllr Paul WATSON

Leader, Sunderland Council

 

Cllr Emily WESTLEY

Member of Hastings Council


ANNESS II

ПРИЛОЖЕНИЕ II — ANEXO II — PŘÍLOHA II — BILAG II — ANHANG II — II LISA — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IΙ — ANNEX II — ANNEXE II — PRILOG II — ALLEGATO II — II PIELIKUMS — II PRIEDAS — II. MELLÉKLET — ANNESS II — BIJLAGE II — ZAŁĄCZNIK II — ANEXO II — ANEXA II — PRÍLOHA II — PRILOGA II — LIITE II — BILAGA II

Заместник-членове/Suplentes/Náhradníci/Suppleanter/Stellvertreter/Asendusliikmed/Αναπληρωτές/Alternate members/Suppléants/Zamjenici članova/Supplenti/Aizstājēji/Pakaitiniai nariai/Póttagok/Membri Supplenti/Plaatsvervangers/Zastępcy członków/Suplentes/Supleanți/Náhradníci/Nadomestni člani/Varajäsenet/Suppleanter

DEUTSCHLAND

Frau Dorothea MARX

Mitglied des Thüringer Landtags

UNITED KINGDOM

 

Cllr Sanchia ALASIA

Member of London Borough of Barking & Dagenham

 

Jennette ARNOLD

Assembly Member Greater London Authority

 

Cllr Shurma BATSON

Member of Stevenage Council

 

Cllr Zahid Mehmood CHAUHAN

Member of Oldham Council

 

Cllr John Paul FINDLOW

Member of Cheshire East Council

 

Cllr Gillian FORD

Member of London Borough of Havering

 

Cllr Barbara GRANT

East Renfrewshire Council

 

Cllr Suzanne Ellen GROCOTT

Member of London Borough of Merton

 

Cllr Arnold HATCH

Member of Craigavon Borough Council

 

Cllr Doreen HUDDART

Member of Newcastle City Council

 

Cllr Ronald Arvon HUGHES

Member of Conwy County Borough Council

 

Mr James Robert HUME

Regional List member for South of Scotland

 

Cllr Imran HUSSAIN

Member of Bradford Council

 

Cllr Geoffrey KNIGHT

Member of Lancaster Council

 

Sir James Angus Rhoderick MCGRIGOR

Regional List Member for the Highlands and Islands

 

Mr Fearghal MCKINNEY

Member of the Northern Ireland Assembly

 

Cllr Robert John PRICE

Leader of Oxford Council

 

Cllr Gary ROBINSON

Leader Shetland Islands Council

 

Cllr Linda ROBINSON

Member of Wychavon Council

 

Cllr Sarah Elizabeth RUSSELL

Member of Derby Council

 

Cllr David SHAKESPEARE

Member of Wycombe Council

 

Rhodri Glyn THOMAS

Assembly Member for Carmarthen East and Dinefwr

 

Cllr Kay TWITCHEN

Member of Essex County Council

 

Cllr Martin John Beresford VEAL

Chairman, Bath & North East Somerset Council


7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/191

tal-5 ta' Frar 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/670/UE fir-rigward tal-estensjoni ta' ċerti limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 9 u l-Artikolu 11(1) ta' dik id-Deċiżjoni

(notifikata bid-dokument C(2015) 466)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10a(8) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE (2) tistabbilixxi r-regoli u l-kriterji għall-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti kummerċjali ta' dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin sikur ġeoloġiku ta' CO2 (minn hawn 'il quddiem, “proġetti ta' dimostrazzjoni CCS”) u proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli (minn hawn 'il quddiem, “proġetti ta' dimostrazzjoni RES”), li jkopru 300 miljun kwota mir-riżerva għall-parteċipanti ġodda tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' emissjonijiet u r-regoli bażiċi għall-konverżjoni tal-kwoti f'valur monetarju u għall-ġestjoni tad-dħul.

(2)

Minħabba l-kriżi ekonomika, mhux se jkun possibbli li fir-rigward ta' għadd sinifikanti ta' proġetti mogħtija skont id-Deċiżjoni 2010/670/UE tintlaħaq deċiżjoni finali ta' investiment fi żmien 24 xahar mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti għal proġetti ta' dimostrazzjoni RES jew fi żmien 36 xahar mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti għal proġetti ta' dimostrazzjoni CCS. Għalhekk ukoll mhux se jkun possibbli li proġetti bħal dawn jidħlu fis-seħħ fi żmien erba' snin mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti. B'hekk il-limiti ta' żmien għal deċiżjoni finali dwar l-investiment u d-data tad-dħul fis-seħħ għandhom jiġu estiżi b'sentejn. Għandu jiġi applikat ukoll perjodu ta' grazzja ta' sena fir-rigward tad-data tad-dħul fis-seħħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/670/UE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, “24 xahar” tinbidel bi “48 xahar”;

(b)

fit-tieni paragrafu, “36 xahar” tinbidel b'“60 xahar”;

2.

L-Artikolu 11(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tieni subparagrafu il-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bil-“31 ta' Diċembru 2017” u “erba' snin” tinbidel b'“sitt snin”;

(b)

jiżdiedu t-tielet u r-raba' subparagrafi li ġejjin:

“Meta l-proġett ma jkunx daħal fis-seħħ sad-data tad-dħul fis-seħħ stabbilita għal dak il-proġett, dik id-data tiġi awtomatikament estiża b'sena.

Id-deċiżjonijiet tal-għoti ta' finanzjament ma jibqgħalhomx effett legali meta l-proġett ma jkunx daħal fis-seħħ sad-data ta' dħul fis-seħħ applikabbli skont it-tielet subparagrafu. F'dan il-każ, kull finanzjament żburżjat jew irċevut għall-iskop ta' żborż għandu jingħata lura.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika wkoll għal proġetti ta' dimostrazzjoni CCS u RES li għalihom tkun ġiet adottata deċiżjoni tal-għoti qabel ma din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta' proġetti kummerċjali ta' dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta' CO2, f'kundizzjonijiet ta' sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta' proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39).