ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 19

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
24ta' Jannar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tas-Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/105 tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tal-Azerbajġan, mill-parti l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Azerbajġan fi programmi tal-Unjoni

2

 

 

Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fi programmi tal-Unjoni

4

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 tad-19 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed

8

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/107 tat-23 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/67 (EUCAP Sahel Mali/1/2015) tal-14 ta' Jannar 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) ( ĠU L 11, 17.1.2015 )

14

 

*

Rettifika tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/974/PESK tat-18 ta' Diċembru 2008 b'appoġġ għall-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva ( ĠU L 345, 23.12.2008 )

14

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

24.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/1


Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tas-Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal

Fl-20 ta' Novembru 2014, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal iffirmaw il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tas-Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli.

Il-Ftehim u l-Protokoll japplikaw b'mod provviżorju mill-20 ta' Novembru 2014 skont l-Artikolu 17 u l-Artikolu 12 rispettivament tagħhom.


24.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/105

tal-14 ta' April 2014

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tal-Azerbajġan, mill-parti l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Azerbajġan fi programmi tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Ġunju 2007 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda (1), u r-Repubblika tal-Azerbajġan, mill-parti l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Azerbajġan fi programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”).

(2)

In-negozjati ġew konklużi.

(3)

L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu lir-Repubblika tal-Azerbajġan tipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas orizzontali stabbilit mill-Protokoll jikkostitwixxi miżura ta' kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika li tippermetti li jiġi pprovdut mill-Unjoni l-aċċess għall-għajnuna, b'mod partikolari għajnuna finanzjarja, taħt dawk il-programmi. Dak il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi li għalihom l-atti legali kostituttivi rilevanti jipprevedu l-possibbiltà tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Azerbajġan. L-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għalhekk ma jinvolvux l-eżerċizzju tas-setgħat taħt id-diversi politiki settorjali segwiti mill-programmi, li jiġu eżerċitati meta jiġu stabbiliti l-programmi.

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u applikat b'mod provviżorju sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tal-Azerbajġan, mill-parti l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Azerbajġan fi programmi tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall- konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu (2), sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 246, 17.9.1999, p. 3.

(2)  Id-data tal-iffirmar tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


24.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/4


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fi programmi tal-Unjoni

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

minn parti waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-AŻERBAJĠAN, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Ażerbajġan”

mill-parti l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa konġuntament “il-Partijiet”,

Billi:

(1)

L-Ażerbajġan ikkonkluda Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni mal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, (“il-Ftehim”) (1), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

(2)

Il-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ġunju 2004 laqa' b'mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2004.

(3)

F'ħafna okkażjonijiet oħrajn, il-Kunsill approva dik il-politika fil-konklużjonijiet tiegħu.

(4)

Fil-5 ta' Marzu 2007, il-Kunsill esprima appoġġ għall-approċċ ġenerali deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta' Diċembru 2006 sabiex il-pajjiżi sħab tal-PEV jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw fl-aġenziji Komunitarji u fi programmi Komunitarji skont il-merti tagħhom u fejn dan ikun permess mill-bażijiet legali.

(5)

L-Ażerbajġan esprima x-xewqa tiegħu li jipparteċipa f'għadd ta' programmi tal-Unjoni.

(6)

It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni tal-Ażerbajġan f'kull programm partikolari tal-Unjoni, speċjalment il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-Ażerbajġan kif ukoll il-proċeduri tar-rappurtar u tal-evalwazzjoni, għandhom jiġu determinati minn ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ażerbajġan,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Ażerbajġan għandu jitħalla jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni attwali u futuri kollha miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Ażerbajġan taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti li jadottaw dawk il-programmi.

Artikolu 2

L-Ażerbajġan għandu jagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi li fihom jipparteċipa l-Ażerbajġan.

Artikolu 3

Ir-rappreżentanti tal-Ażerbajġan għandhom jitħallew jieħdu sehem, bħala osservaturi u għall-punti li jikkonċernaw lill-Ażerbajġan, fil-kumitati tal-ġestjoni responsabbli għall-monitoraġġ tal-programmi tal-Unjoni li l-Ażerbajġan jagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji għalihom.

Artikolu 4

Il-proġetti u inizjattivi mressqa minn parteċipanti mill-Ażerbajġan għandhom, kemm jista' jkun, ikunu suġġetti għall-istess kondizzjonijiet, regoli u proċeduri li għandhom x'jaqsmu mal-programmi kkonċernati, kif huma applikati lill-Istati Membri.

Artikolu 5

1   It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni tal-Ażerbajġan f'kull programm partikolari tal-Unjoni, speċjalment il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-Ażerbajġan kif ukoll il-proċeduri tar-rappurtaġġ u tal-evalwazzjoni, għandhom jiġu determinati fi ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ażerbajġan, abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-programmi kkonċernati.

2.   Fil-każ li l-Ażerbajġan japplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni biex jipparteċipa fi programm partikolari tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont kwalunkwe Regolament simili li jipprovdi għall-assistenza esterna tal-Unjoni lill-Ażerbajġan li jista' jiġi adottat fil-ġejjieni, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-Ażerbajġan tal-assistenza esterna mill-Unjoni għandhom jiġu ddeterminati fi ftehim ta' finanzjament b'mod partikolari f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006.

Artikolu 6

1.   Kull ftehim konkluż taħt l-Artikolu 5 għandu jistipula, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li l-kontroll jew awditjar finanzjarju jew verifikazzjonijiet oħra, inklużi investigazzjonijiet amministrattivi, għandhom isiru minn, jew taħt l-awtorità tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u tal-Qorti tal-Awdituri.

2.   Għandhom isiru dispożizzjonijiet dettaljati dwar kontroll u awditjar finanzjarju, miżuri amministrattivi, pieni u rkupru li jagħtu lill-Kummissjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u l-Qorti tal-Awdituri s-setgħat li jkunu ekwivalenti għas-setgħat tagħhom rigward il-benefiċjarji jew il-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 7

1.   Dan il-Protokoll għandu japplika għall-perjodu li matulu jkun fis-seħħ il-Ftehim.

2.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ffirmat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

3.   Kull Parti tista' tiddenunzja dan il-Protokoll permezz ta' notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Protokoll għandu jintemm sitt xhur wara d-data li fiha ssir tali notifika. It-terminazzjoni tal-Protokoll minħabba d-denunzja minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma għandhiex tinċidi fuq l-ispezzjonijiet u l-kontrolli li jkollhom isiru, fejn ikun il-każ, taħt l-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, u sussegwentement kull tliet snin, iż-żewġ Partijiet jistgħu jirrivedu l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni effettiva tal-Ażerbajġan fi programmi tal-Unjoni.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll għandu japplika, minn parti waħda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, u, mill-parti l-oħra, għat-territorju tal-Ażerbajġan.

Artikolu 10

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta' mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa biex dan jidħol fis-seħħ.

2.   Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw il-Protokoll provviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu, sa meta jiġi konkluż iktar tard.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll għandu jkun parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 12

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Ażerbajġani, b'kull test ugwalment awtentiku.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Avropa İttifaqı adından

Image

Image

За Република Азербайджан

Por la República de Azerbaiyán

Za Ázerbájdžánskou republiku

For Republikken Aserbajdsjan

Für die Republik Aserbaidschan

Aserbaidžaani Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Αζερμπαϊτζάν

For the Republic of Azerbaijan

Pour la République d'Azerbaïdjan

Za Republiku Azerbajdžan

Per la Repubblica dell'Azerbaigian

Azerbaidžānas Republikas vārdā

AzerbaidÞano Respublikos vardu

Az Azerbajdzsán Köztársaság részről

Għar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan

Voor de Republiek Azerbeidzjan

W imieniu Republiki Azerbejdżanskiej

Pela República do Azerbaijão

Pentru Republica Azerbaidjan

Za Azerbajdžanskú republiku

Za Azerbajdžansko republiko

Azerbaidžanin tasavallan puolesta

För Republiken Azerbajdzjan

Image

Image


(1)  Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra (ĠU L 246, 17.9.1999, p. 3).

(2)  Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1).

(3)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


REGOLAMENTI

24.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/106

tad-19 ta' Jannar 2015

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprovdi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jittieħed kont tal-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inklużi, fejn ikunu rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u korpi konsultattivi oħra, kif ukoll fid-dawl ta' kwalunkwe parir li jasal għand il-Kunsilli Konsultattivi.

(3)

Il-Kunsill għandu d-dmir li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp tas-sajd fil-Baħar l-Iswed, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. F'konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom jiġu stabbiliti opportunitajiet tas-sajd skont l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament. F'konformità mal-Artikolu 16(1) ta' dak ir-Regolament, għandhom jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri b'tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew żona tas-sajd.

(4)

Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu għalhekk stabbiliti, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b'kunsiderazzjoni ta' aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiżguraw trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati.

(5)

Għas-sajd tal-laċċa kaħla, l-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplika mill-1 ta' Jannar 2015. L-Artikolu 16(2) ta' dak ir-Regolament jipprovdi li meta jiġi introdott obbligu ta' ħatt fir-rigward ta' stokk tal-ħut, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati billi jittieħed kont tal-bidla minn stabbiliment ta' opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-qabdiet għal opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-ħatt.

(6)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbiliti f'dan ir-Regolament tal-Kunsill għandu jkun suġġett għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (2) u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 ta' dak ir-Regolament, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet, u tan-notifika tad-dejta dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri għandhom jużaw meta jibagħtu dejta lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (3), meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi għal liema stokkijiet ma japplikawx l-Artikoli 3 u 4, b'mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokk.

(8)

Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika 29 kif definita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(b)

“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd tal-Unjoni kif imfissra fl-Artikolu 4(1)(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(c)

“stokk” tfisser l-istokk skont id-definizzjoni fl-Artikolu 4(1)(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(d)

“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:

(i)

fiż-żoni tas-sajd soġġetti għall-obbligu tal-ħatt imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-kwantità li tista' tinqabad minn kull stokk kull sena;

(ii)

fiż-żoni l-oħra tas-sajd kollha, il-kwantità li tista' tinħatt minn kull stokk kull sena;

(e)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

TACs u allokazzjoni

It-TACs għall-bastimenti tal-Unjoni, l-allokazzjoni ta' tali TACs fost l-Istati Membri, u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbiliti f'dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

ħatt l-art addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013;

(d)

kwantitajiet miżmuma f'konformità mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali mhux suġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art

Il-qabdiet u l-qabdiet inċidentali tal-barbun tat-tbajja' fil-pixkeriji li mhumiex soġġetti għall-obblilgu tal-ħatt għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk il-qabdiet isiru minn bastimenti tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li għandu kwota, liema kwota ma tkunx eżawrita.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 7

Trażmissjoni tad-dejta

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKVIS


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(4)  Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).


ANNESS

TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAL-UNJONI F'ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom b'mod funzjonali.

L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tabella ta' ekwivalenza tal-ismijiet bil-Latin mal-ismijiet komuni tidher hawn taħt:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem komuni

Psetta maxima

TUR

Barbun imperjali

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi:

Barbun imperjali

Psetta maxima

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed

TUR/F37.4.2.C.

Il-Bulgarija

43,2

 

 

Ir-Rumanija

43,2

 

 

L-Unjoni

86,4 (1)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC Analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed

SPR/F37.4.2.C

Il-Bulgarija

8 032,5

 

 

Ir-Rumanija

3 442,5

 

 

L-Unjoni

11 475

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC Analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


(1)  L-ebda attività tas-sajd inkluż it-trażbord, it-teħid abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ ma għandu jkun permess mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju 2015.


24.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/107

tat-23 ta' Jannar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

330,7

IL

160,5

MA

116,0

TR

156,6

ZZ

191,0

0707 00 05

JO

229,9

TR

179,2

ZZ

204,6

0709 93 10

MA

232,2

TR

178,2

ZZ

205,2

0805 10 20

EG

54,1

MA

61,0

TN

54,1

TR

65,0

ZZ

58,6

0805 20 10

IL

146,9

MA

89,2

ZZ

118,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

87,6

IL

129,5

JM

118,0

MA

141,2

TR

122,7

ZZ

119,8

0805 50 10

TR

63,6

ZZ

63,6

0808 10 80

BR

63,3

CL

88,6

MK

26,7

US

184,8

ZZ

90,9

0808 30 90

CL

265,9

US

138,7

ZZ

202,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


Rettifika

24.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/14


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/67 (EUCAP Sahel Mali/1/2015) tal-14 ta' Jannar 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 11 tas-17 ta' Jannar 2015 )

Fit-titolu fil-paġna tal-qoxra u f'paġna 72:

minflok:

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/67 (EUCAP Sahel Mali/1/2015) tal-14 ta' Jannar 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil- Mali (EUCAP Sahel Mali)

aqra:

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/67 tal-14 ta' Jannar 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil- Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2015)


24.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/14


Rettifika tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/974/PESK tat-18 ta' Diċembru 2008 b'appoġġ għall-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 345 tat-23 ta' Diċembru 2008 )

Fit-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 91:

minflok:

“Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/974/PESK tat-18 ta' Diċembru 2008 b'appoġġ għall-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva”

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/974/PESK tat-18 ta' Diċembru 2008 b'appoġġ għall-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva”