ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 11

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
17ta' Jannar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ ( 1 )

37

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni

44

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/64 tas-16 ta' Jannar 2015 li jemenda għall-224 darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

65

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/65 tas-16 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

68

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/66 tas-16 ta' Jannar 2015 li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Jannar 2015 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm

70

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/67 (EUCAP Sahel Mali/1/2015) tal-14 ta' Jannar 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

72

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/61

tal-10 ta' Ottubru 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, u b'mod partikolari l-Artikolu 460 tiegħu,

Billi:

(1)

Kmieni fil-“fażi ta' likwidità” tal-kriżi finanzjarja li bdiet fl-2007, ħafna istituzzjonijiet ta' kreditu, minkejja li żammew livelli xierqa ta' kapital, esperjenzaw diffikultajiet sinifikanti minħabba li ma kinux ikkontrollaw ir-riskju tal-likwidità tagħhom b'mod prudenti. Ċerti istituzzjonijiet ta' kreditu saru dipendenti wisq fuq il-finanzjament fuq terminu qasir li malajr spiċċa mal-feġġa tal-kriżi. Imbagħad, istituzzjonijiet ta' kreditu bħal dawn saru vulnerabbli għad-domanda ta' likwidità minħabba li ma kellhomx volum biżżejjed ta' assi likwidi biex jilħqu d-domanda għall-ġbid tal-fondi (flussi ta' ħruġ) waqt il-perjodu ta' tensjoni. L-istituzzjonijiet ta' kreditu mbagħad kienu mġiegħla jillikwidaw l-assi f'bejgħ bl-għaġġla li ħoloq spirall 'l isfel awtorinfurzanti fil-prezz u nuqqas ta' fiduċja fis-suq li wasslu għall-kriżi ta' solvenza. Fl-aħħar mill-aħħar, ħafna istituzzjonijiet ta' kreditu saru dipendenti wisq fuq l-għoti tal-likwidità mill-banek ċentrali u kellhom jingħataw salvataġġ finanzjarju bl-injezzjoni ta' ammont enormi ta' fondi mill-fondi pubbliċi. Għaldaqstant, deher biċ-ċar li kien hemm bżonn li jiġi żviluppat rekwiżit ta' likwidità ddettaljat, li l-għan tiegħu jkun li jiġi evitat dan ir-riskju billi l-istituzzjonijiet ta' kreditu jsiru inqas dipendenti fuq il-finanzjament fuq terminu qasir u l-għoti ta' likwidità mill-banek ċentrali u aktar reżiljenti għal xokkijiet tal-likwidità mhux mistennijin.

(2)

L-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jimponi rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu fformulat b'termini ġenerali bħala obbligu biex jinżammu “assi likwidi, li s-somma tal-valuri tagħhom tkopri l-ħruġ ta' likwidità imnaqqas mid-dħul tal-likwidità f'kondizzjonijiet ta' stress”. Skont l-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tispeċifika fid-dettall dan ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità u ċ-ċirkostanzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti jridu jimponu livelli speċifiċi ta' flussi ta' dħul u ħruġ fuq l-istituzzjonijiet ta' keditu sabiex ikopru r-riskji speċifiċi li jkunu esposti għalihom. F'konformità mal-Premessa 101 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-regoli jkunu paragunabbli mal-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità stipulat fil-qafas internazzjonali għall-kejl tar-riskju tal-likwidità, l-istandards u l-monitoraġġ tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (“BCBS”), b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali. Sakemm issir l-implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità mill-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità li jlaħħaq sa 100 % għall-istituzzjonijiet ta' kreditu f'konformità mal-liġi nazzjonali.

(3)

F'konformità mal-istandards tal-likwidità tal-BCBS, għandhom jiġu adottati regoli biex ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità jiġi ddefinit bħala proporzjon tar-riżerva ta' “assi likwidi” ta' istituzzjoni ta' kreditu meta mqabbel mal-“flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità” tul perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju. Il-“flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità” għandhom jiġu kkalkolati bit-tnaqqis tal-flussi ta' dħul tal-likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu mill-flussi ta' ħruġ tal-likwidità. Il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità għandu jingħata bħala perċentwal u jiġi stabbilit f'livell minimu ta' 100 %, meta jiġi implimentat kompletament, li juri li istituzzjoni ta' kreditu jkollha biżżejjed assi likwidi biex tilħaq il-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tul perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum. Tul perjodu bħal dan, istituzzjoni ta' kreditu għandha tkun tista' ssarraf malajr l-assi likwidi tagħha fi flus kontanti mingħajr rikors għal-likwidità ta' bank ċentrali jew għall-fondi pubbliċi, li jista' jwassal biex il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħha jaqa' temporanjament taħt il-livell ta' 100 %. Jekk jiġri hekk jew jekk ikun mistenni li jiġri hekk f'xi waqt, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Artikolu 414 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-restituzzjoni fil-ħin tal-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħhom għal-livell minimu.

(4)

Huma biss l-assi li jistgħu jiġu ttrasferiti b'mod ħieles li jistgħu jissarrfu malajr fi flus kontanti fis-swieq privati fi żmien qasir u mingħajr telf sinifikanti fil-valur li għandhom jiġu ddefiniti bħala “assi likwidi” għall-finijiet tar-riżervi ta' likwidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. B'konsistenza mal-Parti Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-valutazzjoni tal-assi likwidi mill-BCBS, regoli xierqa għandhom jiddinstingwu bejn assi li huma ta' likwidità u ta' kwalità tal-kreditu għoljin jew assi tal-livell 1, u assi ta' likwidità u ta' kwalità tal-kreditu għoljin jew assi tal-livell 2. Dawn tal-aħħar għandhom jerġgħu jinqasmu f'assi ta' livell 2 A u 2B. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandu jkollhom riżerva diversifikata b'mod adegwat ta' assi likwidi, filwaqt li tittieħed inkonsiderazzjoni l-likwidità u l-kwalità tal-kreditu relattivi tagħhom. Għaldaqstant, kull livell u sublivell għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi fuq it-telf impost u l-limiti tar-riżerva ġenerali u, fejn ikun xieraq, għandhom jiġu applikati rekwiżiti differenzjati bejn il-livelli jew is-sublivelli u bejn il-kategoriji tal-assi likwidi fl-istess livell jew sublivell, li għandhom ikunu aktar stretti aktar ma tkun baxxa l-klassifikazzjoni tal-likwidità tagħhom.

(5)

Ċerti rekwiżiti ġenerali u operattivi għandhom jiġu applikati għall-assi likwidi biex jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jissarrfu fi flus kontanti fi żmien qasir, soġġetti għal xi eċċezzjonijiet għall-assi speċifikati tal-livell 1, skont kif ikun adegwat. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jispeċifikaw li l-assi likwidi għandhom jinżammu ħielsa minn kwalunkwe ostakolu li jipprevjeni ċ-ċessjoni tagħhom, jiġu vvalutati faċilment u elenkati f'kambji rikonoxxuti jew negozjabbli fi swieq ta' bejgħ attiv jew swieq ta' riakkwist. Għandhom jiżguraw ukoll li l-funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu jkollha aċċess u kontroll tal-assi likwidi tagħha f'kull ħin u li l-assi li jikkostitwixxu r-riżerva ta' likwidità jkunu ddiversifikati kif xieraq. Id-diversifikazzjoni hija importanti biex jiġi żgurat li l-abbiltà ta' istituzzjoni ta' kreditu li tillikwida l-assi likwidi b'mod rapidu mingħajr telf sinifikanti fil-valur ma tkunx imxekkla minn dawk l-assi li jkunu vulnerabbli għal fattur ta' riskju komuni. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jintalbu wkoll jiżguraw il-konsistenza tad-denominazzjoni tal-munita tal-assi likwidi tagħhom u l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom, sabiex jipprevjenu milli spariġġ eċċessiv tal-muniti jtellfilhom il-ħila li jużaw ir-riżerva ta' likwidità tagħhom ħalli jilħqu l-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'munita speċifika f'perjodu ta' tensjoni.

(6)

F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fir-rapport tagħha tal-20 ta' Diċembru 2013, imħejji skont l-Artikolu 509(3) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-tipi kollha ta' bonds maħruġin jew iggarantiti mill-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri u l-banek ċentrali kif ukoll dawk maħruġin jew iggarantiti minn istituzzjonijiet supranazzjonali għandhom jingħataw status ta' livell 1. Kif osservat l-EBA, jeżistu argumenti superviżorji b'saħħithom biex ma ssirx diskriminazzjoni bejn id-diversi Stati Membri minħabba li l-esklużjoni ta' xi bonds sovrani mil-livell 1 toħloq inċentivi biex isiru investimenti f'bonds sovrani oħrajn fl-Unjoni, u dan jirriżulta fil-frammentazzjoni tas-suq intern u jżid ir-riskju ta' kontaġju reċiproku fi kriżi bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-emittenti sovrani tagħhom (“in-nexus sovran-bankarju” ). Fir-rigward ta' pajjiżi terzi, l-istatus ta' livell 1 għandu jingħata lill-iskoperturi għall-banek ċentrali u l-emittenti sovrani li jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % skont ir-regoli dwar ir-riskju tal-kreditu fit-Titolu II tal-Parti 3 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif inhu stipulat fl-istandard tal-BCBS. L-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom jingħataw status tal-livell 1 biss meta dawn jiġu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tagħhom u dan tal-aħħar jibbenefika minn piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-istess regoli dwar ir-riskju ta' kreditu. L-istess status għandu japplika għal skoperturi għall-banek ta' żvilupp multilaterali u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali b'piż tar-riskju ta' 0 %. Minħabba l-likwidità u l-kwalità tal-kreditu għoljin ħafna murija minn dawn l-assi, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom ikunu jistgħu jżommuhom fir-riżervi tagħhom mingħajr limitu u dawn ma għandhomx ikunu soġġetti għal telf impost jew rekwiżit ta' diversifikazzjoni.

(7)

B'mod ġenerali, l-assi maħruġin mill-istituzzjonijiet ta' kreditu ġeneralment ma għandhomx jiġu rikonoxxuti bħala assi likwidi, iżda għandu jingħata trattament ta' livell 1 lil assi bankarji sostnuti mill-gvernijiet tal-Istati Membri, bħal mutwanti promozzjonali u tal-gvern kif ukoll assi bankarji privati b'garanzija Statali espliċita. Dawn tal-aħħar huma konsegwenza tal-kriżi finanzjarja u għandhom jiġu eliminati b'mod gradwali, u b'hekk ikunu biss l-assi bankarji b'garanzija tal-gvern mogħtija jew impenjati qabel it-30 ta' Ġunju 2014 li għandhom ikunu eliġibbli bħala assi likwidi. B'mod simili, bonds superjuri maħruġin minn ċerti aġenziji ta' ġestjoni tal-assi speċifikati ta' ċerti Stati Membri għandhom jiġu trattati bħala assi ta' livell 1 soġġetti għall-istess rekwiżiti applikabbli għall-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru rispettiv tagħhom iżda biss b'effett għal żmien limitat.

(8)

Il-bonds koperti huma strumenti ta' dejn maħruġin mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u assigurati minn pula ta' kopertura ta' assi li tipikament jikkonsistu minn self ipotekarju jew dejn tas-settur pubbliku li għalih l-investituri jkollhom prestensjoni preferenzjali f'każ ta' inadempjenza. L-għamla ggarantita tagħhom u ċerti karatteristiċi ta' sigurtà addizzjonali, bħar-rekwiżit fuq l-emittent biex jissostitwixxi l-assi danneġġati fil-pula ta' kopertura u jżomm il-pula ta' kopertura b'valur li jaqbeż il-valur nominali tal-bonds (“ir-rekwiżit ta' kopertura tal-assi”), ikkontribwixxew biex jagħmlu l-bonds koperti strumenti ta' qligħ b'riskju baxx bi rwol ewlieni ta' finanzjament fis-swieq ipotekarji ta' ħafna mill-Istati Membri. F'ċerti Stati Membri l-ħruġ ta' bonds koperti pendenti jaqbeż il-pula ta' bonds tal-gvern pendenti. Ċerti bonds koperti tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja, b'mod partikolari, kellhom prestazzjoni likwida eċċellenti tul il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Ġunju 2012 analizzat mill-EBA fir-rapport tagħha. Minkejja dan, l-EBA rrakomandat li dawn il-bonds koperti jiġu trattati bħala assi tal-livell 2 A biex ikun hemm allinjament mal-istandards tal-BCBS. Madankollu, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li saru hawn fuq dwar il-kwalità tal-kreditu u l-prestazzjoni u r-rwol tal-likwidità tagħhom fis-swieq ta' finanzjament tal-Unjoni, xieraq li dawn il-bonds koperti tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja jiġu trattati bħala assi ta' livell 1. Sabiex jiġu evitati riskji ta' konċentrazzjoni eċċessiva u b'differenza minn assi oħrajn ta' livell 1, il-parteċipazzjoni tal-bonds koperti tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja fir-riżerva ta' likwidità għandha tkun issuġġetta għal limitu massimu ta' 70 % tar-riżerva totali, għal telf impost minimu ta' 7 % u għar-rekwiżit ta' diversifikazzjoni.

(9)

Il-bonds koperti tal-iskala 2 tal-kwalità kreditizja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala assi tal-livell 2 A soġġetti għall-istess limitu massimu (40 %) u l-istess telf impost (15 %) applikabbli għal assi likwidi oħra ta' dan il-livell. Dan jista' jiġi ġġustifikat fuq il-bażi tad-dejta tas-suq disponibbli li tindika li l-bonds koperti tal-iskala 2 tal-kwalità kreditizja urew aktar likwidità minn assi oħrajn paragunabbli ta' livell 2 A u 2B, bħal pereżempju titoli abbażi ta' ipoteki residenzjali (“RMBSs”) tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja. Barra minn hekk, meta dawn il-bonds koperti jitħallew jikkwalifikaw bħala riżerva ta' likwidità, dawn jikkontribwixxu għal diversifikazzjoni tal-pula tal-assi disponibbli fir-riżerva u jevitaw id-diskriminazzjoni żejda jew l-effett ta' preċipizju bejnhom u bejn il-bonds koperti tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja. Madankollu, għandu jiġi nnutat li sehem sinifikanti minn dawn il-bonds koperti saru tal-iskala 2 tal-kwalità kreditizja bħala riżultat tad-deklassifikazzjoni tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri fejn kien stabbilit l-emittent. Dan irrifletta l-limitu massimu tal-pajjiż tipikament inkluż fil-metodoloġiji tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni li jistabbilixxi li l-istrumenti finanzjarji ma jistgħux jiġu kklassifikati jekk jaqbżu ċertu livell relattiv meta mqabbel mal-klassifikazzjoni sovrana rispettiva tagħhom. Għaldaqstant, il-limiti massimi tal-pajjiż eskludew il-bonds koperti maħruġin f'dawn l-Istati Membri milli jilħqu l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja, irrispettivament mill-kwalità tal-kreditu tagħhom, għax mbagħad naqsitilhom il-likwidità tagħhom meta mqabblin ma' bonds koperti ta' kwalità simili maħruġin minn Stati Membri li ma ġewx deklassifikati. Is-swieq ta' finanzjament fl-Unjoni, bħala riżultat, ifframmentaw wisq ruħhom, u dan jenfasizza l-ħtieġa li tinstab alternattiva xierqa għal klassifikazzjonijiet esterni bħala wieħed mill-kriterji tar-regolamentazzjoni prudenzjali, li tikklassifika r-riskju tal-likwidità u tal-kreditu tal-bonds koperti u ta' kategoriji oħra ta' assi. Skont l-Artikolu 39b(1) tar-Regolament (UE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar l-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu, il-Kummissjoni trid tippreżenta rapport sal-31 ta' Diċembru 2015 dwar għodod alternattivi għall-klassifikazzjoni tal-kreditu, bil-ħsieb li jitħassru r-referenzi kollha għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-liġi tal-Unjoni għal finijiet regolatorji sal-1 ta' Jannar 2020.

(10)

B'rabta mat-titoli abbażi tal-assi (“ABS”), u b'konsistenza mas-sejbiet empiriċi tagħha stess u mal-istandard tal-BCBS, l-EBA kienet irrakkomandat li l-RMBSs tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala assi tal-livell 2B, soġġetti għal telf impost ta' 25 %. Xieraq ukoll li jkun hemm devjazzjoni minn din ir-rakkomandazzjoni u li l-eliġibbiltà tal-livell 2B tiġi estiża għal ċerti ABSs garantiti b'assi oħrajn. Firxa usa' ta' subkategoriji eliġibbli ta' assi żżid id-diversifikazzjoni fir-riżerva ta' likwidità u tiffaċilita l-finanzjament tal-ekonomija reali. Barra minn hekk, billi d-dejta tas-suq disponibbli tindika korrelazzjoni baxxa bejn l-ABSs u assi likwidi oħrajn bħal bonds tal-gvern, jiddgħajjef in-nexus sovran-bankarju u tiġi mmitigata l-frammentazzjoni fis-suq intern. Barra minn hekk, hemm evidenza li l-investituri għandhom it-tendenza li jaħżnu ABSs ta' kwalità għolja b'ħajja medja ponderata qasira u prepagamenti għoljin waqt il-perjodi ta' instabbiltà finanzjarja, peress li dawn malajr jissarrfu fi flus kontanti u wieħed jista' jiddependi fuqhom bħala sors sigur ta' likwidità. Dan huwa l-każ partikolarment għall-ABSs abbażi ta' self u lokazzjonijiet għall-finanzjament ta' vetturi (“ABSs għal self għal karozzi”), li wrew volatilità fil-prezz u firxiet medji paragunabbli mal-RMBSs tul il-perjodu ta' bejn l-2007 u l-2012. Anki ċerti taqsimiet tal-ABSs ta' kreditu lill-konsumatur, bħall-karti ta' kreditu, urew livelli tajbin u paragunabbli ta' likwidità. Fl-aħħar nett, jekk jiġu permessi l-ABSs garantiti b'assi tal-ekonomija reali, bħal dawk li ssemmew diġà u s-self lill-SMEs, dawn jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku peress li dan jibgħat sinjal pożittiv lill-investituri fir-rigward ta' dawn l-assi. Għalhekk, ir-regoli xierqa għandhom jirrikonoxxu l-ABSs iggarantiti mhux biss minn self ipotekarju residenzjali, iżda anki minn self għal karozzi, kreditu tal-konsumatur u self lill-SMEs bħala assi tal-livell 2B. Madankollu biex jinżammu l-integrità u l-funzjonalità tar-riżerva ta' likwidità, l-eliġibbiltà tagħhom għandha tkun soġġetta għal ċerti rekwiżiti ta' kwalità għolja li jkunu konsistenti mal-kriterji li għandhom jiġu applikati għal titoli sempliċi, trasparenti u standardizzati f'leġiżlazzjonijiet settorjali finanzjarji oħrajn. B'mod partikolari għall-RMBSs, rekwiżiti ta' kwalità għolja għandhom ikunu konformi ma' ċerti proporzjonijiet bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija jew bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu, iżda dawn il-proporzjonijiet ma għandhomx japplikaw għal RMBS maħruġa qabel id-data ta' meta bdiet tapplika l-applikazzjoni tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità. Biex tiġi kkunsidrata l-inqas likwidità għolja osservata fil-kreditu tal-konsumatur u s-self lill-SMEs, l-ABSs relattivi għall-RMBSs u l-ABSs għal self għal karozzi, dawk tal-ewwel għandhom ikunu soġġetti għal telf impost ogħla (35 %). L-ABSs kollha għandhom ikunu suġġetti, bħal assi oħrajn tal-livell 2B, għal-limitu massimu ġenerali ta' 15 % tar-riżerva ta' likwidità u għal rekwiżit ta' diversifikazzjoni.

(11)

Ir-regoli b'rabta mal-klassifikazzjoni, ir-rekwiżiti, il-limiti massimi u t-telf impost għall-assi li jifdal ta' livell 2 A u 2B għandhom ikunu allinjati mill-qrib mar-rakkomandazzjonijiet tal-BCBS u l-EBA. L-ishma u l-unitajiet f'impriżi ta' investiment kollettiv (“CIU”), min-naħa l-oħra, għandhom jiġu trattati bħala assi likwidi tal-istess livell u kategorija bħall-assi sottostanti għall-impriża kollettiva.

(12)

Xieraq ukoll li fid-determinazzjoni tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tiġi kkunsidrata l-ġestjoni ċentralizzata tal-likwidità f'netwerks ta' skemi ta' protezzjoni kooperattiva u istituzzjonali fejn l-istituzzjoni jew il-korp ċentrali jkollhom rwol li jixbah lil ta' bank ċentrali minħabba li l-membri tan-netwerk, tipikament, ma jkollhomx aċċess dirett għal dawn tal-aħħar. Għalhekk, regoli xierqa għandhom jirrikonoxxu bħala assi likwidi d-depożiti ta' domanda li jsiru mill-membri tan-netwerk fi ħdan istituzzjoni ċentrali u fondi ta' likwidità oħrajn disponibbli għal dawk mill-istituzzjoni ċentrali. Id-depożiti li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi għandhom jibbenefikaw mir-rati tal-flussi ta' ħruġ preferenzjali permessi għad-depożiti operattivi.

(13)

Ir-rata tal-fluss ta' ħruġ għal depożiti stabbli fil-livell ta' konsumatur għandha tkun stabbilita b'rata ta' inadempjenza ta' 5 %, iżda għandha tkun permessa rata tal-fluss ta' ħruġ preferenzjali ta' 3 % għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha affiljati ma' skema ta' garanzija tad-depożiti fi Stat Membru li jissodisfa ċerti kriterji stretti. L-ewwel nett, għandha tittieħed inkonsiderazzjoni l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Iskema ta' Garanziji tad-Depożiti 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) mill-Istati Membri. It-tieni nett, l-iskema ta' Stat Membru għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi marbutin mal-perjodu ta' ripagament, finanzjament ex-ante u aċċess għal mezzi finanzjarji addizzjonali fil-każ ta' dipendenza kbira fuq ir-riżervi tiegħu. Fl-aħħar nett, l-applikazzjoni tar-rata preferenzjali ta' 3 % għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, li għandha tingħata biss meta l-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti tal-Istat Membru tkun konformi mal-kriterji li ssemmew hawn fuq u li ma jkunx hemm tħassib prevalenti dwar il-funzjonament tas-suq intern għad-depożiti fil-livell ta' konsumatur. Fi kwalunkwe każ, ir-rata preferenzjali ta' 3 % għal depożiti stabbli fil-livell ta' konsumatur ma għandhiex tkun applikabbli qabel l-1 ta' Jannar 2019.

(14)

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw depożiti fil-livell ta' konsumatur oħrajn soġġetti għal rati ta' likwidazzjoni ogħla. Regoli xierqa bbażati fuq il-Linji Gwida tal-EBA dwar id-depożiti fil-livell ta' konsumatur soġġetti għal flussi ta' ħruġ differenti għandhom jistipulaw il-kriterji biex jiġu identifikati dawk id-depożiti fil-livell ta' konsumatur fuq il-bażi tal-karatteristiċi speċjali tagħhom, jiġifieri d-daqs tad-depożitu totali, l-għamla tad-depożitu, ir-remunerazzjoni, il-probabbiltà ta' ġbid u jekk id-depożitant ikunx resident jew le.

(15)

Wieħed ma jistax jassumi li l-istituzzjonijiet ta' kreditu dejjem ser jirċievu appoġġ ta' likwidità minn impriżi oħrajn li jappartjenu fl-istess grupp jew l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali meta jaffaċċjaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-obbligi ta' pagament tagħhom. Madankollu, meta ma tingħata l-ebda eżenzjoni għall-applikazzjoni tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità fil-livell individwali skont l-Artikoli 8 jew 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-flussi ta' likwidità bejn żewġ istituzzjonijiet ta' kreditu li jappartjenu fl-istess grupp jew l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali għandhom, fil-prinċipju, jirċievu rati simmetriċi tal-flussi ta' dħul u ta' ħruġ sabiex jiġi evitat it-telf ta' likwidità fis-suq intern, diment li jkunu implimentati s-salvagwardji neċessarji kollha u dan biss bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti involuti. Trattament preferenzjali bħal dan għandu jingħata biss għal flussi transfruntieri fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi addizzjonali, inkluż il-profil ta' riskju tal-likwidità baxx tal-fornitur u r-riċevitur.

(16)

Sabiex jiġi evitat milli l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu dipendenti esklussivament fuq flussi ta' dħul antiċipati biex jissodisfaw il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidià tagħhom, u anki biex jiżguraw livell minimu ta' parteċipazzjoni ta' assi likwidi, l-ammont ta' flussi ta' dħul li jistgħu jikkumpensaw għall-ħruġ għandu jkun limitat għal massimu ta' 75 % tal-flussi ta' ħruġ totali mistennija. Madankollu, b'kunsiderazzjoni tal-eżistenza ta' mudelli tan-negozju speċjalizzati, ċerti eżenzjonijiet għal dan il-limitu massimu, li jkunu sħaħ jew parzjali, għandhom ikunu permessi biex jagħtu effett lill-prinċipju tal-proporzjonalità u soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti. Dan għandu jinkludi eżenzjoni għall-flussi tal-iskema ta' protezzjoni ta' bejn il-gruppi u bejn l-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati f'self ipotekarju ttrasferit jew f'lokazzjoni u fatturament. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati fil-finanzjament għax-xiri ta' vetturi jew f'self ta' kreditu lill-konsumaturi għandhom jingħataw permess li japplikaw limitu massimu ogħla ta' 90 %. Dawn l-eżenzjonijiet għandhom ikunu disponibbli kemm fil-livell individwali kif ukoll f'dak ikkonsolidat, iżda biss meta jintlaħqu ċerti kriterji.

(17)

Il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità għandu japplika għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq dik ikkonsolidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jirrinunzjawx għall-applikazzjoni fuq bażi individwali skont l-Artikoli 8 jew 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-konsolidazzjoni ta' impriżi sussidjarji f'pajjiżi terzi għandha tikkunsidra r-rekwiżiti ta' kopertura tal-likwidità applikabbli f'dawn il-pajjiżi. Konsegwentement, ir-regoli ta' konsolidazzjoni fl-Unjoni ma għandhomx jagħtu trattament aktar favorevoli lil assi likwidi, flussi ta' ħruġ jew ta' dħul tal-likwidità f'impriżi sussidjarji ta' pajjiżi terzi minn dak li jkun disponibbli skont il-liġi nazzjonali ta' dawn il-pajjiżi terzi.

(18)

F'konformità mal-Artikolu 508(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Kummissjoni trid tippreżenta rapport lill-koleġiżlaturi, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015, dwar jekk u kif ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità stipulat fil-Parti Sitta għandu japplika għad-ditti tal-investiment. Sakemm tibda tapplika din id-dispożizzjoni, id-ditti tal-investiment għandhom jibqgħu soġġetti għal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri dwar ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità. Madankollu, id-ditti tal-investiment għandhom ikunu soġġetti għall-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità stipulat f'dan ir-Regolament fuq bażi kkonsolidata, meta dawn jiffurmaw parti minn gruppi bankarji.

(19)

L-istituzzjonijiet ta' kreditu huma mitlubin jirrapportaw ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, kif inhu speċifikat fid-dettall f'dan ir-Regolament skont l-Artikolu 415 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(20)

Sabiex l-istituzzjonijiet ta' kreditu jingħataw biżżejjed żmien biex jikkonformaw kompletament mar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità, l-introduzzjoni tiegħu għandha ssir b'mod gradwali skont l-iskeda ta' żmien stabbilita fl-Artikolu 460(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u tibda b'minimu ta' 60 % mill-1 ta' Ottubru 2015 u titla' għal 100 % fl-1 ta' Jannar 2018.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

IL-PROPORZJON TA' KOPERTURA TAL-LIKWIDITÀ

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jispeċifikaw fid-dettall ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità previst fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkonformaw ma' dan ir-Regolament fuq bażi individwali f'konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw kompletament jew parzjalment għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali b'rabta ma' istituzzjoni ta' kreditu skont l-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fihom jintlaħqu.

3.   Meta grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, l-istituzzjoni kkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni kkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, japplikaw l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-dispożizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-assi ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II u li jkunu miżmumin minn impriża sussidjarja f'pajjiż terz ma jkunux rikonoxxuti bħala assi likwidi għal finijiet ikkonsolidati meta dawn ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità;

(b)

il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'impriża sussidjarja f'pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità, ikunu soġġetti għal perċentwali ogħla minn dawk speċifikati fit-Titolu III, ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni skont ir-rati speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz;

(c)

il-flussi ta' dħul tal-likwidità f'impriża sussidjarja f'pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità, ikunu soġġetti għal perċentwali inqas minn dawk speċifikati fit-Titolu III, ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni skont ir-rati inqas speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz;

(d)

id-ditti tal-investiment fil-grupp ikunu soġġetti għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament fuq bażi kkonsolidata u għall-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'rabta mad-definizzjoni tal-assi likwidi, il-flussi ta' ħruġ u l-flussi ta' dħul tal-likwidità kemm għal finijiet individwali kif ukoll dawk ikkonsolidati. Minbarra kif speċifikat f'dan il-punt, id-ditti tal-investiment jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit iddettaljat tal-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità għad-ditti tal-investiment kif inhu stipulat fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri fin-nuqqas tal-ispeċifikazzjoni ta' rekwiżit ta' proporzjon ta' kopertura tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 508 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

f'livell ikkonsolidat l-ammont ta' flussi ta' dħul li jirriżultaw minn istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 33, fil-paragrafi (3) u (4), jiġu rikonoxxuti biss sal-ammont tal-flussi ta' ħruġ li jirriżultaw mill-istess impriża.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“assi ta' livell 1” tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(2)

“assi ta' livell 2” tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-assi ta' livell 2 jerġgħu jinqasmu f'assi ta' livell 2 A u 2B f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament;

(3)

“riżervi ta' likwidità” tfisser l-ammont ta' assi likwidi li istituzzjoni ta' kreditu jkollha f'konformità mat-Titolu II ta' dan ir-Regolament;

(4)

“munita tar-rapportar” tfisser il-munita li fiha l-entrati tal-likwidità msemmijin fit-Titoli II u III tal-Parti Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iridu jiġu rrapportati lill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 415(1) ta' dan ir-Regolament;

(5)

“rekwiżit ta' kopertura tal-assi” tfisser il-proporzjon tal-assi meta mqabblin mar-responsabbiltajiet kif iddeterminat għall-finijiet ta' titjib tal-kreditu b'rabta mal-bonds koperti mil-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz;

(6)

“SME” tfisser impriża mikro, żgħira u ta' daqs medju kif inhu ddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (5);

(7)

“flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità” tfisser l-ammont li jirriżulta mit-tnaqqis tal-flussi ta' dħul tal-likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu mill-ħruġ tal-likwidità tagħha f'konformità mat-Titolu III ta' dan ir-Regolament;

(8)

“depożiti fil-livell ta' konsumatur” tfisser ir-responsabbiltà lejn persuna fiżika jew lejn SME, meta l-SME tikkwalifika għall-klassi ta' skoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-approċċi standardizzati jew tal-IRB għar-riskju tal-kreditu, jew ir-responsabbiltà lejn kumpanija li tkun eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 153(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u meta d-depożiti aggregati minn SME jew kumpanija bħal din fuq bażi ta' grupp ma jaqbżux il-EUR 1 miljun;

(9)

“klijent finanzjarju” tfisser klijent li jwettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju prinċipali tiegħu, jew ikun waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

istituzzjoni ta' kreditu;

(b)

ditta tal-investiment;

(c)

istituzzjoni finanzjarja;

(d)

veikolu bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni (“SSPE”);

(e)

impriża ta' investiment kollettiv (“CIU”);

(f)

skema ta' investiment limitat;

(g)

impriża tal-assigurazzjoni;

(h)

impriża tar-riassigurazzjoni;

(i)

kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta;

(10)

“kumpanija ta' investiment personali” (“PIC”) tfisser impriża jew fond li s-sid tiegħu jew is-sid benefiċjaru tagħhom, rispettivament, ikun persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jiġu minn xulxin mill-qrib, li twaqqfu bl-għan uniku ta' ġestjoni tal-ġid tas-sidien u li ma jwettqu ebda attività kummerċjali, industrijali jew professjonali oħra. L-għan tal-PIC jista' jinkludi attivitajiet anċillari oħrajn bħal segregazzjoni tal-assi tas-sidien mill-assi korporattivi, tħaffif tat-trażmissjoni tal-assi f'familja jew il-prevenzjoni ta' qsim fl-assi wara l-mewt ta' membru tal-familja, diment li dawn ikunu marbutin mal-għan prinċipali tal-ġestjoni tal-ġid tas-sidien;

(11)

“stress” tfisser deterjorament f'daqqa jew gravi fil-pożizzjoni ta' solvenza jew ta' likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu minħabba bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew fatturi idjosinkratiċi li b'riżultat tagħhom jista' jkun hemm riskju sinifikanti li l-istituzzjoni ta' kreditu ma tibqax kapaċi twettaq l-impenji tagħha peress li jkunu dovuti fit-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss;

(12)

“self ta' marġini” tfisser self kollateralizzat estiż lill-klijenti biex jieħdu pożizzjonijiet ta' nnegozjar ingranati.

Artikolu 4

Il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità

1.   Ir-rekwiżit iddettaljat ta' kopertura tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jkun l-istess bħall-proporzjon tar-riżerva ta' likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu meta mqabbel mal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tul il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju u jingħata bħala perċentwal. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkalkulaw il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħhom bl-użu tal-formula ta' hawn taħt:

Formula

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jżommu proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tal-inqas ta' 100 %.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jimmonetizzaw l-assi likwidi tagħhom biex ikopru l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom tul il-perjodi ta' tensjoni, anki jekk it-tali użu ta' assi likwidi jista' jwassal biex il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità jaqa' taħt il-100 % waqt perjodi bħal dawn.

4.   Meta fi kwalunkwe ħin il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità jaqa' jew ikun raġonevolment mistenni li jaqa' taħt il-100 %, japplika r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 414 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Sakemm il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità jerġa' lura għal-livell imsemmi fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tirrapporta l-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità lill-awtorità kompetenti f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (6).

5.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkalkulaw u jissorveljaw il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħhom fil-munita tar-rapportar u f'kull waħda mill-muniti soġġetti għal rapportar separat f'konformità mal-Artikolu 415(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll għar-responsabbiltajiet fil-munita tar-rapportar. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jirrapportaw il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità lill-awtorità kompetenti tagħhom f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

Artikolu 5

Xenarji ta' stress għall-finijiet tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità

Ix-xenarji li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala indikaturi taċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni ta' kreditu tista' titqies li tkun soġġetta għal stress:

(a)

meta sseħħ likwidazzjoni ta' proporzjon sinifikanti tad-depożiti fil-livell ta' konsumatur tagħha;

(b)

telf parzjali jew totali tal-kapaċità ta' finanzjament bl-ingrossa mhux iggarantit, inklużi depożiti bl-ingrossa u sorsi oħrajn ta' finanzjament ta' kontinġenza bħal likwidità jew linji ta' kreditu riċevuti impenjati jew mhux impenjati;

(c)

telf parzjali jew totali ta' finanzjament fuq terminu qasir iggarantit;

(d)

flussi ta' ħruġ tal-likwidità addizzjonali bħala riżultat ta' deklassifikazzjoni tal-kreditu sa tliet livelli;

(e)

volatilità miżjuda tas-suq li taffettwa l-valur tal-kollateral jew il-kwalità tiegħu jew li toħloq bżonnijiet kollaterali addizzjonali;

(f)

prelevamenti mhux skedati minn faċilitajiet ta' likwidità u ta' kreditu;

(g)

obbligu potenzjali ta' xiri lura tad-dejn jew it-twettiq ta' obbligi mhux kuntrattwali.

TITOLU II

IR-RIŻERVA TA' LIKWIDITÀ

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 6

L-għamla tar-riżerva ta' likwidità

Sabiex ikunu eliġibbli biex jiffurmaw parti mir-riżerva ta' likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu, l-assi likwidi għandhom jikkonformaw ma' kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti:

(a)

ir-rekwiżiti ġenerali stipulati fl-Artikolu 7;

(b)

ir-rekwiżiti operazzjonali stipulati fl-Artikolu 8;

(c)

il-kriterji ta' eliġibbiltà rispettivi għall-klassifikazzjoni tagħhom bħala assi ta' livell 1 jew 2 f'konformità mal-Kapitolu 2.

Artikolu 7

Rekwiżiti ġenerali għall-assi likwidi

1.   Sabiex jikkwalifikaw bħala assi likwidi, l-assi ta' istituzzjoni ta' kreditu għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 2 sa 6.

2.   L-assi għandhom ikunu proprjetà, dritt, intitolament jew interess miżmum minn istituzzjoni ta' kreditu u ħielsa minn kull gravami. Għal dawn il-finijiet, assi jitqies li ma jkunx gravat meta l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkun suġġetta għall-ebda restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew restrizzjoni oħra li żżommha milli tillikwida, tbigħ, tittrasferixxi, tassenja jew, b'mod ġenerali, iċċedi tali ass permezz ta' bejgħ dirett attiv jew ftehim ta' riakkwist fi żmien it-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss. L-assi li ġejjin ma jitqisux gravati:

(a)

assi inklużi f'pula li jkunu disponibbli għal użu immedjat bħala kollateral biex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu impenjati iżda li għadhom mhumiex iffinanzjati, disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu. Dan jinkludi l-assi mqegħdin minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jassumu li l-assi fil-pula huma aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità stabbilita fil-Kapitolu 2, li tibda mill-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità;

(b)

assi li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju f'riakkwist invers jew titoli li jiffinanzjaw it-tranżazzjonijiet u li l-istituzzjoni ta' kreditu tista' ċċedihom.

3.   L-assi ma jkunux nħarġu mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha, l-impriża prinċipali tagħha, sakemm ma tkunx entità tas-settur pubbliku li ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja oħra tal-impriża prinċipali tagħha jew minn entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha rabtiet mill-qrib magħha;

4.   L-assi ma jkunux nħarġu minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

istituzzjoni ta' kreditu oħra, sakemm l-emittent ma jkunx entità tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 10(1) u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1), l-assi jkun bond kopert imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1) u l-punti (c) u (d) tal-Artikolu 11(1) jew l-ass jappartjeni għall-kategorija deskritta fil-punt (e) tal-Artikolu 10(1);

(b)

ditta tal-investiment;

(c)

impriża tal-assigurazzjoni;

(d)

impriża tar-riassigurazzjoni;

(e)

kumpanija azzjonarja finanzjarja;

(f)

kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta;

(g)

kwalunkwe entità oħra li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-SSPEs jitqiesu li mhumiex inklużi mal-entitajiet imsemmijin f'dan il-punt.

5.   Il-valur tal-assi jkun jista' jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' prezzijiet tas-suq li jixterdu b'mod wiesa' u li jkunu disponibbli faċilment. Fin-nuqqas ta' prezzijiet tas-suq, il-valur tal-assi jrid ikun jista' jiġi ddeterminat abbażi ta' formula li tkun faċilment kalkolabbli u li tuża l-inputs disponibbli pubblikament u li ma tkunx dipendenti wisq fuq suppożizzjonijiet qawwija.

6.   L-assi għandhom ikunu elenkati fuq kambju rikonoxxut jew negozjabbli permezz ta' tranżazzjoni ta' riakkwist sempliċi fi swieq ta' riakkwist ġeneralment aċċettati. Dawn il-kriterji jiġu vvalutati b'mod separat għal kull suq. Assi ammess biex jiġi nnegozjat f'post organizzat li ma jkunx kambju rikonoxxut, fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, jitqies bħala likwidu biss fejn il-post ta' nnegozjar jipprovdi suq attiv u mdaqqas għall-bejgħ dirett tal-assi. L-istituzzjoni ta' kreditu tqis dawn li ġejjin bħala l-kriterji minimi biex tivvaluta jekk post ta' nnegozjar jipprovdix suq attiv u mdaqqas għall-finijiet ta' dan il-paragrafu:

(a)

evidenza storika tal-wisgħa u l-fond tas-suq kif muri mill-firxiet baxxi bejn it-talba u l-offerta, volum għoli ta' nnegozjar u għadd kbir u varjat ta' parteċipanti tas-suq;

(b)

il-preżenza ta' infrastruttura soda tas-suq.

7.   Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 5 u 6 ma japplikawx għal:

(a)

karti tal-flus u muniti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 10(1);

(b)

l-iskoperturi għall-banek ċentrali msemmijin fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 10(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1);

(c)

il-faċilità ta' likwidità impenjata b'użu ristrett imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 12(1);

(d)

id-depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u skemi ta' protezzjoni istituzzjonali msemmijin fl-Artikolu 16.

Artikolu 8

Rekwiżiti operazzjonali

1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom politiki u limiti fis-seħħ biex jiżguraw li l-investimenti ta' assi likwidi li jikkostitwixxu r-riżerva ta' likwidità tagħhom jibqgħu ddiversifikati b'mod adegwat f'kull ħin. Għal dan l-għan, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jieħdu inkonsiderazzjoni l-firxa tad-diversifikazzjoni bejn id-diversi kategoriji ta' assi likwidi u fi ħdan l-istess kategorija ta' assi likwidi msemmijin fil-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu u kwalunkwe fattur ta' diversifikazzjoni ieħor, bħat-tipi ta' emittenti, il-kontropartijiet jew il-pożizzjoni ġeografika ta' dawn l-emittenti u l-kontropartijiet.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu restrizzjonijiet jew rekwiżiti speċifiċi fuq l-investimenti ta' assi likwidi minn istituzzjoni ta' kreditu biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan il-paragrafu. Madankollu, kull restrizzjoni jew rekwiżit bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

il-kategoriji li ġejjin ta' assi tal-livell 1:

(i)

karti tal-flus u muniti msemmijin fl-Artikolu 10(1)(a);

(ii)

skoperturi għall-banek ċentrali kif inhu msemmi fl-Artikoli 10(1)(b) u (d);

(iii)

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti minn banek ta' żvilupp multilaterali u minn organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 10(1)(g);

(b)

il-kategoriji ta' assi tal-livell 1 jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, mill-awtoritajiet lokali jew mill-entitajiet tas-settur pubbliku msemmijin fl-Artikolu 10(1)(c) u (d), diment li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha l-assi relevanti biex tkopri l-flussi tal-ħruġ netti tal-likwidità taħt kundizzjonijiet ta' stress fil-munita tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew l-assi jkun maħruġ mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, mill-awtoritajiet lokali jew mill-entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(c)

il-faċilità ta' likwidità impenjata b'użu ristrett imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 12(1).

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom aċċess faċli għall-investimenti tagħhom ta' assi likwidi u għandhom ikunu jistgħu jimmonetizzawhom fi kwalunkwe ħin tul il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju permezz ta' bejgħ dirett jew ftehim ta' riakkwist fi swieq ta' riakkwist ġeneralment aċċettati. Assi likwidu jitqies bħala aċċessibbli faċilment għal istituzzjoni ta' kreditu meta ma jkunx hemm ostakoli legali jew prattiċi sabiex l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tista' timmonetizza t-tali assi fil-ħin.

L-assi użati biex jipprovdu titjib fil-kreditu fi tranżazzjonijiet strutturati jew biex ikopru l-kostijiet operattivi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jitqisux bħala aċċessibbli faċilment għal istituzzjoni ta' kreditu.

L-assi miżmumin f'pajjiż terz fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà ħielsa tagħhom għandhom jitqiesu bħala faċilment aċċessibbli biss diment li l-istituzzjoni ta' kreditu tuża dawk l-assi biex tilħaq il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'dak il-pajjiż terz. L-assi li jinżammu f'munita mhux konvertibbli għandhom jitqiesu faċilment aċċessibbli biss diment li l-istituzzjoni ta' kreditu tuża dawk l-assi biex tilħaq il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'dik il-munita.

3.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jiżguraw li l-assi likwidi tagħhom ikunu kkontrollati minn funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità speċifika fl-istituzzjoni ta' kreditu. Il-konformità ma' dan ir-rekwiżit għandha tintwera lill-awtorità kompetenti billi:

(a)

tqiegħed l-assi likwidi f'pula separata taħt il-ġestjoni diretta tal-funzjoni tal-likwidità u bl-intenzjoni unika li tużahom bħala sors ta' fondi kontinġenti, inkluż waqt perjodi ta' tensjoni;

(b)

timplimenta sistemi u kontrolli interni li jagħtu lill-funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità kontroll operattiv effettiv biex timmonetizza l-holdings ta' assi likwidi fi kwalunke ħin fil-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju u biex ikun hemm aċċess għall-fondi ta' kontinġenza mingħajr ma jkun hemm kunflitt dirett ma' strateġiji tan-negozju jew ta' ġestjoni tar-riskji eżistenti. B'mod partikolari, assi ma għandux jiġi inkluż fir-riżerva ta' likwidità meta l-bejgħ tiegħu mingħajr sostituzzjoni tul il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju jneħħi ħeġġ li joħloq pożizzjoni ta' riskju miftuħa li tisboq il-limiti interni tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(c)

ikun hemm taħlita ta' għażliet (a) u (b), diment li l-awtorità kompetenti tkun qieset it-tali taħlita aċċettabbli.

4.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmonetizzaw regolarment, u tal-anqas darba f'sena, kampjun rappreżentattiv biżżejjed tal-investimenti tal-assi likwidi tagħhom permezz ta' bejgħ dirett jew ta' ftehim ta' riakkwist sempliċi f'suq tar-riakkwist ġeneralment aċċettat. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżviluppaw strateġiji biex iċedu kampjuni ta' assi likwidi li jkunu adattati biex:

(a)

jittestjaw l-aċċess għas-suq għal dawn l-assi u l-użu tagħhom;

(b)

jiċċekkjaw li l-proċeduri tal-istituzzjoni ta' kreditu għall-monetizzazzjoni f'waqtha tal-assi jkunu effettivi;

(c)

jimminimizzaw ir-riskju li jibagħtu sinjal negattiv lis-suq bħala riżultat tal-monetizzazzjoni tal-assi mill-istituzzjoni ta' kreditu waqt il-perjodi ta' tensjoni.

Ir-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-assi ta' livell 1 imsemmijin fl-Artikolu 10, ħlief bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna, għall-faċilità ta' likwidità impenjata b'użu ristrett imsemmija fis-sottoparagrafu (d) tal-Artikolu 12(1) jew għad-depożiti u finanzjament ieħor ta' likwidità f'netwerks kooperattivi u skemi ta' protezzjoni istituzzjonali msemmijin fl-Artikolu 16.

5.   Ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2 ma jżommx lill-istituzzjonijiet ta' kreditu milli jiħħeġġjaw ir-riskju tas-suq assoċjat mal-assi likwidi tagħhom diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni ta' kreditu timplimenta l-ftehimiet interni xierqa skont il-paragrafi 2 u 3 biex tiżgura li dawn l-assi jkomplu jkunu disponibbli faċilment u jkunu kkontrollati mill-funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità;

(b)

il-flussi ta' ħruġ u dħul netti tal-likwidità li jirriżultaw fl-għeluq kmieni ta' ħeġġ jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-assi relevanti skont l-Artikolu 9.

6.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżguraw li d-denominazzjoni tal-munita tal-assi likwidi tagħhom tkun konsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom. Madankollu, fejn ikun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jirrestrinġu l-ispariġġ bejn il-muniti billi jistabbilixxu limiti fuq il-proporzjon tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità f'munita li tista' tintlaħaq waqt perjodu ta' tensjoni biż-żamma ta' assi likwidi mhux iddenominati f'din il-munita. Dik ir-restrizzjoni tista' tiġi applikata biss għall-munita tar-rapportar jew munita li tista' tiġi soġġetta għal rapportar separat skont l-Artikolu 415(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq spariġġ bejn il-muniti li tista' tiġi applikata skont dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw tal-inqas:

(a)

jekk l-istituzzjoni ta' kreditu jkollhiex il-ħila li twettaq kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

tuża l-assi likwidi biex tiġġenera likwidità fil-munita u l-ġurisdizzjoni li fihom jirriżultaw il-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità;

(ii)

tagħmel swap tal-muniti u tiġbor fondi fi swieq ta' muniti barranin waqt li jkun hemm kundizzjonijiet ta' tensjoni f'konformità mal-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju stipulat fl-Artikolu 4;

(iii)

tittrasferixxi eċċess ta' likwidità minn munita għal oħra u bejn il-ġurisdizzjonijiet u l-entitajiet legali fil-grupp tagħha waqt li jkun hemm kundizzjonijiet ta' stress f'konformità mal-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju stipulat fl-Artikolu 4;

(b)

l-impatt ta' movimenti mhux mistennija u ħżiena fir-rata tal-kambju fuq pożizzjonijiet ta' spariġġ eżistenti u fuq l-effettività ta' kwalunkwe ħeġġ ta' skambju barrani li hemm fis-seħħ.

Kull restrizzjoni fuq l-ispariġġ bejn il-muniti, imposta skont dan il-paragrafu, titqies li tikkostitwixxi rekwiżit ta' likwidità speċifiku kif msemmi fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 9

Valutazzjoni tal-Assi Likwidi

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħha, istituzzjoni ta' kreditu tuża l-valur tas-suq tal-assi likwidi tagħha. Il-valur tas-suq tal-assi likwidi jitnaqqas skont it-telf impost stipulat fil-Kapitolu 2 u skont l-Artikolu 8(5)(b), fejn ikun applikabbli.

KAPITOLU 2

Assi Likwidi

Artikolu 10

Assi ta' livell 1

1.   L-assi ta' livell 1 jinkludu biss assi li jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin u li f'kull każ jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà stipulati fihom:

(a)

muniti u karti tal-flus;

(b)

l-iskoperturi li ġejjin għall-banek ċentrali:

(i)

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii)

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-banek ċentrali ta' pajjiżi terzi, diment li l-iskoperturi għall-bank ċentrali jew għall-gvern ċentrali tiegħu jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu nominata (ECAI) li tal-anqas ikollha kwalità tal-kreditu tal-iskala 1 skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

riżervi miżmumin mill-istituzzjoni ta' kreditu f'bank ċentrali msemmi fil-punti (i) u (ii) diment li din l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha permess tirtira t-tali riżervi fi kwalunkwe ħin waqt il-perjodi ta' tensjoni u l-kundizzjonijiet għat-tali prelevament ikunu ġew speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti relevanti u l-BĊE jew il-bank ċentrali;

(c)

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku li ġejjin:

(i)

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru;

(ii)

il-gvern ċentrali ta' pajjiż terz, diment li jiġi assenjat valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha kwalità tal-kreditu tal-iskala 1 skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali fi Stat Membru, diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv)

gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali f'pajjiż terz tat-tip imsemmi fil-punt (ii), diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 115(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(v)

entitajiet tas-settur pubbliku, diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew għal wieħed mill-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali msemmijin fil-punt (iii) skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvern ċentrali jew minn bank ċentrali ta' pajjiż terz li ma jkunx assenjat valutazzjoni tal-kreditu tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, diment li f'dan il-każ l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tista' tirrikonoxxi biss l-assi bħala ta' livell 1 biex tkopri l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità taħt kundizzjonijiet ta' stress fl-istess munita li fiha jkun iddenominat l-assi.

Meta l-assi ma jkunx iddenominat fil-munita domestika tal-pajjiż terz, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tirrikonoxxi l-assi biss bħala ta' livell 1 sal-ammont tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità taħt kundizzjonijiet ta' stress tal-istituzzjoni ta' kreditu f'dik il-munita barranija li tikkorrispondi għall-operazzjonijiet tagħha fil-ġurisdizzjoni fejn jkun qed jittieħed ir-riskju tal-likwidità;

(e)

l-assi maħruġin mill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jissodisfaw tal-inqas wieħed minn dawn iż-żewġ rekwiżiti:

(i)

l-emittent ikun istituzzjoni ta' kreditu inkorporata jew stabbilita mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew mill-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali fi Stat Membru, il-gvern jew l-awtorità lokali jkollha l-obbligu legali li tipproteġi l-bażi ekonomika tal-istituzzjoni ta' kreditu u li żżomm il-vijabbiltà finanzjarja tagħha tul il-ħajja tagħha u kwalunkwe skopertura għal dak il-gvern reġjonali jew awtorità lokali, kif ikun applikabbli, tiġi trattata bħala skopertura għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

l-istituzzjoni ta' kreditu tkun mutwant promozzjonali li, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, tinftiehem bħala kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li l-għan tagħha jkun li tmexxi 'l quddiem l-objettivi tal-politika pubblika tal-Unjoni jew tal-gvern ċentrali jew reġjonali jew ta' awtorità lokali fi Stat Membru primarjament permezz tal-għoti ta' self promozzjonali fuq bażi mhux kompetittiva u mhux bi profitt, sakemm tal-inqas 90 % tas-self li tagħti jkun direttament jew indirettament iggarantit mill-gvern ċentrali jew reġjonali jew minn awtorità lokali u li kwalunkwe skopertura għall-gvern ċentrali jew awtorità lokali, kif ikun applikabbli, tkun trattata bħala skopertura għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f)

skoperturi f'forma ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

ikunu bonds kif inhu msemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikunu eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fil-pula ta' kopertura jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 129(1)(c) u fl-Artikolu 129(1) fl-aħħar sottoparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

l-istituzzjoni ta' kreditu li tinvesti fil-bonds koperti u l-emittent jissodisfaw r-rekwiżiti ta' trasparenza msemmijin fl-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv)

id-daqs tal-ħruġ tagħhom ikun tal-anqas ta' EUR 500 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika);

(v)

il-bonds koperti jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja f'konformità mal-Artikolu 129(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir jew, fin-nuqqas ta' klassifiakzzjoni tal-kreditu, ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129(5) ta' dan ir-Regolament;

(vi)

il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 2 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti;

(g)

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-banek ta' żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 117(2) u l-Artikolu 118, rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Il-valur tas-suq ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmijin fil-paragrafu 1(f) ikunu suġġetti għal telf impost tal-anqas ta' 7 %. Ħlief għal kif inhu speċifikat b'rabta mal-ishma u l-unitajiet fl-CIUs fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15(2), ma jkunx hemm bżonn ta' telf impost fuq il-valur tal-assi li jifdal tal-livell 1.

Artikolu 11

Assi ta' livell 2 A

1.   Assi ta' livell 2 A għandhom jinkludu biss assi li jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin u f'kull każ jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti hawn:

(a)

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku fi Stat Membru, meta l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 20 % skont l-Artikolu 115(1) u (5) u l-Artikolu 116(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ikun applikabbli;

(b)

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz jew minn gvern reġjonali, awtorità lokali jew entità tas-settur pubbliku f'pajjiż terz, diment li dawn ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 20 % skont l-Artikoli 114(2), 115 jew 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ikun applikabbli;

(c)

l-iskoperturi fil-forma ta' bonds koperti ta' kwalità għolja, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

ikunu bonds kif inhu msemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikunu eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fil-pula ta' kopertura jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 129(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

l-istituzzjoni ta' kreditu li tinvesti fil-bonds koperti u l-emittent jissodisfaw r-rekwiżiti ta' trasparenza stipulati fl-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv)

id-daqs tal-ħruġ tagħhom ikun tal-anqas ta' EUR 250 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika);

(v)

il-bonds koperti jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 2 tal-kwalità kreditizja f'konformità mal-Artikolu 129(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir jew, fin-nuqqas ta' klassifiakzzjoni tal-kreditu, ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 20 % f'konformità mal-Artikolu 129(5) ta' dan ir-Regolament;

(vi)

il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 7 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti. Madankollu, meta l-bonds koperti b'valutazzjoni tal-kreditu tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja ma jissodisfawx id-daqs tal-ħruġ minimu għal bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna skont il-punt (f)(iv) tal-Artikolu 10(1) iżda jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-bonds koperti ta' kwalità għolja stipulati fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv), dawn minflok ikunu soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-kopertura tal-assi ta' 2 %;

(d)

l-iskoperturi fil-forma ta' bonds koperti minn istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi, li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

ikunu bonds koperti skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz li għandha tiddefinixxihom bħala titoli tad-dejn maħruġin mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew minn sussidjarja akkwiżita totalment minn istituzzjoni ta' kreditu li tiggarantixxi l-ħruġ, u ggarantiti minn pula ta' kopertura ta' assi, li fir-rigward tagħha d-detenturi tal-bonds ikollhom rikors dirett għar-ripagament ta' prinċipal u mgħax fuq bażi ta' prijorità f'każ ta' inadempjenza tal-emittent;

(ii)

l-emittent u l-bonds koperti huma soġġetti mil-liġi nazzjonali fil-pajjiż terz għal superviżjoni pubblika speċjali maħsuba biex tipproteġi lid-detenturi tal-bonds u l-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikati fil-pajjiż terz iridu jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni;

(iii)

il-bonds koperti jkunu ggarantiti minn pula ta' assi ta' tip wieħed jew aktar deskritti fil-punti (b), (d)(i), (f)(i) jew (g) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta l-pula tikkostitwixxi self iggarantit minn proprjetà immobbli, iridu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-Artikoli 208 u 229(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv)

l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fil-pula ta' kopertura jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 129(1)(c) u fl-Artikolu 129(1) fl-aħħar sottoparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(v)

l-istituzzjoni ta' kreditu li tinvesti fil-bonds koperti u l-emittent jissodisfaw r-rekwiżiti ta' trasparenza stipulati fl-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(vi)

il-bonds koperti jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja f'konformità mal-Artikolu 129(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir jew, fin-nuqqas ta' klassifiakzzjoni tal-kreditu, ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129(5) ta' dan ir-Regolament; u

(vii)

il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 7 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti. Madankollu, meta d-daqs tal-ħruġ ta' bonds koperti huwa ta' EUR 500 miljun (jew l-ammont ekwivalenti f'munita domestika) jew ogħla, dawn minflok ikunu soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-kopertura tal-assi ta' 2 %;

(e)

titoli ta' dejn korporattiv li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

ikunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir;

(ii)

id-daqs ta' ħruġ tat-titoli huwa ta' mill-inqas EUR 250 miljun (jew l-ekwivalenti fil-munita domestika);

(iii)

iż-żmien massimu għall-maturità tat-titoli fil-ħin tal-ħruġ ikun ta' 10 snin;

2.   Il-valur tas-suq ta' kull assi tal-livell 2 A jkun soġġett għal telf impost tal-inqas ta' 15 %.

Artikolu 12

Assi ta' livell 2B

1.   Assi ta' livell 2B jinkludu biss assi li jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin u f'kull każ jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti hawn:

(a)

skoperturi fil-forma ta' titoli garantiti b'assi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13;

(b)

titoli ta' dejn korporattiv li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

ikunu rċivew klassifikazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li hija mill-inqas ta' skala 3 tal-kwalità kreditizja skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti fil-każ ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir;

(ii)

id-daqs ta' ħruġ tat-titoli jkun ta' mill-inqas EUR 250 miljun (jew l-ekwivalenti fil-munita domestika);

(iii)

iż-żmien massimu għall-maturità tat-titoli fil-ħin tal-ħruġ ikun ta' 10 snin;

(c)

ishma, diment li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

jiffurmaw parti minn indiċi ta' stokk maġġuri fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, kif identifikati bħala tali għall-finijiet ta' dan il-punt mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew l-awtorità pubblika rilevanti f'pajjiż terz. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe deċiżjoni mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità pubblika fir-rigward tal-indiċi ta' stokks maġġuri, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jqisu bħala tali l-indiċi ta' stokks magħmul minn kumpaniji ewlenin fil-ġurisdizzjoni rilevanti;

(ii)

jkunu denominati fil-munita tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu jew, meta jkunu denominati f'munita differenti, jkunu jgħoddu bħala ta' livell 2B biss sal-ammont li jkopri l-flussi tal-ħruġ netti tal-likwidità f'dik il-munita jew fil-ġurisdizzjoni fejn jittieħed ir-riskju tal-likwidità;

(iii)

ikollhom rekord ippruvat bħala sors affidabbli ta' likwidità, inkluż matul perjodi ta' tensjoni. Dan ir-rekwiżit jitqies issodisfat meta l-livell ta' tnaqqis fil-prezz tal-istokk tas-sehem jew iż-żieda fit-telf impost tiegħu matul perjodu ta' tensjoni tas-suq ta' 30 jum tal-kalendarju ma jaqbżux l-40 % jew 40 punti perċentwali, rispettivament; u

(d)

faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett li jistgħu jiġu pprovduti mill-BĊE, minn bank ċentrali fi Stat Membru jew minn bank ċentrali ta' pajjiż terz, diment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14;

(e)

l-iskoperturi fil-forma ta' bonds koperti ta' kwalità għolja li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

ikunu bonds kif inhu msemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikunu eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

l-istituzzjoni ta' kreditu li tinvesti fil-bonds koperti tissodisfa r-rekwiżit ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

l-emittent tal-bonds koperti jagħmel diponibbli għall-investituri l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 129(7)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mill-inqas fuq bażi trimestrali;

(iv)

id-daqs tal-ħruġ tagħhom ikun tal-anqas ta' EUR 250 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika);

(v)

il-bonds koperti huma kollateralizzati esklussivament mill-assi msemmijin fil-punti (a), (d), (i) u (e) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(vi)

il-grupp ta' assi sottostanti jikkonsisti esklussivament minn skoperturi li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 35 % jew inqas, skont l-Artikolu 125 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-riskju ta' kreditu;

(vii)

il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 10 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti;

(viii)

l-istituzzjoni ta' kreditu emittenti trid ta' kull xahar turi pubblikament li l-pula ta' kopertura jilħqu ir-rekwiżit ta' 10 % tal-kopertura tal-assi;

(f)

għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li skont l-istatuti tal-inkorporazzjoni ma jistax għal raġunijiet ta' osservanza reliġjuża jkollhom assi li jagħtu imgħax, ikun hemm assi li ma jagħtux imgħax li jikkostitwixxu ammont riċevibbli jew iggarantit minn banek ċentrali jew minn gvern ċentrali jew minn bank ċentrali ta' pajjiż terz jew minn gvern reġjonali, minn awtorità lokali jew minn entità tas-settur pubbliku f'pajjiż terz, dejjem jekk dawn l-assi jkollhom valutazzjoni tal-kreditu ta' mill-inqas skala 5 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata skont l-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew skala ta' kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni ta' kreditu ta' terminu qasir.

2.   Il-valur tas-suq ta' kull wieħed mill-assi ta' livell 2B jkun soġġett għat-telf impost minimu li ġej:

(a)

it-telf impost applikabbli stabbilit fl-Artikolu 13(14) għal titolizzazzjonijiet ta' livell 2B;

(b)

telf impost ta' 50 % għal titoli ta' dejn korporattiv imsemmija fil-paragrafu (1)(b);

(c)

telf impost ta' 50 % għal ishma msemmija fil-paragrafu 1(c);

(d)

mat-30 % ta' telf impost għall-programmi ta' bonds koperti jew għall-ħruġ imsemmi fil-paragrafu (1)(e);

(e)

mal-50 % ta' telf impost għal assi li ma jagħtux imgħax msemmija fil-paragrafu 1(f).

3.   Għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li skont l-istatuti tal-inkorporazzjoni tagħhom ma jistax għal raġunijiet ta' osservanza reliġjuża ikollhom assi li jagħtu imgħax, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li ssir deroga mill-punti (ii) u (iii) tal-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu, dejjem jekk ikun hemm evidenza ta' nuqqas ta' disponibbiltà ta' assi li ma jagħtux imgħax li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti u li l-assi li ma jagħtux imgħax inkwistjoni huma biżżejjed likwidi fis-swieq privati.

Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-assi li ma jħallux imgħax humiex biżżejjed likwidi għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tikkunsidra l-fatturi li ġejjin:

(a)

id-dejta disponibbli rigward il-likwidità tagħhom fis-suq, inklużi l-volumi ta' negozjar, il-firxiet bejn it-talba u l-offerta osservati, il-volatilità tal-prezzijiet u l-impatt tal-prezzijiet; u

(b)

fatturi oħrajn rilevanti għal-likwidità tagħhom, inkluża informazzjoni storika dwar il-wisa' u l-profondità tas-suq għal dawk l-assi li ma jagħtux imgħax, l-għadd u d-diversità tal-parteċipanti fis-suq u l-preżenza ta' infrastruttura tas-suq robusta.

Artikolu 13

Titolizzazzjonijiet ta' livell 2B

1.   Skoperturi fil-forma ta' titoli garantiti b'assi msemmija fl-Artikolu 12(1)(a) jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet ta' livell 2B meta jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 14.

2.   Il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni u tal-iskoperturi sottostanti għall-pożizzjoni jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-pożizzjoni tiġi assenjata valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li hija mill-inqas ta' skala 1 tal-kwalità kreditizja skont l-Artikoli 251 jew 261 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ta' skala ekwivalenti tal-kwalità kreditizja fil-każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir;

(b)

il-pożizzjoni hija fl-aktar segment jew segmenti ta' titolizzazzjoni superjuri u għandha l-ħin kollu l-ogħla livell ta' superjorità matul il-ħajja kontinwa tat-tranżazzjoni. Għal dawn il-finijiet, segment jitqies li jkun l-aktar superjuri meta wara l-għoti ta' avviż ta' infurzar u, fejn applikabbli, avviż ta' aċċelerazzjoni, is-segment ma jkunx subordinat għal segmenti oħrajn tal-istess tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni jew skema fir-rigward tar-riċevuta ta' pagamenti prinċipali u tal-imgħax, mingħajr ma jitqiesu l-ammonti dovuti taħt kuntratti derivati minn rati tal-imgħax jew muniti, tariffi jew pagamenti oħrajn simili skont l-Artikolu 261 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

l-iskoperturi sottostanti jkunu ġew akkwistati mill-SSPE skont l-Artikolu 4(1)(66) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod li jkunu infurzabbli kontra kull parti terza u ma jintlaħqux mill-bejjiegħ (oriġinatur, sponsor jew mutwanti oriġinali) u l-kredituri tagħhom, anke fil-każ ta' insolvenza tal-bejjiegħ;

(d)

it-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti għall-SSPE ma jistgħux jiġu suġġetti għal xi dispożizzjoni ta' rkupru severa f'ġurisdizzjoni fejn il-bejjiegħ (oriġinatur, sponser jew mutwanti oriġinali) ikun inkorporat. Dan jinkludi iżda mhuwiex limitat għal dispożizzjonijiet li taħthom il-bejgħ tal-iskoperturi sottostanti jista' jiġi invalidat mil-likwidatur tal-bejjiegħ (oriġinatur, sponsor jew mutwanti oriġinali) unikament fuq il-bażi għax ġie konkluż f'ċertu perjodu qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ jew fuq dispożizzjonijiet fejn l-SSPE tista' tipprevjeni invalidazzjoni bħal din biss jekk tista' tipprova li ma kinitx taf bl-insolvenza tal-bejjiegħ fil-ħin tal-bejgħ;

(e)

l-iskoperturi sottostanti għandhom l-amministrazzjoni tagħhom irregolata bi ftehim dwar servizzi li jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tas-servizz, li jiżguraw bħala minimu li inadempjenza jew l-insolvenza tas-serviser ma tirriżultax fi tmiem is-servizz;

(f)

id-dokumentazzjoni li tirregola t-titolizzazzjoni tinkludi dispożizzjonijiet dwar kontinwità li jiżguraw, bħala minimu, is-sostituzzjoni tal-kontropartijiet derivattivi u tal-fornituri ta' likwidità malli jsiru inadempjenti jew insolventi, fejn applikabbli;

(g)

il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni hija sostnuta minn pula ta' skoperturi sottostanti omoġenji, li lkoll jappartjenu għal waħda biss mis-subkategoriji li ġejjin, jew minn pula ta' skoperturi sottostanti omoġenji li tikkombina s-self residenzjali msemmi fil-punti (i) u (ii):

(i)

self residenzjali garantit b'ipoteka tal-ewwel grad mogħtija lil individwi għall-akkwist tar-residenza prinċipali tagħhom, dejjem jekk waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

is-self fil-pula jilħaq bħala medja r-rekwiżit tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 129(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru minn fejn oriġina s-self tipprevedi limitu tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu fuq l-ammont li obbligant jista' jissellef f'self residenzjali, u dan l-Istat Membru jkun innotifika din il-liġi lill-Kummissjoni u lill-EBA. Il-limitu tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu huwa kkalkulat fuq l-introjtu gross annwali tal-obbligant, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tat-taxxa u l-impenji l-oħra tal-obbligant, kif ukoll ir-riskju rigward il-bidliet fir-rati tal-imgħax matul il-perjodu tas-self. Għal kull self residenzjali fil-pula, il-perċentwal tal-introjtu gross tal-obbligant li jista' jintuża għas-servizz tas-self, inklużi l-imgħax, il-kapital u l-pagamenti ta' tariffi, ma jkunx jaqbeż il-45 %;

(ii)

self residenzjali garantit b'mod sħiħ imsemmi fl-Artikolu 129(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, diment li s-self jissodisfa r-rekwiżiti ta' kollateralizzazzjoni stabbiliti f'dan il-paragrafu u r-rekwiżit tal-proporzjon medju bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 129(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

(iii)

self kummerċjali, lokazzjonijiet u faċilitajiet ta' kreditu għal impriżi stabbiliti fi Stat Membru biex jiffinanzjaw nefqiet kapitali jew operazzjonijiet ta' negozju minbarra l-akkwist jew l-iżvilupp ta' proprjetà immobbli kummerċjali, diment li mill-inqas 80 % tal-mutwatarji fil-pula f'termini ta' portafoll tal-bilanċ ikunu intrapriżi żgħar u medji fil-ħin tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni, u ebda wieħed mill-mutwatarji ma jkun istituzzjoni kif ddefinit fl-Artikolu 4(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv)

self għal karozzi u l-lokazzjonijiet tagħhom lil mutwatarji jew lokatarji stabbiliti jew residenti fi Stat Membru. Għal dawn il-finijiet, ikunu jinkludu self jew lokazzjonijiet għall-finanzjament ta' vetturi jew trejlers kif iddefinit fil-punti (11) u (12) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tratturi agrikoli jew forestali kif imsemmi fid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, muturi jew triċikli bil-mutur kif iddefinit fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew vetturi bil-katina kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2007/46/KE. Tali self jew lokazzjonijiet jistgħu jinkludu l-assigurazzjoni u prodotti ta' servizz anċillari jew partijiet addizzjonali tal-vettura, u fil-każ ta' lokazzjonijiet, il-valur residwu tal-vetturi mogħtija b'lokazzjoni. Is-self u l-lokazzjonijiet kollha fil-pula jkunu assigurati bi ħlas jew titolu tal-ogħla grad fuq il-vettura jew garanzija xierqa favur l-SSPE, bħal provvediment ta' ritenzjoni tat-titlu;

(v)

self u faċilitajiet ta' kreditu lil individwi residenti fi Stat Membru għal finijiet personali, familjari jew konsum domestiku.

(h)

il-pożizzjoni ma tkunx ta' rititolizzazzjoni jew ta' titolizzazzjoni sintetika kif imsemmi fl-Artikoli 4(63) u 242(11), rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(i)

l-iskoperturi sottostanti ma jinkludux l-istrumenti finanzjarji trasferibbli jew id-derivattivi, ħlief l-istrumenti finanzjarji maħruġa mill-SSPE stess jew minn partijiet oħrajn fi ħdan l-istruttura ta' titolizzazzjoni u d-derivattivi użati sabiex jipprovdu ħeġġ kontra r-riskju tal-valuta u r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

(j)

fil-ħin tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni jew meta jkunu inkorporati fil-pula tal-iskoperturi sottostanti fi kwalunkwe ħin wara l-ħruġ, l-iskoperturi sottostanti ma jinkludux l-iskoperturi għall-obbliganti b'indeboliment fil-kreditu (jew fejn applikabbli, garanti b'indeboliment fil-kreditu), meta obbligant b'indeboliment fil-kreditu (jew il-garanti b'indeboliment fil-kreditu) ikun mutwatarju (jew garanti) li:

(i)

iddikjara falliment, ftiehem mal-kredituri tiegħu għat-tneħħija jew skedar mill-ġdid tad-dejn jew kellu qorti tiggarantixxi lill-kredituri tiegħu dritt ta' infurzar jew danni materjali bħala riżultat ta' pagament maqbuż fi żmien tliet snin qabel id-data ta' oriġinazzjoni;

(ii)

huwa fuq reġistru uffiċjali ta' persuni bi storja ta' kreditu avversa;

(iii)

ikollu valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI jew għandu punteġġ ta' kreditu li jindika riskju sinifikanti li l-pagamenti miftiehma fil-kuntratt mhux se jsiru apparagun tal-obbligant medju għal dan it-tip ta' self fil-ġurisdizzjoni rilevanti.

(k)

fil-ħin tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni jew meta tkun inkorporata fil-pula tal-iskoperturi sottostanti fi kwalunkwe ħin wara l-ħruġ, l-iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi ta' inadempjenza skont l-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

3.   Ir-ripagament tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni ma jkunux ġew strutturati biex jiddependu, b'mod prevalenti, fuq il-bejgħ ta' assi li jassiguraw l-iskoperturi sottostanti. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma twaqqafx tali skoperturi milli jkunu sussegwentement imġeddin jew iffinanzjati mill-ġdid.

4.   L-istruttura tat-tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

meta t-titolizzazzjoni tkun ġiet stabbilita mingħajr perjodu ċirkolanti jew il-perjodu ċirkolanti jkun intemm u meta jkun ingħata avviż ta' infurzar jew ta' tħaffif, ir-rikavati ta' prinċipal mill-iskoperturi sottostanti jingħaddu lid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni permezz ta' amortizzazzjoni sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u l-ebda ammont sostanzjali ta' flus kontanti ma jinqabad fl-SSPE f'kull data ta' pagament;

(b)

meta t-titolizzazzjoni tkun ġiet stabbilita b'perjodu ċirkolanti, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tipprovdi għal avvenimenti xierqa ta' ammortizzazzjoni bikrija, li għandhom jinkludu bħala minimu dawn kollha li ġejjin:

(i)

degradazzjoni fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(ii)

nuqqas milli jiġu ġġenerati skoperturi sottostanti ġodda suffiċjenti ta' mill-inqas kwalità tal-kreditu simili;

(iii)

l-okkorrenza ta' avveniment relatat ma' insolvenza fir-rigward tal-oriġinatur jew tas-serviser;

5.   Fil-ħin tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni, il-mutwatarji (jew, fejn applikabbli, il-garanti) jkunu għamlu mill-inqas pagament wieħed, ħlief meta t-titolizzazzjoni hija sostnuta mill-faċilitajiet ta' kreditu msemmija fil-punt (g)(v) tal-paragrafu 2.

6.   Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti huma self residenzjali msemmija fil-punti (g)(i) u (ii) tal-paragrafu 2, il-pula ta' self ma tkunx tinkludi xi self li kien kummerċjalizzat u sottoskritt fuq il-premessa li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli l-intermedjarji, saru jafu li l-informazzjoni pprovduta tista' ma tkunx ivverifikata mill-mutwanti.

7.   Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali msemmi fil-punti (g)(i) u (ii) tal-paragrafu 2, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 4, 5(a), u 6 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jew ir-rekwiżiti ekwivalenti f'pajjiżi terzi.

8.   Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti huma s-self għal karozzi u l-lokazzjonijiet tagħhom, u s-self għall-konsumatur u l-faċilitajiet ta' kreditu msemmija fil-punti (g)(iv) u (v) tal-paragrafu 2, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

9.   Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali tat-titolizzazzjoni jkun stabbilit fl-Unjoni, dan jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Ħamsa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jiżvela informazzjoni, skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (UE) Nru 1060/2009, dwar il-kwalità tal-kreditu u l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti, l-istruttura tat-tranżazzjoni, il-flussi tal-flus u kwalunkwe kollateral li jappoġġja l-iskoperturi kif ukoll kwalunkwe informazzjoni li hija neċessarja għall-investituri biex iwettqu testijiet tal-istress komprensivi u informattivi. Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali jkunu stabbiliti barra l-Unjoni, dejta komprensiva dwar il-livell ta' self b'konformità ma' standards ġeneralment aċċettati mill-parteċipanti tas-suq issir disponibbli għal investituri eżistenti u potenzjali u għar-regolaturi tal-ħruġ, u fuq bażi regolari.

10.   L-iskoperturi sottostanti ma jkunux oriġinaw mill-istituzzjoni ta' kreditu li żżomm il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fir-riżerva ta' likwidità tagħha, fis-sussidjarja tagħha, fl-impriża prinċipali tagħha, fis-sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha jew fi kwalunkwe impriża oħra marbuta mill-qrib ma' din l-istituzzjoni ta' kreditu;

11.   Id-daqs ta' ħruġ tas-segment jkun ta' mill-inqas EUR 100 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika).

12.   Il-ħajja medja peżata li jifdal tas-segment tkun ta' 5 snin jew inqas, li tiġi kkalkolata billi jintuża l-inqas ammont tas-suppożizzjoni ta' ħlas bil-quddiem tal-ipprezzar tat-tranżazzjoni jew ta' rata kostanti ta' ħlas bil-quddiem ta' 20 %, li għaliha l-istituzzjoni ta' kreditu tassumi li s-sejħa hija eżerċitata fuq l-ewwel data msejħa permessa.

13.   L-oriġinatur tal-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni tkun istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew impriża li l-attività prinċipali tagħha hija li ssegwi waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15 tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE.

14.   Il-valur tas-suq ta' titolizzazzjonijiet ta' livell 2B jkun soġġett għat-telf impost minimu li ġej:

(a)

25 % għal titolizzazzjonijiet garantiti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (g)(i), (ii) u (iv) tal-paragrafu 2;

(b)

35 % għal titolizzazzjonijiet garantiti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (g)(iii) u (v) tal-paragrafu 2.

Artikolu 14

Faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett

Sabiex jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 2B, il-faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett li jistgħu jiġu pprovduti minn bank ċentrali kif imsemmi fil-paragrafu (1)(d) tal-Artikolu 12 ikunu jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

matul perjodu mingħajr tensjoni, il-faċilità hija soġġetta għal tariffa ta' impenn fuq l-ammont totali impenjat li huwa mill-inqas l-ikbar minn dawn li ġejjin:

(i)

75 punt bażi fis-sena;

(ii)

mill-inqas 25 punt bażi fis-sena 'l fuq mid-differenza fir-rendiment fuq l-assi użati biex tiġi appoġġjata l-faċilità u r-rendiment fuq portafoll rappreżentattiv ta' assi likwidi, wara aġġustament għal kull differenza materjali fir-riskju ta' kreditu;

Matul perjodu ta' tensjoni, il-bank ċentrali jista' jnaqqas it-tariffa ta' impenn deskritta fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, diment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti minimi applikabbli għall-faċilitajiet ta' likwidità skont l-approċċi alternattivi ta' likwidità f'konformità mal-Artikolu 19;

(b)

il-faċilità tkun sostnuta minn assi mhux gravati ta' tip speċifikat mill-bank ċentrali. L-assi pprovduti bħala kollateral ikunu jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(i)

jinżammu f'forma li tiffaċilita t-trasferiment tagħhom fil-pront lill-bank ċentrali fl-eventwalità li l-faċilità tiġi msejħa;

(ii)

il-valur tagħhom wara t-telf impost kif applikat mill-bank ċentrali huwa biżżejjed biex ikopri l-ammont totali tal-faċilità;

(iii)

ma għandhomx jingħaddu bħala assi likwidi għall-finijiet ta' riżerva ta' likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(c)

il-faċilità hija kompatibbli mal-qafas politiku tal-kontroparti tal-bank ċentrali;

(d)

it-terminu ta' impenn tal-faċilità jaqbeż il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju msemmi fl-Artikolu 4;

(e)

il-faċilità mhix revokata mill-bank ċentrali qabel il-maturità kuntrattwali tagħha u ma tittieħed ebda deċiżjoni ulterjuri ta' kreditu sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata tkompli tiġi evalwata bħala solvent;

(f)

ikun hemm politika formali ppubblikata mill-bank ċentrali li tiddikjara d-deċiżjoni tagħha li tagħti faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett, il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-faċilità u t-tipi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma eliġibbli biex japplikaw għal dawn il-faċilitajiet.

Artikolu 15

CIUs

1.   Ishma jew unitajiet f'impriżi ta' investiment kollettiv (“CIUs”) jikkwalifikaw bħala assi likwidi tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti għall-impriża rilevanti sal-ammont assolut ta' EUR 500 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika) għal kull istituzzjoni ta' kreditu fuq bażi individwali, diment li:

(a)

tinżamm konformtià mar-rekwiżiti fl-Artikolu 132(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

is-CIU tinvesti biss f'assi u derivattivi likwidi, fil-każ tal-aħħar sa fejn ikun neċessarju biss għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax, tal-valuta jew ta' kreditu fil-portafoll.

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw it-telf impost minimu li ġej għall-valur tal-ishma jew l-unitajiet tagħhom f'CIUs skont il-kategorija tal-assi likwidi sottostanti:

(a)

0 % għal muniti u karti tal-flus u skoperturi għal banek ċentrali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b);

(b)

5 % għal assi ta' livell 1 għajr bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna;

(c)

12 % għal bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fl-Artikolu 10(1)(f);

(d)

20 % għal assi ta' livell 2 A;

(e)

30 % għal titolizzazzjonijiet ta' livell 2B sostnuti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 13(2)(g);

(f)

35 % għal bonds koperti ta' livell 2B msemmija fl-Artikolu 12(1)e;

(g)

40 % għal titolizzazzjonijiet ta' livell 2B sostnuti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (iii) u (v) tal-Artikolu 13(2)(g); u

(h)

55 % għal titoli ta' dejn korporattiv ta' livell 2B msemmija fl-Artikolu 12(1)(b), l-ishma msemmija fl-Artikolu 12(1)(c) u l-assi li ma jagħtux imgħax imsemmija fl-Artikolu 12(1)(f).

3.   L-approċċ imsemmi fil-paragrafu 2 ikun applikat kif ġej:

(a)

meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun taf bl-iskoperturi sottostanti tas-CIU, tista' tinvestiga dawk l-skoperturi sottostanti sabiex tassenjalhom it-telf impost xieraq skont il-paragrafu 2;

(b)

meta l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx taf bl-iskoperturi sottostanti tas-CIU, tassumi li s-CIU tinvesti, sal-ammont massimu permess mill-mandat tagħha, f'ordni axxendenti f'assi likwidi kif inhuma kklassifikati għall-finijiet tal-paragrafu 2, li jibdew minn dawk imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 2, sakemm jintlaħaq il-limitu massimu ta' investiment totali. L-istess approċċ jiġi applikat sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' likwidità tal-assi sottostanti fejn l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU.

4.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżviluppaw metodoloġiji u proċessi b'saħħithom biex jikkalkolaw u jirrapportaw il-valur tas-suq u t-telf impost għall-ishma jew unitajiet f'CIUs. Fejn l-iskopertura ma tkunx materjali biżżejjed għal istituzzjoni ta' kreditu biex tiżviluppa l-metodoloġiji tagħha stess u bil-kundizzjoni li, f'kull każ, l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li din il-kundizzjoni ġiet issodisfata, istituzzjoni ta' kreditu tista' sserraħ biss fuq il-partijiet terzi li ġejjin biex tikkalkola u tirrapporta t-telf impost għal ishma jew unitajiet f'CIUs:

(a)

l-istituzzjoni depożitarja tas-CIU, diment li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha bħal dawn f'din l-istituzzjoni depożitarja;

(b)

għal CIUs oħra, il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, diment li l-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 132(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.   Meta istituzzjoni ta' kreditu tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' ishma jew unitajiet f'CIU, din tieqaf milli tirrikonoxxihom bħala assi likwidi għall-finijiet ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 18.

Artikolu 16

Depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u skemi ta' protezzjoni istituzzjonali

1.   Meta istituzzjoni ta' kreditu tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal netwerk li jkun eliġibbli għat-tneħħija previst fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti ta' domanda li l-istituzzjoni ta' kreditu żżomm mal-istituzzjoni ċentrali jiġu ttrattati bħala assi likwidi skont waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta, skont il-liġi nazzjonali jew id-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw l-iskema jew netwerk, l-istituzzjoni ċentrali hija obbligata li żżomm jew tinvesti d-depożiti f'assi likwidi ta' livell jew kategorija speċifikat/a, id-depożiti jiġu ttrattati bħala assi likwidi ta' dan l-istess livell jew kategorija skont dan ir-Regolament;

(b)

meta l-istituzzjoni ċentrali ma tkunx obbligata li żżomm jew tinvesti d-depożiti f'assi likwidi ta' livell jew kategorija speċifikat/a, id-depożiti jiġu ttrattati bħala assi ta' livell 2B skont dan ir-Regolament u l-ammont pendenti tagħhom jkun soġġett għal telf impost minimu ta' 25 %.

2.   Meta skont il-liġi ta' Stat Membru jew id-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw wieħed min-netwerks jew waħda mill-iskemi deskritti fil-paragrafu 1 l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha aċċess fi żmien 30 jum tal-kalendarju għal finanzjament tal-likwidità mill-istituzzjoni ċentrali jew minn istituzzjoni oħra fl-istess netwerk jew skema, dan il-finanzjament jiġi ttrattat bħala ass ta' livell 2B sakemm ma jkunx kollateralizzat minn assi likwidi ta' livell jew kategorija speċifiċi. It-telf impost minimu ta' 25 % jiġi applikat għall-ammont kapitali impenjat tal-finanzjament tal-likwidità.

Artikolu 17

It-tiswir tar-riżerva ta' likwidità skont il-livell tal-assi

1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkonformaw f'kull ħin mar-rekwiżiti li ġejjin dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità tagħhom:

(a)

minimu ta' 60 % tar-riżerva ta' likwidità jkun kompost minn assi ta' livell 1;

(b)

minimu ta' 30 % tar-riżerva ta' likwidità jkun kompost minn assi ta' livell 1 esklużi bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fl-Artikolu 10(1)(f);

(c)

massimu ta' 15 % tar-riżerva ta' likwidità jista' jinżamm f'assi ta' livell 2B.

2.   Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 jiġu applikati wara l-aġġustament għall-impatt fuq l-istokk tal-assi likwidi ta' finanzjament sikur, self garantit jew tranżazzjonijiet ta' swaps kollaterali li jużaw assi likwidi fejn dawn it-tranżazzjonijiet jimmaturaw fi żmien 30 jum tal-kalendarju, wara li jitnaqqas kull telf impost applikabbli u diment li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun konformi mar-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 8.

3.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiddeterminaw il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità tagħhom skont il-formuli stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Ksur tar-rekwiżiti

1.   Meta assi likwidu ma jibqax jikkonforma ma' xi rekwiżit ġenerali applikabbli stipulati fl-Artikolu 7, ir-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 8(2) jew kwalunkwe kriterju applikabbli ta' eliġibilità stipulat f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjoni ta' kreditu tieqaf milli tirrikonoxxih bħala assi likwidu sa mhux aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju mid-data ta' meta seħħ il-ksur tal-obbligu.

2.   Il-paragrafu 1 japplika għal ishma jew unitajiet f'CIU li ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà biss meta dawn ma jaqbżux l-10 % tal-assi totali tas-CIU.

Artikolu 19

Approċċi alternattivi ta' likwidità

1.   Meta jkun hemm biżżejjed assi likwidi f'munita partikolari għall-istituzzjonijiet ta' kreditu biex jissodisfaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 4, tapplika waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżit dwar il-konsistenza tal-munita stabbilit fl-Artikolu 8(6) ma japplikax fir-rigward ta' din il-munita;

(b)

l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tkopri d-defiċit tal-assi likwidi f'munita bil-faċilitajiet ta' kreditu mill-bank ċentrali fi Stat Membru jew pajjiż terz ta' din il-munita, diment li l-faċilità hija konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

hija impenjata kuntrattwalment b'mod irrevokabbli għat-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss;

(ii)

hija pprezzata b'tariffa li titħallas irrispettivament mill-ammont, jekk ikun hemm, prelevat kontra din il-faċilità;

(iii)

it-tariffa tiġi ffissata f'tali ammont li r-rendiment nett fuq l-assi użati biex tiġi żgurata l-faċilità ma jridx ikun ogħla mir-rendiment nett fuq portafoll rappreżentattiv ta' assi ta' likwidità, wara aġġustament għal kwalunkwe differenza materjali fir-riskju ta' kreditu.

(c)

meta jkun hemm defiċit ta' assi ta' livell 1 iżda jkun hemm biżżejjed assi ta' livell 2 A, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tippossjedi assi addizzjonali ta' livell 2 A fir-riżerva ta' likwidità u l-limiti massimi skont il-livell tal-assi stabbiliti fl-Artikolu 17 jitqiesu bħala emendati kif xieraq. Dawn l-assi addizzjonali ta' livell 2 A jkunu soġġetti għal telf impost minimu ekwivalenti għal 20 %. Kull assi ta' livell 2B miżmum mill-istituzzjoni ta' kreditu jibqa' soġġett għat-telf impost applikabbli għal kull każ skont dan il-Kapitolu.

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw id-derogi previsti fil-paragrafu 1 fuq bażi proporzjonali b'mod invers fir-rigward tad-disponibbiltà tal-assi likwidi rilevanti. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jivvalutaw il-ħtiġijiet ta' likwidità tagħhom għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu filwaqt li jqisu l-kapaċità tagħhom li jnaqqsu, permezz ta' ġestjoni tajba tal-likwidità, il-ħtieġa ta' dawn l-assi likwidi u ż-żamma ta' dawn l-assi minn parteċipanti oħrajn fis-suq.

3.   Il-muniti li jistgħu jibbenefikaw mid-derogi stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-punt sa fejn deroga waħda jew aktar jistgħu jkunu disponibbli totalment għal munita partikolari jkunu iddeterminati mir-regolament ta' implimentazzjoni li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 419(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.   Il-kundizzjonijiet dettaljati applikabbli għall-użu tad-derogi stabbiliti fil-paragrafu 1(a) u (b) jiġu ddeterminati mill-att delegat li jiġi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 419(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

TITOLU III

FLUSSI TA' ĦRUĠ U FLUSSI TA' DĦUL TAL-LIKWIDITÀ

KAPITOLU 1

Flussi ta' ħruġ netti tal-Likwidità

Artikolu 20

Definizzjoni ta' flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità

1.   Il-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità jkunu s-somma tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità fil-punt (a) mnaqqsa mis-somma tal-flussi ta' dħul tal-likwidità, iżda ma jkunux inqas minn żero, u jkunu kkalkulati kif ġej:

(a)

is-somma tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 2;

(b)

is-somma tal-flussi ta' dħul tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 3, ikkalkolata kif ġej:

(i)

il-flussi ta' dħul eżentati mil-limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 33(2) u (3);

(ii)

il-fluss ta' dħul l-aktar baxx imsemmi fl-Artikolu 33(4) u 90 % tal-flussi ta' ħruġ msemmija f'(a) imnaqqsa bil-flussi eżentati ta' dħul fl-Artikolu 33(2) u (3), iżda mhux anqas minn żero;

(iii)

il-fluss ta' dħul l-aktar baxx minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 33(2), (3) u (4) u 75 % tal-flussi ta' ħruġ msemmijin f'(a) imnaqqsin bil-flussi eżentati ta' dħul fl-Artikolu 33(2) u (3) u l-flussi ta' dħul fl-Artikolu 33(4), diviżi b'0,9 li jippermetti l-effett ta' limitu massimu ta' 90 %, iżda ta' mhux inqas minn żero.

2.   Il-flussi ta' dħul tal-likwidità u l-flussi ta' ħruġ tal-likwidità jiġu vvalutati fuq perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju, bis-suppożizzjoni ta' xenarju ta' stress kombinat idjosinkratiku u fis-suq kollu kif imsemmi fl-Artikolu 5.

3.   Il-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 1 jsir skont il-formula stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 21

Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-effett ta' kollateral riċevut f'tranżazzjonijiet ta' derivati

L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkalkolaw il-flussi ta' ħruġ u dħul tal-likwidità mistennija fuq perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju għall-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi netta mill-kontraparti soġġetta għall-eżistenza ta' ftehimiet bilaterali ta' netting skont l-Artikolu 295 ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-bażi netta titqies li tkun in-nett tal-kollateral li jiġi riċevut diment li dan jikkwalifika bħala assi likwidu skont it-Titolu II ta' dan ir-Regolament. Il-fluss ta' ħruġ u l-fluss ta' dħul ta' likwidità li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet derivattivi f'munita barranija li jinvolvu l-iskambju sħiħ tal-ammonti prinċipali b'mod simultanju (jew fl-istess jum) jiġu kkalkulati fuq bażi netta, anke meta dawn it-tranżazzjonijiet mhumiex koperti minn ftehim bilaterali ta' netting.

KAPITOLU 2

Flussi ta' ħruġ tal-likwidità

Artikolu 22

Definizzjoni ta' flussi ta' ħruġ tal-likwidità

1.   Flussi ta' ħruġ tal-likwidità jiġu kkalkolati billi jiġu mmoltiplikati l-bilanċi pendenti ta' kategoriji jew tipi varji ta' obbligazzjonijiet u impenji li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ bir-rati li bihom huma mistennija li jiġu likwidati jew prelevati kif indikat f'dan il-Kapitolu.

2.   Il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu, li f'kull każ jiġi/jiġu mmultiplikat(i) bir-rata tal-fluss ta' ħruġ applikabbli:

(a)

l-ammont attwali pendenti għad-depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur u depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikoli 24, 25 u 26;

(b)

l-ammonti attwali pendenti ta' obbligazzjonijiet oħrajn li jsiru dovuti, li jistgħu jissejħu għall-ħlas mill-emittent jew mill-fornitur tal-finanzjament jew jinvolvu aspettattiva mill-fornitur tal-finanzjament li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun trid tħallas lura l-obbligazzjoni matul it-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss kif stipulat skont l-Artikoli 27 u 28;

(c)

il-flussi ta' ħruġ addizzjonali ddeterminati skont l-Artikolu 30;

(d)

l-ammont massimu li jista' jiġi pprelevat matul it-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss minn faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati mhux prelevati ddeterminati skont l-Artikolu 31;

(e)

il-flussi ta' ħruġ addizzjonali identifikati fil-valutazzjoni skont l-Artikolu 23.

Artikolu 23

Flussi ta' ħruġ addizzjonali tal-likwidità għal prodotti u servizzi oħra

1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jivvalutaw b'mod regolari l-probabbiltà u l-volum potenzjali tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità matul 30 jum tal-kalendarju għal prodotti jew servizzi li mhumiex imsemmija fl-Artikoli minn 27 sa 31 u li huma joffru jew jisponsorjaw jew li akkwirenti potenzjali jikkunsidrawhom assoċjati magħhom. Dawn il-prodotti jew is-servizzi jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, flussi ta' ħruġ tal-likwidità li jirriżultaw minn kwalunkwe wieħed mill-arranġamenti kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 429 u fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bħal:

(a)

obbligi oħrajn li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ jew obbligi ta' finanzjament kontinġenti, inklużi, iżda mhux limitati għal, faċilitajiet ta' fondi mhux impenjati,

(b)

avvanzi u self mhux prelevati lil kontropartijiet bl-ingrossa;

(c)

self ipotekarju li ġie miftiehem iżda li għadu mhux prelevat;

(d)

karti tal-kreditu;

(e)

self kurrenti;

(f)

flussi ta' ħruġ ippjanati relatati mat-tiġdid jew l-estensjoni ta' self ġdid għall-konsumaturi jew għall-operaturi;

(g)

ammonti pagabbli ta' derivati ppjanati;

(h)

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ barra mill-karta tal-bilanċ.

2.   Il-flussi ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu vvalutati bis-suppożizzjoni ta' xenarju ta' stress kombinat idjosinkratiku u fis-suq kollu kif imsemmi fl-Artikolu 5. Għal din il-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkunsidraw b'mod partikolari d-dannu materjali fir-reputazzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li ma jkunx ingħata appoġġ ta' likwidità lil tali prodotti jew servizzi. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jirrapportaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti dawk il-prodotti u servizzi li għalihom il-probabbiltà u l-volum potenzjali ta' flussi ta' ħruġ tal-likwidità msemmija fil-paragrafu 1 huma materjali u l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw il-flussi ta' ħruġ li għandhom jiġu assenjati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw rata tal-flussi ta' ħruġ sa 5 % għal prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ barra mill-karta tal-bilanċ kif imsemmi fl-Artikolu 429 u l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   L-awtoritajiet kompetenti, tal-inqas darba fis-sena, jagħtu rapport lill-EBA dwar it-tipi ta' prodotti jew servizzi li għalihom ikunu ddeterminaw flussi ta' ħruġ abbażi tar-rapporti mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, u jinkludu f'dan ir-rapport spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata sabiex jiġu ddeterminati l-flussi ta' ħruġ.

Artikolu 24

Flussi ta' ħruġ minn depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur

1.   Sakemm il-kriterji għal rata ogħla tal-fluss ta' ħruġ skont l-Artikolu 25(2), (3) jew (5) ma jkunux issodisfati, l-ammont ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz, jitqiesu bħala stabbli, u jiġu mmoltiplikati b'5 % meta d-depożitu jkun jew:

(a)

parti minn relazzjoni stabbilita li tagħmel il-prelevament ferm improbabbli;

(b)

miżmum f'kont tranżazzjonali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) depożitu fil-livell tal-konsumatur jitqies li jkun parti minn relazzjoni stabbilita meta d-depożitant jissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

ikollu relazzjoni kuntrattwali attiva mal-istituzzjoni ta' kreditu ta' mill-inqas 12-il xahar;

(b)

ikollu relazzjoni ta' self mal-istituzzjoni ta' kreditu għal self residenzjali jew self ieħor fit-tul;

(c)

ikollu mill-inqas prodott wieħed ieħor attiv, minbarra self, mal-istituzzjoni ta' kreditu.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), depożitu fil-livell tal-konsumatur jitqies miżmum f'kont tranżazzjonali meta s-salarji, l-introjtu jew it-tranżazzjonijiet huma regolarment ikkreditati u ddebitati rispettivament f'dan il-kont.

4.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, mill-1 ta' Jannar 2019 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lil istituzzjonijiet ta' kreditu biex jimmoltiplikaw bi 3 % l-ammont tad-depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur imsemmija fil-paragrafu 1 koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE sa livell massimu ta' EUR 100 000 kif speċifikat fl-Artikolu 6(1) ta' din id-Direttiva, diment li l-Kummissjoni tkun ikkonfermat li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti rikonoxxuta uffiċjalment tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-iskema ta' garanzija tad-depożiti għandha mezzi finanzjarji disponibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/49/UE, miżjuda ex ante mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-membri mill-inqas ta' kull sena;

(b)

l-iskema ta' garanzija tad-depożiti għandha mezzi adegwati li jiżguraw aċċess immedjat għal finanzjament addizzjonali fil-każ ta' sejħa kbira fuq ir-riżervi tagħha, inkluż aċċess għal kontribuzzjonijiet straordinarji minn istituzzjonijiet membri ta' kreditu u arranġamenti adegwati ta' finanzjament alternattiv sabiex jinkiseb finanzjament għal terminu qasir mill-pubbliku jew partijiet terzi privati;

(c)

l-iskema ta' garanzija tad-depożiti tiżgura perjodu ta' ripagament ta' sebat ijiem tax-xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/49/UE mid-data tal-applikazzjoni tar-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 3 %.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jagħtu biss l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 wara li tkun inkisbet approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni. Tali approvazzjoni tintalab permezz ta' notifika motivata, li tinkludi evidenza li r-rati ta' likwidazzjoni għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur jkunu taħt it-3 % matul kwalunkwe perjodu ta' tensjoni esperjenzat l-istess bħal tax-xenarji msemmija fl-Artikolu 5. In-notifika motivata tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-data li minnha tintalab l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità tal-iskema rilevanti ta' garanzija tad-depożiti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4(a), (b) u (c). Meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tapprova t-talba tal-awtorità kompetenti li tagħti l-awtorizzazzjoni sakemm ma jeżistux raġunijiet imperattivi biex tinżamm l-approvazzjoni wara li jiġi kkunsidrat il-funzjonament tas-suq intern għad-depożiti fil-livell tal-konsumatur. L-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha affiljati ma' tali skema approvata ta' garanzija tad-depożiti jkunu intitolati li japplikaw ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 3 %. Il-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-EBA dwar il-konformità tal-iskema rilevanti ta' garanzija tad-depożiti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4(a), (b) u (c).

6.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti tagħhom li jimmoltiplikaw bi 3 % l-ammont tad-depożiti fil-livell tal-konsumatur koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti f'pajjiż terz ekwivalenti għall-iskema msemmija fil-paragrafu 1 jekk il-pajjiż terz jippermetti dan it-trattament.

Artikolu 25

Flussi ta' ħruġ minn depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur

1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw b'10 % depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur, inkluża dik il-parti tad-depożiti fil-livell tal-konsumatur li mhijiex koperta mill-Artikolu 24, sakemm ma japplikawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.   Depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur ikunu soġġetti għal rati ogħla ta' fluss ta' ħruġ, kif iddeterminat mill-istituzzjoni ta' kreditu, skont il-paragrafu 3, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-bilanċ totali tad-depożiti, inklużi l-kontijiet kollha tad-depożiti tal-klijent f'dik l-istituzzjoni ta' kreditu jew il-grupp, jaqbeż il-EUR 500 000;

(b)

id-depożitu jkun kont tal-Internet biss;

(c)

id-depożitu joffri rata tal-imgħax li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ir-rata taqbeż b'mod sinifikanti r-rata medja għal prodotti simili għall-konsumatur;

(ii)

ir-redditu tagħha huwa derivat mir-redditu fuq indiċi tas-suq jew sett ta' indiċijiet;

(iii)

ir-redditu tagħha huwa derivat minn kwalunkwe varjabbli tas-suq għajr ir-rata tal-imgħax varjabbli;

(d)

oriġinarjament, id-depożitu tqiegħed għal terminu fiss b'data ta' skadenza li timmatura fil-perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju jew id-depożitu jippreżenta perjodu ta' notifika fiss iqsar minn 30 jum tal-kalendarju, skont l-arranġamenti kuntrattwali, għajr dawk id-depożiti li jikkwalifikaw għat-trattament previst fil-paragrafu 4;

(e)

għal istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni, il-depożitant huwa residenti f'pajjiż terz jew id-depożitu huwa denominat f'xi munita għajr l-euro jew il-munita domestika ta' Stat Membru. Għal istituzzjonijiet ta' kreditu jew fergħat f'pajjiżi terzi, id-depożitant mhuwiex residenti fil-pajjiż terz jew id-depożitu huwa denominat f'xi munita oħra għajr il-munita domestika tal-pajjiż terz;

3.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw rata ogħla tal-fluss ta' ħruġ iddeterminata kif ġej:

(a)

meta d-depożiti fil-livell tal-konsumatur jissodisfaw il-kriterju fil-punt (a) jew tnejn mill-kriterji mill-punti minn (b) sa (e) tal-paragrafu 2, tiġi applikata r-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' bejn 10 % u 15 %;

(b)

meta d-depożiti fil-livell tal-konsumatur jissodisfaw il-punt (a) tal-paragrafu 2 u mill-inqas kriterju ieħor imsemmi fil-paragrafu 2, jew tliet kriterji jew aktar mill-paragrafu 2, tiġi applikata r-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' bejn 15 % u 20 %.

Fuq il-bażi ta' każ b'każ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw rata ogħla tal-fluss ta' ħruġ meta dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni ta' kreditu. L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw ir-rata tal-fluss ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3(b) għal depożiti fil-livell tal-konsumatur meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tkunx twettqet jew ma tkunx tlestiet.

4.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jeskludu mill-kalkolu tal-flussi ta' ħruġ ċerti kategoriji ċirkoskritti b'mod ċar ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur sakemm f'kull każ l-istituzzjoni ta' kreditu tapplika b'mod rigoruż id-dispożizzjonijiet li ġejjin għall-kategorija sħiħa ta' dawn id-depożiti, għajr meta tkun tista' tiġi ġġustifikata eċċezzjoni fuq il-bażi ta' ċirkostanzi ta' diffikultà għad-depożitant:

(a)

għal 30 jum tal-kalendarju, id-depożitant ma jitħalliex jiġbed id-depożitu; jew

(b)

għal prelevamenti kmieni fi żmien 30 jum tal-kalendarju, id-depożitant irid iħallas penali li tinkludi t-telf ta' mgħax bejn id-data tal-prelevament u d-data tal-maturità kuntrattwali flimkien ma' penali materjali li m'għandhiex taqbeż l-imgħax dovut għaż-żmien li jkun għadda bejn id-data tad-depożitu u d-data tal-prelevament.

Jekk sehem mid-depożitu msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi prelevat mingħajr ma tiġġarrab it-tali penali, dan is-sehem biss għandu jiġi ttrattat bħala depożitu ta' domanda u l-bilanċ li jifdal jiġi ttrattat bħala depożitu b'terminu kif imsemmi f'dan il-paragrafu. It-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % tiġi applikata għad-depożiti kkanċellati b'maturità residwa ta' inqas minn 30 jum tal-kalendarju, u meta jkun intlaħaq ftehim għall-ħlas f'istituzzjoni ta' kreditu oħra.

5.   B'deroga mill-paragrafi minn 1 sa 4 u l-Artikolu 24, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw depożiti fil-livell tal-konsumatur li jkunu ħadu f'pajjiżi terzi b'rata tal-fluss ta' ħruġ ta' perċentwal ogħla jekk tali perċentwal ikun previst mil-liġi nazzjonali li tistabbilixxi r-rekwiżiti ta' likwidità f'dan il-pajjiż terz.

Artikolu 26

Flussi ta' ħruġ bi flussi ta' dħul interdipendenti

Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jikkalkolaw il-fluss ta' ħruġ nett tal-likwidità ta' fluss ta' dħul interdipendenti li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-fluss ta' dħul interdipendenti huwa marbut direttament mal-fluss ta' ħruġ u ma jkunx ikkunsidrat fil-kalkolu tal-flussi ta' dħul tal-likwidità fil-Kapitolu 3;

(b)

il-fluss ta' dħul interdipendenti huwa meħtieġ skont impenn legali, regolatorju jew kuntrattwali;

(c)

il-fluss ta' dħul interdipendenti jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jinħoloq bilfors qabel il-fluss ta' ħruġ;

(ii)

ikun riċevut fi żmien 10 ijiem u jkun iggarantit mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru.

Artikolu 27

Flussi ta' ħruġ minn depożiti operazzjonali

1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw b'25 % l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti li jinżammu kif ġej:

(a)

mid-depożitant sabiex jinkisbu servizzi ta' kklerjar, kustodja jew ta' mmaniġjar tal-flus jew servizzi oħrajn komparabbli fil-kuntest ta' relazzjoni operazzjonali stabbilita mill-istituzzjoni ta' kreditu;

(b)

fil-kuntest ta' qsim ta' kompiti komuni fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fi ħdan grupp ta' istituzzjonijiet ta' kreditu kooperattivi affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(6) ta' dan ir-Regolament, jew bħala depożitu legali jew stabbilit kuntrattwalment minn istituzzjoni ta' kreditu oħra li hija Membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali jew netwerk kooperattiv, diment li dawn id-depożiti mhumiex rikonoxxuti bħala assi likwidi għall-istituzzjoni ta' kreditu depożitanti kif imsemmi fil-paragrafu 3 u l-Artikolu 16;

(c)

mid-depożitant fil-kuntest ta' relazzjoni operazzjonali stabbilita għajr dik imsemmija f'punt (a);

(d)

mid-depożitant sabiex jinkisbu servizzi ta' kklerjar tal-flus u dawk ta' istituzzjonijiet ċentrali, u meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni għal wieħed min-netwerks jew waħda mill-iskemi msemmija fl-Artikolu 16.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw b'5 % is-sehem ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti msemmija fil-paragrafu 1(a) li huwa kopert minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew id-Direttiva 2014/49/UE jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz.

3.   Depożiti minn istituzzjonijiet ta' kreditu mqiegħda f'istituzzjoni ċentrali li jitqiesu bħala assi likwidi għall-istituzzjoni ta' kreditu depożitanti skont l-Artikolu 16 jiġu mmoltiplikati bir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għall-istituzzjoni ċentrali fuq l-ammont ta' dawn l-assi likwidi wara t-telf impost. Dawn l-assi likwidi ma jingħaddux sabiex jiġu koperti l-flussi ta' ħruġ, ħlief il-fluss ta' ħruġ msemmi fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, u ma jitqisux fil-kalkoli għat-tiswir ta' riżerva ta' likwidità li tibqa', skont l-Artikolu 17, għall-istituzzjoni ċentrali f'livell individwali.

4.   Servizzi ta' kklerjar, kustodja jew ta' mmaniġjar tal-flus jew servizzi paragunabbli oħrajn imsemmija fil-punti (a) u (d) tal-paragrafu 1 ikopru biss dawk is-servizzi sakemm jingħataw fil-kuntest ta' relazzjoni stabbilita li hija ta' importanza kritika għad-depożitant. Depożiti msemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 1 jkollhom limitazzjonijiet legali jew operazzjonali sinifikanti li jagħmlu l-prelevamenti sinifikanti fi żmien 30 jum tal-kalendarju mhux probabbli. Fondi li jaqbżu dawk meħtieġa għall-forniment ta' servizzi operazzjonali jiġu ttrattati bħala depożiti mhux operazzjonali.

5.   Depożiti li jirriżultaw minn relazzjoni bankarja korrispondenti jew mill-forniment ta' servizzi ta' senserija primarja ma jiġux ittrattati bħala depożitu operazzjonali u jirċievu rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 %.

6.   Sabiex jiġu identifikati d-depożiti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, istituzzjoni ta' kreditu tqis li hemm relazzjoni operazzjonali stabbilita ma' klijent mhux finanzjarju, esklużi depożiti b'terminu, depożiti ta' tfaddil u depożiti b'senserija, fejn il-kriterji kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

ir-rimunerazzjoni tal-kont hija pprezzata mill-inqas b'5 punti bażi inqas mir-rata prevalenti għal depożiti bl-ingrossa b'karatteristiċi paragunabbli, iżda mhux bilfors ikunu negattivi;

(b)

id-depożitu jinżamm fil-kontijiet speċifikament magħżula u jiġi pprezzat mingħajr il-ħolqien ta' inċentivi ekonomiċi għad-depożitant, li jaqbżu lil dawk li huma meħtieġa għar-relazzjoni operazzjonali, sabiex iżomm fondi fid-depożitu;

(c)

tranżazzjonijiet materjali huma kkreditati u ddebitati fuq bażi frekwenti fuq il-kont ikkunsidrat;

(d)

huwa sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i)

ir-relazzjoni mad-depożitant ilha teżisti għal mill-inqas 24 xahar;

(ii)

id-depożitu huwa użat għall-minimu ta' żewġ (2) servizzi attivi. Dawn is-servizzi jistgħu jinkludu aċċess dirett jew indirett għal servizzi ta' pagament nazzjonali jew internazzjonali, titoli għan-negozjar jew servizzi depożitarji.

Hija biss dik il-parti tad-depożitu meħtieġa biex jintuża s-servizz li d-depożitu huwa prodott inċidentali tiegħu li tiġi ttrattata bħala depożitu operazzjonali. L-eċċess jiġi ttrattat bħala mhux operazzjonali.

Artikolu 28

Flussi ta' ħruġ minn obbligazzjonijiet oħrajn

1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti minn klijenti li huma klijenti mhux finanzjarji, emittenti sovrani, banek ċentrali, banek multilaterali tal-iżvilupp, entitajiet tas-settur pubbliku, għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpaniji ta' investiment personali jew minn klijenti li huma sensara tad-depożiti, diment li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 27 b'40 %.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-obbligazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu jkunu koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew id-Direttiva 2014/49/UE jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz, jiġu mmoltiplikati b'20 %.

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-ispejjeż operazzjonali tal-istituzzjoni stess b'0 %.

3.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' għoti ta' self garantit u dawk immotivati mis-swieq tal-kapital li jimmaturaw fi żmien 30 jum tal-kalendarju kif definit fl-Artikolu 192(2) u (3) tar-Regolament Nru 575/2013 bi:

(a)

0 % jekk huma kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1 skont l-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fl-Artikolu 10(1)(f), jew jekk il-mutwanti huwa bank ċentrali;

(b)

7 % jekk huma kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fl-Artikolu 10(1)(f);

(c)

15 % jekk huma kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 2 A skont l-Artikolu 11;

(d)

25 %:

(i)

jekk huma kollateralizzati mill-assi msemmija fil-punti (i), (ii) jew (iv) tal-Artikolu 13(2)(g);

(ii)

jekk huma kollateralizzati minn assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont l-Artikoli 10 u 11 u l-mutwanti huwa l-gvern ċentrali, entità tas-settur pubbliku tal-Istat Membru jew ta' pajjiż terz li fih l-istituzzjoni ta' kreditu kienet awtorizzata jew tkun stabbilixxiet fergħa, jew bank multilaterali tal-iżvilupp. Entitajiet tas-settur pubbliku li jirċievu dan it-trattament ikunu limitati għal dawk li jkollhom piż tar-riskju ta' 20 % jew inqas skont l-Artikolu 116(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

35 % jekk ikunu kollateralizzati mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (iii) jew (v) tal-Artikolu 13(2)(g);

(f)

50 % jekk huma kollateralizzati minn:

(i)

titoli ta' dejn korporattiv li jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 2B skont l-Artikolu 12(1)(b);

(ii)

ishma li jkunu jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 2B skont l-Artikolu 12(1)(c);

(g)

100 % fejn huma kollateralizzati minn assi li ma jkunux jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont it-Titolu II, bl-eċċezzjoni ta' tranżazzjonijiet koperti mill-punt (d)(ii) ta' dan il-paragrafu jew jekk il-mutwanti jkun bank ċentrali.

4.   Swaps kollaterali li jimmaturaw fit-30 jum li jkun imiss, ikunu jwasslu għal fluss ta' ħruġ għall-valur ta' likwidità żejjed tal-assi mislufa meta mqabbel mal-valur ta' likwidità tal-assi mogħtija b'self, dejjem jekk il-kontroparti ma tkunx bank ċentrali, f'liema każ japplika l-fluss ta' ħruġ ta' 0 %.

5.   Il-bilanċi ta' tpaċija miżmuma f'kontijiet segregati relatati ma' reġimi għall-protezzjoni tal-klijent imposti mir-regolamenti nazzjonali jiġu ttrattati bħala flussi ta' ħruġ skont l-Artikolu 32 u jiġu esklużi mill-istokk tal-assi likwidi.

6.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għan-noti, bonds u titoli oħrajn ta' dejn kollha maħruġa mill-istituzzjoni ta' kreditu, sakemm il-bond ma jkunx mibjugħ b'mod esklussiv fis-suq tal-konsumatur u jinżamm f'kont fil-livell tal-konsumatur, f'liema każ dawn l-istrumenti jistgħu jkunu ttrattati bħala l-kategorija xierqa ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur. Il-limitazzjonijiet jitqiegħdu b'tali mod li dawn l-istrumenti ma jistgħux jintraw u jinżammu minn partijiet oħrajn apparti l-klijenti konsumaturi.

Artikolu 29

Flussi ta' ħruġ fi ħdan grupp jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 31, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' rata inqas tal-fluss ta' ħruġ fuq il-bażi ta' każ b'każ għal faċilitajiet ta' kreditu jew ta' likwidità impenjati mhux prelevati meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun hemm raġunijiet sabiex wieħed jistenna fluss ta' ħruġ inqas anke taħt stress kombinat fis-suq u idjosinkratiku tal-fornitur;

(b)

il-kontroparti hija l-istituzzjoni prinċipali jew is-sussidjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbuta mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE (10) jew membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljat ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament;

(c)

ir-rata inqas tal-fluss ta' ħruġ ma taqax taħt ir-rata tal-fluss ta' dħul applikata mill-kontroparti;

(d)

l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kundizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 1 meta jkun applikat l-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. F'dan il-każ, il-kriterji oġġettivi addizzjonali li ġejjin iridu jiġu ssodisfati:

(a)

il-fornitur u r-riċevent tal-likwidità jippreżentaw profil baxx tar-riskju tal-likwidità;

(b)

ikun hemm ftehimiet u impenji legalment vinkolanti bejn l-entitajiet fil-grupp rigward il-linja ta' kreditu jew ta' likwidità mhux prelevati;

(c)

il-profil tar-riskju tal-likwidità tar-riċevent tal-likwidità jiġi kkunsidrat b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-likwidità;

Meta jkun permess li tiġi applikata din ir-rata inqas tal-fluss ta' ħruġ, l-awtorità kompetenti tgħarraf lill-EBA dwar ir-riżultat tal-proċess imsemmi fl-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-awtorità kompetenti tirrieżamina regolarment jekk il-kundizzjonijiet għal dawn il-flussi ta' ħruġ inqas jintleħqux.

Artikolu 30

Flussi ta' ħruġ addizzjonali

1.   Il-kollateral, għajr flus kontanti u assi msemmija fl-Artikolu 10, li jkun ddepożitat mill-istituzzjoni ta' kreditu għal kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivati ta' kreditu, jkunu soġġetti għall-fluss ta' ħruġ addizzjonali ta' 20 %.

Il-kollateral f'assi msemmija fl-Artikolu 10(1)(f) li huwa depożitat mill-istituzzjoni ta' kreditu għal kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivati ta' kreditu, jkunu soġġetti għall-fluss ta' ħruġ addizzjonali ta' 10 %.

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkalkolaw u jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bi fluss ta' ħruġ addizzjonali għall-kuntratti kollha li jkunu daħlu għalihom fejn il-kundizzjonijiet kuntrattwali tagħhom iwasslu, fi żmien 30 jum tal-kalendarju u wara degradazzjoni materjali fil-kwalità kreditizja tal-istituzzjoni ta' kreditu, għal flussi ta' ħruġ tal-likwidità addizzjonali jew ħtiġijiet kollaterali. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti b'dan il-fluss ta' ħruġ sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni skont l-Artikolu 415 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw tali flussi ta' ħruġ materjali fir-rigward tal-flussi ta' ħruġ potenzjali tal-likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu, jesiġu li l-istituzzjoni ta' kreditu żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali għal dawk il-kuntratti li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet kollaterali addizzjonali jew għall-flussi ta' ħruġ ta' flus kontanti li jirriżultaw minn degradazzjoni materjali fil-kwalità kreditizja tal-istituzzjoni ta' kreditu li tikkorrispondi għal tnaqqis ta' tliet livelli fil-valutazzjoni tal-kreditu esterna tagħha. L-istituzzjoni ta' kreditu tapplika r-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għal dawn il-flussi ta' ħruġ kollaterali jew f'likwidità addizzjonali. L-istituzzjoni ta' kreditu regolarment tagħmel rieżami dwar il-firxa ta' din id-degradazzjoni materjali fid-dawl ta' dak li huwa rilevanti skont il-kuntratti li tkun daħlet għalihom, u tinnotifika r-riżultat tar-rieżami tagħha lill-awtoritajiet kompetenti.

3.   L-istituzzjoni ta' kreditu żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jikkorrispondi għall-bżonnijiet kollaterali li jkunu jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet ta' derivati, tranżazzjonijiet ta' finanzjament u kuntratti oħrajn tal-istituzzjoni ta' kreditu jekk ikunu materjali. Dan il-kalkolu jsir skont l-att delegat li jiġi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 423(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jieħdu inkonsiderazzjoni flussi ta' ħruġ u dħul li jkunu mistennija fuq perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju mill-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi netta skont l-Artikolu 21. Fil-każ ta' fluss ta' ħruġ nett, l-istituzzjoni ta' kreditu timmoltiplika r-riżultat bir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 %. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jeskludu minn tali kalkoli dawk ir-rekwiżiti ta' likwidità li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3.

5.   L-istituzzjoni ta' kreditu żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jikkorrispondi għal 100 % tal-valur tas-suq ta' titoli jew assi oħrajn mibjugħa bin-nieqes u li jiġu kkonsenjati fi żmien 30 jum tal-kalendarju sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx is-sid tat-titoli li għandhom jiġu kkonsenjati jew li tkun isselfithom b'termini li jeħtieġu r-ritorn tagħhom biss wara 30 jum tal-kalendarju, u t-titoli ma jiffurmawx parti mill-assi likwidi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Jekk il-pożizzjoni qasira qed tiġi koperta minn tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titoli kollateralizzati, l-istituzzjoni ta' kreditu tassumi li l-pożizzjoni qasira se tinżamm matul il-perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju u tirċievi l-fluss ta' ħruġ ta' 0 %.

6.   L-istituzzjoni ta' kreditu żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jikkorrispondi għal 100 %:

(a)

tal-kollateral eċċessiv li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha, li jista' jissejjaħ kuntrattwalment fi kwalunkwe ħin mill-kontroparti;

(b)

ta' kollateral li hu dovut li jrid jingħata lil kontroparti fi żmien 30 jum tal-kalendarju;

(c)

tal-kollateral li jikkorrispondi għal assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tat-Titolu II li jistgħu jiġu sostitwiti għall-assi li jikkorrispondu għal assi li ma jkunux jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tat-Titolu II mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni ta' kreditu.

7.   Depożiti riċevuti bħala kollateral ma jitqisux bħala obbligazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 27 jew 29 iżda jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu fejn applikabbli.

8.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jassumu l-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għal telf ta' finanzjament minn titoli garantiti b'assi, bonds koperti u strumenti oħrajn ta' finanzjament strutturati li jimmaturaw fi żmien 30 jum tal-kalendarju, meta dawn l-istrumenti jinħarġu mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha jew minn strutturi jew SPVs sponsorjati minn istituzzjoni ta' kreditu.

9.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jassumu l-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għal telf ta' finanzjament fuq karti kummerċjali, veikoli, veikoli ta' investiment tat-titoli garantiti b'assi u faċilitajiet oħrajn ta' finanzjament bħal dawn. Din ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % tapplika għall-ammont maturat jew għall-ammont ta' assi li potenzjalment jistgħu jiġu rritornati jew għal-likwidità meħtieġa.

10.   Għal dak il-porzjon ta' programmi ta' finanzjament taħt il-paragrafi 8 u 9, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma fornituri ta' faċilitajiet ta' likwidità assoċjati m'għandhomx bżonn li jgħoddu darbtejn l-istrument ta' finanzjament maturat u l-faċilità ta' likwidità għall-programmi konsolidati.

11.   Assi mislufa fuq bażi mhux assigurata u li jimmaturaw fi żmien 30 jum tal-kalendarju jitqiesu li jiġu likwidati bis-sħiħ, li jwasslu għal fluss ta' ħruġ ta' 100 % tal-assi likwidi sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx sid it-titoli u sakemm ma jiffurmawx parti mir-riżerva ta' likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu.

12.   Fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' senserija primarja, meta istituzzjoni ta' kreditu tkun iffinanzjat l-assi ta' klijent wieħed billi nnettjathom internament kontra l-bejgħ bin-nieqes ta' klijent ieħor, tranżazzjonijiet bħal dawn ikunu soġġetti għal fluss ta' ħruġ ta' 50 % għall-obbligu kontinġenti, minħabba li fil-każ ta' prelevament mill-klijent, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tkun obbligata ssib sorsi addizzjonali ta' finanzjament biex tkopri dawn il-pożizzjonijiet.

Artikolu 31

Flussi ta' ħruġ minn faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità

1.   Għall-fini ta' dan l-Artikolu, faċilità ta' likwidità tinftiehem li tfisser kwalunkwe faċilità ta' riżerva impenjata u mhux prelevata li tintuża biex tiffinanzja mill-ġdid l-obbligi tad-dejn ta' klijent f'sitwazzjonijiet meta t-tali klijent ma jkunx jista' jġedded dak id-dejn fis-swieq finanzjarji. L-ammont tagħha jiġi kkalkolat bħala l-ammont tad-dejn maħruġ mill-klijent li jkun attwalment pendenti u li jimmatura fi żmien 30 jum tal-kalendarju li huwa b'garanzija ta' kontinġenza mill-faċilità. Is-sehem mill-faċilità ta' likwidità li qed isostni dejn li ma jimmaturax fi żmien 30 jum tal-kalendarju jiġi eskluż mill-iskop tad-definizzjoni tal-faċilità. Kwalunkwe kapaċità addizzjonali tal-faċilità tiġi ttrattata bħala faċilità ta' kreditu impenjata, bir-rata tal-ġbid ta' kreditu assoċjata kif speċifikata f'dan l-Artikolu. Faċilitajiet ġenerali ta' kapital imħaddem għal entitajiet korporattivi mhumiex se jiġu kklassifikati bħala faċilitajiet ta' likwidità, iżda bħala faċilitajiet ta' kreditu.

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkalkolaw il-flussi ta' ħruġ għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità billi jimmoltiplikaw l-ammont tal-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità bir-rati tal-flussi ta' ħruġ korrispondenti stabbiliti fil-paragrafi minn 3 sa 5. Flussi ta' ħruġ minn faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati jiġu ddeterminati bħala perċentwali tal-ammont massimu li jista' jinġibed fi żmien 30 jum tal-kalendarju, netti minn kwalunkwe rekwiżit ta' likwidità li jkun applikabbli skont l-Artikolu 23 għall-elementi għall-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u netti minn kwalunkwe kollateral disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu u vvalutati skont l-Artikolu 9, diment li l-kollateral jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jista' jerġa' jintuża jew jiġi ipotekat mill-istituzzjoni ta' kreditu;

(b)

jinżamm fil-forma ta' assi likwidi, iżda mhuwiex rikonoxxut bħala parti mir-riżerva ta' likwidità;

(c)

ma jikkonsistix f'assi maħruġa mill-kontroparti tal-faċilità jew waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.

Jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu, l-ammont massimu li jista' jinġibed għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità jiġi ddeterminat bħala l-ammont massimu li jista' jinġibed minħabba obbligi proprji tal-kontroparti jew minħabba l-iskeda kuntrattwali predefinita għall-ġbid ta' kreditu li jkun se jsir dovut fuq perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju.

3.   L-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' kreditu impenjati mhux prelevati u faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati fi żmien it-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss jiġi mmoltiplikat b'5 % jekk dawn jikkwalifikaw għall-klassi ta' skoperturi ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur.

4.   L-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' kreditu impenjati mhux prelevati fi żmien 30 jum tal-kalendarju jiġi mmoltiplikat b'10 % meta dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma jikkwalifikawx għall-klassi ta' skoperturi ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur;

(b)

ikunu ġew ipprovduti lil klijenti li huma klijenti mhux finanzjarji, inklużi korporazzjonijiet mhux finanzjarji, emittenti sovrani, banek ċentrali, banek multilaterali tal-iżvilupp u entitajiet tas-settur pubbliku;

(c)

ma jkunux ġew ipprovduti għall-iskop li jiġi sostitwit il-finanzjament tal-klijent f'sitwazzjonijiet fejn il-klijent ma jkunx jista' jikseb ir-rekwiżiti ta' finanzjament fis-swieq finanzjarji.

5.   L-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati fi żmien it-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss jiġi mmoltiplikat bi 30 % fejn dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 il-punti (a) u (b), u b'40 % meta dawn huma pprovduti lil kumpaniji ta' investiment personali.

6.   L-ammont impenjat mhux prelevat ta' faċilità ta' likwidità li jkun ġie pprovdut lil SSPE bil-għan li jippermetti lit-tali SSPE tixtri assi, għajr it-titoli mingħand klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji, jiġi mmoltiplikat b'10 % sal-punt li jaqbeż l-ammont ta' assi attwalment mixtrija mill-klijenti u meta l-ammont massimu li jista' jinġibed ikun kuntrattwalment limitat għall-ammont ta' assi attwalment mixtrija.

7.   L-istituzzjoni ċentrali ta' skema jew netwerk imsemmija fl-Artikolu 16 timmoltiplika b'rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 75 % il-finanzjament tal-likwidità impenjata lil istituzzjoni ta' kreditu membru fejn tali istituzzjoni ta' kreditu membru tista' tittratta l-finanzjament tal-likwidità bħala assi likwidu skont l-Artikolu 16(2). Ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 75 % tiġi applikata fuq l-ammont prinċipali impenjat tal-finanzjament tal-likwidità.

8.   L-istituzzjoni ta' kreditu timmoltiplika l-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' kreditu impenjati mhux prelevati u ta' likwidità impenjati mhux prelevati oħrajn fi żmien 30 jum tal-kalendarju bir-rata tal-fluss ta' ħruġ korrispondenti kif ġej:

(a)

40 % għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità estiżi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għall-faċilitajiet ta' kreditu estiżi għal istituzzjonijiet irregolati finanzjarji oħrajn, inklużi impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment, CIUs jew skema ta' investiment limitat;

(b)

100 % għall-faċilitajiet ta' likwidità li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tat lil SSPEs ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 6 u għall-arranġamenti li bihom l-istituzzjoni hija meħtieġa li tixtri jew tpartat assi minn SSPE;

(c)

100 % għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità lil klijenti finanzjarji mhux imsemmija fil-punti (a) u (b) u l-paragrafi 1 sa 7.

9.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 sa 8, istituzzjonijiet ta' kreditu li ġew stabbiliti u li huma sponsorjati mill-gvern ċentrali jew reġjonali ta' mill-inqas Stat Membru wieħed jistgħu japplikaw it-trattamenti stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità li huma estiżi għal mutwanti promozzjonali għall-iskop uniku ta' finanzjament dirett jew indirett ta' self promozzjonali, diment li dan is-self jissodisfa r-rekwiżiti għar-rati tal-fluss ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 32(3)(g), fejn dan is-self promozzjonali huwa estiż bħala self ittrasferit permezz ta' istituzzjoni ta' kreditu oħra li taġixxi bħala intermedjarju, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu japplikaw fluss ta' dħul u fluss ta' ħruġ simetriku.

Is-self promozzjonali msemmi f'dan il-paragrafu jkun disponibbli biss għal persuni li mhumiex klijenti finanzjarji fuq bażi mhux kompetittiva, mingħajr skop ta' qligħ, sabiex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika tal-Unjoni jew tal-gvern ċentrali jew reġjonali ta' dak l-Istat Membru. Għandu jkun possibbli biss li jsir użu minn faċilitajiet bħal dawn wara t-talba raġonevolment mistennija għal self promozzjonali, u sal-ammont ta' din it-talba, diment li jkun hemm rapportar sussegwenti fuq l-użu tal-fondi mqassma.

10.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw b'100 % kwalunkwe fluss ta' ħruġ tal-likwidità li jirriżulta minn obbligazzjonijiet li jsiru dovuti fi 30 jum tal-kalendarju, minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 23 sa 31.

KAPITOLU 3

Flussi ta' dħul tal-likwidità

Artikolu 32

Flussi ta' dħul

1.   Il-flussi ta' dħul tal-likwidità jiġu vvalutati fuq perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju. Ikunu jinkludu flussi ta' dħul kuntrattwali biss minn skoperturi li għadhom ma skadewx u li l-istituzzjoni ta' kreditu ma jkollha l-ebda raġuni għalfejn tistenna minnhom nuqqas ta' prestazzjoni fi żmien 30 jum tal-kalendarju.

2.   Flussi ta' dħul tal-likwidità jirċievu r-rata tal-fluss ta' dħul ta' 100 %, inklużi b'mod partikolari dawn il-flussi ta' dħul:

(a)

flejjes dovuti minn banek ċentrali u klijenti finanzjarji. Fir-rigward ta' dawn tal-aħħar, flussi ta' dħul b'mod partikolari mit-tranżazzjonijiet li ġejjin jitqiesu bħala soġġetti għar-rata tal-fluss ta' dħul ta' 100 %:

(i)

titoli li jimmaturaw fi żmien 30 jum tal-kalendarju;

(ii)

tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'maturità residwa ta' inqas minn 30 jum tal-kalendarju;

(b)

flejjes dovuti minn pożizzjonijiet f'indiċijiet prinċipali ta' strumenti ta' ekwità, diment li l-assi likwidi ma jingħaddux darbtejn. Dawn il-flejjes jinkludu flus dovuti kuntrattwalment fi żmien 30 jum tal-kalendarju, bħal dividendi fi flus kontanti minn tali indiċijiet prinċipali u flus kontanti dovuti minn tali strumenti ta' ekwità mibjugħa iżda li għadhom ma ġewx saldati, jekk ma jiġux rikonoxxuti bħala assi likwidi f'konformità mat-Titolu II;

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-flussi ta' dħul stipulati f'dan il-paragrafu jkunu soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-flejjes dovuti minn klijenti mhux finanzjarji jitnaqqsu għall-finijiet tal-pagament tal-kapital b'50 % tal-valur tagħhom jew b'impenji kuntrattwali għal dawn il-klijenti sabiex jiġi estiż il-finanzjament, skont liema minnhom ikun l-ogħla. Għall-finijiet ta' dan il-punt, il-klijenti mhux finanzjarji jinkludu korporazzjonijiet, emittenti sovrani, banek multilaterali tal-iżvilupp u entitajiet tas-settur pubbliku, b'deroga, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu rċivew impenn imsemmi fl-Artikolu 31(9) sabiex ikunu jistgħu jagħtu self promozzjonali lil riċevent finali, jew ikunu rċevew impenn simili minn bank multilaterali tal-iżvilupp jew entità tas-settur pubbliku, jistgħu jirrikonoxxu fluss ta' dħul sal-ammont tal-fluss ta' ħruġ li huma japplikaw għall-impenn korrispondenti sabiex jestendu dan is-self promozzjonali.

(b)

il-flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' għoti ta' self garantit u dawk immotivati mis-swieq tal-kapital kif definit fil-punti (2) u (3) tal-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kollateralizzati minn assi likwidi, ma jiġux ikkunsidrati sal-valur tal-assi likwidi nett tat-telf impost applikabbli skont it-Titolu II. Il-flejjes dovuti għall-valur li jifdal jew meta jkunu kollateralizzati minn assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont it-Titolu II jiġu kkunsidrati totalment. L-ebda fluss ta' dħul ma jkun permess jekk il-kollateral jintuża biex ikopri pożizzjoni qasira skont l-Artikolu 30(5);

(c)

il-flejjes dovuti minn self ta' marġini b'maturità kuntrattwali magħmul kontra kollateral ta' assi mhux likwidi jistgħu jirċievu r-rata tal-fluss ta' dħul ta' 50 %. Tali fluss ta' dħul jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx qed tuża l-kollateral li oriġinarjament irċeviet kontra s-self biex tkopri kwalunkwe pożizzjonijiet qosra;

(d)

il-flejjes dovuti li l-istituzzjoni ta' kreditu li għandha tagħti dawn il-flejjes tittratta skont l-Artikolu 27, bl-eċċezzjoni ta' depożiti fl-istituzzjoni ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3), ikunu mmoltiplikati b'rata tal-fluss ta' dħul simetriku korrispondenti. Fejn ir-rata korrispondenti ma tistax tiġi stabbilita, ir-rata tal-fluss ta' dħul ta' 5 % tiġi applikata;

(e)

swaps kollaterali li jimmaturaw fi żmien 30 jum tal-kalendarju jkunu jwasslu għal fluss ta' dħul għall-valur ta' likwidità żejjed tal-assi mogħtija b'self meta mqabbel mal-valur ta' likwidità tal-assi mislufa;

(f)

jekk il-kollateral miksub permezz ta' retroriakkwist, self ta' titoli, jew swaps kollaterali, li jimmatura fuq perjodu ta' 30 jum, huwa ipotekat mill-ġdid u użat biex ikopri pożizzjonijiet qosra li jistgħu jiġu estiżi għal aktar minn 30 jum, istituzzjoni ta' kreditu tassumi li tali arranġamenti ta' retroriakkwist jew self ta' titoli se jiġġeddu u mhux se jagħtu lok għal xi fluss ta' dħul ta' flus kontanti li jirriflettu l-ħtieġa tagħha li tkompli tkopri l-pożizzjoni qasira jew li terġa' tixtri t-titoli rilevanti. Pożizzjonijiet qosra jinkludu ż-żewġ każijiet fejn waqt il-ġestjoni tal-attiv u l-passiv, l-istituzzjoni ta' kreditu tkun biegħet direttament titolu b'pożizzjoni qasira bħala parti minn strateġija kummerċjali jew ta' ħħeġġjar, kif ukoll każijiet fejn l-istituzzjoni ta' kreditu hija f'pożizzjoni qasira fil-ġestjoni tal-attiv u l-passiv tar-riakkwist u tkun issellfet titolu għal perjodu partikolari u sellfet it-titolu għal perjodu itwal;

(g)

kwalunkwe faċilità ta' kreditu jew ta' likwidità mhux prelevati u kwalunkwe impenn ieħor riċevut minn entitajiet li mhumiex banek ċentrali u dawk imsemmija fl-Artikolu 34 ma jiġux kkunsidrati. Faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati mill-bank ċentrali li huma rikonoxxuti bħala assi likwidi skont l-Artikolu 14 ma jiġux kkunsidrati bħala fluss ta' dħul;

(h)

il-flejjes dovuti minn titoli maħruġa mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha jew minn entità relatata jiġu kkunsidrati fuq bażi netta b'rata tal-fluss ta' dħul applikata fuq il-bażi tar-rata tal-fluss ta' dħul applikabbli għall-assi sottostanti skont dan l-Artikolu;

(i)

l-assi b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita jiġu kkunsidrati b'rata tal-fluss ta' dħul ta' 20 %, diment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni ta' kreditu biex tirtira minn jew titlob pagament fi żmien 30 jum.

4.   Il-punt (a) tal-paragrafu 3 ma japplikax għal flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq tal-kapital, kif stipulat fil-punti (2) u (3) tal-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jkunu kollateralizzati minn assi likwidi skont it-Titolu II kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3. Il-flussi ta' dħul mir-rilaxx ta' bilanċi miżmuma f'kontijiet segregati skont ir-rekwiżiti regolatorji għall-protezzjoni ta' assi kurrenti ta' klijenti jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ, dejjem jekk dawn il-bilanċi segregati jinżammu f'assi likwidi kif definit fit-Titolu II.

5.   Flussi ta' ħruġ u dħul mistennija fuq perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju mill-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu kkalkolati fuq bażi netta kif imsemmi fl-Artikolu 21 u jiġu mmoltiplikati b'100 % fil-każ ta' fluss ta' dħul nett.

6.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jikkunsidraw l-ebda fluss ta' dħul minn kwalunkwe wieħed mill-assi likwidi msemmija fit-Titolu II għajr il-pagamenti dovuti fuq assi li mhumiex riflessi fil-valur tas-suq tal-ass.

7.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jikkunsidraw l-ebda fluss ta' dħul minn kull obbligu ġdid li jkunu daħlu għalih.

8.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkunsidraw flussi ta' dħul ta' likwidità li għandhom jirċievu f'pajjiżi terzi fejn hemm restrizzjonijiet fuq trasferimenti jew li jkunu denominati f'muniti mhux konvertibbli biss sakemm dawn jikkorrispondu għall-flussi ta' ħruġ rispettivament fil-pajjiż terz jew fil-munita inkwistjoni.

Artikolu 33

Limitu massimu fuq Flussi ta' dħul

1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jillimitaw ir-rikonoxximent tal-flussi ta' dħul tal-likwidità sa 75 % tal-flussi ta' ħruġ totali tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 2 sakemm fluss ta' dħul speċifiku ma jkunx eżentat kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 jew 4.

2.   Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' teżenta kompletament jew parzjalment mil-limitu massimu msemmi fil-paragrafu 1 l-flussi ta' dħul tal-likwidità li ġejjin:

(a)

flussi ta' dħul fejn il-fornitur huwa istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbuta mal-istituzzjoni ta' kreditu permezz ta' relazzjoni skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(b)

flussi ta' dħul minn depożiti li jkunu saru ma' istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn fi ħdan grupp ta' entitajiet li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 113(6) jew (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

flussi ta' dħul msemmija fl-Artikolu 26, inklużi flussi ta' dħul minn self relatat ma' self ipotekarju, jew self promozzjonali msemmi fl-Artikolu 31(9) jew minn bank multilaterali tal-iżvilupp jew entità tas-settur pubbliku li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ittrasferixxiet.

3.   Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati jistgħu jiġu eżentati mil-limitu massimu fuq il-flussi ta' dħul meta l-attivitajiet ewlenin tagħhom ikunu n-negozju ta' lokazzjoni u fatturament, u mhux l-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 4, u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 jiġu ssodisfati.

4.   Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati jistgħu jkunu soġġetti għal limitu massimu fuq flussi ta' dħul ta' 90 % meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 jiġu ssodisfati u l-attivitajiet ewlenin tagħhom jkunu dawn li ġejjin:

(a)

il-finanzjament għall-akkwist ta' vetturi;

(b)

kreditu għall-konsumatur kif definit fid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jiġu eżentati mil-limitu massimu fuq flussi ta' dħul, u l-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-paragrafu 4 jistgħu japplikaw limitu massimu ogħla ta' 90 % diment li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-attivitajiet ta' negozju juru profil baxx ta' riskju tal-likwidità, b'konsiderazzjoni għall-fatturi li ġejjin:

(i)

l-għażla tal-ħin tal-flussi ta' dħul ikun jaqbel mal-għażla tal-ħin tal-flussi ta' ħruġ;

(ii)

fil-livell individwali l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx iffinanzjata b'mod sinifikanti minn depożiti fil-livell tal-konsumatur;

(b)

fil-livell individwali, il-proporzjon tal-attivitajiet ewlenin tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 3 jew 4 ikun jaqbeż it-80 % tal-karta tal-bilanċ totali;

(c)

id-derogi jkunu żvelati fir-rapporti annwal.

L-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-EBA dwar liema istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati ġew eżentati jew huma soġġetti għal limitu massimu ogħla flimkien ma' ġustifikazzjoni. L-EBA tippubblika u żżomm lista tal-istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati eżentati jew soġġetti għal limitu massimu ogħla. L-EBA tista' titlob dokumentazzjoni ta' sostenn.

6.   L-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4, meta approvati mill-awtorità kompetenti, jistgħu jiġu applikati kemm fil-livelli individwali kif ukoll f'dawk konsolidati soġġetti għall-Artikolu 2(3)(e).

7.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiddeterminaw l-ammont tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità skont l-applikazzjoni tal-limitu fil-fluss ta' dħul, skont il-formula stabbilita fl-Anness II ta' dan ir-Regolament

Artikolu 34

Flussi ta' dħul fi ħdan grupp jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 32(3)(g), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' rata ogħla tal-fluss ta' dħul fuq il-bażi ta' każ b'każ għal faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità mhux prelevati meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

ikun hemm raġunijiet għaliex wieħed jistenna fluss ta' dħul ogħla anke taħt stress kombinat fis-suq u idjosinkratiku tal-fornitur;

(b)

il-kontroparti hija l-istituzzjoni prinċipali jew is-sussidjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbuta mal-istituzzjoni ta' kreditu permezz ta' relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE jew membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljat ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

meta r-rata tal-fluss ta' dħul tkun taqbeż l-40 %, il-kontroparti tapplika rata tal-fluss ta' ħruġ simetrika korrispondenti, permezz ta' deroga mill-Artikolu 31;

(d)

l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.

2.   Meta l-istituzzjoni ta' kreditu u l-istituzzjoni ta' kreditu tal-kontroparti jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kundizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 1 meta, minbarra l-kriterji fil-paragrafu 1, ikunu ssodisfati l-kriterji oġġettivi addizzjonali li ġejjin (a) sa (c):

(a)

il-fornitur u r-riċevent tal-likwidità jippreżentaw profil baxx ta' riskju tal-likwidità;

(b)

ikun hemm ftehimiet u impenji legalment vinkolanti bejn l-entitajiet fil-grupp fir-rigward tal-linja ta' kreditu jew ta' likwidità;

(c)

il-profil tar-riskju tal-likwidità tar-riċevent tal-likwidità ikun ġie kkunsidrat b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-likwidità.

L-awtoritajiet kompetenti jaħdmu flimkien u jikkonsultaw lil xulxin bis-sħiħ skont l-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex jiddeterminaw jekk il-kriterji addizzjonali stabbiliti f'dan il-paragrafu jiġux issodisfati.

3.   Meta jiġu ssodisfati l-kriterji addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tar-riċevent tal-likwidità titħalla tapplika rata tal-fluss ta' dħul preferenzjali ta' mhux aktar minn 40 %. Madankollu, l-approvazzjoni taż-żewġ awtoritajiet kompetenti tkun meħtieġa għal kwalunkwe rata preferenzjali ogħla minn 40 %, li tiġi applikata fuq bażi simetrika.

Meta tkun awtorizzata l-applikazzjoni ta' rata tal-fluss ta' dħul preferenzjali 'l fuq minn 40 %, l-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-EBA dwar ir-riżultat tal-proċess imsemmi fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw regolarment li l-kundizzjonijiet ta' dawn il-flussi ta' dħul ogħla għadhom qed jiġu ssodisfati.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 35

Il-klawżola ta' anterjorità għall-assi bankarji ggarantiti minn Stat Membru

1.   Assi maħruġin minn istituzzjonijiet ta' kreditu li jibbenefikaw minn garanzija mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru jikkwalifikaw biss bħala assi ta' livell 1 meta l-garanzija:

(a)

tkun ingħatat jew ġiet impenjata għal ammont massimu qabel it-30 ta' Ġunju 2014;

(b)

hija garanzija diretta, espliċita, irrevokabbli u inkundizzjonata u tkopri n-nuqqas ta' ħlas tal-kapital u tal-imgħax meta dovuti.

2.   Meta l-garanti jkun gvern reġjonali jew awtorità lokali fi Stat Membru, l-assi garantit jikkwalifika bħala ta' livell 1 biss meta l-iskoperturi għal tali gvern reġjonali jew awtorità lokali jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tagħhom skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-garanzija tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   L-assi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jibqgħu jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1 sakemm il-garanzija tibqa' fis-seħħ b'rabta mal-emittent rilevanti jew l-assi tiegħu, kif applikabbli, kif emendata jew mibdula minn żmien għal żmien. Meta l-ammont ta' garanzija favur emittent jew l-assi tiegħu jiżdied fi kwalunkwe ħin wara t-30 ta' Ġunju 2014, l-assi jkunu jikkwalifikaw biss bħala assi likwidi sal-ammont massimu tal-garanzija li kien impenjat qabel din id-data.

4.   L-assi imsemmija f'dan l-Artikolu jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti applikabbli skont dan ir-Regolament għall-assi ta' livell 1 li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew ikunu garantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 10(1)(c).

5.   Meta istituzzjoni ta' kreditu jew l-assi tagħha jibbenefikaw minn skema ta' garanzija, l-iskema bħala ħaġa waħda titqies bħala garanzija għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 36

Dispożizzjoni transitorji għal aġenziji tal-ġestjoni tal-assi danneġġati sponsorjati minn Stat Membru

1.   Il-bonds superjuri maħruġa mill-aġenziji tal-ġestjoni tal-assi danneġġati sponsorjati minn Stat Membru li ġejjin jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1 sal-31 ta' Diċembru 2023:

(a)

fl-Irlanda, in-National Asset Management Agency (NAMA);

(b)

fi Spanja, is-Sociedad de Gestión de Activos Procedentes de la Reestructuración Bancaria, SA. (SAREB);

(c)

fis-Slovenja, il-Bank Asset Management Company kif stabbilita skont l-Att dwar il-Miżuri tar-Repubblika tas-Slovenja sabiex Tissaħħaħ l-Istabbiltà tal-Banek (Measures of the Republic of Slovenia to Strengthen the Stability of Banks Act — MSSBA);

2.   L-assi msemmija fil-paragrafu 1 ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti applikabbli skont dan ir-Regolament għall-assi ta' Livell 1 li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew ikunu garantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 10(1)(c).

Artikolu 37

Dispożizzjoni tranżitorja għal titolizzazzjonijiet sostnuti minn self residenzjali

1.   B'deroga mill-Artikolu 13, titolizzazzjonijiet maħruġin qabel l-1 ta' Ottubru 2015, fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali kif imsemmi fil-punt (g)(i) tal-Artikolu 13(2), jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 2B jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikolu 13 minbarra r-rekwiżiti tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija jew bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu stipulati f'dan il-punt (g)(i) tal-Artikolu 13(2).

2.   B'deroga mill-Artikolu 13, titolizzazzjonijiet maħruġin wara l-1 ta' Ottubru 2015, fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali kif imsemmi fil-punt (g)(i) tal-Artikolu 13(2) li ma jissodisfawx r-rekwiżiti medji tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija jew bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu stipulati f'dan il-punt, jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 2B sal-1 ta' Ottubru 2025, dejjem jekk l-iskoperturi sottostanti jinkludu self residenzjali li ma kienx suġġett għal-liġi nazzjonali li tirregola l-limiti tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu fiż-żmien li kien ngħata, u dan is-self residenzjali ngħata f'xi żmien qabel l-1 ta' Ottubru 2015.

Artikolu 38

Dispożizzjoni transitorji għall-introduzzjoni tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità

1.   Skont l-Artikolu 460(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 4 jiġi introdott kif ġej:

(a)

60 % tar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità mill-1 ta' Ottubru 2015;

(b)

70 % mill-1 ta' Jannar 2016;

(c)

80 % mill-1 ta' Jannar 2017;

(d)

100 % mill-1 ta' Jannar 2018.

2.   Skont l-Artikolu 412(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu mill-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati domestikament jew mis-subsett ta' tali istituzzjonijiet ta' kreditu li jżommu rekwiżit ogħla ta' kopertura tal-likwidità, sa 100 %, sakemm jiġi introdott kompletament l-istandard minimu vinkolanti bir-rata ta' 100 % skont dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Ottubru 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

(4)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(5)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(6)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

(8)  Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(9)  Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5).

(10)  Is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1).


ANNESS I

Formuli għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-bafer tal-likwidità

1.

Istituzzjoni ta' kreditu għandha tuża l-formuli stabbiliti f'dan l-Anness biex tiddetermina l-kompożizzjoni tal-bafer tal-likwidità tagħha skont l-Artikolu 17.

2.

Kalkolu tal-bafer tal-likwidità: fid-data tal-kalkolu, il-bafer tal-likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu għandu jkun ugwali għal:

(a)

l-ammont tal-assi tal-livell 1; biż-żieda ta'

(b)

l-ammont tal-assi tal-livell 2 A; biż-żieda ta'

(c)

l-ammont tal-assi tal-livell 2 B;

bit-tnaqqis ta' dak li jkun l-inqas minn dawn:

(d)

is-somma ta' (a), (b), u (c); jew

(e)

“l-ammont tal-assi likwidi żejda” kif kalkolat skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Anness.

3.

L-ammont “tal-assi likwidi żejda”: dan l-ammont għandu jkun magħmul mill-komponenti definiti hawnhekk:

(a)

ammont aġġustat tal-assi f'bonds mhux koperti tal-livell 1, li għandu jkun ugwali għall-valur tal-assi likwidi tal-livell 1 kollha, bl-esklużjoni tal-bonds koperti tal-livell 1, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, tranżazzjoni ta' self garantit, tranżazzjoni ta' skambju ta' assi jew ta' derivattivi kollateralizzati li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi f'tal-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni;

(b)

ammont aġġustat tal-bonds koperti tal-livell 1, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost fuq il-bonds koperti kollha tal-livell 1, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, tranżazzjoni ta' self garantit, tranżazzjoni ta' skambju ta' assi jew ta' derivattivi kollateralizzati li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi f'tal-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni;

(c)

ammont aġġustat tal-assi tal-livell 2 A, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost fuq l-assi kollha tal-livell 2 A, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, tranżazzjoni ta' self garantit, tranżazzjoni ta' skambju ta' assi jew ta' derivattivi kollateralizzati li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi f'tal-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni; kif ukoll

(d)

ammont aġġustat tal-assi tal-livell 2B, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost fuq l-assi kollha tal-livell 2 B, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, tranżazzjoni ta' self garantit, tranżazzjoni ta' skambju ta' assi jew ta' derivattivi kollateralizzati li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi f'tal-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni;

4.

Kalkolu tal-“ammont tal-assi likwidi żejda”: dan l-ammont għandu jkun ugwali għal:

(a)

ammont aġġustat ta' assi f'bonds mhux koperti tal-livell 1; biż-żieda ta'

(b)

l-ammont aġġustat ta' bond kopert tal-livell 1; biż-żieda ta'

(c)

l-ammont aġġustat ta' assi tal-livell 2 A; biż-żieda ta'

(d)

l-ammont aġġustat ta' assi tal-livell 2 B;

bit-tnaqqis ta' dak li jkun l-inqas minn dawn:

(e)

is-somma ta' (a), (b), (c) u (d);

(f)

100/30 darbiet (a);

(g)

100/60 darbiet is-somma ta' (a) u (b);

(h)

100/85 darbiet is-somma ta' (a), (b) u (c).

5.

Il-kompożizzjoni tal-bafer tal-likwidità wara li jitqies ir-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, tranżazzjoni ta' self garantit, tranżazzjoni ta' skambju ta' assi jew derivattivi kollateralizzati u l-applikazzjoni tal-limiti massimi ta' hawn fuq skont l-Artikolu 17 għandu jiġi determinat kif ġej:

 

a″ (l-ammont aġġustat ta' assi f'bonds mhux koperti tal-livell 1 wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu)

= a (l-ammont aġġustat ta' assi f'bonds mhux koperti tal-livell 1 qabel l-applikazzjoni tal-limitu massimu)

 

b″ (l-ammont aġġustat ta' assi f'bonds koperti tal-livell 1 wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu)

= MIN(b, a70/30)

fejn b = l-ammont aġġustat ta' assi f'bonds koperti tal-livell 1 qabel l-applikazzjoni tal-limitu massimu

 

c″ (l-ammont aġġustat ta' assi tal-livell 2 A wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu)

= MIN(c, (a + b″)40/60, MAX(a70/30 – b″, 0))

fejn c = l-ammont aġġustat ta' assi tal-livell 2 A qabel l-applikazzjoni tal-limitu massimu

 

d″ (l-ammont aġġustat ta' assi tal-livell 2B wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu)

= MIN (d, (a + b″ + c″)15/85, MAX((a + b″)40/60 – c″,0), MAX(70/30a – b″ – c″,0))

Fejn d = l-ammont aġġustat ta' assi tal-livell 2B qabel l-applikazzjoni tal-limitu massimu)


ANNESS II

Formula għall-kalkolu tal-fluss tal-ħruġ nett tal-likwidità

NLO

=

fluss tal-ħruġ nett tal-likwidità (Net liquidity outflow)

TO

=

Flussi tal-ħruġ totali (Total outflows)

TI

=

Influssi totali (Total inflows)

FEI

=

Influssi kompletament eżentati (Fully exempted inflows)

IHC

=

Influssi soġġetti għal-limitu massimu ogħla ta' 90 % fi flussi ta' ħruġ (Inflows higher cap)

IC

=

Influssi soġġetti għal-limitu massimu ta' 75 % fi flussi ta' ħruġ (Inflows cap)

Flussi tal-ħruġ netti ta' likwidità huma ugwali għall-flussi tal-ħruġ totali, tnaqqas minnhom it-tnaqqis għall-influssi kompletament eżentati, tnaqqas minnhom it-tnaqqis għall-influssi soġġetti għal-limitu massimu ta' 90 %, tnaqqas minnhom it-tnaqqis għall-influssi soġġetti għal-limitu massimu ta' 75 %

NLO = TO – MIN(FEI, TO) – MIN(IHC, 0,9*MAX(TO – FEI, 0)) – MIN(IC, 0,75*MAX(TO – FEI – IHC/0,9, 0))


17.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/37


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/62

tal-10 ta' Ottubru 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 456(1)(j) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-proporzjon ta' ingranaġġ ikkalkulat skont l-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jiġi ddivulgat mill-istituzzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2015 'il quddiem u, qabel din id-data, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat li jemenda l-iskopertura u l-miżura kapitali għall-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ biex jiġi kkoreġut kull nuqqas misjub fuq il-bażi ta' rappurtar minn istituzzjonijiet.

(2)

Ġew osservati differenzi fil-proporzjonijiet ta' ingranaġġ irrappurtati msemmija fl-Artikolu 429(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 minħabba interpretazzjoni diverġenti minn istituzzjonijiet tal-innettjar tal-kollateral fil-finanzjament tat-titoli u t-tranżazzjonijiet ta' riakkwist. Dawn id-differenzi fl-interpretazzjoni u fir-rappurtar saru evidenti wara r-rapport analitiku ppubblikat fl-4 ta' Marzu 2014 mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).

(3)

Minħabba li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 irriflettew dawk tal-istandards ta' Basel, is-soluzzjonijiet għan-nuqqasijiet tar-regoli ta' Basel huma tajbin ukoll sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet korrispondenti tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

(4)

Fl-14 ta' Jannar 2014 il-Kumitat ta' Basel adotta test tar-regoli rivedut dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, b'mod partikolari, b'kejl addizzjonali u arranġamenti ta' nnettjar għal tranżazzjonijiet ta' riakkwist u tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli. L-allinjament tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-kalkolu tal-proporzjoni ta' ingranaġġ mar-regoli miftehma internazzjonalment għandu jindirizza l-interpretazzjonijiet diverġenti minn istituzzjonijiet għall-innettjar tal-kollateral ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u ta' riakkwist u għandu jtejjeb ukoll il-komparabbiltà internazzjonali kif ukoll joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-istituzzjonijiet li huma stabbiliti fl-Unjoni u li joperaw internazzjonalment.

(5)

L-ikklerjar permezz ta' kontropartijiet ċentrali skont il-mudell prinċipali użat komunement fl-Unjoni joħloq għadd doppju ta' ingranaġġ fil-miżura tal-iskopertura ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar.

(6)

L-ikklerjar ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, speċjalment tranżazzjonijiet ta' riakkwist, permezz ta' kontropartijiet ċentrali kwalifikanti (QCCPs) jista' jġib miegħu vantaġġi bħall-innettjar multilaterali u proċessi robusti ta' mmaniġġar tal-kollateral li jsaħħaħ l-istabilità finanzjarja. Il-flus riċevibbli u pagabbli għal tranżazzjonijiet ta' riakkwist u ta' retroriakkwist permezz tal-istess QCCP għandhom għalhekk jitħallew jiġu nnettjati.

(7)

It-tranżazzjonijiet ta' riakkwist li jistgħu jiġu terminati fi kwalunkwe jum soġġetti għal perjodu miftiehem ta' notifika ta' teħid lura għandhom jitqiesu ekwivalenti għal maturità espliċita li tkun daqs il-perjodu ta' notifika ta' teħid lura, u l-“istess data tas-saldu finali espliċita” għandha titqies issodisfata sabiex dawn it-tranżazzjonijiet ikunu eliġibbli għall-innettjar ta' flus riċevibbli u pagabbli ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist u tranżazzjonijiet ta' retroriakkwist mal-istess kontroparti.

(8)

Il-proporzjon ta' ingranaġġ rivedut għandu jwassal għal miżura aktar eżatta ta' ingranaġġ u għandu jservi bħala restrizzjoni proporzjonata fuq l-akkumulazzjoni ta' ingranaġġ f'istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni.

(9)

Rappurtar taż-żmien partikolari tal-proporzjon ta' ingranaġġ fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar trimestrali minflok ir-rapportar fuq il-bażi ta' medja ta' tliet xhur jallinja aħjar il-proporzjon ta' ingranaġġ mar-rappurtar tas-solvenza.

(10)

L-użu ta' ammonti nozzjonali grossi għall-protezzjoni bil-miktub ta' kreditu maħruġ minn istituzzjoni jirrifletti b'mod aktar xieraq l-ingranaġġ meta mqabbel mal-użu tal-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq għal dawk l-istrumenti.

(11)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni għall-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ għandu jiġi allinjat mal-kamp ta' applikazzjoni regolatorju ta' konsolidazzjoni użat sabiex jiġu determinati l-proporzjonijiet ta' kapital ponderati għar-riskju.

(12)

Il-bidliet introdotti b'dan ir-Regolament għandhom iwasslu għal komparabilità aħjar tal-proporzjon ta' imgranaġġ divulgat minn istituzzjonijiet u għandhom jgħinu sabiex jiġi evitat li l-parteċipanti fis-suq jitqarrqu dwar l-ingranaġġ reali tal-istituzzjonijiet. Għaldaqstant jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

(13)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu għaldaqstant jiġi emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat hekk:

(1)

L-Artikolu 429 jinbidel hekk:

“Artikolu 429

Kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ

1.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-proporzjon ta' ingranaġġ tagħhom skont il-metodoloġija stabbilita fil-paragrafi 2 sa 13.

2.   Il-proporzjon ta' ingranaġġ jiġi kkalkulat bħala l-miżura tal-kapital ta' istituzzjoni diviża bil-miżura tal-iskopertura totali ta' din l-istituzzjoni u jiġi espress bħala perċentwal.

L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-proporzjon ta' ingranaġġ fid-data ta' referenza tar-rapportar.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-kapital tkun il-kapital tal-Grad 1.

4.   Il-miżura tal-iskopertura totali tkun is-somma tal-valuri tal-iskopertura ta':

(a)

assi msemmija fil-paragrafu 5 sakemm ma jitnaqqsux meta tiġi ddeterminata l-miżura tal-kapital imsemmi fil-paragrafu 3;

(b)

id-derivattivi msemmijin fil-paragrafu 9:

(c)

żidiet għal riskju ta' kreditu tal-kontroparti ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, tranżazzjonijiet ta' saldu twil u tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini, inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Artikolu 429b;

(d)

l-oġġetti barra l-karta tal-bilanċ imsemmijin fil-paragrafu 10:

5.   L-istituzzjonijiet jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-assi, esklużi l-kuntratti elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu, skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)

il-valuri tal-iskopertura tal-assi tfisser il-valuri tal-iskopertura skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 111(1);

(a)

kollateral fiżiku jew finanzjarju, garanziji jew mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu mixtri ma jintużawx biex inaqqsu l-valuri tal-iskopertura tal-assi;

(b)

is-self ma jiġix innettjat mad-depożiti;

(c)

tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, tranżazzjonijiet ta' saldu twil u tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini ma jiġux innettjati.

6.   L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu mill-miżura tal-iskopertura stabbilita fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu l-ammonti mnaqqsa mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 36(1)(d).

7.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni ma tinkludix l-iskoperturi li jistgħu jibbenefikaw mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 113(6) fil-miżura tal-iskopertura. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu dan il-permess biss meta l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 113(6) ikunu ssodisfati u meta jkunu taw l-approvazzjoni stipulata fl-Artikolu 113(6).

8.   B'deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-flus riċevibbli u pagabbli tat-tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tat-tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, tat-tranżazzjonijiet ta' saldu twil u tat-tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini mal-istess kontroparti fuq bażi netta biss jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a)

it-tranżazzjonijiet ikollhom l-istess data tas-saldu finali espliċita;

(b)

id-dritt li l-ammont dovut lill-kontroparti jiġi paċut bl-ammont dovut mill-kontroparti jkun legalment infurzabbli f'dawn is-sitwazzjonijiet kollha:

(i)

waqt il-perkors normali tan-negozju;

(ii)

f'każ ta' inadempjenza, insolvenza u falliment;

(c)

il-kontropartijiet ikollhom l-intenzjoni li jissaldaw nettement, jissaldaw fl-istess ħin, jew tranżazzjonijiet li jkunu soġġetti għal mekkaniżmu ta' saldu li jirriżulta f'ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-mekkaniżmu tas-saldu jirriżulta f'ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett jekk, fid-data tas-saldu, ir-riżultat nett tal-flussi ta' flus tat-tranżazzjonijiet skont dan il-mekkaniżmu jkun ugwali għal ammont nett uniku taħt saldu nett.

9.   L-istituzzjonijiet jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fl-Anness II u tad-derivattivi tal-kreditu inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ, skont l-Artikolu 429a.

10.   L-istituzzjonijiet jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' entrati barra l-karta tal-bilanċ, esklużi l-kuntratti elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu, it-tranżazzjonijiet ta' riakkwist, it-tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, it-tranżazzjonijiet ta' saldu twil u t-tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini, skont l-Artikolu 111(1). Madankollu, l-istituzzjonijiet ma jnaqqsux il-valur nominali ta' dawk l-oġġetti b'aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu.

Skont l-Artikolu 166(9), meta impenn ikun jirreferi għall-estensjoni ta' impenn ieħor, għandu jintuża l-iżgħar miż-żewġ fatturi ta' konverżjoni assoċjat mal-impenn individwali. Il-valur tal-iskopertura ta' entrati b'riskju baxx barra l-karta tal-bilanċ imsemmijin fl-Artikolu 111(1)(d) ikun soġġett għal minimu ta' 10 % tal-valur nominali tagħhom.

11.   Istituzzjoni li hija membru tal-ikklerjar ta' QCCP tista' teskludi l-iskoperturi ta' negozju ta' dawn l-oġġetti mill-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura, bil-kundizzjoni li dawn l-iskoperturi ta' negozju jiġu kklerjati ma' dak il-QCCP u jissodisfaw, fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 306(1)(c):

(a)

il-kuntratti elenkati fl-Anness II;

(b)

derivattivi tal-kreditu;

(c)

tranżazzjonijiet ta' riakkwist;

(d)

tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet;

(e)

tranżazzjonijiet ta' saldu twil;

(f)

tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini;

12.   Meta istituzzjoni li tkun membru tal-ikklerjar ta' QCCP tiggarantixxi lil QCCP il-prestazzjoni ta' klijent li jidħol direttament fi tranżazzjonijiet derivattivi mal-QCCP, hija tinkludi l-iskopertura li tirriżulta mill-garanzija bħala skopertura derivattiva lill-klijent skont l-Artikolu 429a fil-miżura tal-iskopertura.

13.   Meta l-prinċipji tal-kontabbiltà nazzjonali aċċettati b'mod ġenerali jirrikonoxxu assi fiduċjarji fuq il-karta tal-bilanċ, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 86/635/KEE, dawk l-assi jistgħu jiġu esklużi mill-miżura tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-iskopertura totali sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji ta' nonrikonoxximent stipulati fl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 39, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, u, fejn applikabbli, il-kriterji għan-nuqqas ta' konsolidazzjoni stipulati fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 10, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

14.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni teskludi skoperturi mill-miżura ta' skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikunu skoperturi għal entità tas-settur pubbliku;

(b)

ikunu trattati skont l-Artikolu 116(4);

(c)

joħorġu minn depożiti li l-istituzzjoni tkun legalment obbligata tittrasferixxi għas-settur pubbliku msemmi fil-punt (a) għall-finijiet tal-finanzjament ta' investimenti ta' interess ġenerali.”

(2)

Jiddaħħlu dawn l-Artikoli 429a u 429b:

“Artikolu 429a

Valur tal-iskopertura tad-derivattivi

1.   L-istituzzjonijiet jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fl-Anness II u tad-derivattivi ta' kreditu, inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ, skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 274. L-istituzzjonijiet japplikaw l-Artikolu 299(2)(a) għad-determinazzjoni tal-iskopertura ta' kreditu futur potenzjali għad-derivattivi tal-kreditu.

Meta tiġi determinata l-iskopertura għall-kreditu futur potenzjali tad-derivattivi tal-kreditu, l-istituzzjonijiet japplikaw il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 299(2)(a) għad-derivattivi tal-kreditu kollha tagħhom, mhux biss dawk assenjati għall-portafoll tan-negozjar.

Fid-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu kont tal-effetti tal-kuntratti għan-novazzjoni u ftehimiet oħra ta' netting skont l-Artikolu 295. In-netting bejn il-prodotti (Cross-Product Netting) ma japplikax. Madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jinnettjaw fi ħdan il-kategorija ta' prodott imsemmija fil-punt (25) (c) tal-Artikolu 272 u d-derivattivi tal-kreditu meta jkunu soġġetti għal ftehim kuntrattwali ta' netting bejn il-prodotti msemmi fl-Artikolu 295(c).

2.   Meta d-dispożizzjoni ta' kollateral relatat ma' kuntratti tad-derivattivi tnaqqas l-ammont ta' assi skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjonijiet ireġġgħu lura dan it-tnaqqis.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-marġini ta' varjazzjoni riċevuti fi flus kontanti mill-kontroparti mill-porzjon tal-kost tas-sostituzzjoni attwali tal-valur tal-iskopertura safejn, skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, il-marġini ta' varjazzjoni ma jkunx diġà ġie rikonoxxut bħala tnaqqis tal-valur tal-iskopertura u meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

għal negozjar mhux ikklerjat permezz ta' QCCP, il-flus riċevuti mill-kontroparti riċevitriċi mhumiex segregati;

(b)

il-marġini ta' varjazzjoni hija kkalkulata u skambjata kuljum abbażi ta' valwazzjoni skont is-suq ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi;

(c)

il-marġini ta' varjazzjoni riċevuta fi flus kontanti hija fl-istess munita bħall-munita tas-saldu tal-kuntratt tad-derivattivi;

(d)

il-marġini ta' varjazzjoni skambjata hija l-ammont sħiħ li jkun meħtieġ sabiex tintefa kompletament l-iskopertura tal-valwazzjoni skont is-suq tad-derivattiva soġġetta għal-limitu massimu u l-ammonti ta' trasferiment minimu applikabbli għall-kontroparti;

(e)

il-kuntratt tad-derivattivi u l-marġini ta' varjazzjoni bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti għal dak il-kuntratt huma koperti minn ftehim ta' netting uniku li l-istituzzjoni tista' tittratta bħala tnaqqis ta' riskju skont l-Artikolu 295.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, meta l-kuntratt tad-derivattivi jkun soġġett għal ftehim prinċipali ta' netting kwalifikanti, il-munita tas-saldu tfisser kull munita ta' saldu speċifikata fil-kuntratt tad-derivattivi, il-ftehim prinċipali ta' netting kwalifikanti li jirregola jew l-anness ta' appoġġ ta' kreditu għall-ftehim prinċipali ta' netting kwalifikanti.

Meta skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli istituzzjoni tirrikonoxxi l-marġini ta' varjazzjoni mħallsa fi flus kontani lill-kontroparti bħala ass riċevibbli, hija tista' teskludi lil dak l-assi mill-miżura tal-iskopertura sakemm il-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (e) jkunu ssodisfati.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, japplika dan li ġej:

(a)

it-tnaqqis tal-marġini ta' varjazzjoni riċevut ikun limitat għall-porzjon attwali pożittiv tal-kost tas-sostituzzjoni tal-valur tal-iskopertura;

(b)

istituzzjoni ma tużax il-marġini ta' varjazzjoni riċevuti fi flus kontanti sabiex tnaqqas l-ammont tal-iskopertura ta' kreditu futura potenzjali, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu 298(1)(c)(ii);

5.   Barra mit-trattament stabbilit fil-paragrafu 1, għad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub l-istituzzjonijiet jinkludu, fil-valur tal-iskopertura, l-ammonti nozzjonali effettivi rreferenzjati mid-derivattivi ta' kreditu bil-miktub imnaqqsa bi kwalunkwe bidla negattiva ta' valur ġust li ġiet inkorporata fil-kapital tal-Grad 1 fir-rigward tad-derivattivi tal-kreditu bil-miktub. Il-valur tal-iskopertura li tirriżulta tista' titnaqqas iżjed bl-ammont nozzjonali effettiv ta' derivattivi tal-kreditu mixtrija fuq l-istess isem ta' referenza sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

għal derivattivi tal-kreditu b'isem wieħed, id-derivattivi ta' kreditu mixtrija jridu jkunu fuq isem ta' referenza pari passu mal-obbligu referenzjarju sottostanti tad-derivattiva ta' kreditu bil-miktub, jew subordinarju għalih, u avveniment ta' kreditu fuq l-assi referenzjarju superjuri jirriżulta f'avveniment ta' kreditu fuq l-assi subordinat;

(b)

meta l-istituzzjoni tixtri protezzjoni fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza, il-protezzjoni mixtrija tista' tpaċi l-protezzjoni mibjugħa fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza biss jekk l-entitajiet referenzjarji u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet jkunu identiċi;

(c)

il-maturità li jifdal tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija hija ugwali jew akbar mill-maturità li jifdal tad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub;

(d)

fid-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura addizzjonali għad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija jitnaqqas bi kwalunkwe bidla fil-valur ġust pożittiv li ġie inkorporat fil-kapital tal-Grad 1 fir-rigward tad-derivattivi tal-kreditu mixtrija;

(e)

għal prodotti f'segmenti, id-derivattivi ta' kreditu mixtrija bħala protezzjoni huma dwar obbligu referenzjarju li jikklassifika daqs l-obbligu referenzjarju sottostanti tad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub.

Meta l-ammont nozzjonali ta' derivattivi ta' kreditu bil-miktub ma jitnaqqasx b'ammont nozzjonali ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-iskopertura futura potenzjali individwali ta' dik id-derivattiva ta' kreditu bil-miktub mill-iskopertura futura potenzjali totali ddeterminata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, flimkien mal-Artikolu 274(2) jew l-Artikolu 299(2)(a) kif applikabbli. F'każ li l-iskopertura ta' kreditu futura potenzjali tiġi ddeterminata flimkien mal-Artikolu 298(1)(c)(ii), il-PCEgross jista' jitnaqqas mill-iskopertura futura potenzjali individwali ta' derivattivi ta' kreditu bil-miktub bl-ebda aġġustament tal-NGR.

6.   L-istituzzjonijiet ma jnaqqsux l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub meta dawn jixtru protezzjoni ta' kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u jirreġistraw il-pagamenti netti riċevuti bħala introjtu nett, iżda ma jirreġistraw l-ebda deterjorazzjoni ta' tpaċija fil-valur tad-derivattiva ta' kreditu bil-miktub riflessa f'kapital tal-Grad 1.

7.   F'każ ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq grupp ta' entitajiet referenzjarji, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu tnaqqis skont il-paragrafu 5 fuq derivattivi ta' kreditu bil-miktub fuq ismijiet ta' referenza individwali biss jekk il-protezzjoni mixtrija tkun ekwivalenti ekonomikament għax-xiri tal-protezzjoni separatament fuq kull isem individwali fil-grupp. Jekk istituzzjoni tixtri derivattiva ta' kreditu fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza, hija tista' tirrikonoxxi biss tnaqqis fuq grupp ta' derivattivi ta' kreditu bil-miktub meta l-grupp ta' entitajiet referenzjarji u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet jkunu identiċi.

8.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 275 sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness II biss jekk dawn jużaw ukoll dak il-metodu sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92.

Meta l-istituzzjonijiet japplikaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 275, huma ma jnaqqsux il-miżura tal-iskopertura mill-ammont tal-marġini ta' varjazzjoni riċevut fi flus kontanti.

Artikolu 429b

Żieda ta' riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal tanżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' komoditajiet, tranżazzjonijiet ta' saldu twil u tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini

1.   Barra mill-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' komoditajiet, tranżazzjonijiet ta' saldu twil u tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ skont l-Artikolu 429(5), l-istituzzjonijiet jinkludu żieda fil-miżura tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti ddeterminata skont il-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li ma jkunux soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 206, iż-żieda (Ei*) tkun iddeterminata fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni skont din il-formula:

Formula

meta:

 

Ei tkun il-valur ġust tat-titoli jew il-flus mislufa lill-kontroparti skont it-tranżazzjoni i;

 

Ci tkun il-valur ġust tal-flus jew it-titoli riċevuti mill-kontroparti skont it-tranżazzjoni i;

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li jkunu soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 206, iż-żieda għal dawk it-tranżazzjonijiet (Ei*) tkun iddeterminata fuq bażi ta' ftehim bi ftehim skont din il-formula:

Formula

meta:

 

Ei tkun il-valur ġust tat-titoli trasferibbli jew il-flus mislufa lill-kontroparti għat-tranżazzjonijiet soġġetti għall-ftehim prinċipali ta' netting i;

 

Ci tkun il-valur ġust tal-flus jew it-titoli trasferibbli riċevuti mill-kontroparti soġġetti għall-ftehim prinċipali ta' netting i;

4.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 222, soġġett għal minimu ta' 20 % bil-piż tar-riskju applikabbli, biex jiddeterminaw ż-żieda fuq it-tranżazzjonijiet ta' riakkwist, it-tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' komoditajiet, it-tranżazzjonijiet ta' saldu twil u t-tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dan il-metodu biss meta huma wkoll jużawh sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawn it-tranżazzjonijiet bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92.

5.   Meta tinkiseb il-kontabilità tal-bejgħ għal tranżazzjoni ta' riakkwist skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli tagħha, l-istituzzjoni treġġa' lura l-entrati ta' kontabbiltà kollha relatati mal-bejgħ.

6.   Meta l-istituzzjoni taġixxi bħala aġent bejn żewġ partijiet fi tranżazzjonijiet ta' riakkwist, jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' komoditajiet, tranżazzjonijiet ta' saldu twil u tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ, japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

meta l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija lil klijent jew kontroparti limitat għal kull differenza bejn il-valur tas-sigurtà jew il-flus li l-klijent ikun silef u l-valur tal-kollateral li l-mutwatarju jkun ipprovda, hija tinkludi biss iż-żieda stabbilita skont il-paragrafu 2 jew 3 fil-miżura tal-iskopertura, kif applikabbli;

(b)

meta l-istituzzjoni ma tipprovdix indennizz jew garanzija lil xi waħda mill-partijiet involuti, it-tranżazzjoni ma tiġix inkluża fil-miżura tal-iskopertura;

(c)

meta l-istituzzjoni tkun ekonomikament esposta għal titolu sottostanti jew flus kontanti fit-tranżazzjoni lil hinn mill-iskopertura koperta miż-żieda, hija tinkludi wkoll skopertura ugwali għall-ammont sħiħ ta' sigurtà jew flus kontanti fil-miżura tal-iskopertura.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.


17.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/44


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/63

tal-21 ta' Ottubru 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 103(7) u (8) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/59/UE titlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni effikaċi mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni. Dawk l-arranġamenti finanzjarji ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom riżorsi finanzjarji adegwati li jippermettu l-funzjonament effikaċi tal-qafas ta' riżoluzzjoni u għalhekk għandhom is-setgħa jiġbru kontribuzzjonijiet ex ante mingħand l-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorju tagħhom inklużi fergħat fl-Unjoni (istituzzjonjiet).

(2)

L-Istati Membri huma obbligati jiġbru kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni mhux biss mingħand l-istituzzjonijiet, iżda skont l-Artikolu 103(1) ta' dik id-Direttiva mingħand il-fergħat fl-Unjoni wkoll. Il-fergħat fl-Unjoni huma koperti wkoll mis-setgħat lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 103(7) u (8) ta' dik id-Direttiva. Madankollu, b'kunsiderazzjoni tal-fatt, bis-saħħa tal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li r-rekwiżiti prudenzjali u ta' superviżjoni tal-fergħat fl-Unjoni jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, bosta metriċi tal-aġġustament tar-riskju stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat mhumiex adattati biex japplikaw direttament għall-fergħat fl-Unjoni. Għalhekk, filwaqt li l-fergħat tal-Unjoni ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistgħu jkunu soġġetti għal reġim speċifiku żviluppat mill-Kummissjoni f'Att Delegat fil-futur.

(3)

Skont l-Artikoli 6, 15, 16, 95 u 96 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ċerti ditti ta' investiment li huma awtorizzati jwettqu biss servizzi u attivitajiet limitati mhumiex suġġetti jew jistgħu jiġu eżentati minn ċerti rekwiżiti ta' kapital u ta' likwidità. Konsegwentement, ħafna mill-metriċi tal-aġġustament tar-riskju li għandhom jiġu stipulati ma japplikawx għalihom. Filwaqt li l-Istati Membri huma suġġetti għall-obbligu li jiġbru kontribuzzjonijiet ex ante minn dawn id-ditti ta' investiment skont l-Artikolu 103(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, huwa xieraq li lill-Istati Membri titħallielhom is-setgħa jistabbilixxu l-aġġustament tar-riskju sabiex ma jkunx hemm piż sproporzjonat fuq dawn id-ditti. Dawn id-ditti tal-investiment għalhekk ma għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(4)

Skont l-Artikolu 102(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, tul il-perjodu li jibda mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2024, il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-arranġamenti ta' finanzjament tagħhom jilħqu mill-inqas 1 % tal-ammont tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tagħhom. Matul dak il-perjodu ta' żmien, il-kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta' finanzjament għandhom jinfirxu tul iż-żmien bl-aktar mod mifrux possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira, billi titqies il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri.

(5)

L-Artikolu 103(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jeħtieġ li l-kontribuzzjonijiet jinġabru mill-anqas darba fis-sena sabiex jintlaħaq il-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 102 ta' dik id-Direttiva. Skont l-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-kontribuzzjoni annwali tirrifletti d-daqs tal-istituzzjoni, peress li l-kontribuzzjoni tkun ibbażata fuq ammont fiss determinat fuq il-bażi tal-obbligazzjonijiet ta' dik l-istituzzjoni (kontribuzzjoni annwali bażika); it-tieni, tirrifletti l-livell ta' risku tal-attivitajiet rilevanti ta' istituzzjoni peress li l-kontribuzzjoni annwali bażika għandha tiġi aġġustata proporzjonalment mal-profil tar-riskju ta' dik l-istituzzjoni (l-aġġustament tar-riskju addizzjonali). Id-daqs ta' istituzzjoni jirrappreżenta l-ewwel indikatur tar-riskju li toħloq istituzzjoni. Akbar ma tkun l-istituzzjoni, aktar ikun probabbli li, fil-każ ta' diffikultà, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis li huwa fl-interess pubbliku li tirriżolvi dik l-istituzzjoni u li tuża l-arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni biex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi tal-għodod tar-riżoluzzjoni.

(6)

Biex jiġi ċċarat kif l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jaġġustaw il-kontribuzzjonijiet fi proporzjon mal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-pilastri u l-indikaturi tar-riskju li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, il-mekkaniżmu għall-applikazzjoni tal-aġġustament tar-riskju lill-kontribuzzjoni annwali bażika, u l-kontribuzzjoni annwali bażika, bħala l-punt inzjali għall-aġġustament tar-riskju. Dawk l-elementi li jkunu jissupplementaw il-kriterji tar-riskju previsti fl-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jippreservaw kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri u suq intern b'saħħtu billi jiġu evitati diskrepanzi bejn l-approċċi tal-Istati Membri fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni rispettivi tagħhom. Dan jippermetti li l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-istituzzjonijiet għal arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni jkunu komparabbli u prevedibbli għat-tipi kollha ta' banek, ħaġa li hija essenzjali biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern.

(7)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprovdi li l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (il-Bord) stabbilit mill-Artikolu 42(1) ta' dak ir-Regolament, għall-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament u tad-Direttiva 2014/59/UE, jitqies bħala l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti meta l-Bord iwettaq kompiti u jeżerċita poteri li, skont dik id-Direttiva jitwettqu jew jiġu eżerċitati mill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni. Meta jitqies li l-Artikolu 70(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jagħti s-setgħa lill-Bord biex jikkalkula l-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni li se jissostitwixxi l-arranġamenti ta' finanzjament tal-Istati Membri parteċipanti fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni sa mill-1 ta' Jannar 2016 billi japplika dan ir-Regolament abbażi tal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-kunċett ta' awtorità ta' riżoluzzjoni taħt dan ir-Regolament jinkludi wkoll il-Bord.

(8)

Il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet fil-livell individwali jwassal, fil-każ ta' gruppi, għall-għadd doppju ta' ċerti obbligazzjonijiet meta tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni annwali bażika tal-entitajiet differenti tal-grupp, peress li l-obbligazzjonijiet marbuta mal-ftehimiet li entitajiet tal-istess grupp jikkonkludu ma' xulxin ikunu, parti mill-obbligazzjonijiet totali li jitqiesu biex tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni annwali bażika ta' kull entità tal-grupp. Għaldaqstant, id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni annwali bażika għandha tiġi speċifikata aktar f'każ ta' gruppi biex tirrifletti l-karattru interkonness tal-entitajiet tal-grupp u jiġi evitat l-għadd doppju tal-iskoperturi intragrupp. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn entitajiet li huma parti minn grupp u istituzzjonijiet li huma membri tal-istess SP jew li huma affiljati b'mod permanenti mal-istess korp ċentrali, għandu jiġi applikat l-istess trattament għal dawn tal-aħħar.

(9)

Għall-iskop tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni annwali bażika ta' entità ta' grupp, l-obbligazzjonijiet totali li jitqiesu ma jinkludux l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kwalunkwe kuntratt li dik l-entità tal-grupp tikkonkludi ma' kwalunkwe entità oħra li hija parti mill-istess grupp. Madankollu, din l-esklużjoni tkun possibbli biss meta kull entità ta' grupp tkun stabbilita fl-Unjoni, tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa, tkun soġġetta għal proċeduri ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju ċentralizzati u adattati, u jekk ma jkunx hemm impediment prattiċi jew legali materjali attwali jew previsti għar-ripagament tal-obbligazzjonijiet rilevanti meta dovuti. Dan għandu jevita li l-obbligazzjonijiet jiġu esklużi mill-bażi tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet jekk ma jkunx hemm garanziji li l-iskoperturi tas-self intragrupp ikunu koperti meta s-saħħa finanzjarja tal-grupp tmur għall-agħar. Barra minn hekk, biex jiġi evitat li l-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet intragrupp tagħti vantaġġ lill-entitajiet tal-grupp li jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni, tali esklużjoni ma għandheix tippermetti lill-istituzzjonijiet konċernati li jibbenefikaw mis-sistema ta' kontribuzzjoni simplifikata mogħtija lill-istituzzjonijiet żgħar, meta, wara l-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet intragrupp, istituzzjoni tkun tikkwalifika għas-sistema simplifikata. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn entitajiet li huma parti minn grupp u istituzzjonijiet li huma membri tal-istess SP jew li huma affiljati b'mod permanenti mal-istess korp ċentrali, għandu jiġi applikat l-istess trattament għal dawn tal-aħħar.

(10)

B'deroga mir-regola li l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandu jsir fil-livell individwali, f'każ ta' korp ċentrali b'istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati miegħu li huma eżentati għal kollox jew parzjalment mir-rekwiżiti prudenzjali fid-dritt nazzjonali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-regoli dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante japplikaw biss għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati fis-sħuħija tagħhom fuq bażi konsolidata peress li s-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet affiljati kollha jkunu mmonitorjati fis-sħuħija tagħhom fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta' dawn l-istituzzjonijiet.

(11)

Id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni annwali bażika tiġi wkoll speċifikata aktar fil-każ ta' infrastrutturi tas-swieq finanzjarji (FMIs). Xi FMIs bħal kontrapartijiet ċentrali (CCPs) jew depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) huma awtorizzati wkoll bħala istituzzjonijiet ta' kreditu. B'mod partikolari xi CSDs jipprovdu servizzi ta' tip bankarju li huma anċillari għall-attività tagħhom bħala infrastrutturi tas-suq. Kuntrarjament għal istituzzjonijiet ta' kreditu, is-CSDs ma jżommux depożiti koperti iżda l-iktar bilanċi għal dakinhar jew mil-lum għal għada li jirriżultaw mis-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' titoli li huma jipprovdu għal istituzzjonijiet finanzjarji jew banek ċentrali. Ġeneralment dawn ma jirriżultawx f'bilanċi ta' flus li jistgħu jiġu assimilati fil-ġbir ta' fondi sabiex jitwettqu attivitajiet bankarji. Peress li s-servizzi ta' tip bankarju mwettqa mill-FMIs huma anċillari għall-attivitajiet prinċipali tagħhom ta' klerjar jew ta' saldu li għalihom dawn l-entitajiet huma soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali stretti skont ir-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 (5) u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, u peress li l-mudell kummerċjali tal-FMIs ma jinvolvix riskji komparabbli għal dawk ta' istituzzjoni ta' kreditu, huma biss l-obbligazzjonijiet relatati mal-attivitajiet ta' tip bankarju ta' dawk l-entitajiet li għandhom jitqiesu meta jiġi ddeterminat l-ammont ta' obbligazzjonijiet totali tagħhom għall-fini tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni annwali bażika tagħhom.

(12)

Il-kontabilità tad-derivattivi fl-Unjoni mhijiex armonizzata fir-rigward tal-kontijiet individwali u għalhekk dan jista' jkollu implikazzjoni fuq l-ammont ta' obbligazzjonijiet li jitqiesu għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ta' kull bank. Il-metodoloġija tal-proporzjon tal-ingranaġġ imsemmija fl-Artikoli 429(6) u 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tapplika għall-banek kollha, u tiżgura li l-istess kuntratt ta' derivattivi, u b'mod partikolari l-innettjar bejn kuntratti tad-derivattivi, jitqiesu bl-istess mod irrispettivament mil-qafas kontabilistiku li huwa suġġett għalih il-bank. Għalhekk, biex jiġi żgurat trattament armonizzat tad-derivattivi fid-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni annwali bażika li jippermeti l-komparabilità tal-valwazzjoni tagħhom bejn l-istituzzjonijiet u għal kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni, id-derivattivi jiġu valwati skont l-Artikoli 429(6) u 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Madankollu, biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà tal-valwazzjoni tad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu jiġi previst li din il-valwazzjoni ma tistax twassal għal valur li jkun inqas minn 75 % tal-valur tad-derivattivi konċernati skont il-qafas kontabilistiku relevanti.

(13)

Xi istituzzjonijiet ta' kreditu huma banek promozzjonali li l-għan tagħhom huwa li jmexxi 'l quddiem l-objettivi tal-politika pubblika ta' gvern ċentrali jew reġjonali jew awtorità lokali ta' Stat Membru, prinċipalment billi jagħtu self promozzjonali fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt. Parzjalment is-selfiet li jagħtu dawn l-istituzzjonijiet ikunu, direttament jew indirettament, iggarantiti minn gvern ċentrali jew reġjonali jew l-awtorità lokali. Selfiet promozzjonali jingħataw fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika tal-Unjoni jew ta' gvern ċentrali jew reġjonali ta' Stat Membru. Is-selfiet promozzjonali xi drabi jingħataw permezz ta' istituzzjoni oħra bħala intermedjarja (self ittrasferit). F'każijiet bħal dawn, l-istituzzjoni ta' kreditu intermedjarja tirċievi selfiet promozzjonali minn banek tal-iżvilupp multilaterali jew entità mis-settur pubbliku u tagħtihom lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn li jipprovduhom lill-klijenti finali. Peress li l-istituzzjoni ta' kreditu intermedjarja titrasferixxi l-likwidità ta' dawk is-selfiet mill-bank promozzjonali lil istituzzjoni mutwanti jew istituzzjoni intermedjarja oħra, dawn l-obbligazzjonijiet ma għandhomx jiġu inklużi fit-total tal-obbligazzjonijiet li jridu jitqiesu għall-fini tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni annwali bażika.

(14)

L-Artikolu 103(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jitlob lill-istituzzjonijiet kollha biex jikkontribwixxu għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni. Madankollu, jeħtieġ jinstab bilanċ proporzjonat u ġust bejn l-obbligu ta' kwalunkwe istituzzjoni li tikkontribwixxi għal arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni, u d-daqs, il-profil tar-riskju, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-interkonnettività tagħha ma' istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, l-impatt tal-falliment tagħha fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament jew fuq l-ekonomija usa', u għalhekk il-probabbiltà li l-istituzzjoni tidħol f'riżoluzzjoni u tagħmel użu mill-arranġament ta' finanzjament. Dawn l-elementi jitqiesu mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE, meta jiddeċiedu jekk ċerti istituzzjonijiet għandhomx jibbenefikaw minn obbligi simplifikati fir-rigward tar-rekwiżiti li jħejju pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni. Barra minn hekk, jitqies il-piż amministrattiv li jirriżulta għal ċerti istituzzjonijiet u awtoritajiet tar-riżoluzzjoni mill-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali meta jiġi vvalutat il-bilanċ ġust bejn il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE u l-ispeċifiċitajiet tad-diversi istituzzjonijiet soġġetti għal dik id-Direttiva.

(15)

Istituzzjonijiet żgħar ġeneralment ma jkollhomx profil ta' riskju għoli, ta' spiss ikunu ta' riskju sistemiku iżgħar meta mqabbla ma' istituzzjonijiet kbar, u, f'ħafna każijiet, l-impatt tal-falliment tagħhom fuq l-ekonomija ġenerali jkun aktar baxx minn dak ta' istituzzjonijiet kbar. Fl-istess ħin, l-impatt potenzjali tal-falliment ta' istituzzjonijiet żgħar fuq l-istabbiltà finanzjarja ma jistax jiġi eskluż peress li anki l-istituzzjonijiet iż-żgħar jistgħu joħolqu riskju sistemiku minħabba r-rwol tagħhom fis-sistema bankarja usa', l-effetti kumulattivi tan-netwerks tagħhom, jew l-effett ta' kontaġju li jistgħu jinħolqu minħabba li tintilef il-fiduċja fis-sistema bankarja.

(16)

Waqt li jitqies li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-istituzzjonijiet iż-żgħar ma humiex riskjużi għas-sistema u huma inqas probabbli li jitpoġġew taħt riżoluzzjoni, u li għalhekk tonqos il-probabbiltà li jibbenefikaw minn arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni, meta mqabbla ma' istituzzjonijiet kbar, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu ssimplifikati. Il-kontribuzzjonijiet annwali ta' istituzzjonijiet żgħar għandhom jikkonsistu f'somma waħda bbażata biss fuq il-kontribuzzjoni annwali bażika tagħhom, proporzjonalment mad-daqs tagħhom. Din il-metodoloġija għandha tippermetti sistema proporzjonata ta' kontribuzzjonijiet annwali peress li, meta tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni annwali ta' kull istituzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha tikkonforma ma' livell fil-mira annwali tal-arranġament ta' finanzjament. Għalhekk, somma f'daqqa tirrifletti l-fatt li, f'ħafna każijiet, l-istituzzjonijiet żgħar huma inqas riskjużi u tippermetti aġġustament usa' tal-kontribuzzjoni tal-istituzzjonijiet il-kbar, li ġeneralment huma aktar sistemiċi, fi proporzjon mal-profil tar-riskju tagħhom.

(17)

Biex jiġi ddeterminat liema istituzzjonijiet jitqiesu żgħar, jintuża limitu massimu doppju fejn l-ewwel limitu massimu bbażat fuq obbligazzjonijiet totali (esklużi l-fondi proprji) li minnhom jitnaqqsu d-depożiti koperti jkun ugwali jew anqas minn EUR 300 miljun, u t-tieni limitu massimu abbażi tal-assi totali ma jaqbiżx EUR 1 biljun. Dan tal-aħħar jevita li istituzzjonijiet akbar li jissodisfaw l-ewwel limitu massimu għall-ammont ta' obbligazzjonijiet jibbenefikaw mis-sistema simplifikata.

(18)

Issir distinzjoni fil-kategorija tal-istituzzjonijiet żgħar peress li xi wħud huma żgħar ħafna, filwaqt li oħrajn huma qrib il-limiti massimi li jippermettulhom jibbenefikaw mis-sistema simplifikata. Taħt l-istess sistema ta' somma f'daqqa, il-kontribuzzjonijiet annwali ta' istituzzjonijiet żgħar ħafna jkunu sproporzjonatament ogħla minn ta' dawk tal-istituzzjonijiet żgħar li huma qrib il-limiti massimi. Fl-istess ħin, għandu jiġi evitat li s-sistema simplifikata twassal għal differenza sproporzjonata f'termini ta' kontribuzzjonijiet annwali bejn l-akbar fost l-istituzzjonijiet iż-żgħar u l-istituzzjonijiet li ma jikkwalifikax għas-sistema simplifikata għax ikunu qabżu bi ftit il-limiti massimi. Biex jiġu evitati dawn l-effetti mhux mixtieqa huwa għalhekk xieraq li tiġi prevista sistema ta' diversi kategoriji ta' istituzzjonijiet żgħar li l-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom, jikkonsistu f'ammonti f'somma waħda differenti. Dan jippermetti żieda progressiva fil-kontribuzzjonijiet fis-sistema simplifikata, u bejn l-ogħla u l-anqas kontribuzzjoni f'somma f'daqqa skont il-metodu fejn il-kontribuzzjoni annwali bażika tkun aġġustata skont il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni.

(19)

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li istituzzjoni żgħira għandha profil ta' riskju għoli, l-awtorità ta' riżoluzzjoni jkollha l-kapaċità tiddeċiedi li l-istituzzjoni konċernata ma tibbenefikax aktar mis-sistema simplifikata, iżda l-kontribuzzjoni tagħha minflok tiġi kkalkolata skont il-metodu fejn il-kontribuzzjoni annwali bażika tiġi aġġustata skont il-fatturi tar-riskju aktar milli skont id-daqs tal-istituzzjoni.

(20)

L-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2014/59/UE mhux se jiġu rikapitalizzati bl-użu ta' arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni skont l-Artikoli 44 u 101 tad-Direttiva 2014/59/UE għaliex dawn jiġu stralċjati permezz ta' proċeduri nazzjonali ta' insolvenza, jew tipi oħra ta' proċeduri implimentati skont l-Artikoli 38, 40 jew 42 tad-Direttiva 2014/59/UE u jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom. Dawn il-proċeduri jiżguraw li l-kredituri ta' dawk l-istituzzjonijiet, inklużi d-detenturi ta' bonds koperti fejn rilevanti, iġarrbu t-telf b'mod li jissodisfa l-objettivi tar-riżoluzzjoni. Għalhekk, il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni għandhom jirriflettu dawn l-ispeċifiċitajiet. L-arranġamenti tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jistgħu, madankollu, jintużaw għal skopijiet oħra msemmija fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2014/59/UE. F'każ li kwalunkwe tali istituzzjoni tuża l-arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni għal kwalunkwe skop minn dawn, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun tista' tqabbel il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet l-oħra kollha koperti mill-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2014/59/UE ma' dak tal-istituzzjoni li tkun użat l-arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni u tapplika l-metodoloġija stabbilita f'dan l-Att Delegat lil dawk l-istituzzjonijiet li jippreżentaw profil ta' riskju simili jew ogħla minn dak tal-istituzzjonijiet li użaw l-arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni. Huwa wkoll xieraq li tiġi stabbilita lista ta' elementi li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis meta tqabbel il-profili ta' riskju.

(21)

Sabiex tippermetti li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri jkollhom interpretazzjoni armonizzata tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE sabiex id-determinazzjoni tal-indikaturi tar-riskju tal-istituzzjonijiet għall-fini tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet individwali lill-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni titwettaq bl-istess mod madwar l-Unjoni, għadd ta' pilastri tar-riskji, u indikaturi ta' riskju korrispondenti għal kull wieħed minn dawn il-pilastri tar-riskju, jiġu previsti, biex jitqiesu mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni meta jivvalutaw il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet. Biex tiġi żgurata konsistenza mal-prattiki superviżorji, l-indikaturi tar-riskji għandhom jikkonsistu minn parametri referenzjarji regolatorji attwali diġà disponibbli jew fil-proċess li jiġu stabbiliti.

(22)

Meta l-leġiżlazzjoni rilevanti tipprevedi eżenzjoni li teżenta l-istituzzjonijiet milli jistabbilixxu xi indikaturi tar-riskji fil-livell tal-istituzzjoni, u sakemm, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' dawn l-eżenzjonijiet, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jivvalutaw l-indikaturi rilevanti f'livell konsolidat jew subkonsolidat, kif applikabbli, sabiex ikunu konsistenti mal-prassi superviżorja u jiġi żgurat li gruppi li jagħmlu użu minn dawn l-eżenzjonijiet ma jkunux penalizzati għalxejn.

(23)

Sabiex l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkun jista' jkollhom approċċ konsistenti dwar l-importanza tal-pilastri u l-indikaturi tar-riskji li għandhom iqisu biex jiġi ddeterminat il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, dan ir-Regolament għandu jiddetermina wkoll il-piż relattiv ta' kull pilastru u indikatur tar-riskji. Huwa importanti, madankollu, li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tingħatalhom biżżejjed flessibbiltà fil-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet billi jkunu jistgħu jimmodulaw l-applikazzjoni tal-pilastri u l-indikaturi tar-riskji skont l-ispeċifiċitajiet ta' kull istituzzjoni. Peress li dan ma jistax jinkiseb esklussivament billi tiġi pprovduta firxa għall-valutazzjoni tal-profil tar-riskju, iżda jirrikjedi ċertu grad ta' diskrezzjoni biex jiġi deċiż dwar l-importanza ta' ċerti indikaturi tar-riskju fuq bażi ta' każ b'każ, il-piż ta' xi indikaturi tar-riskju għandu jkun biss indikattiv, jew tiġi stabbilita firxa fir-rigward tagħhom biex l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiddeċiedu dwar ir-rilevanza ta' dawk l-indikaturi f'każ partikolari.

(24)

Meta tiġi ddeterminata l-importanza tal-indikaturi varji li jikkorrispondu għal pilastru partikolari, l-aggregazzjoni f'pilastri ssir permezz ta' medja aritmetika ponderata tal-indikaturi individwali. Fir-rigward tal-kalkolu tal-indikatur tar-riskju kompost finali li jikkorrispondi għal kull istituzzjoni, sabiex jiġu evitati effetti ta' kumpens bejn il-pilastri meta istituzzjoni li jkollha prestazzjoni moderatament tajba f'diversi pilastri u ħażina ħafna f'ieħor, ġeneralment tingħata punteġġ tan-nofs skont il-medja aritmetika tal-pilastri differenti, dan il-kalkolu jkun ibbażat fuq l-medja ġeometrika ponderata tal-pilastri individwali.

(25)

Il-firxa għall-valutazzjoni tal-grad ta' riskju li toħloq istituzzjoni tkun tali li tippermetti biżżejjed modulazzjoni tal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet skont id-diversi pilastri u indikaturi tar-riskju stabbiliti f'dan ir-Regolament, filwaqt li toffri fl-istess ħin biżżejjed ċertezza u prevedibbiltà fir-rigward tal-ammonti annwali li l-istituzzjonijiet ikunu jridu jikkontribwixxu skont id-Direttiva 2014/59/UE u dan ir-Regolament.

(26)

Sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet jiġu effettivament imħallsa, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-pagament. B'mod partikolari, għal kontribuzzjonijiet li ma jitħallsux fi flus iżda f'impenji ta' pagamenti irrevokabbli f'konformità mal-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat is-sehem tal-impenji irrevokabbli ta' pagament li kull istituzzjoni tista' tuża u t-tip ta' kollateral li huwa aċċettat biex jiggarantixxi dawn l-impenji irrevokabbli ta' pagament, sabiex l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun tista' tiżgura l-pagament reali meta teżegwixxi l-impenn irrevokabbli ta' pagament meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiltaqa' ma' diffikultajiet biex teżegwixxi l-impenn irrevokabbli ta' pagament. Sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet annwali jiġu effettivament imħallsa, jeħtieġ li tiġi prevista setgħa speċifika għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra fuq istituzzjonijiet li jiksru r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament għall-kalkolu u l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet bħan-nuqqas ta' konformità mal-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha wkoll is-setgħa li timponi penali kuljum fuq istituzzjoni meta l-istituzzjoni konċernata tħallas biss parzjalment il-kontribuzzjoni annwali li tkun dovuta, jew meta ma tħallashiex, jew fejn dik l-istituzzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fin-notifika magħmula mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu previsti obbligi speċifiċi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

(27)

Sabiex jiġi żgurat li l-aġġustament tar-riskju jkompli jirrifletti żviluppi fis-settur bankarju u għaldaqstant jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/59/UE fuq bażi kontinwa, abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni se tirrieżamina l-aġġustament tar-riskju għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali u, b'mod partikolari, l-adegwatezza tal-multiplikatur tal-aġġustament tar-riskju stabbilit f'dan ir-Regolament u l-ħtieġa għal żieda possibbli tal-limitu massimu tal-multiplikatur tal-aġġustament tar-riskju qabel l-1 ta' Ġunju 2016.

(28)

Billi skont l-Artikolu 130(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-obbligu tal-Istati Membri li jiġbru kontribuzzjonijiet annwali mingħand l-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorju tagħhom japplika mill-1 ta' Jannar 2015, dan ir-Regolament għandu wkoll japplika mill-1 ta' Jannar 2015,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jispeċifikaw:

(a)

il-metodoloġija għall-kalkolu u għall-aġġustament tal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, tal-kontribuzzjonijiet li jridu jitħallsu mill-istituzzjonijiet għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-obbligi tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-informazzjoni li jipprovdu għall-finijiet tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet u fir-rigward tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet lill-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni;

(c)

miżuri biex tiġi żgurata l-verifika mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li l-kontribuzzjonijiet tħallsu korrettament.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 103(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u definiti fl-Artikolu 2(1)(23). Dan japplika wkoll għal korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati tiegħu fuq bażi konsolidata, meta l-istituzzjonijiet affiljati jkunu eżentati għal kollox jew parzjalment mir-rekwiżiti prudenzjali fil-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Kull referenza għal grupp għandha tinkludi korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha affiljati b'mod permanenti mal-korp ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u s-sussidjarji tagħhom.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u d-Direttiva 2014/59/UE. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijet li ġejjin jgħoddu wkoll:

(1)

“istituzzjonijiet” tfisser istituzzjonijiet ta' kreditu kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, jew ditti ta' investiment kif definit fil-punt (2) ta' dan l-Artikolu, kif ukoll korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha affiljati b'mod permanenti mal-korp ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fis-sħuħija tagħhom fuq bażi konsolidata, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(1);

(2)

“ditti tal-investiment” tfisser ditti tal-investiment kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, ħlief id-ditti tal-investiment li jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni tal-Artikolu 96(1)(a) jew (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ditti tal-investiment li jwettqu l-attività numru tmienja (8) tal-Anness I, it-Taqsima A tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) iżda li ma jwettqux l-attivitajiet numru tlieta (3) jew sitta (6) tal-Anness I Taqsima A ta' dik id-Direttiva;

(3)

“livell annwali fil-mira” tfisser l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet annwali determinat għal kull perjodu kontributorju mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biex jintlaħaq il-livell fil-mira msemmi fl-Artikolu 102(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(4)

“ftehim ta' finanzjament” tfisser arranġament għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 100(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(5)

“kontribuzzjoni annwali” tfisser l-ammont imsemmi fl-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE miġbur mill-awtorità tar-riżoluzzjoni għall-arranġament nazzjonali ta' finanzjament matul il-perjodu ta' kontribuzzjoni minn kull istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament;

(6)

“perjodu kontributorju” tfisser sena kalendarja;

(7)

“awtorità ta' riżoluzzjoni” tfisser l-awtorità msemmija fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, jew kull awtorità rilevanti oħra maħtura mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 100(2) u (6) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(8)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 4(1)(40) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(9)

“skemi ta' garanzija tad-depożiti” (SGD) tfisser skemi msemmija fil-punt (a), (b), jew (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2014/49/UE;

(10)

“depożiti koperti” tfisser depożiti msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/49/UE, esklużi bilanċi temporanji għoljin kif definit fl-Artikolu 6(2) ta' dik id-Direttiva;

(11)

“obbligazzjonijiet totali” tfisser obbligazzjonijiet totali kif definit fit-Taqsima 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (9), jew kif definit skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(12)

“assi totali” tfisser l-assi totali kif definit fit-Taqsima 3 tad-Direttiva 86/635/KEE, jew kif definit skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(13)

“Skopertura Totali għar-Riskju” (TRE) tfisser l-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kif definit fl-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(14)

“Proporzjon ta' Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser il-proporzjon kif imsemmi fl-Artikolu 92(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(15)

“MREL” tfisser ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif definit fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(16)

“fondi proprji” tfisser il-fondi proprji kif definit fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(17)

“obbligazzjonijiet eliġibbli” tfisser obbligazzjonijiet u strumenti kapitali kif definit fil-punt (71) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(18)

“Proporzjon tal-Ingranaġġ” tfisser il-proporzjon tal-ingranaġġ kif definit fl-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(19)

“Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità” (LCR) tfisser il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità kif definit fl-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kif speċifikat aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (11);

(20)

“Proporzjon ta' Finanzjament Stabbli Nett” (NSFR) tfisser il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif rappurtat skont l-Artikolu 415 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(21)

“kontroparti ċentrali” (CCP) tfisser persuna ġuridika kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(22)

“derivattivi” tfisser derivattivi skont l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(23)

“depożitorju ċentrali tat-titoli” (CSD) tfisser persuna ġuridika kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 (12);

(24)

“saldu” tfisser it-tlestija ta' tranżazzjoni ta' titoli kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014;

(25)

“ikklerjar” tfisser il-proċess li bih jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet kif definit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(26)

“l-infrastruttura tas-suq finanzjarju” tfisser, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, CCP kif imsemmi fil-punt 21 ta' dan l-Artikolu jew CSD kif imsemmi fil-punt 23 ta' dan l-Artikolu li huma awtorizzati bħala istituzzjonijiet skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(27)

“bank promozzjonali” tfisser kwalunkwe impriża jew entità stabbilita minn Stat Membru, gvern ċentrali jew reġjonali, li jagħti self promozzjonali fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jippromwovi l-objettivi tal-politika pubblika ta' dak il-gvern, sakemm dak il-gvern ikollu obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-impriża jew l-entità u jżomm l-vijabbiltà tagħha tul ħajjitha, jew li tal-anqas 90 % tal-fondi oriġinali tiegħu jew tas-self promozzjonali li jagħti jkun direttament jew indirettament garantit mill-gvern ċentrali jew reġjonali tal-Istat Membru;

(28)

“self promozzjonali” tfisser self minn bank promozzjonali jew permezz ta' bank intermedjarju, fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika ta' gvernijiet ċentrali jew reġjonali fi Stat Membru;

(29)

“istituzzjoni intermedjarja” tfisser istituzzjoni ta' kreditu li tintermedja self promozzjonali sakemm ma tagħtihx bħala kreditu lil konsumatur finali.

TAQSIMA 2

METODOLOĠIJA

Artikolu 4

Determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet annwali

1.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jiddeterminaw il-kontribuzzjonijiet annwali li jitħallsu minn kull istituzzjoni fi propozjon mal-profil tar-riskju tagħha abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 14 billi japplikaw il-metodoloġija stipulata f'din it-Taqsima.

2.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina l-kontribuzzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-livell annwali fil-mira tal-arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni billi tqis il-livell fil-mira li jrid jintlaħaq sal-31 ta' Diċembru 2024 skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 102 tad-Direttiva 2014/59/UE u fuq il-bażi tal-ammont medju ta' depożiti koperti fis-sena preċedenti, kalkolat kull tliet xhur, tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tagħha.

Artikolu 5

Aġġustament tar-riskju tal-kontribuzzjoni annwali bażika

1.   Il-kontribuzzjonijiet msemmija fl-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59/UE tiġi kkalkulata billi jiġu esklużi l-obbligazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-obbligazzjonijiet intragrupp li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet bejn istituzzjoni u istituzzjoni li hija parti mill-istess grupp, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

kull istituzzjoni tkun stabbilita fl-Unjoni;

(ii)

kull istituzzjoni tkun inkluża fl-istess superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 6 sa 17 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi sħiħa u tkun soġġetta għal evalwazzjoni, kejl u proċeduri ta' kontroll tar-riskju ċentralizzati u xierqa. kif ukoll

(iii)

ma jkunx hemm impediment materjali, prattiku jew ġuridiku, attwali jew previst għar-ripagament tal-obbligazzjoni meta dovut;

(b)

l-obbligazzjonijiet maħluqa minn istituzzjoni, li tkun membru ta' IPS kif imsemmi fil-punt (8) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u li tkun ġiet awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex tapplika l-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, permezz ta' ftehim konkluż ma' istituzzjoni oħra li hija membru tal-istess l-IPS;

(c)

fil-każ ta' kontroparti ċentrali stabbilita fi Stat Membru li tkun użat l-għażla fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-obbligazzjonijiet relatati ma' attivitajiet ta' kklerjar kif definit fl-Artikolu 2(3) ta' dak ir-Regolament, inkluż dawk li jirriżultaw minn kwalunkwe miżura li tieħu l-kontroparti ċentrali biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-marġini, għall-istabbiliment ta' fond tal-inadempjenza u biex iżżomm biżżejjed riżorsi finanzjarji prefinanzjati biex tkopri telf potenzjali bħala parti minn kaskata ta' inadempjenza skont dak ir-Regolament, kif ukoll biex tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha skont l-Artikolu 47 ta' dak ir-Regolament;

(d)

f'każ ta' depożitarju ċentrali tat-titoli, l-obbligi relatati mal-attivitajiet ta' depożitarju ċentrali tat-titoli, inkluż obbligazzjonijiet lil parteċipanti jew fornituri ta' servizz ta' depożitorju ċentrali tat-titoli b'maturità ta' inqas minn sebat ijiem li jirriżultaw minn attivitajiet li għalihom ikun kiseb awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi anċillari tat-tip bankarju skont it-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, iżda li jeskludu obbligazzjonijiet oħra li jirriżultaw minn tali attivitajiet ta' tip bankarju;

(e)

fil-każ ta' ditti tal-investiment, l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minħabba li jżommu assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inklużi assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jew tal-AIFs kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), dment li tali klijent ikun protett skont il-liġi applikabbli ta' insolvenza;

(f)

fil-każ ta' istituzzjonijiet li joperaw self promozzjonali, l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni intermedjarja lejn il-bank oriġinatur jew bank promozzjonali ieħor jew istituzzjoni intermedjarja oħra u l-obbligazzjonijiet tal-bank promozzjonali oriġinali lejn il-partijiet tal-finanzjament tiegħu, sakemm l-ammont ta' dawn l-obbligazzjonijiet ikun korrispost bis-self promozzjonali ta' dik l-istituzzjoni.

2.   L-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) jitnaqqsu b'mod ugwali abbażi ta' kull tranżazzjoni mill-ammont tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjonijiet li jkunu partijiet fit-tranżazzjonijiet jew il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b).

3.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-ammont medju annwali, ikkalkulat fuq bażi ta' kull tliet xhur, ta' obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi jiġu valwati skont l-Artikolu 429(6) u (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Madanakollu, il-valur assenjat lill-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi ma jistax ikun inqas minn 75 % tal-valur tal-istess obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kontabilità applikabbli għall-istituzzjoni konċernata għall-finijiet ta' rappurtar finanzjarju.

Jekk, skont l-istandards nazzjonali tal-kontabilità li japplikaw għal istituzzjoni, ma jkunx hemm miżura ta' kontabilità tal-iskopertura għal ċerti strumenti derivattivi peress li jkunu miżmuma barra l-karta bilanċjali, l-istituzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità tar-riżoluzzjoni s-somma tal-valuri ġusti pożittivi ta' dawn id-derivattivi bħala kost ta' sostituzzjoni u żżidhom mal-valuri kontabilistiċi tagħha fil-karta bilanċjali.

4.   Għall-fini ta' din it-Taqsima, l-obbligazzjonijiet totali msemmija fil-paragrafu 1 jeskludu l-valur kontabilistiku tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi u jinkludu valur korrispondenti stabbilit skont il-paragrafu 3.

5.   Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet u rekwiżiti kollha msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 humiex issodisfati, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tibbaża fuq il-valutazzjonijiet rilevanti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu għad-dispożizzjoni f'konformità mal-Artikolu 90 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 6

Pilastri u indikaturi tar-riskju

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tivvaluta l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet fuq il-bażi tar-riskju ta' dawn l-erba' pilastri:

(a)

Skopertura għar-riskju;

(b)

Stabbiltà u varjetà ta' sorsi ta' finanzjament;

(c)

L-importanza tal-istituzzjoni għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija;

(d)

Indikaturi tar-riskju addizzjonali li jiġu ddeterminati mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

2.   Il-pilastru tal-“Iskopertura għar-riskju” jikkonsisti minn dawn l-indikaturi tar-riskju:

(a)

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni f'eċċess tal-MREL;

(b)

Proporzjon ta' Ingranaġġ;

(c)

Proporzjon tal-Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(d)

Skopertura Totali għar-Riskju diviża bl-Assi Totali.

3.   Il-pilastru tal-“Istabbiltà u l-varjetà ta' sorsi ta' finanzjament” jikkonsisti mill-indikaturi tar-riskju li ġejjin:

(a)

Proporzjon ta' Finanzjament Stabbli Nett;

(b)

LCR.

4.   Il-pilastru tal-“Importanza tal-istituzzjoni għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija” jikkonsisti mill-indikatur “Sehem mis-selfiet u d-depożiti interbankarji fl-Unjoni Ewropea, li jindika l-importanza tal-istituzzjoni għall-ekonomija tal-Istat Membru tal-istabbiliment”.

5.   Il-pilastru l-“indikaturi ta' riskju addizzjonali li jridu jiġu ddeterminati mill-awtorità tar-riżoluzzjoni” jikkonsisti mill-indikaturi li ġejjin:

(a)

Attivitajiet ta' negozjar, skoperturi barra l-karta bilanċjali, derivattivi, kumplessità u riżolvibbiltà;

(b)

Sħubija fi Skema ta' Protezzjoni Istituzzjonali;

(c)

Daqs ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja preċedenti.

Meta tiddetermina d-diversi indikaturi tar-riskju fil-pilastru tal-“Indikaturi tar-riskju addizzjonali li jridu jiġu ddeterminati mill-awtorità tar-riżoluzzjoni”, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis l-importanza ta' dawk l-indikaturi fid-dawl tal-probabbiltà li l-istituzzjoni konċernata tidħol f'riżoluzzjoni u tal-possibbiltà konsegwenti li tuża l-arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni fejn istituzzjoni tiġi riżolta.

6.   Meta tiddetermina l-indikaturi “Attivitajiet ta' negozjar, skoperturi barra l-karta bilanċjali, derivattivi, kumplessità u riżolvibbiltà” msemmija fil-paragrafu 5(a), l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis l-elementi li ġejjin:

(a)

Iż-żieda fil-profil tar-riskju tal-istituzzjoni minħabba:

(i)

l-importanza ta' attivitajiet ta' negozjar meta mqabbla mad-daqs tal-karta bilanċjali, il-livell ta' fondi proprji, il-livell tar-riskju tal-iskoperturi, u l-mudell kummerċjali kumplessiv;

(ii)

l-importanza tal-iskoperturi barra l-karta bilanċjali meta mqabbla mad-daqs tal-karta bilanċjali, il-livell ta' fondi proprji, il-livell tar-riskju tal-iskoperturi;

(iii)

l-importanza tal-ammont ta' derivattivi meta mqabbla mad-daqs tal-karta bilanċjali, il-livell ta' fondi proprji, il-livell tar-riskju tal-iskoperturi, u l-mudell kummerċjali kumplessiv;

(iv)

il-punt safejn skont il-Kapitolu II tat-Titolu II tad-Direttiva 2014/59/UE l-mudell kummerċjali u struttura organizzazzjonali ta' istituzzjoni jitqiesu kumplessi.

(b)

It-tnaqqis fil-profil tar-riskju tal-istituzzjoni minħabba:

(i)

l-ammont relattiv ta' derivattivi li huma kklerjati permezz ta' kontroparti ċentrali (CCP);

(ii)

il-punt safejn skont il-Kapitolu II tat-Titolu II tad-Direttiva 2014/59/UE istituzzjoni tista' tiġi riżolta fil-pront u mingħajr impedimenti legali.

7.   Meta jiġi ddeterminat l-indikatur imsemmi fil-paragrafu 5(b), l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis l-elementi li ġejjin:

(a)

jekk l-ammont ta' fondi li huma disponibbli mingħajr dewmien kemm għal rikapitalizzazzjoni kif ukoll għal finijiet ta' finanzjament tal-likwidità sabiex tiġi sostnuta l-istituzzjoni affettwata f'każ ta' problemi huwa kbir biżżejjed biex jippermetti għajnuna kredibbli u effettiva għal dik l-istituzzjoni;

(b)

il-grad ta' ċertezza legali jew kuntrattwali li l-fondi msemmija fil-punt (a) se jintużaw b'mod sħiħ qabel ma tkun tista' tintalab kwalunkwe għajnuna pubblika straordinarja.

8.   L-indikaturi tar-riskju msemmija fil-paragrafu 5(c) jingħatalu l-valur massimu tal-firxa msemmija f'Pass 3 tal-Anness I għal:

(a)

kwalunkwe istituzzjoni li tkun parti minn grupp li jkun tqiegħed taħt ristrutturazzjoni wara li jkun irċieva kwalunkwe fondi mill-Istat jew ekwivalenti bħal minn arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni, u jkun għadu fil-perjodu tar-ristrutturazzjoni jew stralċ, ħlief għall-aħħar sentjen (2) tal-implimentazzjoni tal-pjan tar-ristrutturazzjoni;

(b)

kwalunkwe istituzzjoni li tkun likwidata, sa tmiem il-pjan tal-likwidazzjoni (sal-punt li tkun għadha responsabbli biex tħallas il-kontribuzzjoni).

Għandu jingħatalu l-valur minimu tal-firxa msemmija fil-Pass 3 tal-Anness I għall-istituzzjonijiet l-oħrajn kollha.

9.   Għall-finijiet tal-paragrafi 6, 7 u 8, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tibbaża fuq il-valutazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fejn disponibbli.

Artikolu 7

Piż relattiv ta' kull pilastru u indikaturi tar-riskju

1.   Meta jiġi vvalutat il-profil tar-riskji ta' kull istituzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tapplika l-piżijiet li ġejjin għall-pilastri tar-riskju:

(a)

Skopertura għar-riskju: 50 %;

(b)

Stabbiltà u varjetà ta' sorsi ta' finanzjament: 20 %;

(c)

L-importanza tal-istituzzjoni għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija: 10 %;

(d)

Indikaturi tar-riskju addizzjonali li jiġu ddeterminati mill-awtorità tar-riżoluzzjoni: 20 %.

2.   Il-piż relattiv ta' dawn l-indikaturi tar-riskju li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jivvalutaw biex jiddeterminaw il-pilastru tal-“Iskopertura għar-riskju” huma dawn li ġejjin:

(a)

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma mill-istituzzjoni f'eċċess tal-MREL; 25 %;

(b)

Proporzjon ta' Ingranaġġ: 25 %;

(c)

Proporzjon tal-Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni: 25 %;

(d)

Skopertura Totali għar-Riskju diviża bl-Assi Totali: 25 %.

3.   Kull indikatur tar-riskju fil-pilastru “stabbiltà u varjetà tas-sorsi ta' finanzjament” ikollu l-istess piż.

4.   Il-piż relattiv ta' kull indikatur li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jivvalutaw biex jiddeterminaw il-pilastru tal-“indikaturi tar-riskju addizzjonali” huma dawn li ġejjin:

(a)

Attivitajiet ta' negozjar u skoperturi barra l-karta bilanċjali, derivattivi, kumplessità u riżolvibbiltà: 45 %;

(b)

Sħubija fi Skema ta' Protezzjoni Istituzzjonali: 45 %;

(c)

Daqs ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja preċedenti: 10 %.

Meta jiġi applikat l-indikatur imsemmi fil-punt (b), l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis il-piż relattiv tal-indikatur msemmija fil-punt (a).

Artikolu 8

Applikazzjoni ta' indikaturi ta' riskju f'każijiet speċifiċi

1.   Meta awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni lil istituzzjoni skont l-Artikoli 8 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-indikatur msemmi fl-Artikolu 6(3)(b) ta' dan ir-Regolament jiġi applikat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tas-subgrupp tal-likwidità. Il-punteġġ miksub minn dak l-indikatur fil-livell tas-subgrupp tal-likwidità jiġi attribwit lil kull istituzzjoni li hija parti mis-subgrupp tal-likwidità għall-fini li jiġi kkalkulat l-indikatur tar-riskju tal-istituzzjoni.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tkun eżentat għal kollox l-applikazzjoni ta' rekwiżiti tal-kapital għal istituzzjoni fil-livell individwali skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun ukoll eżentat għal kollox l-applikazzjoni fil-livell individwali tal-istess istituzzjoni tal-MREL skont l-Artikolu 45(12) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-indikatur msemmi fl-Artikolu 6(2)(a) ta' dan ir-Regolament jista' jiġi kkalkulat f'livell konsolidat. Il-punteġġ miksub minn dak l-indikatur fil-livell tas-subgrupp tal-likwidità jiġi attribwit lil kull istituzzjoni li tkun parti mill-grupp għall-finijiet li jiġi kkalkulat l-indikatur tar-riskju tal-istituzzjoni.

3.   Meta awtorità kompetenti tkun tat eżenzjoni lil istituzzjoni f'ċirkostanzi oħra definiti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-indikaturi rilevanti jistgħu jiġu kkalkulati f'livell konsolidat. Il-punteġġ miksub minn dawk l-indikaturi fil-livell konsolidat jiġi attribwit lil kull istituzzjoni li tkun parti mill-grupp għall-finijiet li jiġu kkalkulati l-indikaturi tar-riskju ta' dik l-istituzzjoni.

Artikolu 9

Applikazzjoni tal-aġġustament tar-riskju tal-kontribuzzjoni annwali bażika

1.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina l-multiplikatur tal-aġġustament tar-riskju addizzjonali għal kull istituzzjoni billi tgħaqqad l-indikaturi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6 skont il-formula u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness I.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-kontribuzzjoni annwali ta' kull istituzzjoni tiġi ddeterminata għal kull perjodu kontributorju mill-awtorità tar-riżoluzzjoni billi timmultiplika l-kontribuzzjoni annwali bażika bil-multiplikatur tal-aġġustament tar-riskju addizzjonali skont il-formula u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness I.

3.   Il-multiplikatur tal-aġġustament tar-riskju jkollu firxa ta' bejn 0,8 u 1,5.

Artikolu 10

Kontribuzzjonijiet annwali tal-istituzzjonijiet żgħar

1.   L-istituzzjonijiet li l-obbligazzjonijiet totali tagħhom, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, huma EUR 50 000 000 jew inqas, u li l-assi totali tagħhom huma inqas minn EUR 1 000 000 000, iħallsu somma f'daqqa ta' EUR 1 000 bħala kontribuzzjoni annwali għal kull perjodu kontributorju.

2.   L-istituzzjonijiet li l-obbligazzjonijiet totali tagħhom, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, huma aktar minn EUR 50 000 000 iżda daqs jew inqas minn EUR 100 000 000, u li l-assi totali tagħhom huma inqas minn EUR 1 000 000 000 iħallsu somma f'daqqa ta' EUR 2 000 bħala kontribuzzjoni annwali għal kull perjodu kontributorju.

3.   L-istituzzjonijiet li l-obbligazzjonijiet totali tagħhom, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, huma aktar minn EUR 100 000 000 iżda daqs jew inqas minn EUR 150 000 000, u li l-assi totali tagħhom huma inqas minn EUR 1 000 000 000 iħallsu somma f'daqqa ta' EUR 7 000 bħala kontribuzzjoni annwali għal kull perjodu kontributorju.

4.   L-istituzzjonijiet li l-obbligazzjonijiet totali tagħhom, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, huma aktar minn EUR 150 000 000 iżda daqs jew inqas minn EUR 200 000 000, u li l-assi totali tagħhom huma inqas minn EUR 1 000 000 000 iħallsu somma f'daqqa ta' EUR 15 000 bħala kontribuzzjoni annwali għal kull perjodu kontributorju.

5.   L-istituzzjonijiet li l-obbligazzjonijiet totali tagħhom, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, huma aktar minn EUR 200 000 000 iżda daqs jew inqas minn EUR 250 000 000, u li l-assi totali tagħhom huma inqas minn EUR 1 000 000 000 iħallsu somma f'daqqa ta' EUR 26 000 bħala kontribuzzjoni annwali għal kull perjodu kontributorju.

6.   L-istituzzjonijiet li l-obbligazzjonijiet totali tagħhom, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, huma aktar minn EUR 250 000 000 iżda daqs jew inqas minn EUR 300 000 000, u li l-assi totali tagħhom huma inqas minn EUR 1 000 000 000 iħallsu somma f'daqqa ta' EUR 50 000 bħala kontribuzzjoni annwali għal kull perjodu kontributorju.

7.   Bla ħsara għall-paragrafu 8, jekk l-istituzzjoni tipprovdi biżżejjed evidenza li l-ammont f'daqqa msemmi fil-paragrafi 1 sa 6 jkun ogħla mill-kontribuzzjoni kalkulata skont l-Artikolu 5, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tapplika l-inqas wieħed.

8.   Minkejja l-paragrafi 1 sa 6, awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tadotta deċiżjoni motivata li tiddetermina li istituzzjoni għandha profil ta' riskju li jkun sproporzjonat mad-daqs żgħir tagħha u tapplika l-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 9 għal din l-istituzzjoni. Id-deċiżjoni tkun bażata fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-mudell kummerċjali tal-istituzzjoni;

(b)

l-informazzjoni rappurtata minn dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 14;

(c)

il-pilastri u l-indikaturi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6;

(d)

il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti rigward il-profil tar-riskju ta' dik l-istituzzjoni.

9.   Il-paragrafi 1 sa 8 ma japplikawx għal dawk l-istituzzjonijiet li l-obbligazzjonijiet totali, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, huma daqs jew inqas minn EUR 300 000 000 wara li jiġu esklużi l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1).

10.   L-esklużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1) ma jitqisux meta jiġu applikati l-paragrafi 1 sa 9 għall-istituzzjonijiet li l-obbligazzjonijiet totali tagħhom, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, ikunu daqs jew inqas minn EUR 300 000 000 wara li jiġu esklużi l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1).

Artikolu 11

Kontribuzzjonijiet annwali tal-istituzzjonijiet koperti mill-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2014/59/UE

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-kontribuzzjonijiet annwali tal-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2014/59/UE jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 9 bl-użu ta' 50 % tal-kontribuzzjoni annwali bażika tagħhom.

2.   F'każ li jintuża arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni għal xi istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2014/59/UE fi Stat Membru għal kwalunkwe fini msemmi fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tadotta deċiżjoni motivata li tiddetermina li l-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 9 japplikaw għal dawk l-istituzzjonijiet li jkollhom profil ta' riskju simili jew ogħla mill-profil tar-riskju tal-istituzzjoni li tkun użat l-arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni, għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2014/59/UE. Id-determinazzjoni tas-similarità tal-profil tar-riskju mill-awtorità ta' riżoluzzjoni għall-fini tad-deċiżjoni motivata tagħha tqis l-elementi li ġejjin kollha:

(a)

il-mudell kummerċjali ta' dik l-istituzzjoni;

(b)

l-informazzjoni rappurtata minn dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 14;

(c)

il-pilastri u l-indikaturi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6;

(d)

il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti rigward il-profil tar-riskju ta' dik l-istituzzjoni.

Artikolu 12

Istituzzjonijiet taħt superviżjoni ġodda jew bidla fl-istatus

1.   Meta istituzzjoni tkun istituzzjoni taħt superviżjoni ġdida għal parti biss minn perjodu kontributorju, il-kontribuzzjoni parzjali tiġi ddeterminata billi tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita fit-Taqsima 3 għall-ammont tal-kontribuzzjoni annwali tagħha kalkulat matul il-perjodu kontributorju sussegwenti b'referenza għall-għadd ta' xhur sħaħ mill-perjodu kontributorju li tulhom l-istituzzjoni tkun taħt superviżjoni.

2.   Bidla fl-istatus ta' istituzzjoni, inkluża istituzzjoni żgħira, matul il-perjodu kontributorju ma jkollha l-ebda effett fuq il-kontribuzzjoni annwali li trid titħallas f'dik is-sena partikolari.

Artikolu 13

Proċess tal-ġbir tal-kontribuzzjonijiet annwali

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tinnotifika lil kull istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 2 bid-deċiżjoni tagħha li tiddetermina l-kontribuzzjoni annwali dovuta minn kull istituzzjoni mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju ta' kull sena.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tinnotifika d-deċiżjoni b'xi wieħed minn dawn il-modi:

(a)

elettronikament jew b'mezz ta' komunikazzjoni komparabbli ieħor li jippermetti konferma tal-wasla;

(b)

bil-posta reġistrata b'forma ta' konferma tal-wasla.

3.   Id-deċiżjoni tispeċifika l-kundizzjoni u l-mezzi li bihom titħallas il-kontribuzzjoni annwali u s-sehem tal-impenji irrevokabbli ta' pagament imsemmija fl-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE li kull istituzzjoni tista' tuża. L-awtorità tar-riżoluzzjoni taċċetta biss kollateral tat-tip u taħt kundizzjonijiet li jippermettu r-realizzabbiltà rapida anki fil-każ ta' deċiżjoni ta' riżoluzzjoni matul tmiem il-ġimgħa. Il-kollateral għandu jiġi valwat b'mod konservattiv biex jirrifletti deterjorament sinifikanti fil-kundizzjonijiet tas-suq.

4.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ieħor disponibbli għall-awtorità tar-riżoluzzjoni, f'każ ta' pagament parzjali, nuqqas ta' pagament jew nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit stipulat fid-deċiżjoni, l-istituzzjoni konċernata tiġi soġġetta għal penali ta' kuljum fuq l-ammont pendenti tal-pagament parzjali.

L-imgħax fuq il-penali ta' kuljum ikun dovut fuq bażi ta' kuljum fuq l-ammont dovut b'rata ta' mgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taqa' d-data ta' skadenza tal-pagament miżjud bi tmien (8) punti perċentwali mid-data li fiha l-pagament parzjali kien dovut.

5.   Meta istituzzjoni tkun istituzzjoni taħt superviżjoni ġdida għal parti biss mill-perjodu kontributorju, il-kontribuzzjoni annwali parzjali tagħha tinġabar flimkien mal-kontribuzzjoni annwali dovuta għall-perjodu kontributorju sussegwenti.

TAQSIMA 3

ASPETTI AMMINISTRATTIVI U PENALI

Artikolu 14

Obbligi ta' rappurtar tal-istituzzjonijiet

1.   L-istituzzjonijiet jipprovdu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bl-aħħar rapporti finanzjarji annwali approvati disponibbli qabel il-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel il-perjodu kontributorju, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija tal-awditjar, skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

2.   L-istituzzjonijiet jipprovdu lill-awtorità ta' riżoluzzjoni mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness II fuq il-livell ta' entità individwali.

3.   L-informazzjoni fl-Anness II, inkluża fir-rekwiżiti tar-rappurtar superviżorju stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (16) jew, fejn applikabbli, minn kwalunkwe rekwiżit ta' rappurtar superviżorju ieħor applikabbli għall-istituzzjoni skont il-liġi nazzjonali, tingħata lill-awtorità tar-riżoluzzjoni kif rapportata mill-istituzzjoni fl-aħħar rapport ta' superviżjoni relevanti sottomess lill-awtorità kompetenti dwar is-sena ta' referenza tar-rapport finanzjarju annwali msemmija fil-paragrafu 1.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 tingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena fir-rigward tas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel, jew tas-sena finanzjarja relevanti applikabbli. Jekk il-31 Jannar ma tkunx ġurnata tax-xogħol, l-informazzjoni tingħata fil-jum tax-xogħol li jmiss.

5.   Meta l-informazzjoni jew id-dejta preżentata lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tkun soġġetta għal aġġornamenti jew korrezzjonijiet, dawn l-aġġornamenti jew il-korrezzjoni jiġu sottomessi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

6.   L-istituzzjonijiet jissottomettu l-informazzjoni msemmija fl-Anness II fil-formati u r-rappreżentazzjonijiet tad-dejta speċifikati mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

7.   L-informazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 2 u 3 tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigriet professjonali stabbiliti fl-Artikolu 84 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 15

Obbligu tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jiskambjaw informazzjoni.

1.   Għall-finijiet tal-kalkolu tad-denominatur previst fil-pilastru tar-riskju msemmi fl-Artikolu 7(1)(c), sal-15 ta' Frar ta' kull sena, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jipprovdu lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) bl-informazzjoni li jkunu rċievew mingħand l-istituzzjonijiet kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom relatati mal-obbligazzjonijiet u d-depożiti interbankarji msemmija fl-Anness I fil-livell aggregat.

2.   Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-EBA tikkomunika lil kull awtorità ta' riżoluzzjoni l-valur tad-denominatur tal-pilastru tar-riskju msemmi fl-Artikolu 7(1)(c).

Artikolu 16

Obbligi tar-rapportar tal-iskemi tal-garanzija tad-depożiti

1.   Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-iskemi tal-garanzija tad-depożiti jipprovdu l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni bil-kalkolu tal-ammont medju ta' depożiti koperti fis-sena preċedenti, kalkolat kull tliet xhur, tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li huma membri tagħhom.

2.   Din l-informazzjoni tingħata kemm fuq livell individwali kif ukoll aggregat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu konċernati sabiex tippermetti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiddeterminaw il-livell annwali fil-mira tal-arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 4(2) u jiddeterminaw il-kontribuzzjoni annwali bażika ta' kull istituzzjoni skont l-Artikolu 5.

Artikolu 17

Infurzar

1.   Meta l-istituzzjonijiet ma jippreżentawx l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 14 fi żmien il-perjodu previst f'dak l-Artikolu, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tuża stimi jew suppożizzjonijiet tagħha stess sabiex tikkalkula l-kontribuzzjoni annwali tal-istituzzjoni konċernata.

2.   Meta l-informazzjoni ma tingħatax sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tassenja lill-istituzzjoni konċernata l-ogħla multiplikatur tal-aġġustament tar-riskju msemmi fl-Artikolu 9.

3.   Meta l-informazzjoni ppreżentata mill-istituzzjonijiet lill-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun soġġetta għal rapporti mill-ġdid jew reviżjonijiet, l-awtorità ta' riżoluzzjoni taġġusta l-kontribuzzjoni annwali skont l-informazzjoni aġġornata meta tikkalkula l-kontribuzzjoni annwali ta' dik l-istituzzjoni għall-perjodu ta' kontribuzzjoni li jmiss.

4.   Kwalunkwe differenza bejn il-kontribuzzjoni annwali kalkulata u mħallsa fuq il-bażi tal-informazzjoni soġġetti għal rappurtar mill-ġdid jew reviżjoni u l-kontribuzzjoni annwali li suppost kellha titħallas wara l-aġġustament tal-kontribuzzjoni annwali tiġi saldata fl-ammont tal-kontribuzzjoni annwali dovuta għall-perjodu kontributorju li jmiss. Dan l-aġġustament isir billi jitnaqqsu jew jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet għall-perjodu kontributorju li jmiss.

Artikolu 18

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra msemmija fl-Artikolu 110 tad-Direttiva 2014/59/UE fuq persuni jew entitajiet responsabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament.

TAQSIMA 4

ARRANĠAMENTI TA' KOOPERAZZJONI

Artikolu 19

Arranġamenti ta' kooperazzjoni

1.   Sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet jiġu effettivament imħallsal-awtoritajiet kompetenti jassistu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fit-twettiq ta' kwalunkwe kompitu skont dan ir-Regolament jekk din tal-aħħar jitlob hekk.

2.   Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni bid-dettalji tal-kuntatt tal-istituzzjonijiet li jridu jiġu nnotifikati bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 13 sa mhux aktar tard mill-1 ta' April ta' kull sena jew fil-jum tax-xogħol li jmiss jekk l-1 ta' April ma jkunx jum tax-xogħol. Dawn id-dettalji ta' kuntatt jirreferu għall-isem tal-persuna ġuridika, l-isem tal-persuna fiżika li tirrappreżenta lill-persuna ġuridika, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefon, in-numru tal-feks jew kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti l-identifikazzjoni ta' istituzzjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kwalunkwe informazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkalkulaw il-kontribuzzjonijiet annwali, b'mod partikolari kwalunkwe informazzjoni relatata mal-aġġustament tar-riskju addizzjonali u kwalunkwe eżenzjonijiet rilevanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw lill-istituzzjonijiet skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.

TAQSIMA 5

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali ġenerali

1.   Meta l-informazzjoni meħtieġa minn indikatur speċifiku kif imsemmi fl-Anness II ma tkunx inkluża fir-rekwiżit tar-rappurtar superviżorju applikabbli msemmi fl-Artikolu 14 għas-sena ta' referenza, dak l-indikatur tar-riskju ma japplikax qabel li dak ir-rekwiżit ta' rappurtar superviżorju jsir applikabbli. Il-piż tal-indikaturi tar-riskju disponibbli l-oħra jiddaħħlu fi skala mill-ġdid b'mod proporzjonali mal-piż tagħhom kif previst fl-Artikolu 7 sabiex is-somma tal-piżijiet tkun wieħed (1). Fl-2015 meta kwalunkwe informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 16 ma tkunx disponibbli għall-iskema tal-garanzija ta' depożitu sal-31 ta' Jannar għall-finijiet tal-kalkolu tal-mira annwali msemmija fl-Artikolu 4(2) jew tal-kontribuzzjoni annwali bażika ta' kull istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 5, wara notifika mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti, l-istituzzjonijiet tal-kreditu rilevanti jipprovdu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni b'dik l-informazzjoni sa dik id-data. B'deroga mill-Artikolu 13(1), rigward il-kontribuzzjonijiet li jridu jitħallsu fl-2015, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jinnotifikaw lil kull istituzzjoni bid-deċiżjoni tagħhom li tiddetermina l-kontribuzzjoni annwali li jridu jħallsu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2015.

2.   B'deroga mill-Artikolu 13(4), u fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet li jridu jitħallsu fl-2015, l-ammont dovut skont id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 13(3) jitħallas sal-31 ta' Diċembru 2015.

3.   B'deroga mill-Artikolu 14(4), u fir-rigward tal-informazzjoni li trid tingħata lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fl-2015, l-informazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu tingħata sal-1 ta' Settembru 2015 l-aktar tard.

4.   B'deroga mill-Artikolu 16(1), l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jipprovdu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni sal-1 ta' Settembru 2015 bl-informazzjoni dwar l-ammont ta' depożiti koperti mill-31 ta' Lulju 2015.

5.   Sa tmiem il-perjodu inizjali msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014/UE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li l-obbligazzjonijiet totali tagħhom, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, ikunu aktar minn EUR 300 000 000, u li l-assi totali jkun EUR 3 000 000 000 jew inqas, li jħallsu somma f'daqqa ta' EUR 50 000 għall-ewwel EUR 300 000 000 ta' obbligazzjonijiet totali, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom. Għal obbligazzjonijiet totali, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, ta' aktar minn EUR 300 000 000, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu skont l-Artikoli 4 sa 9 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

(2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(5)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(7)  Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

(8)  Direttiva Direttiva tal-Kunsill 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq is-swieq f'istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE and 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li t]assar d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(9)  Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

(10)  Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-Interpretazzjoni 21 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjoni tar-Rapportar Finanzjarju (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(11)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(12)  Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(13)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(14)  Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u li jemenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(16)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' rapportar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).


ANNESS I

(PROĊEDURA GĦALL-KALKOLU TAL-KONTRIBUZZJONIJIET ANNWALI TAL-ISTITUZZJONIJIET)

PASS 1

Kalkolu tal-Indikaturi mhux maħduma

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkalkula l-indikaturi li ġejjin billi tapplika l-miżuri li ġejjin:

Pilastru

Indikatur

Miżuri

Skopertura għar-riskju

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma mill-istituzzjoni f'eċċess tal-MREL

Formula

Fejn, għall-finijiet ta' dan l-indikatur:

 

Fondi proprji tfisser is-somma ta' Kapital tal-Grad 1 u Grad 2 skont id-definizzjoni fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

 

Obbligazzjonijiet eliġibbli tfisser is-somma tal-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punt (71) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

 

L-obbligazzjonijiet totali kif definit fl-Artikolu 3(11) ta' dan ir-Regolament. L-obbligazzjonijiet derivattivi jiġu inklużi fit-total tal-obbligazzjonijiet fuq il-bażi li jingħata rikonoxximent sħiħ lid-drittijiet tal-innettjar tal-kontraparti.

 

MREL tfisser ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif definit fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Skopertura għar-riskju

Proporzjon tal-Ingranaġġ

Il-Proporzjon tal-Ingranaġġ kif definit fl-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u rapportat skont l-Anness X tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

Skopertura għar-riskju

Proporzjon tal-Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni

Proporzjon tal-Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif definit fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u rapportat skont l-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

Skopertura għar-riskju

TRE/Assi Totali

Formula

fejn:

 

TRE tfisser l-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kif definit fl-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

 

L-assi totali kif definit fl-Artikolu 3(12) ta' dan ir-Regolament.

Stabbiltà u Varjetà tal-Finanzjament

Proporzjon ta' Finanzjament Stabbli Nett

Proporzjon ta' Finanzjament Stabbli Nett kif rapportat skont l-Artikolu 415 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Stabbiltà u Varjetà tal-Finanzjament

Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità

Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità skont l-Artikolu 415 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61.

L-importanza tal-istituzzjoni għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija

Sehem mis-self u depożiti interbankarji fl-UE

Formula

fejn:

 

Self interbankarju huwa definit bħala s-somma tal-ammonti miżmuma fil-kotba ta' self u avvanzi lil istituzzjonijiet ta' kreditu u korporazzjonijiet finanzjarji oħra kif stabbilit għall-finijiet tal-mudell numru 4.1, 4.2, 4.3 u 4.4 tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

 

Depożiti interbankarji huma definiti bħala l-ammonti miżmuma fil-kotba tad-depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u korporazzjonijiet finanzjarji oħra kif stabbilit għall-finijiet tal-mudell numru 8.1 tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

 

Self interbankarju u depożiti totali fl-UE huma t-total tal-aggregati tas-self u d-depożiti interbankarji miżmumin minn istituzzjonijiet f'kull Stat Membru kif kalkulat skont l-Artikolu 15.

PASS 2

Diskretizzazzjoni

1.

Fin-notazzjoni li ġejja, n istituzzjonijiet indiċi, i indikaturi indiċi fil-pilastri u j pilastri indiċi.

2.

Għal kull indikatur mhux maħdum li jirriżulta minn Pass 1, xij , ħlief għall-indikatur “daqs tal-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja preċedenti”, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tikkalkula l-għadd ta' intervalli, kij , bħala l-eqreb numru sħiħ biex:

Formula,

fejn:

N huwa n-numru ta' istituzzjonijiet, li jikkontribixxu fl-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni, li jiġi kkalkulat l-indikatur għalihom;

Formula;

Formula;

Formula.

3.

Għal kull indikatur, ħlief għall-indikatur “daqs tal-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja preċedenti”, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tassenja l-istess numru ta' istituzzjonijiet għal kull intervall, u tibda billi tassenja lill-istituzzjonijiet bl-iżgħar valuri tal-indikatur mhux maħdum fl-ewwel interval. Fil-każ fejn in-numru ta' istituzzjonijiet ma jkunx jista' jiġi diviż eżattament bin-numru ta' intervalli, kull waħda mill-ewwel intervall r, li jibda mill-intervall li jkun fih l-istituzzjonijiet bl-inqas valuri tal-indikatur mhux maħdum, fejn r hija l-bqija tad-diviżjoni tan-numru ta' istituzzjonijiet, N, bin-numru ta' intervalli,, kij , jiġi assenjat istituzzjoni waħda addizzjonali.

4.

Għal kull indikatur, ħlief għall-indikatur “daqs tal-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja preċedenti”, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tassenja lill-istituzzjonijiet kollha li jkunu f'intevall partikolari l-valur tal-ordni tal-intervall, magħduda mix-xellug lejn il-lemin, sabiex il-valur tal-indikatur diskretizzat ikun definit Iij,n = 1,…, kij .

5.

Dan il-Pass japplika għall-indikaturi elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(5) biss jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeterminahom bħala varjabbli kontinwi.

PASS 3

Rigradazzjoni tal-Indikaturi

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tirrigrada kull indikatur li jirriżulta minn Pass 2, Iij , fil-firxa 1-1 000 billi tapplika l-formula li ġejja:

Image,

fejn l-argumenti tal-funzjonijiet minimi u massimi jkunu l-valuri tal-istituzzjonijiet kollha li jikkontribixxu fl-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni, li jiġi kkalkulat l-indikatur għalihom.

PASS 4

Inklużjoni tal-Sinjal Assenjat

1.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tapplika dawn is-sinjali li ġejjin lill-indikaturi:

Pilastru

Indikatur

Sinjal

Skopertura għar-riskju

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma mill-istituzzjoni f'eċċess tal-MREL

Skopertura għar-riskju

Proporzjon tal-Ingranaġġ

Skopertura għar-riskju

Proporzjon tal-Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni

Skopertura għar-riskju

TRE/Assi Totali

+

Stabbiltà u Varjetà tal-Finanzjament

Proporzjon ta' Finanzjament Stabbli Nett

Stabbiltà u Varjetà tal-Finanzjament

Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità

L-importanza tal-istituzzjoni għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija

Sehem mis-self u depożiti interbankarji fl-UE

+

Indikaturi tar-riskju addizzjonali li jiġu ddeterminati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni:

Sħubija tal-IPS

Indikaturi tar-riskju addizzjonali li jiġu ddeterminati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni:

Daqs tal-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja preċedenti.

+

Għall-indikaturi b'sinjal pożittiv, valuri ogħla jikkorrispondu għal livell ta' riskju ogħla ta' istituzzjoni. Għall-indikaturi b'sinjal negattiv, valuri ogħla jikkorrispondu għal livell ta' riskju iżgħar ta' istituzzjoni.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina l-indikaturi l-attivitajiet tan-negozjar, skoperturi barra l-karta bilanċjali, id-derivattivi, il-kumplessità u r-riżolvibbiltà, u tispeċifika s-sinjali tagħhom skont dan.

2.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tapplika t-trasformazzjoni li ġejja għal kull indikatur rigradat li jirriżulta mill-Pass 3, RIij,n , sabiex tinkludi s-sinjal tiegħu:

TRI ij,n =

RIij,n

if sign = “–”

1 001 – RI ij,n

if sign = “+”

PASS 5

Kalkolu tal-Indikatur Maħdum

1.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tiġbor l-indikaturi i f'kull pilastru j permezz ta' medja aritmetika ponderata billi tuża l-formola li ġejja:

Formula,

fejn:

 

wij hija l-piż tal-indikatur i fil-pilastru j kif definit mill-Artikolu 7;

 

Nj hija n-numru ta' indikaturi f'pilastru j.

2.

Sabiex jiġi kkalkulat l-indikatur maħdum, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiġbor il-pilastri j permezz ta' medja ġeometrika ponderata billi tuża l-formola li ġejja:

Formula,

fejn:

 

Wj hija l-piż tal-pilastru j kif definit mill-Artikolu 7;

 

J huwa l-għadd ta' pilastri.

3.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tapplika t-trasformazzjoni li ġejja sabiex indikatur maħdum finali jiġi definit bħala li jieħu valuri ogħla għal istituzzjonijiet bi profili ta' riskju ogħla:

Formula.

PASS 6

Kalkolu tal-Kontribuzzjonijiet Annwali

1.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tirrigrada l-indikatur maħdum finali li jirriżulta minn Pass 5, FCIn , fil-firxa definita fl-Artikolu 9 billi tapplika l-formula li ġejja:

Image,

fejn l-argumenti tal-funzjonijiet minimi u massimi jkunu l-valuri tal-istituzzjonijiet kollha li jikkontribixxu fl-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni, li għalihom jiġi kkalkulat l-indikatur maħdum finali.

2.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tikkalkula l-kontribuzzjoni annwali ta' kull istituzzjoni, n ħlief fir-rigward ta' istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 10 u minbarra l-porzjon tal-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet f'somma f'daqqa li l-Istati Membri japplikaw għalih l-Artikolu 20(5), peress li:

Image,

fejn:

 

p, q istituzzjonijiet indiċi;

 

Target hija livell annwali fil-mira kif determinat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 4(2), mingħajr is-somma tal-kontribuzzjonijiet ikkalkulata skont l-Artikolu 10 u mingħajr is-somma ta' kwalunkwe somma f'daqqa li tista' titħallas skont l-Artikolu 20(5);

 

Bn huwa l-ammont ta' obbligazzjonijiet (esklużi l-fondi proprji) li minnhom jitnaqqsu d-depożiti koperti ta' istituzzjoni, kif aġġustat skont l-Artikolu 5 u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 20(5).


ANNESS II

DEJTA LI TRID TIĠI SOTTOMESSA LILL-AWTORITAJIET TAR-RIŻOLUZZJONI

Assi totali kif definit fl-Artikolu 3(12)

Obbligazzjonijiet Totali kif definit fl-Artikolu 3(11)

Obbligazzjonijiet koperti mill-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f) tal-Artikolu 5(1)

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi valwati skont l-Artikolu 5(3)

Depożiti koperti;

Skopertura Totali għar-Riskju

Fondi proprji

Propozjon tal-Kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni

Obbligazzjonijiet eliġibbli

Proporzjon tal-ingranaġġ

Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità

Proporzjon ta' Finanzjament Stabbli Nett

Self interbankarju

Depożiti interbankarji


17.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/65


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/64

tas-16 ta' Jannar 2015

li jemenda għall-224 darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 fih lista tal-persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta' Jannar 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi żewġ persuni mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fl-24 ta' Novembru, fit-12 u t-30 ta' Diċembru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU iddeċieda li jemenda seba' entrati fil-lista tiegħu.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat kif ġej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Istrumenti għall-Politika Barranija


(1)  GU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” qed jiġu mħassra:

(a)

“Ismail Mohamed Ismail Abu Shaweesh. Data tat-twelid: 10.3.1977. Post tat-twelid: Benghazi, Libja. Nazzjonalità: Palestinjan apolidi. Numru tal-Passaport: (a) 0003684 (dokument tal-ivvjaġġar Eġizzjan), (b) 981354 (passaport Eġizzjan). Informazzjoni oħra: (a) Detenut sa mit-22.5.2005. (b) Ħuh huwa Yasser Mohamed Ismail Abu Shaweesh. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 2.8.2006.”

(b)

“Aqeel Abdulaziz Aqeel Al-Aqeel (alias (a) Aqeel Abdulaziz Al-Aqil, (b) Ageel Abdulaziz A. Alageel). Indirizz: Arabja Sawdija (f'April tal-2009). Data tat-twelid: 29.4.1949. Post tat-twelid: Uneizah, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-Passaport: (a) C 1415363 (maħruġ fil-21.5.2000 (16/2/1421H); (b) E 839024 (maħruġ fit-3.1.2004, skada fit-8.11.2008). Informazzjoni oħra: Miżmum il-ħabs fl-Arabja Sawdija minn Novembru 2010. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 6.7.2004.”

(2)

L-entrata “Doku Khamatovich Umarov (alias Умаров Доку Хаматович). Data tat-twelid: 12.5.1964. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Kharsenoy, Distrett ta' Shatoyskiy (Sovetskiy), Chechenskaya Respublika, Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: (a) Russa, (b) USSR (sal-1991). Informazzjoni oħra: (a) Ilu jgħix fil-Federazzjoni Russa minn Novembru 2010; (b) Inħareġ mandat ta' arrest internazzjonali fis-sena 2000, (c) Allegatament miet f'April 2014. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.3.2011.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Doku Khamatovich Umarov (alias (a) Умаров Доку Хаматович, (b) Lom-ali Butayev (Butaev). Data tat-twelid: (a) 13.4.1964, (b) 13.4.1965, (c) 12.5.1964, (d) 1955. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Kharsenoy, Distrett ta' Shatoyskiy (Sovetskiy), Chechenskaya Respublika, Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: (a) Russa, (b) USSR (sal-1991). Numru tal-Passaport: 96 03 464086 (Numru tal-passaport Russu maħruġ fl-1.6.2003 Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: Tul 180 ċm, xagħar skur, 7-9 ċm, ċikatriċi twila fuq il-wiċċ, parti mill-ilsien nieqes, għandu difett meta jitkellem. Ilu jgħix fil-Federazzjoni Russa minn Novembru 2010. Mandat ta' arrest internazzjonali nħareġ fis-sena 2000. Allegatament miet f'April 2014. L-Avviż Speċjali tal-INTERPOL għandu informazzjoni bijometrika. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.3.2011.”

(3)

L-entrata “Aris Munandar. Data tat-twelid: (a) 1.1.1971, (b) bejn l-1962 u l-1968. Post tat-twelid: Sambi, Boyolali, Java, Indoneżja.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” qed jiġi mibdul dan li ġej:

“Aris Munandar. Data tat-twelid: (a) 1.1.1971, (b) bejn l-1962 u l-1968. Post tat-twelid: Sambi, Boyolali, Java, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjan (sa minn Diċembru 2003). Informazzjoni oħra: Maħrub sa minn Diċembru 2003”.

(4)

L-entrata “Yassin Sywal (alias (a) Salim Yasin, (b) Mochtar Yasin Mahmud, (c) Abdul Hadi Yasin, (d) Muhamad Mubarok, (e) Muhammad Syawal, (f) Abu Seta, (g) Mahmud, (h) Abu Muamar); Data tat-twelid: madwar 1972; Nazzjonalità: Indoneżjan.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Yassin Syawal (alias (a) Salim Yasin, (b) Yasin Mahmud Mochtar, (c) Abdul Hadi Yasin, (d) Muhamad Mubarok, (e) Muhammad Syawal, (f) Yassin Sywal, (g) Abu Seta, (h) Mahmud, (i) Abu Muamar, (j) Mubarok). Data tat-twelid: Madwar 1972. Nazzjonalità: Indoneżjana.” Informazzjoni oħra: Maħrub sa minn Diċembru 2003;

(5)

L-entrata “Mohamed Ben Belgacem Ben Abdallah Al-Aouadi (alias(a) Mohamed Ben Belkacem Aouadi, (b) Fathi Hannachi). Indirizz: (a) 23, 50th Street, Zehrouni, Tunis, Tuneżija. Data tat-twelid: 11.12.1974. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: L191609 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-28.2.1996 li skada fis-27.2.2001). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 04643632 maħruġ fit-18.6.1999. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi Fiskali Taljan: DAOMMD74T11Z352Z, (b) L-isem tal-omm huwa Ourida Bint Mohamed, (c) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fl-1.12.2004. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Mohamed Ben Belgacem Ben Abdallah Al-Aouadi (alias (a) Mohamed Ben Belkacem Aouadi, (b) Fathi Hannachi.) Data tat-twelid: 11.12.1974. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: (a) L 191609 (Numru tal-passaport Tuneżin maħruġ fit-28.2.1996, jiskadi fis-27.2.2001), (b) 04643632 (Numru tal-passaport Tuneżin maħruġ fit-18 ta' Ġunju 1999), (c) DAOMMD74T11Z352Z (Kodiċi Fiskali Taljan). Indirizz: 50th Street, Number 23, Zehrouni, Tunis, it-Tuneżija. Informazzjoni oħra: (a) Kap tat-taqsima tas-sigurtà Ansar al-Shari'a fit-Tuneżija (AAS-T), (b) Isem l-omm huwa Ourida Bint Mohamed. (c) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fl-1 ta' Diċembru 2004. (d) Arrestat fit-Tuneżija f'Awwissu 2013. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.”

(6)

L-entrata “Adel Ben Al-Azhar Ben Youssef Ben Soltane (alias Zakariya). Indirizz: It-Tuneżija. Data tat-twelid: 14.7.1970. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: M408665 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.10.2000 li skada fit-3.10.2005). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi Fiskali Taljan: BNSDLA70L14Z352B, (b) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fit-28.2.2004. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Adel Ben Al-Azhar Ben Youssef Hamdi (alias (a) Adel ben al-Azhar ben Youssef ben Soltane, (b) Zakariya). Data tat-twelid: 14.7.1970. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: (a) M408665 (Numru tal-passaport Tuneżin fl-4.10.2000, skada fit-3.10.2005), (b) W334061 (Numru tal-identità nazzjonali Tuneżin maħruġ fid-9.3.2011), (c) BNSDLA70L14Z352B (Kodiċi Fiskali Taljan). Indirizz: It-Tuneżija. Informazzjoni oħra: (a) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fit-28 ta' Frar 2004. (b) Qed jiskonta sentenza ta' 12 sena ħabs fit-Tuneżija għal sħubija f'organizzazzjoni terroristika barra mill-pajjiż minn Jannar 2010. (c) Arrestat fit-Tuneżija fl-2013. (d) Legalment biddel kunjomu minn Ben Soltane għal Hamdi fl-2014. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.”

(7)

L-entrata “Sami Ben Khamis Ben Saleh Elsseid (alias (a) Omar El Mouhajer, (b) Saber). Indirizz: 6, Ibn Al-Haythman Street, Manubah, Tunis, it-Tuneżija. Data tat-twelid: 10.2.1968. Post tat-twelid: Menzel Jemil, Bizerte, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: K929139 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-14.2.1995, skada fit-13.2.2000). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 00319547 (maħruġ fit-8.12.1994). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi Fiskali Taljan: SSDSBN68B10Z352F, (b) Isem l-omm huwa Beya Al-Saidani, (c) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fit-2 ta' Ġunju 2008. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 24.4.2002.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Sami Ben Khamis Ben Saleh Elsseid (alias (a) Omar El Mouhajer, (b) Saber). Data tat-twelid: 10.2.1968. Post tat-twelid: Menzel Jemil, Bizerte, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: K929139 (Numru tal-passaport Tuneżin maħruġ fl-14.2.1995, skada fit-13.2.2000), (b) 00319547 (Numru tal-passaport Tuneżin maħruġ fit-8.12.1994), (c) SSDSBN68B10Z352F (Kodiċi Fiskali Taljan). Indirizz: Ibn Al-Haythman Street, Number 6, Manubah, Tunis, it-Tuneżija. Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm huwa Beya Al-Saidani. (b) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fit-2 ta' Ġunju 2008. (c) Arrestat fit-Tuneżija f'Awwissu 2014. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 24.4.2002.”

(8)

L-entrata “Mohamed Aouani (alias (a) Lased Ben Heni, (b) Al-As'ad Ben Hani, (c) Mohamed Ben Belgacem Awani, (d) Mohamed Abu Abda, (e) Abu Obeida). Data tat-twelid: (a) 5.2.1970, (b) 5.2.1969. Nazzjonalità: Tuneżina. Post tat-twelid: (a) Tripli, Libja, (b) Tunis, Tuneżija. Informazzjoni oħra: Professur tal-Kimika (b) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fis-27.8.2006. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Mohamed Lakhal (alias (a) Lased Ben Heni, (b) Al-As'ad Ben Hani, (c) Mohamed Ben Belgacem Awani, (d) Mohamed Aouani, (e) Mohamed Abu Abda, (f) Abu Obeida). Data tat-twelid: (a) 5.2.1970, (b) 5.2.1969. Post tat-twelid: (a) Tripli, Libja, (b) Tunis, Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: W374031 (Numru tal-identità nazzjonali Tuneżina maħruġ fil-11.4.2011). Informazzjoni oħra: (a) Professur tal-Kimika. (b) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fis-27 ta' Awwissu 2006. (c) Legalment biddel kunjomu minn Aouani għal Lakhal fl-2014. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.”


17.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/68


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/65

tas-16 ta' Jannar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

62,0

EG

260,4

IL

127,8

MA

115,7

TR

114,9

ZZ

136,2

0707 00 05

JO

241,9

MA

66,8

TR

170,4

ZZ

159,7

0709 91 00

EG

119,3

ZZ

119,3

0709 93 10

MA

228,7

TR

168,5

ZZ

198,6

0805 10 20

EG

47,4

MA

57,3

TR

62,5

ZA

97,5

ZZ

66,2

0805 20 10

IL

140,0

MA

87,2

ZZ

113,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

102,7

KR

153,2

MA

82,2

TR

116,8

ZZ

113,7

0805 50 10

TR

69,7

ZZ

69,7

0808 10 80

BR

65,5

CL

84,5

US

151,8

ZZ

100,6

0808 30 90

CN

92,1

TR

108,4

US

138,7

ZZ

113,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


17.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/70


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/66

tas-16 ta' Jannar 2015

li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Jannar 2015 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tat-tewm.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin tul l-ewwel sebat ijiem kalendarji tax-xahar ta' Jannar 2015, għas-subperjodu mill-1 ta' Marzu 2015 sal-31 ta' Mejju 2015, għal ċerti kwoti, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni “A”, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Marzu 2015 sal-31 ta' Mejju 2015 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Marzu 2015 sal-31 ta' Mejju 2015

(f'%)

L-Arġentina

 

 

Importaturi tradizzjonali

09.4104

Importaturi ġodda

09.4099

Iċ-Ċina

 

 

Importaturi tradizzjonali

09.4105

60,163501

Importaturi ġodda

09.4100

0,434491

Pajjiżi terzi oħra

 

 

Importaturi tradizzjonali

09.4106

Importaturi ġodda

09.4102


DEĊIŻJONIJIET

17.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/67 (EUCAP SAHEL MALI/1/2015)

tal-14 ta' Jannar 2015

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-missjoni tal- PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali, (EUCAP Sahel Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-26 ta' Mejju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Mali/1/2014 (2), li taħtar lis-Sur Albrecht CONZE bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mis-26 ta' Mejju 2014 sal-14 ta' Jannar 2015.

(3)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li jiġi estiż il-mandat tas-Sur Albrecht CONZE bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2015 sal-14 ta' Ġunju 2015.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Albrecht CONZE bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali huwa b'dan estiż sal-14 ta' Ġunju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Mali/1/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 43).