ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 360

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
17 ta' Diċembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1334/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li japprova s-sustanza attiva gamma-ċjalotrina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u li jippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għal dik is-sustanza attiva ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1335/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabilixxi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tariffarji

6

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' avvanzar tal-perjodu ta' intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-2015

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 947/2014 u (UE) Nru 948/2014 fir-rigward tal-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1338/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2011 dwar estensjoni tad-deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinanti li jintuża għall-finijiet tal-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni Ewropea

17

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1339/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/109/UE tal-10 ta' Ottubru 2014 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tistabbilixxi librerija ta' twissijiet bl-istampi li għandhom jintużaw fuq prodotti tat-tabakk ( 1 )

22

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/911/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2014 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Latvja

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/912/PESK tal-15 ta' Diċembru 2014 b'appoġġ għall-attivitajiet relatati mas-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM) biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fir-reġjun tas-Saħel

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/913/PESK tal-15 ta' Diċembru 2014 b'appoġġ għall-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

44

 

 

2014/914/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fir-rigward ta' Belize

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/915/PESK tas-16 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

56

 

 

2014/916/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2014 li tikkoreġi l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/154/UE li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2014) 9452)

58

 

 

2014/917/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tan-notifika tal-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara u ta' miżuri li ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu mill-Istati Membri (notifikata bid-dokument C(2014) 9460)

59

 

 

2014/918/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2014 li ttemm il-proċediment antisussidju dwar importazzjonijiet ta' fibri bażiċi tal-poliester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam

65

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1334/2014

tas-16 ta' Diċembru 2014

li japprova s-sustanza attiva gamma-ċjalotrina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u li jippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għal dik is-sustanza attiva

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dik id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 2011. Għall-gamma-ċjalotrina, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/686/KE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit fl-4 ta' Novembru 2003 rċieva applikazzjoni minn Cheminova A/S għall-inklużjoni tas-sustanza attiva gamma-ċjalotrina fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2004/686/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fil-25 ta' Jannar 2008, l-Istat Membru maħtur bħala relatur, ir-Renju Unit, ippreżenta abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni. Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4), l-applikant talab informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mir-Renju Unit ġiet ippreżentata fil-format ta' addenda tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni fit-13 ta' Settembru 2012.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). Fl-4 ta' Frar 2014, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva gamma-ċjalotrina (5). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u ġew iffinalizzati fl-10 ta' Ottubru 2014 fil-format ta' rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni għall-gamma-ċjalotrina.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-gamma-ċjalotrina mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-gamma-ċjalotrina tiġi approvata.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni ta' konferma.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b'konsegwenza tal-approvazzjoni, u filwaqt li titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex janalizzaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-gamma-ċjalotrina. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. B'deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta' detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti b'rabta mal-aċċess għad-dejta. Għaldaqstant, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li jinħtieġ jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ta' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Huwa xieraq ukoll li l-Istati Membri jitħallew jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-gamma-ċjalotrina sabiex jingħataw iż-żmien meħtieġ biex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward ta' dawk l-awtorizzazzjonijiet proviżorji.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva gamma-ċjalotrina, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Evalwazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-gamma-ċjalotrina bħala sustanza attiva sat-30 ta' Settembru 2015.

Sa dik id-data dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-gamma-ċjalotrina bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-gamma-ċjalotrina bħala l-unika sustanza attiva, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2016; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih il-gamma-ċjalotrina bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' Settembru 2016 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Estensjoni tal-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-gamma-ċjalotrina għal perjodu li jintemm mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2016.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2015.

Madankollu, l-Artikolu 4 japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/686/KE tad-29 ta' Settembru 2004 li tagħraf fil-prinċipju t-tkomplija tal-inkartamenti mibgħuta għal stħarriġ dettaljat minħabba d-dħul possibbli tal-prokwinażid, IKI-220 (flonikamid) u l-gamma-ċjalotrina fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 21).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta' notifika ta' dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2014. Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva gamma-ċjalotrina. EFSA Journal 2014;12(2):3560, 93 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3560.

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Gamma-ċjalotrina

Nru tal-CAS 76703-62-3

Nru tas-CIPAC 768

(S)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1R,3R)-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat jew

(S)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1R)-cis-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat

≥ 980 g/kg

L-1 ta' April 2015

Il-31 ta' Marzu 2025

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-gamma-ċjalotrina, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-10 ta' Ottubru 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil dan li ġej:

(a)

is-sikurezza tal-operaturi u tal-ħaddiema,

(b)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta' konferma dwar:

(1)

il-metodi analitiċi għall-monitoraġġ tar-residwi fil-fluwidi tal-ġisem, tessuti u matriċijiet ambjentali;

(2)

il-profil tat-tossiċità tal-metaboliti CPCA, PBA u PBA(OH);

(3)

ir-riskju fit-tul għal mammiferi selvaġġi;

(4)

il-potenzjal għal bijomanjifikazzjoni fil-katini alimentari terrestri u akkwatiċi.

L-applikant għandu jissottometti l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Marzu 2017.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“82

Gamma-ċjalotrina

Nru tal-CAS 76703-62-3

Nru tas-CIPAC 768

(S)-α-cjano-3-fenossibenżil (1R,3R)-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat jew

(S)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1R)-cis-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat

≥ 980 g/kg

L-1 ta' April 2015

Il-31 ta' Marzu 2025

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-gamma-ċjalotrina, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-10 ta' Ottubru 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil dan li ġej:

(a)

is-sikurezza tal-operaturi u tal-ħaddiema,

(b)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta' konferma dwar:

(1)

il-metodi analitiċi għall-monitoraġġ tar-residwi fil-fluwidi tal-ġisem, tessuti u matriċijiet ambjentali;

(2)

il-profil tat-tossiċità tal-metaboliti CPCA, PBA u PBA(OH);

(3)

ir-riskju fit-tul għal mammiferi selvaġġi;

(4)

il-potenzjal għal bijomanjifikazzjoni fil-katini alimentari terrestri u akkwatiċi.

L-applikant għandu jissottometti l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Marzu 2017.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1335/2014

tas-16 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabilixxi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 (2) jipprovdi għal emendi fil-kodiċijiet tan-NM għal prodotti tal-ħalib tal-Kapitolu 4 b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3) jistabilixxi regoli dettaljati rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tariffarji. Biex jirrifletti l-emendi fil-kodiċijiet tan-NM għal prodotti tal-ħalib, hu meħtieġ li l-Annessi I, II u VIIa ta' dak ir-Regolament jiġu aġġornati.

(3)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jirreferi għall-kodiċijiet tan-NM li huma mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. Barra minn hekk, l-Anness 3, li jirrigwarda l-konċessjonijiet għall-ġobnijiet, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli (4), approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5), jipprovdi għal-liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet mill-2007. Għalhekk dik id-dispożizzjoni m'għadhiex tgħodd u għandha titħassar.

(4)

L-Artikolu 19a(1)(c) u (4)(c) li jirrigwarda l-Parti 3 tal-Anness VIIa tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u l-Artikolu 20(1)(a)(ii) li jirrigwarda l-Parti C tal-Anness II ta' dak ir-Regolament jikkonċernaw rispettivament kwota tariffarja tal-ġobon u importazzjonijiet preferenzjali skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika ta' Isfel, min-naħa l-oħra (6), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/441/KE (7). Dawn id-dispożizzjonijiet jirreferu għall-kodiċijiet tan-NM li huma mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. Peress li l-perjodu ta' kwota korrispondenti u l-perjodu tal-eliminazzjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni skadew, huwa xieraq li dawk id-dispożizzjonijiet jitħassru.

(5)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(2)

Fl-Artikolu 19a, il-paragrafi 1(c) u 4(c) huma mħassrin;

(3)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 1(a)(ii) huwa mħassar;

(4)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(5)

l-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Parti B hi mibdula bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament,

(b)

il-Parti C titħassar;

(6)

l-Anness VIIa huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Parti 3 titħassar,

(b)

il-Parti 4 hi mibdula bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tariffarji (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

(4)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(5)  Id-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni rigward il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1).

(6)  ĠU L 311, 4.12.1999, p. 3.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/441/KE tas-26 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 109).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti I.A hija sostitwita b'dan li ġej:

“I.A

KWOTI TARIFFARJI MHUX SPEĊIFIKATI MILL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI

Numru tal-kwota

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni (1)

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett)

Pajjiż tal-oriġini

Kwota annwali

(f'tunnellati)

Kwota ta' kull sitt xhur

(f'tunnellati)

09.4590

0402 10 19

Trab tal-ħalib xkumat

47,50

Il-pajjiżi terzi kollha

68 537

34 268,5

09.4599

0405 10 11

0405 10 19

0405 10 30

0405 10 50

0405 10 90

0405 90 10  (*)

0405 90 90  (*)

Butir u xaħmijiet u żjut oħra li ġejjin mill-ħalib

94,80

Il-pajjiżi terzi kollha

11 360

5 680

f'ekwivalenti ta' butir (*)

09.4591

ex 0406 10 30

ex 0406 10 50

ex 0406 10 80

Ġobon tal-pizza, iffriżat, imqatta' f'biċċiet b'kull waħda ma tiżinx aktar minn gramma (1), f'kontenituri b'kontenut nett ta' 5 kg jew aktar, b'kontenut ta' ilma, skont il-piż, ta' 52 % jew aktar, u b'kontenut ta' xaħam bil-piż fil-materja niexfa ta' 38 % jew aktar

13,00

Il-pajjiżi terzi kollha

5 360

2 680

09.4592

ex 0406 30 10

Emmentaler ipproċessat

71,90

Il-pajjiżi terzi kollha

18 438

9 219

0406 90 13

Emmentaler

85,80

09.4593

ex 0406 30 10

Gruyère ipproċessat

71,90

Il-pajjiżi terzi kollha

5 413

2 706,5

0406 90 15

Gruyère, Sbrinz

85,80

09.4594

0406 90 01  (2)

Ġobon għall-ipproċessar

83,50

Il-pajjiżi terzi kollha

20 007

10 003,5

09.4595

0406 90 21

Cheddar

21,00

Il-pajjiżi terzi kollha

15 005

7 502,5

09.4596

ex 0406 10 30

ex 0406 10 50

ex 0406 10 80

Ġobon frisk (mhux immaturat jew konservat) inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta, ħlief għal ġobon tal-pizza bin-numru tal-kwota 09.4591

92,60

92,60

106,40

Il-pajjiżi terzi kollha

19 525

9 762,5

0406 20 00

Ġobon maħkuk jew fi trab

94,10

0406 30 31

Ġobon ieħor ipproċessat

mhux maħkuk jew fi trab:

69,00

0406 30 39

71,90

0406 30 90

102,90

0406 40 10

0406 40 50

0406 40 90

Ġobon tat-tip blu (tat-tursina) u ġobon ieħor bil-vini prodott mill-Penicilium roqueforti

70,40

0406 90 17

Bergkäse u Appenzell

85,80

0406 90 18

Fromage Fribourgeois, Vacherin Mont d'Or u Tête de Moine

75,50

 

0406 90 23

Edam

75,50

 

0406 90 25

Tilsit

75,50

 

0406 90 29

Kashkaval

75,50

 

0406 90 32

Feta

75,50

 

0406 90 35

Kefalo-Tyri

75,50

 

0406 90 37

Finlandia

75,50

 

0406 90 39

Jarlsberg

75,50

 

0406 90 50

Ġobon minn ħalib tan-nagħaġ jew minn ħalib tal-buflu f'kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken tal-ġilda tan-nagħaġ jew tal-ġilda tal-mogħoż

75,50

 

ex 0406 90 63

Pecorino

94,10

 

0406 90 69

Oħrajn

94,10

 

0406 90 73

Provolone

75,50

 

0406 90 74

Maasdam

75,50

 

ex 0406 90 75

Caciocavallo

75,50

 

ex 0406 90 76

Danbo, Fontal, Fynbo, Havarti, Maribo, Samsø

75,50

 

0406 90 78

Gouda

75,50

 

ex 0406 90 79

Esrom, Italico, Kernhem, Saint-Paulin

75,50

 

ex 0406 90 81

Cheshire, Wensleydale, Lancashire, Double Glouster, Blarney, Colby, Monterey

75,50

 

0406 90 82

Camembert

75,50

 

0406 90 84

Brie

75,50

 

0406 90 86

Ġobon ieħor b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, li ma jaqbiżx l-40 % u kontenut tal-ilma kkalkolat skont il-piż tal-materja bla xaħam, li jaqbeż is-47 % iżda ma jaqbiżx it-52 %

75,50

 

0406 90 89

Ġobon ieħor b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, li ma jaqbiżx l-40 % u kontenut tal-ilma kkalkolat skont il-piż tal-materja bla xaħam, li jaqbeż is-52 % iżda ma jaqbiżx it-62 %

75,50

 

0406 90 92

Ġobon ieħor b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, li ma jaqbiżx l-40 % u kontenut tal-ilma kkalkolat skont il-piż tal-materja bla xaħam, li jaqbeż is-62 % iżda ma jaqbiżx it-72 %

75,50

 

0406 90 93

Ġobon ieħor b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, li ma jaqbiżx l-40 % u kontenut tal-ilma kkalkolat skont il-piż tal-materja bla xaħam, li jaqbeż it-72 %

92,60

 

0406 90 99

Ġobon ieħor b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, li jaqbeż l-40 %

106,40

 

(2)

Parti I.I hija sostitwita b'dan li ġej:

“I.I

Kwoti tariffarji taħt l-Anness II tal-Ftehim mal-Iżlanda approvat bid-Deċiżjoni 2007/138/KE

Kwota annwali mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju

(Kwantità f'tunnellati)

Numru tal-kwota

Kodiċijiet tan-NM

Deskrizzjoni (**)

Dazju applikabbli

Kwantità annwali

Kwantità ta' nofs is-sena mill-1.1.2008

09.4205

0405 10 11

0405 10 19

Butir naturali

Eżenzjoni

350

175

09.4206

ex 0406 10 50  (***)

‘Skyr’

Eżenzjoni

380

190


(*)  1 kg ta' prodott = 1,22 kg butir

(1)  Minkejja r-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies li għandha valur indikattiv biss, ladarba, fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati kodiċijiet ex NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

(2)  Il-ġobnijiet imsemmija huma kkunsidrati bħala pproċessati meta jkunu ġew ipproċessati fi prodotti li jaqgħu fis-sottotitolu 0406 30 tan-Nomenklatura Magħquda. L-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 japplikaw.”

(**)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-arranġamenti preferenzjali ddeterminati, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn huma msemmija kodiċijiet ex NM, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

(***)  Il-kodiċijiet tan-NM huma soġġetti għat-tibdil, fl-istennija tal-konferma tal-klassifika tal-prodott”


ANNESS II

“II.B

ARRANĠAMENTI PREFERENZJALI GĦALL-IMPORTAZZJONI — IT-TURKIJA

Numru tas-serje

Kodiċijiet tan-NM

Deskrizzjoni (1)

Pajjiż tal-oriġini

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett mingħajr indikazzjoni ulterjuri)

1

0406 90 29

Kashkaval

It-Turkija

67,19

2

0406 90 50

Ġobnijiet magħmula mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f'kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

It-Turkija

67,19

3

ex 0406 90 86

ex 0406 90 89

ex 0406 90 92

Tulum peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'imballaġġ individwali ta' inqas minn 10 kg tal-plastik jew ta' tip ieħor.

It-Turkija

67,19


(1)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati kodiċijiet ex NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.”


ANNESS III

“4.

KWOTI TARIFFARJI TAĦT IL-PROTOKOLL 1 TAD-DEĊIŻJONI Nru 1/98 TAL-KUNSILL TAL-ASSOĊJAZZJONI KE-TURKIJA

Numru tal-kwota

Kodiċijiet tan-NM

Deskrizzjoni (1)

Pajjiż tal-oriġini

Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

(f'tunnellati)

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett)

09.0243

0406 90 29

Kashkaval

It-Turkija

2 300

0

0406 90 50

Ġobon minn ħalib tan-nagħaġ jew minn ħalib tal-buflu f'kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken tal-ġilda tan-nagħaġ jew tal-ġilda tal-mogħoż

ex 0406 90 86

ex 0406 90 89

ex 0406 90 92

Tulum Peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'imballaġġ individwali ta' inqas minn 10 kg tal-plastik jew ta' tip ieħor.


(1)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati kodiċijiet ex NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.”


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/13


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1336/2014

tas-16 ta' Diċembru 2014

li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' avvanzar tal-perjodu ta' intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-2015

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Awwissu 2014, il-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, inklużi l-ħalib u prodotti tal-ħalib. Din il-projbizzjoni ħolqot disturb fis-suq bi tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet minħabba l-fatt li suq importanti tal-esportazzjoni f'daqqa waħda ma baqax disponibbli.

(2)

L-Artikolu 12(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li l-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun disponibbli mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru.

(3)

Għaldaqstant inħolqot sitwazzjoni fejn il-miżuri normali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jidhru li mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw id-disturb fis-suq.

(4)

Il-perjodu ta' intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat ġie estiż għall-31 ta' Diċembru 2014 bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2014 (2).

(5)

Il-prezzijiet tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat fl-Unjoni komplew jiddeterjoraw u l-pressjoni 'l isfel x'aktarx li tibqa' għaddejja.

(6)

Sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni fejn il-prezzijiet se jkomplu jiddeterjoraw u d-disturbi fis-suq se jiżdiedu, huwa essenzjali li l-intervent pubbliku jkun disponibbli wkoll wara l-31 ta' Diċembru 2014.

(7)

Għaldaqstant huwa xieraq li l-1 ta' Jannar jiġi stabbilit bħala l-bidu tal-perjodu ta' xiri sfurzat ta' intervent għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat f'2015.

(8)

Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u għall-kontribuzzjoni fl-istabilizzazzjoni tal-prezzijiet, il-miżura temporanja stipulata f'dan ir-Regolament għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 12(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fl-2015 l-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun disponibbli mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, tas-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014, (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 21).


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1337/2014

tas-16 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 947/2014 u (UE) Nru 948/2014 fir-rigward tal-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2), l-Artikolu 20(c), (f), (l), (m) u (n), u l-Artikolu 223(3)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 947/2014 (4) u (UE) Nru 948/2014 (5) fetħu skemi ta' ħżin privat ta' butir u trab tal-ħalib xkumat, rispettivament, minħabba sitwazzjoni tas-suq partikolarment diffiċli, b'mod partikolari minħabba l-projbizzjoni introdotta mill-Gvern Russu fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-ħalib mill-Unjoni lejn ir-Russja.

(2)

Dawk ir-Regolamenti jistipulaw li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jiġu ppreżentati sal-31 ta' Diċembru 2014.

(3)

Il-prezzijiet tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat fl-Unjoni komplew jiddeterjoraw u l-pressjoni 'l isfel x'aktarx tibqa' għaddejja.

(4)

Minħabba s-sitwazzjoni attwali tas-suq huwa xieraq li l-iskemi ta' għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat jiġu estiżi.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 947/2014

Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 947/2014, “il-31 ta' Diċembru 2014” tinbidel b'“it-28 ta' Frar 2015”.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 948/2014

Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 948/2014, “il-31 ta' Diċembru 2014” tinbidel b'“it-28 ta' Frar 2015”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 947/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jiftaħ il-ħżin privat għall-butir u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna, (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 15).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 948/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jiftaħ il-ħżin privat għat-trab tal-ħalib xkumat u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna, (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 18).


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1338/2014

tas-16 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2011 dwar estensjoni tad-deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinanti li jintuża għall-finijiet tal-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2008 (3) il-Kap Verde ingħatat deroga mir-regoli ta' oriġini stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2011 (4) il-Kummissjoni tat lill-Kap Verde deroga ġdida minn dawk ir-regoli ta' oriġini. L-aktar deroga riċenti tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014.

(2)

B'ittra datata l-4 ta' Ġunju 2014, il-Kap Verde ressqet talba għall-estensjoni tad-deroga għal perjodu indefinit ta' żmien mill-1 ta' Jannar 2015 sal-iskadenza tal-Protokoll (se jiġi ppubblikat) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet, jew id-data ta' applikazzjoni għar-regoli tal-oriġini taħt Ftehim ta' Sħubija Ekonomika futur bejn l-Unjoni u l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent, skont liema minn dawn iseħħ l-aħħar. Din it-talba tikkonċerna volum annwali ta' 2 500 tunnellata għal qatgħat tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u għal 875 tunnellata għal qatgħat ta' tumbrell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati jew ppreservati.

(3)

Mill-2008, it-total tal-kwantitajiet annwali li ngħataw lill-Kap Verde permezz tad-deroga kkontribwixxew, sa ċertu punt, biex titjieb is-sitwazzjoni tas-settur tal-ipproċessar tas-sajd tal-Kap Verde. Dawn il-kwantitajiet wasslu wkoll, sa ċertu punt, għat-tiġdid tal-flotta mhux industrijali tal-Kap Verde, li hija ta' importanza vitali għal dak il-pajjiż. Madankollu, sabiex il-flotta tal-Kap Verde tiġġedded kompletament għal-livell previst jeħtieġ tiġdid fiż-żieda fil-kapaċità disponibbli sabiex tiġi pprovduta biżżejjed materja prima oriġinarja.

(4)

It-talba turi li, mingħajr id-deroga, l-abbiltà tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tal-Kap Verde sabiex tkompli l-esportazzjoni lejn l-Unjoni tista' tiġi affetwata b'mod sinifikanti, li tista' tkun ta' deterrent għal aktar żvilupp tal-flotta tal-Kap Verde għal sajd żgħir pelaġiku.

(5)

Huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex jiġu kkonsolidati r-riżultati diġà miksuba mill-Kap Verde fl-isforzi tiegħu biex iġedded il-flotta tas-sajd lokali tiegħu. Id-deroga għandha tagħti lill-Kap Verde żmien biżżejjed biex iħejji lilu nnifisu sabiex jikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali.

(6)

Wara li kkunsidrat in-natura temporanja tad-derogi mogħtija rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji, mhux possibbli li tingħata d-deroga għal perjodu indefinit kif mitlub mill-Kap Verde. Minflok, id-deroga għandha tingħata għal perjodu ta' sentejn, fir-rigward tal-kwantitajiet annwali ta' 2 500 tunnellata għall-qatgħat tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u għal 875 tunnellata għal qatgħat ta' tumbrell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati u ppreservati, sabiex jippermettu lill-Kap Verde jikseb konformità mar-regoli.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għal prodotti esportati mill-Kap Verde iddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, matul il-perjodi mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, l-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2012, l-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013, l-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014, l-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, l-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016, sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness, fejn il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huma ssodisfati.”

(2)

L-Anness għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2008 tal-14 ta' Awwissu 2008 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati għall-finijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta' Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Komunità (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 11).

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 439/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati li jintuża għall-finijiet tal-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta' Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 119, 7.5.2011, p. 1).


ANNESS

Nru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

 

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodi

Kwanità (f'piż nett ta' tunnellati)

09.1647

1604 15 11

ex 1604 19 97

 

Qatgħat ta' Kavalli ppreparati jew ippreservati (Scomber scombrus, Scomber japonicus, Scomber colias)

1.1.2011 sal-31.12.2011

1.1.2012 sal-31.12.2012

1.1.2013 sal-31.12.2013

1.1.2014 sal-31.12.2014

1.1.2015 sal-31.12.2015

1.1.2016 sal-31.12.2016

2 500

2 500

2 500

2 500

2 500

2 500

09.1648

ex 1604 19 97

 

Qatgħat ta' Tumbrell ippreparati jew ippreservati (Auxis thazard, Auxis rochei)

1.1.2011 sal-31.12.2011

1.1.2012 sal-31.12.2012

1.1.2013 sal-31.12.2013

1.1.2014 sal-31.12.2014

1.1.2015 sal-31.12.2015

1.1.2016 sal-31.12.2016

875

875

875

875

875

875


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1339/2014

tas-16 ta' Diċembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

55,8

IL

97,8

MA

87,7

TN

139,2

TR

110,2

ZZ

98,1

0707 00 05

EG

191,6

TR

142,8

ZZ

167,2

0709 93 10

MA

80,9

TR

134,6

ZZ

107,8

0805 10 20

AR

35,3

MA

68,6

TR

59,8

UY

32,9

ZA

47,2

ZW

33,9

ZZ

46,3

0805 20 10

MA

64,8

ZZ

64,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

95,0

MA

75,3

TR

76,8

ZZ

82,4

0805 50 10

TR

77,1

ZZ

77,1

0808 10 80

BR

53,5

CL

80,2

NZ

90,6

US

94,0

ZA

143,5

ZZ

92,4

0808 30 90

CN

98,5

TR

174,9

US

173,2

ZZ

148,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/22


DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/109/UE

tal-10 ta' Ottubru 2014

li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tistabbilixxi librerija ta' twissijiet bl-istampi li għandhom jintużaw fuq prodotti tat-tabakk

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3)(b) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/40/UE jistipula li kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' prodotti tat-tabakk għat-tipjip għandu juri twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien sakemm mhux eżentati skont l-Artikolu 11. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom jinkludu, inter alia, waħda mit-twissijiet miktuba elenkati fl-Anness I u ritratt bil-kulur korrispondenti speċifikat fil-librerija tal-istampi fl-Anness II ta' dik id-Direttiva.

(2)

Barra minn hekk, id-Direttiva 2014/40/UE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati sabiex tistabbilixxi u tadatta l-librerija tal-istampi fl-Anness II filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE għandu jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2016. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-20 ta' Mejju 2016.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1.


ANNESS

“ANNESS II

Librerija tal-Istampi (ta' twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien)

(imsemmija fl-Artikolu 10(1))

Is-sett 1

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Is-sett 2

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Is-sett 3

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


DEĊIŻJONIJIET

17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Diċembru 2014

dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Latvja

(2014/911/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), b'mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (2), b'mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

Taħt il-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona huma ppreservati sa meta dawk l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Konsegwentement, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(4)

Taħt il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(5)

Il-Latvja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta' data dattiloskopika.

(6)

Saret b'suċċess prova pilota mil-Latvja mal-Awstrija.

(7)

Saret żjara ta' evalwazzjoni fil-Latvja u sar rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-iskwadra ta' evalwazzjoni Awstrijaka li ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(8)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' data dattiloskopika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, il-Latvja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali taħt l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ORLANDO


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/912/PESK

tal-15 ta' Diċembru 2014

b'appoġġ għall-attivitajiet relatati mas-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM) biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fir-reġjun tas-Saħel

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill Ewropew adotta l-“Istrateġija tal-UE fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u l-munizzjon tagħhom”. F'dik l-Istrateġija, il-Kunsill Ewropew jirrikonoxxi li l-abbundanza tal-ħażniet tas-SALW u l-munizzjon tiffaċilita l-kisba ta' tali armi minn persuni nonmilitari, persuni involuti f'attivitajiet kriminali, terroristi u kombattenti mingħajr distinzjoni, u jisħaq dwar il-ħtieġa li ssir azzjoni preventiva biex tiġi indirizzata l-provvista illegali ta' armi konvenzjonali u d-domanda għalihom. Barra minn hekk huwa jidentifika lill-Afrika bħala l-kontinent l-aktar milqut mill-impatt tal-konflitti interni aggravati mill-influss destabbilizzanti ta' SALW.

(2)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill approva l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel, li tipprovdi qafas integrat għall-impenn tal-Unjoni fir-reġjun tas-Saħel. Wieħed mill-erba' oqsma ta' azzjonijiet tal-Istrateġija għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tas-settur tas-sigurtà, is-settur tal-infurzar tal-liġi u dak tal-istat tad-dritt f'dan ir-reġjun biex il-ġlieda kontra t-theddid u t-trattament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata jsiru b'mod aktar effiċjenti u speċjalizzat u biex dawn ikunu marbutin ma' miżuri ta' governanza tajba.

(3)

Fl-14 ta' Ġunju 2006 f'Abuja, in-Niġerja, l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottaw Konvenzjoni tal-ECOWAS dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir, il-Munizzjon tagħhom u Materjal Ieħor Relatat, li daħlet fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2009. Fit-30 ta' April 2010 f'Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS) u r-Repubblika tar-Rwanda adottaw l-Konvenzjoni tal-Afrika Ċentrali għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir, il-Munizzjon, il-Partijiet u l-Komponenti tagħhom li jistgħu jintużaw għall-Manifattura, it-Tiswija jew l-Assemblaġġ tagħhom. Fiż-żewġ Konvenzjonijiet, l-Istati firmatarji impenjaw ruħhom, fost l-oħrajn, li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-ġestjoni, il-ħżin u s-sigurtà sikuri u effettivi tal-ħażniet nazzjonali tagħhom tas-SALW, f'konformità mal-istandards u l-proċeduri xierqa.

(4)

Il-Burkina Faso, Mali u n-Niġerja rratifikaw it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, kif għamlu wkoll 23 Stat Membru, waqt li ċ-Ċad, il-Mawritanja u n-Niġer iffirmawh. L-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi jipprovdi li fl-implimentazzjoni tat-Trattat, kull Stat Parti jista' jitlob assistenza inkluż assistenza legali jew leġislattiva, tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali u assistenza teknika, materjali jew finanzjarja. Tali assistenza tista' tinkludi l-ġestjoni tal-ħażniet, programmi ta' diżarm, demobilizzazzjoni u riintegrazzjoni, mudell ta' leġislazzjoni, u prattiki effettivi għall-implimentazzjoni. Kull Stat Parti li jkun f'pożizzjoni li jipprovdi tali assistenza għandu, fuq talba, jagħmel dan.

(5)

Il-Burkina Faso, Mali, il-Mawritanja u n-Niġerja huma Stati Partijiet għall-Protokoll kontra l-Manifattura u t-Traffikar Illeċiti ta' Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-“Protokoll dwar l-Armi tan-Nar”).

(6)

L-Istati Membri kollha tan-NU huma impenjati favur l-implimentazzjoni effettiva tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu ta' Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (“Programm ta' Azzjoni tan-NU”), kif ukoll l-Istrument Internazzjonali li Jippermetti lill-Istati Jidentifikaw u Jittraċċaw, b'Mod f'Waqtu u Affidabbli, Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir.

(7)

Fil-Ħames Laqgħa Biennali tal-Istati għall-Konsiderazzjoni tal-Implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU (New York, 16-20 ta' Ġunju 2014), l-Istati Membri kollha tan-NU tennew li l-ġestjoni adatta tal-ħażniet tas-SALW, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' konflitt u ta' wara l-konflitt, huwa essenzjali biex jiġu evitati inċidenti u jitnaqqas ir-riskju ta' devjazzjoni lejn il-kummerċ illeċitu, gruppi armati illegali, terroristi u riċevituri oħrajn mhux awtorizzati. L-Istati Membri tan-NU sejħu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali u reġjonali u assistenza dwar il-ġestjoni ta' ħażniet u kwistjonijiet ta' sigurtà fiżika, u impenjaw ruħhom li jieħdu vantaġġ, fejn ikun fattibbli, mill-avvanzi teknoloġiċi biex tissaħħaħ il-ġestjoni tal-ħażniet, inklużi miżuri ta' sigurtà fiżika.

(8)

Ir-rewwixta popolari fil-Libja fi Frar 2011 u l-konflitt armat li rriżulta u l-kriżi politika u ta' sigurtà f'Mali fl-2012 urew kif l-atturi mhux Statali, inklużi t-terroristi, jistgħu jieħdu vantaġġ ta' ħażniet governattivi li mhumiex taħt sigurtà u ġestjoni adatta biex jiddevjaw is-SALW u l-munizzjon, bi ħsara għall-paċi u s-sigurtà. F'kuntest ta' żieda fl-attività minn atturi mhux Statali fir-reġjun tas-Saħel, inkluż fit-Tramuntana tan-Niġerja, it-titjib tas-sigurtà tal-armi u l-munizzjon fl-Istati tas-Saħel sar prijorità.

(9)

Iċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi u d-Diżarm fl-Afrika (UNREC), li huwa parti mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA), għandu esperjenza twila ta' għoti ta' appoġġ lill-Istati tas-Saħel u s-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni min-naħa tagħhom ta' strumenti internazzjonali u reġjonali dwar il-kontroll ta' SALW, f'konformità mal-mandat tiegħu li rċieva mill-Assemblea Ġenerali tan-NU (Riżoluzzjoni 40/151 G, 16 ta' Diċembru 1985).

(10)

Mill-2013 'il hawn, il-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni f'Mali (MINUSMA), permezz tas-Servizz tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Azzjoni kontra l-Mini (UNMAS), kienet qed tassisti lill-awtoritajiet ta' Mali fl-azzjoni kontra l-mini u l-ġestjoni tal-armi u l-munizzjon, f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet 2100(2013) u 2164(2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

(11)

L-organizzazzjoni mhux governattiva, imsejħa l-Mine Advisory Group (MAG), dan l-aħħar bdiet proġett reġjonali li jindirizza kwistjonijiet urġenti relatati mas-sigurtà u l-ġestjoni ta' armi u munizzjon konvenzjonali f'pajjiżi mmirati fi ħdan ir-reġjun Saħel-Magħreb.

(12)

Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/428/PESK (1), l-Unjoni ffinanzjat, fost l-oħrajn, il-forniment ta' tagħmir tal-immarkar lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi f'diversi Stati tal-Afrika tal-Punent, kif ukoll taħriġ dwar l-Istrument Internazzjonali ta' Traċċar u dwar il-Linji Gwida Tekniċi Internazzjonali dwar il-Munizzjon.

(13)

Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/320/PESK (2), l-Unjoni qed tappoġġa miżuri mmirati lejn l-iżgurar tas-sigurtà fiżika tajba u l-ġestjoni tajba tal-ħażniet tal-armi Libjani, sabiex jitnaqqsu r-riskji li jirriżultaw mit-tixrid illeċitu tas-SALW u l-munizzjon għas-sigurtà tal-Libja u tal-pajjiżi ġirien tagħha, inkluż fis-Saħel.

(14)

Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK (3), l-Unjoni qed tappoġġa l-istabbiliment ta' mekkaniżmu globali ta' rappurtar dwar SALW illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon illeċiti (“iTrace”), ibbażat b'mod partikolari fuq riċerka fil-qasam tas-SALW u l-munizzjon li jiċċirkolaw f'żoni milquta minn konflitti, inkluż fl-Afrika.

(15)

Taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tagħha, l-Unjoni varat tliet azzjonijiet fir-reġjun tas-Saħel, jiġifieri, l-ewwel, l-EUCAP Sahel Niger, li bdiet fit-8 ta' Awwissu 2012, bħala appoġġ għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu fin-Niġer; it-tieni, il-Missjoni ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea f'Mali, li bdiet fit-18 ta' Frar 2013, biex tikkontribwixxi għar-ristrutturazzjoni u r-riorganizzazzjoni tal-Forzi Armati ta' Mali permezz ta' taħriġ u konsulenza; u, it-tielet, l-EUCAP Sahel Mali, li ġiet varata fil-15 ta' April 2014, biex tipprovdi konsulenza u taħriġ strateġiċi lill-forzi tas-sigurtà interna f'Mali.

(16)

Taħt l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi, mill-2011 'il hawn l-Unjoni tappoġġa lill-Uffiċċju tan-NU kontra d-Drogi u l-Kriminalità fl-isforzi tiegħu biex jippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar, partikolarment fl-Afrika tal-Punent. Taħt dak l-Istrument, mill-2010 'l hawn l-Unjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju liċ-Ċentru Reġjonali dwar l-Armi Ħfief (RECSA) fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, il-Qarn tal-Afrika u l-Istati Ġirien ibbażat f'Najrobi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għas-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun tas-Saħel billi tassisti lill-Istati ta' dan ir-reġjun fil-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' SALW u munizzjon li jkunu proprjetà governattiva, u t-traffikar illeċitu tagħhom, permezz ta' titjib fis-sigurtà fiżika tagħhom u l-ġestjoni tal-ħażniet tagħhom (“PSSM”, physical security and stockpile management).

2.   L-attivitajiet li għandhom ikunu appoġġati mill-Unjoni għandu jkollhom l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

li jiġġeneraw l-adeżjoni politika meħtieġa għat-titjib tal-proċeduri tal-PSSM u jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali u l-kondiviżjoni tal-konoxxenza;

(b)

li jappoġġaw lill-pajjiżi mmirati fl-iżvilupp ta' leġislazzjoni aġġornata, proċeduri amministrattivi aġġornati u proċeduri operattivi standard (SOPs) prattiċi aġġornati, bħala l-bażi għat-tisħiħ tal-PSSM, f'konformità mal-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika;

(c)

li jappoġġaw b'mod dirett l-implimentazzjoni tal-attivitajiet għall-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet, inkluż permezz tar-riabilitazzjoni ta' faċilitajiet ta' ħżin, il-qerda ta' ħażniet żejda ta' SALW, SALW li ma għadhomx jintużaw jew SALW illeċiti u l-pilotaġġ ta' teknoloġiji ġodda.

Deskrizzjoni dettaljata ta' dawn l-attivitajiet tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“Rappreżentant Għoli”) għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandha ssir mill-UNODA permezz tal-UNREC. L-UNODA għandu jwettaq dawn il-kompiti taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandha tidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UNODA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 3 561 257,06. Il-baġit, stmat bħala totali, tal-proġett kollu għandu jkun ta' EUR 4 129 393,06, li għandu jkun provdut permezz ta' kofinanzjament.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f'konformità mal-proċeduri u r-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni korretta tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-UNODA. Il-ftehim għandu jistipula li l-UNODA għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun dik xierqa skont id-daqs tal-kontribuzzjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara l-15 ta' Diċembru 2014. Hija għandha tinforma lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli dwar kwalunkwe diffikultà fil-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament, fi żmien ġimagħtejn mill-iffirmar.

Artikolu 4

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari li għandhom jitħejjew mill-UNODA. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 42 xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament rilevanti msemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta' finanzjament f'dan il-perijodu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/428/PESK tat-18 ta' Lulju 2011 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm biex jiġi implimentat il-Programm ta' Azzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f'Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (ĠU L 188, 19.7.2011, p. 37).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/320/PESK tal-24 ta' Ġunju 2013 b'appoġġ għas-sigurtà fiżika u l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-ħażniet biex jitnaqqas ir-riskju tal- kummerċ illeċitu fl-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fil-Libja u r-reġjun tagħha (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 54).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK tal-25 ta' Novembru 2013 b'appoġġ għal mekkaniżmu ta' globali rappurtar dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċtiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (ĠU L 320, 30.11.2013, p. 34).


ANNESS

Attivitajiet relatati mas-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM) biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fir-reġjun tas-Saħel

1.   Sfond u raġunijiet li jiġġustifikaw l-appoġġ taħt il-PESK

1.1   Sfond

In-nuqqas ta' PSSM effettivi, f'konformità mal-istandards internazzjonali, f'depożiti eżistenti tal-armi u l-munizzjon konvenzjonali fis-Saħel ġie rikonoxxut li jirrappreżenta sfida serja għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun u lil hinn minnu. Fil-passat reċenti, il-ħażniet governattivi fil-Libja u Mali ġew issakkeġġjati minn atturi mhux Statali armati, inklużi gruppi terroristiċi. Hemm riskju konkret li tista' sseħħ sitwazzjoni simili f'partijiet tal-Burkina Faso, iċ-Ċad, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja, peress li l-gruppi armati u l-gruppi terroristiċi joperaw b'mod transkonfinali u huma involuti fil-kummerċ illeċitu tas-SALW. PSSM inadegwati ta' armi u munizzjon iżidu r-riskju ta' devjazzjoni — inkluż permezz ta' serq u attakki — lejn is-suq illeċitu, kif ukoll splużjonijiet mhux ippjanati f'siti fejn ikun jinsab il-munizzjon. Dan jista' jwassal għall-akkumulazzjoni destabbilizzanti tas-SALW u t-traffikar tagħhom, li jaffettwaw il-paċi u s-sigurtà fuq livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali.

Din it-theddida hija rikonoxxuta wkoll fl-Istrateġija Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Saħel, li tqis li jeħtieġ li jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' devjazzjoni ta' SALW lejn atturi mhux Statali, billi tiżdied is-sigurtà tal-ħażniet eżistenti u, fejn meħtieġ, billi dawn jiġu rilokati, kif ukoll billi jinqerdu l-ħażniet żejda ta' SALW u munizzjon jew billi jinqerdu s-SALW u l-munizzjon illeċiti. Dan jista' jsir permezz ta' implimentazzjoni effettiva tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar il-Kummerċ Illeċitu tas-SALW u l-Istrument Internazzjonali ta' Traċċar bl-użu ta' Standards Internazzjonali għall-Kontroll tal-Armi Ħfief (ISACS) kif ukoll il-Linji Gwida Tekniċi Internazzjonali dwar il-Munizzjon (IATG) żviluppati fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.

1.2   Raġunijiet

Fi ħdan il-mandat tiegħu skont ir-Riżoluzzjoni 40/151 G tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, iċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi u d-Diżarm fl-Afrika (UNREC), bħala l-preżenza reġjonali Afrikana tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA), jinsab f'pożizzjoni unika biex jassisti u jsaħħaħ il-kapaċità u l-ħila tal-Istati tas-Saħel fl-użu effettiv ta' dawn l-istandards u l-aħjar prattiki, u b'hekk jikkontrolla l-ħażniet tas-SALW u l-munizzjon tagħhom biex jipprevjeni l-effett destabbilizzanti tal-akkumulazzjoni tas-SALW u l-kummerċ illeċitu tagħhom fis-sottoreġjun u lil hinn minnu.

L-UNREC jipproponi l-implimentazzjoni ta' proġett b'kooperazzjoni mas-Servizz tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Azzjoni kontra l-Mini (UNMAS) u l-organizzazzjoni nongovernattiva Mines Advisory Group (MAG) u b'koordinazzjoni mal-organizzazzjonijiet reġjonali u sottoreġjonali rilevanti, bħall-ECOWAS u l-ECCAS, kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi. L-UNMAS qed jagħmel attivitajiet b'appoġġ għall-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni f'Mali (MINUSMA), bħala wieħed mill-komponenti integrati tiegħu fil-qafas tar-Riżoluzzjoni 2100(2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u mat-Tim Speċifiku għall-Pajjiż (Country Team) tan-NU għal Mali. Attwalment, il-MAG qed iwettaq proġett reġjonali li jindirizza s-sigurtà u l-ġestjoni ta' armi u munizzjon konvenzjonali f'pajjiżi mmirati fi ħdan ir-reġjun Saħel-Magħreb. Il-konklużjonijiet minn dawn l-attivitajiet ser jintużaw biex tinġabar informazzjoni għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proġett. Is-sinerġiji ser joffru l-possibbiltà ta' impatt globali akbar. Il-proġett ser jibbenefika wkoll minn għarfien espert intern tal-UNODA fil-kwartieri ġenerali tan-NU u fir-reġjun, kif ukoll minn aktar għarfien espert disponibbli fis-Sistema tan-NU.

Dawn l-attivitajiet ser jibnu fuq, jikkomplementaw u jisfruttaw is-sinerġiji ma' proġetti li diġà qegħdin jiġu implimentati fir-reġjun mill-UNREC u sħab bilaterali oħrajn, aġenziji tan-NU, organizzazzjonijiet sottoreġjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, inkluż: proġett sabiex terġa' tibda topera l-Kummissjoni Nazzjonali ta' Mali dwar is-SALW u biex jiġi żviluppat Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar is-SALW; id-Deċiżjoni 2011/428/PESK li taħtha, fost oħrajn, jiġu pprovduti magni għall-immarkar lill-Burkina Faso u n-Niġer; il-proġett li għaddej bħalissa msejjaħ “Il-Ġlieda Kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta' Armi tan-Nar fl-Afrika”, li hu ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea taħt l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbilità u l-Paċi u, matul l-ewwel fażi (2010-2016) tal-proġett, saru, fost oħrajn, attivitajiet ta' mmarkar u ġew ipprovduti magni tal-immarkar elettroniku flimkien mal-installazzjoni ta' software mfassal apposta għaż-żamma ta' reġistri fil-pajjiżi tal-Afrika tal-Lvant, filwaqt li l-fażi li għaddejja bħalissa (2013-2016) tipprovdi għal attivitajiet simili f'pajjiżi oħrajn (b'mod indikattiv: il-Burundi, il-Kamerun, iċ-Ċad, il-Côte d'Ivoire, il-Ginea Ekwatorjali, il-Gabon, il-Gana, il-Liberja, Mali, ir-Rwanda, is-Somalja, is-Sudan t'Isfel, it-Togo, l-Uganda); proġett transreġjonali implimentat mill-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità ġewwa, fost oħrajn, l-Afrika tal-Punent (jiġifieri l-Benin, il-Burkina Faso, il-Gambja, il-Gana, Mali, il-Mawritanja, is-Senegal, it-Togo), li wkoll hu ffinanzjat mill-Istrument tal-Unjoni li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi, li għandu l-għan li jippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Protokoll tagħha dwar l-Armi tan-Nar, primarjament permezz ta' appoġġ għar-reviżjoni tal-leġislazzjoni u r-riforma leġislattiva; attivitajiet ta' taħriġ marbutin mal-ġestjoni tal-armi mwettqa mill-missjoni EUCAP Sahel Niger taħt il-Politika tal-UE ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni; kif ukoll il-proġett tan-NATO fil-Mawritanja implimentat mill-Aġenzija ta' Appoġġ tan-NATO (NSPA).

Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-PSSM taħt dan il-proġett għandhom iqisu u jappoġġaw, fejn rilevanti, programmi ta' sigurtà usa' implimentati f'pajjiżi benefiċjarji, bħalma huma l-proċessi għad-Diżarm, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni (DDR) kif ukoll dawk relatati mar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS). Ir-reviżjoni tal-leġislazzjoni u l-oqfsa amministrattivi tal-PSSM u r-rakkomandazzjonijiet ulterjuri biex jissodisfaw l-istandards internazzjonali dwar il-kontroll tal-armi, kif ukoll l-iżvilupp ta' proċeduri operattivi standard nazzjonali dwar il-PSSM, ser jikkontribwixxu għall-isforzi tar-RSS f'kull pajjiż u fis-sottoreġjun. L-attivitajiet taħt il-proġett jistgħu wkoll jappoġġaw, fejn xieraq, l-isforzi tad-DDR — speċifikament dawk marbuta mad-diżarm fil-prattika — peress li l-iżvilupp tal-SOPs nazzjonali dwar il-kontroll tal-armi jistgħu jiġu integrati fil-proċessi tad-DDR, pereżempju permezz tal-istabbiliment ta' normi għall-immarkar u r-reġistrazzjoni jew il-qerda tal-armi rkuprati. Il-prattiki eżistenti, promossi wkoll permezz ta' proġetti oħra rilevanti ffinanzjati mill-UE, għandhom jintużaw biex jiġu żgurati proċessi armonizzati.

Permezz tal-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali għall-aħjar prattika fil-kontroll tal-armi, dan il-proġett ser jgħin lill-Istati fl-iżvilupp ta' sorveljanza ċivili indipendenti tal-attivitajiet nazzjonali tal-PSSM. Il-ħtieġa għal sorveljanza ċivili ser tiġi integrata fl-attivitajiet differenti tal-proġett, b'mod partikolari f'konsultazzjonijiet u sessjonijiet ta' ħidma.

2.   Objettivi ġenerali

L-Azzjoni deskritta f'dan il-punt tikkontribwixxi għas-sigurtà u l-istabbiltà fis-Saħel u ser tassisti lil sitt Stati fir-reġjun tas-Saħel (il-Burkina Faso, iċ-Ċad, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja) fil-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' SALW u munizzjon li jkunu proprjetà governattiva u t-traffikar illeċitu tagħhom permezz ta' titjib fil-PSSM tagħhom.

B'mod speċifiku, l-Azzjoni ser ikollha l-għan li:

(a)

tiġġenera l-adeżjoni politika meħtieġa għat-titjib tal-proċeduri tal-PSSM u tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali u l-kondiviżjoni tal-konoxxenza;

(b)

tappoġġa lill-pajjiżi mmirati fl-iżvilupp ta' leġislazzjoni, proċeduri amministrattivi u SOPs prattiċi aġġornati, bħala l-bażi għat-tisħiħ tal-PSSM, f'konformità mal-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika;

(c)

tappoġġa b'mod dirett l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' ġestjoni tal-ħażniet, inkluż permezz tar-riabilitazzjoni tal-faċilitajiet ta' ħżin, il-qerda ta' ħażniet żejda ta' SALW, SALW li ma għadhomx jintużaw jew SALW illeċiti u l-pilotaġġ ta' teknoloġiji ġodda.

3.   Eżiti

L-azzjoni ser ikollha r-riżultati li ġejjin:

(a)

normi leġislattivi u amministrattivi adegwati dwar il-PSSM;

(b)

titjib fil-PSSM tas-SALW permezz tat-tisħiħ tas-siti ta' ħżin;

(c)

tnaqqis tar-riskju ta' devjazzjoni u ta' splużjonijiet inċidentali ta' SALW u munizzjon li jkunu maħżunin żejda, obsoleti u illeċiti permezz tal-qerda tagħhom;

(d)

titjib fl-immarkar, it-traċċar u ż-żamma ta' rekords tas-SALW;

(e)

tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni;

(f)

l-identifikazzjoni tal-użu possibbli ta' teknoloġiji ġodda fil-PSSM;

(g)

tisħiħ tal-kapaċità u s-sjieda nazzjonali tal-PSSM fil-pajjiżi benefiċjarji;

(h)

titjib fl-għarfien tal-kontribut tal-PSSM għas-sigurtà reġjonali;

(i)

kontribut għat-tnaqqis tar-riskju ta' destabbilizzazzjoni reġjonali, li jista' jiġi kkawżat mill-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom jew id-devjazzjoni ta' SALW lejn atturi mhux Statali, inklużi gruppi terroristiċi.

4.   Deskrizzjoni tal-Azzjoni

4.1   Konferenza ta' Wilton Park dwar il-PSSM fis-Saħel

Objettivi

Tingħata opportunità għall-iskambju tal-esperjenzi u tiġi ġġenerata l-adeżjoni politika meħtieġa biex l-attivitajiet jitwettqu taħt il-proġett.

Deskrizzjoni

Tiġi organizzata konferenza minn Wilton Park u l-UNREC sabiex jiġi diskuss l-impatt ta' ħażniet Libjani li mhumiex taħt sigurtà fuq is-sigurtà tal-armi fis-Saħel, biex jiġu żviluppati strateġiji għall-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' SALW u munizzjon li jkunu proprjetà governattiva u t-traffikar illeċitu tagħhom permezz ta' titjib fil-PSSM tagħhom. Il-konferenza ser toffri wkoll l-opportunità li ssir evalwazzjoni tal-progress li sar fil-qasam tal-PSSM fir-reġjun tas-Saħel, partikolarment fil-kuntest ta' għajnuna internazzjonali, jiġu diskussi l-ħtiġijiet attwali tal-pajjiżi, jiġu ppjanati l-azzjonijiet attwali rilevanti u jiġu identifikati l-lakuni li għandhom jiġu indirizzati. Barra minn hekk, din ser tintuża biex jiġu esplorati s-sinerġiji ma' għodod oħra ta' kontroll tas-SALW appoġġati mill-UE, inkluż il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ globali “iTrace” (iffinanzjat taħt id-Deċiżjoni 2013/698/PESK), b'konsultazzjoni mal-pajjiżi benefiċjarji. L-attendenza ser tkun biss bi stedina, u ser tintalab il-parteċipazzjoni ta' uffiċjali għolja mis-sitt Stati tar-reġjun tas-Saħel (il-Burkina Faso, iċ-Ċad, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja), kif ukoll pajjiżi rilevanti oħra ġirien tal-Libja, l-ECOWAS, l-ECCAS u l-Unjoni Afrikana (UA).

Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni

Issir il-konferenza ta' Wilton Park kif skedat bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi rappreżentanti mis-sitt pajjiżi mmirati (sa 40 parteċipant).

4.   Reviżjoni tal-leġislazzjoni u l-proċeduri amministrattivi u konsultazzjonijiet dwar il-PSSM

4.2.1.   Konsultazzjonijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-PSSM u għall-identifikazzjoni ta' siti pilota

Objettivi

(a)

Jinkiseb fehim ċar tal-qafas leġislattiv u amministrattiv dwar il-PSSM għal kull pajjiż u fir-reġjun.

(b)

Isiru rakkomandazzjonijiet f'dawk il-pajjiżi li ma għandhomx qafas regolatorju aġġornat dwar leġislazzjoni u proċeduri li jissodisfaw ir-rekwiżiti internazzjonali kif deskritti fi strumenti internazzjonali legalment vinkolanti (eż. il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar, il-Konvenzjoni tal-ECOWAS dwar is-SALW (1) u l-Konvenzjoni ta' Kinxasa dwar is-SALW (2)), il-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar il-Kummerċ Illeċitu tas-SALW, l-Istrument Internazzjonali ta' Traċċar, l-IATG u l-ISACS, u standards u strumenti rilevanti oħrajn.

(c)

Jiġu identifikati faċilitajiet ta' ħżin ta' prijorità li jservu ta' siti pilota, f'konformità mal-prijoritajiet nazzjonali tagħhom, u, fejn hu xieraq, filwaqt li jittieħed kont tal-informazzjoni disponibbli dwar xejriet tad-devjazzjoni u t-traffikar.

Deskrizzjoni

Permezz ta' ħidma mal-awtoritajiet nazzjonali fis-sitt Stati tar-reġjun tas-Saħel, jiġifieri, il-Burkina Faso, iċ-Ċad, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja, l-UNREC ser iwettaq valutazzjoni tal-leġislazzjoni kollha eżistenti relatata mal-PSSM, kif ukoll tal-proċeduri amministrattivi u l-proċeduri operattivi standard, filwaqt li jagħmel użu sħiħ mill-valutazzjonijiet diġà disponibbli u f'kuntatt ma' proġetti reġjonali u bilaterali li għaddejjin bħalissa li jappoġġaw ir-riformi leġislattivi fis-SALW, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

L-esperti legali tal-UNREC ser jipprovdu appoġġ lill-ministeri rilevanti, il-leġislaturi u uffiċjali għolja tal-infurzar tal-liġi u d-difiża fir-reviżjoni tal-leġislazzjoni u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali, biex jiġi żgurat li l-obbligi legali internazzjonali u l-istandards tekniċi internazzjonali, speċjalment l-ISACS u l-IATG, jiġu inkorporati fil-qafas regolatorju nazzjonali.

L-appoġġ f'dan il-qasam għandu jingħata fuq talba mill-pajjiżi u għandu jiffoka primarjament fuq l-approssimazzjoni tal-istandards internazzjonali dwar il-PSSM, b'kont meħud ta' inizjattivi oħrajn li għaddejjin bħalissa li jipprovdu assistenza jew konsulenza dwar kwistjonijiet usa' relatati mal-kontroll tal-armi jew is-settur tas-sigurtà.

L-UNREC ser jorganizza sessjonijiet ta' ħidma nazzjonali ma' rappreżentanti għolja tal-awtoritajiet tad-difiża, tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet ċivili oħra f'livell nazzjonali li għandhom interess fis-sigurtà tas-SALW. Il-parteċipanti ser jiddiskutu b'mod konġunt il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjoni u jaqblu fuq il-miżuri differenti li għandhom jittieħdu, u jidentifikaw rakkomandazzjonijiet li jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' bidliet leġislattivi jew digrieti amministrattivi.

Matul il-konsultazzjonijiet nazzjonali, ser jiġu identifikati l-faċilitajiet ta' ħżin ta' prijorità li ser iservu bħala siti pilota. Dawn jistgħu jinkludu waħda f'kull belt kapitali, waħda f'ċentru provinċjali prinċipali, waħda f'żona rurali u/jew waħda f'żona tal-fruntiera (fruntiera fuq l-art, port jew ajruport), kif ukoll għal rotot tat-trasport prinċipali tas-SALW u l-munizzjon li jkunu proprjetà governattiva. Meta possibbli u xieraq, l-għażla ta' faċilitajiet ta' ħżin ta' prijorità għandha tqis l-informazzjoni disponibbli dwar ix-xejriet tad-devjazzjoni u t-traffikar, sabiex tingħata prijorità lill-ħażniet li ġew identifikati li jikkontribwixxu għan-nuqqas ta' stabbiltà fir-reġjun.

L-UNREC ser jipproduċi rapport ta' valutazzjoni finali wieħed għal kull pajjiż li jagħti rakkomandazzjonijiet dwar il-leġislazzjoni u l-proċeduri meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti internazzjonali. Dawn ir-rapporti ser jinkludu r-reazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali u partijiet ikkonċernati oħra mis-sitt pajjiżi mmirati.

Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni

(a)

Isiru rapporti speċifiċi għall-pajjiż (b'kollox sitta) dwar il-qafas leġislattiv u amministrattiv eżistenti rigward il-PSSM, inklużi rakkomandazzjonijiet sabiex jimtlew il-lakuni rigward l-istrumenti internazzjonali għad-diżarm.

(b)

Isiru sitt workshops nazzjonali, wieħed f'kull pajjiż fil-mira.

(c)

Jiġu identifikati sa 18-il faċilità ta' ħżin (tlieta għal kull pajjiż) biex iservu ta' siti pilota.

4.2.2.   Konsultazzjonijiet reġjonali dwar il-proċeduri tal-PSSM

Objettivi

(a)

Jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u tal-esperjenzi fil-livell reġjonali rigward il-proċeduri tal-PSSM, abbażi tal-valutazzjonijiet nazzjonali li jsiru taħt il-punt 4.2.1.

(b)

Jiġi promoss l-użu tal-ISACS u l-IATG fost il-partijiet ikkonċernati nazzjonali u dawk reġjonali.

Deskrizzjoni

Ser isiru konsultazzjonijiet reġjonali bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti għolja tas-sitt gvernijiet, bil-għan li jsir skambju ta' informazzjoni dwar il-konklużjonijiet nazzjonali u skambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattika, abbażi tal-valutazzjoni fil-livell nazzjonali (ara l-punt 4.2.1). Għall-iskambju tal-esperjenzi, ser jiġu mistiedna wkoll rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet reġjonali u sottoreġjonali rilevanti (UA, ECOWAS, ECCAS, RECSA), Aġenziji tan-NU li jieħdu sehem fil-mekkaniżmu tal-Azzjoni ta' Koordinazzjoni tan-NU dwar Armi Ħfief (CASA), esperti rilevanti mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (inkluż mill-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni) kif ukoll esperti għolja minn barra r-reġjun.

L-UNREC ser jipproduċi rapport li jkopri l-konklużjonijiet tal-workshop reġjonali konsultattiv.

Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni

(a)

Issir konsultazzjoni reġjonali dwar il-proċeduri tal-PSSM.

(b)

Isir rapport dwar il-workshop reġjonali konsultattiv.

4.3.   Is-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM)

4.3.1.   Valutazzjoni ta' PSSM fi mħażen nazzjonali għall-armi konvenzjonali u t-trasport tas-SALW u tal-munizzjon

Objettivi

(a)

Isiru valutazzjonijiet dettaljati u prattiċi tal-faċilitajiet kampjun magħżula sabiex jiġu identifikati l-prattiki, is-sigurtà fiżika u l-ħażniet żejda attwali, l-armi u l-munizzjon li m'għadhomx jintużaw jew li huma illeċiti.

(b)

Jiġu kondiviżi ħiliet prattiċi mill-konoxxenza dwar il-proċeduri tal-PSSM skont l-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika.

Deskrizzjoni

Abbażi tal-konklużjonijiet tal-workshops nazzjonali konsultattivi, u taħt il-koordinazzjoni tal-UNREC, ta' esperti tal-UNMAS u esperti tal-MAG ser isiru valutazzjonijiet dettaljati u prattiċi tal-faċilitajiet kampjun magħżula biex jidentifikaw prattiki u kwistjonijiet attwali, billi jużaw l-ISACS u l-IATG bħala bażi. F'dawn is-siti pilota, l-esperti ser jivverifikaw ukoll prattiki nazzjonali attwali fid-dawl tal-leġislazzjoni u l-proċeduri nazzjonali eżistenti u ser jissuġġerixxu li r-rieżami tagħhom huwa meħtieġ.

L-esperti tal-UNMAS u l-MAG ser jaħdmu fil-pajjiżi fejn għandhom operazzjonijiet għaddejjin. L-UNMAS ser jaħdem f'Mali skont il-qafas tal-operazzjoni u l-mandat attwali tiegħu fil-pajjiż; u l-MAG ser jaħdem f'Burkina Faso, iċ-Ċad, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja. L-operazzjonijiet ser isiru b'kooperazzjoni mal-Kummissjonijiet Nazzjonali dwar is-SALW. L-attività ser tinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza tal-infrastruttura u s-sigurtà fiżika, il-kondizzjoni tal-ħażniet tas-SALW u tal-munizzjon, il-prattiki attwali għat-trasport tagħhom, u, bl-appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali u bi qbil magħhom, l-identifikazzjoni ta' ħażniet żejda, armi u munizzjon konvenzjonali li m'għadhomx jintużaw jew li huma illeċiti li jinsabu fl-imħażen. Barra minn hekk, ser issir valutazzjoni tal-kwalifiki u tal-kapaċità tal-persunal fl-imħażen sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta' taħriġ possibbli. Meta jsiru dawn il-valutazzjonijiet, ser jintużaw l-Għodda ta' Valutazzjoni tal-ISACS u l-Għodda tal-MAG għall-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Armerija. Fuq talba tal-Istat benefiċjarju kkonċernat jista' jsir taħriġ ad hoc dwar il-PSSM fil-faċilitajiet kampjun magħżula b'reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti.

Is-sitwazzjoni ta' sigurtà hija differenti fil-pajjiżi mmirati. Il-livell ta' attivitajiet li qed isiru dwar il-PSSM ivarja f'kull pajjiż skont ir-riżorsi nazzjonali disponibbli u l-appoġġ li jirċievu minn donaturi u sħab internazzjonali. Sabiex l-isforzi li qed isiru jkunu ta' benefiċċju u jiġu identifikati l-aħjar prattiki, il-komponent tal-PSSM tal-proġett ser jibda f'żewġ pajjiżi u mbagħad ser jiġi estiż gradwalment għall-oħrajn li jifdal.

Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni

(a)

Sa18-il sit ta' ħżin fis-sitt pajjiżi mmirati (tlieta għal kull pajjiż) ikollhom żjarat u valutazzjonijiet.

(b)

Sa 18-il sessjoni ta' taħriġ (tlieta għal kull pajjiż) dwar l-aħjar standards tal-PSSM jiġu organizzati f'faċilitajiet kampjun għall-pajjiżi li jitolbu assistenza biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom dwar is-suġġett tal-PSSM.

4.3.2.   Riabilitazzjoni tal-faċilitajiet kampjun u l-immarkar tas-SALW

Objettivi

(a)

Issir riabilitazzjoni tal-faċilitajiet ta' ħżin pilota sabiex dawn ikunu konformi mal-istandards u l-linji gwida tal-ISACS u l-IATG u jitnaqqas ir-riskju ta' devjazzjoni ta' armi u munizzjon.

(b)

Fejn meħtieġ, jiġi pprovdut intervent immedjat bi prezz baxx u b'impatt kbir biex il-faċilitajiet ta' ħżin pilota jsiru sikuri (eż. twaħħil ta' bibien, serraturi, eċċ.)

(c)

Jiġu promossi l-immarkar u r-reġistrazzjoni tal-armi abbażi tal-aħjar prattiki kif ukoll jiġu żviluppati l-kapaċitajiet li ssaħħew matul il-programmi ta' assistenza preċedenti u dawk attwali sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

(d)

Tingħata assistenza fl-iżvilupp jew it-titjib ta' bażijiet ta' data ċentrali nazzjonali dwar l-armi bl-użu ta' software żviluppat mill-UNREC u, b'konformità mal-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika, kif stabbiliti fl-istrumenti internazzjonali rilevanti għad-diżarm, u b'konsultazzjoni mal-atturi rilevanti, tingħata assistenza lill-pajjiżi fir-reġjun għal dan il-għan, pereżempju l-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u r-RECSA.

Deskrizzjoni

B'koordinazzjoni mal-UNREC, esperti tal-UNMAS u esperti tal-MAG ser jagħmlu interventi immedjati fejn meħtieġ. Wara din l-azzjoni inizjali, l-imħażen eżaminati (armeriji u mħażen tal-munizzjon) ser issirilhom riabilitazzjoni b'konformità mal-ISACS u l-IATG, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm devjazzjoni, serq jew attakki fuq il-ħażniet li jkunu proprjetà governattiva. Il-pjani u d-dokumenti mħejjija għar-riabilitazzjoni ser jiġu żviluppati bħala mudell tad-dokumentazzjoni għar-riabilitazzjoni u l-kostruzzjoni ta' armeriji u mħażen tal-munizzjon oħrajn. L-ambitu tal-intervent u l-konsiderazzjonijiet għar-riabilitazzjoni jew il-kostruzzjoni f'kull sit pilota ser ikunu bbażati fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni.

L-UNREC ser jaħdem mal-awtoritajiet nazzjonali biex is-SALW maħżuna fl-imħażen jiġu mmarkati u rreġistrati b'konformità mal-ISACS, bl-użu tal-kapaċitajiet eżistenti fis-sottoreġjun. L-UNREC ser jiżviluppa wkoll sistema preċiża u komprensiva għall-ġestjoni ta' mħażen tal-armi u l-munizzjon, li twieġeb għall-ħtiġijiet tal-pajjiżi kkonċernati, tieħu kont tas-sistemi eżistenti u tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi li qed isiru. Din l-attività ser tagħti lok għal valutazzjoni affidabbli tat-tipi ta' armi u munizzjon konvenzjonali, ir-reġistrazzjoni u t-trasparenza tagħhom, filwaqt li tieħu kont tal-infrastruttura eżistenti tat-teknoloġija tal-informazzjoni, tiżgura l-kompatibbiltà mal-iARMS tal-INTERPOL u tagħti lok għall-interoperabbiltà bejn il-pajjiżi. Din ser tiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali fit-traċċar tal-armi u l-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu tas-SALW.

L-immarkar, ir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-ħażniet tas-SALW ser jibnu fuq l-attivitajiet reċenti u dawk attwali ta' mmarkar tas-SALW fis-sottoreġjun iffinanzjati taħt id-Deċiżjoni 2011/428/PESK u permezz tal-Istrument tal-UE li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi. Hija ser tibbenefika mill-esperjenza tal-UNREC fit-twettiq ta' attivitajiet simili fil-pajjiżi wara l-konflitti, fis-sottoreġjun.

Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni

(a)

Sa 18-il sit pilota jsiru konformi mal-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika dwar il-PSSM.

(b)

L-armi mhux immarkati fis-siti pilota ta' ħżin jiġu mmarkati u rreġistrati.

(c)

Tiġi żviluppata (jew imtejba) bażi ta' data għal kull pajjiż sabiex jiġu rreġistrati armi mmarkati u armi oħrajn.

4.3.3.   Qerda ta' ħażniet żejda ta' munizzjon u SALW

Objettivi

Jingħata kontribut għall-qerda ta' ħażniet żejda, armi li m'għadhomx jintużaw jew li huma illeċiti fil-pajjiż.

Deskrizzjoni

Taħt il-koordinazzjoni tal-UNREC, is-SALW u l-munizzjon li ġew identifikati bħala żejda, m'għadhomx jintużaw jew li huma illeċiti fl-imħażen eżaminati, ser jinqerdu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-assistenza teknika tal-UNMAS u l-MAG (fil-pajjiżi fejn joperaw) b'konformità mal-ISACS 05.50 u l-IATG 10.10. It-tagħmir li għandu jiġi pprovdut għall-qerda tal-armi u l-ammont ta' armi li għandhom jinqerdu ser jiddipendu mill-konklużjonijiet tal-valutazzjoni.

Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni

(a)

Jinqerdu l-armi identifikati.

(b)

L-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiżi mmirati jingħataw kompetenzi prattiċi fit-tekniki tal-qerda.

4.3.4.   Ittestjar ta' teknoloġiji piloti ġodda

Objettivi

Jiġi vvalutat l-użu potenzjali ta' teknoloġiji ġodda biex jinżammu taħt sigurtà s-SALW li jissodisfaw il-ħtiġijiet tar-reġjun.

Deskrizzjoni

L-infrastruttura limitata tal-PSSM tħalli lill-pajjiż estremament vulnerabbli għal devjazzjoni tas-SALW meta dawn jinħażnu f'armeriji żgħar f'postijiet remoti, inkluż f'reġjuni konfinali volatili, u matul it-trasferiment tagħhom. F'każ ta' serq jew sakkeġġ li jiddevja l-arma lejn attur mhux Statali, l-arma ssir aċċessibbli u disponibbli għall-abbuż, jekk ma tkunx taħt sigurtà b'mod individwali.

Teknoloġiji mobbli u flessibbli ġodda jistgħu joffru soluzzjonijiet biex is-SALW ikunu taħt sigurtà b'mod effettiv f'każijiet fejn ikun hemm l-akbar riskju ta' devjazzjoni. It-teknoloġija tista' toffri soluzzjonijiet kosteffettivi adatti lill-Istati Membri li m'għandhomx infrastruttura kbira ta' sigurtà tal-armi.

L-elettronika tista' żżid livell ieħor ta' sigurtà u sikurezza għall-armi ħfief. Sistema li biha arma individwali tkun taħt sigurtà fil-punt ta' ġbir minn armerija sikura, iżżommha taħt sigurtà matul it-trasport u l-ħażna temporanja tagħha sakemm din tasal fid-destinazzjoni finali sikura tagħha, tista' tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskju ta' devjazzjoni tal-armi f'każ ta' serq jew sakkeġġ. Sistemi elettroniċi li jillokkjaw jew jiddiżattivaw l-arma individwali matul it-trasferiment u l-ħażna temporanja jistgħu jużaw kodiċijiet diġitali, bir-radjufrekwenza jew dawk bijometriċi li jtejbu l-PSSM fl-aktar punti vulnerabbli. Kodiċijiet diġitali ma jkunux aċċessibbli matul it-trasport, peress li dawn jistgħu jiġu trasmessi lil persuni awtorizzati b'mezzi oħra ta' komunikazzjoni, bħall-posta elettronika jew l-SMS. Dawn il-mezzi ta' protezzjoni jimpedixxu lil persunal mhux awtorizzat milli juża armi ddevjati fis-suq illegali b'riżultat ta' serq jew sakkeġġ.

L-UNREC ser jagħmel valutazzjoni tal-potenzjal ta' teknoloġiji ġodda li bihom is-SALW ikunu taħt sigurtà, li jissodisfaw il-ħtiġijiet tar-reġjun permezz ta' konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet reġjonali u l-Kummissjonijiet Nazzjonali dwar is-SALW u b'kooperazzjoni mal-industrija. Ser jittieħed kont ukoll tal-esperjenza tal-pajjiżi ġirien tas-sottoreġjun fl-użu ta' teknoloġiji intelliġenti li bihom l-armi jkunu taħt sigurtà matul il-proċess tad-DDR, pereżempju l-istudju tal-każ tal-Côte d'Ivoire.

Il-valutazzjoni ser tidentifika wkoll faċilitajiet u rotot tat-trasport fil-Burkina Faso u ċ-Ċad fejn tali teknoloġija pilota tista' tiġi ttestjata. Tali ħżin ta' armi u munizzjon konvenzjonali u teknoloġija għas-sigurtà tal-armi (inkluż għat-trasport) se jiġi introdott f'erba' mħażen.

Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u l-attività pilota ser ikunu l-bażi għal dokument ta' gwida li jiddeskrivi pjan direzzjonali fit-tul għall-użu possibbli ta' tali teknoloġiji ġodda fl-Afrika u ser jiġu kondiviżi mal-Istati kollha fir-reġjun tas-Saħel, mal-organizzazzjonijiet reġjonali u sottoreġjonali u fil-konferenzi u l-laqgħat tekniċi internazzjonali.

Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni

(a)

isir rapport dwar il-valutazzjoni tal-użu ta' teknoloġiji ġodda li jinkludi l-identifikazzjoni ta' teknoloġiji pilota li għandhom jiġu ttestjati, u ta' erba' siti pilota u rotot tat-trasport fil-Burkina Faso u ċ-Ċad.

(b)

jiġu ttestjati teknoloġiji pilota ġodda f'erba' siti, tnejn fil-Burkina Faso u tnejn fiċ-Ċad, u rotot tat-trasport.

(c)

isir rapport dwar ir-riżultati ta' attivitajiet pilota.

4.4.   Stabbiliment ta' standards nazzjonali b'konformità mal-IATG u l-ISACS

Objettivi

(a)

Tittejjeb il-ġestjoni tal-armi u tal-munizzjon.

(b)

Jiġu pprovduti u vvalidati SOPs nazzjonali dwar il-PSSM li jkunu konformi mal-istandards internazzjonali għall-aħjar prattika, u għalhekk tiżdied is-sigurtà u s-sikurezza tal-ħażniet tal-armi u l-munizzjon konvenzjonali.

Deskrizzjoni

Abbażi tal-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet (ara l-punt 4.2), kif ukoll tal-esperjenza miksuba matul il-valutazzjoni prattika u l-ħidma ta' riabilitazzjoni (ara l-punt 4.3), l-UNREC ser jappoġġa lill-pajjiżi benefiċjarji biex ikomplu jirrevedu, u jekk ikun meħtieġ, jiżviluppaw manwali, linji gwida u SOPs nazzjonali għall-PSSM (SOPs għall-PSSM) sabiex ikunu konformi mal-ISACS, l-IATG u l-leġislazzjoni reġjonali u sottoreġjonali. L-SOPs għall-PSSM ser ikopru wkoll l-obbligi ta' rappurtar skont l-istrumenti internazzjonali.

F'kull pajjiż, l-UNREC ser jorganizza workshops ta' validazzjoni għall-SOPs — wieħed fil-livell tekniku għoli u l-ieħor fil-livell ta' politika għoli — qabel ma l-SOPs jiġu implimentati f'livell nazzjonali. Il-programm għall-workshops ser jinkludi komponent ta' evalwazzjoni biex jiġu vvalutati l-attivitajiet differenti li jkunu diġà saru f'kull pajjiż. Bħala parti mill-proċedura ta' implimentazzjoni, ser isiru, mill-UNREC u mill-partijiet responsabbli għall-implimentazzjoni f'kull pajjiż ikkonċernat, workshops ta' taħriġ għall-ħarrieġa fejn issir l-introduzzjoni tal-SOPs il-ġodda.

Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni

(a)

Jiġu żviluppati SOPs għall-PSSM għall-pajjiżi mmirati.

(b)

Isiru workshops fil-livell tekniku u fil-livell għoli ta' politika fis-sitt pajjiżi mmirati.

(c)

Ser isir workshop wieħed ta' taħriġ għall-ħarrieġa dwar l-SOPs f'kull pajjiż, b'kull wieħed ikollu sa 35 parteċipant.

4.5.   Evalwazzjoni u triq 'il quddiem

4.5.1.   Evalwazzjoni reġjonali

Objettivi

(a)

Jiġi analizzat l-impatt jew l-impatt potenzjali wara l-implimentazzjoni tal-proġett.

(b)

Jiġu evalwati l-miżuri kollha meħuda bħala parti mill-proġett; jiġu identifikati l-aħjar prattika, in-nuqqasijiet u l-oqsma ta' attivitajiet fil-futur.

Deskrizzjoni

Matul iż-żmien kemm idum għaddej il-proġett, l-UNREC ser jagħmel żjarat regolari ta' segwitu fil-faċilitajiet. Permezz ta' dawk iż-żjarat l-UNREC ikun jista' jivvaluta l-użu u l-prattika maż-żmien, u l-esperti jkunu jistgħu jżommu kuntatt kontinwu mal-persunal b'kariga għolja.

Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet nazzjonali ser jiġu diskussi f'laqgħa reġjonali, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tas-sitt Stati tar-reġjun tas-Saħel, donaturi, aġenziji tal-CASA, organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti (UA, ECOWAS, ECCAS, RECSA), l-esperti rilevanti mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (inkluż mill-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni) u s-soċjetà ċivili. Ser jiġu identifikati oqsma li fihom jista' jsir skambju tal-aħjar prattika fost il-pajjiżi tar-reġjun tas-Saħel, inklużi inizjattivi biex tittejjeb is-sorveljanza ċivili, u ser tiġi deskritta t-triq 'il quddiem għal kooperazzjoni transkonfinali futura rigward il-PSSM.

Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni

(a)

Isiru żjarat u missjonijiet fil-pajjiż li jsiru mill-persunal tal-proġett taħt attivitajiet oħra jinkludu komponenti ta' evalwazzjoni u monitoraġġ.

(b)

Isiru missjonijiet ta' segwitu kull sitt xhur.

(c)

Issir laqgħa reġjonali dwar l-eżiti tal-proġett.

4.5.2.   Rapport finali

Objettivi

(a)

Jiġi analizzat l-impatt jew l-impatt potenzjali wara l-implimentazzjoni tal-proġett u jiġi integrat ir-rispons mill-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet nazzjonali.

(b)

Jiġu evalwati l-miżuri kollha meħuda bħala parti mill-proġett; jiġu identifikati l-aħjar prattika, in-nuqqasijiet u l-oqsma ta' attivitajiet fil-futur.

Deskrizzjoni

L-UNREC ser iħejji rapport finali, li ser jinkludi sommarju eżekuttiv, ġabra tal-konklużjonijiet tal-workshops nazzjonali u reġjonali, il-leġislazzjoni nazzjonali, il-proċeduri amministrattivi u l-SOPs, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-attività pilota dwar it-teknoloġija l-ġdida għall-ġestjoni tal-armi u tal-ħażniet. Dan ser jinkludi wkoll il-mudelli tal-pjani u tad-dokumenti għar-riabilitazzjoni ta' armeriji u mħażen tal-munizzjon.

Indikaturi tal-eżitu/tal-implimentazzjoni

Jiġi abbozzat u jiġi disseminat rapport finali.

5.   Tul ta' żmien

It-tul ta' żmien totali stmat għall-implimentazzjoni tal-proġetti ser ikun ta' 36 xahar.

6.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji diretti tal-proġett huma l-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-SALW u l-PSSM fil-Burkina Faso, iċ-Ċad, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja, bħall-Ministeri tad-Difiża u ta' Sigurtà, kif ukoll il-Kummissjonijiet (jew il-Kumitati) Nazzjonali dwar is-SALW.

Il-benefiċjarji indiretti jinkludu l-popolazzjoni ċivili tas-sitt Stati tar-reġjun tas-Saħel, l-Istati ġirien u l-popolazzjoni tagħhom, l-UA, l-organizzazzjonijiet sottoreġjonali Afrikani, kif ukoll l-Istati kollha li ser jibbenefikaw mit-tagħlimiet meħuda minn dan il-proġett.

7.   Entità ta' implimentazzjoni

L-attivitajiet ser jiġu implimentati mill-UNODA permezz taċ-ċentru għad-diżarm reġjonali tiegħu, l-UNREC, b'kooperazzjoni ma':

(a)

Punti Fokali Nazzjonali u Kummissjonijiet Nazzjonali dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir tal-Burkina Faso, iċ-Ċad, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer u n-Niġerja,

(b)

DPKO/UNMAS,

(c)

MAG,

(d)

Unità ta' Appoġġ bejn l-Aġenziji rigward l-ISACS,

(e)

Wilton Park.

Ir-responsabbiltà aħħarija għall-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni vis-à-vis il-Kummissjoni għandha tkun tal-UNODA.

8.   Sħubiji u sinerġiji

Matul l-implimentazzjoni tal-proġett, l-UNREC ser jorganizza laqgħat mad-Delegazzjonijiet tal-UE u mal-Ambaxxati tal-Istati Membri li jinsabu fis-sitt Stati tar-reġjun tas-Saħel u jżommhom infurmati regolarment dwar l-attivitajiet tal-proġett f'kull pajjiż. Id-Delegazzjonijiet tal-UE u r-rappreżentanti tal-Istati Membri ser ikunu infurmati minn qabel dwar l-attivitajiet tal-proġett (pereżempju l-workshops) u ser ikunu mistiedna biex jieħdu sehem. L-UNREC ser jikkonsulta u jikkoopera wkoll, kif meħtieġ, mal-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-UE — il-EUCAP Sahel Niger u l-EUCAP Sahel Mali,.

Barra minn hekk, l-UNREC ser jikkoordina ma' sħab oħrajn biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u jiġu identifikati oqsma ta' kollaborazzjoni u komplementarjetà li jappoġġaw l-objettivi tal-proġett. Uħud minn dawn is-sħab jinkludu: l-UA, l-organizzazzjonijiet reġjonali Afrikani (inklużi ECOWAS, ECCAS, RECSA), in-NATO, it-Timijiet tan-NU Speċifiċi għall-Pajjiż, l-UNODC, is-sħab tekniċi u finanzjarji involuti fil-qasam tas-sigurtà, NGOs internazzjonali (inklużi Small Arms Survey, Handicap International, Parliamentary Forum on Small Arms and Light Weapons u Parliamentarians for Global Action) il-Grupp Multinazzjonali dwar l-Armi Ħfief u l-Munizzjon (MSAG — Multinational Small Arms and Ammunition Group) u l-industrija.

Fl-aħħar nett, l-UNREC u s-sħab l-oħrajn fl-implimentazzjoni ser jikkonsultaw l-entitajiet involuti fl-investigazzjoni ta' devjazzjoni u traffikar, fost l-oħrajn permezz tal-insegwiment u t-traċċar ta' SALW u munizzjon illeċiti fir-reġjun tas-Saħel, inkluż esperti minn Bordijiet ta' Esperti tan-NU li jissorveljaw l-embargo fuq l-armi, esperti dwar l-armi affiljati mal-operazzjonijiet tan-NU ta' appoġġ għall-paċi, Small Arms Survey u Conflict Armament Research (mekkaniżmu ta' monitoraġġ globali “iTrace”, appoġġat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK). L-UNREC ser jinkoraġġixxi wkoll lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi benefiċjarji biex jagħmlu użu mis-Sistema ta' Ġestjoni tar-Reġistrar u t-Traċċar ta' Armi Illeċiti tal-INTERPOL (“iARMS”) iffinanzjata mill-UE.

9.   Aġenzija ta' implimentazzjoni: raġunament tal-għażla

L-UNODA għandu rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-isforzi tad-diżarm fil-qasam tal-armi konvenzjonali, bħas-SALW. Huwa għandu rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-oqfsa normattivi nnegozjati b'mod multilaterali bħall-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar is-SALW u tal-Istrument Internazzjonali ta' Traċċar, fil-livell nazzjonali, reġjonali u dak globali. L-Unjoni tfittex li tkompli bil-kooperazzjoni għammiela mal-UNODA.

L-UNREC, li huwa parti mill-UNODA, għandu esperjenza twila fl-għoti ta' appoġġ lill-Istati u s-soċjetà ċivili tas-Saħel fl-implimentazzjoni min-naħa tagħhom ta' strumenti internazzjonali u reġjonali għall-kontroll tas-SALW, b'konformità mal-mandat li huwa ngħata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU biex jipprovdi, fuq talba, appoġġ sostantiv għal inizjattivi u sforzi oħra tal-Istati Membri tar-reġjun Afrikan favur it-twettiq ta' miżuri għall-paċi, ir-restrizzjoni tal-armi u d-diżarm fir-reġjun (Riżoluzzjoni 40/151 G, 16 ta' Diċembru 1985). L-UNREC diġà kellu taħditiet mal-pajjiżi benefiċjarji potenzjali sabiex jintlaħaq qbil magħhom u għandu proġetti għaddejjin rigward il-kontroll tal-armi fi tliet pajjiżi minn dawk fil-mira. Għalhekk huwa jinsab għalkollox f'pożizzjoni li jimplimenta din id-Deċiżjoni.

10.   Viżibbiltà tal-UE

L-UNREC ser jieħu l-miżuri kollha adatti biex jippubbliċizza l-fatt li l-Azzjoni tkun ġiet iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea. Tali miżuri ser jitwettqu b'konformità mal-Manwal dwar il-Kommunikazzjoni u l-Viżibbiltà għall-Azzjonijiet Esterni tal-Unjoni Ewropea stabbilit u ppubblikat mill-Kummissjoni, u ma' kull linja gwida oħra li ntlaħaq qbil dwarha bejn il-Kummissjoni u n-NU.

Qafas ta' żmien indikattiv

Tul ta' żmien totali: 36 xahar

Attività

Qafas ta' żmien propost

4.1

Konferenza ta' Wilton Park dwar il-PSSM fis-Saħel

Jannar – Marzu 2015 (konferenza fi Frar 2015)

4.2

Reviżjoni tal-leġislazzjoni u proċeduri amministrattivi u konsultazzjonijiet dwar il-PSSM

Jannar – Diċembru 2015

4.2.1

Konsultazzjonijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-PSSM u għall-identifikazzjoni ta' siti pilota

Jannar – Settembru 2015

4.2.2

Konsultazzjonijiet reġjonali dwar il-proċeduri tal-PSSM

Ottubru – Diċembru 2015

4.3

PSSM

Lulju 2015 – Ġunju 2017

4.3.1

Valutazzjoni tal-PSSM fi mħażen nazzjonali għall-armi konvenzjonali u t-trasport tas-SALW u l-munizzjon (ser tibda valutazzjoni f'żewġ pajjiżi)

Lulju 2015 – Ġunju 2017

4.3.2

Riabilitazzjoni tal-faċilitajiet kampjun u l-immarkar tas-SALW

Lulju 2015 – Ġunju 2017

4.3.3

Qerda ta' ħażniet żejda ta' munizzjon u SALW

Lulju 2015 – Ġunju 2017

4.3.4

Ittestjar ta' teknoloġiji piloti ġodda

Jannar – Ġunju 2017

4.4

Stabbiliment ta' standards nazzjonali b'konformità mal-IATG u l-ISACS

Jannar – Diċembru 2017

4.5

Evalwazzjoni u triq 'il quddiem

Lulju – Diċembru 2017

4.5.1

Evalwazzjoni reġjonali

Lulju – Diċembru 2017

4.5.2

Rapport finali

Ottubru – Diċembru 2017


(1)  Il-Burkina Faso, Mali, in-Niġer u n-Niġerja huma Stati Partijiet għall-Konvenzjoni tal-ECOWAS.

(2)  Iċ-Ċad irratifika l-Konvenzjoni ta' Kinxasa fit-8 ta' Awwissu 2012.


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/913/PESK

tal-15 ta' Diċembru 2014

b'appoġġ għall-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta' miżuri li jeħtieġ li jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi għall-ġlieda kontra tali proliferazzjoni.

(2)

L-UE qed timplimenta l-Istrateġija b'mod attiv u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitoli II u III tagħha, bħal pereżempju li jiġu rilaxxati riżorsi finanzjarji b'appoġġ għal proġetti speċifiċi li jwasslu għat-titjib ta' sistema multilaterali ta' nonproliferazzjoni u miżuri multilaterali ta' bini ta' fiduċja. Il-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi (“il-Kodiċi” jew “HCoC”) u s-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (“MTCR”) huma parti integrali minn dik is-sistema multilaterali ta' nonproliferazzjoni. Il-Kodiċi u l-MTCR għandhom bħala għan il-prevenzjoni u t-trażżin tal-proliferazzjoni ta' sistemi ta' missili ballistiċi li kapaċi jġorru armi ta' qerda massiva (AQM) u teknoloġiji relatati.

(3)

Fis-17 ta' Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni ssejjaħ, fost l-oħrajn, għall-promozzjoni tas-sottoskrizzjoni tal-akbar numru possibbli ta' pajjiżi għall-Kodiċi, b'mod speċjali dawk b'kapaċitajiet ta' missili ballistiċi, kif ukoll għall-iżvilupp ulterjuri u għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-Kodiċi, speċjalment il-miżuri tiegħu ta' bini ta' fiduċja, u għall-promozzjoni ta' relazzjoni eqreb bejn il-Kodiċi u s-sistema multilaterali tan-NU ta' nonproliferazzjoni.

(4)

Fit-8 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet tiegħu u dokument intitolat “Linji ta' azzjoni ġodda mill-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-vetturi tagħhom”. Id-dokument jiddikjara, inter alia, li l-proliferazzjoni tal-AQM u l-vetturi tagħhom ikomplu jikkostitwixxu waħda mill-akbar sfidi għas-sigurtà u li l-politika tan-nonproliferazzjoni tikkostitwixxi parti essenzjali mill-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni. Fid-dawl tal-progress li sar u ta' sforzi kontinwi fl-implimentazzjoni tal-“linji ta' azzjoni ġodda”, il-Kunsill qabel f'Diċembru 2010 li jtawwal il-perijodu ta' implimentazzjoni tagħhom sa tmiem l-2012.

(5)

Fit-18 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2008/974/PESK (2) b'appoġġ għall-Kodiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija.

(6)

Fit-23 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/423 PESK (3). Dik id-Deċiżjoni ppermettiet il-promozzjoni b'suċċess tal-universalità tal-Kodiċi u l-konformità mal-prinċipji tiegħu. Hija prijorità tal-Unjoni li jitkompla d-djalogu fost l-Istati sottoskritti u l-Istati mhux sottoskritti bil-għan tal-promozzjoni ulterjuri tal-universalità tal-Kodiċi kif ukoll l-implimentazzjoni aħjar u t-tisħiħ tiegħu. Din id-Deċiżjoni għandha tikkontribwixxi għal dan il-proċess.

(7)

B'mod aktar ġenerali, il-proliferazzjoni kontinwata ta' missili ballistiċi li kapaċi jġorru AQM tikkostitwixxi kawża ta' tħassib li qed jiżdied għall-komunità internazzjonali, b'mod partikolari programmi missilistiċi kurrenti fil-Lvant Nofsani, fl-Asja tal-Grigal u fl-Asja tax-Xlokk, inkluż l-Iran, is-Sirja u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK).

(8)

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU enfasizza fil-UNSCR 1540 (2004) u fakkar fil-UNSCR 1977 (2011) li l-proliferazzjoni tal-armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi, kif ukoll tal-vetturi tagħhom, jikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u obbliga lill-Istati, fost l-oħrajn, biex iżommu lura milli jappoġġaw bi kwalunkwe mod atturi mhux Statali jiżviluppaw, jakkwistaw, jimmanifatturaw, jippossjedu, jittrasportaw, jittrasferixxu jew jużaw armi nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi u l-vetturi tagħhom. It-theddida kkawżata minn armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi u l-vetturi tagħhom għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali ġiet affermata mill-ġdid fil-UNSCR 1887 (2009) dwar in-nonproliferazzjoni nukleari u d-diżarm nukleari. Barra minn hekk, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda fil-UNSCR 1929 (2010) u 1718 (2006), fost l-oħrajn abbażi tar-riżoluzzjonijiet tal-UNSCR 1540 (2004), 1977 (2011) u 1887 (2009), li l-Iran u l-RDPK m'għandhom jagħmlu l-ebda attività marbuta ma' missili ballistiċi kapaċi li jġorru armi nukleari, inkluż varar bl-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi, u li l-Istati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-prevenzjoni tat-trasferiment ta' teknoloġija jew għajnuna teknika marbuta ma' tali attivitajiet lejn l-Iran u l-RDPK.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha sservi, b'mod aktar ġenerali, biex tappoġġa firxa ta' attivitajiet fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' missili ballistiċi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet li tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwa u prattika ta' ċerti elementi tal-Istrateġija, kif imsemmijin fl-Anness, l-Unjoni għandha:

(a)

tappoġġa l-attivitajiet b'appoġġ għall-Kodiċi u l-MTCR, b'mod partikolari bl-għan li:

(i)

tippromwovi l-universalità tal-Kodiċi, u b'mod partikolari s-sottoskrizzjoni għall-Kodiċi mill-Istati kollha li għandhom kapaċitajiet ta' missili ballistiċi;

(ii)

tappoġġa l-implimentazzjoni u r-rinfurzar tal-viżibbiltà tal-Kodiċi;

(iii)

tippromwovi l-aderenza għal-linji gwida tal-MTCR u l-anness tagħhom.

(b)

b'mod aktar ġenerali, tappoġġa l-firxa ta' attivitajiet għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' missili ballistiċi, immirati partikolarment għas-sensibilizzazzjoni dwar din it-theddida, iżżid l-isforzi biex tiżdied l-effettività ta' strumenti multilaterali, tibni appoġġ għal inizjattivi biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi speċifiċi u tgħin lill-pajjiżi interessati biex nazzjonalment jinfurzaw is-sistemi rilevanti tagħhom ta' kontroll tal-esportazzjoni.

2.   F'dan il-kuntest, il-proġetti li għandhom jiġu appoġġati mill-Unjoni għandhom ikopru l-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

Attivitajiet b'appoġġ għall-Kodiċi:

(i)

it-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta' “pakkett ta' merħba” għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni lejn Stati mhux sottoskritti, waqt li jitfakkru wkoll l-obbligi għall-Istati sottoskritti;

(ii)

l-organizzazzjoni ta' attivitajiet sekondarji ta' sensibilizzazzjoni fi Vjenna fil-marġini tal-laqgħa annwali tal-HCoC tal-Istati sottoskritti;

(iii)

l-organizzazzjoni ta' attivitajiet sekondarji ta' sensibilizzazzjoni b'appoġġ għall-HCoC fil-marġini tal-laqgħat tal-Ewwel Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU;

(iv)

l-organizzazzjoni ta' massimu ta' tliet seminars reġjonali ta' sensibilizzazzjoni bbażati fuq il-prijoritajiet tal-UE (possibbilment l-Asja, il-pajjiżi tal-Golf u l-Amerika Latina);

(v)

l-inkoraġġiment ta' rappreżentanti ta' Stati sottoskritti u dawk mhux sottoskritti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jattendu l-laqgħat annwali u s-seminars ta' sensibilizzazzjoni tal-HCoC;

(vi)

l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għal Stati li reċentement ingħaqdu mal-HCoC biex jingħataw għajnuna biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom, inkluż fil-marġini tal-laqgħa annwali tal-HCoC fi Vjenna;

(vii)

appoġġ għall-koordinazzjoni tal-isforzi għall-promozzjoni tal-HCoC mal-attivitajiet tal-Kumitat tan-NU 1540, inkluż permezz tal-finanzjament tal-parteċipazzjoni ta' esperti tal-HCoC fiż-żjarat fil-pajjiżi tal-Kumitat 1540;

(viii)

appoġġ għall-mekkaniżmu sigur ta' informazzjoni u komunikazzjoni tal-HCoC bbażat fuq l-internet (e-ICC), inkluż permezz ta' titjib tekniku tas-sit elettroniku;

(b)

Attivitajiet b'appoġġ għan-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi inġenerali:

(i)

l-organizzazzjoni ta' massimu ta' erba' seminars għas-sensibilizzazzjoni dwar il-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-marġini ta' fora multilaterali, possibbilment marbuta mal-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-HCoC imsemmija fil-punt (a), bħal seminar fil-marġini tal-AĠNU jew il-Kumitati ta' Tħejjija għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni;

(ii)

l-organizzazzjoni ta' massimu ta' tliet seminars għas-sensibilizzazzjoni dwar il-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi u l-inkoraġġiment għal diskussjonijiet dwar perspettivi biex tiġi indirizzata aħjar it-theddida tal-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-livell reġjonali, possibbilment marbuta ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni oħra tal-UE dwar l-HCoC; f'assoċjazzjoni mal-Istati konċernati, is-seminars jistgħu jsiru fl-Asja, ir-reġjun tal-Golf u l-Amerika Latina;

(iii)

il-provvediment ta' erba' dokumenti ta' punti ta' riflessjoni dwar il-possibbiltà ta' aktar passi multilaterali biex tiġi evitata t-theddida tal-proliferazzjoni tal-missili u jiġu promossi l-isforzi ta' diżarm fil-qasam tal-missili ballistiċi, li jiffokaw b'mod partikolari fuq miżuri possibbli ta' bini ta' fiduċja u l-esplorazzjoni tal-possibbiltà tal-adozzjoni ta' fokus reġjonali bħala l-ewwel pass, pereżempju f'reġjuni ta' interess partikolari għall-Unjoni u/jew fejn jista' jkun mistenni progress fil-futur qrib;

(iv)

l-organizzazzjoni ta' massimu ta' tliet sessjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għall-esperti, speċjalment mill-komunitajiet xjentifiċi u/jew tal-ispazju u l-industrija, sabiex jiġu evitati kemm it-teknoloġija b'użu doppju kif ukoll it-trasferiment ta' għarfien fi stadju bikri;

(v)

l-inkoraġġiment tal-aċċess tal-akkademiċi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw li qed jaħdmu fuq in-nonproliferazzjoni tal-missili għal proġetti taċ-Ċentri ta' Eċċellenza tal-UE;

(vi)

f'koordinazzjoni maċ-Ċentri ta' Eċċellenza tal-UE, l-organizzazzjoni ta' missjonijiet ta' esperti mmirati f'pajjiżi terzi sabiex isir skambju ta' informazzjoni u tagħlimiet meħuda rigward il-kontroll tal-esportazzjoni relatat mat-teknoloġija tal-missili u ma' oġġetti b'użu doppju u l-għoti ta' għajnuna lilhom fil-bini tal-kapaċitajiet nazzjonali tagħhom;

(vii)

appoġġ għal taħriġ ta' esperti dwar in-nonproliferazzjoni ta' missili ballistiċi, permezz tal-parteċipazzjoni fi programmi tal-UE bħal dak tal-Kulleġġ dwar is-Sigurtà u d-Difiża jew fi programmi tal-Istati Membri tal-Unjoni (“Stati Membri”).

Fl-Anness tinsab deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha ssir mill-Fondazzjoni għar-Riċerka Strateġika (FRS), li għandha twettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-FRS.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 990 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont li jidher fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-FRS. Il-ftehim għandu jistipula li l-FRS għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-UE, b'mod adegwat għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-FRS. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni li ssir mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 30 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk sa dakinhar ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta' finanzjament.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/CFSP tas-17 ta' Novembru 2003 fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-armi nukleari (f'pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi) għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom (ĠU L 302, 20.11.2003, p. 34).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/974/PESK tat-18 ta' Diċembru 2008 b'appoġġ għall-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 91).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/423/PESK tat-23 ta' Lulju 2012 b'appoġġ għan-nonproliferazzjoni ta' missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva u tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/PESK (ĠU L 196, 24.7.2012, p. 74).


ANNESS

1.   OBJETTIVI

L-Unjoni hija promotur qawwi tan-nonproliferazzjoni tal-missili. L-isforzi tagħha f'dan ir-rigward jinkludu l-Istrateġija u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/PESK. Addizzjonalment, il-Kunsill approva “Linji ta' azzjoni ġodda mill-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-vetturi tagħhom”, u r-Riżoluzzjoni UNSC 1540 (2004), appoġġata mill-UE, li minn dak iż-żmien 'il hawn ġiet imfakkra mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni UNSC 1977 (2010).

L-Unjoni tikkunsidra l-MTCR bħala strument multilaterali importanti li għandu l-għan li jrażżan il-proliferazzjoni ta' sistemi ta' missili ballistiċi u t-teknoloġiji u l-kompetenzi relatati permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' regolamenti dwar il-kontroll tal-esportazzjoni fuq materjali sensittivi. 19-il Stat Membru huma membri tal-MTCR u l-Istati Membri kollha qed jimplimentaw il-lista tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-MTCR permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (1).

L-Unjoni appoġġat bil-qawwa wkoll il-Kodiċi mill-bidu tiegħu u regolarment esprimiet tħassib dwar il-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi. L-Unjoni tikkunsidra l-Kodiċi bħala miżura ċentrali ta' trasparenza u ta' bini ta' fiduċja. L-Istati Membri kollha tal-Unjoni huma sottoskritti tal-Kodiċi u qed jimplimentaw il-Kodiċi in bona fede.

Fil-passat, l-Unjoni ppruvat tegħleb in-nuqqasijiet li kien għad fadal fl-implimentazzjoni tal-Kodiċi u fl-universalità tiegħu permezz tal-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma, laqgħat tal-esperti u seminars ta' sensibilizzazzjoni reġjonali. Dawk l-attivitajiet, li ġew organizzati taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/974/PESK u implimentati mill-FRS, urew bis-sħiħ l-effiċjenza u r-rilevanza tagħhom.

Inkoraġġita mill-eżitu ta' dawk l-attivitajiet, l-Unjoni kompliet bl-inizjattiva tagħha u appoġġat tliet aspetti tal-Kodiċi kif ġej:

(a)

l-universalità tal-Kodiċi;

(b)

l-implimentazzjoni tal-Kodiċi;

(c)

it-tisħiħ u l-funzjonament imtejjeb tal-Kodiċi.

Din l-azzjoni ttieħdet taħt id-Deċiżjoni 2012/423/PESK, li ppermettiet l-iżvilupp ta' diversi inizjattivi b'appoġġ għall-HCoC inkluż:

(a)

l-iżvilupp ta' sit elettroniku sikur u speċjalizzat;

(b)

l-organizzazzjoni ta' diversi attivitajiet sekondarji bl-għan li jippromwovu l-Kodiċi fir-rigward ta' Stati mhux sottoskritti fi Vjenna, Ġinevra u New York;

(c)

workshop ta' sensibilizzazzjoni għal Pajjiżi Afrikani u tal-Lvant Nofsani f'Pariġi;

(d)

seminars reġjonali f'Singapor, Abu Dhabi u Lima;

(e)

tħejjija ta' dokumenti ta' punti ta' riflessjoni.

Id-Deċiżjoni 2012/423/PESK ikkontribwixxiet biex titqajjem kuxjenza dwar il-Kodiċi u l-promozzjoni tiegħu ma' pajjiżi terzi. Permezz ta' dik id-Deċiżjoni, l-Unjoni appoġġat lil Kosta Rika, Franza, l-Ungerija, il-Ġappun, il-Perù u r-Rumanija fl-attivitajiet tagħhom bħala Presidenti tal-HCoC. Bit-tisħiħ tal-profil tal-HCoC, hija ffaċilitat l-aderenza ta' membri ġodda għall-Kodiċi.

Fid-dawl tar-riżultati miksuba, u tal-proliferazzjoni kontinwa ta' missili ballistiċi li kapaċi jġorru AQM li tikkostitwixxi kawża ta' tħassib li qed jiżdied għall-komunità internazzjonali, b'mod partikolari programmi missilistiċi kurrenti fil-Lvant Nofsani, fl-Asja tal-Grigal u fl-Asja tax-Xlokk, inkluż l-Iran u r-RDPK, ser isiru l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

proġett 1, informazzjoni u komunikazzjoni;

(b)

proġett 2, it-tisħiħ tan-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi;

(c)

proġett 3, l-universalità tal-HCoC — attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni.

Billi tmur lil hinn mill-promozzjoni unika ta' aderenza għall-Kodiċi u l-MTCR, din id-Deċiżjoni tippermetti l-approfondiment tad-dibattitu internazzjonali dwar il-proliferazzjoni tal-missili u l-parteċipazzjoni ta' żoni reġjonali ġodda u komunitajiet ġodda.

2.   DESKRIZZJONI TAL-PROĠETT

2.1.   Proġett 1: Informazzjoni u Komunikazzjoni

2.1.1.   Objettiv tal-proġett

Il-Kodiċi jirrappreżenta strument importanti biex titrażżan il-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi u t-teknoloġiji relatati permezz ta' miżuri ta' bini ta' fiduċja u tat-trasparenza. Madankollu, għandu jsir aktar biex dan jiġi appoġġat, b'mod partikolari bl-għan:

(a)

tal-promozzjoni tal-universalità tal-Kodiċi, u b'mod partikolari s-sottoskrizzjoni għall-Kodiċi mill-Istati kollha b'kapaċitajiet ta' missili ballistiċi u b'kapaċitajiet spazjali;

(b)

tal-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi fl-aspetti kollha tiegħu;

(c)

tar-rinfurzar tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi.

2.1.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Il-proġett jipprevedi tliet tipi ta' attivitajiet:

(a)

it-tħejjija, id-disinn, l-istampar u d-distribuzzjoni sa 1 500 fuljett li jiddeskrivu l-appoġġ tal-Unjoni għall-Kodiċi. Il-fuljett ser jinkludi wkoll:

(i)

deskrizzjoni tal-HCoC;

(ii)

l-objettivi tal-HCoC;

(iii)

deskrizzjoni ta' dikjarazzjonijiet annwali, notifiki ta' qabel il-varar u żjajjar ta' osservazzjoni volontarji;

(iv)

l-istrateġija Ewropea lejn l-HCoC u l-proliferazzjoni tal-vetturi tal-AQM;

(v)

demarches li għandhom isiru għas-sottoskrizzjoni għall-Kodiċi;

(vi)

dettalji ta' kuntatt għall-Istati mhux sottoskritti;

(b)

it-tħejjija, id-disinn, l-istampar u d-distribuzzjoni ta' sa 1 000 ktejjeb stampat bħala “pakkett ta' merħba” u USB stick għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-Istati mhux sottoskritti, waqt li jitfakkru wkoll l-obbligi tal-Istati sottoskritti. Dan ser ikun disponibbli wkoll online, waqt li jkopri l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-Kodiċi u l-punti ta' kuntatt rilevanti. Il-“pakkett ta' merħba” ser jinkludi l-fuljett deskritt fil-punt (a);

(c )

l-appoġġ u l-aġġornar għall-mekkaniżmu sigur ta' informazzjoni u komunikazzjoni bbażat fuq l-Internet (“electronic Immediate Central Contact” — e-ICC) tal-HCoC, inkluż permezz ta' titjib tekniku tas-sit elettroniku f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeru Federali għall-Affarijiet Barranin Awstrijak.

2.1.3.   Riżultati mistennija tal-proġett/indikaturi

(a)

permezz ta' distribuzzjoni wiesgħa tal-“pakkett ta' merħba” matul l-attivitajiet varji, jinkiseb għarfien akbar fost is-sħab dwar il-valur miżjud tal-HCoC, u tar-rwol tal-Unjoni.

(b)

sit elettroniku aktar sikur tal-HCoC jippermetti skambju mtejjeb ta' informazzjoni rilevanti fost is-sħab.

(c)

użu tal-“pakkett ta' merħba” mill-President tal-HCoC, is-Segretarjat Awstrijak (“Immediate Central Contact” (ICC)), l-Unjoni u sħab oħra kif meħtieġ fl-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tagħhom.

2.1.4.   Benefiċjarji tal-proġett

Il-benefiċjarji tal-proġett huma kemm l-Istati sottoskritti għall-HCoC kif ukoll dawk li mhumiex.

2.2.   Proġett 2: it-tisħiħ tan-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi

2.2.1.   Għan tal-proġett

Il-kontinwazzjoni tal-proliferazzjoni u l-użu operazzjonali ta' missili ballistiċi li kapaċi jġorru AQM jikkostitwixxu kawża ta' tħassib li qed jiżdied għall-komunità internazzjonali, b'mod partikolari programmi missilistiċi kurrenti fil-Lvant Nofsani, fl-Asja tal-Grigal u fl-Asja tax-Xlokk, inkluż l-Iran u r-RDPK.

B'mod aktar ġenerali, il-proġett ser jappoġġa firxa ta' attivitajiet għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' missili ballistiċi, immirati partikolarment għas-sensibilizzazzjoni dwar din it-theddida, jiġu intensifikati l-isforzi biex tiżdied l-effettività ta' strumenti multilaterali, jinbena l-appoġġ għal inizjattivi li jindirizzaw dawk l-isfidi speċifiċi u tingħata għajnuna lill-pajjiżi interessati biex jirrinfurzaw b'mod nazzjonali s-sistemi rilevanti tagħhom ta' kontroll tal-esportazzjoni.

2.2.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Il-pubblikazzjoni ta' żewġ dokumenti ta' punti ta' riflessjoni fis-sena (4 sa ma jiskadi l-proġett). Suġġetti possibbli jistgħu jinkludu:

(a)

l-użu ta' żoni ħielsa mill-AQM eżistenti bħala eżempju u qafas potenzjali għal aktar inizjattivi li jipprojbixxu missili ballistiċi;

(b)

passi multilaterali ulterjuri biex tiġi evitata t-theddida tal-proliferazzjoni tal-missili u jiġu promossi l-isforzi ta' diżarm fil-qasam tal-missili ballistiċi, li jiffokaw b'mod partikolari fuq miżuri possibbli ta' bini ta' fiduċja;

(c)

mekkaniżmi ta' kontroll tal-esportazzjoni u t-transitu;

(d)

ir-rwol tat-Trasferiment Intanġibbli tat-Teknoloġija (ITT) fil-qasam tal-missili ballistiċi.

2.2.3.   Riżultati mistennija tal-proġett/indikaturi

(a)

il-promozzjoni ta' sforzi multilaterali li jrażżnu l-proliferazzjoni tal-missili inkluż l-HCoC u l-MTCR iżżid l-influwenza tal-UE fil-qasam tan-nonproliferazzjoni tal-missili;

(b)

l-inkoraġġiment tad-dibattitu dwar inizjattivi ġodda għat-tisħiħ tal-Kodiċi u l-MTCR u l-ftuħ għal aktar inizjattivi;

(c)

it-trawwim tan-nonproliferazzjoni tal-missili;

(d)

il-pubblikazzjoni ta' għallinqas 4 dokumenti ta' punti ta' riflessjoni;

(e)

it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni dwar teknoloġija b'użu doppju u kwistjonijiet ta' trasferiment ta' għarfien tipprevjeni t-trasferiment mhux intenzjonali fost l-Istati Membri u t-titjib tal-għarfien globali dwar il-mekkaniżmu ta' kontroll tal-esportazzjoni.

2.2.4.   Benefiċjarji tal-proġett

L-Unjoni u l-Istati Membri ser jibbenifikaw mid-dokumenti ta' punti ta' riflessjoni; distribuzzjoni usa' ser tiġi deċiża mir-RGħ f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri fil-qafas tal-Grupp ta' Ħidma kompetenti tal-Kunsill. Id-deċiżjoni finali ser tkun ibbażata fuq proposti mill-entità ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 2(2) ta' din id-Deċiżjoni.

2.3.   Proġett 3: Universalizzazzjoni tal-HCoC — Attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni

2.3.1.   Għan tal-proġett

Il-proġett ser jagħti spunt għas-sensibilizzazzjoni dwar in-nonproliferazzjoni tal-missili u l-HCoC permezz tal-organizzazzjoni ta' diversi attivitajiet bl-għan li jinvolvu Stati mhux sottoskritti. Għal dan il-għan, ser jiġu organizzati attivitajiet fi Vjenna u New York biex jinvolvu d-delegazzjonijiet tan-NU fil-marġini tal-attivitajiet rilevanti.

2.3.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Il-proġett ser jipprovdi għal tliet tipi ta' attivitajiet:

(a)

Il-finanzjament ta' erba' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni (2 f'kull belt) b'appoġġ kemm għall-HCoC kif ukoll għan-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi li ser iseħħu f'żewġt ibliet:

(i)

fi New York, fil-marġini tal-Ewwel Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU jew tal-Kumitati ta' Tħejjija għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni;

(ii)

fi Vjenna, fil-marġini tal-HCoC jew attivitajiet oħra rilevanti tan-NU fi Vjenna.

Fir-rigward tal-organizzazzjoni tas-seminars:

(i)

kull seminar ser idum nofs ta' nhar u ser jiġbor sa 80 parteċipant minn missjonijiet tan-NU fi New York u Vjenna madwar grupp magħżul ta' kelliema u uffiċjali tal-UE;

(ii)

ser jiġu mistiedna sa 6 kelliema;

(iii)

ser ikun mistieden il-President supplenti tal-HCoC;

(iv)

ser jiġu organizzati u ffinanzjati, taħt din id-Deċiżjoni, pranzi u ċeni ristretti bil-għan li jinvolvu uffiċjali għolja minn pajjiżi magħżula mmexxija minn rappreżentant anzjan tal-UE u esperti.

Għal dan il-għan, l-entità ta' implimentazzjoni, għal kull attività ser tipproponi lista ta' pajjiżi, li wħud minnhom ser ikunu Stati mhux sottoskritti. Dan ser jippermetti li jitlaqqgħu rappreżentanti għoljin li jittrattaw kwistjonijiet ta' nonproliferazzjoni.

(b)

Il-finanzjament ta' tliet seminars ta' sensibilizzazzjoni reġjonali li jistgħu jseħħu fl-Amerika Latina (eż. l-Arġentina, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Messiku jew non-membru fir-reġjun tal-Karibew), il-Lvant Nofsani (eż. il-pajjiżi tal-Golf, il-Baħrejn, il-Qatar u l-Arabja Sawdija), u l-Asja (eż. mill-Indoneżja jew il-Vjetnam). L-għażla tal-post ser issir bi ftehim mar-RGħ, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri fil-qafas tal-Grupp ta' Ħidma kompetenti tal-Kunsill. Is-seminar ser ikun iddedikat għal xejriet fil-proliferazzjoni tal-missili u għal fokus fuq kwistjonijiet reġjonali u ser jindirizza l-HCoC u informazzjoni prattika dwar li wieħed ikun Stat sottoskritt. L-Istati sottoskritti tar-reġjun ser jiġu mistiedna f'livell governattiv sabiex jikkondividu l-esperjenza tagħhom mal-Istati mhux sottoskritti. Il-President supplenti tal-HCoC ser ikun mistieden ukoll jagħmel dikjarazzjoni u jippresiedi s-sessjoni. L-attendenza tkun tista' tinkludi uffiċjali, diplomatiċi, persunal militari, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, rappreżentanti tal-UE, akkademiċi, eċċ.

Fir-rigward tal-organizzazzjoni tas-seminars:

(i)

kull seminar ser idum ġurnata;

(ii)

jistgħu jiġu mistiedna sa 50 persuna biex jattendu;

(iii)

il-President supplenti tal-HCoC ser ikun mistieden jagħmel dikjarazzjoni.

(c )

jiġu mmirati sa 10 missjonijiet ta' esperti għal Stati mhux sottoskritti. Huma prinċipalment ser jimmiraw l-industriji rilevanti, il-komunità xjentifika, esperti tal-kontroll tal-esportazzjoni u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. F'koordinazzjoni maċ-Ċentri ta' Eċċellenza tal-Unjoni Ewropea, żewġ esperti dwar in-nonproliferazzjoni ta' missili ballistiċi mill-aġenzija ta' implimentazzjoni u espert tal-UE ser imexxu missjonijiet fuq il-post f'pajjiżi fil-mira. Destinazzjonijiet possibbli jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, l-Alġerija, il-Baħrejn, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċina, l-Eġittu, l-Indja, l-Indoneżja, l-Iżrael, il-Malasja, il-Messiku, il-Qatar, l-Arabja Sawdija, l-Afrika t'Isfel u t-Tajlandja. Il-lista finali tal-pajjiżi ser tiġi deċiża f'kooperazzjoni mill-qrib mar-RGħ daqstant ieħor l-opportunità ta' demarches konġunti mal-isforzi ta' sensibilizzazzjoni tal-Kumitat tan-NU 1540. L-attendenza tkun tista' tinkludi uffiċjali, diplomatiċi, persunal militari, akkademiċi, l-industrija, ir-riċerkaturi, eċċ. minn pajjiż miżjura. Ser tingħata prijorità lil uffiċjali u elementi deċiżivi politiċi, diplomatiċi, il-persunal militari rilevanti, eċċ.

Fir-rigward tal-organizzazzjoni tas-seminars:

(i)

kull seminar ser idum ġurnata;

(ii)

jistgħu jiġu mistiedna sa 25 persuna biex jattendu;

(iii)

ser ikunu mistiedna 3 esperti;

(iv)

ser ikun mistieden il-President supplenti tal-HCoC.

2.3.3.   Riżultati mistennija tal-proġett/indikaturi

(a)

jiġu organizzati tal-anqas 4 attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni fi New York u Vjenna;

(b)

it-tliet attivitajiet reġjonali jlaqqgħu komunità diplomatika u akkademika importanti u jippermettu perspettivi ġodda dwar l-adeżjonijiet;

(c)

saru 10 missjonijiet ta' esperti sabiex tiżdied l-universalizzazzjoni tal-HCoC. Dawk il-missjonijiet ġabru tal-anqas 20 persuna li tiddieċidi u uffiċjali u żiedu l-livell ta' impenn mill-uffiċjali u l-persuni b'setgħat deċiżjonali fil-pajjiżi li kellhom żjara;

(d)

titqajjem kuxjenza dwar ix-xejriet tal-proliferazzjoni tal-missili u b'mod aktar partikolari dwar il-Kodiċi fir-rigward ta' Stati mhux sottoskritti filwaqt li jiġu promossi diskussjonijiet dwar aktar sforzi biex titrażżan il-proliferazzjoni tal-missili;

(e)

il-proġett jippromwovi d-dibattitu ġewwa u barra mill-Unjoni dwar inizjattivi futuri;

(f)

il-proġett ikabbar il-profil tal-proliferazzjoni tal-missili bħala sfida strateġika.

2.3.4.   Benefiċjarji tal-proġett

Il-fokus prinċipali ta' dawn l-attivitajiet ser ikunu l-Istati mhux sottoskritti, għalkemm l-Istati sottoskritti jistgħu jkunu assoċjati ma' ċerti attivitajiet għal raġunijiet ta' politika. Il-parteċipanti għandhom ikunu primarjament esperti governattivi u uffiċjali għolja.

L-għażla finali tal-Istati benefiċjarji ser issir f'konsultazzjoni bejn l-entità ta' implimentazzjoni u r-RGħ f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri fil-qafas tal-Grupp ta' Ħidma kompetenti tal-Kunsill.

3.   TUL TA' ŻMIEN

It-tul ta' żmien totali stmat għall-implimentazzjoni tal-proġetti huwa ta' 30 xahar.

4.   ENTITÀ TA' IMPLIMENTAZZJONI

(a)

l-FRS ser tiġi fdata bl-implimentazzjoni teknika tal-proġetti;

(b)

il-kofinanzjament ser jiddipendi mill-FRS;

(c)

l-entità ta' implimentazzjoni ser tħejji:

(i)

rapporti kull tliet xhur dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(ii)

rapport finali mhux iktar tard minn xahar mit-tmiem tal-implimentazzjoni tal-proġetti;

(d)

ser jintbagħtu rapporti lir-RGħ;

(e)

l-FRS ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adegwata għad-daqs tagħha.

5.   PARTEĊIPANTI TERZI

Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati fl-intier tagħhom taħt din id-Deċiżjoni. L-esperti mill-Istati sottoskritti tal-Kodiċi jew mill-Istati mhux sottoskritti jistgħu jiġu kkunsidrati bħala parteċipanti terzi. Huma ser jaħdmu f'konformità mar-regoli standard tal-FRS.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/53


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Diċembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fir-rigward ta' Belize

(2014/914/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu.

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi sistema tal-Unjoni sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (sajd IUU).

(2)

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi l-proċedura fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, id-démarches fir-rigward ta' pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, l-istabbiliment ta' lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, it-tneħħija mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, il-pubbliċità tal-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx u kull miżura ta' emerġenza.

(3)

Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-Kummissjoni nnotifikat tmien pajjiżi terzi permezz tad-Deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2012 (2) (“id-Deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2012”) dwar il-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Il-Beliże kien fost dawk il-pajjiżi.

(4)

Fid-Deċiżjoni tagħha tal-15 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni inkludiet l-informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom hija bbażata tali identifikazzjoni.

(5)

Fl-istess ġurnata, fil-15 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni nnotifikat it-tmien pajjiżi terzi, permezz ta' ittri separati li kienet qed tqis il-possibbiltà li tidentifikahom bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Il-Beliże kien fost dawk il-pajjiżi.

(6)

Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tas-26 ta' Novembru 2013 (3) (“Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tas-26 ta' Novembru 2013”), il-Kummissjoni identifikat lill-Beliże, ir-Renju tal-Kambodja u r-Repubblika tal-Ginea bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-Kummissjoni pprovdiet ir-raġunijiet li għalihom qieset li dawk it-tliet pajjiżi naqsu fil-qadi tal-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali bħala Stati tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq li jieħdu azzjoni biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.

(7)

Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE (4) qiegħed lill-Beliże, lir-Renju tal-Kambodja u lir-Repubblika tal-Ginea fuq il-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(8)

Wara li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE stabbilixxiet il-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-Kummissjoni offriet l-opportunità lill-pajjiżi identifikati sabiex ikomplu d-djalogu f'konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja, inklużi l-kummenti orali u bil-miktub, bil-għan li tagħti kwalunkwe pajjiż identifikat l-opportunità biex jirranġa s-sitwazzjoni li rrikjediet l-elenkar tiegħu, u biex jieħdu miżuri konkreti li jistgħu jwasslu għar-rimedjar tan-nuqqasijiet identifikati. Dak il-proċess irriżulta fir-rikonoxximent li l-Beliże rrettifika s-sitwazzjoni u ħa azzjoni ta' rimedju.

(9)

Skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-Kunsill għandu għaldaqstant jemenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE billi jneħħi lill-Beliże mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx.

(10)

Bl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li tneħħi lill-Beliże mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tas-26 ta' Novembru 2013, li tidentifika lill-Beliże bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, ma għadhiex rilevanti.

2.   IT-TNEĦĦIJA TAL-BELIŻE MIL-LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI MA JIKKOOPERAWX

(11)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tas-26 ta' Novembru 2013 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE, il-Kummissjoni kompliet id-djalogu tagħha mal-Beliże. B'mod partikolari, il-Beliże jidher li implimenta l-obbligi tal-liġi internazzjonali tiegħu u adotta qafas legali adegwat għall-ġlieda kontra s-sajd IUU. Huwa introduċa skema adegwata u effiċjenti ta' kontroll u ispezzjoni; ħoloq sistema ta' sanzjonijiet ta' deterrent u assigura l-implimentazzjoni xierqa tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid. Barra minn hekk il-Beliże tejjeb ulterjorment il-konformità tiegħu mal-obbligi internazzjonali tiegħu, inkluż dawk li joħorġu mir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd. Il-Beliże stabbilixxa sistema ġdida ta' reġistrazzjoni ta' bastimenti skont il-liġi internazzjonali. Il-Beliże bħalissa huwa konformi mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' korpi rilevanti u adotta pjan ta' azzjoni nazzjonali tiegħu stess kontra s-sajd IUU, skont il-Pjan Internazzjonali ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra s-sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat.

(12)

Il-Kummissjoni rrevediet il-konformità tal-Beliże mal-obbligi internazzjonali tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq f'konformità mas-sejbiet tad-Deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2012, mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tas-26 ta' Novembru 2013 u mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE, u mal-informazzjoni rilevanti ipprovduta mill-Beliże. Hija kkunsidrat ukoll il-miżuri meħuda biex titranġa s-sitwazzjoni kif ukoll il-garanziji pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Beliże.

(13)

Abbażi ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-azzjonijiet meħuda mill-Beliże fid-dawl tal-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera huma suffiċjenti biex jikkonformaw mal-Artikoli 91, 94, 117 u 118 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, l-Artikoli 18, 19 u 20 tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istokkijiet tal-Ħut u l-Artikolu III(8) tal-Ftehim ta' Osservanza FAO. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-elementi mressqa mill-Beliże juru li s-sitwazzjoni li rrikjediet l-elenkar tal-Beliże ġiet rettifikata u li l-Beliże ħa miżuri konkreti li jistgħu jwasslu għal titjib tas-sitwazzjoni li jdum fit-tul.

(14)

Fiċ-ċirkustanzi partikolari, u skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-Kunsill jikkonkludi li l-Beliże għandu jitneħħa mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(15)

Id-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill ma tipprekludix xi pass sussegwenti li jista' jittieħed mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, skont il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, f'każ li xi elementi fattwali kellhom jiżvelaw li l-Beliże naqas milli jaqdi dawk li huma l-obbligi tiegħu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, billi jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina sajd IUU.

(16)

Fid-dawl tal-konsegwenzi negattivi kkawżati mill-elenkar, bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, huwa xieraq li b'effett immedjat il-Beliże jitneħħa mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Beliże b'dan jitneħħa mill-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARTINA


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 dwar in-notifika lill-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis bħala possibbli li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU C 354, 17.11.2012, p. 1).

(3)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2013 li tidentifika l-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis li huma pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU C 346, 27.11.2013, p. 2).

(4)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/170/UE tal-24 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 91, 27.3.2014, p. 43).


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/915/PESK

tas-16 ta' Diċembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1) li estendiet il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, l-EUMM Georgia (“EUMM Georgia” jew il-“Missjoni”) stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK (2). Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2014.

(2)

L-EUMM Georgia għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' sentejn abbażi tal-mandat attwali tagħha.

(3)

Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'li ġej:

“3.   Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta' sigurtà speċifiċi għall-missjoni u l-pjan ta' sigurtà tal-Missjoni li jappoġġaw il-politika ta' sigurtà fuq il-post tal-Unjoni. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE li l-persunal hu fdat biha hu u jwettaq il-kompiti tiegħu, il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (*).

(*)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).”"

.

(2)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 5 hu sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.”

.

(3)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2014 u l-14 ta' Diċembru 2015 għandu jkun ta' EUR 18 300 000”

.

(4)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 14a

Ċellula ta' Proġetti

1.   L-EUMM Georgia għandu jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti. L-EUMM Georgia għandha, kif meħtieġ, tiffaċilita u tipprovdi konsulenza dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f'oqsma relatati mal-EUMM Georgia u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.

2.   Soġġett għall-paragrafu 3, l-EUMM Georgia għandha tkun awtorizzata li tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew minn Stati terzi sabiex timplimenta proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw azzjonijiet oħra tal-EUMM Georgia b'mod konsistenti, jekk dawk il-proġetti jkunu:

(a)

provduti fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din id-Deċiżjoni; jew

(b)

integrati matul il-mandat permezz ta' emenda fid-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.

L-EUMM Georgia għandha tikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, billi tkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-EUMM Georgia fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati li jikkontribwixxu ma jistgħu f'ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli għal atti jew ommissjonijiet mill-EUMM Georgia fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati terzi liċ-Ċellula ta' Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni tal-KPS.”

.

(5)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'li ġej:

“1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lil Stati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif xieraq u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, l-informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti sal-livell ta' ‘CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL’ iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU u lill-OSKE, f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni l-informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti sal-livell ta' ‘RESTREINT UE/EU RESTRICTED’ iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u tal-OSKE għal dik il-fini.

3.   Fl-eventwalità ta' ħtieġa operazzjonali speċifika u immedjata, il-Kap tal-Missjoni għandu jawtorizza wkoll li jirrilaxxa lill-Istat Ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti sal-livell ta' ‘RESTREINT UE/EU RESTRICTED’ iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u tal-OSKE għal dik il-fini.”

.

(6)

Fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2016.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2014.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/58


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Diċembru 2014

li tikkoreġi l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/154/UE li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2014) 9452)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2014/916/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummisjoni 2014/154/UE (2) tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/154/UE jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina. L-Anness fih żball fl-ispeċifikazzjonijiet. Dak l-iżball għandu jiġi kkorreġut.

(3)

Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/154/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ispeċifikazzjonijiet dwar il-purità tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/154/UE, l-entrata rigward it-test tal-glukosammina għandu jinbidel b'dan li ġej:

“It-test tal-glukosammina

34-46 % f'bażi xotta”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Gnosis SpA, Via Lavoratori Autobianchi 1, 20832 Desio (MB), l-Italja.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/154/UE tad-19 ta' Marzu 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina, bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 10).


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/59


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Diċembru 2014

li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tan-notifika tal-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara u ta' miżuri li ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu mill-Istati Membri

(notifikata bid-dokument C(2014) 9460)

(2014/917/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità, ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(4) tagħha,

Billi:

(1)

In-notifiki tal-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara kif imsemmija fl- Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE jew bil-feġġa reali jew issuspettata ta' organiżmi ta' ħsara kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) ta' dik id-Direttiva għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li tippermetti lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra biex jippjanaw u jimplimentaw l-azzjoni l-aktar effikaċi fil-livell tal-Unjoni jew dak reġjonali kif xieraq. Dan hu importanti biex tiġi żgurata protezzjoni komprensiva mit-territorju tal-Unjoni kontra s-sorsi kollha possibbli ta' riskju fitosanitarju.

(2)

Biex tkun tista' ssir reazzjoni rapida, ċerti elementi ta' dawk in-notifiki għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tmint ijiem ta' xogħol wara l-konferma tal-preżenza jew il-feġġa ta' organiżmi ta' ħsara, fid-dawl tal-importanza tagħhom u l-fattibbiltà ta' sottomissjoni rapida tagħhom, u l-elementi kollha meħtieġa għandhom jiġu ppreżentati sa mhux aktar tard minn tletin jum wara din il-konferma.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu infurmati bi kwalunkwe bidla, l-Istat Membru li jinnotifika għandu jaġġorna dawk in-notifiki malajr kemm jista' jkun f'każ li xi informazzjoni ġdida rilevanti tkun disponibbli għalih jew fil-każ li jieħu kwalunkwe miżuri ġodda relevanti wara li jkun bagħat l-informazzjoni meħtieġa.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontenut tan-notifiki

1.   Meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-preżenza jew il-feġġa ta' xi organiżmu ta' ħsara kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE jew tal-feġġa reali ta' kwalunkwe organiżmu ta' ħsara kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni prevista fl-Anness.

2.   Meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-feġġa suspettata ta' kwalunkwe organiżmu ta' ħsara kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw, meta applikabbli, l-informazzjoni prevista fl-Anness.

Artikolu 2

Skadenzi għas-sottomissjoni ta' notifiki

1.   Mhux aktar tard minn tmint ijiem ta' xogħol wara d-data tal-konferma uffiċjali mill-korp uffiċjali responsabbli dwar il-preżenza, jew il-feġġa reali tal-organiżmu ta' ħsara, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 16(1) u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw notifika li jkun fiha ta' mill-inqas l-informazzjoni indikata fil-punti 1.1, 1.3, 2.1, 2.2, 3.1, 4.1, 5.1, 5.2, 5.6, 6.4 u 8 tal-Anness.

2.   Mhux aktar tard minn tletin jum wara d-data tal-konferma uffiċjali mill-korp uffiċjali responsabbli dwar il-preżenza jew il-feġġa reali ta' organiżmu ta' ħsara kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(1) u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw notifika li tinkludi l-informazzjoni indikata fil-punt tal-Anness li mhijiex imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Mhux aktar tard minn tmint ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha l-entità uffiċjali responsabbli tissuspetta li jkun feġġ organiżmu ta' ħsara kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw notifika li jkun fiha ta' mill-inqas l-informazzjoni indikata fil-punti 1.1, 1.3, 2.1, 2.2, 3.1, 4.1, 5.1, 5.2, 6.4 u 8 tal-Anness.

4.   Mhux aktar tard minn tletin jum wara d-data li fiha l-entità uffiċjali responsabbli tissuspetta li jkun feġġ organiżmu ta' ħsara kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tad- Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw notifika li tinkludi l-informazzjoni indikata fil-punti tal-Anness li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 3.

5.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw in-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, hekk kif xi informazzjoni ġdida tkun saret disponibbli għalihom, u ġiet ivverifikata minnhom, jew hekk kif ikollhom jittieħdu kwalunkwe miżuri ġodda.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.


ANNESS

KONTENUT TAN-NOTIFIKI KIF IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

1.   Informazzjoni ġenerali dwar in-notifika

1.1.

Titolu. Indikazzjoni dwar l-isem xjentifiku tal-organiżmu ta' ħsara kkonċernat, il-post u jekk din hija l-ewwel preżenza tiegħu jew le. L-isem xjentifiku għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-isem xjentifiku tal-organiżmu ta' ħsara kif imsemmi fid-Direttiva 2000/29/KE, jew kif imsemmi fil-miżuri adottati skont l-Artikolu 16(3) ta' dik id-Direttiva, inkluż kif meħtieġ, il-pathovar, jew,

(b)

jekk il-punt (a) ma jkunx applikabbli, l-isem xjentifiku approvat minn organizzazzjoni internazzjonali, inkluż il-pathovar, u l-isem ta' dik l-organizzazzjoni, jew,

(c)

jekk la l-punt (a) u lanqas il-punt (b) ma jkunu applikabbli, indikazzjoni tal-isem xjentifiku minn sors affidabbli ħafna ta' informazzjoni, b'referenza għal dak is-sors.

Is-sottomissjoni possibbli ta' noti ta' spjegazzjoni.

1.2.

Sommarju Eżekuttiv. Sottomissjoni ta' sommarju tal-informazzjoni fil-punti 3 sa 7.

1.3.

Indikazzjoni ta' wieħed mill-elementi li ġejjin (1) notifika parzjali skont l-Artikolu 2(1) jew 2(3); (2) notifika skont l-Artikolu 2(2) jew 2(4); (3) aġġornament tan-notifika skont l-Artikolu 2(5); (4) nota ta' għeluq li tindika t-terminazzjoni tal-miżuri meħuda u r-raġunament għal terminazzjoni bħal din.

2.   Informazzjoni li tikkonċerna l-awtorità unika u l-persuni responsabbli.

2.1.

Isem tal-awtorità unika, kif imsemmija fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2000/29/KE li tissottometti n-notifika (minn hawn 'l quddiem: “l-awtorità unika”). Indikazzjoni tal-kliem “Notifika minn”, segwita bl-isem tal-awtorità unika, u l-isem tal-Istat Membru ta' dik l-awtorità.

2.2.

Kuntatt uffiċjali fl-awtorità unika. Indika l-isem, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna msemmija mill-awtorità unika bħala kuntatt uffiċjali għan-notifika kkonċernata. Meta tissemma aktar minn persuna waħda, tinħtieġ indikazzjoni tar-raġunijiet.

3.   Lokazzjoni tal-preżenza ta' organiżmu ta' ħsara.

3.1.

Indikazzjoni, kemm jista' jkun speċifika, tal-lokazzjoni tal-preżenza tal-organiżmu ta' ħsara konċernat, b'referenza għal mill-anqas reġjun amministrattiv (eż. muniċipalità, belt, provinċja) kif xieraq.

3.2.

B'referenza għall-punt 3.1, il-mappa (mapep) tal-lokazzjoni rispettiva. Is-sottomissjonijiet, fil-forma ta' kummenti, informazzjoni dwar il-konfini, b'referenza għan-nomenklatura ta' unitajiet territorjali tal-Eurostat (NUTS) jew għal kodiċijiet ġeografiċi (Geocodes), ritratti mill-ajru jew il-koordinati GPS ewlenin huma possibbli.

4.   Informazzjoni dwar ir-raġuni tan-notifika, u l-istatus tal-pesti taż-żona u l-Istat Membru kkonċernat.

4.1.

Indikazzjoni ta' waħda mill-alternattivi li ġejjin: (1) l-ewwel preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-organiżmu ta' ħsara fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat; (2) presenza kkonfermata jew issuspettata tal-organiżmu ta' ħsara f'parti mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, fejn il-preżenza tiegħu ma kinitx magħrufa qabel. Fil-każ ta' alternattiva (2), u meta applikabbli, indikazzjoni li l-organiżmu ta' ħsara deher f'parti mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, fejn dak l-organiżmu ta' ħsara kien preżenti qabel iżda ġie eradikat.

4.2.

L-istatus tal-pesti taż-żona fejn l-organiżmu ta' ħsara nstab preżenti, wara konferma uffiċjali. Indikazzjoni, b'nota ta' spjegazzjoni, ta' waħda jew aktar mill-alternattivi li ġejjin: (1) Preżenti: fil-partijiet kollha taż-żona kkonċernata; (2) Preżenti: f'partijiet speċifiċi biss taż-żona kkonċernata; (3) Preżenti: f'partijiet speċifiċi taż-żona, fejn l-għelejjel ospitanti ma jitkabbrux; (4) Preżenti: qed jiġu eradikati; (5) Preżenti: qed jiġu kkontenuti; (6) Preżenti: bi prevalenza baxxa; (7) Assenti: Il-pesti nstabu preżenti iżda ma ġewx eradikati; (8) Assenti: Il-pesti nstabu preżenti iżda ma għadhomx preżenti għal raġunijiet għajr l-eradikazzjoni; (9) Tranżitorji (il-preżenza ta' organiżmu ta' ħsara mhijiex mistennija li twassal għal stabbiliment): mhux azzjonabbli; (10) Tranżitorji: azzjonabbli, taħt sorveljanza; (11) Tranżitorji: azzjonabbli, taħt eradikazzjoni; (12) Oħrajn.

4.3.

L-istatus tal-pesti fl-Istat Membru kkonċernat qabel il-konferma uffiċjali tal-preżenza jew preżenza suspettata, ta' organiżmu ta' ħsara. Indikazzjoni, b'nota ta' spjegazzjoni, ta' waħda jew aktar mill-alternattivi li ġejjin: (1) Preżenti: fil-partijiet kollha tal-Istat Membru kkonċernat; (2) Preżenti: f'xi partijiet tal-Istat Membru kkonċernat; (3) Preżenti: f'partijiet speċifiċi tal-Istat Membru, fejn l-għala ospitant/l-għelejjel ospitanti ma jitkabbrux; (4) Preżenti: Staġjonalment; (5) Preżenti: qed jiġu eradikati; (6) Preżenti: qed jiġu kkontenuti, filkaż li l-eradikazzjoni tkun impossibbli (7) Preżenti: bi prevalenza baxxa; (8) Assenti: l-ebda pesti reġistrati; (9) Assenti: Pesti eradikati; (10) Assenti: Il-pesti ma għadhomx preżenti għal raġunijiet għajr l-eradikazzjoni; (11) Assenti: Reġistri tal-pesti mhux validi; (12) Assenti: Reġistri tal-pesti mhux affidabbli; (13) Assenti: interċettati biss; (14) Tranżitorji: mhux azzjonabbli; (15) Tranżitorji: azzjonabbli, taħt sorveljanza; (16) Tranżitorji: azzjonabbli, taħt eradikazzjoni; (17) Oħrajn.

4.4.

L-istatus tal-pesti fl-Istat Membru kkonċernat qabel il-konferma uffiċjali tal-preżenza ta' organiżmu ta' ħsara. Indikazzjoni, b'nota ta' spjegazzjoni, ta' waħda jew aktar mill-alternattivi li ġejjin: (1) Preżenti: fil-partijiet kollha tal-Istat Membru kkonċernat; (2) Preżenti: f'xi partijiet tal-Istat Membru kkonċernat; (3) Preżenti: f'partijiet speċifiċi tal-Istat Membru, fejn l-għala ospitant/l-għelejjel ospitanti ma jitkabbrux; (4) Preżenti: Staġjonalment; (5) Preżenti: qed jiġu eradikati; (6) Preżenti: qed jiġu kkontenuti, filkaż li l-eradikazzjoni tkun impossibbli (7) Preżenti: bi prevalenza baxxa; (8) Assenti: Pesti eradikati; (9) Assenti: Il-pesti ma għadhomx preżenti għal raġunijiet għajr l-eradikazzjoni; (10) Assenti: Reġistri tal-pesti mhux validi; (11) Assenti: Reġistri tal-pesti mhux affidabbli; (12) Assenti: interċettati biss; (13) Tranżitorji: mhux azzjonabbli; (14) Tranżitorji: azzjonabbli, taħt sorveljanza; (15) Tranżitorji: azzjonabbli, taħt eradikazzjoni; (16) Oħrajn.

5.   Informazzjoni dwar is-sejba, it-teħid ta' kampjuni, l-ittestjar u konferma tal-organiżmu ta' ħsara.

5.1.

Kif il-preżenza jew d-dehra tal-organiżmi ta' ħsara kienet misjuba. Indikazzjoni ta' waħda mill-alternattivi li ġejjin: (1) stħarriġ uffiċjali relatat mal-pesti; (2) stħarriġ rrelatat ma' tifqigħa eżistenti jew eradikata ta' organiżmu ta' ħsara; (3) spezzjonjiet fitosanitarji ta' kwalunkwe tip; (4) spezzjoni li tintraċċa lura u 'l quddiem relatata ma' preżenza speċifika tal-organiżmu ta' ħsara kkonċernat; (5) spezzjoni uffiċjali għal għanijiet minbarra dawk fitosanitarji; (6) informazzjoni sottomessa minn operaturi professjonali, laboratorji jew persuni oħra; (7) informazzjoni xjentifika; (8) oħrajn. Aktar kummenti fl-għamla ta' test liberu jew dokumenti mehmuża huma possibbli. Fil-każ tal-alternattiva (8), tinħtieġ l-indikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni. Meta applikabbli, indikazzjoni tad-data tal-ispezzjoni(jiet), id-deskrizzjoni tal-metodu ta' spezzjoni (inklużi dettalji dwar viżwali jew verifiki oħra kif xieraq), u deskrizzjoni qasira tas-sit fejn twettqet l-ispezzjoni, ir-riżultati ta' dik l-ispezzjoni u stampa(i). Fil-każ tal-alternattivi (3) u (4), indikazzjoni tad-data ta' spezzjoni(ijiet), id-deskrizzjoni tal-metodu ta' spezzjoni (inklużi dettalji dwar viżwali jew verifiki oħra kif xieraq). Is-sottomissjoni possibbli ta' deskrizzjoni qasira tas-sit fejn twettqet l-ispezzjoni, ir-riżultati ta' dik l-ispezzjoni u stampa(i).

5.2.

Id-data tas-sejba: Indikazzjoni tad-data meta l-entità uffiċjali responsabbli sabet il-preżenza jew id-dehra ta' organiżmu ta' ħsara, jew irċieviet l-ewwel informazzjoni li tikkonċerna s-sejba tagħha. Jekk l-organiżmu ta' ħsara kien misjub minn persuna oħra għajr il-korp uffiċjali responsabbli, indikazzjoni tad-data tas-sejba tal-organiżmu li jagħmel il-ħsara minn dik il-persuna, u d-data meta dik il-persuna tkun infurmat mill-korp uffiċjali responsabbli b'dan.

5.3.

It-teħid ta' kampjuni għal analiżi fil-laboratorju. Meta applikabbli, sottomissjoni ta' informazzjoni dwar il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni għal analiżi fil-laboratorju, inklużi d-data, il-metodu, u d-daqs tal-kampjun. Twaħħil ta' stampi huwa possibbli.

5.4.

Laboratorju Meta applikabbli, indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-laboratorju(i) involuti fl-identifikazzjoni tal-organiżmu ta' ħsara kkonċernat.

5.5.

Metodi Dijanostici. Indikazzjoni ta' waħda mill-alternattivi li ġejjin: (1) Skont il-Protokoll eżaminat mill-pari; (2) Oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-metodu kkonċernat. Fil-każ ta' Alternattiva (1), id-dispożizzjoni ta' referenza ċara għall-Protokoll rispettiv u, meta xieraq, kwalunkwe devjazzjoni minn dak il-Protokoll.

5.6.

Id-data ta' konferma uffiċjali tal-identità tal-organiżmu ta' ħsara.

6.   Informazzjoni relatata ma' żona infestata, u s-severità u s-sors tat-tifqigħa f'dak il-qasam.

6.1.

Id-daqs u d-delimitazzjoni taż-żona infestata. Indikazzjoni ta' waħda jew iktar mill-alternattivi li ġejjin: (1) superfiċje infestata (m2, ha, km2); (2) għadd ta' pjanti infestati (biċċiet); (3) volum ta' prodotti ta' pjanti infestati (tunnellati, m3); (4) koordinati ewlenin tal-GPS, jew kull deskrizzjoni oħra speċifika, tad-delimitazzjoni taż-żona infestata. Is-sottomissjoni ta' ċifri approssimattivi hija possibbli, iżda bi spjegazzjoni dwar ir-raġuni ta' nuqqas ta' ċifri eżatti.

6.2.

Karatteristiċi taż-żona infestata u tal-viċinat tagħha. Indikazzjoni ta' waħda jew iktar mill-alternattivi li ġejjin:

(1)

Żona ta' produzzjoni — fil-beraħ

(1.1)

għalqa (kkoltivata, bur);

(1.2)

ort/vinja;

(1.3)

mixtla;

(1.4)

foresta.

(2)

Oħrajn — fil-beraħ

(2.1)

ġnien privat;

(2.2)

siti pubbliċi;

(2.3)

żona ta' konservazzjoni;

(2.4)

pjanti selvaġġi f'żoni għajr żoni ta' konservazzjoni;

(2.5)

oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari.

(3)

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament

(3.1)

serra;

(3.2)

sit privat, ħlief serra;

(3.3)

sit privat, ħlief serra;

(3.4)

oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari.

Għal kull alternattiva, indikazzjoni dwar jekk infestazzjoni rispettiva tikkonċerna waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: pjanti għat-tħawwil, pjanti oħra, jew prodotti tal-pjanti.

6.3.

Pjanti ospitanti taż-żona infestata u tal-viċinat tagħha. Indikazzjoni tal-isem xjentifiku tal-pjanti ospitanti f'dik iż-żona, skont il-punt 6.4. Informazzjoni addizzjonali hija possibbli dwar id-densità tal-pjanti ospitanti fiż-żona, b'referenza għal prattiki ta' kultivazzjoni, karatteristika speċifika tal-ħabitats, jew informazzjoni dwar prodotti tal-pjanti suxxettibbli prodotti fiż-żona.

6.4.

Pjanta/pjanti infestat(i), prodott(i) mill-pjanti u oġġett(i) ieħor/oħra. Indikazzjoni tal-isem xjentifiku tal-pjanta/pjanti ospitanti infestat(i).

Sottomissjoni tal-varjetà u, għal prodotti tal-pjanti, it-tip tal-prodott, kif xieraq, hija possibbli.

6.5.

Vetturi preżenti f'dik iż-żona. Meta applikabbli, indikazzjoni ta' waħda mill-alternattivi li ġejjin:

(a)

l-isem xjentifiku tal-vetturi għallinqas fil-livell tal-genus kif imsemmi fid-Direttiva 2000/29/KE, jew kif imsemmi fil-miżuri adottati skont l-Artikolu 16(3) ta' dik id-Direttiva, jew,

(b)

jekk il-punt (a) ma jkunx applikabbli, l-isem xjentifiku approvat minn organizzazzjoni internazzjonali, u l-isem ta' dik/dawk l-organizzazzjoni(jiet), jew,

(c)

jekk la l-punt (a) u lanqas il-punt (b) ma jkun applikabbli, indikazzjoni tal-isem xjentifiku mill-iktar sors affidabbli ta' informazzjoni, b'referenza għal dak is-sors.

Informazzjoni addizzjonali hija possibbli dwar id-densità tal-vetturi, jew il-karatteristiċi ta' pjanti importanti għall-vetturi.

6.6.

Is-severità tat-tifqigħa. Deskrizzjoni tal-firxa ta' infestazzjoni kurrenti, is-sintomi u l-ħsara li saret, u, meta xieraq, l-inklużjoni ta' previżjonijiet hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli.

6.7.

Is-sors tat-tifqigħa. Kif applikabbli, indikazzjoni ta' mogħdija kkonfermata tal-organiżmu ta' ħsara fiż-żona, jew tal-mogħdija suspettata għad trid tiġi kkonfermata. Twaħħil ta' informazzjoni fir-rigward tal-oriġini potenzjali jew ikkonfermata tal-organiżmu ta' ħsara hija possibbli.

7.   Miżuri fitosanitarji uffiċjali.

7.1.

Adozzjoni ta' miżuri fitosanitarji uffiċjali. Indikazzjoni ta' waħda mill-alternattivi li ġejjin, b'noti ta' spjegazzjoni: (1) Ittieħdu miżuri fitosanitarji uffiċjali fil-forma ta' trattament kimiku, bioloġiku jew fiżiku; (2) Ittieħdu miżuri fitosanitarji uffiċjali, minbarra l-miżuri fil-forma ta' trattament kimiku, bioloġiku jew fiżiku; (3) Se jittieħdu miżuri fitosanitarji uffiċjali; (4) Id-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jittieħdu miżuri fitosanitarji uffiċjali hija pendenti; (5) L-ebda miżuri fitosanitarji uffiċjali. Fil-każ ta' stabbiliment ta' żona demarkata, indikazzjoni taħt Alternattivi (1), (2) u (3), jekk dawk il-miżuri jittieħdu fi jew barra dik iż-żona. Fil-każ ta' alternattiva (5), indikazzjoni tar-raġuni għaliex ma ttieħdu l-ebda miżuri fitosanitarji uffiċjali.

7.2.

Data ta' adozzjoni ta' miżuri fitosanitarji uffiċjali. F'każ ta' miżuri temporanji, indikazzjoni dwar it-tul ta' żmien probabbli tagħhom.

7.3.

Identifikazzjoni taż-żona ta' miżuri fitosanitarji uffiċjali koperta. Indikazzjoni tal-metodu użat sabiex jidentifika ż-żona koperta minn miżuri fitosanitarji uffiċjali. F'każ li jkunu saru stħarriġiet, ir-riżultati ta' dawk l-istħarriġiet.

7.4.

Objettiv tal-miżuri fitosanitarji uffiċjali. Indikazzjoni ta' waħda mill-alternattivi li ġejjin: (1) eradikazzjoni; (2) trażżin, filkaż li l-eradikazzjoni ma' tkunx possibbli.

7.5.

Miżuri li jaffettwaw il-moviment ta' merkanzija. Indikazzjoni ta' waħda mill-alternattivi li ġejjin: (1) il-miżuri jaffettwaw l-importazzjoni ġewwa jew il-moviment fi ħdan l-Unjoni tal-oġġetti; (2) il-miżuri ma jaffettwawx l-importazzjoni ġewwa jew il-moviment fi ħdan l-Unjoni tal-oġġetti; Fil-każ ta' alternattiva (1), deskrizzjoni tal-miżuri.

7.6.

Stħarriġiet speċifiċi. Fil-każ li stħarriġiet jitwettqu bħala parti minn miżuri fitosanitarji uffiċjali, indikazzjoni tal-metodoloġija, it-tul u l-iskop tagħhom.

8.   Analiżi/valutazzjoni tar-riskju tal-pesti. Indikazzjoni tal-alternattivi li ġejjin: (1) Mhijiex meħtieġa analiżi tar-riskju tal-pesti (l-organiżmu ta' ħsara huwa elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE, jew huwa suġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 16(3) ta' dik id-Direttiva); (2) Analiżi tar-riskju tal-pesti, jew analiżi tar-riskju tal-pesti preliminari, taħt żvilupp (3) Teżisti analiżi preliminari tar-riskju tal-pesti; (4) Teżisti analiżi tar-riskju tal-pesti. Fil-każ tal-alternattivi (3) u (4), deskrizzjoni tas-sejbiet ewlenin, u — hemża ta' analiżi tar-riskju tal-organiżmi ta' ħsara rispettivi jew indikazzjoni tas-sors fejn tista' tinstab dik l-analiżi.

9.   Links għal websajts rilevanti, sorsi oħra ta' informazzjoni.

10.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tissottometti l-informazzjoni dwar wieħed jew iktar mill-elementi ta' punti 1.1, 1.3, 3.1, 4.1 sa 4.4, 5.1 sa 5.6, 6.1 sa 6.7, 7.1 sa 7.6 u 8 lill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti.


17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/65


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Diċembru 2014

li ttemm il-proċediment antisussidju dwar importazzjonijiet ta' fibri bażiċi tal-poliester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam

(2014/918/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   BIDU

(1)

Fid-19 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antisussidji fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' fibri bażiċi tal-poliester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam (“il-pajjiżi kkonċernati”) fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2013 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fibri Sintetiċi (CIRFS) (“l-ilmentatur”) f'isem seba' produtturi. L-ilmentatur irrappreżenta aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' Fibri bażiċi tal-Poljester (“PSF”). L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta' sussidjar u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kienet biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni.

(3)

Qabel il-bidu tal-proċediment u b'mod konformi mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-GTĊ), lill-Gvern tal-Indja (GTI) u lill-Gvern tal-Vjetnam (GTV) li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li importazzjonijiet sussidjati ta' PSF li joriġinaw fil-pajjiżi tagħhom kienu qed jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-Gvernijiet rispettivi ġew mistiedna għal konsultazzjonijiet individwali bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tal-ilment u li jaslu għal soluzzjoni bi qbil reċiproku.

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (iċ-Ċina)

(4)

Il-GTĊ ma aċċettax l-offerta għall-konsultazzjonijiet li jallegaw nuqqas ta' fehim dwar d-data tal-preżentazzjoni tal-ilment. Madankollu, il-GTĊ issottometta kummenti fir-rigward tal-allegazzjonijiet li jinsabu fl-ilment rigward in-nuqqas ta' kumpens tal-iskemi.

L-Indja

(5)

Il-GTI aċċetta l-offerta għall-konsultazzjonijiet u saret il-konsultazzjoni. Matul il-konsultazzjonijiet, ma ntlaħqet l-ebda soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku. Madankollu, tqiesu l-kummenti magħmula mill-GTI dwar l-iskemi elenkati fl-ilment.

Il-Vjetnam

(6)

Il-GTV aċċetta l-offerta għall-konsultazzjonijiet u saru l-konsultazzjonijiet. Matul il-konsultazzjonijiet, ma ntlaħqet l-ebda soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku. Madankollu, tqiesu l-kummenti magħmula mill-GTV dwar l-iskemi elenkati fl-ilment.

1.2.   PARTIJIET INTERESSATI

(7)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-applikanti, lill-produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-GTĊ, GTI U GTV, lill-importaturi magħrufa, lill-fornituri u l-utenti, il-kummerċjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom biex jipparteċipaw.

(8)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkumentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fi proċeduri kummerċjali.

(a)   Kampjunar

(9)

Minħabba l-ammont apparentement kbir ta' produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi mhux relatati, il-produtturi esportaturi u l-importaturi mhux relatati magħrufa kollha ntalbu jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-Notifika ta' Bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-PSF matul il-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013. Din l-informazzjoni ntalbet skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ teħid ta' kampjun u jekk iva, biex tagħżel il-kampjuni. L-awtoritajiet taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam ġew ikkonsultati wkoll.

Teħid ta' kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(10)

Fin-Notifika ta' bidu tagħha, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni ta' PSF matul il-perjodu ta' investigazzjoni u filwaqt li qieset il-firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn erba' produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu responsabbli għal 54 % tal-produzzjoni totali tal-PSF tal-Unjoni.

(11)

Il-Kummissjoni ħeġġet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar dan il-kampjun provviżorju. Ma waslu l-ebda kummenti. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Teħid ta' kampjuni tal-importaturi

(12)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati li jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(13)

Tmien importaturi mhux relatati ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għall-bidu għażlet kampjun ta' tliet importaturi mhux relatati fuq il-bażi tal-akbar volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni. B'konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun.

(14)

Wieħed mill-importaturi inkluż fil-kampjun irtira mill-kampjun, u informa lill-Kummissjoni li ma kienx se jippreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. Sussegwentement, il-Kummissjoni abbandunat il-kampjunar minħabba li jkun baqa' numru limitat ta' importaturi (mhux inklużi fil-kampjun) li kienu kollha mitluba jressqu tweġiba għall-kwestjonarju. Żewġ kumpaniji li jimpurtaw kif ukoll jużaw il-prodott ikkonċernat indikaw li ma riedux jikkooperaw bħala importaturi iżda bħala utenti. Mill-ħames importaturi mhux relatati li jifdal, waslu erba' tweġibiet għall-kwestjonarji.

Kampjunar ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina

(15)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(16)

Fil-bidu 23 produttur esportatur/gruppi ta' produtturi esportaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi u skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, fil-bidu l-Kummissjoni pproponiet kampjun ta' ħames produtturi esportaturi li kkooperaw/gruppi ta' produtturi li għandhom l-ikbar volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Żewġ produttur esportatur/gruppi ta' produtturi Ċiniżi oħra ppreżentaw l-informazzjoni mitluba fi stadju aktar tard. Madankollu, id-daqs ta' dawn iż-żewġ produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi Ċiniżi ma kienx tali li jinbidel il-kampjun, li kieku ppreżentaw l-informazzjoni mitluba fi żmien il-perjodu stipulat.

(17)

Żewġ produtturi esportaturi/grupp ta' produtturi Ċiniżi talbu li l-kampjun għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-materja prima li tintuża għall-produzzjoni tal-PSF. B'hekk huma sostnew li l-istess numru ta' produtturi ta' PSF li jużaw l-aċidu tereftaliku purifikat/glikol monoetileniku (“l-PTA/MEG”), minn naħa waħda, u produtturi ta' PSF li jużaw tqarqiċ tal-PET fuq in-naħa l-oħra, għandhom jintgħażlu għall-kampjun. Huma argumentaw ukoll li l-proċessi tal-produzzjoni kienu differenti skont il-materja prima użata u li l-produtturi li jużaw materja prima differenti ma jkunux jikkompetu fl-istess suq. Barra minn hekk, intqal li l-produtturi tal-PSF li ma jużawx il-PTA/MEG bħala materja prima mhux se jibbenefikaw mid-dispożizzjoni għall-PTA/MEG għal remunerazzjoni mhux adegwata deskritta fl-ilment.

(18)

Il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku. Il-kampjun qies ukoll li xi skemi jistgħu ma jintużawx mill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina. Barra minn hekk, ġie nnotat li l-kampjun kien jinkludi kumpaniji li jużaw iż-żewġ proċessi ta' produzzjoni.

(19)

Jekk l-għażla tal-kampjun tiġi bbażata biss fuq it-tipi ta' proċessi ta' produzzjoni jfisser li jkun hemm riskju li jiġi ppreġudikat ir-riżultat tal-investigazzjoni billi wieħed jassumi li sussidji kumpensatorji se jinstabu fir-rigward tal-produtturi ta' PSF billi jużaw il-PTA/MEG bħala materja prima biss u mhux għal produtturi ta' PSF li jużaw tqarqiċ tal-PET bħala materja prima. Barra minn hekk, ġie kkunsidrat li kriterju għall-għażla bħal dan kien ikun arbitrarju minħabba li l-kampjun konsegwenti b'għadd ugwali ta' kumpanniji ma jkunx rappreżentattiv f'termini ta' volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku u għalhekk it-talba ma ntlaqgħetx.

(20)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi/gruppi ta' produtturi saħaq li l-kampjun għandu jkun ibbażat fuq il-valur ta' esportazzjoni aktar milli fuq il-volum tal-esportazzjoni u talab li jiġi inkluż fil-kampjun. L-għażla ta' kampjun ibbażata fuq valuri tal-esportazzjoni ma twassalx għal riżultati oġġettivi u rappreżentattivi minħabba li l-prezzijiet jistgħu jiġu mfixkla mis-sussidjar. Il-Kummissjoni għażlet l-akbar ħames produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi f'termini ta' volum, li jirrappreżentaw 53 % tat-total tal-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. Dan huwa kkunsidrat li huwa l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud.

(21)

L-istess parti sostniet li l-materja prima tagħha kienet magħmula għal kollox minn skart tessili riċiklat u ma bbenefikat mill-ebda sussidji li jistgħu jiġu assoċjati mal-użu tal-PTA/MEG. Il-parti ddikjarat li l-ebda marġini ta' sussidju li ġie kkalkulat fuq it-tagħrif rigward kumpaniji li użaw l-PTA/MEG bħala l-materja prima tagħhom, m'għandu jiġi attribwit lilha. Kif spjegat fil-premessa (18) hawn fuq, il-kampjun iqis li xi skemi ma jistgħux jintużaw mill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina. Għalhekk, din it-talba ma ntlaqgħetx.

(22)

Il-kampjun provviżorju ta' ħames produtturi esportaturi, kif deskritt fil-premessa (16), għaldaqstant, kien ikkonfermat bħala l-kampjun finali.

(23)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur qajjem dubji dwar il-metodoloġija ta' kampjunar użata mill-Kummissjoni. Huwa qajjem dubji dwar ir-rappreżentattività tat-23 produttur esportatur/grupp ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw imsemmija fil-premessa (16) hawn fuq b'rabta mal-kwantità totali ta' PSF esportat miċ-Ċina lejn l-Unjoni. Aktar minn hekk, huwa kkunsidra li kampjun magħmul minn ħames kumpaniji ma kienx biżżejjed bminħabba li n-numru allegat ta' produttur ta' PSF fiċ-Ċina huwa ta' 150. Aktar minn hekk, iddikjara li l-kampjunar ma qiesx il-firxa ġeografika tal-produtturi Ċiniżi u l-proporzjon tal-produtturi Ċiniżi li jużaw il-bosta proċessi ta' produzzjoni involuti. Fl-aħħar l-ilmentatur sostna li l-Kummissjoni ma żvelatx il-volum reali tal-PSF prodotti mill-kumpaniji Ċiniżi inklużi fil-kampjun u jekk il-volum ta' produzzjoni huwiex rappreżentattiv f'relazzjoni mal-volum totali tal-PSF prodotti fiċ-Ċina.

(24)

L-importazzjonijiet tat-23 produttur esportatur/grupp ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw jirrappreżenta 83 % tal-volum ta' importazzjoni totali Ċiniż u l-kooperazzjoni għalhekk tqieset li kienet għolja. Kif imsemmi fil-premessa 16 il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' ħames produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni bl-akbar volum ta' esportazzjonijiet fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi l-kampjun ġie kkunsidrat rappreżentattiv. Il-kumpaniji magħżula ġew mitluba jimlew il-kwestjonarju kollu. F'kull każ, il-produtturi esportaturi li ma jkunux iridu jikkooperaw fl-investigazzjoni ma jistgħux jintgħażlu fil-kampjun minħabba li l-Kummissjoni tfittex li tistabbilixxi r-riżultati bbażati fuq l-informazzjoni miġbura mill-produtturi esportaturi li kkooperaw permezz tat-tweġibiet tal-kwestjonarju, li huma vverifikati dak il-ħin stess.

(25)

Rigward l-għażla ta' kampjun tal-produtturi esportaturi li jqisu l-firxa ġeografika tagħhom fiċ-Ċina, l-ilmentatur ma ssostantjax il-pretensjoni tiegħu. B'mod partikolari, l-ilmentatur ma spjegax għaliex kampjun ibbażat fuq il-kriterju ta' firxa ġeografika kien ikun skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, li jipprevedi l-possibbiltà li jsiru l-kampjuni fuq il-bażi tal-akbar volum ta' esportazzjonijiet.

(26)

F'dak li jirrigwarda l-pretensjoni li l-kampjun ma qiesx il-proporzjon tal-produtturi Ċiniżi li jużaw id-diversi proċessi ta' produzzjoni involuti, huwa sottolinjat li kif spjegat fil-premessa 18 hawn fuq, il-kampjun inkluda kumpaniji li jużaw iż-żewġ proċessi ta' produzzjoni. Barra minn hekk, l-akbar esportaturi Ċiniżi qed jużaw il-PTA/MEG biex jipproduċu l-PSF għas-suq tal-Unjoni.

(27)

Filwaqt li l-ilmentatur jirreferi wkoll għall-produzzjoni aktar milli għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, wieħed jinnota li l-Kummissjoni ma teħtieġx li tipprovdi l-volum ta' PSF prodotti mill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, minħabba li l-iskop tal-proċediment attwali huwa l-valutazzjoni tas-sussidjar f'relazzjoni mal-volum tal-PSF prodotti fiċ-Ċina u esportat lejn l-Unjoni.

(28)

Għalhekk, il-pretensjonijiet kollha magħmula mill-ilmentatur f'relazzjoni mal-metodoloġija ta' kampjunar ġew miċħuda.

Kampjunar ta' produtturi esportaturi fl-Indja

(29)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fl-Indja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Indja għall-Unjoni Ewroepa biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(30)

Tmien produtturi esportaturi fl-Indja ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erba' kumpaniji bbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati u l-awtoritajiet tal-Indja ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

(31)

Wara -iżvelar, l-ilmentatur irrefera għall-eżistenza ta' 17-il produttur ta' PSF fl-Indja u qajjem dubju jekk kampjun ta' erba' produtturi esportaturi kienx rappreżentattiv. Il-Kummissjoni tikkonferma li l-kampjun ta' erba' produtturi esportaturi Indjani kien ikkunsidrat rappreżentattiv minħabba li jkopri madwar 90 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Indja lejn l-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni.

Kampjunar ta' produtturi esportaturi fil-Vjetnam

(32)

Il-Kummissjoni talbet lil kull produttur esportatur magħruf fil-Vjetnam biex jipprovdi l-informazzjoni speċifikata fl-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Vjetnam għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(33)

Ħames produtturi esportaturi fil-Vjetnam ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun, iżda waħda minn dawn il-kumpaniji ma kellha l-ebda bejgħ ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tkomplix tinvestiga lil din il-kumpanija. Fid-dawl tan-numru baxx ta' produtturi esporataturi li jifdal, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx neċessarju.

(34)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur innota li għall-kwestjonarju tal-Vjetnam waslu r-risposti ta' tlieta minn erba' produtturi esportaturi u li l-Kummissjoni kellha tfittex li tikseb l-istess livell ta' kopertura wkoll għall-esportazzjonijiet Ċiniżi u Indjani. Il-Kummissjoni tissottolinja li s-sitwazzjoni tal-industrija kienet pjuttost differenti fil-Vjetnam minħabba n-numru limitat ta' produtturi esportaturi li kkooperaw (jiġifieri tlieta) meta mqabbla man-numru sinifikanti ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina u l-Indja. Għalhekk kien hemm bżonn ta' kampjunar f'dawn l-aħħar żewġ pajjiżi biss. Il-Kummissjoni tiċċara wkoll li t-tliet produtturi esportaturi Vjetnamiti li kkooperaw u li qed jiġu investigati jirrappreżentaw aktar minn 99 % tal-volum totali ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Vjetnam lejn l-Unjoni.

(b)   Eżami Individwali

(35)

Tliet produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina talbu eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku. Minħabba n-numru ta' talbiet għal eżami individwali u d-daqs tal-kampjun ta' produtturi esportaturi miċ-Ċina, l-eżami ta' dawn it-talbiet kien ikun ta' piż kbir wisq. It-talbiet għalhekk ġew miċħuda.

(36)

L-ebda produttur esportatur fl-Indja ma talab eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku. L-eżami ta' din it-talba ġie aċċettat. B'mod partikolari, ġie deċiż li eżami individwali f'dan il-każ partikolari ma jkunx ta' piż żejjed u mhux se jipprevjeni t-tlestija tal-investigazzjoni fiż-żmien dovut.

(c)   Risposti għall-kwestjonarju

(37)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lir-rappreżentanti taċ-Ċina (inklużi kwestjonarji speċifiċi għall-banek u l-produtturi tal-PTA u l-MEG), lir-rappreżentanti tal-Indja (inklużi kwestjonarji speċifiċi għall-banek) u lir-rappreżentanti tal-Vjetnam (inklużi kwestjonarji speċifiċi għall-banek u l-produtturi tal-PTA u l-MEG). Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lil ħames produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina, ħames produtturi esportaturi (erba' kampjuni fil-kampjun u wieħed le) fl-Indja, erba' produtturi esportaturi fil-Vjetnam, erba' produtturi tal-Unjoni, ħames importaturi mhux relatati u 105 utent.

(38)

Fir-rigward taċ-Ċina, waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-GTĊ (il-Ministeru tal-Kummerċ) u l-ħames produtturi esportaturi/grupp ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina. Fir-rigward tal-Indja, waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-GTI (Il-Ministeru tal-Kummerċ u l-industrija), l-erba' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fl-Indja u l-produttur esportatur Indjan li talbu eżami individwali. Fir-rigward tal-Vjetnam, waslu tweġibiet mill-GTV (L-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Vjetnam, il-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ u diversi banek). Produttur esportatur wieħed, li jammonta għal volum baxx ħafna ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, irtira l-kooperazzjoni tiegħu u ma weġibx għall-kwestjonarju. Tweġibiet tal-kwestjonarju waslu mingħand it-tliet produtturi esportaturi li kien fadal (tnejn minnhom li jappartjenu għall-istess grupp) fil-Vjetnam. Barra minn hekk, erba' produtturi tal-Unjoni, erba' importaturi mhux relatati u tnax-il utent ippreżentaw it-tweġibiet għall-kwestjonarji.

(39)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur ikkummenta li deher li kien hemm nuqqas ta' proporzjonalità fir-rigward tan-numru ta' kwestjonarji mibgħuta lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun minn naħa u fir-rigward tal-importaturi u l-utenti minn naħa l-oħra. L-ewwel u qabel kollox, in-numru ta' kwestjonarji mibgħuta lil grupp ta' atturi ekonomiċi (produtturi tal-Unjoni, produtturi esportaturi, importaturi jew utenti) mhuwiex indikattiv tal-piż li l-Kummissjoni tagħti lis-sitwazzjoni rispettiva tagħhom. L-uniku għan huwa li jinkisbu livell u ammont xierqa ta' informazzjoni biex issir l-aħjar analiżi possibbli tas-sussidju, l-ħsara u l-interess tal-Unjoni.

(40)

F'dan il-każ, intbagħtu kwestjonarji lil erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-Kampjun, il-ħames produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, ħames produtturi esportaturi Indjani, erba' produtturi esportaturi Vjetnamiti, ħames importaturi u l-utenti kollha magħrufa u dawk l-utenti li għamlu lilhom infushom magħrufa. Tabilħaqq, l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku ma jipprovdix għall-kampjunar tal-utenti. Aktar minn hekk, l-esperjenza tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ s'issa turi li minkejja li f'xi każijiet, ibbażati fuq l-informazzjoni disponibbli, numru kbir ta' utenti jistgħu jiġu kkuntattjati, normalment huwa numru limitat biss minnhom li jkunu lesti li jipprovdu tweġiba fil-kwestjonarju. Għalhekk, il-Kummissjoni, anke f'dan il-każ, fittxet b'mod attiv il-kooperazzjoni tan-numru massimu ta' utenti.

(d)   Żjajjar ta' Verifika

(41)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ biex jiġi determinat l-għoti ta' sussidji, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku twettqu fl-awtoritajiet tal-Istat, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji li ġejjin:

 

Il-Gvern taċ-Ċina

Il-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż, Beijing, iċ-Ċina

 

Il-Gvern tal-Indja

Il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija, New Delhi

 

Il-Gvern tal-Vjetnam

L-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Vjetnam, il-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ, Hanoi

Il-Ministeru tal-Finanzi, Hanoi (inklużi ż-żjarat ta' verifika lil diversi banek)

L-awtoritajiet doganali ta' Thai Binh — Thai Binh City, Provinċja ta' Thai Binh

 

Produtturi tal-Unjoni

Trevira GmbH, Bobingen, il-Ġermanja

Wellman International Ltd., Kells, l-Irlanda

Greenfiber International S.A., Buzau, ir-Rumanija

Silon s.r.o., Sezimovo Ústí, ir-Repubblika Ċeka

 

L-importaturi

Elias Enterprises Limited, Altrincham, ir-Renju Unit

 

L-utenti

Sandler AG, Schwarzenbach/Saale, il-Ġermanja

 

Produtturi esportaturi fiċ-Ċina

Far Eastern Industries (Shanghai) Ltd., Shanghai

Jiangsu Huaxicun CO, Huaxi Village, Jiangyin

Jiangsu Xinsu Chemical Fibre Co., Suzhou

Xiamen Xianglu Chemical Fibre Co., Xiamen

Zhejiang AnShun Pettechs Fibra CO, Fuyang

 

Produtturi li jesportaw lejn l-Indja

Bombay Dyeing and Manufacturing Co. Ltd, Mumbai

Ganesha Ecosphere Limited, Kanpur

Indo Rama Synthetics Ltd., Nagpur

Reliance Industries Limited, Mumbai

Polyfibre Industries Pvt. Ltd., Mumbai

 

Produtturi esportaturi fil-Vjetnam

Vietnam New Century Polyester Fibre Co Ltd., Halong City

Thai Binh Polyester Staple Fibre Joint Stock Company, Thai Thuy, Provinċja ta' Thai Binh u Hop Than Co. Ltd., Thai Binh, Provinċja ta' Thai Binh (imsejħa konġuntament “Grupp Thai Binh”).

(42)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur sostna li ħafna mill-produtturi Ċiniżi huma kkonċentrati reġjonalment fil-provinċji kostali tax-Xlokk ta' Jiangsu u Zhejiang u l-ebda mill-ħames żjajjar ta' verifika ma' seħħew fl-ebda waħda minn dawn il-provinċji. F'dan ir-rigward, huwa nnutat li Jiangsu Xinsu Chemical Fibre Co u Jiangsu Huaxicun Co jinsabu fil-provinċja ta' Jiangsu filwaqt li Zhejiang Anshun Pettechs Fibre tinsab fil-provinċja ta' Zhejiang. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

(43)

Barra dan, l-ilmentatur sostna li żewġ produtturi kbar Ċiniżi, f'termini tal-kapaċità ta' produzzjoni, ma ġewx inklużi fil-kampjun. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li kif spjegat fi premessi 16 u 18 hawn fuq, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun ibbażat fuq il-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u għażlet l-akbar ħames esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi lejn l-Unjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Is-sempliċi fatt li hemm produtturi oħra kbar ta' PSF fiċ-Ċina ma jqajjimx dubji dwar ir-rappreżentattività tal-kampjun..

(44)

L-ilmentatur qajjem ilment simili għall-Vjetnam, u sostna li ż-żewġ produtturi ta' PSF ewlenin tal-Vjetnam ma kinux inklużi fl-ambitu tal-investigazzjoni. Kif il-Kummissjoni spjegat fil-premessi 32-34 hawn fuq, l-investigazzjoni kopriet it-totalità tal-produtturi Vjetnamiti li jesportaw il-PSF lejn l-Unjoni, u t-tweġibiet ġew riċevuti minn tliet produtturi esportaturi li jirrappreżentaw kważi t-totalità tal-esportazzjonijiet ta' PSF lejn l-Unjoni. Il-fatt li jista' jkun hemm produtturi kbar oħra ta' PSF fil-Vjetnam li ma jesportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni m'huwiex rilevanti għar-rappreżentattività tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

1.3.   PERJODU TA' INVESTIGAZZJONI U PERJODU KKUNSIDRAT

(45)

L-investigazzjoni tas-sussidjar u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 (il-perjodu tal-investigazzjoni). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

(46)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur ikkummenta dwar it-tul tal-perjodu ta' investigazzjoni, li huwa kkunsidrat li huwa qasir u għalhekk li kellu “effetti detrimentali” fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni. L-ilmentatur sostna li t-tul ta' tnax-il xahar injora li l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni allegatament kienet ilha għaddejja għal perjodu ta' diversi snin. L-ilmentatur kien ukoll tal-fehma li s-sussidji mniżżla fl-ilment ma setgħux jiġu analizzati b'mod xieraq bl-użu ta' perjodu tal-investigazzjoni ta' tnax-il xahar.

(47)

Fir-rigward tal-analiżi tal-ħsara, jeħtieġ li jiġi sottolineat li l-Kummissjoni vvalutat is-snin 2010, 2011 u 2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni, u mhux kif jgħd l-ilmentatur, tnax-il xahar biss mill-perjodu tal-investigazzjoni. Fir-rigward tad-determinazzjoni tas-sussidjar, il-Kummissjoni għazlet, fi ħdan il-marġni ta' diskrezzjoni u f'konformità mal-Artikoli 5 u 11 tar-Regolament bażiku, perjodu tal-investigazzjoni ta' tnax-il xahar. Sal-iżvelar, la l-ilmentatur u lanqas il-partijiet l-oħra interessati ma kkummentaw dwar it-tul tal-perjodu tal-investigazzjoni li ġie stipulat fin-Notifika ta' Bidu u l-kwestjonarji, Il-Kummissjoni tikunsidra li perjodu tal-investigazzjoni ta' tnax-il xahar huwa xieraq biex jiżgura sejbiet rappreżentattivi għall-iskop tal-investigazzjoni. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

1.4.   ID-DIVULGAZZJONI

(48)

Fit-2 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha ttemm il-proċediment u stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw. Il-kummenti ġew riċevuti minn assoċjazzjoni tal-utenti, l-ilmentatur, produttur esportatur wieħed u l-affiljati tiegħu, erba' produtturi esportaturi Indjani, il-GTĊ u l-GTV. Il-kummenti li saru diġà tqiesu mill-Kummissjoni u ttieħed kont tagħhom, fejn xieraq.

(49)

Il-kummenti riċevuti mill-assoċjazzjoni tal-utenti indirizzaw il-kwistjoni ta' interess tal-Unjoni, li ma kenitx ivalutata minħabba li ma hemm l-ebda raġuni għall-impożizzjoni ta' miżuri.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(50)

Il-prodott ikkonċernat huwa fibri bażiċi sintetiċi tal-poliester mhux mimxutin, mqardxin, jew ipproċessati mod ieħor għall-għażil li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 5503 20 00 (“il-prodott ikkonċernat”).

(51)

Il-prodott ikkonċernat normalment jista' jiġi prodott jew bl-użu ta' PTA (Aċidu Tereftaliku Purifikat) u MEG (Glikol Mono Etiliniku) jew bl-użu ta' tqarqiċ tal-fliexken PET riċiklati biex jiġu prodotti il-PSF riċiklati. Il-prodott jintuża f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet, pereżempju fil-ħwejjeġ, l-ilbies u armar tad-dar iżda wkoll fl-industrija tal-karozzi, l-industrija tal-iġene u dik medika kif ukoll l-industrija tal-kostruzzjoni.

2.2.   IL-PRODOTT SIMILI

(52)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li jmiss għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

Il-prodott ikkonċernat;

Il-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiżi kkonċernati; kif ukoll

Il-prodott magħmul u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(53)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

2.3.   AFFERMAZZJONIJIET RIGWARD IL-FIRXA TAL-PRODOTT

2.3.1.   PSF magħmul minn PTA/MEG u l-PSF magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati

(54)

Żewġ awtoritajiet tal-gvern u assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-produtturi esportaturi ta' wieħed mill-pajjiżi kkonċernati sostnew li l-PSF magħmul mill-PTA/MEG u l-PSF magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati għandhom ikunu ttrattati bħala żewġ prodotti differenti. It-talba kienet ibbażata fuq id-differenza fil-materji primi ewlenin użati li jixbħu lil dawk użati għal ċerti tipi ta' PSF, PTA/MEG, filwaqt li għal ċerti tipi oħra, minflok jintuża tqarqiċ magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati. B'rabta ma' dan, l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ kienu msemmija bħala differenzi importanti. Ġie ddikjarat ukoll li hemm differenzi sostanzjali fil-kwalità bejn PSF magħmula minn ATP u MEG u PSF magħmula minn fliexken tal-PET irriċiklati, li għandhom impatt fuq l-użu u l-applikazzjoni.

(55)

PSF magħmula minn PTA/MEG u PSF magħmula minn fliexken tal-PET irriċiklati fil-fatt jikkostitwixxu żewġ tipi ta' PSF differenti fi ħdan l-ambitu tal-prodott tal-PSF. Madankollu, iż-żewġ tipi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-utenti aħħarija tagħhom huma bażikament l-istess. Huwa rikonoxxut li mhux it-tipi kollha ta' prodotti jistgħu jinbidlu bejniethom, iżda investigazzjonijiet preċedenti u l-investigazzjoni preżenti stabbilixxew li hemm mill-inqas interkambjalità parzjali u użu doppju tat-tipi differenti tal-prodott. Għalhekk id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

(56)

Produttur esportatur minnhom fil-preżentazzjoni tiegħu tenna li l-użu ta' fliexken tal-PET irriċiklati meta mqabbel mal-użu ta' tqarqiċ magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati jinvolvi proċess ta' produzzjoni differenti u fih materja prima differenti. L-istess parti żiedet ukoll li l-ispejjeż u l-prezz ta' bejgħ kif ukoll il-kwantità ta' PSF prodotti bi fliexken riċiklati tal-PET huma ħafna anqas minn dawk ta' “PSF normali”. Il-Kummissjoni ssotni li l-materja prima, kemm jekk fliexken tal-PET irriċiklati kif ukoll jekk tqarqiċ magħmul minn fliexken irriċiklati tal-PET, hija kważi l-istess. Meta mqabbel mat-tqarqiċ tal-PET, il-passi żejda meħtieġa, meta jintużaw fliexken tal-PET, huma t-tqassim u l-ħasil tal-fliexken flimkien mat-tqattigħ tal-fliexken fi tqarqiċ. Il-passi tal-produzzjoni kollha li jmiss huma l-istess. Barra minn hekk, il-prodott finali għandu l-istess karatteristiċi, bil-qbil li jistgħu jeżistu diversi livelli ta' kwalità kif kien ukoll previst fil-PCN. Id-differenza fil-prezz (jekk ikun hemm) bħala riżultat ta' diversi livelli ta' kwalità hija għalhekk koperta mill-PNC. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

2.3.2.   PSF ta' komodità u PSF ta' speċjalità.

(57)

Awtorità waħdanija tal-gvern u erba' produtturi esportaturi sostnew li l-PSF ta' komodità u l-PSF ta' speċjalità għandhom jitqiesu bħala prodotti differenti, minħabba d-differenzi fl-ispiża tal-produzzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-użu. Kien allegat ukoll li l-industrija tal-Unjoni tiffoka fuq PSF ta' speċjalità bħala t-tip ewlieni ta' PSF filwaqt li l-pajjiżi kkonċernati jfornu l-aktar PSF ta' komodità.

(58)

L-awtorità tal-gvern u l-erba' produtturi esportaturi li għamlu t-talba kif deskritt fil-premessa 57 ma pprovdewx definizzjoni ta' PSF ta' speċjalità.

(59)

PSF ta' speċjalità, kif definiti mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ivarjaw minn PSF magħmula minn taħlita ta' polijester u ta' politilene għall-użu fi prodotti tal-iġjene, PSF ikkuluriti (miżbugħin) PSF, PSF b'tenaċità speċifika, PSF ritardanti tal-fjammi, PSF għal użu tekniku (bħal ġeotessili u prodotti mhux minsuġin użati fl-industrija tal-bini), PSF li huma definiti, żviluppati u mfassalin flimkien mal-klijent għal applikazzjonijiet speċifiċi, sa PSF użat fl-industrija tal-karozzi (il-kisi viżibbli speċifiku tal-karozzi jrid ikun ta' kulur konsistenti).

(60)

PSF standard, skont il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ikopru dawk il-PSF li jkollhom firxa usa' ta' flessibbiltà għall-ispeċifikazzjonijiet tiegħu.

(61)

Bid-definizzjoni proposta tat-tip ta' PSF ta' speċjalità u t-tip ta' PSF ta' komodità, iż-żewġ tipi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi. Il-fatt li hemm diversi tipi, gradi u kwalitajiet ma jeskludix li dawn jistgħu jiġu kkunsidrati bħala prodott wieħed. L-użi possibbli ta' PSF ta' komodità jidhru aktar wiesa' mit-tip ta' PSF ta' speċjalità iżda dawn id-differenzi mhumiex biżżejjed biex jiġu kklassifikati bħala żewġ prodotti individwali. Għalkemm it-tipi ta' PSF għandhom karatteristiċi differenti li jikkorrispondu għall-għan speċifiku tagħhom, il-karatteristiċi fiżiċi bażiċi, l-applikazzjoni u l-użu tagħhom huma l-istess.

(62)

Barra minn hekk, hemm bżonn li jiġi ċċarat li matul il-perjodu ta' investigazzjoni, t-tipi ta' PSF ta' speċjalità ma kinux it-tip ewlieni ta' PSF magħmula mill-produtturi tal-Unjoni. Bħala medja, kienu jammontaw għal madwar 40 % tat-tipi kollha ta' PSF prodotti mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, skont id-definizzjoni tagħhom stess ta' PSF ta' komodità u ta' PSF ta' speċjalità.

(63)

Wara l-iżvelar, produttur esportatur minnhom ippreżenta mill-ġdid li t-tip ta' PSF ta' speċjalità u t-tip ta' PSF ta' komodità m'humiex “prodotti simili” u għalhekk, ma jistgħux jiġu eżaminati flimkien. L-istess parti nnutat li t-tip ta' PSF ta' speċjalità u t-tip ta' PSF ta' komodità huma differenti fl-użu aħħari, fl-ispiża ta' produzzjoni u fil-prezz tal-bejgħ. Għalhekk, qies li kien nuqqas mill-Kummissjoni li ma eżaminatx id-differenzi fl-ispejjeż u l-prezz ta' bejgħ tat-tip ta' PSF ta' speċjalità u t-tip ta' PSF ta' komodità. Huwa qal li mhuwiex ċar kif l-ispiża ta' produzzjoni u l-prezz ta' bejgħ tal-prodott investigat ġew iddeterminati u talab lill-Kummissjoni teżamina l-analiżi tal-bejgħ taħt il-prezz wara li tagħmel segregazzjoni tal-PSF ta' komodità u tal-PSF ta' speċjalità.

(64)

Il-Kummissjoni tikkonferma li l-PSF jinbiegħu f'tipi ta' prodotti differenti għall-użu fl-għażil jew applikazzjonijiet mhux minsuġa. Per eżempju, il-PSF jista' jkollhom għamla ta' monokomponent jew ta' bikomponent kif ukoll speċifikazzjonijiet differenti bħal deċiteks, tenaċja, tleqqija, grad ta' kwalità eċċ. Speċifiċitajiet bħal dawn inqabdu mill-PCN, li dwaru l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. Huwa magħruf li l-PSF ta' komodità u speċjalità ma jistgħux dejjem jinbidlu bejniethom fl-applikazzjonijiet kollha possibbli, iżda hemm possibilità ta' użu illi fih jistgħu jinbidlu bejniehom jew użu doppju bejn tipi ta' prodotti differenti. Kif deskritt fil-premessa 61 u kif stabbilit fi proċedimenti preċedenti li jirrigwardaw l-istess prodott, il-karatteristiċi fiżiċi u kimiki kif ukoll l-użu aħħari ta' dawn it-tipi huma bażikament l-istess. It-tipi kollha huma bbażati fuq l-istess materja prima (PTA/MEG jew PET irriċiklat) li jammonta għal aktar minn 60 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni. Addittivi jew komponenti addizzjonali jistgħu jiżdiedu ma' dan biex jiżguraw ċerti proprjetajiet speċifiċi tal-fibra. Il-PCN ikopri l-oriġini tal-materji primi u elementi oħra li għandhom impatt fuq l-ispiża ta' produzzjoni u l-prezzijiet ta' bejgħ. Madanakollu, ma teżisti l-ebda differenza sostanzjali fil-proċess ta' produzzjoni ta' PSF ta' komodità u speċjalità. Dan jista' jidher fil-każ ta' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li minnhom ħadd ma pproduċa PSF ta' komodità jew ta' speċjalità biss. Fl-aħħar, ma tidher li teżisti l-ebda definizzjoni konsistenti u miftiehma b'mod komuni ta' PSF ta' speċjalità. Pereżepmju, kif deskritt fil-premessa (59) il-PSF użati fl-industrija tal-iġjene huma kkunsidrati minn xi produturi tal-Unjoni bħala tip ta' speċjalità. Għall-kuntrarju, diversi utenti u assoċjazzjoni ta' utenti indikaw li l-PSF li għandhom jintużaw fl-industrija tal-iġjene bal per eżempju, karti mxarrbin, huma tat-tip ta' komodità, għalkemm preferibbilment m'għandhomx ikun ta' oriġini riċiklata, għal raġunijiet ta' saħħa u sigurtà. Aktar minn hekk, xi produtturi tal-Unjoni jqisu li t-tipi ta' PSF li għandhom ħtiġijiet partikolari speċifiċi għall-konsumatur (per eżempju, kulur partikolari) għandhom jkunu PSF ta' speċjalità, anke jekk xi tipi jistgħu jsegwu l-istess proċess ta' produzzjoni u jkollhom l-istess spejjeż ta' produzzjoni bħal kwalunkwe tip (ta' komodità). Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax toqgħod fuq kategorizzazzjoni ta' komodità awtoproklamata meta mqabbla ma' tip ta' PSF ta' speċjalità u għalhekk din id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

2.3.3.   Talbiet oħra magħmula fir-rigward tal-ambitu tal-prodott

(65)

Utent wieħed u assoċjazzjoni ta' utenti sostew li l-PSF impurtati miċ-Ċina huwa ta' kwalità ogħla mill-PSF prodotti fl-Unjoni. Argument minnhom kien li l-PSF mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma fihomx biċċiet ta' polimeri iebsa. Argument ieħor imressaq kien il-luminożità tal-PSF Ċiniżi, filwaqt li l-PSF prodotti fl-Unjoni jingħad li fihom tonalitajiet griżi, peress li l-parti l-kbira tal-PSF tal-Unjoni huma PSF magħmula minn fliexken tal-PET irriċiklati.

(66)

L-ewwel argument fir-rigward PSF tal-Unjoni li jkun fihom biċċiet ta' polimeri iebsa ma kien sostanzjat bl-ebda evidenza. Barra minn hekk, intqal ukoll il-kuntrarju fi preżentazzjonijiet oħra tal-utenti u fi tweġibiet għall-kwestjonarju tal-utenti (jiġifieri li l-PSF prodotti minn produttur tal-Unjoni huma ġeneralment ta' kwalità ogħla minn PSF prodotti mill-pajjiżi kkonċernati).

(67)

Fir-rigward tat-tieni argument dwar il-luminożità, l-informazzjoni pprovduta matul l-investigazzjoni tikkonferma li PSF magħmula minn PTA/MEG normalment ikunu jidhru ħafna aktar minn PSF magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati (meta ma jiżdiedu l-ebda pigment u/jew brillaturi matul il-proċess ta' produzzjoni). Madankollu, iż-żewġ tipi ta' PSF għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-utenti aħħarija tagħhom huma bażikament l-istess. Għandu jiġi nnutat ukoll li fil-kalkolu tal-ħsara, il-materja prima bażika kienet wieħed mill-fatturi li tqies. Fi kliem ieħor, il-PSF impurtati magħmula minn fliexken tal-PET irriċiklati jistgħu jitqabblu biss ma' PSF prodotti fl-Unjoni minn fliexken tal-PET irriċiklati. Bl-istess mod, il-PSF importati magħmula minn PTA u MEG għandhom jitqabblu biss ma' PSF prodotti fl-Unjoni magħmula minn PTA u MEG.

(68)

Assoċjazzjoni tal-utenti, produttur esportatur u awtorità tal-gvern iddikjaraw li l-utenti downstream ħafna drabi jitolbu li l-prodotti jsiru permezz ta' PSF li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati (b'mod partikolari, iċ-Ċina).

(69)

Ma tressqet l-ebda evidenza biex issostni din id-dikjarazzjoni u lanqas biex tagħti aktar dettalji dwar ir-raġunament wara l-insistenza fuq il-PSF mit-tliet pajjiżi kkonċernati (jekk insistenza bħal din fil-fatt qed tiġi ppreżentata minn klijenti downstream).

(70)

L-assoċjazzjoni tal-utenti sostniet b'mod partikolari li l-industrija tal-karozzi tal-Unjoni taċċetta biss PSF minn oriġini Ċiniża.

(71)

Madankollu, naqset milli tiġġustifika t-talba tagħha u turi li l-PSF prodotti mill-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux jintużaw mill-industrija tal-karozzi tal-Unjoni. Barra minn hekk, dejta vverifikata wriet li anki l-produtturi tal-Unjoni jbigħu kwantitajiet sostanzjali ta' PSF lill-industrija tal-karozzi tal-Unjoni, li tindika l-kuntrarju.

(72)

Produttur esportatur partikolari ddikjara li l-PSF magħmula minn dan il-produttur esportatur u l-PSF prodotti mill-produtturi tal-Unjoni, għalkemm it-tnejn li huma magħmulin minn fliexken tal-PET irriċiklati, huma prodotti differenti. Skont dan il-produttur esportatur, il-PSF tiegħu jsiru (prinċipalment) minn fliexken tal-PET irriċiklati (mhux tqarqiċ), li jsegwu proċess ta' produzzjoni differenti u jikkostitwixxu materja prima differenti meta mqabbel ma' produtturi ta' PSF li jużaw tqarqiċ magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati.

(73)

Din id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx ukoll, minħabba li l-fliexken tal-PET u t-tqarqiċ tal-fliexken tal-PET (li huma fliexken tal-PET imfarrka f'biċċiet) huma essenzjalment l-istess materja prima għalkemm f'forma oħra.

2.3.4.   Konklużjoni

(74)

Għalhekk ġie konkluż li t-tipi kollha ta' PSF koperti mill-investigazzjoni jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-utenti aħħarija tagħhom huma bażikament l-istess.

3.   SUSSIDJAR

3.1.   IĊ-ĊINA

3.1.1.   Ġenerali

(75)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinstab fl-ilment u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament involvew l-għoti ta' sussidji minn awtoritajiet Governattivi taċ-Ċina, ġew mistħarrġa:

A.

Self preferenzjali lill-industrija tal-PSF minn banek tal-Istat u l-inkarigu u t-tmexxija mill-gvern tal-bank privat

B.

Fornimenti ta' prodotti u servizzi tal-Gvern għal remunerazzjoni mhux adegwata u l-inkarigu u d-direzzjoni tal-Gvern tal-fornituri privati

Il-forniment mill-Gvern ta' PTA u MEG għal remunerazzjonii mhux adegwata;

Forniment mill-gvern ta' art u drittijiet ta' użu tal-art għal remunerazzjoni mhux adegwata;

Forniment mill-gvern ta' enerġija elettrika;

Programm li jikkonsisti mill-forniment tal-ilma bl-irħis.

C.

Għotjiet għall-Iżvilupp u Sussidji tal-Imgħax għas-Settur Tessili

Il-Fond Speċjali “Go Global”

Il-Fond tal-Promozzjoni tal-Kummerċ għall-Agrikoltura, l-Industrija fil-Livell tal-Konsum u l-Prodotti tat-Tessuti.

D.

Programmi ta' Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa Diretta

L-Eżenzjonijiet mit-taxxa fuq intrapriżi barranin (tal-investiment);

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati;

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu għal impriżi rikonoxxuti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida;

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu f'żoni ekonomiċi speċjali;

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu għal impriżi orjentati lejn l-esportazzjoni;

Krediti tat-taxxa sa 40 % tal-valur tax-xiri tat-tagħmir prodott lokalment.

E.

Programmi ta' Taxxa Indiretta u Tariffi ta' Importazzjoni

Eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-valur miżjud u roħsijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat;

Roħsijiet tal-VAT fuq xirjiet mill-FIEs ta' tagħmir magħmul iċ-Ċina.

F.

Programmi Reġjonali/Provinċjali oħrajn

Taxxa u eżenzjonijiet (oħrajn) f'żoni ta' żvilupp fil-Provinċja ta' Jiangsu;

Inċentivi fiskali fil-Belt ta' Changzhou;

Kirjiet preferenzjali fil-Belt ta' Changzhou;

Programmi ta' inċentiv għall-esportazzjoni fil-Provinċja ta' Zhejiang;

Għotjiet tal-innovazzjoni teknoloġika fil-Provinċja ta'Zhejiang Province;

Inċentivi għat-taxxa u d-dazju f'żoni ta' żvilupp fil-Provinċja ta' Guangdong;

Inċentivi għall-esportazzjoni fil-Provinċja ta' Guangdong;

Rimborż ta' ħlasijiet legali fil-Provinċja ta' Guangdong;

Programm ta' fondi (speċjali) għal attivitajiet ta' kummerċ barrani fil-Provinċja ta' Guangdong;

Sussidji fuq l-imgħax ta' self biex jappoġġjaw proġetti tal-innovazzjoni teknoloġika fil-provinċja ta' Guangdong;

Rati ta' taxxa preferenzjali f'żoni ta' żvilupp fil-provinċja ta' Shanghai;

Infrastruttura preferenzjali fil-provinċja ta' Shanghai;

Politiki ta' self u ta' taxxa għal impriżi li huma orjentati lejn l-esportazzjoni, fil-provinċja ta' Shanghai.

(76)

Il-Kummissjoni investigat l-iskemi kollha allegati fl-ilment. Għal kull skema ġie investigat jekk, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, setgħux jiġu stabbiliti kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTĊ u l-għoti ta' benefiċċju lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. L-investigazzjoni żvelat li, f'dan il-każ, kull benefiċċju li nstab għall-iskemi investigati huwa taħt il-livell limitu de minimis applikabbli fl-Artikolu 14(5) (3) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, ma ġiex ikkunsidrat neċessarju li ssir konklużjoni dwar il-kumpensabilità tal-iskemi individwali.

Id-dettalji tal-iskemi u r-rati ta' benefiċċju korrispondenti għal kumpaniji individwali huma stabbiliti hawn taħt.

3.1.2.   Skemi Speċifiċi

Skemi li ma ntużawx mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni

(77)

L-iskemi t'hawn taħt instabu li ma ntużawx mill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampju matul il-perjodu ta' investigazzjoni u għalhekk ma seta' jiġi stabbilit l-ebda benefiċċju.

Id-Dispożizzjoni tal-PTA u l-MEG għal remunerazzjoni mhux adegwata

Forniment mill-gvern ta' enerġija elettrika għal remunerazzjoni mhux adegwata;

Forniment mill-gvern ta' ilma bl-irħis għal rimumerazzjoni mhux adegwata;

Il-Fond Speċjali “Go Global”

Il-Fond tal-Promozzjoni tal-Kummerċ għall-Agrikoltura, l-Industrija tad-Dawl u l-Prodotti tat-Tessuti.

l-Eżenzjonijiet mit-taxxa fuq intrapriżi barranin (Investiment);

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu għal impriżi rikonoxxuti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida;

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu f'żoni ekonomiċi speċjali;

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu għal impriżi orjentati lejn l-esportazzjoni;

Krediti tat-taxxa sa 40 % tal-valur tax-xiri tat-tagħmir prodott lokalment;

Programmi Reġjonali/Provinċjali oħrajn.

(78)

Fejn jikkonċerna l-forniment ta' PTA u MEG għal remunerazzjoni mhux adegwata, l-ilment allega li l-GTĊ jikkontrolla ċerti industriji u prodotti upstream biex jipprovdi xiri bi prezzijiet favorevoli lill-produtturi ta' PSF, b'mod partikolari l-PTA u l-MEG. Abbażi ta' dan, il-produtturi tal-PSF jirċievu sussidji kumpensatorji permezz tax-xiri mingħand intrapriżi tal-Istat ta' PTA u MEG prodott mill-gvern taħt il-prezz tas-suq u għalhekk għal remunerazzjoni mhux adegwata.

(79)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi ta' PSF kienu qed jimportaw il-maġġoranza tal-inputs ta' PTA u MEG tagħhom biex jipproduċu l-PSF għall-esportazzjoni skont sistema ta' pproċessar attiv.

(80)

B'konsegwenza t'hekk ebda sussidju għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma seta' jiġi stabbilit taħt dan il-programm.

(81)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur innota li l-Kummissjoni pprovdiet analiżi parzjali biss għal skema ta' sussidju waħda li ma ntużatx mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni jiġifieri l-forniment ta' PTA/MEG bi prezzijiet issussidjati. Fejn tidħol din l-iskema, l-ilmentatur sostna li l-mod kif ġie stabbilit il-kampjun u l-fatt li produttur ewlieni ta' PSF fiċ-Ċina ma kienx kopert mill-investigazzjoni effettwaw l-iddeterminar ta' sussidjar għal din l-iskema.

(82)

Kif ġie spjegat fil-premessi (16) u (18) hawn fuq, mit-23 produttur esportatur/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni għażlet kampjun li jinkludi l-ħames l-akbar produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi li kien ikkunsidrat rappreżentattiv fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Il-produttur Ċiniż li għalih irrefera l-ilmentatur u li ma kienx inkluż fil-kampjun ma kienx qed jesporta l-PSF lejn l-Unjoni fi kwantitajiet kbar matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għalhekk, in-nuqqas ta' inknlużjoni ta' dan il-produttur ma affettwatx ir-rappreżentattività tal-kampjun u ma kellha ebda effett sinifikanti fuq il-konklużjonijiet dwar l-iskema ta' sussidju inkwistjoni.

(83)

Il-Kummissjoni tikkonferma li fittxet l-informazzjoni u t-tweġibiet dwar l-iskemi kollha ta' sussidju allegati fl-ilment inkluż dawk imsemmija mill-ilmentatur fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar, iżda dawn l-iskemi nstab li ma ntużawx mill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Fil-premessa (78) il-Kummissjoni pprovvdiet aktar dettalji dwar id-dispożizzjoni tal-PTA/MEG għal remunerazzjoni mhux adegwata minħabba li din l-iskema ta' sussidju dehret bħala allegazzjoni kbira fl-ilment, li possibliment tagħti sussidju kompensatorju sinifikanti.

Skemi użati minn produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni

3.1.3.   Self preferenzjali lill-industrija tal-PSF

(84)

L-ilmentatur allega li l-produtturi ta' PSF jibbenefikaw minn rati tal-imgħax baxxi (sussidjati) self mill-banek statali oħra u minn banek kummerċjali statali, skont il-politika tal-GTĊ biex jipprovdu assistenza finanzjarja biex iħeġġu u jappoġġaw it-tkabbir u l-iżvilupp tal-industrija tessili u tal-fibra kimika.

(a)   Bażi legali

(85)

Id-dispożizzjonijiet legali li ġejjin jipprovdu għal self preferenzjali fiċ-Ċina: Il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (il-liġi tal-banek), Ir-Regoli Ġenerali dwar is-Self ippromulgati mill-Bank Popolari taċ-Ċina (“l-PBOC”) fit-28 ta' Ġunju 1996 u d-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat.

(b)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(86)

LArtikolu 6(b) tar-Regolament bażiku jipprevedi li l-benefiċċju fuq selfiet preferenzjali għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn l-ammont ta' imgħax imħallas u l-ammont li kien jitħallas għal self kummerċjali komparabbli li d-ditta setgħet tikseb fis-suq. Il-Kummissjoni stabbilixxiet punt ta' riferiment tas-suq għal self kummerċjali paragunabbli.

(87)

Il-punt ta' riferiment inħadem ibbażat fuq ir-rati tal-imgħax taċ-Ċina, aġġustati biex jirriflettu r-riskju normali tas-suq (jiġifieri ġie kkunsidrat li d-ditti kollha fiċ-Ċina jingħataw l-ogħla grad ta' bonds ta'“Grad mhux ta' investiment” biss (BB mingħand Bloomberg) u ġie applikat il-primjum xieraq mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti b'din il-klassifikazzjoni għar-rata ta' self standard tal-Bank Popolari taċ-Ċina).

(88)

Il-benefiċċju lill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi kien kkalkulat billi jkun ikkunsidrat id-differenzjali tar-rata tal-imgħax, espress bħala perċentwal, multiplikat bl-ammont li baqa' tas-self, jiġifieri l-imgħax mhux mħallas matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan l-ammont imbagħad ġie allokat fuq id-dħul totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(c)   Konklużjoni

(89)

Il-benefiċċju stabbilit għal din l-iskema jvarja bejn 0 % u 0,50 %.

3.1.4.   L-għoti ta' drittijiet tal-użu tal-artijiet għal remunerazzjoni mhix adegwata

(a)   Bażi legali

(90)

Id-dispożizzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina taqa' taħt il-Liġi tal-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Liġi tad-Dritt Reali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(b)   Implimentazzjoni prattika

(91)

Skont l-Artikolu 2 tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet, l-artijiet kollha huma proprjetà tal-gvern billi, skont il-kostituzzjoni Ċiniża u d-dispożizzjonijiet legali relevanti, l-artijiet jappartjenu kollettivament lill-poplu taċ-Ċina. L-ebda art ma tista' tinbiegħ iżda jistgħu jingħataw drittijiet tal-użu tal-artijiet skont il-liġi. L-awtoritajiet Statali jistgħu jassenjawha permezz ta' offerti pubbliċi, stima jew irkant.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(92)

Il-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi li kkooperaw irrappurtaw informazzjoni dwar l-art li jippossedu kif ukoll dwar l-kuntratti/ċertifikati tad-drittijiet tal-użu tal-art relevanti, iżda l-ebda informazzjoni ma ngħatat mill-GTĊ dwar il-prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(93)

Billi ġie konkluż li s-sitwazzjoni fiċ-Ċina fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet mhijiex immotivata mis-suq, jidher li ma hemm l-ebda punt ta' riferiment privat disponibbli fiċ-Ċina. Għalhekk, aġġustament tal-ispejjeż jew il-prezzijiet fiċ-Ċina mhux prattikabbli. F'dawn iċ-ċirkostanzi ta' min jikkunsidra li ma hemm l-ebda suq fiċ-Ċina u, skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, l-użu ta' valuri referenzjarji esterni biex jitkejjel l-ammont tal-benefiċċju huwa ġustifikat. Billi l-GTĊ naqas milli jippreżenta xi proposta għal punt ta' riferiment estern, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli biex tistabbilixxi punt ta' riferiment estern xieraq. F'dan ir-rigward ġie kkunsidrat xieraq li tintuża informazzjoni mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan bħala punt ta' riferiment xieraq għal raġunijiet spjegati fil-premessa (94) hawn taħt.

(94)

Il-Kummissjoni tqis li l-prezzijiet tal-art fit-Tajwan huma l-aktar simili għaż-żoni fiċ-Ċina fejn il-produtturi esportaturi li kkooperaw huma bbażati. Il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi jinsabu fil-parti tal-Lvant taċ-Ċina, f'żoni żviluppati b'PDG għoli (prodott domestiku gross) fi provinċji b'densità għolja ta' popolazzjoni.

(95)

L-ammont ta' sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji jiġi kkalkolat bil-kunsiderazzjoni tad-differenza bejn l-ammont imħallas minn kull kumpannija għall-użu tad-drittijiet tal-artijiet u l-ammont li ġeneralment jitħallas abbażi tal-punt ta' riferiment tat-Tajwan.

(96)

Meta sar dan il-kalkolu, il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fit-Tajwan, ikkoreġut minħabba d-deprezzament tal-valuta u l-evoluzzjoni tal-PDG mid-dati tal-kuntratti rispettivi tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet. L-informazzjoni rigward il-prezzijiet tal-artijiet industrijali nġabret mis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan. Id-deprezzament tal-valuta u l-evoluzzjoni tal-PDG għat-Tajwan ġew ikkalkolati abbażi tar-rati tal-inflazzjoni u l-PDG per capita fi prezzijiet preżenti f'USD għat-Tajwan, kif ġie ppubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali fil-Perspettiva Ekonomika Dinjija tal-2011 tiegħu. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) ġie allokat matul il-perjodu tal-investigazzjoni bl-użu tal-ħajja normali tad-dritt tal-użu tal-artijiet għall-użu tal-artijiet industrijali fiċ-Ċina, jiġifieri, 50 sena jew 70 sena. Dan l-ammont imbagħad ġie allokat fuq id-dħul totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(e)   Konklużjoni

(97)

Il-benefiċċju stabbilit għal din l-iskema jvarja bejn 0,02 % u 0,82 %.

3.1.5.   Programmi ta' Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa Diretta

3.1.5.1.   L-Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati;

(a)   Bażi legali

(98)

Il-bażijiet ġuridiċi ta' din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi huma l-Artikoli 25-26 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu mill-Intrapriżi u l-Artikolu 83 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu mill-Intrapriżi.

(b)   Implimentazzjoni prattika

(99)

Dan il-programm jikkonsisti minn trattament tat-taxxa preferenzjali għal intrapriżi residenti Ċiniżi li jkunu azzjonisti f'intrapriżi residenti Ċiniżi oħra fil-forma ta' eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti dividendi, bonusijiet u investimenti oħra ta' ekwità għall-intrapriżi residenti prinċipali.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(100)

Dwar l-istqarrija tat-taxxa fuq l-introjtu ta' żewġ produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun hemm ammont eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu. Dan l-ammont jissemma bħala dividendi, bonuses u dħul ta' investiment ta' ekwità ieħor tar-residenti u intrapriżi eliġibbli f'konformità mal-kondizzjonijiet fl-Appendiċi 5 tal-formula tat-taxxa tal-dħul (l-Istqarrija Annwali tal-Preferenzi tat-Taxxa). L-ebda taxxa tal-dħul ma tħallset mill-kumpaniji rlevanti fuq dawn l-ammonti.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(101)

L-ammont ta' sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli bl-inklużjoni tal-introjtu minn dividendi li jiġi minn intrapriżi residenti fiċ-Ċina, wara t-tnaqqis ta' dak li tħallas bl-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) ġie allokat fuq id-dħul totali tal-bejgħ tal-kumpaniji produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-perjodu tal-investigazzjoni, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(e)   Konklużjoni

(102)

Il-benefiċċju stabbilit għal din l-iskema jvarja bejn 0 % u 0,06 %.

3.1.6.   Programmi ta' Taxxa Indiretta u Tariffi ta' Importazzjoni

3.1.6.1.   Eżenzjonijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) u roħsijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat

(a)   Bażi legali

(103)

Il-bażijiet legali ta' dan il-programm huma ċ-Ċirkolari tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament tal-Politiki Fiskali dwar Tagħmir Impurtat, “Guo Fa Nru 37/1997”, l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni [2008] Nru 43, l-Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet rilevanti li jirrigwardaw l-ittra tal-Amministrazzjoni tal-Konferma dwar Proġetti Domestiċi jew b'Finanzjament Barrani mħeġġa biex jiżviluppaw mill-Istat, Nru 316 2006 tat-22 ta' Frar 2006 u l-Katalgu dwar l-Oġġetti tal-importazzjoni li ma jistgħux jiġu eżentati mid-dazju kemm għall-kumpaniji b'investiment barrani, kif ukoll għall-intrapriżi domestiċi, 2008.

(b)   Implimentazzjoni prattika

(104)

Dan il-programm jipprovdi eżenzjoni mill-VAT u mit-tariffi fuq l-importazzjoni favur intrapriżi b'investiment barrani jew intrapriżi domestiċi għall-importazzjonijiet ta' tagħmir kapitali użat fil-produzzjoni tagħhom. Biex jibbenefika mill-eżenzjoni, it-tagħmir ma jridx ikun f'lista ta' tagħmir mhux eliġibbli u l-intrapriża li tagħmel it-talba trid tikseb “Ċertifikat ta' proġetti Mħeġġa mill-Istat” maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi jew mill-Kummissjoni tal-Iżvilupp u r-Riforma Nazzjonali skont il-leġislazzjoni rilevanti dwar l-investiment, it-taxxa u d-dwana.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(105)

Erba' mill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun irrappurtaw eżenzjoni mill-VAT u mit-tariffi fuq l-importazzjoni għal tagħmir importat.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(106)

L-ammont ta' sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT u d-dazji eżentati fuq it-tagħmir importat. Il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat fuq il-ħajja tat-tagħmir skont il-proċeduri kontabilistiċi normali tal-kumpanija. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) ġie allokat fuq id-dħul totali tal-bejgħ tal-kumpaniji produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-perjodu tal-investigazzjoni, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(e)   Konklużjoni

(107)

Il-benefiċċju stabbilit għal din l-iskema jvarja bejn 0 % u 0,45 %.

3.1.6.2.   Roħsijiet tal-VAT fuq xirjiet mill-FIEs ta' tagħmir magħmul iċ-Ċina

(a)   Bażi legali

(108)

Il-bażijiet legali ta' dan il-programm huma ċ-Ċirkolari tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar il-ħruġ tal-miżuri provviżorji għall-Amministrazzjoni tar-rifużjonijiet tat-taxxa għax-xiri ta' tagħmir immanifatturat domestikament mill-FIEs Nru 171, 199, 20.9.1999; L-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar it-Twaqqif tal-Implimentazzjoni tal-Politika ta' Rifużjoni tat-Taxxa lil Intrapriżi b'finanzjament Barrani għax-Xiri tagħhom ta' Tagħmir Immanifatturat Domestikament, Nru 176 [2008] tal-Ministeru tal-Finanzi.

(b)   Implimentazzjoni prattika

(109)

Dan il-programm jipprovdi benefiċċji fil-forma ta' rifużjonijiet tal-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta' tagħmir prodott domestikament mill-FIEs. It-tagħmir ma jridx ikun fil-Katalgu tat-Tagħmir Mhux eżentabbli u l-valur tat-tagħmir ma jridx jaqbeż il-limitu totali ta' investiment fuq FIE skont il-“Miżuri Amministrattivi bi prova dwar ix-Xiri ta' Tagħmir Prodott Domestikament”.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(110)

Żewġ produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi inklużi fil-kampjun issottomettew informazzjoni dettaljata dwar l-iskema, inkluż l-ammont ta' benefiċċju riċevut.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(111)

L-ammont ta' sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT rimborżat fuq ix-xiri ta' tagħmir prodott domestikament. Il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat fuq il-ħajja tat-tagħmir skont il-prattiki normali tal-industrija.

(e)   Konklużjoni

(112)

Il-benefiċċju stabbilit għal din l-iskema jvarja bejn 0 % u 0,01 %.

3.1.7.   Programmi Reġjonali/Provinċjali oħrajn

(113)

L-investigazzjoni kkonfermat li ma ġewx riċevuti ebda benefiċċji skont il-programmi msemmija fil-premessa 75 mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.1.8.   Ammont ta' sussidji

(114)

L-ammont tas-sussidji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku antisussidju, espress ad valorem, għall-produtturi esportaturi investigati jvarja bejn 0,76 % u 1,77 %.

(115)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur ilmenta li ma kienx ċar kif il-Kummissjoni kkalkulat il-firxa tal-marġni ta' sussidju totali. Il-firxa tas-sussidji totali aggregati għall-produttur esportatur/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun espress ad valorem mogħti fil-premessa 114 tirrappreżenta l-marġini tas-sussidju l-aktar baxx u l-aktar għoli tal-ħames produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun.

3.1.9.   Il-konklużjoni dwar iċ-Ċina

(116)

Fid-dawl tal-ammonti de minimis tas-sussidji kumpensatorji għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw fiċ-Ċina m'għandhomx jiġu imposti. Ġie konkluż li l-investigazzjoni għandha tintemm fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku.

3.2.   L-INDJA

3.2.1.   Ġenerali

(117)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li hemm fl-ilment u tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li jmiss, li allegatament involvew l-għoti ta' sussidji mill-awtorità tal-gvern tal-Indja, ġew investigati:

(1)

Skema tas-Suq Iffokat

(2)

Skema tal-Prodott Iffokat

(3)

Skema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem;

(4)

Skema ta' Rifużjoni tad-Dazju

(5)

Skema ta' Prodotti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni

(6)

Eżenzjonijiet mid-dazju u mit-taxxa u tnaqqis f'Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni u ż-Żoni Ekonomiċi Speċjali

(7)

L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni;

(8)

Skema ta' Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul

(9)

Skema ta' Inċentivar tal-Esportazzjonijiet Inkrementali

(10)

Skema ta' Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju

(11)

Skema l-iżvilupp ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tas-Suq u garanziji ta' self.

(12)

Skema tal-Inċentiv tal-Investiment Kapitali tal-Gvern ta' Gujarat

(13)

Skema ta' Inċentiv għat-Taxxa fuq il-Bejgħ ta' Gujarat u l-Iskema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku

(14)

Skemi ta' Sussidju għall-Bengal tal-Punent — inċentivi u konċessjonijiet fiskali, inklużi għotjiet u l-eżenzjoni mit-taxxa tal-bejgħ,

(15)

Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi ta' Maharashtra inklużi l-Iskema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku ta' Maharashtra u Sussidji tal-Promozzjoni Industrijali.

Skemi ta' sussidju użati mill-produtturi esportaturi Indjani investigati matul il-perjodu tal-investigazzjoni

(118)

L-investigazzjoni skopriet li fil-perjodu tal-investigazzjoni l-iskemi li jmiss taw benefiċċju lill-produtturi esportaturi verifikati.

(1)

Skema tas-Suq Iffokat (“FMS”)

(2)

Skema tal-Prodott Iffokat (“FPS”)

(3)

Skema ta' Rifużjoni tad-Dazju (“DDS”)

(4)

Skema ta' Awtorizzazzjoni Bil-Quddiem (“AAS”)

(5)

Skema ta' Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (“DFIA”)

(6)

Skema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni tal-Beni Kapitali (“EPCGS”)

(7)

Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi ta' Maharashtra (“PSI”)

(119)

L-iskemi speċifikati hawn fuq taħt il-premessa 118(1), (2), (4), (5) u (6) huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani” jew “FTP”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti dwar “Politika ta' Kummerċ Barrani”, li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Id-dokument ta' Politika ta' Kummerċ Barrani rilevanti għall-perjodu tal-investigazzjoni ta' din l-investigazzjoni huwa “Politika tal-Kummerċ Barrani 2009-2014” (“FTP 09-14”). Barra minn hekk, il-GTI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 09-14 f'“Manwal tal-Proċeduri, Volum I” (“HOP I 09-14”). Il-Manwal ta' Proċeduri huwa aġġornat fuq bażi regolari.

(120)

L-iskema DDS speċifikata hawn fuq taħt il-premessa 118(3) hija bbażata fuq it-Taqsima 75 tal-Att Doganali tal-1962, fuq it-Taqsima 37 tal-Att dwar is-Sisa Ċentrali tal-1944, u fuq it-Taqsimiet 93 A u 94 tal-Att Finanzjarju tal-1994 u fuq id-Dwana, Dazji tas-Sisa Ċentrali u tar-Rifużjoni tat-Taxxa tas-Servizz tal-1995. Rati ta' rifużjoni huma ppubblikati fuq bażi regolari.

(121)

L-iskema PSI speċifikata hawn fuq taħt (7) hija bbażata fuq “Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi” tal 2007 tal-Gvern ta' Maharashtra, Riżoluzzjonijiet Nru PSI-1707/(CR-50)/IND-8, tat-30 ta' Marzu 2007.

3.2.2.   Skema tas-Suq Iffokat (“FMS”)

(a)   Bażi legali

Id-deskrizzjoni dettaljata dwar l-FMS tinstab fil-paragrafu 3.14 tal-FTP 09-14 u fil-paragrafu 3.8 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(122)

Kull produttur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(123)

Skont din l-iskema l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha li jinkludu esportazzjonijiet ta' PSF lejn pajjiżi notifikati skont it-tabelli 1 u 2 tal-Appendiċi 37(C) ta' HOP I 09-14 huma intitolati għal kreditu ta' dazji ekwivalwenti għal 3 % tal-valur FOB. Mill-1 ta' April 2011, l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha lejn il-pajjiżi nnotifikati skont it-tabella 3 tal-Appendiċi 37(C) (“Swieq ta' Fokus Speċjali”) huma intitolati għal kreditu ta' dazju ekwivalenti għal 4 % tal-valur free on board. Ċerti tipi ta' attivitajiet ta' esportazzjoni huma esklużi mill-iskema, pereż. esportazzjoni ta' prodotti importati jew prodotti ttrasbordati, esportazzjoni preżunta, esportazzjoni ta' servizzi u dħul tal-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw skont żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni. Ċerti tipi ta' prodotti huma wkoll esklużi mill-iskema, pereżempju djamanti, metalli prezzjużi, minerali, ċereali, zokkor u prodotti taż-żejt.

(124)

Il-krediti tad-dazju skont l-FMS huma trasferibbli liberament u validi għal perjodu ta' 24 xahar mid-data ta' ħruġ taċ-ċertifikat ta' intitolament tal-kreditu rilevanti. Dawn jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kwalunkwe xiri jew prodotti, inklużi prodotti kapitali.

(125)

Iċ-ċertifikat ta' intitolament ta' kreditu jinħareġ mill-port minn fejn saru l-esportazzjonijiet u wara r-realizzazzjoni tal-esportazzjonijiet jew wara li jintbagħtu l-prodotti. Sakemm l-ilmentatur jipprovdi l-kopji tad-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni rilevanti kollha (pereżempju, ordni ta' esportazzjoni, fatturi, poloz tat-tagħbija, ċertifikati ta' realizzazzjoni mill-bank), lill-awtoritajiet, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju.

(126)

Erba' mill-produtturi esportaturi vverifikati użaw din l-iskema matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(127)

Fl-iżvelar, tlieta mill-produtturi esportaturi Indjani inklużi fil-kampjun ilmentaw li għalkemm huma kienu eliġibbli għal dak il-benefiċċju ma applikawx għalih għal kollox għall-bejgħ f'esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u għalhekk ma tista' ssir ebda konklużjoni dwar id-disponibilità ta' benefiċċju bħal dan. Barra minn hekk, huma argumentaw li l-iskema ta' FMS hija relatata ġeografikament ma' pajjiżi li m'humiex parti mill-Unjoni u għalhekk ma jistgħux jiġu kkumpensati mill-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, iż-żjajjar ta' verifika kkonfermaw li l-benefiċċju tal-FMS ġie mitlub għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi minħabba li l-iskema għandha x'taqsam l-aktar mal-esportazzjonijiet magħmula lejn pajjiżi terzi. Il-produtturi esportaturi inkwistjoni madanakollu ma kinux kapaċi li jikkuntestaw la l-implimentazzjoni prattika tal-iskema kif deskritta taħt il-premessi 123 sa 125 u lanqas li l-benefiċċju tal-FMS jista' jintuża għall-prodott ikkonċernat, l-aktar li l-krediti ta' dazju taħt l-FMS ikunu trasferiti b'mod ħieles u jistgħu jintużaw għall-ħlas ta' dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kull xiri jew prodotti inklużi oġġetti kapitali. B'mod partikolari, il-parti tista' targumenta l-fatt li l-krediti ta' dazju mogħtija taħt l-FMS fuq esportazzjonijiet lil pajjiżi terzi eliġibbli ma jistgħux jintużaw biex ipattu għal dazji ta' importazzjoni pagabbli fuq xiri inkorporat fi prodotti kkonċernati esportati lejn l-Unjoni.

(128)

Fl-aħħar, dawn il-benefiċċji huma mniżżla fuq bażi tad-dovuti fil-kontijiet tal-kumpanija fid-dati meta jseħħu t-tranżazzjonijiet ta' importazzjoni, li juri li l-intitolament għal benefiċċji jinħoloq waqt it-tranżazzjoni tal-esportazzjoni u li m'hemm ebda dubju li l-kreditu ta' dazju miksub jintuża fi stadju aktar tard. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

(d)   Il-konklużjoni dwar l-FMS

(129)

L-FMS jipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' dazju tal-FMS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ibaxxi d-dazji ta' importazzjoni, b'hekk jitnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-dazju tal-FMS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu.

(130)

Iktar minn hekk, l-FMS huwa subordinat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa kkunsidrat bħala speċifiku u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4), il-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu, tar-Regolament bażiku.

(131)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta' restituzzjoni ta' dazju jew sistema li tissostitwixxi r-restituzzjoni ta' dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fil-punt (i) tal-Anness I fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni tad-dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi ta' sostituzzjoni tar-rifużjoni tad-dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma għandu ebda obbligu li effettivament jikkonsma l-prodotti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont tal-kreditu mhuwiex ikkalkulat b'konnessjoni mal-xiri li effettivament intużaw. Mhemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma liema xiri jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji ta' importazzjoni fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji tal-FMS mingħajr ma jingħata kas jekk jimportax prodotti biex jidħlu fil-prodott jew le. Biex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal tal-input. B'hekk, anke esportaturi li jakkwistaw ix-xiri tagħhom lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jintużaw bħala input jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mill-FMS. Barra minn hekk, esportatur jista' juża l-krediti tad-dazju FMS biex jimporta oġġetti kapitali għalkemm l-oġġetti kapitali mhumiex koperti fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn is-sistemi permissibbli tar-rifużjoni tad-dazju, kif stipulat fil-punt (i) tal-Anness I tar-Regolament bażiku, għaliex ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(132)

L-ammont ta' sussidji kumpensatorju ġie kkalkulat abbażi tal-benefiċċju li ngħata lir-riċevitur, li nstab li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni kif prenotat mill-produttur esportatur li kkoopera abbażi tad-dovuti bħala dħul fl-istadju tat-tranżazzjoni tal-esportazzjoni. Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' dan is-sussidju (numeratur) kien allokat fuq id-dħul għall-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi fuq il-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(133)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni għall-erba' kumpaniji kkonċernati kienet tammonta għal 0,15 %, 0,19 %, 0,42 % u 0,63 % rispettivament.

3.2.3.   Skema ta' Fokus fuq il-Prodott (“FPS”)

(a)   Bażi legali

(134)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 3.15 sa 3.17 tal-politika ta' Kummerċ Ħieles 09-14 u l-Kapitoli 3.9 sa 3.11 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(135)

Skont il-paragrafu 3.15.2 tal-politika ta' Kummerċ Ħieles 09-14, l-esportaturi tal-prodotti notifikati fl-Appendiċi 37D tal-HOP I 09-14 huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(136)

Esportatur tal-prodotti inkluż fil-lista tal-Appendiċi 37D tal-HOP I 09-14 jista' japplika għal azzjonijiet ta' Kreditu ta' Dazju tal-FPS ekwivalenti għal 2 % jew 5 % tal-valur tal-esportazzjonijiet FOB. Il-prodott ikkonċernat investigat huwa elenkat taħt it-tabella 1 tal-Appendiċi 37D u huwa intitolat għal kreditu ta' dazju ta' 2 %.

(137)

L-FPS hija skema ta' wara l-esportazzjoni, jiġifieri kumpanija għandha tesporta biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji ta' din l-iskema. Bħala riżultat, il-kumpanija tkompli timla applikazzjoni onlajn lill-awtorità rilevanti flimkien mal-kopji tal-ordni tal-esportazzjoni u l-fattura, l-irċevuta tal-bank li turi l-ħlas tal-ispejjeż tal-applikazzjoni, il-kopja tal-poloz ta' tagħbija u ċ-ċertifikat ta' realizzazzjoni tal-bank għall-irċevuta tal-ħlas jew iċ-ċertifikat barrani ta' ħlas fuq l-importazzjoni fil-każ ta' negozjar dirett ta' dokumenti. F'każijiet fejn il-kopja oriġinali tal-poloz ta' tagħbija u/jew iċ-ċertifikati tar-realizzazzjoni tal-bank ikunu ġew sottomessi biex jintalab benefiċċju skont kwalunkwe skema oħra, il-kumpanija tista' tissottometti kopji ta' awtoċertifikazzjoni li jikkwotaw l-awtorità rilevanti fejn ikunu ġew sottomessi d-dokumenti oriġinali. L-applikazzjoni onlajn għall-krediti tal-FPS tista' tkopri massimu ta' 50 polza ta' tagħbija.

(138)

Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, il-krediti tad-FPS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kwalunkwe prodott — ħlief l-oġġetti kapitali u l-prodotti fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Il-prodotti importati b'dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew jiġu użati mod ieħor. Il-krediti tad-FPS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta' 24 xahar mid-data tal-ħruġ.

(139)

Il-ħames produtturi esportaturi vverifikati użaw din l-iskema matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(140)

Wara l-iżvelar, tlieta mill-produtturi esportaturi Indjani inklużi fil-kampjun sostnew li għalkemm huma kienu eliġibbli għall-benefiċċju ma applikawx għalih għal mill-anqas xi bejgħ ta' esportazzjoni u għalhekk ma tista' ssir ebda konklużjoni dwar id-disponibilità tal-benefiċċju. Madanakollu l-produtturi esportaturi inkwistjoni ma kinux kapaċi li jikkuntestaw la l-implimentazzjoni prattika tal-iskema kif deskritta taħt il-premessi 123 sa 125 u lanqas li l-benefiċċju tal-FMS jista' jintuża għall-prodott ikkonċernat, l-aktar li l-krediti ta' dazju taħt l-FPS ikunu trasferiti b'mod ħieles u jistgħu jintużaw għall-ħlas ta' dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kull xiri jew prodotti inklużi oġġetti kapitali. Ta' min ifakkar li dawn il-benefiċċji jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti fil-kontijiet tal-kumpanija fid-dati meta jseħħu t-tranżazzjonijiet ta' importazzjoni, li juri li l-intitolament għal benefiċċji jinħoloq waqt it-tranżazzjoni tal-esportazzjoni u li m'hemm ebda dubju li l-kreditu ta' dazju miksub jintuża fi stadju aktar tard.

(d)   Konklużjoni dwar l-FPS

(141)

L-FPS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-FPS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, billi l-kreditu jintuża eventwalment biex ipaċi d-dazji ta' importazzjoni, b'hekk jitnaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, il-kreditu FPS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax itejjeb il-likwidità tal-kumpanija.

(142)

Iktar minn hekk, l-FPS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u għalhekk, huwa kkunsidrat bħala speċifiku u jista' jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(143)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għar-rifużjoni tad-dazju jew sistema sostituta ta' restituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, parti (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema sostituta ta' restituzzjoni) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, esportatur ma għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma l-prodotti importati bla ħlas ta' dazju fil-proċess ta' produzzjoni u l-ammont ta' kreditu mhuwiex ikkalkulat b'konnessjoni mal-xiri li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma liema xiri jiġi kkunsmat fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji FPS irrispettivament minn jekk jimportax xi xiri jew le. Biex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal tal-input. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw ix-xiri tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jiġu użati bħala xiri, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mill-FPS.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(144)

Skond l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidji kumpensatorji kien jiġi kkalkulat f'termini tal-benefiċċju mogħti lil min jirċevihom, li nstab li kien jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni. F'dan ir-rigward tqies li l-benefiċċju jingħata lid-destinatarju fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni taħt din l-iskema. F'dan il-mument, il-GTI huwa obbligat iċedi d-dazji doganali, li jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta' kreditu FPS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GTI m'għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju taħt l-FPS ikun stmat bħala s-somma tal-krediti mogħtija fuq it-transazzjonijiet ta' esportazzjoni kollha magħmula taħt din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(145)

Meta saru talbiet iġġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq id-dħul kollu tal-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi fuq il-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(146)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-ħames kumpaniji kkonċernati matul il-perjodu tal-investigazzjoni tammonta għal 1,59 %, 1,75 %, 1,77 %, 1,85 % u 1,95 % rispettivament.

3.2.4.   Skema għar-rifużjoni tad-dazju (“DDS”)

(a)   Il-bażi ġuridika

(147)

Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DDS tinsab fir-Regoli ta' restituzzjoni tad-Dazji tad-Dwana u tas-Sisa Ċentrali, 1995 kif emendati b'notifiki suċċessivi.

(b)   Eliġibbiltà

(148)

Kull produttur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(149)

Esportatur eliġibbli jista' japplika għall-ammont ta' restituzzjoni li jiġi kkalkulat bħala perċentwali tal-valur FOB ta' prodotti esportati f'din l-iskema. Ir-rati ta' restituzzjoni kienu stabbiliti mill-GTI għal numru ta' prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma jkunu ddeterminati fuq il-bażi tal-kwantità jew valur medju tal-materjali użati bħala xiri fil-manifattura ta' prodott u l-ammont medju ta' dazji mħallsa fuq ix-xiri. Huma jiġu applikati rrispettivament minn jekk id-dazji tal-importazzjoni jkunux effettivament tħallsu jew le. Ir-rata DDS għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet: Mat-3 % sad-9 ta' Ottubru 2012, 2,1 % bejn l-10 ta' Ottubru 2012 u l-20 ta' Settembru 2013 u 1,7 % mill-21 ta' Settembru 2013 tal-valur FOB.

(150)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija għandha tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-Server Doganali (ICEGATE), huwa indikat li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS u l-ammont DDS huwa ffissat irrevokabbilment. Wara li l-kumpanija tat-trasport marittimu kienet iffajljat Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni (EGM) u l-Uffiċċju Doganali qabbel b'mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-dejta tal-polza ta' esportazzjoni, il-kundizzjonijiet kollha huma ssodisfati biex jawtorizzaw il-ħlas tal-ammont ta' restituzzjoni jew b'pagament dirett fuq il-kont bankarju tal-esportatur jew bi draft.

(151)

L-esportatur għandu jipproduċi wkoll evidenza ta' realizzazzjoni tar-rikavat mill-esportazzjoni permezz ta' Ċertifikat ta' Realizzazzjoni Bankarja (BRC). Dan id-dokument jista' jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta' restituzzjoni iżda l-GTI se jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jissottometti BRC fi żmien stipulat.

(152)

L-ammont ta' restituzzjoni jista' jintuża gal kwalunkwe raġuni.

(153)

Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, l-ammont ta' restituzzjoni tad-dazji jista' jitniżżel fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, mat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni.

(154)

Tnejn mill-produtturi esportaturi vverifikata użaw id-DDS matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(d)   Il-konklużjoni dwar id-DDS

(155)

Id-DDS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-hekk imsejjaħ ammont ta' rifużjoni tad-dazju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI minħabba li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI. Barra minn hekk, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu b'termini li mhumiex disponibbli fuq is-suq.

(156)

Ir-rata tar-rifużjoni tad-dazju għall-esportazzjonijiet hija determinata mill-GTI fuq bażi ta' prodott bi prodott. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msemmi bħala rifużjoni tad-dazju, l-iskema m'għandhiex il-karatteristiċi ta' sistema ta' rtirar ta' dazju permissibbli jew sistema ta' rtirar ta' sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-ħlas f'kontanti lill-esportatur mhuwiex marbut ma' ħlasijiet attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u mhuwiex kreditu ta' dazju biex ipatti għad-dazji fuq importazzjoni ta' materja prima fil-passat jew fil-futur.

(157)

Dan huwa kkonfermat miċ-ċirkolari Nru 24/2001 tal-GTI li tiddikjara b'mod ċar li “[ir-rati ta' rifużjoni ta' dazji] ma jkollhom l-ebda rabta mal-livell ta' mudelli ta' konsum ta' input u inċidenza attwali mġarrba fuq ix-xiri ta' esportatur partikolari jew kunsinni individwali […]” u jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet reġjonali li “l-ebda evidenza ta' dazji li attwalment tħallsu fuq xiri importat jew indiġenu […] ma għandha ssir insistenza fuqhom mill-formazzjonijiet tal-qasam flimkien mat-[talba ta' restituzzjoni] mressqa mill-esportaturi”.

(158)

Il-ħlas li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI sussegwenti għal esportazzjonijiet li jsir mill-esportaturi għandu jitqies bħala għotja diretta mill-kontinġent tal-GOI dwar il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk huwa kkunsidrat bħala speċifiku u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(159)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li d-DDS hija kumpensatorja.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(160)

Skond l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidji kumpensatorju kien jiġi kkalkulat f'termini tal-benefiċċju mogħti lil min jirċevihom, li nstab li kien jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni. F'dan ir-rigward, ġie kkunsidrat li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument il-GTI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta' restituzzjonii, xi ħaġa li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, fost ħwejjeġ oħra, l-ammont ta' restituzzjoni li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi valutat bħala t-total tal-ammonti ta' restituzzjoni miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru taħt din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(161)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta' sussidju ġew allokati fuq id-dħul totali mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(162)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati ta' sussidju stabbiliti fir-rigward ta' din l-iskema għaż-żewġ kumpaniji konċernati fil-perjodu tal-investigazzjoni ammonta għal 0,24 % u 2,12 % rispettivament.

3.2.5.   Skema ta' Awtorizzazzjoni Bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme, “AAS”)

(a)   Bażi legali

(163)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-FTP 09-14 u l-Kapitoli minn 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(164)

L-“AAS” tikkonsisti f'sitt sottoskemi, kif deskritti f'iktar dettall fil-premessa (165). Dawk is-sottoskemi huma differenti inter alia fl-ambitu tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti esportaturi “marbuta ma'” manifatturi ta' appoġġ huma eliġibbli għall-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u għall-AAS għas-sottoskemi tal-ħtieġa annwali. Il-manifatturi–esportaturi li jfornu l-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji ta' “esportazzjoni preżunta” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika FTP-09-14, bħal fornituri ta' unità orjentata lejn l-esportazzjoni, huma eliġibbli għas-sottoskema tal-esportazzjoni preżunta tal-AAS. Eventwalment, fornituri intermedji għall-manifatturi-esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji tal-“esportazzjoni preżunta” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”) u ħruġ ta' ittra ta' kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta' qabel.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(165)

L-AAS tista' tinħareġ għal:

(a)

Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hi s-sottoskema ewlenija. Tippermetti importazzjoni bla dazju ta' materjali ta' input għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott ta' esportazzjoni speċifiku. “Fiżiku” f'dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Konċessjoni ta' importazzjoni u obbligu ta' esportazzjoni inkluż it-tip ta' prodott ta' esportazzjoni huma speċifikati fil-liċenzja;

(b)

Rekwiżit annwali: Din l-awtorizzazzjoni mhix konnessa ma' prodott ta' esportazzjoni speċifiku, iżda ma' grupp ta' prodotti aktar wiesa' (pereżempju, prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta' liċenzja jista' — sa ċertu limitu fil-valur iffissat skont kif tkun marret l-esportazzjoni fil-passat — jimporta bla ħlas ta' dazju kull input li jkun ser jintuża fil-manifattura ta' kull oġġett li jaqa' f'dan il-grupp ta' prodotti. Jista' jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta u li huwa fil-grupp ta' prodotti li juża dan il-materjal eżentat mid-dazju;

(c)

Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkun beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta' produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista' jimporta materjali ta' input mingħajr dazju u jista' jikseb għal dan l-għan AAS għal provvisti intermedji. L-esportatur finali jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest;

(d)

Esportazzjonijiet preżunti: Din is-sottoskema tippermetti lil kuntrattur prinċipali li jimporta bla ħlas ta' dazju x-xiri meħtieġa fil-produzzjoni ta' prodotti li se jinbiegħu bħala “esportazzjonijiet preżunti” lill-kategoriji ta' klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2(b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-FTP 09-14. Skont il-GTI, l-esportazzjoni preżunta tirreferi għal dawk it-tranżazzjonijiet fejn il-prodotti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Numru ta' kategoriji ta' forniment huma kkunsidrati bħala prodotti meqjusa esportati sakemm il-prodotti jkunu mmanifatturati fl-Indja, pereż. forniment ta' prodotti lejn EOU(export-oriented unit) jew lejn kumpanija lokalizzata f'żona ekonomika speċjali (“SEZ”);

(e)

Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”): Id-detentur tal-AAS li jkollu l-intenzjoni jġib il-materjal meħtieġ fil-produzzjoni minn sorsi lokali, minflok minn importazzjoni diretta, għandu l-għażla li jġibhom permezz ta' AROs. F'dawn il-każijiet l-awtorizzazzjonijiet bil-quddiem huma validati bħala AROs u jiġu ffirmati lill-fornitur indiġenu wara kunsinna tal-prodotti speċifikati fiha. L-endorsjar tal-ARO jintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji ta' esportazzjoni preżunta kif speċifikat fil-paragrafu 8.3 tal-FTP 09-14 (jiġifieri AAS għal provvisti intermedji/prodotti preżunti esportati, restituzzjoni ta' dazju mħallas fuq prodotti preżunti esportati u restituzzjoni ta' dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta' restituzzjoni/restituzzjoni tad-dazji. Ir-restituzzjoni tat-taxxi/dazji hija disponibbli kemm għall-xiri indiġeni u kif ukoll għall-xiri importati;

(f)

Ittra ta' kreditu interna wara l-oħra: Din is-sottoskema tkopri għal darb'oħra provvisti indiġeni lil detentur tal-awtorizzazzjoni bil-quddiem. Id-detentur ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem jista' jkellem lil xi bank biex jiftaħ ittra ta' kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni tiġi vvalidata mill-bank għall-importazzjoni diretta, b'konnessjoni biss mal-valur u l-volum ta' prodotti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu jkun intitolat għall-benefiċċji ta' esportazzjoni preżunta kif stipulat fil-paragrafu 8.3 tal-FTP 09-14 (jiġifieri AAS għal provvisti intermedji/prodotti preżunti esportati, restituzzjoni ta' dazju mħallas fuq prodotti preżunti esportati u rifużjoni ta' dazju tas-sisa finali).

(166)

Tliet kumpaniji vverifikati rċevew konċessjonijiet skont l-AAS marbuta mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dawn il-kumpaniji għamlu użu minn (a), (d) u (e) mis-sottoskemi msemmija hawn fuq. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li jkun stabbilit l-ammont ta' kumpens tas-sottoskemi mhux użati li jifdal.

(167)

Għal skopijiet ta' verifika mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem huwa legalment obbligat li jżomm “kont veru u proprju tal-konsum u użu ta' prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament” f'format speċifikat (il-kapitli 4.26 u 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 09-14), fi kliem ieħor reġistru ta' konsum attwali. Dan ir-reġistru għandu jkun ivverifikat minn kontabilist estern kwalifikat/kontabilist tal-ispejjeż u x-xogħol li joħroġ ċertifikat li jiddikjara li r-reġistri preskritti u rekords relevanti kienu eżaminati u li l-informazzjoni mogħtija skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f'kull rigward.

(168)

Rigward l-użu tal-AAS għal esportazzjonijiet fiżiċi msemmija fil-premessa 165(a), użati minn żewġ kumpaniji vverifikati matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-konċessjoni ta' importazzjoni u l-obbligu ta' esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u huma dokumentati fuq l-awtorizzazzjoni bil-quddiem. Barra minn hekk, fil-mument tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, it-transazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jiġu dokumentati mill-uffiċjali tal-gvern fuq l-awtorizzazzjoni bil-quddiem. Il-volum tal-importazzjonjiet permessi skont l-AAS huwa determinat mill-Gvern tal-Indja fuq il-bażi ta' regoli standard ta' input-output (“SIONs”) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat.

(169)

Il-materjal importat biex jintuża bħala input ma jkunx trasferibbli u jrid jintuża biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligu ta' esportazzjoni għandu jkun issodisfat fil-limitu ta' żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta' sitt (6) xhur kull wieħed).

(170)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kinux irrispettati fil-prattika.

(171)

Waħda biss minn dawn iż-żewġ kumpaniji vverifikati, li għamlet użu minn din is-sottoskema, żammet reġistru ta' konsum u ta' produzzjoni. Madankollu, ir-reġistru tal-konsum ma ppermettiex li jivverifika liema xiri ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti. Rigward ir-rekwiżiti tal-verifika li ssir referenza għalihom iktar 'il fuq, ma nżamm l-ebda rekord mill-kumpaniji li kiek jevidenzja li saret il-verifika esterna tar-reġistru tal-konsum. Fil-qosor, huwa kkunsidrat li l-esportatur investigat ma kienx kapaċi juri li ġew issodisfati d-dispożizzjonijiet relevanti tal-politika FT.

(172)

Rigward l-użu tal-AAS għal ARO msemmi fil-premessa 165(e), użat minn kumpanija vverifikata matul il-perjodu tal-investigazzjoni, l-ammont ta' importazzjonijiet permess skont din l-iskema huwa stabbilit bħala persentaġġ tal-ammont ta' prodotti lesti esportati. Il-liċenzi bil-quddiem ikejlu l-unitajiet ta' importazzjonijiet awtorizzati jew f'termini tal-kwantità tagħhom jew f'termini tal-valur tagħhom. Fiż-żewġ każijiet ir-rati użati biex ikun stabbilit ix-xiri bla dazju, għall-maġġoranza tal-prodotti inkluż il-prodott kopert b'din l-investigazzjoni, jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' SIONs. Il-prodotti speċifikati fil-liċenzi bil-quddiem huma prodotti użati fil-produzzjoni tal-prodott lest rilevanti esportat.

(173)

Id-detentur ta' liċenza bil-quddiem li beħsiebu jġib l-prodotti min sorsi domestiċi, minflok importazzjoni domestika, għandu l-għażla li jġibhom permezz ta' AROs. F'dawn il-każijiet il-liċenzji bil-quddiem huma vvalidati bħala AROs u huma endorsjati lill-provveditur mat-twassil tal-prodotti speċifikati fihom. L-endorsjar tal-ARO jintitola lill-fornitur għall-benefiċċji tal-esportazzjoni daqslikieku magħmula bħar-restituzzjoni bħala prodotti meqjusa esportati u restituzzjoni tal-hekk imsejjaħ dazju tas-sisa finali.

(174)

L-investigazzjoni stabbiliet li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kinux irrispettati fil-prattika.

(175)

Fir-rigward tal-użu tal-AAS għal esportazzjonijiet preżunti msemmija fil-premessa (165) (d), użati minn kumpanija verifikata matul il-perjodu ta' investigazzjoni, kemm il-konċessjoni ta' importazzjoni kif ukoll l-obbligu ta' esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u huma dokumentati fuq l-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-mument tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jiġu dokumentati mill-uffiċjali tal-gvern fuq l-awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet permess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-GTI fuq il-bażi tas-SIONs.

(176)

L-obbligazzjoni ta' esportazzjoni għandha tiġi sodisfatta fil-limitu ta' żmien preskritt (24 xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta' 6 xhur-il waħda) wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni.

(177)

Ġie stabbilit li ma kien hemm l-ebda konnessjoni bejn ix-xiri importati u l-prodotti lesti esportati. Barra minn hekk, instab li, għalkemm dan huwa obbligatorju, l-applikant ma żammx ir-reġistru tal-konsum imsemmi fil-premessa 167 li jrid jiġi verifikat minn kontabilist estern. Minkejja l-ksur ta' dan ir-rekwiżit, l-applikant għamel użu mill-benefiċċji tal-AAS.

(d)   Konklużjoni dwar l-AAS

(178)

L-eżenzjoni mid-dazji ta' importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribut finanzjarju tal-Gvern tal-Indja peress li tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut u għax tagħti benefiċċju lill-esportaturi investigati peress li ttejjeb il-likwidità tagħhom.

(179)

Is-sottoskemi kollha kkonċernati fil-każ preżenti jiddependu b'mod ċar fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk meqjusa bħala speċifiċi u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn li tesporta, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji minn din l-iskema.

(180)

L-ebda waħda miż-żewġ sottoskemi kkonċernati fil-każ preżenti ma jistgħu jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta' ħlas lura ta' dazju jew sistema ta' restituzzjoni ta' dazju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sostituzzjoni ta' restituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament sistema jew proċedura ta' verifika biex jikkonferma jekk u f'liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta' skemi ta' sostituzzjoni għar-restituzzjoni ta' dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Huwa kkunsidrat ukoll li l-SIONs għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u li fihom infushom ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta' verifika ta' konsum attwali peress li t-tfassil ta' dawk in-normi standard ma jippermettix li l-GTI jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti x'ammonti ta' xiri ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-GTI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq ix-xiri attwali involuti, għalkemm normalment ikollu jsir fin-nuqqas ta' sistema ta' verifika applikata b'mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku).

(181)

Wara l-iżvelar, produttur esportatur Indjan sostna li l-iskema m'għandhiex tiġi kkumpensata minħabba li l-kumpanija ssodisfat l-obbligu tagħha fir-rigward tal-awditi indipendenti tar-reġistru tal-konsum tax-xiri u dan għandu jiġi kkunsidrat bħala kontroll suffiċjenti għall-GTI. Dan ir-raġunament ma jistax jiġi aċċettat. Il-verifika tal-GTI tiġi kkunsidrata distinta minn kwalunkwe obbligi imposti fuq il-kumpaniji. Iż-żjara ta' verifika kkonfermat li s-sistema ta' verifika fis-seħħ min-naħa tal-GTI ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness II (II) 4 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

(182)

L-istess parti sostniet li l-iggruppar ta' liċenzji huwa legali fl-Indja u l-kumpanija ma tistax tiġi żvantaġġjata mill-użu tal-dħul totali mill-esportazzjoni minflok tal-dħul tal-prodott ikkonċernat fil-kalkoli tal-marġini ta' sussidju. Madanakollu, l-leġalità tal-iggruppar tal-liċenzji fl-Indja bħala tali kien irrilevanti f'dan il-kuntest. L-investigazzjoni żvelat li bħala riżultat tal-iggruppar ma setgħet issir l-ebda allokazzjoni ta' liċenzji li tikkorrispondi mal-PSF. Fil-fatt, il-benefiċċju fil-livell ta' divizjoni u mhux fil-livell tal-PSF kellu jintuża fil-kalkoli tal-marġini ta' sussidju minħabba li l-informazzjoni verifikata ma ppermettietx għal allokazzjoni xierqa tal-użu tax-xiri (użati fil-produzzjoni ta' prodotti oħra) lill-PSF biss. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

(183)

Is-sottoskemi msemmija fil-premessa 165 taħt (a), (d) u (e) huma għalhekk kumpensatorji.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(184)

Fin-nuqqas ta' sistemi awtorizzati ta' restituzzjoni ta' dazju jew jew sistemi sostituti ta' restituzzjoni, il-benefiċċju kumpensatorju huwa r-remissjoni ta' dazji ta' importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tax-xiri. F'dan ir-rigward, huwa osservat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-ammont kompensatorju tar-remissjoni “żejda” mid-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta l-kundizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu milħuqa li l-remissjoni żejda ta' dazji tista' tiġi kkumpensata. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux sodisfatti fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk ma jintweriex proċess ta' sorveljanza adegwat, l-eċċezzjoni msemmija fuq għal skemi ta' rifużjoni tad-dazju mhijiex applikabbli u r-regola normali tal-għoti ta' kumpens għall-ammont ta' dazji mhux imħallsa (dħul ċedut), tapplika, aktar milli kwalunkwe remissjoni żejda intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni li tikkalkula din ir-remissjoni żejda. Bil-maqlub ta' dan, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss evidenza suffiċjenti biex tirrifjuta l-adegwatezza tas-sistema ta' verifika allegata.

(185)

L-ammont ta' sussidju għall-kumpaniji li użaw l-AAS kien ikkalkolat abbażi ta' dazji ta' importazzjoni mitlufa (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal importat skont is-sottoskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrba neċessarjament biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont tas-sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju kien allokat fuq id-dħul mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' esportazzjoni u ma kienx mogħti permezz ta' referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(186)

Ir-rati ta' sussidju stabbiliti fir-rigward ta' din l-iskema għat-tliet kumpaniji kkonċernati għall-perjodu tal-investigazzjoni jammontaw għal 0,11 %, 1,89 % u 4,31 % rispettivament.

3.2.6.   L-Iskema ta' Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (“DFIA”)

(a)   Bażi legali

(187)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DFIA tinsab fil-paragrafi 4.2.1 sa 4.2.47 tal-FTP 09-14 u l-paragrafi 4.31 sa 4.36 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(188)

Kull produttur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(189)

Id-DFIA hija skema ta' wara u qabel l-esportazzjoni li tippermetti importazzjonijiet bla dazju ta' materjal iddeterminat skont in-normi tas-SION, iżda li, fil-każ ta' DFIA trasferibbli, ma għandhiex neċessarjament tkun għall-użu fil-manifattura tal-prodott esportat.

(190)

Il-DFIA tkopri biss l-importazzjoni ta' xiri kif preskritt fis-SION. L-intitolar għall-importazzjoni huwa limitat għall-kwantità u l-valur imsemmija fis-SION, iżda jista' jkun rivedut mill-awtoritajiet reġjonali jekk issir talba.

(191)

L-obbligu ta' esportazzjoni huwa suġġett għar-rekwiżit ta' valur addizzjonali minimu ta' 20 %. Dawn l-esportazzjonijijet jistgħu jsiru qabel l-awtorizzazzjoni tad-DFIA, u f'dan il-każ l-intitolar tal-importazzjoni jkun stabbilit approporzjon tal-esportazzjonijiet provviżorji.

(192)

Meta jiġi ssodisfat l-obbligu ta' esportazzjoni, l-esportatur jista' jitlob il-possibilità ta' trasferiment tal-awtorizzazzjoni DFIA, li fil-prattika tfisser permess biex tinbiegħ il-liċenzja tal-importazzjoni bla dazju fuq is-suq.

(193)

Wieħed mill-produtturi esportaturi vverifikat uża d-DFIA matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(d)   Konklużjoni dwar id-DFIA

(194)

L-eżenzjoni mid-dazji għall-importazzjoni hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Hija tikkostitwixxi kontribut finanzjarju tal-GTI peress li tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut u jagħti benefiċċju lill-esportaturi investigati peress li jtejjeb il-likwidità tagħhom.

(195)

Barra dan, id-DFIA hija assoċjata fil-liġi mal-prestazzjoni fl-esportazzjoni, u għalhekk hija preżunta bħala speċifika u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4)) tal-ewwel subparagrafu, punt (a) tar-Regolament bażiku.

(196)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta' restituzzjoni ta' dazju jew sistema ta' restituzzjoni sostituta permissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fil-punt (i) tal-Anness I fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni tad-dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi ta' sostituzzjoni tar-rifużjoni tad-dazju) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari: (i) hija tippermetti għal rifużjoni ex-post jew għal irtirar tal-ispejjeż fuq l-importazzjoni tax-xiri li jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni ta' prodott ieħor; (ii) ma hemm l-ebda sistema jew proċedura ta' verifika fis-seħħ li tikkonferma liema xiri jintuża fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx benefiċċju żejjed fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. u (iii) it-trasferibilità taċ-ċertifikati/awtorizzazzjonijiet timplika li esportatur li jingħata DFIA ma huwa taħt l-ebda obbligu li juża ċ-ċertifikat biex jimporta x-xiri.

(197)

Wara l-iżvelar produttur esportatur Indjan sostna li s-sistema ta' verifika fis-seħħ fl-Indja hija raġjonevoli, effettiva u konformi ma' prattiki kummerċjali fl-Indja u għalhekk m'għadhiex teżisti r-raġuni “ewlenija” biex tiġi kkumpensata l-iskema. Bil-maqlub ta' dak li ġie ddikjarat, l-investigazzjoni ma kkonfermatx li s-sistema ta' verifika fis-seħħ fl-Indja tippermetti l-verifika ta' jekk u liema xiri jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx benefiċċju żejjed fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Aktar minn hekk, il-produttur ma kkontestax kemm il-fatt li s-sistema tippermetti għal rifużjoni ex-post jew għal irtirar tal-ispejjeż fuq l-importazzjoni tax-xiri li jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni ta' prodott ieħor u lanqas li l-possibilità ta' trasferiment taċ-ċertifikati/awtorizzazzjoni timplika li esportatur mogħti DFIA m'huwa taħt l-ebda obbligu li juża ċ-ċertifikat biex jiimporta x-xiri. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(198)

Fin-nuqqas ta' sistemi awtorizzati ta' restituzzjoni ta' dazju jew jew sistemi sostituti ta' restituzzjoni, il-benefiċċju kumpensatorju huwa r-remissjoni ta' dazji ta' importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tax-xiri. F'dan ir-rigward, huwa osservat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-ammont kompensatorju tar-remissjoni “żejda” mid-dazji.

(199)

Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta l-kundizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu milħuqa li l-remissjoni żejda ta' dazji tista' tiġi kkumpensata. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux sodisfatti fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk ma jintweriex proċess ta' sorveljanza adegwat, l-eċċezzjoni msemmija fuq għal skemi ta' rifużjoni tad-dazju mhijiex applikabbli u r-regola normali tal-għoti ta' kumpens għall-ammont ta' dazji mhux imħallsa (dħul ċedut), tapplika, aktar milli kwalunkwe remissjoni żejda intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni li tikkalkula din ir-remissjoni żejda. Bil-maqlub ta' dan, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss evidenza suffiċjenti biex tirrifjuta l-adegwatezza tas-sistema ta' verifika allegata.

(200)

L-ammont ta' sussidju għall-kumpaniji li użaw id-DFIA kien ikkalkolat abbażi ta' dazji ta' importazzjoni mitlufa (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal importat skont is-sottoskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrba neċessarjament biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont tas-sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju kien allokat fuq id-dħul mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' esportazzjoni u ma kienx mogħti permezz ta' referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(201)

Ir-rati ta' sussidju stabbiliti fir-rigward ta' din l-iskema għall-kumpanija kkonċernata għall-perjodu tal-investigazzjoni jammontaw għal 4,95 %.

3.2.7.   L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”)

(a)   Bażi legali

(202)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal-FTP 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(203)

L-esportaturi manifatturi, l-esportaturi negozjanti “marbuta ma'” manifatturi ta' appoġġ u fornituri tas-servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(204)

Skont il-kundizzjoni ta' obbligu ta' esportazzjoni, kumpanija hija awtorizzata li timporta oġġetti kapitali (oġġetti kapitali ġodda u dawk użati sa massimu ta' 10 snin) b'rata mnaqqsa ta' dazju doganali. Għal dan l-għan, il-GTI joħroġ liċenzja EPCGS fuq applikazzjoni u ħlas ta' miżata. L-iskema tistipula rata ta' dazju tal-importazzjoni mnaqqsa ta' 3 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati skont l-iskema. biex ikun sodisfatt l-obligu tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta' prodotti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu. Skont il-FTP 09-14, l-oġġetti kapitali jistgħu jiġu importati b'rata ta' dazju ta' 0 % skont l-EPCGS, iżda f'każ bħal dan il-perjodu taż-żmien għas-sodisfazzjon tal-obbligu ta' esportazzjoni huwa iqsar.

(205)

Id-detentur tal-liċenzja EPCGS jista' wkoll iġib l-oġġetti kapitali minn sors indiġenu. F'dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta' oġġetti kapitali jista' japprofitta ruħu mill-benefiċċju ta' importazzjoni ħielsa mid-dazju ta' komponenti meħtieġa għall-manifattura ta' dawn il-oġġetti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista' jitlob il-benefiċċju ta' esportazzjoni preżunta fir-rigward tal-forniment ta' oġġetti kapitali lid-detentur ta' liċenzja EPCGS.

(206)

Instab li t-tliet kumpaniji inklużi fil-kampjun irċevew konċessjonijiet skont l-EPCGS li setgħu jiġu allokati lill-prodott ikkonċernat fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(d)   Il-konklużjoni dwar l-EPCGS

(207)

Id-EPCGS jipprovdi s-sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, billi d-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

(208)

Barra minn hekk, l-EPCGS hija subordinata fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta' esportazzjoni. Għalhekk, hu preżunt bħala speċifiku u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(209)

L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' restituzzjoni tad-dazji jew sistema sostituta ta' restituzzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta' dawn is-sistemi permissibbli, kif stabbilit fl-Anness I, punt (i), tar-Regolament bażiku, għaliex mhumiex ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(210)

L-ammont ta' sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta' deprezzament normali ta' dawn il-oġġetti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-ammont ta' sussidju għall-perjodu tal-investigazzjoni mbagħad ġie kkalkulat billi nqasam l-ammont totali tad-dazju doganali mhux imħallas bil-perijodu ta' deprezzament. L-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li jista' jiġi attribwit għall-perjodu tal-investigazzjoni, ġie aġġustat permezz taż-żieda ta' mgħax matul dan il-perjodu biex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata tal-imgħax kummerċjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kienet ikkunsidrata xierqa għal dan l-iskop. Fejn saru talbiet iġġustifikati, tnaqqsu d-drittijiet imħallsa kif meħtieġ biex jinkiseb is-sussidju skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku biex jintlaħaq l-ammont tas-sussidju bħala numeratur.

(211)

Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq id-dħul xieraq tal-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni bħala d-denominatur minħabba li s-sussidju huwa assoċjat mal-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(212)

Wara l-iżvelar, żewġ produtturi esportaturi Indjani inklużi fil-kampjun talbu rieżami tal-kalkolu tal-ammont ta' sussidju. Huma sostnew li tista' sseħħ invalidazzjoni tal-liċenzja tal-EPCG u din tirriżulta f'akkwist indiġenu ta' oġġetti kapitali kapitali fejn ma' tapplikax għad-Dazji tas-Sisa Ċentrali. Madanakollu f'dan ir-rigward, ma saret l-ebda referenza għall-liċenżji speċifiċi invalidati. Ukoll, il-kwistjoni ma tqajjmitx matul l-investigazzjoni, li kieku kienet tippermetti verifika xierqa ta' din id-dikjarazzjoni. F'kull każ, id-determinazzjoni tal-ammont tas-sussidju kienet ibbażata fuq ir-reġistru ta' xiri tal-kumpanija verifikata mixtrija taħt din l-iskema. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

(213)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni għat-tliet kumpaniji kkonċernati kienet tammonta għal 0,37 %, 0,40 % u 0,46 % rispettivament.

3.2.8.   Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi

(a)   Bażi legali

(214)

Biex iħeġġeġ it-tixrid ta' industriji fiż-żoni l-anqas żviluppati, il-Gvern ta' Maharashtra (GTM) beda jagħti inċentivi għal taqsimiet ta' espansjoni ġodda li jiġu stabbiliti f'reġjuni tal-Istat li għadhom qegħdin jiżviluppaw, sa mill-1964, taħt skema magħrufa bħala l-Iskema ta' Pakkett ta' Inċentivi. L-iskema ġiet emendata diversi drabi mid-dħul tagħha u l-verżjonijiet rilevanti għall-investigazzjoni attwali huma l-verżjonijiet tal-2001 u l-2007. Il-Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi tal-2001 huwa datat l-31 ta' Marzu 2001 u fih ir-Riżoluzzjoni Nru IDL-1021/(CR- 73)/IND-8. Il-Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi tal-2007 huwa datat it-30 ta' Marzu 2007 u fih ir-Riżoluzzjoni Nru PSI-1707/(CR-50)/IND-8.

(b)   Eliġibbiltà

(215)

Ir-riżoluzzjonijiet imsemmija hawn fuq jelenkaw il-kategoriji tal-industriji u l-intrapriżi li jistgħu jiġu kkunsidrati eliġibbli għall-inċentivi.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(216)

biex ikun hemm interess fit-tixrid tal-industriji fiż-żoni inqas żviluppati, il-Gvern ta' Maharashtra pprovda pakkett ta' inċentivi għall-unitajiet industrijali ġodda/li qed jikbru stabbiliti fir-reġjun tal-Istat ta' Maharashtra li għadu qed jiżviluppa. Għall-iskop tal-Iskema, l-Anness I tar-Riżoluzzjoni jikklassifika ż-żoni tal-Istat eliġibbli għall-inċentivi. Madankollu, l-inċentivi skont l-Iskema tal-2007 ma jistgħux jingħataw qabel jinħareġ Ċertifikat ta' Eliġibbiltà skont l-Iskema tal-2007 u l-benefiċjarju tkun konformi mal-istipulazzjonijiet/kundizzjonijiet taċ-ċertifikat ta' eliġibbiltà. Dan tal-aħħar jinħareġ mill-Aġenzija ta' Implimentazzjoni (Korp tal-Istat) b'effett mid-data meta tibda l-produzzjoni kummerċjali tal-benefiċjarju (imsejjaħ ukoll unità eliġibbli).

(217)

Il-PSI huwa magħmul minn bosta sottoskemi, li minnhom it-tnejn li jmiss taw benefiċċju lil żewġ produtturi esportaturi verifikati matul il-perjodu tal-investigazzjoni:

Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (Electricity Duty Exemption — “EDE”)

Sussidji tal-Promozzjoni Industrijali (IPS)

(218)

L-EDE jingħata lill-unitajiet ġodda eliġibbli stabbiliti f'żoni speċifikati għal perjodu partikolari fiċ-Ċertifikat ta' Eliġibbiltà. F'dan il-każ iż-żewġ produtturi esportaturi kkonċernati huma eżentati mill-ħlas tad-Dazju fuq l-Elettriku rispettivament għal 9 snin u 7 snin. F'partijiet oħra tal-Istat, 100 % tal-unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni, unitajiet tat-Teknoloħija tal-Informazzjoni u unitajiet tal-Bijoteknoloġija se jkunu eżenti mill-ħlas tad-Dazju fuq l-Elettriku għal perjodu ta' 10 snin.

(219)

Matul l-investigazzjoni nstab li produttur esportatur minnhom li jinsab f'Maharashtra bbenefika mis-sottoskema ta' eżenzjoni ta' dazju fuq l-elettriku matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(220)

L-IPS jintitola lill-benefiċjarju għal sussidju ekwivalenti għal perċentwali inkluż bejn 75 % u 100 % tal-ammont tal-investimenti eliġibbli meta jitnaqqas tal-ammont ta' benefiċċji li jirriżultaw minn sottoskemi oħra tal-iskema PSI, bħall-EDE. Il-benefiċċju jingħata matul perjodu ta' żmien speċifikat fiċ-Ċertifikat ta' Eliġibbiltà u ma jistax jaqbeż l-ammont ta' VAT li jitħallas lill-Istat ta' Maharashtra matul l-istess perjodu. L-investimenti eliġibbli huma l-infiq kapitali fil-bini, l-impjanti u l-makkinarju.

(221)

Matul l-investigazzjoni nstab li żewġ produtturi esportaturi li jinsabu f'Maharashtra bbenefikaw mis-sottoskema ta' SPI.

(222)

Wara l-iżvelar żewġ produtturi esportaturi Indjani inklużi fil-kampjun sostnew li s-sottoskema tal-IPS offruta mill-GTM ma tapplikax għall-istadji ta' manifattura, produzzjoni jew esportazzjoni tal-PSF, kemm direttament kif ukoll indirettament, u li l-benefiċċju huwa dipendenti fuq l-ammont ta' taxxi domestiċi mħallsa. Huma sostnew ukoll li l-għan tal-iskema mhuwiex li tipprovdi benefiċċju għall-produtturi esportaturi iżda li tikkumpensa għan-nefqa mġarrba b'rabta mar-ritardi tar-reġjun u għalhekk li l-iskema ma tistax tiġi kkumpensata. Aktar minn hekk, huma sostnew li l-iskema għandha tiġi trattata bħala sussidju kapitali aktar milli sussidju rikorrenti u l-benefiċċju totali riċevut għandu jkun mifrux fuq il-perjodu normali ta' deprezzament tal-kapital issussidjat. F'dan ir-rigward, l-investigazzjoni żvelat kif imsemmi fil-premessa 220 li l-għajnuna titħallas kull sena għall-investimenti eleġibbli li huma l-infiq fil-bini, l-impjanti u l-makkinarji. Dawn l-investimenti huma marbuta direttament mal-PSF. Is-sempliċi fatt li l-ammont ta' kull sena li jista' jintalab huwa limitat bl-ammont ta' taxxi domestiċi mħallsa lill-GTM fuq l-istess perjodu, ma jbiddilx il-fatt li l-benefiċċju ta' kull sena tal-GTM jikkostitwixxi kontribut finanzjarju tal-GTI li jagħti benefiċċju lill-produttur esportatur investigat. Fl-aħħar, l-għotja mħallsa kull sena m'għandhiex l-għażla tas-sussidju kapitali anke jekk investiment fl-oġġetti kapitali huwa fil-bidu ta' dan il-ħlas. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi rrifjutata.

(d)   Konklużjoni dwar l-EDE u l-IPS

(223)

Iż-żewġ sottoskemi huma sussidju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li huma kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI li tat benefiċċju lill-esportaturi investigati.

(224)

Dawn l-iskemi ta' sussidju huma speċifikati skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità li tagħti l-għajnuna, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil ċerti intrapriżi f'reġjun ġeografiku magħżul.

(225)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensatorju.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(226)

Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidju kumpensatorju huwa kkalkulat f'termini ta' benefiċċju mogħti lil min jirċevih, f'relazzjoni mal-prodott ikkonċernat, li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan l-ammont (numeratur) ġie allokat matul id-dħul totali ta' bejgħ tal-prodott ikkonċernat tal-produttur esportatur matul il-perjodu tal-investigazzjoni, minħabba li s-sussidju ma jiddependix fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

(227)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward tas-sottoskema tal-EDE ammontat għal 0,31 % għall-kumpanija unika li tagħmel użu minn dan il-benefiċċju.

(228)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward tas-sottoskema tal-IPS kienet tammonta għal 1,03 % u 1,91 % rispettivament matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-kumpanniji kkonċernati.

3.2.9.   Ammont ta' sussidji kumpensatorju

(229)

Fuq il-bażi tas-sejbiet, l-ammont totali ta' sussidji kumpensatorji għall-produtturi esportaturi verifikati, espress ad valorem, instab fil-medda minn 4,16 % sa 7,65 %, kif mogħti fil-qosor fit-tabella ta' hawn taħt.

Tabella 1

Ammont ta' sussidji kumpensatorji — L-Indja

(%)

Skema

FMS

FPS

DDS

AAS

DFIA

EPCGS

PSI/EDE

PSI/IPS

Totali

Kumpanija

Bombay Dyeing and Manufacturing Co. Ltd.

0,42

1,77

0,31

1,91

4,41

Ganesha Ecosphere Ltd.

1,95

0,24

0,11

4,95

0,40

7,65

Indo Rama Synthetics Ltd.

0,15

1,75

1,89

0,37

1,03

5,19

Polyfibre Industries Pvt. Ltd.

0,19

1,85

2,12

4,16

Reliance Industries Limited

0,63

1,59

4,31

0,46

6,99

3.3.   IL-VJETNAM

3.3.1.   Ġenerali

(230)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinstab fl-ilment u t-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta' sussidji mill-Gvern tal-Vjetnam, ġew mistħarrġa:

A.

Self preferenzjali tal-gvern lill-industrija tal-PSF minn banek tal-Istat u l-inkarigu tal-Gvern u direzzjoni ta' banek privati, u appoġġ għar-rata tal-imgħax;

B.

il-forniment mill-Gvern ta' prodotti lill-industrija tal-PSF minn impriżi tal-Istat għal remunerazzjoni mhux adegwata;

C.

il-forniment mill-Gvern ta' art għal remunerazzjoni mhux adegwata u benefiċċji oħra relatati mal-art;

D.

eżenzjonijiet mit-taxxa diretta u programmi ta' tnaqqis;

E.

programmi ta' taxxa indiretta u tariffi ta' importazzjoni;

F.

deprezzament antiċipat fuq assi fissi;

G.

programmi oħrajn dwar is-sussidju, inkluż skemi statali, reġjonali, u tal-gvern lokali.

(231)

Il-Kummissjoni investigat l-iskemi kollha allegati fl-ilment. Għal kull skema ġie investigat jekk, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, setgħux jiġu stabbiliti kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTV u benefiċċju mogħti lill-produtturi esportaturi. L-investigazzjoni żvelat li, f'dan il-każ, kull benefiċċju li nstab għall-iskemi investigati huwa taħt il-livell limitu de minimis applikabbli fl-Artikolu 14(5) (4) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, ma ġiex ikkunsidrat neċessarju li ssir konklużjoni dwar il-kumpensabilità tal-iskemi individwali.

(232)

Madankollu għal finijiet ta' ċarezza u trasparenza, id-dettalji tal-iskemi u r-rati ta' sussidji korrispondenti għal kumpaniji individwali huma stabbiliti hawn taħt, mingħajr ħsara għal jekk is-sussidji humiex ikkunsidrati kumpensatorji jew le. Il-benefiċċju kien ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku.

3.3.2.   Skemi speċifiċi ta' sussidju

Skemi ta' sussidju li ma ntużawx mill-produtturi esportaturi Vjetnamiti matul il-perjodu ta' investigazzjoni

(233)

L-investigazzjoni sabet li l-iskemi li ġejjin ma ntużawx mill-produtturi esportaturi Vjetnamiti investigati:

(a)

il-forniment mill-Gvern ta' prodotti lill-industrija tal-PSF minn impriżi tal-Istat għal remunerazzjoni mhux adegwata;

(b)

deprezzament antiċipat fuq assi fissi;

(c)

programmi oħrajn dwar is-sussidju, inkluż skemi statali, reġjonali, u tal-gvern lokali.

(234)

F'dak li jirrigwarda, b'mod partikolari, il-forniment ta' prodotti mill-Gvern għall-industrija tal-PSF minn impriżi tal-Istat għal remunerazzjoni mhux adegwata, l-allegazzjoni f'dan ir-rigward li tinsab fl-ilment kienet li l-PTA/MEG, li jista' jintuża bħala materja prima ewlenija għall-produzzjoni ta' PSF, inkiseb mill-produtturi Vjetnamiti bi prezzijiet sussidjati. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi investigati ma kienu qegħdin jużaw il-PTA/MEG bħala l-materja prima ewlenija iżda li minflok kollha kienu qed jużaw fliexken tal-PET irriċiklati jew tqarqiċ tal-fliexken tal-PET.

(235)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur innota li l-Kummissjoni pprovdiet analiżi parzjali għal waħda minnhom biss, li hija d-dispożizzjoni ta' PTA/MEG bi prezzijiet ississidjati. Fejn jidħol dan il-programm, l-ilmentatur sostna li l-mod kif ġie stabbilit il-kampjun u l-fatt li produttur ewlieni ta' PSF fil-Vjetnam ma kinux inklużi fl-investigazzjoni kellu effett fuq l-iddeterminar ta' sussidjar għal dan il-programm.. L-ilmentatur elenka wkoll programmi ta' sussidju allegati oħra fil-Vjetnam li għalihom ġiet sottomessal-informazzjoni fl-ilment.

(236)

Kif spjegat il-Kummissjoni fil-premessi 32 — 34 u 42 hawn fuq, ma kien hemm bżonn l-ebda kampjunar għall-Vjetnam minħabba li l-produtturi esportaturi Vjetnamiti kollha esprimew l-intenzjoni tagħhom li jikkooperaw, u t-tweġibiet riċevuti minn tliet produtturi li kkooperaw koprew 99 % tal-importazzjonijiet mill-Vjetnam. Għalhekk, l-argumenti tal-ilmentatur dwar il-kampjunar m'humiex rilevanti għas-sejbiet tal-investigazzjoni. Aktar minn hekk, is-sempliċi fatt li hemm produtturi oħra kbar ta' PSF fil-Vjetnam ma jqajjumx dubji dwar ir-rappreżentattività tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-Kummissjoni tikkonferma li fittxet informazzjoni u tweġibiet dwar is-sussidji allegati kollha inklużi fl-ilment inkluż dawk imsemmija mil-ilmentatur fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar, iżda dawn il-programmi nstab li ma ntużawx mill-esportaturi li kkooperaw. Il-Kummissjoni pprovvdiet dettalji dwar id-dispożizzjoni tal-PTA/MEG minħabba li dan il-programm deher bħala allegazzjoni kbira fl-ilment, li possibliment tagħti sussidju kompensatorju sinifikanti.

Skemi ta' sussidju użati mill-produtturi esportaturi Vjetnamiti investigati matul il-perjodu tal-investigazzjoni

(237)

L-iskemi t'hawn taht instab li ntużaw mill-produtturi esportaturi Vjetnamiti investigati matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

3.3.3.   Self preferenzjali

3.3.3.1.   Appoġġ għar-rata tal-imgħax wara l-investiment mill-Bank ta' Żvilupp tal-Vjetnam

(238)

Il-Bank ta' Żvilupp tal-Vjetnam (“Vietnam Development Bank — VDB”) huwa bank politiku tal-Istat stabbilit fl-2006 skont id-Deċiżjoni Nru 108/2006/QD-TTg biex jimplimenta l-politiki tal-Istat fuq investiment fl-iżvilupp ta' kreditu ta' investiment u ta' kreditu ta' esportazzjoni. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, il-Bank ta' Żvilupp tal-Vjetnam (“VDB”) amministra programm għall-appoġġ għar-rata tal-imgħax fuq xi self minn banek kummerċjali. Fi ħdan dan il-qafas, il-kumpaniji tal-Grupp Thai Binh kellhom kuntratti mal-VDB għall-appoġġ ta' self mill-BIDV u l-Vietcom Bank.

(239)

Il-bażi ġuridika għall-programm hija Digriet Nru 75/2011/ND-CP mit-30 ta' Awwissu 2011, li tieħu post Digriet Nru 151/2006/ND-CP, Digriet Nru 106/2008/ND-CP u Digriet 106/2004 ND-CP. Meta l-kuntratti jkunu ġew iffirmati qabel l-applikazzjoni tad-Digriet Nru 75/2011, japplikaw id-Digrieti ta' qabel.

(240)

Il-benefiċċju minn dan il-programm huwa daqs id-differenza bejn ir-rati tal-imgħax offruti mill-VDB u rati ta' interessi minn banek kummerċjali applikati fuq self lil dawn iż-żewġ kumpanniji. Il-programm japplika għal selfiet ta' terminu twil u medju minn banek kummerċjali użati għall-finanzjament ta' proġetti ta' investiment.

(241)

Il-benefiċċju stabbilit minn din l-iskema jvarja bejn 0 % u 0,28 %.

3.3.3.2.   Self b'interessibaxx mogħti minn xi banek kummerċjali tal-Istat

(242)

L-investigazzjoni wriet li parti sinifikanti tas-settur bankarju fil-Vjetnam huwa proprjetà tal-Istat; kważi 50 % tas-self fl-ekonomija Vjetnamita matul il-perjodu ta' invetigazzjoni sar minn 5 banek kbar proprjetà tal-istat (5). Hemm limitazzjonijiet fuq is-sjieda barranija ta' banek stabbiliti fil-Vjetnam (6). Il-banek kummerċjali huma mitluba li jipprovdu appoġġ għar-rata tal-imgħax lin-negozji (7). Il-Bank tal-Istat tal-Vjetnam jistabbilixxi r-rati massimi tal-imgħax li l-banek kummerċjali jistgħu japplikaw għal self lil xi entitajiet (8). L-informazzjoni fil-fajl turi li l-banek kummerċjali tal-Istat qed joffru rati ta' imgħax aktar baxxi minn banek oħra.

(243)

Diversi liġijiet fil-Vjetnam li jikkonċernaw is-settur bankarju u self jirreferu għal self preferenzjali. Pereżempju, ir-Regolament 1627 tal-2001 jirreferi għal self lil klijenti li huma soġġetti għal politika ta' kreditu preferenzjali (l-Artikoli 20 u 26) jew il-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet ta' Kreditu tirreferi għal krediti konċessjonali (Artikolu 27).

(244)

L-ammont ta' sussidju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li hu d-differenza bejn l-ammont li l-kumpaniji tħallas fuq is-self tal-gvern u l-ammont li l-kumpanija tkun se tħallas għal self kummerċjali paragunabbli li jista' jinkiseb fis-suq.

(245)

L-informazzjoni deskritta fil-premessi 242 u 243 hawn fuq tindika distorsjonijiet sinifikanti fis-settur finanzjarju Vjetnamit. Għalhekk il-Kummissjoni rrikorriet għal punt ta' riferiment estern għall-kalkolu tal-benefiċċju minn self preferenzjali. Kif iddikjarat fil-premessa 231 iktar' il fuq, dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kumpensabilità tas-sussidju li tirriżulta minn self preferenzjali. Anki minħabba s-sussidjarjetà de minimis, il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda konklużjonijiet finali jekk il-banek ikkonċernati humiex korpi pubbliċi jew jekk il-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu mwettqa mill-banek hijiex biżżejjed.

(246)

Dan il-punt ta' riferiment estern kien meħtieġ biex ikopri self fil-munita VND biss peress li ma dehret l-ebda evidenza li s-self mogħti f'USD kien issussidjat. Mill-kumpaniji li kkooperaw kien biss il-Grupp Thai Binh li rċieva self bil-VND. Il-punt ta' riferiment ġie kkalkulat bl-użu ta' rati tal-imgħax għas-self ta' grupp ta' 48 nazzjon f'pajjiżi b'introjtu medju-baxx (PDG) fil-perjodu l-iktar riċenti disponibbli (2012). Dawn il-pajjiżi ntagħżlu peress li kellhom PDG simili għall-Vjetnam. Dawn ir-rati mbagħad ġew aġġustati għall-inflazzjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni biex jipproduċu rati ta' imgħax reali u medja għal 48 pajjiż ġiet ikkalkulata għal dawk il-pajjiżi li għalihom kien hemm dejta disponibbli. Is-sors tar-rati ta' imgħax u ta' inflazzjoni tal-pajjiż kien il-Bank Dinji. Ir-rata ta' imgħax reali medju għal dawn il-pajjiżi b'introjtu medju-baxx kienet ta' 8,23 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan il-livell ġie mqabbel mal-medja tar-rati ta' imgħax aġġustati għall-inflazzjoni tas-self kollu VND għall-kumpaniji investigati.

(247)

Il-benefiċċju għal dan il-programm ivarja bejn 0 % u 1,34 %.

(248)

Wara l-iżvelar, il-GTV ma kkontestax il-konklużjonijiet dwar id-distorsjonijiet tas-sistema finanzjarja Vjetnamita u ssottometta li l-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk il-banek kummerċjali tal-Istat humiex korpi pubbliċi u jekk il-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu mwettqa minnhom hijiex biżżejjed. Fil-fehma tal-GTV, din l-analiżi setgħet influwenzat il-konklużjoni dwar l-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja u wkoll l-użu ta' punt ta' riferiment estern biex jistabbilixxi l-benefiċċju mogħti minn dan il-programm.

(249)

Kif speċifikat fil-premessi 242 — 243 hawn fuq, l-informazzjoni u l-evidenza miġburin fl-investigazzjoni juru distorsjonijiet sinifikanti fis-sistema bankarja Vjetnamita. Minħabba dawn id-distorsjonijiet, f'konformità mar-regoli tar-Regolament bażiku, irid jintuża punt ta' riferiment estern biex jiddetermina l-ammont ta' benefiċċju (jekk ikun hemm). Minħabba li l-benefiċċji tal-produtturi esportaturi Vjetnamiti huma de minimis, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-banek humiex korpi pubbliċi u/jew jekk il-valutazzjoni ta' riskju hijiex biżżejjed kif iċċarata fi premessi 231 u 232 hawn fuq.

3.3.4.   Il-forniment tad-drittijiet tal-użu tal-art

(250)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw kienu allokati drittijiet tal-użu tal-art f'żoni industrijali speċjali. Filwaqt li l-Grupp Thai Binh irċieva l-LUR direttament mill-Istat, l-art għall-Vietnam New Century Polyester Fibre Co Ltd. (“VNC”) hija sollokata permezz ta' kumpannija parzjalment proprjetà tal-Istat.

(251)

Il-Grupp Thai Binh għandu tliet biċċiet ta' art fiż-żona industrijali. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni l-Grupp ġie eżentat għal kollox mill-ħlas ta' kera għaż-żewġ biċċiet ta' art. Il-bażi għall-eżenzjoni huma Digriet Nru 121/2010/ND-CP u Digriet Nru 142/2005/ND-CP. Il-Grupp ma ħallasx il-kera wkoll għat-tielet biċċa ta' art minħabba li huwa fil-proċess amministrattiv li jitlob l-eżenzjoni. Ir-rati tal-kera eżentati huma ferm taħt ir-rati mħallsa mill-Grupp għal art simili oħra fil-viċinanzi taż-żona industrijali u jidhru li huma ferm taħt il-prezzijiet normali ta' art fir-reġjun.

(252)

Il-VNC ma ngħatatx eżenzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-użu tal-art, madankollu kien ċar li kienet qed tirċievi benefiċċju matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-VNC għandha tliet biċċiet ta' art minn pajjiż kumpannija parzjalment proprjetà tal-Istat bħala sullokazzjonijiet. Għalkemm il-GTV ddikjara li dawn huma tranżazzjonijiet bejn partijiet privati, l-informazzjoni fil-fajl tikkontraddixxi din id-dikjarazzjoni. Il-liċenza ta' investiment ta' VNC telenka l-kiri ta' art bħala benefiċċju preferenzjali. Fil-liċenzja l-Kumitat Popolari ta' Quang Ninh jobbliga lil VNC tikri l-art minn din il-kumpanija. Anke skont il-kuntratt tal-bidu bejn il-kumpanija parzjalment proprjetà tal-Istat li tikri l-biċċa art lil VNC u l-awtorità lokali tal-artijiet, it-trasferiment sussegwenti tal-art hiuwa possibbli biss taħt ċerti kundizzjonijiet stabbiliti minn awtorità lokali tal-artijiet. Dan juri li l-Istat huwa involut fit-transazzjoni tal-art bejn iż-żewġ partijiet.

(253)

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-benefiċċji l-Kummissjoni pparagunat il-prezzijiet tal-art baxxi marbuta mat-tranżazzjonijiet fiż-żoni industrijali ma' prezz referenzjarju għal art simili. L-investigazzjoni sabet indikazzjonijiet li s-suq għall-art fil-Vjetnam jidher li huwa regolat u huwa mxekkel minħabba intervent mill-gvern, minħabba li hemm eżenzjoni jew remunerazzjoni preferenzjali għal LUR dwar art li tinsab f'żoni msejħa żoni industrijali u/jew setturi tan-negozju mħeġġa. F'dan il-każ speċifiku, il-Kummissjoni sabet tranżazzjoni ta' LUR ta' natura affidabbli biżżejjed minħabba li l-art ikkonċernata tinsab barra minn kull żona mħeġġa u minħabba li l-kumpannija kkonċernata hija attiva f'settur mhux relatat ma' PSF u mhux imħeġġeġ taħt il-politiki tal-gvern. Il-prezzijiet f'din it-tranżazzjoni jintużaw bħala punt ta' riferiment għall-valutazzjoni tal-benefiċċju, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq tal-artijiet ġenerali fil-Vjetnam.

(254)

Il-benefiċċju għal din l-iskema jvarja bejn 0,17 % u 0,37 %.

3.3.5.   Programmi ta' tnaqqis u ta' eżenzjoni diretta mit-taxxa

(255)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw ibbenefikaw minn diversi eżenzjonijiet mit-taxxa diretta bbażati fuq l-eżenzjonijiet elenkati fil-liċenzji ta' investiment tagħhom. Il-bażi ġuridika għal dawn l-eżenzjonijiet huma d-Digriet Nru 164/2003/ND-CP sostitwit bid-Digrieti 124/2008/ND-CP u 122/2011/ND-CP, iċ-Ċirkolari 140/2012, Digriet Nru 164/2003/ND-CP emendat u supplimentat bid-Digriet Nru 152/204/ND-CP eżenzjoni mid-dazju u l-VAT fuq l-importazzjonijiet ta' makkinarju.

(256)

Skont il-leġislazzjoni ta' hawn fuq l-eżenzjonijiet u tnaqqis tat-taxxa diretta huma disponibbli, fost l-oħrajn, għal kumpanniji li jinsabu f'żoni/parks industrijali speċjali jew kumpaniji li jimpjegaw numru kbir ta' impjegati, jew kumpaniji li joperaw f'ċerti setturi tal-ekonomija.

(257)

L-ammont ta' sussidju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta' dak li jitħallas flimkien mar-rata ta' taxxa preferenzjali mnaqqsa, jew l-ammont ta' taxxa eżentata għal kollox. L-ammonti meqjusa bħala sussidju huma bbażati fuq id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa annwali l-aktar reċenti. Is-sussidju kien allokat fuq bażi totali tal-kumpannija u espress bħala perċentwal tal-dħul tal-esportazzjoni cCIF tal-Unjoni.

(258)

Il-benefiċċju għal din l-iskema jvarja bejn 0,11 % u 0,36 %.

3.3.6.   Eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni fuq materja prima importata

(259)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw irċevew eżenzjonijiet mill-pagament tad-dazji fuq materja prima importata matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-bażi ġuridika għall-eżenzjoni hija l-Liġi dwar it-Taxxa ta' Importazzjoni u Esportazzjoni Nru 45/2005/QH11 implimentata min Digriet Nru 87/2010/ND-CP. Ir-regoli għas-sistema u l-proċeduri ta' spezzjoni u s-superviżjoni huma stabbiliti fiċ-Ċirkolari 194/2010TT.

(260)

Il-GTV fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju rrapporta li huwa jopera sistema ta' rifużjoni ta' dazju/sistema ta' sospensjoni. Skont il-leġiżlazzjoni l-eżenzjoni tapplika għal materja prima importata kkunsmata fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Tista' ssir rifużjoni fuq is-sazji sa fejn ikun determinat mill-proporzjon ta' kemm tintuża materja prima importata fil-prodott finali esportat.

(261)

Instab li matul il-perjodu tal-investigazzjoni iż-żewġ pprodutturi esportaturi lil kkooperaw ma rċevew ebda benefiċċju ekonomiku minn din l-iskema fil-perjodu tal-investigazzjoni. Għalkemm ġew eżentati mill-pagament tad-dazju tal-importazzjoni fuq materja prima, ma nstabet ebda remissjoni żejda fil-perjodu tal-investigazzjoni. Iż-żewġ kumpaniji kellhom bejgħ domestiku relattivament żgħir tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, huma akkwistaw sehem sinifikanti tal-materja prima ewlenija fis-suq domestiku minħabba li l-volumi li importaw għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat esportat ma kinux biżżejjed.

(262)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ma ġiex ikkunsidrat neċessarju li ssir konklużjoni dwar jekk is-sistema ta' rifużjoni tad-dazju rrappurtata hijiex konformi mar-regoli tad-WTO u l-Artikoli tal-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku.

(263)

Wara l-iżvelar, il-GTV appoġġja s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar dan il-programm. Madanakollu, xtaqet ukoll tissottolinja li s-sistema ta' rifużjoni tad-dazju Vjetnamita hija għal kollox konformi mar-regoli fl-Anness II u Anness III tar-Regolament bażiku minkejja n-nuqqas ta' konklużjoni f'dan il-punt. Il-Kummissjoni tieħu nota ta' din il-pożizzjoni tal-GTV. Madanakollu minħabba li l-benefiċċju għall-produtturi esportaturi Vjetnamiti huma de minimis, il-Kummissjoni ttenni l-pożizzjoni tagħha li ma tqisx li huwa neċessarju għall-iskop ta' din l-investigazzjoni li jiġi eżaminat jekk l-iskema ta' rifużjoni tad-dazji tikkonformax mar-regoli fl-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku kif spjegat fil-premessi 231 — 232 hawn fuq.

3.3.7.   Eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni fuq makkinarju importat

(264)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw irċevew eżenzjonijiet mill-pagament tad-dazji u VAT fuq makkinarju importat matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-bażi ġuridika għall-eżenzjoni hija l-Liġi dwar it-Taxxa ta' Importazzjoni u Esportazzjoni Nru 45/2005/QH11 implimentata minn Digriet Nru 87/2010/ND-CP. Ir-regoli għas-sistema u l-proċeduri ta' spezzjoni u s-superviżjoni huma stabbiliti fid-Digriet tal-Gvern Nru 154/2005/N-CP, fiċ-Ċirkolari 194/2010TT u ċ-Ċirkolari 117/2011.

(265)

Il-kumpaniji ntalbu jirrappurtaw l-importazzjonijiet tal-makkinarju fuq perjodu ta' 10 snin. Għalkemm kien ċar li l-benefiċċji kienu dovuti lill-produtturi esportaturi li kkooperaw b'riżultat ta' din l-iskema, dawn ma kinux sostanzjali. Dan huwa għaliex l-importazzjonijiet tal-kumpaniji ta' makkinarju ma kinux importanti meta mqabbla mad-dħul tal-bejgħ ta' PSF tal-UE. Kwalunkwe benefiċċju ġie imdgħajjef mill-fatt li makkinarju ġie amortizzat fuq numru ta' snin (ġeneralment 10 snin) u għalhekk il-benefiċċju għall-perjodu tal-investigazzjoni tnaqqas b'mod korrispondenti.

(266)

Il-benefiċċju għal din l-iskema jvarja bejn 0,08 % u 0,1 %.

3.3.8.   Ammont ta' sussidji

(267)

L-ammont tas-sussidji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku antisussidju, espress ad valorem, għall-produtturi esportaturi Vjetnamiti jvarja bejn 0,6 % u 2,31 %. Il-marġni tas-sussidju għall-pajjiż kollu huwa l-medja ponderata taż-żewġ marġini ta' hawn fuq, jiġifieri 1,25 %. Is-sussidju deskritt kien allokat fuq bażi totali tal-kumpannija u espress bħala perċentwal tal-dħul tal-esportazzjoni CIF tal-Unjoni.

(268)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur sostna li ma kienx ċar kif il-Kummissjoni kkalkulat din il-medda tal-marġini ta' sussidju u għaliex il-Kummissjoni ma ħaditx l-ogħla livelli ta' dawn il-marġini li kienu jkunu ogħla mill-marġini de minimis. Kif spjegat il-Kummissjoni fil-premessa ta' qabel, il-medda tas-sussidji totali aggregati għall-produtturi esportaturi Vjetnamiti li kkoperaw espressa ad valorem tvarja bejn minimu ta' 0,6 % u massimu ta' 2,31 %. Madanakollu, l-kalkolu tal-medja ponderata ta' dawn il-marġini jwassal għal medja ta' kull pajjiż tal-marġini ta' sussidju ugwali għal 1,25 % li hija taħt il-limitu de minimis. Din hija l-metodoloġija użata frekwentament biex tiġi kkalkulata l-medja ta' kull pajjiż tal-marġini ta' sussidju skont ir-regoli relevanti tar-Regolament bażiku.

3.3.9.   Konklużjoni dwar il-Vjetnam

(269)

Ir-rata ta' sussidju għall-pajjiż kollu għall-Vjetnam hija 1,25 %. Billi dan il-marġini huwa de minimis, ġie konkluż illi l-investigazzjoni għandha tintemm fir-rigward ta' importazzjonijiet li joriġinaw fil-Vjetnam, skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku.

4.   DANNU

4.1.   ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI U TAL-PRODUZZJONI TAL-UNJONI

(270)

Il-prodott simili kien manifatturat minn 18-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dawn jikkositwixxu “l-industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(271)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 401 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħalma huma ċ-ċifri ta' produzzjoni vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw inklużi fil-kampjun kif ukoll iċ-ċifri pprovduti mill-ilmentatur. Kif ġie spjegat fil-premessa 10 intgħażlu erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw 54 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   KONSUM TAL-UNJONI

(272)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fuq is-suq tal-Unjoni bl-użu tad-dejta pprovduta mill-ilmentatur u fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ibbażati fuq dejta tal-Eurostat.

(273)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Konsum totali tal-Unjoni

838 397

869 025

837 066

890 992

Indiċi

100

104

100

106

Sors: Ilment, Eurostat

(274)

Il-konsum tal-Unjoni laħaq il-livelli massimi fl-2011 minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-qoton minħabba d-diffikultajiet esperjenzati fir-rigward tal-għelejjel tal-qoton fl-2010. Id-domanda għal PSF, bħala sostitut għal qoton, żdiedet bħala riżultat, iżda reġgħet naqset is-sena ta' wara. Fil-perjodu ta' investigazzjoni, għal darb' oħra hija osservata żieda ta' 6 % fil-konsum tal-Unjoni.

4.3.   IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻI KKONĊERNATI

4.3.1.   Il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(275)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-PSF li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b'mod kumulattiv skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku.

(276)

Il-marġni tas-sussidju stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam kien taħt il-limitu de minimis stabbiliti fl-Artikolu 8(3)(a) tar-Regolament bażiku.

(277)

Għalhekk, il-kundizzjonijiet għal kumulazzjoni ma ntlaħqux u l-analiżi tal-kawżalità hija għalhekk limitata għall-effett tal-importazzjonijiet mill-Indja.

4.3.2.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(278)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum ta' importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta' importazzjonijiet mill-Indja bħala parti tal-konsum totali tal-Unjoni (dan tal-aħħar huwa ddeterminat mill-bejgħ totali tal-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet kollha tal-PSF fl-Unjoni).

(279)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-volum ta' importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-volum ta' importazzjonijiet mill-Indja (tunnellati)

51 258

59 161

63 191

60 852

Indiċi

100

115

123

119

Sehem mis-suq

6,1 %

6,8 %

7,5 %

6,8 %

Indiċi

100

111

123

112

Sors: il-Eurostat

(280)

B'mod ġenerali, l-importazzjonijiet mill-Indja baqgħu pjuttost stabbli, u jammontaw għal sehem mis-suq tal-Unjoni ta' bejn 6 % u 7,5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(281)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet ta' importazzjonijiet fuq il-bażi ta' statistika tal-Eurostat u dejta vverifikata mill-esportaturi li kkooperaw. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tad-dejta pprovduta minn esportaturi li kkooperaw u produtturi tal-Unjoni li kkooperaw.

(282)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

L-Indja

1 025

1 368

1 239

1 212

Indiċi

100

134

121

118

Sors: l-Eurostat u d-dejta vverifikata minn esportaturi li kkooperaw

(283)

Ġiet osservata żieda fil-prezz tal-PSF għas-sena 2011, li hija s-sena tal-kriżi tal-qoton li ssemmiet qabel. Il-prezzijiet naqsu fis-snin ta' wara, iżda baqgħu ogħla mill-prezz osservat għall-2010. Fil-perjodu ta' investigazzjoni, il-prezz kien 18 % ogħla mill-prezz għall-PSF fl-2010.

(284)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezzijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet il-prezzijiet tal-iżbark tal-importazzjoni medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Indjani li kkooperaw inklużi fil-kampjun mal-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni u l-prezzijiet ta' bejgħ medji ponderati għall-istess tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta'prezz mill-fabbrika.

(285)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tal-paragun kien espress bħala perċentwal tal-dħul tal-industrija tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan wera marġini ta' twaqqigħ tal-prezzijiet b'medja ponderata bejn 4,1 % u 43,7 % mill-importazzjonijiet mill-Indja fis-suq tal-Unjoni.

4.4.   IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(286)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkonċernat.

(287)

Kif imsemmi fil-premessa 10, il-kampjunar intuża biex jiġi ddeterminat id-dannu possibbilment imġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(288)

Għall-iskop tad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta inkluża fl-ilment, informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur matul il-proċediment u l-Eurostat. Din id-dejta hija marbuta mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta vverifikata kif suppost li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstab li kienu rappreżentattivi tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(289)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjieg u l-produttività.

(290)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, l-ispiża unitarja, l-ispejjeż tax-xogħol, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġbir ta' kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(291)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

362 195

355 240

361 159

401 119

Indiċi

100

98

100

111

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

492 059

451 310

468 115

466 744

Indiċi

100

92

95

95

Użu tal-kapaċità

73,6 %

78,7 %

77,2 %

85,9 %

Indiċi

100

107

105

117

Sors: Ilmentatur (CIRFS)

(292)

Il-volum tal-produzzjoni tela' bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda saret biss matul il-perjodu ta' investigazzjoni (li jkopri l-aħħar 12-il xahar tal-perjodu kkunsidrat). Matul il-parti tal-perjodu kkunsidrat qabel il-perjodu ta' investigazzjoni (jiġifieri 2011 u 2012) il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas jew staġna.

(293)

Għall-kuntrarju, il-kapaċità tal-produzzjoni għaddiet minn xejra 'l isfel, bi tnaqqis minn 5 % waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. Flimkien mat-tendenza ta' żieda tal-volum ta' produzzjoni kif deskritt fil-premessa 292, l-użu tal-kapaċità żdied bi 17 %. Għandu jiġi enfasizzat, madankollu, li l-użu tal-kapaċità fl-2010, li tintuża bħala bażi għall-analiżi tat-tendenzi, kienet baxxa għal industrija li tuża kapital kbir bħall-industrija tal-PSF u matul il-perjodu ta' investigazzjoni r-rata tal-użu tal-kapaċità kienet ta' 85,9 %.

4.4.2.2.   Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

(294)

Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 6

Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Volum ta' bejgħ totali tas-suq tal-Unjoni (tunnellati)

379 840

366 341

344 134

358 130

Indiċi

100

96

91

94

Sehem mis-suq

45,3 %

42,2 %

41,1 %

40,2 %

Indiċi

100

93

91

89

Sors: Eurostat, ilmentatur (CIRFS)

(295)

Il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqsu fl-2011 u l-2012, iżda rkupraw ftit matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, ġiet osservata waqgħa ta' 6 % xorta waħda fil-konfront tal-volumi mibjugħa fl-2010.

(296)

Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. L-ikbar tnaqqis fis-sehem tas-suq seħħ fl-2011, iżda din it-tendenza 'l isfel kompliet fl-2012 u fil-perijodu ta' investigazzjoni, li rriżulta f'telf ġenerali ta' sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat ta' 11 %.

4.4.2.3.   It-tkabbir

(297)

Minkejja t-tkabbir moderat fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat (żieda ta' 6 %) u ż-żieda fil-volum tal-produzzjoni mill-produtturi tal-Unjoni (+ 11 %), il-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni naqas b' 6 %.

4.4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(298)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Numru ta' impjegati

1 914

1 935

2 000

2 036

Indiċi

100

101

105

106

Produttività (tunnellata/impjegat)

189,3

183,6

180,6

197,0

Indiċi

100

97

95

104

Sors: Ilmentatur (CIRFS)

(299)

L-għadd ta' impjegati żdied b'mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u dan wassal għal żieda ta' 6 %, flimkien maż-żieda fil-produzzjoni kif muri fil-premessa 292.

(300)

Il-produttività naqset fl-2011 u l-2012, minħabba li n-numru ta' impjegati żdied filwaqt li l-volumi tal-produzzjoni staġnaw matul dawk is-snin. B'mod ġenerali, rat żieda ta' 4 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(301)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: