ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 355

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
12 ta' Diċembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1316/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u li jippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għal dik is-sustanza attiva ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1317/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità ( 1 )

8

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1319/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

39

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2014/106/UE tal-5 ta' Diċembru 2014 li temenda l-Annessi V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità ( 1 )

42

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/894/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUTM Mali/4/2014 tad-9 ta' Diċembru 2014 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Stat terz għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali)

50

 

 

2014/895/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (notifikata bid-dokument C(2014) 9334)  ( 1 )

51

 

 

2014/896/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (notifikata bid-dokument C(2014) 9335)  ( 1 )

55

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2014/897/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2014 dwar kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-servizz u l-użu ta' vetturi u sottosistemi strutturali skont id-Direttivi 2008/57/KE u 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

59

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1316/2014

tal-11 ta' Diċembru 2014

li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u li jippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għal dik is-sustanza attiva

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dik id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 2011. Għal Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/253/UE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-21 ta' Ottubru 2010, il-Ġermanja rċeviet applikazzjoni mingħand Mitsui AgriScience International SA/NV, għall-inklużjoni tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 fl-Anness I tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2011/253/UE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fl-14 ta' Jannar 2013, l-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni (4) tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 fis-27 ta' Marzu 2014. L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali l-Ikel u l-Għalf u ġew iffinalizzati fl-10 ta' Ottubru 2014 fil-format ta' rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 huma mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 tiġi approvata.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(7)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b'konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jeżaminaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B'deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta' detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ta' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(9)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Huwa xieraq ukoll li l-Istati Membri jitħallew jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 sabiex jingħataw iż-żmien meħtieġ biex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward ta' dawk l-awtorizzazzjonijiet proviżorji.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   Skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 bħala sustanza attiva sat-30 ta' Settembru 2015.

Sa dik id-data dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew issodisfatt l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, li kollha ġew elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2016; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn jeħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' Settembru 2016 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fl-att jew fl-atti rispettivi, li bis-saħħa tagħhom ikunu ġew inklużi jew approvati s-sustanza jew is-sustanzi attivi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema ikun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Estensjoni tal-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti għall-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li fihom il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 għal perjodu li jintemm sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2016.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' April 2015.

Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1)

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/253/UE tas-26 ta' April 2011 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl tal-possibbiltà tal-inklużjoni tal-metobromuron, l-aċidu S-Abskisiku, il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum D747, il-Bacillus pumilus QST 2808 u s-Streptomyces lydicus WYEC 108 fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 106, 27.4.2011, p. 13).

(4)  The EFSA Journal (2014); 12(4):3624. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747

In-numru tal-aċċess fl-Agricultural Research Culture Collection (NRRL), Peoria, Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerika: B-50405

Numru tad-depożitu fid-Depożitarju tal-Organiżmi bi Privattivi Internazzjonali, Tokjo, il-Ġappun: FERM BP-8234.

Mhux applikabbli

Konċentrazzjoni minima: 2,0 × 1011 CFU/g

fl-1 ta' April 2015

fil-31 ta' Marzu 2025

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fl-10 ta' Ottubru 2014 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, waqt li jitqies li l-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 huwa kkunsidrat bħala sensitizzatur potenzjali. Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

Il-produttur għandu jiżgura li jkun hemm manutenzjoni stretta tal-kundizzjonijiet ambjentali kif ukoll analiżi ta' kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“83

Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747

In-numru tal-aċċess fl-Agricultural Research Culture Collection (NRRL), Peoria, Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerika: B-50405

Numru tad-depożitu fid-Depożitarju tal-Organiżmi bi Privattivi Internazzjonali, Tokjo, il-Ġappun: FERM BP-8234.

Mhux applikabbli

Konċentrazzjoni minima: 2,0 × 1011 CFU/g

fl-1 ta' April 2015.

fil-31 ta' Marzu 2025.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fl-10 ta' Ottubru 2014 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, waqt li jitqies li l-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747 huwa kkunsidrat bħala sensitizzatur potenzjali. Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

Il-produttur għandu jiżgura li jkun hemm manutenzjoni stretta tal-kundizzjonijiet ambjentali kif ukoll analiżi ta' kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


12.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1317/2014

tal-11 ta' Diċembru 2014

dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 497(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi evitat tfixkil għas-swieq finanzjarji internazzjonali u l-istituzzjonijiet jiġu ppenalizzati billi jiġu soġġetti għal rekwiżiti ogħla ta' fondi proprji waqt il-proċessi ta' awtorizzazzjoni u r-rikonoxximent ta' kontropartijiet ċentrali eżistenti (“CCPs”), l-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 stabbilixxa perjodu tranżitorju li matulu l-kontropartijiet ċentrali kollha li istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jikklerjaw it-tranżazzjonijiet magħhom se jitqiesu bħala kontropartijiet ċentrali kwalifikanti (“QCCPs”).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 emenda wkoll ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward ta' ċerti inputs għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' istituzzjonijiet għal skoperturi għal CCPs. Għaldaqstant, l-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jeħtieġ li ċerti CCPs jirrappurtaw, għal perjodu limitat ta' żmien, l-ammont totali tal-marġni inizjali li huma jkunu rċevew mill-membri tal-ikklerjar tagħhom. Dan il-perjodu tranżitorju jirrifletti dak il-perjodu stipulat fl-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)

Kemm il-perjodu tranżitorju għar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbilit fl-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll il-perjodu tranżitorju għar-rapportar ta' marġni inizjali stipulat fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 89 (5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu previsti li jiskadu fil-15 ta' Ġunju 2014.

(4)

L-Artikolu 497(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex f'ċirkostanzi eċċezzjonali tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex il-perjodu tranżitorju jiġi estiż b'sitt xhur. Din l-estensjoni għandha tapplika wkoll fir-rigward tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 591/2014 (3) diġà estenda dawn il-perjodi tranżitorji b'sitt xhur, sal-15 ta' Diċembru 2014.

(5)

Il-proċess ta' awtorizzazzjoni għas-CCPs eżistenti stabbiliti fl-Unjoni ilu għaddej iżda mhux se jitlesta sal-15 ta' Diċembru 2014. Rigward is-CCPs stabbiliti f'pajjiżi terzi li diġà applikaw għar-rikonoxximent, għalissa ma ngħata l-ebda rikonoxximent lil dawn is-CCPs. Estensjoni ulterjuri tal-perjodu tranżitorju għalhekk se tippermetti lill-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni (jew is-sussidjarji tagħhom stabbiliti barra mill-Unjoni) biex jevitaw żieda sinifikanti fir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom minħabba n-nuqqas ta' CCPs rikonoxxuti stabbiliti f'kull wieħed minn dawk il-pajjiżi terzi rilevanti u tipprovdi, b'mod vijabbli u aċċessibli, it-tip speċifiku ta' servizzi tal-ikklerjar li jeħtieġu dawk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Filwaqt li żieda bħal din tista' tkun biss temporanja, din tista' potenzjalment twassal għall-irtirar tagħhom bħala parteċipanti diretti f'dawk is-CCPs u għalhekk tikkawża tfixkil fis-swieq li joperaw fihom dawk is-CCPs. Estensjoni ulterjuri ta' sitt xhur tal-perjodi tranżitorji, jiġifieri sal-15 ta' Ġunju 2015, hija għalhekk meħtieġa.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-perjodi ta' 15-il xahar imsemmija fl-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, rispettivament, kif diġà estiżi skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 591/2014, jiġu estiżi b'sitt xhur oħra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 591/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 31).


12.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1318/2014

tal-11 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operat fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(2)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-EASA) għaddew informazzjoni lill-Kummissjoni li hi rilevanti fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista Komunitarja. L-informazzjoni rilevanti għaddewha wkoll xi pajjiżi terzi. U għalhekk il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata skont din l-informazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni għarrfet lil kull trasportatur tal-ajru kkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsawru l-bażi ta' deċiżjoni li timponi projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jew li tibdel il-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni tal-operat imposta fuq trasportatur tal-ajru imniżżel fil-lista Komunitarja.

(4)

Lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati l-Kummissjoni tathom l-opportunità li jikkonsultaw id-dokumenti li ressqu l-Istati Membri, biex jagħtu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3) (il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru).

(5)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (4) tiegħu, mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-istati ta' Angola, il-Botswana, il-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Ginea, l-Indja, l-Indoneżja, il-Kazakistan, ir-Repubblika Kirgiża, il-Libanu, il-Libja, il-Madagaskar, ir-Repubblika Islamika tal-Mawritanja, il-Możambik, in-Nepal, il-Filippini, São Tomé u Príncipe, is-Sudan u ż-Żambja. Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva wkoll aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar l-Afganistan, il-Gana, l-Iran u l-Korea ta' Fuq. Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva wkoll aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa.

(6)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru sema' l-preżentazzjonijiet tal-EASA dwar ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti ta' verifika li għamlet l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (l-ICAO) fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (l-USOAP). L-Istati Membri ntalbu jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa tat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja mill-istati u li fil-każ tagħhom l-ICAO tkun identifikat każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (SSCs) jew li fil-każ tagħhom l-EASA tkun ikkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tkun tista' tinkiseb aktar informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru li huma għandhom il-liċenzja f'dawk l-istati.

(7)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru sema' l-preżentazzjonijiet tal-EASA dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li saru fil-Programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (is-SAFA) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru sema' l-preżentazzjonijiet tal-EASA dwar il-proġetti ta' assistenza teknika mwettqa fi stati milquta mill-miżuri jew mill-monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Il-Kumitat ġie infurmat bil-pjanijiet tal-EASA u bit-talbiet għal aktar assistenza teknika u koperazzjoni biex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili bil-għan li jissolvew nuqqasijiet ta' konformità ma' standards internazzjonali applikabbli. L-Istati Membri ntalbu wkoll iwieġbu dawn it-talbiet fuq bażi bilaterali f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni saħqet is-siwi li tingħata informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi tad-dejta SCAN tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja.

(9)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru sema' wkoll preżentazzjoni tal-Eurocontrol li taġġorna dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tas-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal trasportaturi tal-ajru projbiti.

It-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara li l-EASA għarblet l-informazzjoni li ħarġet minn spezzjonijiet fir-rampa mwettqa fuq inġenji tal-ajru ta' ċertu trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li għamlet l-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u verifiki speċifiċi li għamlu l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, bosta Stati Membri ħadu ċertu miżuri ta' infurzar u għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'dawk il-miżuri. Il-Greċja għarrfet li l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Griega għamlet spezzjonijiet lil Gain Jet Aviation u lil Skygreece Airlines. Meta saru aktar spezzjonijiet ma ġiet identifikata l-ebda problema.

(11)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza, l-Istati Membri għamluha ċara li lesti jaġixxu kif meħtieġ.

It-trasportaturi tal-ajru minn Angola

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2011 (6), jippermetti lit-trasportatur tal-ajru TAAG Angolan Airlines iċċertifikat f'Angola, biex jopera fl-Unjoni b'erba' inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-700 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH u D2-TBJ, bi tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-200 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF, u b'żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-300 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TEG u D2-TEH.

(13)

Fil-21 ta' Novembru 2014, TAAG Angolan Airlines ressaq applikazzjoni, permezz tal-awtoritajiet kompetenti ta' Angola (l-INAVIC), biex iżid inġenju tal-ajru ġdid tat-tip Boeing 777-300 mal-lista fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Iżda għad baqa' diffikultajiet persistenti biex jinħoloq u jinżamm kuntatt regolari mal-INAVIC u ma' TAAG Angolan Airlines. Daqstant ieħor jeżistu dawn id-diffikultajiet fil-kuntatt bejn l-INAVIC u l-ICAO, u minħabba f'hekk, dan l-aħħar tħassru bosta awditi tal-ICAO li kienu skedati minn qabel. Dawn id-diffikultajiet joħorġu fid-dieher il-problemi interni ta' komunikazzjoni fi ħdan TAAG Angolan Airlines, fi ħdan l-INAVIC u anki bejniethom, tant li hu impossibbli jiġi vvalutat jekk it-talba ta' TAAG Angolan Airlines hix ta' riskju għas-sikurezza. Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li l-aħjar mod kif taġixxi hu li titlob lill-INAVIC kif ukoll lil TAAG Angolan Airlines biex fil-futur qrib jaħdmu id f'id magħha bil-ħsieb li terġa' tiġi eżaminata bir-reqqa s-sitwazzjoni attwali tas-sikurezza minn kull aspett, fosthom anki fejn jidħlu xi inġenji tal-ajru ġodda li jkunu ngħaqdu mal-flotta ta' TAAG Angolan Airlines.

(14)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi inġenji tal-ajru oħrajn li jopera TAAG Angolan Airlines.

(15)

L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva ta' TAAG Angolan Airlines mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lil inġenji tal-ajru ta' dan it-trasportatur tal-ajru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

It-trasportaturi tal-ajru mill-Botswana

(16)

F'April 2013, l-ICAO wettqet Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO (ICVM) fil-Botswana. Din l-ICVM kisbet riżultati parzjalment pożittivi: tjiebet l-Implimentazzjoni Effettiva. Iżda nkiseb riżultat negattiv għax instabu żewġ SSCs. Barra minn hekk, mill-2010 ġraw żewġ inċidenti b'inġenji tal-ajru rreġistrati l-Botswana.

(17)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, in-nuqqas attwali ta' implimentazzjoni effettiva tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati tal-ICAO, iż-żewġ każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (SSCs), iż-żewġ inċidenti u l-komunikazzjoni intermittenti bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana (is-CAAB), f'ittra tat-8 ta' Lulju 2014 lis-CAAB il-Kummissjoni talbet informazzjoni fir-rigward ta' trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana.

(18)

Is-CAAB wieġbet fit-3 ta' Ottubru 2014, u tat l-informazzjoni mitluba sabiex turi li l-Istat qed jagħmel implimentazzjoni effettiva tal-Istandards u tal-Prattiki Rakkomandati tal-ICAO u sabiex jissolvew iż-żewġ każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza.

(19)

Skont dik l-informazzjoni, jidher li s-CAAB tixtieq li l-ICAO tagħmel ICVM oħra qabel tmiem din is-sena ħalli tivverifika li l-azzjonijiet korrettivi meħuda huma biżżejjed biex jissolvew iż-żewġ SSCs.

(20)

Il-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija turi wkoll li kull trasportatur tal-ajru ġie ċċertifikat mill-ġdid u ngħata AOC (Ċertifikati tal-Operatur tal-Ajru) ġdid fl-istess data. Dan kollu joħloq piż fil-ħidma tas-CAAB kull darba li dawn l-AOCs ikunu jridu jiġu aġġornati. Is-CAAB ħoloq programm ta' sorveljanza biex jissorvelja s-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru, iżda l-implimentazzjoni ta' dan il-programm inqatgħet lura. Fl-aħħar nett, waqt l-attivitajiet ta' sorveljanza ġie rreġistrat biss għadd limitat ta' sejbiet u minħabba f'hekk, huwa diffiċli li jitkejjel kemm is-CAAB hi kapaċi ssolvi kwistjonijiet tas-sikurezza li jaf jinqalgħu Sabiex jixxejnu dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni jeħtieġ titlob informazzjoni addizzjonali filwaqt li se tistieden lis-CAAB għal laqgħa teknika biex tiddiskuti aktar dettalji fejn tidħol is-sitwazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Botswana.

(21)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Botswana.

It-trasportaturi tal-ajru mill-Ġeorġja

(22)

Se jissoktaw il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Ġeorġja (il-GCAA) bil-għan li l-GCAA tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva żviluppat minħabba l-każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza li identifikat l-ICAO bl-Awditu tas-Sistema Komprensiva (is-CSA) tal-Ġeorġja f'Ottubru 2013.

(23)

Abbażi tal-informazzjoni li taw il-GCAA dwar l-azzjonijiet li qed jieħdu biex ixejnu l-każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza, il-Kummissjoni jidhrilha li m'hemmx bżonn titlob lill-GCAA biex jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Il-Kummissjoni rrappurtat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva li żviluppaw il-GCAA.

(24)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Ġeorġja.

It-trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika tal-Ginea

(25)

Kif ġie miftiehem fil-laqgħa ta' Brussell f'Jannar 2013, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Ginea (id-DNAC) taw informazzjoni regolari dwar l-implimentazzjoni għaddejja tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva, li kienet approvat l-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll kull attività relatata miegħu.

(26)

L-aħħar rapport ta' progress li wasal fil-21 ta' Ottubru 2014 jagħti dettalji dwar l-aktar attivitajiet u żviluppi riċenti fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva. Se jibqa' jitħarreġ il-persunal ħalli tkompli tissaħħaħ il-kapaċità tas-sorveljanza, l-aktar fl-oqsma tal-ajrunavigabbiltà u tal-operazzjonijiet. Id-DNAC issoktaw jindirizzaw is-sejbiet tal-USOAP li baqa', fejn jidħlu l-mistoqsijiet assoċjati tal-protokoll, permezz tal-Approċċ ta' Monitoraġġ Kontinwu, is-CMA: l-għodda onlajn tal-ICAO. Mill-bidu ta' Awwissu sal-aħħar ta' Settembru 2014, l-ICAO wettqet validazzjoni barra mis-sit tal-mistoqsijiet tal-protokoll li jaf ikunu soġġetti għal verifika mill-bogħod. Minħabba f'hekk, l-implimentazzjoni effettiva ġenerali tat-tmien elementi kritiċi wriet titjib żgħir.

(27)

Qed titħejja inizjattiva leġiżlattiva biex id-DNAC isiru awtorità indipendenti, finanzjarjament u operattivament awtonoma, u bl-istruttura tat-tmexxija tagħha. L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Ginea (l-AGAC), f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-ICAO, hi mistennija tidħol fis-seħħ f'Jannar 2015.

(28)

Fl-aħħar ta' Marzu 2013 ġie sospiż kull ċertifikat tal-operaturi tal-ajru li kien jeżisti qabel. Għadha qed issir ċertifikazzjoni (f'5 fażijiet) konformi mal-ICAO tat-trasportatur tal-ajru nazzjonali bl-isem PROBIZ Guinée, b'inġenju tal-ajru wieħed tat-tip BE90, bl-għajnuna u l-appoġġ ta' missjoni speċifika tas-CAFAC/BAGASOO, inkluż taħriġ fuq lant tax-xogħol lill-ispetturi tad-DNAC dwar il-proċess kollu. Il-proċess taċ-ċertifikazzjoni nbeda wkoll għal żewġ trasportaturi tal-ajru oħra — Eagle Air Guinée u Sahel Aviation Service Guinée. Id-DNAC, bl-appoġġ tal-uffiċċju reġjonali tal-ICAO f'Dakar, mistennija jtemmu l-proċess taċ-ċertifikazzjoni għat-tliet trasportaturi tal-ajru sa tmiem l-2014.

(29)

Id-DNAC talbu ICVM biex jivvalidaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva. Għall-ewwel, l-ICAO ippjanat li tagħmel l-ICVM f'Mejju 2014. Minħabba bidliet riċenti fit-tmexxija għolja tal-Ministeru tat-Trasport inħoloq xi dewmien u l-ICVM qed titħejja għat-tieni nofs ta' Settembru 2014. Minħabba t-tifqigħa tal-Ebola, l-ICVM, kif ukoll missjoni tal-assistenza tal-ICAO li kienu maħsuba jsiru f'Lulju 2014 ġew posposti għal żmien indefinit.

(30)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika tal-Ginea.

(31)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

It-trasportaturi tal-ajru mill-Indja

(32)

Fis-7 ta' Novembru 2014 saret laqgħa teknika fi Brussell. Matulha tlaqqgħu l-Kummissjoni u l-EASA, kif ukoll rappreżentanti anzjani mid-Direttorat Ġenerali Indjan tal-Avjazzjoni Ċivili (id-DGCA). Il-laqgħa saret dwar il-konformità tal-Indja mal-obbligi internazzjonali tas-sikurezza u tas-sorveljanza, inkluż dwar id-deċiżjoni li ħadet l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti (il-FAA) biex tbaxxi l-istatus ta' konformità tal-Indja minn kategorija 1 għal kategorija 2 wara li l-awditu tal-Valutazzjoni Internazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-IASA) sabet bosta nuqqasijiet. Id-DGCA ta dettalji dwar fejn waslu l-azzjonijiet korrettivi li qed jieħu biex jegħleb sejbiet li rriżultaw mit-tnaqqis fil-kategorija ta' konformità tal-FAA. Id-DGCA tenna li ħa azzjoni biex jegħleb il-biċċa l-kbira tas-sejbiet tal-FAA u li sawwar pjan ta' azzjoni korrettiva rigward il-bqija tal-kwistjonijiet ta' tħassib. Barra minn hekk, matul il-laqgħa teknika, id-DGCA ppreżenta informazzjoni dwar il-kwistjoni tas-sostenibbiltà u dwar it-titjib li qed isir f'dan ir-rigward.

(33)

Matul dik il-laqgħa teknika, id-DGCA impenja ruħu li jieħu sehem bis-sħiħ fi djalogu dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni, inkluż b'laqgħat oħra li titlob il-Kummissjoni skont il-ħtieġa. Id-DGCA impenja ruħu wkoll li lill-Kummissjoni jagħtiha kull informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza, bħala parti mill-konsultazzjoni uffiċjali mal-awtoritajiet li jieħdu ħsieb is-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Indja f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006.

(34)

Mill-informazzjoni mogħtija matul il-laqgħa teknika tas-7 ta' Novembru 2014 u bl-impenji li għamel id-DGCA dakinhar, il-Kummissjoni jidhrilha li f'dan l-istadju m'hemmx bżonn timponi restrizzjonijiet fl-operazzjonijiet tat-trasportaturi tal-ajru Indjani.

(35)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Indja.

(36)

L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lit-trasportaturi tal-ajru Indjani skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

It-trasportaturi tal-ajru mill-Indoneżja

(37)

Il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja (id-DGCA) se jissoktaw bil-għan ta' monitoraġġ tal-progress li d-DGCA għamlu biex jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull trasportatur tal-ajru ċċertifikat fl-Indoneżja tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(38)

L-isforzi li għamlu d-DGCA biex ikollhom sistema tal-avjazzjoni konformi għalkollox mal-istandards tal-ICAO huma rikonoxxuti. U ġie nnutat ukoll li d-DGCA kellhom it-trasparenza meħtieġa u r-rieda li jaqsmu l-informazzjoni.

(39)

Bejn il-5 u l-14 ta' Mejju 2014, l-ICAO għamlet Awditu tas-Sistema Komprensiva (CSA). Ir-rapport finali ta' dan l-awditu sar disponibbli fit-18 ta' Novembru 2014 u r-riżultati tal-awditu juru li s-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fl-Indoneżja għad jonqosha bosta titjib. Lill-ICAO, id-DGCA ipproponewlha Pjan ta' Azzjoni Korrettiva ħalli jissolvew is-sejbiet li ħarġu minn din il-verifika.

(40)

F'Settembru 2014, il-Kumitat Nazzjonali għas-Sikurezza tat-Trasport fl-Indoneżja ppubblika r-rapport finali dwar l-inċident ta' Lion Air li seħħ f'Bali fit-13 ta' April 2013. Ir-rapport komprensiv janalizza l-inċident u jagħti rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza lit-trasportatur tal-ajru u lid-DGCA, fost l-oħrajn.

(41)

Iżda s'issa m'hemmx evidenza oġġettiva u konklussiva li turi li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva u r-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza mhumiex xierqa.

(42)

F'ittra datata l-20 ta' Ottubru 2014, id-DGCA għarrfu lill-Kummissjoni li mill-aħħar aġġornament ġew iċċertifikati erba' trasportaturi tal-ajru ġodda, jiġifieri fil-15 ta' Awwissu 2014 inħareġ AOC Nru 121-042 għal PT. MY INDO Airlines, fit-28 ta' Awwissu 2014 inħareġ AOC Nru 121-054 għal PT Indonesia Air Asia Extra, fit-28 ta' Frar 2014 inħareġ AOC Nru 135-052 għal PT. Elang Lintas Indonesia u fit-12 ta' Marzu 2014 inħareġ AOC Nru 135-053 għal PT. Elang Nusantara Air. Madanakollu, id-DGCA ma tawx evidenza li tiżgura li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawn it-trasportaturi tal-ajru tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(43)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi dawk l-erba' trasportaturi tal-ajru fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

It-trasportaturi tal-ajru mill-Kazakistan

(44)

Il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Kazakistan (is-CAC) se jissoktaw bil-għan ta' monitoraġġ tal-progress li s-CAC għamlu biex jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull trasportatur tal-ajru ċċertifikat fil-Kazakistan tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(45)

Is-CAC għarrfu lill-Kummissjoni bl-iżviluppi relatati mal-ICVM li saret il-Kazakistan bejn is-27 ta' Mejju u l-4 ta' Ġunju 2014, fosthom dwar iż-żewġ każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (SSCs) li identifikat l-ICAO fl-2009. B'mod partikolari, is-CAC ġibdu l-attenzjoni li t-tħassib dwar il-ħruġ taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru ssolva, filwaqt li t-tieni tħassib dwar il-proċess għall-ħruġ taċ-ċertifikati lill-operaturi tal-ajru (l-AOCs) għad irid jissolva.

(46)

Barra minn hekk, it-trasportatur tal-ajru Air Astana ta l-aġġornament regolari tiegħu dwar l-iżviluppi li għamel fejn tidħol is-sikurezza, l-aktar dwar l-aħħar bidliet li għamel fil-flotta tiegħu li bħalissa tista' topera fl-Unjoni. Ħafna miż-żidiet huma ajruplani ġodda li qed jinkrew b'kiri finanzjarja. Saru għadd ta' żidiet oħrajn fl-operazzjonijiet tal-preżent u dawk ippjanati.

(47)

Mill-informazzjoni disponibbli dwar is-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-Kazakistan, jidher li l-awtoritajiet tal-avjazzjoni tal-Kazakistan għandhom nuqqas ta' spetturi mħarrġa u esperjenzati biżżejjed biex iwettqu l-kompiti taċ-ċertifikazzjoni biex jinħarġu l-AOCs u awtorizzazzjonijiet speċjali, u jidher ukoll li bħalissa ma jistgħux jiżguraw sorveljanza kontinwa fil-qasam tal-operazzjonijiet tat-titjir. Għalhekk l-awtoritajiet tal-Kazakistan huma mħeġġa sew biex jibqgħu jirriformaw is-settur tal-avjazzjoni tagħhom u biex isiru konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(48)

Il-Kummissjoni u l-EASA beħsiebhom isegwu mill-qrib il-progress tas-CAC meta jimpjegaw, iżommu u jħarrġu l-ispetturi tagħhom, kif ukoll il-passi li jieħdu biex jimplimentaw il-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva fejn jidħlu l-bqija tal-SSCs.

(49)

Fid-29 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni talbet informazzjoni aġġornata mingħand is-CAC dwar it-trasportaturi tal-ajru li s-CAC qed jissorveljaw, b'mod partikolari informazzjoni dwar ir-revoka jew is-sospensjoni ta' AOCs. Fit-tweġiba tagħhom, is-CAC għarrfu lill-Kummissjoni bl-AOCs li nħarġu fil-Kazakistan u taw evidenza dwar ir-revoka ta' tliet AOCs, jiġifieri l-AOC ta' Jet One, Luk Aero u Air Trust Aircompany.

(50)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex Jet One, Luk Aero u Air Trust Aircompany jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(51)

L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lill-inġenji tal-ajru ta' Air Astana skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

It-trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika Kirgiża

(52)

B'ittri datati t-18 ta' Ottubru 2014 u t-13 ta' Novembru 2014, l-awtorità kompetenti tar-Repubblika Kirgiża (il-KG CAA) tat informazzjoni aġġornata dwar it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati f'dan il-pajjiż li bħalissa huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni. Skont dawn l-ittri u d-dokumentazzjoni li takkumpanjahom, il-KG CAA issospendiet l-AOCs ta' erba' trasportaturi tal-ajru, jiġifieri ta' Kyrgyz Airlines, SAEMES, Supreme Aviation u Click Airways, u ħassret l-AOC ta' Kyrgyz Trans Avia. Skont il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Kirgiża, jekk id-detentur taċ-ċertifikat sospiż ma japplikax għal proċedura taċ-ċertifikazzjoni sa tliet xhur mis-sospensjoni, is-sospensjoni tal-AOC tiegħu tkun tfisser daqslikieku r-revoka tagħha. Kyrgyz Airlines, SAEMES, Supreme Aviation u Click Airways m'applikawx għal din iċ-ċertifikazzjoni minn mindu ġie sospiż l-AOC tagħhom. Għalhekk l-AOCs tagħhom qed jitqiesu mħassra.

(53)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex Kyrgyz Airlines, SAEMES, Supreme Aviation, Click Airways u Kyrgyz Trans Avia jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

It-trasportaturi tal-ajru mil-Libanu

(54)

Baqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Libanu (id-DGCA tal-Libanu) bil-għan li jkun ikkonfermat li l-Libanu qed jindirizza n-nuqqasijiet li stabbilixxiet l-ICAO waqt il-ICVM li saret fil-Libanu mill-5 sal-11 ta' Diċembru 2012. Id-DGCA tal-Libanu stabbilixxew Pjan ta' Azzjoni Korrettiva u qed iwettqu dawn l-azzjonijiet, l-aktar fejn jidħol it-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza rigward iċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru fil-Libanu.

(55)

Waqt laqgħa teknika tal-14 ta' Lulju 2014, id-DGCA tal-Libanu taw informazzjoni dwar il-bidla fit-tmexxija tagħhom, il-ħatra ta' persunal ġdid impjegat mad-DGCA tal-Libanu u ssekondat minn Middle East Airlines, l-identifikazzjoni ta' x'qed jikkawża t-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza u l-għarfien fil-livell politiku ta' x'titjib jeħtieġ isir fil-Libanu. Id-DGCA tal-Libanu taw il-lista sħiħa tal-AOCs attwali fil-Libanu u informazzjoni dwar it-tiġdid tal-AOC lil żewġ trasportaturi tal-ajru.

(56)

Id-DGCA tal-Libanu għarrfu lill-Kummissjoni li r-rapport dwar ir-riżoluzzjoni tat-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza ntbagħat lill-ICAO. Iżda dawk l-azzjonijiet korrettivi għad iridu jiġu vverifikati.

(57)

Fl-14 u fil-15 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni għamlet żjara informali lid-DGCA tal-Libanu. Matulha l-Libanu semma l-progress li għamlu d-DGCA minn Lulju 2014, l-aktar fejn tidħol il-komunikazzjoni tajba mal-Unjoni. It-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza li qajmet l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili, il-Libanu qed jieħdu bis-serjetà u reġa' dar kull AOC. Għalkemm għad m'hemmx awtorità tal-avjazzjoni ċivili awtonoma u b'biżżejjed riżorsi, id-DGCA tal-Libanu saħqu li d-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili issa għandu l-awtorità kollha biex isegwi l-aspetti kollha tas-sikurezza ta' kull linja tal-ajru. Fid-9 ta' Novembru 2014, il-Libanu ta informazzjoni addizzjonali dwar il-Pjan ta' Azzjoni tiegħu għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, fosthom pjanijiet biex tkun tista' tiġi żviluppata awtorità tal-avjazzjoni ċivili awtonoma.

(58)

Fid-dawl ta' dan kollu, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Libanu skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(59)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mil-Libanu.

(60)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

It-trasportaturi tal-ajru mil-Libja

(61)

F'April 2012, l-awtoritajiet kompetenti tal-Libja (il-LYCAA) qablu li jillimitaw it-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Libja milli joperaw fl-Unjoni. Dan sar sabiex b'hekk il-LYCAA ikollhom iż-żmien biex jerġgħu joħorġu ċ-ċertifikati lit-trasportaturi tal-ajru u biex jistabbilixxu kapaċitajiet biżżejjed għas-sorveljanza ħalli jiżguraw il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(62)

Il-Kummissjoni segwiet l-effettività ta' dawn ir-restrizzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlet konsultazzjonijiet regolari mal-LYCAA dwar il-progress tagħhom biex jirriformaw is-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili tagħhom.

(63)

Sa Marzu 2014, kien osservat xi progress fil-livell tal-LYCAA u anki fil-livell tat-trasportaturi tal-ajru ewlenin, il-Libyan Airlines u l-Afriqiyah Airways. Madankollu, iċ-ċertifikazzjoni ta' dawk it-trasportaturi tal-ajru ħadet aktar fit-tul milli kien mistenni.

(64)

Bħalma stqarret il-Kummissjoni f'April 2014 (7), qabel ma l-LYCAA jitħallew joħorġu awtorizzazzjoni lit-trasportaturi tal-ajru tagħhom biex joperaw fl-Unjoni, il-Kummissjoni trid tkun laqgħet b'sodisfazzjon li l-proċess ta' riċertifikazzjoni effettivament tlesta u li qed issir sorveljanza kontinwa sostenibbli skont l-istandards tal-ICAO.

(65)

Iżda s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Libja ddgħajfet ġmielha f'Ġunju u f'Lulju 2014, l-aktar bil-vjolenza li kien hemm fl-ajruport internazzjonali ta' Tripli u fil-madwar. Din l-instabbiltà fis-sigurtà għadha prevalenti. Il-vjolenza qerdet sew u għamlet ħsarat kbar fil-bini, fl-infrastruttura u fl-inġenji tal-ajru wieqfa fl-ajruport internazzjonali ta' Tripoli, u allura l-ajruport u l-ispazju tal-ajru lokali ma setgħux jintużaw.

(66)

Billi mhuwiex ċar jekk il-LYCAA humiex kapaċi jissorveljaw sew it-trasportaturi tal-ajru tagħhom, wara l-atti ta' vjolenza u minħabba n-nuqqas ta' gvern stabbli u effettiv, il-Kummissjoni m'għadx għandha l-fiduċja meħtieġa li l-LYCAA għad għandhom l-awtorità biex jillimitaw l-operazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni mhix konvinta li l-LYCAA kapaċi jwettqu l-obbligi internazzjonali tagħhom rigward is-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni mħassba wkoll dwar l-għadd ġmielu ta' inġenji tal-ajru li ġralhom il-ħsara waqt il-vjolenza u qed tistaqsi jekk l-ajrunavigabbiltà kontinwa tagħhom hix qed titqies kif jixraq.

(67)

Mill-preżentazzjoni orali li l-LYCAA taw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fil-25 ta' Novembru 2014, dwar l-azzjonijiet meħuda biex tkun żgurata s-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Libja joħroġ ċar li, minkejja l-isforzi tal-LYCAA bit-tmexxija fil-preżent, għad baqa' bosta kwistjonijiet ta' tħassib dwar riskji imminenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni li għadhom ma xxejnux. Dan it-tħassib ikompli jiżdied ġmielu bl-instabbiltà li hemm bħalissa.

(68)

Billi mhuwiex ċar jekk il-LYCAA humiex kapaċi jissorveljaw sew lit-trasportaturi tal-ajru Libjani u jikkontrollaw ir-riskji imminenti tas-sikurezza, hu vvalutat li l-LYCAA ma jistgħux jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom fejn tidħol is-sikurezza tal-avjazzjoni.

(69)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi kull trasportatur tal-ajru ċċertifikat fil-Libja li hemm fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

It-trasportaturi tal-ajru mill-Madagaskar

(70)

Issoktaw b'mod attiv il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar sabiex jiġi monitorjat il-progress li sar biex dawn l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw is-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull trasportatur tal-ajru ċċertifikat fil-Madagaskar f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(71)

Fit-23 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni bl-għajnuna tal-EASA organizzat laqgħa ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar u mar-rappreżentanti tat-trasportatur tal-ajru Air Madagascar. Matulha t-trasportatur tal-ajru ta informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-flotta tiegħu u fost l-oħrajn għarraf li mill-2015, żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737 imsemmija fl-Anness B tar-Regolament (UE) Nru 474/2006 se jinbidlu ftit ftit minn inġenji tal-ajru tal-istess tip, u li matul l-ewwel kwart tal-2015, mal-flotta tiegħu se jiżdied inġenju tal-ajru tat-tip ATR 72-600.

(72)

Fl-10 ta' Novembru 2014, it-trasportatur tal-ajru Air Madagascar talab li jinbidel l-Anness B biex l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737 li se jieħdu post l-inġenji tal-ajru eżistenti tat-tip Boeing 737 fil-flotta tiegħu u l-inġenju tal-ajru tat-tip ATR 72-600 li se jiżdied mal-flotta, jitħallew joperaw.

(73)

Air Madagascar wera evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-flotta tiegħu tjiebet. Rigward l-operazzjonijiet li saru bl-inġenju tal-ajru tat-tip Boeing B737, l-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar iddikjaraw li jinsabu sodisfatti bil-livell attwali ta' konformità li wera Air Madagascar fejn jidħlu r-rekwiżiti tal-IACO. Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-EASA kkonfermaw li ma rriżultat l-ebda kwistjoni speċifika mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fl-ajruporti tal-Unjoni fil-qafas tal-programm tas-SAFA.

(74)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li fir-rigward ta' Air Madagascar għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni. L-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat biex ikunu jistgħu isiru operazzjonijiet bl-inġenji tal-ajru tat-tip B737 u tat-tip ATR 72/42, li huma mniżżla fl-AOC ta' Air Madagascar, jew li se jitniżżlu fih.

(75)

L-Istati Membri se jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lill-inġenji tal-ajru ta' Air Madagascar skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

It-trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika Islamika tal-Mawritanja

(76)

L-EASA għarrfet lill-Kummissjoni b'rapporti li juru nuqqasijiet serji fil-qasam tas-sikurezza u nuqqas kontinwu min-naħa tat-trasportatur tal-ajru Mauritania Airlines International (MAI) biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati bi spezzjonijiet fir-rampa li saru bil-programm SAFA. Dawn in-nuqqasijiet huma relatati mal-preparazzjoni tat-titjiriet u mal-kalkoli tal-prestazzjoni. Minkejja tjiebet xi ftit il-kundizzjoni tal-inġenji tal-ajru, in-natura u s-severità tas-sejbiet riċenti għandhom impatt dirett fuq is-sikurezza tal-operazzjonijiet u għalhekk jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet korrettivi.

(77)

Il-Kummissjoni għarrfet direttament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (l-ANAC) u lil Mauritania Airlines International (MAI) dwar dawk in-nuqqasijiet, biex ikunu jistgħu jieħdu azzjonijiet ta' mitigazzjoni mingħajr dewmien. L-ANAC laqgħu dan it-tagħrif u rrappurtaw lura għadd ta' azzjonijiet korrettivi u r-riżultati tal-aħħar awditu tal-ICAO fl-oqsma tal-ajrudromi u tas-servizzi tal-ajrunavigabbiltà.

(78)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika Islamika tal-Mawritanja.

(79)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

It-trasportaturi tal-ajru mill-Możambik

(80)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Możambik (l-IACM) irrapportaw fuq l-implimentazzjoni attwali tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva li ressqu lill-ICAO, u li din approvat. L-aħħar rapport ta' progress u d-dokumenti ta' sostenn tiegħu li waslu għand il-Kummissjoni u l-EASA fis-26 ta' Settembru 2014 juru li l-IACM baqgħu jaħdmu fuq l-aġġornament tal-qafas legali billi ressqu proposti leġiżlattivi biex jibqgħu jallinjaw l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili mar-rekwiżiti tal-ICAO, biex minn sempliċiment regolatur isiru awtorità u biex jibqgħu jsegwu l-allinjament tar-regolamenti eżistenti tagħhom mal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati tal-ICAO (-SARPS) emendati. Se jissoktaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal ħalli tkompli tissaħħaħ il-kapaċità tas-sorveljanza, l-aktar fl-oqsma tal-operazzjonijiet u l-għoti ta' liċenzji, tal-ajrudromi, tal-ajrunavigabbiltà u tat-tfassil tar-regoli u tal-infurzar. L-isforzi interni biex tissawwar il-kapaċità jissaħħu bi sħubijiet mal-awtoritajiet Afrikani u Ewropej, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet reġjonali. Għall kull ajruport saret analiżi tan-nuqqasijiet fiċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudromi u ntalab pjan dettaljat taċ-ċertifikazzjoni tal-ajruporti internazzjonali (Maputo, Beira u Nacala) bil-ħsieb li l-proċess jinbeda fl-2015. Għaddejja l-ħidma biex jinħoloq il-Programm għas-Sikurezza tal-Istat li mistenni jitlesta sal-2017.

(81)

L-IACM issoktaw jindirizzaw is-sejbiet pendenti tal-USOAP fejn jidħlu l-mistoqsijiet assoċjati tal-protokoll. Barra minn hekk, tfasslu ħafna mir-regolamenti u mill-proċeduri meħtieġa biex isostnu t-tweġibiet, u d-dokumentazzjoni assoċjata ttellgħet onlajn permezz tas-CMA, l-għodda onlajn tal-ICAO. Il-validazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet mill-ICAO għadha pendenti.

(82)

L-IACM talbu ICVM biex tivvalida l-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva tagħhom, u din skedata li ssir mis-26 ta' Novembru sal-4 ta' Diċembru 2014 u se tkopri l-oqsma tal-leġiżlazzjoni, l-organizzazzjoni tas-CAA, l-ajrudromi u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

(83)

Ingħaraf il-progress ġmielu li għamlu l-IACM fejn tidħol it-tiswija tan-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO u dawn qed jitħeġġew ikomplu l-isforzi tagħhom ħalli jirnexxilhom iwaqqfu sistema tal-avjazzjoni li tikkonforma għalkollox mal-istandards internazzjonali. Minħabba l-progress sinifikanti li diġà nkiseb u l-progress ulterjuri mistenni, fl-aħħar kwart tal-2015 jaf issir missjoni ta' valutazzjoni tas-sikurezza tal-UE. Iżda għalissa, xorta jibqa' l-fatt li bosta kwistjonijiet importanti relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni għad iridu jiġu indirizzati bis-sħiħ u kif xieraq.

(84)

L-investigazzjoni dwar l-inċident tat-trasportatur tal-ajru Linhas Aéreas de Moçambique S.A. (il-LAM) li sar fid-29 ta' Novembru 2013 għadha għaddejja. L-aħħar rapport tal-inċident mistenni joħroġ sal-aħħar tal-2014. Wara l-inċident, il-LAM għamel rieżami estensiv tat-taħriġ intern fis-sikurezza u s-sigurtà, tal-mekkaniżmi u l-proċeduri, u din irriżultat fl-implimentazzjoni ta' rekwiżiti organizzazzjonali u operazzjonali aktar eżiġenti. Paripassu ma' dan, tkompliet il-ħidma biex titjieb aktar is-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (l-SMS), l-aktar fejn jidħlu l-analiżi u l-iskambju tad-dejta dwar it-titjiriet.

(85)

L-IACM irrappurtaw ukoll li baqgħu għaddejjin bil-proċess taċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru f'konformità mas-SARPS tal-ICAO. Skont il-lista li taw il-IACM, ġie ċċertifikat trasportatur tal-ajru ġdid, jiġifieri Makond Lda. Madankollu, l-IACM ma setgħux jagħtu evidenza li qed jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dak it-trasportatur tal-ajru tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(86)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex it-trasportatur tal-ajru Makond Lda jiżdied mal-lista fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

It-trasportaturi tal-ajru min-Nepal

(87)

Il-Kummissjoni kompliet tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tan-Nepal (is-CAAN) biex tistabbilixxi kemm hi kapaċi timplimenta u tinfurza biżżejjed l-istandards internazzjonali tas-sikurezza li huma rilevanti.

(88)

Biex twieġeb it-talba tal-Kummissjoni, is-CAAN ressqet dokumentazzjoni dwar il-progress li sar fl-attivitajiet tas-sorveljanza tas-sikurezza, inkluż in-nuqqasijiet li nnutat il-Kummissjoni fiż-żjara ta' valutazzjoni fin-Nepal fi Frar 2014, l-SSC tal-ICAO u kif ukoll l-awditi tal-ICAO.

(89)

Fl-24 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni u l-EASA ltaqgħu mas-CAAN. Il-laqgħa ffukat l-aktar fuq il-progress li sar fl-oqsma tal-għoti tal-liċenzja lill-ekwipaġġ tal-ajru, iċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u s-sorveljanza tal-operazzjonijiet bl-ajru.

(90)

Iżda jidher li ma sarx progress biżżejjed u jeħtieġu aktar żmien. B'mod partikolari, hemm it-tħassib li s'issa s-CAAN għadhom ma indirizzawx sew ir-rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-ajru li jaħdem f'ambjent b'aktar minn ekwipaġġ wieħed, l-aktar peress li r-rapport tal-inċident fatali tas-16 ta' Frar 2014 iqis in-nuqqas ta' taħriġ tal-ekwipaġġ bħala l-kawża probabbli tal-inċident.

(91)

Barra minn hekk, għad hemm it-tħassib li s-CAAN mhumiex jagħmlu riċertifikazzjoni adegwata tat-trasportaturi tal-ajru, u jista' jkun li mhix tajba biex tiżgura li kull trasportatur tal-ajru tan-Nepal ikun konformi mar-rekwiżiti internazzjonali tas-sikurezza tal-ajru. Għalhekk is-CAAN huma mħeġġa jfittxu l-għajnuna ta' esperti fis-suġġett biex jivvalutaw il-proċess u jivverifikaw l-adegwatezza tiegħu filwaqt li jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.

(92)

Matul il-laqgħa li saret fil-11 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni, l-EASA, Nepal Airlines Corporation, Buddha Air, Shree Airlines, Tara Air u Yeti Airlines eżaminaw mill-ġdid il-progress tal-osservazzjonijiet taż-żjara ta' valutazzjoni li għamlet l-Unjoni fuq il-post u kwistjonijiet oħrajn dwar it-titjib fis-sikurezza tal-ajru fin-Nepal.

(93)

Qed titqies inkoraġġanti l-kapaċità li għandhom ċertu trasportaturi tal-ajru biex jimmaniġġjaw ir-riskji tal-operazzjonijiet tagħhom f'livell li jista' juri kapaċità li jnaqqas ir-riskji li jġib in-nuqqas ta' sorveljanza biżżejjed min-naħa tas-CAAN. Madankollu, il-Kummissjoni jidhrilha li bħalissa, l-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal ma jistgħux jimplimentaw u jinfurzaw biżżejjed l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza f'livell li jista' jiġġustifika t-tneħħija tal-projbizzjoni attwali tal-operat.

(94)

Għandu jiġi nnutat ukoll li fil-25 ta' Awwissu 2014 il-Kummissjoni kitbet lis-CAAN biex tikseb informazzjoni aġġornata dwar trasportaturi tal-ajru li huma fis-sorveljanza tagħhom. F'ittra datata l-10 ta' Settembru 2014, is-CAAN għarrfu lill-Kummissjoni li mill-aħħar aġġornament ġie ċċertifikat inġenju tal-ajru wieħed, jiġifieri l-AOC Nru 082/2014 li nħareġ lil Manang Air Pvt. Ltd. fit-3 ta' Lulju 2014. Madankollu, is-CAAN ma tawx evidenza biex jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dan it-trasportatur tal-ajru tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(95)

It-trasportaturi tal-ajru li fil-passat inħarġilhom AOC separat maħsub biss għall-operazzjonijiet internazzjonali tagħhom, issa sar jinħarġilhom AOC wieħed li jkopri kull operazzjoni. Minħabba f'hekk, is-CAAN ħassru l-AOC Nru 058/2010 lil Buddha Air (International Operations) u l-AOC Nru 059/2010 lil Shree Airlines (International Operations).

(96)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 tkun tinkludi t-trasportatur tal-ajru Manang Air Pvt., u biex mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 jitneħħew Buddha Air (International Operations) u Shree Airlines (International Operations).

It-trasportaturi tal-ajru mill-Filippini

(97)

Fid-9 ta' April 2014, l-FAA ħabbret id-deċiżjoni tagħha li taġġorna l-istatus ta' konformità tal-Filippini minn kategorija 2 għal kategorija 1 minħabba l-programm ta' awditu tal-IASA (il-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Internazzjonali) tagħha. F'ittra datata l-24 ta' Lulju 2014 lill-Kummissjoni, l-Awtoritajiet tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Filippini (is-CAAP) jirreferu għad-deċiżjoni tal-FAA biex tiġi aġġornata l-kategorija ta' konformità tal-Filippini. Din l-ittra tirreferi wkoll għall-komunikazzjoni tal-ICAO li ssemmi li l-Filippini solvew l-SSCs identifikati qabel. Fl-aħħar nett, is-CAAP iddikjarat li l-għan tagħna li jmiss se jkun li titneħħa l-projbizzjoni tal-operat minn fuq it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini li kien għadhom soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni.

(98)

F'ittra lis-CAAP datata t-22 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni tenniet li kull deċiżjoni biex jitneħħa xi trasportatur tal-ajru ċċertifikat fil-Filippini mil-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, trid timxi b'approċċ ibbażat fuq l-evidenza. Dwar dan, fl-4 ta' Novembru 2014 saret laqgħa teknika bejn esperti tal-Kummissjoni u tal-EASA u rappreżentanti għoljin mis-CAAP.

(99)

L-evidenza li ppreżentat is-CAAP qabel u waqt il-laqgħa teknika tal-4 ta' Novembru 2014 tagħti dettalji dwar l-istruttura organizzattiva attwali tas-CAAP u dwar it-titjib propost biex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-sorveljanza tagħha. Ingħatat informazzjoni wkoll dwar l-attività fil-preżent tas-sorveljanza li s-CAAP twettaq fuq trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini. Is-CAAP semmiet ukoll titjib infrastrutturali li qed isir u tat aġġornament dwar aktar żvilupp li ġie propost fil-Programm għas-Sikurezza tal-Istat (SSP) tagħha.

(100)

F'ittra li bagħtet fit-22 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni pproponiet ukoll li l-EASA tagħmel żjara ta' assistenza teknika fuq il-post fil-Filippini. Din iż-żjara saret matul il-ġimgħa tal-10 ta' Novembru 2014.

(101)

Id-diskussjoni u l-evidenza li tat is-CAAP waqt laqgħa teknika fl-4 ta' Novembru 2014 jitqiesu inkoraġġanti rigward il-progress li għamlu l-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini fejn tidħol is-sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini. Dan jagħti l-possibbiltà li fil-futur qrib issir missjoni ta' verifika fuq il-post tal-Unjoni.

(102)

Iżda dwar l-għan tas-CAAP li tapplika biex titneħħa għalkollox il-projbizzjoni tal-operat fuq it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini, hemm bżonn jingħaraf li biex dan iseħħ jeħtieġ issir evalwazzjoni sħiħa tal-informazzjoni rilevanti kollha u l-eżitu tal-verifika fuq il-post tal-Unjoni jeħtieġ ikun sodisfaċenti.

(103)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Filippini.

(104)

L-Istati Membri qablu li għandhom jivverifikaw il-konformità effettiva ta' Philippine Airlines u Cebu Pacific Air mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

It-trasportaturi tal-ajru mill-Federazzjoni Russa

(105)

Il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri baqgħu jsegwu mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa u li joperaw fl-Unjoni, inkluż bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lil ċertu trasportaturi tal-ajru Russi skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(106)

Fil-15 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni ltaqgħet ma' rappreżentanti tat-trasportatur tal-ajru Kogalymavia biex tikkonferma l-effettività tal-miżuri meħuda minn dak it-trasportatur tal-ajru biex itejjeb ir-rekord tas-sikurezza tiegħu. B'mod ġenerali, il-progress li għamel Kogalymavia jidher sostenibbli. It-trasportatur tal-ajru hu mħeġġeġ jibqa' joħloq kultura pożittiva tas-sikurezza fl-organizzazzjoni tiegħi, fosthom b'rappurtar ta' informazzjoni essenzjali fejn tidħol is-sikurezza.

(107)

Fis-6 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EASA u Stat Membru, iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (il-FATA). Din il-laqgħa saret biex tiżgura li dawn it-trasportaturi tal-ajru Russi jindirizzaw kif xieraq is-sejbiet li ħarġu fid-dieher kontrihom waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA matul l-aħħar 12-il xahar. Matul il-laqgħa, il-FATA impenjat ruħha li tistħarreġ aktar ir-raġunijiet ta' ċerti sejbiet u li ssegwi dawk il-każijiet li għadhom mingħajr konformità.

(108)

Fil-21 ta' Novembru 2014, il-FATA għarrfet lill-Kummissjoni li kienet tat parir lit-trasportaturi tal-ajru tagħha biex jindirizzaw fil-ħin kull sejba li għadha pendenti fil-bażi tad-dejta tas-SAFA u biex japplikaw azzjonijiet korrettivi b'mod kontinwu ħalli jevitaw problemi fejn jidħlu l-ispezzjonijiet u s-sejbiet tas-SAFA.

(109)

Mill-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li l-awtoritajiet Russi tal-avjazzjoni jew it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa m'għandhomx għalfejn jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(110)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Federazzjoni Russa.

(111)

Iżda l-Istati Membri qablu li għandhom jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru tal-Federazzjoni Russa mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. Jekk dawn l-ispezzjonijiet jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni kontra trasportaturi tal-ajru mill-Federazzjoni Russa f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

It-trasportaturi tal-ajru minn São Tomé u Príncipe

(112)

Wara żmien twil ta' skiet, fit-22 ta' Settembru 2014, l-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe (l-INAC) irrappurtaw il-progress li għamlu matul iż-żmien.

(113)

Fit-28 ta' Mejju 2014, l-ICAO ħabbret li ssolvew il-każijiet ta' Tħassib Sinifikanti tas-Sikurezza fejn jidħlu l-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru u s-sorveljanza, u li tkun żgurata l-protezzjoni min-naħa tal-operaturi tal-ajrudromi. Għalhekk issa, São Tomé u Príncipe solvew il-każijiet kollha ta' Tħassib Sinifikanti tas-Sikurezza li ġew identifikati qabel.

(114)

Bħalissa qed jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva li ressqu l-INAC. Is-sommarju tal-eżekuzzjoni tiegħu f'nofs April 2014 juri li 20 % tal-attivitajiet ippjanati għall-implimentazzjoni qabel l-aħħar ta' Novembru 2014 twettqu kif ippjanat, filwaqt li 25 % ta' dawn l-attivitajiet għadhom qed jitwettqu u l-55 % l-oħra għadhom ma bdewx u se jieħdu fit-tul aktar milli kien maħsub.

(115)

L-INAC neħħew l-AOC ta' tmien trasportaturi tal-ajru, jiġifieri ta' British Gulf International Company Ltd, Executive Jet Services, Global Aviation Operation, Goliaf Air, Island Oil Exploration, Transafrik International Ltd, Transcargo u Transliz Aviation. L-INAC taw evidenza bil-miktub li tneħħew l-AOCs ta' dawk it-trasportaturi tal-ajru.

(116)

Il-Kummissjoni tagħraf l-iżviluppi pożittivi li rrappurtaw l-INAC u tfaħħar b'mod partikolari t-tneħħija tal-AOCs tat-trasportaturi tal-ajru li kellhom il-bażi kummerċjali ewlenija tagħhom barra mill-pajjiż, kif ukoll it-tneħħija tal-inġenji tal-ajru kollha tagħhom mir-reġistru ta' São Tomé u Príncipe.

(117)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex dawk it-trasportaturi tal-ajru jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(118)

L-INAC irrappurtaw ukoll li nħarġu AOCs lit-trasportaturi tal-ajru STP Airways u Africa's Connection. Madankollu, l-INAC ma setgħux jagħtu evidenza li qed jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawn it-trasportaturi tal-ajru tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(119)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi t-trasportaturi tal-ajru STP Airways u Africa's Connection fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

It-trasportaturi tal-ajru mis-Sudan

(120)

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan (is-SCAA) ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni dwar erba' trasportaturi tal-ajru, jiġifieri dwar BADR Airlines (BDR), Nova Airlines (NOV), Sudan Airways (SUD) u Tarco Air (TRQ). Id-dokumenti ta' sostenn juru li dawk il-linji tal-ajru għandhom livelli differenti fil-ġestjoni tas-sikurezza. Iżda dawk id-dokumenti jissuġġerixxu li sar progress tajjeb bil-ħsieb li possibbilment titħejja missjoni ta' verifika tal-Unjoni fl-2015.

(121)

Il-SCAA għarrfet ukoll lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-aħħar awditu tal-ICAO fl-oqsma tal-ajrudromi u tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Għalkemm dawn l-awditi jindirizzaw oqsma li ħafna minnhom m'għandhomx x'jaqsmu mal-oqsma tekniċi ta' tħassib primarju tal-Unjoni fejn jidħlu t-trasportaturi tal-ajru rreġistrati s-Sudan, jiġifieri l-oqsma tal-liċenzji tal-persunal, tal-operazzjonijiet u tal-ajrunavigabbiltà, dawn urew li l-SCAA għamlet ħilitha biex tindirizza l-kwistjonijiet kollha tas-sikurezza tal-avjazzjoni b'approċċ ħolistiku.

(122)

Jidher li l-SCAA kisbet titjib sostenibbli b'mod realistiku u progressiv. Madankollu, għad trid issir valutazzjoni bir-reqqa ħalli jiġi identifikat jekk l-SCAA u t-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Sudan jissodisfawx l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Barra minn hekk, jeħtieġ issir aktar verifika permezz ta' missjoni ta' verifika tal-Unjoni qabel ma jkunu jistgħu jitqiesu xi proposti għal emendi fil-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni.

(123)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mis-Sudan.

It-trasportaturi tal-ajru miż-Żambja

(124)

B'ittra datata l-15 ta' Mejju 2014, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja rrapporta lill-Kummissjoni li l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja (iż-ZCAA) hi operattiva u qed tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħha. Dik l-ittra tat ukoll aġġornament tal-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti, inkluż Pjan tas-Sikurezza li wasal għand il-Kummissjoni fil-5 ta' Awwissu 2014. Dak il-Pjan tas-Sikurezza jistabbilixxi aktar azzjonijiet li jeħtieġ jittieħdu biex fiż-Żambja tinħoloq sistema regolatorja u ta' sorveljanza li tkun effiċjenti u effettiva, u fih miri ċari għal żmien qasir, medju u fit-tul.

(125)

Jidher li d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja għamel progress u l-awtoritajiet taż-Żambja huma mħeġġa jkomplu jagħmlu aktar titjib ħalli fil-mument opportun u wara li ssir il-verifika meħtieġa, ir-restrizzjonijiet attwali jerġgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Iżda sal-lum għad baqa' bosta nuqqasijiet importanti x'jissewwew, notevolment rigward l-istabbiliment taż-ZCAA, fosthom b'għadd adegwat ta' persunal imħarreġ sew, u l-aġġornament ta' leġiżlazzjoni u regolamenti li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Annessi tal-ICAO li ġew identifikati fil-Pjan tas-Sikurezza u li fir-rigward tagħhom għad iridu jitwettqu l-azzjonijiet korrispondenti.

(126)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru miż-Żambja.

(127)

Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħraf il-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jixraq, b'urġenza. Għalhekk hemm bżonn li, biex titħares l-informazzjoni sensittiva u biex jonqsu kemm jista' jkun l-impatti kummerċjali, jiġu ppubblikati d-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni tal-operat fl-Unjoni, u jidħlu fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħhom.

(128)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(129)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 hu emendat kif ġej:

(1)

l-Anness A jinbidel bit-test tal-Anness A ta' dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness B jinbidel bit-test tal-Anness B ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2011 tal-21 ta' Novembru 2011 (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 14). B'mod partikolari, ara l-punti 26 sa 30 tal-premessi ta' dan ir-Regolament.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2014 tal-10 ta' April 2014 (ĠU L 108, 11.4.2014, p. 16). B'mod partikolari, ara l-premessa 64 ta' dan ir-Regolament.


ANNESS A

LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FL-UE, B'EĊĊEZZJONIJIET (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif juri l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (AOC) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

Stat tal-Operatur

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Surinam

MERIDIAN AIRWAYS LTD

AOC 023

MAG

Ir-Repubblika tal-Gana

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

PAMIR AIRLINES

Mhux magħruf

PIR

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

SAFI AIRWAYS

AOC 181

SFW

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' TAAG Angola Airlines li ddaħħal fl-Anness B, inklużi

 

 

Ir-Repubblika ta' Angola

AEROJET

AO 008-01/11

TEJ

Ir-Repubblika ta' Angola

AIR GICANGO

009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika ta' Angola

AIR JET

AO 006-01/11-MBC

MBC

Ir-Repubblika ta' Angola

AIR NAVE

017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika ta' Angola

AIR26

AO 003-01/11-DCD

DCD

Ir-Repubblika ta' Angola

ANGOLA AIR SERVICES

006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika ta' Angola

DIEXIM

007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika ta' Angola

FLY540

AO 004-01 FLYA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika ta' Angola

GIRA GLOBO

008

GGL

Ir-Repubblika ta' Angola

HELIANG

010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika ta' Angola

HELIMALONGO

AO 005-01/11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika ta' Angola

MAVEWA

016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika ta' Angola

SONAIR

AO 002-01/10-SOR

SOR

Ir-Repubblika ta' Angola

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Benin responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika ta' Benin

AERO BENIN

PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

AEB

Ir-Repubblika ta' Benin

AFRICA AIRWAYS

Mhux magħruf

AFF

Ir-Repubblika ta' Benin

ALAFIA JET

PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS

Mhux magħruf

Ir-Repubblika ta' Benin

BENIN GOLF AIR

PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS.

BGL

Ir-Repubblika ta' Benin

BENIN LITTORAL AIRWAYS

PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

LTL

Ir-Repubblika ta' Benin

COTAIR

PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

COB

Ir-Repubblika ta' Benin

ROYAL AIR

PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS

BNR

Ir-Repubblika ta' Benin

TRANS AIR BENIN

PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

TNB

Ir-Repubblika ta' Benin

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

CANADIAN AIRWAYS CONGO

RAC06-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EMERAUDE

RAC06-008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A.

RAC 06-014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

MISTRAL AVIATION

RAC06-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

TSG

Ir-Repubblika tal-Kongo

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AFRICAN AIR SERVICE COMMUTER

104/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR BARAKA

409/CAB/MIN/TVC/002/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR CASTILLA

409/CAB/MIN/TVC/007/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR FAST CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0112/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/0053/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/0056/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR MALEBO

409/CAB/MIN/TVC/0122/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/00625/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

ARMI GLOBAL BUSINESS AIRWAYS

409/CAB/MIN/TVC/029/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BIEGA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TVC/051/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE AIRLINES

106/CAB/MIN/TVC/2012

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE SKY

409/CAB/MIN/TVC/0028/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSINESS AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/048/09

ABB

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CETRACA

105/CAB/MIN/TVC/2012

CER

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CHC STELLAVIA

409/CAB/MIN/TVC/0078/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/0050/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CONGO EXPRESS AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/059/2012

CXR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DOREN AIR CONGO

102/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

EAGLES SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/0196/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

EPHRATA AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/040/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

FILAIR

409/CAB/MIN/TVC/037/2008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

FLY CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0126/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GALAXY KAVATSI

409/CAB/MIN/TVC/0027/2008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GILEMBE AIR SOUTENANCE (GISAIR)

409/CAB/MIN/TVC/0082/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMA EXPRESS

409/CAB/MIN/TVC/0051/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/011/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GTRA

409/CAB/MIN/TVC/0060/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS (ITAB)

409/CAB/MIN/TVC/0065/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

JET CONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/0011/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KATANGA EXPRESS

409/CAB/MIN/TVC/0083/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KATANGA WINGS

409/CAB/MIN/TVC/0092/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/0059/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KORONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/001/2011

KGO

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

LIGNES AERIENNES CONGOLAISES (LAC)

Firma Ministerjali (ordinanza Nru 78/205)

LCG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/009/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MAVIVI AIR TRADE

409/CAB/MIN/TVC/00/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

OKAPI AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/086/2011

OKP

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

PATRON AIRWAYS

409/CAB/MIN/TVC/0066/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

PEGASUS

409/CAB/MIN/TVC/021/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SAFE AIR

409/CAB/MIN/TVC/021/2008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVICES AIR

103/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SION AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/0081/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

STELLAR AIRWAYS

409/CAB/MIN/TVC/056/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/0084/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRACEP CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0085/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRANSAIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/073/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

WALTAIR AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/004/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

WILL AIRLIFT

409/CAB/MIN/TVC/0247/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

WIMBI DIRA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TVC/039/2008

WDA

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Ġibuti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Ġibuti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Ġibuti

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Ginea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Ginea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

PUNTO AZUL

2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

TANGO AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Gabon Airlines, Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Gaboniża

AFRIC AVIATION

010/MTAC/ANAC-G/DSA

EKG

Ir-Repubblika Gaboniża

AIR SERVICES SA

004/MTAC/ANAC-G/DSA

RVS

Ir-Repubblika Gaboniża

AIR TOURIST (ALLEGIANCE)

007/MTAC/ANAC-G/DSA

LGE

Ir-Repubblika Gaboniża

NATIONALE ET REGIONALE TRANSPORT (NATIONALE)

008/MTAC/ANAC-G/DSA

NRG

Ir-Repubblika Gaboniża

SCD AVIATION

005/MTAC/ANAC-G/DSA

SCY

Ir-Repubblika Gaboniża

SKY GABON

009/MTAC/ANAC-G/DSA

SKG

Ir-Repubblika Gaboniża

SOLENTA AVIATION GABON

006/MTAC/ANAC-G/DSA

SVG

Ir-Repubblika Gaboniża

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Mandala Airlines, Ekspres Transportasi Antarbenua u Indonesia Air Asia, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR BORN INDONESIA

135-055

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALFA TRANS DIRGANTATA

135-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ANGKASA SUPER SERVICES

135-050

LBZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASCO NUSA AIR

135-022

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

SQS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

121-043

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

VIT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

BATIK AIR

121-050

BTK

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

CITILINK INDONESIA

121-046

CTV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

DRZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

EASTINDO

135-038

ESD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG LINTAS INDONESIA

135-052

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG NUSANTARA AIR

135-053

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ENGGANG AIR SERVICE

135-045

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ERSA EASTERN AVIATION

135-047

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

HEAVY LIFT

135-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA EXTRA

121-054

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

121-034

IDA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JAYAWIJAYA DIRGANTARA

121-044

JWD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JOHNLIN AIR TRANSPORT

135-043

JLB

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KAL STAR

121-037

KLS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KOMALA INDONESIA

135-051

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

KUR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

LION MENTARI AIRLINES

121-010

LNI

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MANUNGGAL AIR SERVICE

121-020

MNS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MARTABUANA ABADION

135-049

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MATTHEW AIR NUSANTARA

135-048

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MERPATI NUSANTARA AIRLINES

121-002

MNA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MIMIKA AIR

135-007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MY INDO AIRLINES

121-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NAM AIR

121-058

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA AIR CHARTER

121-022

SJK

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA BUANA AIR

135-041

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PACIFIC ROYALE AIRWAYS

121-045

PRQ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PEGASUS AIR SERVICES

135-036

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SKY AVIATION

121-028

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SKY AVIATION

135-044

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURVEI UDARA PENAS

135-006

PNS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURYA AIR

135-046

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSNUSA AVIATION MANDIRI

121-048

TNU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

TWT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

121-038

XAR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

TVV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG INTRA ASIA AIRLINES

121-018

TMG

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

UNINDO

135-040

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

121-012

WON

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kazakistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Air Astana, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AIR ALMATY

AK-0483-13

LMY

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ATMA AIRLINES

AK-0469-12

AMA

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

AVIA-JAYNAR/AVIA-ZHAYNAR

AK-0467-12

SAP

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

BEK AIR

AK-0463-12

BEK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

BEYBARS AIRCOMPANY

AK-0473-13

BBS

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

BURUNDAYAVIA AIRLINES

KZ-01/001

BRY

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

COMLUX-KZ

KZ-01/002

KAZ

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

EAST WING

KZ-01/007

EWZ

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

EURO-ASIA AIR

AK-0472-13

EAK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

FLY JET KZ

AK-0477-13

FJK

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

INVESTAVIA

AK-0479-13

TLG

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

IRTYSH AIR

AK-0468-13

MZA

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

JET AIRLINES

KZ-01/003

SOZ

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

KAZAIR JET

AK-0474-13

KEJ

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

KAZAIRTRANS AIRLINE

AK-0466-12

KUY

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

KAZAVIASPAS

AK-0484-13

KZS

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

PRIME AVIATION

AK-0478-13

PKZ

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

SCAT

KZ-01/004

VSV

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

ZHETYSU AIRCOMPANY

AK-0470-12

JTU

Ir-Repubblika tal-Kazakistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR BISHKEK (dak li kien EASTOK AVIA)

15

EAA

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS)

13

CBK

Ir-Repubblika Kirgiża

HELI SKY

47

KTC

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MANAS AIRWAYS

42

BAM

Ir-Repubblika Kirgiża

Mhux magħruf (dak li kien S GROUP AVIATION)

45

INT

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY BISHKEK

43

BIS

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

39

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TEZ JET

46

TEZ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Liberja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GHADAMES AIR TRANSPORT

012/05

GHT

Il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Możambik responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Możambik

AERO-SERVIÇOS SARL

MOZ-08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

CFM — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

COA — COASTAL AVIATION

MOZ-15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

CPY — CROPSPRAYERS

MOZ-06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

CRA — CR AVIATION LDA

MOZ-14

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

EMÍLIO AIR CHARTER LDA

MOZ-05

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

ETA — EMPRESA DE TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

HCP — HELICÓPTEROS CAPITAL LDA

MOZ-11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

KAY — KAYA AIRLINES, LDA

MOZ-09

KYY

Ir-Repubblika tal-Możambik

LAM — LINHAS AÉREAS DE MOÇAMBIQUE S.A.

MOZ-01

LAM

Ir-Repubblika tal-Możambik

MAKOND, LDA

MOZ-20 MHUX MAGĦRUF

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

MEX — MOÇAMBIQUE EXPRESSO, SARL MEX

MOZ-02

MXE

Ir-Repubblika tal-Możambik

OHI — OMNI HELICÓPTEROS INTERNATIONAL LDA

MOZ-17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

SAF — SAFARI AIR LDA

MOZ-12

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

SAM — SOLENTA AVIATION MOZAMBIQUE, SA

MOZ-10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

TTA — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-16

TTA

Ir-Repubblika tal-Możambik

UNIQUE AIR CHARTER LDA

MOZ-13

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Możambik

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR KASTHAMANDAP

051/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

GOMA AIR

064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MAKALU AIR

057A/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MANANG AIR PVT LTD

082/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MUKTINATH AIRLINES

081/2013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

Ir-Repubblika tan-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

YETI AIRLINES DOMESTIC

037/2004

NYT

Ir-Repubblika tan-Nepal

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Filippini responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Philippine Airlines u Cebu Pacific Air, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika tal-Filippini

AEROEQUIPEMENT AVIATION

2010037

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

AIR ASIA PHILIPPINES

2012047

APG

Ir-Repubblika tal-Filippini

AIR JUAN AVIATION

2013053

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

AIR PHILIPPINES CORPORATION

2009006

GAP

Ir-Repubblika tal-Filippini

ASIA AIRCRAFT OVERSEAS PHILIPPINES INC.

2012048

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ASIAN AEROSPACE CORPORATION

2012050

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ASTRO AIR INTERNATIONAL

2012049

AAV

Ir-Repubblika tal-Filippini

AYALA AVIATION CORP.

4AN9900003

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

CANADIAN HELICOPTERS PHILIPPINES INC.

2010026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

CM AERO SERVICES

20110401

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

CYCLONE AIRWAYS

2010034

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

FAR EAST AVIATION SERVICES

2009013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

INAEC AVIATION CORP.

2010028

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

INTERISLAND AIRLINES

2010023

ISN

Ir-Repubblika tal-Filippini

ISLAND AVIATION

2009009

SOY

Ir-Repubblika tal-Filippini

ISLAND TRANSVOYAGER

2010022

ITI

Ir-Repubblika tal-Filippini

LION AIR

2009019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

MACRO ASIA AIR TAXI SERVICES

2010029

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

MAGNUM AIR

2012051

MSJ

Ir-Repubblika tal-Filippini

MISIBIS AVIATION & DEVELOPMENT CORP

2010020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

NORTHSKY AIR INC.

2011042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

OMNI AVIATION CORP.

2010033

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ROYAL AIR CHARTER SERVICES INC.

2010024

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ROYAL STAR AVIATION, INC.

2010021

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

SOUTH EAST ASIAN AIRLINES

2009 004

SRQ

Ir-Repubblika tal-Filippini

SOUTH EAST ASIAN AIRLINES (SEAIR) INTERNATIONAL

2012052

SGD

Ir-Repubblika tal-Filippini

SOUTHERN AIR FLIGHT SERVICES

2011045

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

SUBIC SEAPLANE, INC.

2011035

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

WCC AVIATION COMPANY

2009015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Filippini

ZEST AIRWAYS INCORPORATED

2009003

EZD

Ir-Repubblika tal-Filippini

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sao Tome u Principe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Sao Tome u Principe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

Sao Tome u Principe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

Sao Tome u Principe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sjerra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Sjerra Leone

AIR RUM, LTD

MHUX MAGĦRUF

RUM

Sjerra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

MHUX MAGĦRUF

DTY

Sjerra Leone

HEAVYLIFT CARGO

MHUX MAGĦRUF

Mhux magħruf

Sjerra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

MHUX MAGĦRUF

ORJ

Sjerra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

MHUX MAGĦRUF

PRR

Sjerra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

MHUX MAGĦRUF

SVT

Sjerra Leone

TEEBAH AIRWAYS

MHUX MAGĦRUF

Mhux magħruf

Sjerra Leone

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES

54

AAJ

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALMAJAL AVIATION SERVICE

15

MGG

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADER AIRLINES

35

BDR

Ir-Repubblika tas-Sudan

BENTIU AIR TRANSPORT

29

BNT

Ir-Repubblika tas-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Ir-Repubblika tas-Sudan

DOVE AIRLINES

52

DOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

ELIDINER AVIATION

8

DND

Ir-Repubblika tas-Sudan

FOURTY EIGHT AVIATION

53

WHB

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tas-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Ir-Repubblika tas-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Ir-Repubblika tas-Sudan

KUSH AVIATION

60

KUH

Ir-Repubblika tas-Sudan

MARSLAND COMPANY

40

MSL

Ir-Repubblika tas-Sudan

MID AIRLINES

25

NYL

Ir-Repubblika tas-Sudan

NOVA AIRLINES

46

NOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS

1

SUD

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR COMPANY

51

SNR

Ir-Repubblika tas-Sudan

TARCO AIRLINES

56

TRQ

Ir-Repubblika tas-Sudan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Iż-Żambja

ZAMBEZI AIRLINES

Z/AOC/001/2009

ZMA

Iż-Żambja


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżla fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhux soġġett għal projbizzjoni tal-operat, diment li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS B

LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET FL-OPERAZZJONIJIET FL-UE (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif juri l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru (AOC)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

Stat tal-Operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru ristrett

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkollu restrizzjoni

L-Istat tar-reġistrazzjoni

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

Ir-Repubblika ta' Angola

Il-flotta kollha ħlief: 5 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777 u 4 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700.

Il-flotta kollha ħlief: D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TEG, D2-TEH, D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH, D2-TBJ.

Ir-Repubblika ta' Angola

AIR ASTANA  (2)

AK-0475-13

KZR

Il-Kazakistan

Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru tat-tip Beoing B767, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B757 u inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A319/320/321.

Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B767, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B757, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta Airbus A319/320/321, kif jissemma fl-AOC.

Aruba (Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi)

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Il-Komoros

Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP.

Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336).

Il-Komoros

AFRIJET  (3)

002/MTAC/ANAC-G/DSA

ABS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, u 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900.

Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR.

Ir-Repubblika Gaboniża

GABON AIRLINES  (4)

001/MTAC/ANAC

GBK

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Boeing B767-200.

Il-flotta kollha ħlief: TR-LHP.

Ir-Repubblika Gaboniża

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800.

Il-flotta kollha ħlief: TR-AAG, ZS-AFG.

Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

AIRLIFT INTERNATIONAL (GH) LTD

AOC 017

ALE

Ir-Repubblika tal-Gana

Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip DC8-63F.

Il-flotta kollha ħlief: 9G-TOP u 9G-RAC.

Ir-Repubblika tal-Gana

IRAN AIR  (5)

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

Il-flotta kollha ħlief:

l4-il inġenju tal-ajru tat-tip Airbus A300, 8 inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A310, u inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Boeing B737.

Il-flotta kollha ħlief:

 

EP-IBA,

 

EP-IBB,

 

EP-IBC,

 

EP-IBD,

 

EP-IBG,

 

EP-IBH,

 

EP-IBI,

 

EP-IBJ,

 

EP-IBM,

 

EP-IBN,

 

EP-IBO,

 

EP-IBS,

 

EP-IBT,

 

EP-IBV,

 

EP-IBX,

 

EP-IBZ,

 

EP-ICE,

 

EP-ICF,

 

EP-IBK,

 

EP-IBL,

 

EP-IBP,

 

EP-IBQ,

 

EP-AGA.

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633.

Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

AIR MADAGASCAR

5R-M01/2009

MDG

Il-Madagaskar

Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru tat-tip Beoing B767, inġenji tal-ajru tat-tip ATR 72/42 u 3 inġenji tal-ajru tat-tip DHC 6-300.

Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip Beoing B767 kif jissemma fl-AOC, inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip ATR 72/42 kif jissemma fl-AOC; 5R-MGC, 5R-MGD, 5R-MGF.

Ir-Repubblika tal-Madagaskar


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżla fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhux soġġett għal projbizzjoni tal-operat, diment li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  Air Astana jitħalla juża biss it-tipi ta' inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija, diment li dawn ikunu rreġistrati f'Aruba u li kull bidla fl-AOC titressaq fil-ħin lill-Kummissjoni u lill-Eurocontrol.

(3)  Afrijet jitħalla juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-livell attwali ta' operazzjonijiet tiegħu fl-Unjoni.

(4)  Gabon Airlines jitħalla juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-livell attwali ta' operazzjonijiet tiegħu fl-Unjoni.

(5)  Iran Air jista' jopera lejn l-Unjoni bl-inġenji tal-ajru speċifiċi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Premessa (69) tar-Regolament (UE) Nru 590/2010, ĠU L 170, 6.7.2010, p. 15.


12.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1319/2014

tal-11 ta' Diċembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

62,5

IL

107,2

MA

81,6

TN

139,2

TR

112,1

ZZ

100,5

0707 00 05

AL

63,5

EG

191,6

MA

164,1

TR

138,7

ZZ

139,5

0709 93 10

MA

64,0

TR

122,0

ZZ

93,0

0805 10 20

AR

35,3

MA

68,6

SZ

37,7

TR

61,9

UY

32,9

ZA

34,5

ZW

33,9

ZZ

43,5

0805 20 10

MA

61,0

ZZ

61,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

102,5

TR

77,8

ZZ

90,2

0805 50 10

TR

71,9

ZZ

71,9

0808 10 80

BR

51,7

CA

135,6

CL

79,6

NZ

90,6

US

117,2

ZA

143,4

ZZ

103,0

0808 30 90

CN

82,9

TR

174,9

US

173,2

ZZ

143,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

12.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/42


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/106/UE

tal-5 ta' Diċembru 2014

li temenda l-Annessi V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” għas-sottosistemi għandhom jiġu definiti aħjar fl-Anness V tad-Direttiva 2008/57/KE. B'mod partikolari, ir-responsabbiltà tal-firmatarju ta' dikjarazzjoni bħal din għandha tiġi ddikjarata b'mod ċar.

(2)

Il-proċeduri li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' modifiki ta' sottosistemi eżistenti u f'każ ta' verifiki addizzjonali mwettqa mill-korpi nnotifikati, għandhom jiġu ċċarati fl-Anness V tad-Direttiva 2008/57/KE;

(3)

L-għan tal-proċedura ta' verifika għas-sottosistemi għandu jiġi ċċarat fl-Anness VI tad-Direttiva 2008/57/KE. Barra minn hekk, il-prinċipji li jikkonċernaw il-proċedura ta' verifika f'każ ta' modifiki ta' sottosistemi eżistenti għandhom jiġu definiti fl-istess Anness.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE qed jiġu sostitwiti bit-test stabbilit fl-Annessi I u II ta' din id-Direttiva rispettivament.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk l-atti.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk l-atti, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

3.   L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għar-Repubbika ta' Ċipru u r-Repubblika ta' Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS V

DIKJARAZZJONI TA' VERIFIKA ‘KE’ TAS-SOTTOSISTEMI

1.   DIKJARAZZJONI TA' VERIFIKA ‘KE’ TAS-SOTTOSISTEMI

Id-dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’ ta' sottosistema hija dikjarazzjoni stabbilita mill-'applikant' skont it-tifsira tal-Artikolu 18 fejn jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li s-sottosistema kkonċernata, li kienet suġġetta għall-proċeduri ta' verifika rilevanti, tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluża kwalunkwe regola nazzjonali rilevanti.

Id-dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’ u d-dokumenti li jakkumpanjawha għandhom ikunu datati u ffirmati.

Id-dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’ għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tirriżulta mill-proċedura tal-verifika ‘KE’ għas-sottosistemi stabbilita fl-Anness VI. Għandha tinkiteb bl-istess lingwa tal-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’ u għandu jkollha fiha għall-inqas dan li ġej:

(a)

ir-referenza għal din id-Direttiva, it-TSIs u r-regoli nazzjonali applikabbli,

(b)

ir-referenza għat-TSI(s) jew il-partijiet tagħhom li għalihom ma tkunx ġiet eżaminata l-proċedura ta' verifika ‘KE’ u għar-regoli tekniċi nazzjonali li ġew applikati f'każ ta' deroga, l-applikazzjoni parzjali tat-TSIs għall-aġġornament jew għar-rinnovazzjoni, il-perjodu tranżitorju f'TSI jew f'każ speċifiku,

(c)

l-isem u l-indirizz tal-‘applikant’ skont it-tifsira tal-Artikolu 18 (filwaqt li jiġu speċifikati l-isem kummerċjali u l-indirizz sħiħ; fil-każ ta' rappreżentant awtorizzat, għandu jiġi speċifikat ukoll l-isem kummerċjali tal-entità kontraenti jew tal-manifattur),

(d)

deskrizzjoni qasira tas-sottosistema,

(e)

l-isem/l-ismijiet u l-indirizz(i) u n-numru/in-numri tal-identifikazzjoni tal-korp(i) notifikat(i) li jkunu wettqu l-verifika/il-verifiki ‘KE’ msemmija fl-Artikolu 18,

(f)

l-isem/l-ismijiet u l-indirizz(i) u n-numru/in-numri tal-identifikazzjoni tal-korp(i) notifikat(i) li jkunu wettqu l-valutazzjoni ta' konformità ma' regolamenti oħra li joriġinaw mit-Trattat,

(g)

l-isem/l-ismijiet u l-indirizz(i) tal-korp(i) maħtur(a) li jkunu wettqu l-verifika/il-verifiki ta' konformità mar-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikolu 17(3),

(h)

l-isem u l-indirizz tal-korp(i) ta' valutazzjoni li stabbilixxa/stabbilixxew ir-rapporti tal-valutazzjoni tas-sikurezza relatati mal-użu tas-CSM dwar il-valutazzjoni tar-riskju fejn meħtieġ minn din id-Direttiva,

(i)

ir-referenzi tad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’,

(j)

id-dispożizzjonijiet kollha rilevanti temporanji jew finali li għandhom jitħarsu mis-sottosistemi u b'mod partikolari, fejn ikun xieraq, kwalunkwe restrizzjoni jew kundizzjoni operatorja;

(k)

l-identità tal-firmatarju (jiġifieri l-persuna jew il-persuni fiżiċi awtorizzati li jiffirmaw id-dikjarazzjoni)

Meta ssir referenza fl-Anness VI għad-‘dikjarazzjoni ta' verifika intermedja’ (ISV), id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw għal dik id-dikjarazzjoni.

2.   DIKJARAZZJONI TA' VERIFIKA ‘KE’ TAS-SOTTOSISTEMI FIL-KAŻ TA' MODIFIKI

F'każ ta' modifika, li mhijiex sostituzzjoni fil-qafas tal-manutenzjoni, ta' sottosistema koperta minn dikjarazzjoni tal-verifika ‘KE’, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.1.   Jekk l-entità li tintroduċi l-modifika turi li l-modifika ma taffettwax il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tas-sottosistema li huma rilevanti għall-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-parametri bażiċi:

(a)

l-entità li tintroduċi l-modifika għandha taġġorna r-referenzi tad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’;

(b)

ma trid tiġi stabbilita l-ebda dikjarazzjoni tal-verifika ‘KE’ ġdida.

2.2.   Jekk l-entità li tintroduċi l-modifika turi li l-modifika taffettwa l-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tas-sottosistema li huma rilevanti għall-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw xi parametri bażiċi:

(a)

l-entità li tintroduċi l-modifika għandha tistabbilixxi dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’ komplementari b'referenza għall-parametri bażiċi kkonċernati;

(b)

id-dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’ komplementari għandha tkun akkumpanjata b'lista ta' dokumenti tal-fajl tekniku oriġinali li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’ oriġinali, li ma jkunux aktar validi;

(c)

il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’ għandu jinkludi prova li l-impatt tal-modifiki huwa limitat għall-parametri bażiċi msemmija fil-punt a);

(d)

id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw mutatis mutandis għal din id-dikjarazzjoni tal-verifika ‘KE’ komplementari;

(e)

id-dikjarazzjoni tal-verifika ‘KE’ oriġinali għandha titqies valida għall-parametri bażiċi mhux ikkonċernati mill-modifika.

3.   DIKJARAZZJONI TAL-VERIFIKA ‘KE’ TAS-SOTTOSISTEMI FIL-KAŻ TA' VERIFIKI ADDIZZJONALI

Dikjarazzjoni tal-verifika ‘KE’ ta' sottosistema tista' tiġi kkumplimentata fil-każ ta' verifiki addizzjonali mwettqa, b'mod partikolari meta tali verifiki addizzjonali huma meħtieġa għal awtorizzazzjoni addizzjonali għat-tqegħid fis-servizz. F'dan il-każ il-kamp ta'applikazzjoni tad-dikjarazzjoni komplementari għandu jkun limitat għall-kamp ta' applikazzjoni tal-verifiki addizzjonali.”


ANNESS II

“ANNESS VI

PROĊEDURA TAL-VERIFIKA ‘KE’ GĦAS-SOTTOSISTEMI

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

‘Verifika KE’ tfisser proċedura mwettqa mill-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18 biex turi li r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluża kwalunkwe regola nazzjonali rilevanti li għandha x'taqsam ma' sottosistema, ikunu ġew issodisfati u s-sottosistema tista' tiġi awtorizzata biex titqiegħed fis-servizz.

2.   ĊERTIFIKAT TA' VERIFIKA MAĦRUĠ MINN KORP NOTIFIKAT

2.1.   Introduzzjoni

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-verifika b'referenza għat-TSIs hija l-proċedura li permezz tagħha korp notifikat jiċċekkja u jiċċertifika li s-sottosistema tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-interoperabbiltà (TSI).

Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-entità kontraenti jew tal-manifattur (jiġifieri l-applikant skont l-Artikolu 18) li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli l-oħra li toriġina mit-Trattat, inkluża kwalunkwe verifika mill-korpi tal-valutazzjoni meħtieġa mil-leġiżlazzjoni l-oħra.

2.2.   Dikjarazzjoni ta' verifika intermedja (ISV)

2.2.1.   Prinċipji

Fuq talba tal-entità kontraenti jew tal-manifattur (jiġifieri l-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18), il-verifiki jistgħu jsiru għal partijiet ta' sottosistema jew jistgħu jkunu limitati għal ċerti stadji tal-proċedura ta' verifika. F'dawn il-każijiet, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jiġu ddokumentati f'‘dikjarazzjoni ta' verifika intermedja’ (ISV) maħruġa mill-korp notifikat magħżul mill-entità kontraenti jew mill-manifattur (jiġifieri l-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18).

L-ISV trid tirreferi għat-TSIs li magħhom ġiet evalwata l-konformità.

2.2.2.   Partijiet tas-sottosistema

L-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18 jista' japplika għal ISV għal kull parti li fiha jiddeċiedi li jaqsam is-sottosistema. Kull parti għandha tiġi ċċekkjata f'kull stadju kif stabbilit fil-punt 2.2.3.

2.2.3.   L-istadji tal-proċedura ta' verifika

Is-sottosistema, jew ċerti partijiet tas-sottosistema, għandhom jiġu ċċekkjati f'kull wieħed minn dawn l-istadji:

(a)

id-disinn globali,

(b)

il-produzzjoni: il-kostruzzjoni, inklużi, b'mod partikolari, l-attivitajiet ta' inġinerija ċivili, il-manifattura, l-assemblaġġ tal-kostitwenti u l-aġġustament globali,

(c)

l-ittestjar finali.

L-applikant (skont it-tifsira tal-Artikolu 18) jista' japplika għal ISV għall-istadju ta' disinn (inklużi t-testijiet tat-tip) u għall-istadju ta' produzzjoni għas-sottosistema kollha jew għal kull parti li fiha l-applikant jiddeċiedi li jaqsamha (ara l-paragrafu 2.2.2).

2.3.   Ċertifikat ta' verifika

2.3.1.   Il-korpi notifikati responsabbli għall-verifika jevalwaw id-disinn, il-produzzjoni u l-ittestjar finali tas-sottosistema u jfasslu ċ-ċertifikat tal-verifika maħsub għall-entità kontraenti jew għall-manifattur (jiġifieri l-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18), li min-naħa tiegħu jfassal id-dikjarazzjoni tal-verifika ‘KE’. Iċ-ċertifikat tal-verifika jrid jirreferi għat-TSIs li magħhom ġiet evalwata l-konformità.

Meta sottosistema ma tiġix evalwata għall-konformità tagħha mat-TSI(s) kollha rilevanti (pereżempju fil-każ ta' deroga, applikazzjoni parzjali tat-TSIs għal aġġornament jew tiġdid, perjodu tranżitorju f'TSI jew każ speċifiku), iċ-ċertifikat tal-verifika għandu jagħti r-referenza preċiża għat-TSI(s) jew il-partijiet tagħhom li l-konformità tagħhom ma ġietx eżaminata mill-korp notifikat matul il-proċedura tal-verifika.

2.3.2.   Fejn ikunu nħarġu ISV, il-korp notifikat responsabbli għall-verifika tas-sottosistema jqis dawn l-ISV u, qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat tal-verifika tiegħu:

(a)

jivverifika li l-ISV ikopru b'mod korrett ir-rekwiżiti rilevanti tat-TSI(s),

(b)

jiċċekkja l-aspetti kollha li mhumiex koperti mill-ISV, u

(c)

jiċċekkja l-ittestjar finali tas-sottosistema kollha kemm hi.

2.3.3.   Fil-każ ta' modifika ta' sottosistema diġà koperta minn ċertifikat ta' verifika, il-korp notifikat għandu jwettaq biss dawk l-eżamijiet u t-testijiet li huma rilevanti u meħtieġa, jiġfieri l-valutazzjoni għandha tikkonċerna biss il-partijiet tas-sottosistema li huma mibdula u l-interfaċċi tagħhom mal-partijiet mhux mibdula tas-sottosistema.

2.3.4.   Kull korp notifikat mibdul involut fil-verifika ta' sottosistema għandu jħejji fajl tekniku skont l-Artikolu 18(3) li jkopri l-ambitu tal-attivitajiet tiegħu.

2.4.   Il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika KE

Il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika KE għandu jiġi kkompilat mill-applikant (skont it-tifsira tal-Artikolu 18) u għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

il-karatteristiċi tekniċi marbuta mad-disinn li jinkludu disinji ġenerali u dettaljati konformi mal-eżekuzzjoni, dijagrammi elettriċi u idrawliċi, dijagrammi ta' ċirkwiti kkontrollati, deskrizzjoni ta' sistemi għall-ipproċessar ta' dejta u sistemi awtomatiċi sal-livell ta' dettall biżżejjed għad-dokumentazzjoni tal-verifika tal-konformità mwettqa, dokumentazzjoni dwar l-operat u l-manutenzjoni, eċċ., rilevanti għas-sottosistema kkonċernata,

(b)

lista ta' kostitwenti tal-interoperabbiltà, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3)(d), inkorporati fis-sottosistema,

(c)

il-fajls tekniċi msemmija fl-Artikolu 18(3) ikkompilati minn kull wieħed mill-korpi notifikati involuti fil-verifika tas-sottosistema, li għandhom jinkludu:

kopji tad-dikjarazzjonijiet ta' konformità ‘KE’ u fejn applikabbli d-dikjarazzjonijiet ‘KE’ tal-idoneità għall-użu stabbiliti għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà msemmija fl-Artikolu 5(3)(d) u akkumpanjati, fejn ikun xieraq, b'noti tal-kalkolu li jikkorrispondu magħhom u kopja tar-rekords tat-testijiet u l-eżamijiet li jkunu saru mill-korpi notifikati fuq il-bażi ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni,

fejn tkun disponibbli, l-ISV li takkumpanja ċ-ċertifikat ta' verifika, inkluż ir-riżultat tal-verifika mill-korp notifikat tal-validità tal-ISV,

iċ-ċertifikat tal-verifika, akkumpanjat b'noti ta' kalkolu korrispondenti u ffirmat mill-korp notifikat responsabbli għall-verifika, li jiddikjara li s-sottosistema tikkonforma mar-rekwiżiti tat-TSI(s) rilevanti u jsemmi xi riservi rreġistrati matul l-operat tal-attivitajiet u mhux irtirati; iċ-ċertifikat tal-verifika għandu jkollu miegħu wkoll ir-rapporti tal-ispezzjoni u tal-verifika mfassla mill-istess korp b'rabta mal-ħidma tiegħu, kif speċifikat fil-punti 2.5.2 u 2.5.3,

(d)

iċ-ċertifikati tal-verifika maħruġa skont leġiżlazzjoni oħra li toriġina mit-Trattat,

(e)

meta tkun meħtieġa l-verifika tal-integrazzjoni sikura skont l-Artikolu 15, il-fajl tekniku rilevanti għandu jinkludi r-rapport(i) tal-assessuri dwar il-metodi komuni ta' sikurezza (CSM) dwar il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2004/49/KE.

2.5.   Sorveljanza minn korpi notifikati

2.5.1.   Il-korp notifikat responsabbli biex jiċċekkja l-produzzjoni għandu jkollu aċċess permanenti għas-siti tal-bini, il-workshops tal-produzzjoni, iż-żoni tal-ħażna u, fejn ikun xieraq, il-faċilitajiet tal-prefabbrikazzjoni jew tal-ittestjar u, b'mod aktar ġenerali, l-istabbilimenti kollha li huwa jqis meħtieġa għall-ħidma tiegħu. Il-korp notifikat għandu jirċievi mill-entità kontraenti jew mill-manifatturi (jiġifieri l-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18) id-dokumenti kollha meħtieġa għal dak l-iskop u, b'mod partikolari, il-pjanijiet ta' implimentazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika rigward is-sottosistema.

2.5.2.   Il-korp notifikat responsabbli biex jiċċekkja l-implimentazzjoni għandu jwettaq verifiki perjodikament biex jikkonferma l-konformità mat-TSI(s) rilevanti. Dan għandu jipprovdi rapport tal-verifika lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni. Il-preżenza tiegħu tista' tkun meħtieġa f'ċerti stadji tal-operazzjonijiet tal-bini.

2.5.3.   Barra minn hekk, il-korp notifikat jista' jżur għall-għarrieda l-post tax-xogħol jew il-workshops tal-produzzjoni. Waqt żjarat bħal dawn, il-korp notifikat jista' jwettaq verifiki kompleti jew parzjali. Dan għandu jipprovdi rapport ta' spezzjoni lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni u, jekk ikun xieraq, rapport tal-verifika.

2.5.4.   Il-korp notifikat għandu jkun kapaċi jimmonitorja sottosistema li fuqha jiġi mmuntat kostitwent tal-interoperabilità sabiex tiġi vvalutata, fejn meħtieġ mit-TSI korrispondenti, l-idoneità tagħha għall-użu fl-ambjent ferrovjarju li huwa maħsub li tintuża fih.

2.6.   Sottomissjoni

Kopja tal-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika KE trid tinżamm mill-manifattur jew mill-entità kontraenti (jiġifieri mill-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18) tul il-ħajja operattiva kollha tas-sottosistema. Din għandha tintbagħat lil kwalunkwe Stat Membru li jitlob dan.

Id-dokumentazzjoni mressqa għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità ta' sikurezza nazzjonali tal-Istat Membru fejn tintalab l-awtorizzazzjoni. L-awtorità ta' sikurezza nazzjonali tista' titlob li parti(jiet) mid-dokumenti ppreżentati flimkien mal-awtorizzazzjoni tiġi/jiġu tradotta/tradotti għal-lingwa tagħha stess.

2.7.   Pubblikazzjoni

Kull korp notifikat għandu perjodikament jippubblika l-informazzjoni rilevanti rigward:

(a)

it-talbiet tal-verifika u ISV li rċieva,

(b)

it-talba għal valutazzjoni tal-konformità u l-idoneità għall-użu tal-ICs,

(c)

l-ISV maħruġa jew miċħuda,

(d)

iċ-ċertifikati ta' konformità u ċ-ċertifikati ‘KE’ għall-idoneità għall-użu, maħruġa jew miċħuda,

(e)

iċ-ċertifikati tal-verifika maħruġa jew miċħuda.

2.8.   Lingwa

Il-fajls u l-korrispondenza marbuta mal-proċedura tal-verifika ‘KE’ għandhom jinkitbu b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni tal-Istat Membru li fih l-entità kontraenti jew il-manifatturi (jiġifieri l-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18) huma stabbiliti jew b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettata mill-entità kontraenti jew mill-manifatturi (jiġifieri l-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18).

3.   ĊERTIFIKAT TA' VERIFIKA MAĦRUĠ MINN KORP NOTIFIKAT

3.1.   Introduzzjoni

Fil-każ fejn japplikaw ir-regoli nazzjonali, il-verifika għandha tinkludi proċedura li biha l-korp maħtur skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 17(3), (il-korp maħtur) jiċċekkja u jiċċertifika li s-sottosistema tikkonforma mar-regoli nazzjonali nnotifikati skont l-Artikolu 17(3) għal kull Stat Membru li fih hu maħsub li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-servizz tas-sottosistema.

3.2.   Ċertifikat ta' verifika

Il-korp maħtur ifassal iċ-ċertifikat ta' verifika maħsub għall-entità kontraenti jew għall-manifatturi (jiġifieri l-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18).

Iċ-ċertifikat għandu jinkludi referenza preċiża għar-regola/regoli nazzjonali li l-konformità tagħhom ġiet eżaminata mill-korp maħtur fil-proċess ta' verifika.

Fil-każ ta' regoli nazzjonali relatati mas-sottosistemi li jifformaw vettura, il-korp maħtur għandu jaqsam iċ-ċertifikat f'żewġ partijiet, parti waħda tkun tinkludi r-referenzi għal dawk ir-regoli nazzjonali relatati b'mod strett mal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk ikkonċernat, u l-parti l-oħra tkun tinkludi r-referenzi għar-regoli nazzjonali l-oħra kollha.

3.3.   Fajl tekniku

Il-fajl tekniku kkompilat mill-korp maħtur u li jakkumpanja ċ-ċertifikat ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali għandu jiġi inkluż fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika ‘KE’ msemmi fil-punt 2.4 u għandu jkun fih id-dejta teknika rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità tas-sottosistema mar-regoli nazzjonali.

3.4.   Lingwa

Il-fajls u l-korrispondenza marbuta mal-proċedura tal-verifika ‘KE’ għandhom jinkitbu b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni tal-Istat Membru li fih l-entità kontraenti jew il-manifatturi (jiġifieri l-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18) huma stabbiliti jew b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettata mill-entità kontraenti jew mill-manifatturi (jiġifieri l-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 18).

4.   VERIFIKA TAL-PARTIJIET TAS-SOTTOSISTEMI SKONT L-ARTIKOLU 18(5)

Jekk irid jinħareġ ċertifikat tal-verifika għal ċerti partijiet ta' sottosistema, id-dispożizzjonijiet għal dan l-Anness għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk il-partijiet.”


DEĊIŻJONIJIET

12.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUTM MALI/4/2014

tad-9 ta' Diċembru 2014

dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Stat terz għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali)

(2014/894/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jistieden Stati terzi biex joffru kontribuzzjonijiet u biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi.

(2)

Wara rakkomandazzjoni dwar kontribut mis-Serbja mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC), il-kontribut mis-Serbja għandu jiġi aċċettat.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kontribut mis-Serbja għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) huwa aċċettat u meqjus bħala sinifikanti.

2.   Is-Serbja hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUTM Mali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.


12.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/51


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Diċembru 2014

li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi

(notifikata bid-dokument C(2014) 9334)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/895/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE jitlob li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-istabbilimenti koperti b'dik id-Direttiva bl-użu ta' formola ta' rapport speċifika.

(2)

Il-formola tar-rapport għandha tippermetti l-komunikazzjoni ta' informazzjoni simplifikata mill-Istati Membri, sabiex jimmassimizzaw l-utilità u l-komparabbiltà tal-informazzjoni pprovduta u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, filwaqt li jirrispettaw ukoll ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 96/82/KE (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE billi jużaw il-format ta' rappurtar stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Għal entrati eżistenti fil-bażi tad-dejta, l-informazzjoni għandha tiġi rieżaminata sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1.

(2)  Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13).


ANNESS

FORMAT GĦALL-GĦOTI TA' INFORMAZZJONI SKONT L-ARTIKOLU 21(3) TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE

L-ispazji kollha mmarkati b'asterisk huma obbligatorji.

Informazzjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala tali b'indikazzjoni għal kull tip ta' dejta, bir-raġunijiet għal rifjut skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

1.   Parti 1 — Sistema ta' awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ECAS)

Għall-finijiet ta' sigurtà, l-utent ta' Stat Membru jkun jista' biss jaċċessja eSPIRS billi jirreġistra f'ECAS, is-Sistema ta' Awtentifikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, billi jipprovdi l-informazzjoni tal-utent obbligatorja li ġejja:

(a)    Isem*: l-isem tal-utent

(b)    Kunjom*: l-isem tal-utent

(c)    Posta elettronika*: l-indirizz tal-posta elettronika tal-utent

(d)    Ir-rwol tal-utent*: Il-Korrispondent Nazzjonali (NR) jew Amministratur Nazzjonali (NA)

Ladarba l-utent ikun ġie awtentikat, huwa jkun iggwidat lejn il-portal MINERVA tal-Uffiċċju għall-Inċidenti ta' Perikli Maġġuri fejn jinstab eSPIRS. Id-drittijiet tal-utent għall-bażi tad-dejta eSPIRS tingħata skont ir-rwol tal-utent.

2.   Parti 2 — Informazzjoni li għandha tiġi rrapportata f'eSPIRS

L-utent għandu jipprovdi l-informazzjoni elenkata hawn taħt billi jew juża l-format ta' rappurtar onlajn li jippermetti li tiġi importata d-dejta għal kull stabbiliment separatament, jew inkella għodda ta' esportazzjoni nazzjonali bl-użu tal-mudell tal-eSPIRS XML għall-importazzjoni awtomatika tal-informazzjoni inkluża fil-bażi(jiet) tad-dejta nazzjonali/reġjonali/lokali tagħha f'eSPIRS.

2.1.   L-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta

(a)    Isem*: L-isem uffiċjali tal-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta

(b)    Indirizz*: L-isem tat-triq fejn tinstab l-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta

(c)    Belt*: Il-belt jew raħal fejn tinstab l-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta

(d)    Kodiċi postali*: Il-kodiċi postali fejn tinstab l-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta

(e)    Pajjiż*: Il-pajjiż fejn tinstab l-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta

(f)    Kummenti : Kummenti li l-utent jista' jkun jixtieq iżid fir-rigward tal-Awtorità Kompetenti li Tirrapporta

2.2.   L-isem u l-attivitajiet tal-istabbiliment

(a)

L-istatus Seveso*: [Skont Seveso III jeżistu żewġ livelli tal-istatus tal-istabbiliment: livell ogħla u livell aktar baxx]

(b)

Isem*: L-isem tal-istabbiliment Seveso rrappurtat f'eSPIRS

(c)

Impriża Prinċipali: Impriża azzjonarja/impriża prinċipali tal-istabbiliment

(d)

Kodiċi personalizzat: Il-kodiċi li l-utent jista' jdaħħal jekk ikun jixtieq jibqa' juża s-sistema l-antika tal-kodiċi f'eSPIRS

(e)

It-tip tal-industrija u/jew il-Kodiċi NACE*: Meta stabbiliment ikun relatat ma' aktar minn kodiċi SPIRS u/jew NACE wieħed, għandha ssir distinzjoni bejn l-attività primarja u l-attivitajiet sekondarji.

(1)

It-tip ta' industrija jrid tiġi indikat skont il-kodiċijiet SPIRS ta' Seveso:

(1)

Agrikoltura

(2)

Attivitajiet sportivi u ta' divertiment (eżempju rink tas-silġ)

(3)

Attivitajiet tal-minjieri (fdalijiet ta' skart & proċessi fisikokimiċi)

(4)

Proċessar ta' metalli

(5)

Proċessar ta' metalli tal-ħadid (funderiji, tidwib bis-sħana, eċċ.)

(6)

Proċessar ta' metalli mhux tal-ħadid (funderiji, tidwib bis-sħana eċċ.)

(7)

Proċessar ta' metalli bi proċessi elettrolitiċi jew kimiċi

(8)

Petrokimiċi/Raffinaturi taż-żejt

(9)

Ġenerazzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija

(10)

Ħażna ta' fjwuils (inklużi t-tisħin, il-bejgħ bl-imnut, eċċ.)

(11)

Produzzjoni, distruzzjoni u ħażna ta' splussivi

(12)

Produzzjoni u ħażna ta' murtali

(13)

Produzzjoni, ibbottiljar u tqassim fi kwantitajiet kbar tal-LNG

(14)

tal-LNG

(15)

Ħażna u tqassim tal-LNG

(16)

Ħażna u distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut (minbarra l-LPG)

(17)

Produzzjoni u ħażna ta' pestiċidi, bijoċidi, fungiċidi

(18)

Produzzjoni u ħażna ta' fertilizzanti

(19)

Produzzjoni ta' farmaċewtiċi

(20)

Ħażna, trattament u rimi ta' skart

(21)

Ilma u drenaġġ (ġbir, provvista, trattament)

(22)

Installazzjonijiet kimiċi

(23)

Produzzjoni ta' kimiċi organiċi bażiċi

(24)

Manifattura tal-plastik u tal-lastku

(25)

Produzzjoni u manifattura ta' polpa u karta

(26)

Trattament tal-injam u l-għamara

(27)

Manifattura u trattament tat-tessuti

(28)

Il-manifattura ta' prodotti tal-ikel u tax-xorb

(29)

Inġinerija ġenerali, manifattura u armar

(30)

Bini ta' vapuri, tkissir ta' vapuri, tiswija ta' vapuri

(31)

Bini u xogħlijiet ta' kostruzzjoni tal-inġinerija

(32)

Ċeramika (briks, fuħħar, ħġieġ, siment, eċċ.)

(33)

Manifattura tal-ħġieġ

(34)

Manifattura ta' siment, ġir u ġibs

(35)

Elettroniċi u inġinerija elettrika

(36)

Ċentri għat-tqandil u l-ġarr (portijiet, ajruporti, parkeġġi għat-trakkijiet, wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji, eċċ.)

(37)

Mediku, riċerka, edukazzjoni (inklużi sptarijiet, universitajiet, eċċ.)

(38)

Manifattura ta' kimiċi ġenerali (mhux speċifikat mod ieħor fil-lista)

(39)

Attività oħra (mhux speċifikat mod ieħor fil-lista)

(2)

Kodiċi NACE: NACE huwa l-istandard tal-industrija Ewropew relatat ma' klassifikazzjoni statistika ta' attivitajiet ekonomiċi, u jikkonsisti f'kodiċi b'6 ċifri. L-utent jista' jkun jixtieq jirrelata l-istabbiliment ta' Seveso ma' din l-iskema ta' klassifikazzjoni, b'referenza għall-ewwel 4 ċifri, barra minn, jew bħala alternattiva għall-kodiċi SPIRS.

(f)

Ħolqa għas-sit inkluża aktar informazzjoni dwar l-istabbiliment*

(g)

ID E-PRTR: Fejn l-istabbiliment ikun kopert kompletament jew parzjalment bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), agħti l-identifikatur uniku nazzjonali użat għar-rappurtar tal-faċilità skont dak ir-Regolament, kif ukoll il-ħolqa għas-sit rilevanti.

(h)

ID IED (mid-dejta tal-2016 'il quddiem): Fejn l-istabbiliment ikun kopert kompletament jew parzjalment bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (http://ec.europa.eu/environment/air/pollutants/stationary/ied/legislation.htm), agħti l-identifikatur uniku nazzjonali użat għar-rappurtar tal-faċilità skont dak ir-Regolament, kif ukoll il-ħolqa għas-sit rilevanti.

(i)

Kummenti dwar l-istabbiliment: kummenti li l-utent jista' jkun jixtieq iżid fir-rigward tal-istabbiliment irrappurtat

2.3.   Il-post tal-istabbiliment* l-indirizz sħiħ jew il-koordinati tal-latitudni/tal-lonġitudni

(a)    Indirizz*: L-isem tat-triq, in-numru tal-bieb u l-belt fejn jinstab l-istabbiliment

(b)    Latitudni*: Il-koordinati tal-latitudni tal-istabbiliment (jekk ma jingħatax indirizz)

(c)    Lonġitudni*: Il-koordinati tal-lonġitudni tal-istabbiliment (jekk ma jingħatax indirizz)

(d)    Kummenti dwar l-indirizz : kummenti li l-utent jista' jkun jixtieq iżid fir-rigward tal-indirizz tal-istabbiliment

2.4.   Sustanzi tal-istabbiliment

(a)    Sustanza (skont Seveso III) : L-isem komuni jew l-isem ġeneriku jew il-klassifikazzjoni tal-periklu

(b)    Numru CAS : In-Numru tar-Reġistru CAS huwa identifikatur numeriku uniku, huwa magħżul għal sustanza waħda biss, ma għandux sinifikat kimiku u huwa ħolqa għal minjiera ta' informazzjoni dwar sustanza kimika speċifika. Dan jista' jkun fih sa 10 ċifri, maqsuma permezz ta' sing fi tliet partijiet. (http://www.cas.org/content/chemical-substances)

(c)    Kwantità : L-ammont ta' sustanza f'tunnellati

(d)    Proprjetajiet fiżiċi : Il-kundizzjonijiet tal-ħżin li fihom tinżamm is-sustanza, bħall-istat (solidu, likwidu, gass), il-granularità (trab, gerbub, eċċ.), il-pressjoni, it-temperatura, eċċ.

(e)    Kummenti dwar is-sustanzi : kummenti li l-utent jista' jkun jixtieq iżid fir-rigward tas-sustanzi tal-istabbiliment irrappurtati


(1)  Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(2)  Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta ' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta ' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(3)  Direttiva 2010/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).


12.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Diċembru 2014

li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi

(notifikata bid-dokument C(2014) 9335)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/896/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2012/18/UE jobbliga lill-Istati Membri jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sat-30 ta' Settembru 2019, u minn hemm 'il quddiem kull erba' snin.

(2)

Il-Kummissjoni żviluppat kwestjonarju biex jiġi definit is-sett tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-finijiet tar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

(3)

L-ewwel perjodu ta' rapportar għandu jkopri l-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2015, id-data li fiha d-Direttiva ssir applikabbli bis-sħiħ fl-Istati Membri, u l-31 ta' Diċembru 2018, biex l-Istati Membri jkollhom iż-żmien meħtieġ biex jevalwaw l-informazzjoni miġbura u jgħadduha lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2019. Il-perjodi ta' rapportar ta' kull erba' snin sussegwenti se jkopru l-perjodi bejn l-1 ta' Jannar tal-ewwel sena tal-perjodu ta' rapportar u l-31 ta' Diċembru tar-raba' sena tal-perjodu ta' rapportar.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (2).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE f'konformità mal-Artikolu 21(2) ta' dik id-Direttiva billi jwieġbu l-kwestjonarju stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13)

(3)  Disponibbli wkoll fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/environment/seveso/


ANNESS

KWESTJONARJU

1.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

1.

Agħti informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti ewlenin responsabbli għall-infurzar tad-Direttiva 2012/18/UE. L-informazzjoni għandha tkopri, bħala minimu, l-informazzjoni ta' kuntatt u l-kompiti ewlenin (il-monitoraġġ tar-rapporti dwar is-sikurezza, l-ippjanar tal-użu tal-art, l-effetti domino, l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet esterni ta' emerġenza, l-ispezzjonijiet, informazzjoni għall-pubbliku, sanzjonijiet). B'mod alternattiv: Irreferi għar-rapport preċedenti jekk ma seħħ l-ebda tibdil sinifikanti.

2.

Indika meta seħħ l-aħħar aġġornament tal-informazzjoni dwar l-istabbilimenti fid-dawl tal-inklużjoni tiegħu fil-bażi tad-dejta (e)SPIRS.

2.   EFFETTI DOMINO (L-ARTIKOLU 9 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

Fi tmiem il-perjodu ta' rapportar, kemm-il grupp ta' stabbilimenti ġie identifikat fejn ir-riskju jew il-konsegwenzi ta' inċident kbir jista' jiżdied minħabba l-pożizzjoni ġeografika u l-prossimità ta' stabbilimenti bħal dawn, u l-inventarji tagħhom tas-sustanzi perikolużi, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2012/18/UE?

3.   RAPPORTI DWAR IS-SIKUREZZA (L-ARTIKOLU 10 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

1.

L-istabbilimenti ta' kategoriji għolja kollha li kienu jeħtieġu rapport tas-sikurezza matul il-perjodu ta' rapportar, ippreżentawh? Jekk le, kemm minnhom ma ppreżentawhx?

2.

Ir-rapporti tas-sikurezza kollha ġew aġġornati matul l-aħħar ħames snin? Jekk le, kemm-il stabbiliment ta' kategorija għolja, li kienu jeħtieġu jagħmlu dan, ma aġġornawx ir-rapport tas-sikurezza tagħhom?

4.   PJANIJIET TA' EMERĠENZA (L-ARTIKOLU 12 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

1.

Ġew stabbiliti pjanijiet esterni ta' emerġenza għall-istabbilimenti ta' kategorija għolja kollha li kienu jeħtieġu rapport tas-sikurezza matul il-perjodu ta' rapportar? Jekk le, kemm-il stabbiliment ta' kategorija għolja m'għandux pjan estern ta' emerġenza stabbilit?

2.

L-awtoritajiet, għal kemm-il stabbilimenti ta' kategorija għolja ddeċidew li ma kienx meħtieġ it-tfassil ta' pjan estern ta' emerġenza skont l-Artikolu 12(8) tad-Direttiva 2012/18/UE?

3.

Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 4.2 hija wieħed jew aktar, għal kull każ agħti l-ġustifikazzjoni rilevanti mressqa mill-awtorità kompetenti.

4.

Il-pjanijiet esterni ta' emerġenza ġew ittestjati matul l-aħħar tliet snin għall-istabbilimenti kollha ta' kategorija għolja? Jekk le, f'kemm-il każ ma ġewx ittestjati l-pjanijiet esterni ta' emerġenza?

5.

Agħti l-informazzjoni dwar l-arranġamenti ewlenin biex jiġi kkonsultat il-pubbliku kkonċernat dwar il-pjanijiet esterni ta' emerġenza.

6.

Agħti spjegazzjoni fil-qosor tal-mod kif il-pjanijiet esterni ta' emerġenza ġew ittestjati (eż. test parzjali, test komplut, test li jinvolvi s-servizzi ta' emerġenza, desk top eċċ.). Speċifika l-kriterji użati meta jkun qed jiġi kkunsidrat jekk pjan estern ta' emerġenza huwiex xieraq.

5.   IPPJANAR TAL-UŻU TAL-ART (L-ARTIKOLI 13 U 15 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

1.

Matul il-perjodu ta' rapportar, il-pubbliku kkonċernat ġie kkonsultat dwar il-proġetti speċifiċi individwali kollha (stabbilimenti ġodda, modifiki sinifikanti fuq stabbilimenti eżistenti, żviluppi ġodda madwar stabbilimenti eżistenti), u l-pubbliku ġie kkonsultat dwar il-pjanijiet ġenerali jew il-programmi relatati mal-istabbilimenti ġodda jew mal-iżviluppi ġodda madwar stabbilimenti eżistenti? Jekk le, agħti rapport fil-qosor tar-raġunijiet ewlenin għall-każijiet fejn il-pubbliku ma ġiex ikkonsultat.

2.

Fakultattiv: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' pajjiżek tistipula proċeduri koordinati jew konġunti sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar l-ippjanar tal-użu tal-art skont is-Seveso u r-rekwiżiti li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra, pereżempju d-Direttivi 2011/92/UE (1) u 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)?

6.   INFORMAZZJONI DWAR IL-MIŻURI TA' SIKUREZZA (L-ARTIKOLU 14 U L-ANNESS V TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

1.

L-informazzjoni dwar il-miżuri tas-sikurezza u dwar l-imġiba meħtieġa f'każ ta' inċident kbir kienet disponibbli b'mod attiv għall-pubbliku matul l-aħħar ħames snin għall-istabbilimenti kollha ta' kategorija għolja? Jekk le, għal kemm-il stabbiliment ta' kategorija għolja dan ma kienx il-każ?

2.

Indika min (l-operatur, l-awtoritajiet) u, fejn possibbli, b'liema mezzi (pereżempju fuljetti, flyers, posta elettronika, SMS mingħand l-operaturi jew l-awtoritajiet) twasslet l-informazzjoni skont 6.1.

3.

L-informazzjoni elenkata fl-Anness V tad-Direttiva 2012/18/UE, qed tinżamm disponibbli b'mod permanenti għall-istabbilimenti kollha, inkluż b'mod elettroniku, u qed tiġi aġġornata fejn meħtieġ? Jekk le, indika l-perċentwal tal-istabbilimenti li għalihom dan mhuwiex il-każ u l-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet.

4.

Indika min (l-operatur, l-awtoritajiet) u, fejn possibbli, b'liema mezzi (pereżempju avviżi jew websajts tal-operaturi jew tal-awtoritajiet) qed tinżamm l-informazzjoni skont 6.3 b'mod permanenti.

5.

Fi tmiem il-perjodu ta' rapportar, kemm-il stabbiliment ġie meqjus li għandu potenzjal ta' inċident kbir b'effetti transfruntiera? F'kemm-il każ twasslet informazzjoni rilevanti lil xi Stat Membru potenzjalment affettwat.

7.   SPEZZJONIJIET (L-ARTIKOLU 20 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

1.

F'liema livell jew livelli tfasslu pjanijiet ta' spezzjoni? Dawn tqiegħdu għad-disponibilità tal-pubbliku, jew inkella l-pubbliku ġie informat b'mod elettroniku dwar fejn tista' tinkiseb informazzjoni aktar dettaljata dwar il-pjan ta' spezzjoni? Fakultattiv: Jekk ippubblikati fuq l-Internet, agħti l-ħolqa.

2.

Ġew stabbiliti programmi għal spezzjonijiet ta' rutina, inkluża l-frekwenza taż-żjarat fuq is-siti għall-istabbilimenti kollha? Id-data tal-aħħar żjara fuq is-sit, jew ir-referenza għal-lok fejn tista' tinstab dik l-informazzjoni b'mod elettroniku tpoġġew għad-disponibilità tal-pubbliku? Fakultattiv: Jekk ippubblikati fuq l-Internet, agħti l-ħolqa.

3.

Għal kemm-il stabbiliment ta' kategorija għolja huwa kkonċernat il-programm ta' spezzjoni, inkluża l-frekwenza taż-żjajjar fuq is-sit abbażi ta' evalwazzjoni sistematika tal-perikli ta' inċidenti kbar tal-istabbiliment? Kemm minn dawn huma suġġetti għal żjajjar annwali fuq is-sit?

4.

Għal kemm-il stabbiliment ta' kategorija baxxa huwa kkonċernat il-programm ta' spezzjoni, inkluża l-frekwenza taż-żjajjar fuq is-sit abbażi ta' evalwazzjoni sistematika tal-perikli ta' inċidenti kbar tal-istabbiliment? Kemm minn dawn huma suġġetti għal żjajjar fuq is-sit kull tliet snin?

5.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-gwida amministrattiva jistipulaw spezzjonijiet koordinati jew konġunti ma' spezzjonijiet imwettqa skont leġislazzjoni oħra tal-Unjoni (eż. skont id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali jew DEI)?

8.   PROJBIZZJONI TAL-UŻU, PENALI U STRUMENTI OĦRAJN KOERĊITTIVI (L-ARTIKOLU 19 U 28 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

1.

Għal kemm-il stabbiliment ġie pprojbit l-użu jew il-bidu tal-użu matul il-perjodu ta' rapportar?

2.

Kemm-il tip ieħor ta' miżuri koerċittivi ttieħdu matul il-perjodu ta' rapportar? Agħti indikazzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet li jintużaw l-aktar spiss (eż. il-projbizzjoni tal-użu, sanzjoni amministrattiva, penali jew xi miżura oħra). Jekk jista' jkun, agħti elenku statistiku.

9.   AĊĊESS GĦALL-ĠUSTIZJA (L-ARTIKOLU 23 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

Spjega kif ġiet żgurata l-konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2012/18/UE dwar l-aċċess għall-ġustizzja, u ddeskrivi l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu matul il-perjodu ta' rapportar.

10.   INFORMAZZJONI OĦRA

Fakultattiv: Agħti kull informazzjoni ġenerali addizzjonali relatata mas-Seveso, l-esperjenza tal-implimentazzjoni, ir-rapporti eċċ., li tista' tkunu ta' interess u li tista' tinqasam mal-pubbliku dwar il-punti li ġejjin:

(a)

Tagħlimiet minn aċċidenti u inċidenti biex dawn ma jiġux ripetuti;

(b)

L-għodod tal-IT użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva u għall-iskambju tad-dejta;

(c)

Jekk rilevanti, kull miżura simili għas-Seveso (f'termini ta' notifika tal-attivitajiet, rekwiżiti dwar il-ġestjoni tas-sikurezza, rapporti dwar is-sikurezza, informazzjoni għall-pubbliku, ippjanar għall-emerġenzi u spezzjonijiet), applikata għall-installazzjonijiet u l-attivitajiet mhux koperti mid-Direttiva 2012/18/UE, pereżempju, dwar pipelines, portijiet, ċentri tat-tqassim ta' ferroviji tal-merkanzija (marshalling yards), installazzjonijiet lil hinn mill-kosta, esplorazzjoni tal-gass, sfruttament, eċċ.


(1)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-L-Erbgħa, 27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

12.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/59


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Diċembru 2014

dwar kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-servizz u l-użu ta' vetturi u sottosistemi strutturali skont id-Direttivi 2008/57/KE u 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/897/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-Kummissjoni tista' tissottometti lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 tal-istess Direttiva kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva;

(2)

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (“l-Aġenzija”) ilha sa mill-2005 twettaq diversi attivitajiet li jappoġġjaw l-iżvilupp ta' sistema ferrovjarja integrata, sikura u interoperabbli tal-UE. Wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/57/KE, l-Aġenzija kellha laqgħat regolari ma' partijiet interessati u awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, b'mod partikolari fil-qasam tal-aċċettazzjoni trasversali tal-vetturi ferrovjarji, jiġifieri r-rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi ferrovjarji. Dawn il-laqgħat urew li hemm għarfien differenti tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi u sottosistemi strutturali kif previst fil-Kapitoli IV u V ta' dik id-Direttiva.

(3)

Mingħajr għarfien komuni, ir-regoli ta' implimentazzjoni nazzjonali jistgħu jwasslu lill-Istati Membri sabiex japplikaw ir-rekwiżiti b'modi differenti, li jispiċċaw joħolqu d-diffikultajiet għall-manifatturi u għall-impriżi ferrovjarji. Għarfien komuni tal-proċess għat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi u sottosistemi strutturali huwa meħtieġ ukoll sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-diversi rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija fir-rigward ta' bosta kompiti stabbiliti mid-Direttiva 2004/49/KE (2) u mid-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)

Il-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni tagħha 2011/217/UE (3). L-għan ta' din tal-aħħar kien li tikkjarifika l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi u sottosistemi strutturali kif stabbilit fid-Direttiva 2008/57/KE.

(5)

Sabiex jiġu diskussi u analizzati l-kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi u sottosistemi strutturali li tqajmu wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni 2011/217/UE, fl-2011, il-Kummissjoni waqqfet task force dwar il-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-vetturi. Ir-rapport finali ta' din it-task force ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija f'Lulju 2012.

(6)

Fit-30 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni adottat il-proposti leġiżlattivi tagħha għar-raba' pakkett ferrovjarju. Dawn il-proposti jqisu r-riżultati tat-task force imsemmija hawn fuq u jinkludu proċess imtejjeb għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi u s-sottosistemi. Il-kjarifiki f'din ir-Rakkomandazzjoni huma meħtieġa sabiex jottimizzaw l-implimentazzjoni tal-qafas legali attwali.

(7)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Rakkomandazzjoni 2011/217/UE tiġi estiża sabiex tkopri aspetti oħrajn relatati mal-proċess ta' awtorizzazzjoni u sabiex tkompli tikkjarifika l-kwistjonijiet li ġejjin:

ir-relazzjoni bejn ir-rekwiżiti essenzjali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (technical specifications for interoperability — TSI) u r-regoli nazzjonali;

l-użu tal-metodi komuni tas-sikurezza għall-finijiet ta' awtorizzazzjoni;

l-integrità tat-TSIs u tar-regoli nazzjonali;

il-verifiki li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz;

l-ittestjar;

id-dikjarazzjoni ta' verifika mill-manifattur jew mill-entità kontraenti;

ir-rikonoxximent reċiproku;

il-fajl tekniku;

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet qabel, waqt u wara l-awtorizzazzjoni;

ir-rwol tas-sistema għall-ġestjoni tas-sikurezza; u

il-ġestjoni tal-modifiki.

(8)

Għall-finijiet ta' ċarezza u simplifikazzjoni, huwa preferibbli li r-Rakkomandazzjoni 2011/217/UE tiġi sostitwita minn din ir-Rakkomandazzjoni.

(9)

Wara li kkonsultat lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, l-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura, il-korpi ta' valutazzjoni, l-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni, il-manifatturi, l-applikanti għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz u parteċipanti oħrajn involuti fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz u l-użu ta' vetturi u sottosistemi strutturali jkunu konxji tal-prinċipji u l-linji gwida stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 116.

DEFINIZZJONIJIET

2.

Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttivi 2008/57/KE u 2004/49/KE. B'mod partikolari, it-termini “impriżi ferrovjarji”, “maniġers tal-infrastruttura”, “detenturi tal-vetturi” u “entità responsabbli mill-manutenzjoni” jintużaw abbażi tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom kif definiti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2004/49/KE. Kwalunkwe entità li tissodisfa wieħed mir-rwoli msemmija f'dawn l-Artikoli tista' tissodisfa wkoll rwol ieħor (pereżempju; impriża ferrovjarja jew maniġer tal-infrastruttura tista'/jista' tkun/jkun ukoll detentur tal-vetturi). Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“stat operattiv tad-disinn” tfisser il-modalità operattiva normali u l-kundizzjonijiet degradati prevedibbli (inkluż l-użu) fi ħdan il-medda u l-kundizzjonijiet ta' użu speċifikati fil-fajls tekniċi u tal-manutenzjoni. Dan ikopri l-kundizzjonijiet kollha li taħthom is-sottosistema hija maħsuba biex topera u l-konfini tekniċi tagħha;

(b)

“karatteristiċi bażiċi tad-disinn” tfisser il-karatteristiċi ta' sottosistema kif definiti fiċ-ċertifikat ta' eżaminazzjoni tad-disinn jew tat-tip;

(c)

“integrazzjoni sikura” tfisser li l-azzjoni intiża biex tiżgura l-inkorporazzjoni ta' element (pereżempju; tip ġdid ta' vettura, proġett ta' netwerk, sottosistema, parti, komponent, kostitwent, softwer, proċedura, organizzazzjoni) f'sistema akbar ma toħloq ebda riskju inaċċettabbli għas-sistema li tirriżulta;

(d)

“stabbiliment tal-kompatibbiltà teknika man-netwerk” tfisser il-verifika u d-dokumentazzjoni fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tal-parametri tat-tip ta' vettura li huma rilevanti għall-kompatibbiltà teknika man-netwerk partikolari u, fejn applikabbli, għall-konformità mal-valuri limiti speċifikati għal dan in-netwerk; il-parametri jinkludu l-karatteristiċi fiżiċi u l-funzjonijiet; jeħtieġ li l-verifika ssir skont ir-regoli applikabbi għan-netwerk partikolari;

(e)

“kompatibbiltà teknika” tfisser il-kapaċità ta' żewġ sottosistemi strutturali jew aktar, jew inkella partijiet minnhom, li jkollhom mill-inqas interfaċċja waħda komuni, illi jinteraġixxu ma' xulxin, filwaqt li jżommu l-istat operattiv tad-disinn individwali tagħhom u l-livell ta' prestazzjoni mistenni minnhom;

(f)

“korp ta' valutazzjoni” tfisser il-korp innotifikat, il-korp maħtur jew il-korp ta' valutazzjoni tar-riskji;

(g)

“korp innotifikat” tfisser korp kif definit mill-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2008/57/KE;

(h)

“korp maħtur” tfisser korp maħtur minn Stat Membru skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE għall-verifika tal-konformità ta' sottosistema mar-regoli nazzjonali;

(i)

“korp ta' valutazzjoni tar-riskji” tfisser korp kif definit mill-Artikolu 3(14) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 (4);

(j)

“dikjarazzjoni KE ta' verifika” tfisser, għal sottosistema, id-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika stabbilita skont l-Artikolu 18 u l-Anness V tad-Direttiva 2008/57/KE, li hija dikjarazzjoni li s-sottosistema tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Ewropea rilevanti, inklużi kwalunkwe regoli nazzjonali li jintużaw għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE;

(k)

“proġett ta' netwerk” tfisser proġett għat-tqegħid fis-servizz ta' tagħmir fiss ġdid, imġedded jew aġġornat, kompost minn aktar minn sottosistema strutturali waħda;

(l)

“karatteristiċi tan-netwerk” tfisser il-karatteristiċi ta' netwerk kif deskritti mit-TSIs u, fejn ikun rilevanti, mir-regoli nazzjonali;

(m)

“fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni” KE “ta' verifika” tfisser il-kombinazzjoni tal-fajls u d-dokumentazzjoni kollha miġbura mill-applikant kif mitlub mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE għal sottosistema;

(n)

“dokumentazzjoni mressqa għall-awtorizzazzjoni” tfisser il-fajl ippreżentat mill-applikant lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza fil-mument tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni;

(o)

“applikant” tfisser il-firmatarju tad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2008/57/KE u li jitlob għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' sottosistema. Fejn teħtieġ is-CSM RA skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/57/KE, ir-rwol ta' “dak li jipproponi” skont is-CSM RA għandu jittieħed mill-applikant għall-awtorizzazzjoni.

(p)

“applikant għall-awtorizzazzjoni ta' proġett ta' vettura/netwerk” tfisser l-entità li qed titlob għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid is-servizz ta' proġett ta' vettura jew netwerk rispettivament. Fejn teħtieġ is-CSM RA skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/57/KE, ir-rwol ta' “dak li jipproponi” skont is-CSM RA għandu jittieħed mill-applikant għall-awtorizzazzjoni

AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SERVIZZ TA' SOTTOSISTEMI

3.

L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' sottosistema hija r-rikonoxximent mill-Istat Membru li l-applikant għal din is-sottosistema wera li huwa jissodisfa, fl-istat operattiv tad-disinn tiegħu, ir-rekwiżiti essenzjali kollha tad-Direttiva 2008/57/KE (5) meta integrati fis-sistema ferrovjarja. Skont l-Artikolu 17(1) tal-istess Direttiva, din hija pprovduta fil-forma ta' dikjarazzjoni “KE” ta' verifika. Id-dijagramma li ġejja tiġbor fil-qosor l-attivitajiet imwettqa qabel u wara awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' sottosistema strutturali:

Image

AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SERVIZZ TA' VETTURI U AWTORIZZAZZJONI TA' TIPI TA' VETTURI

4.

Għall-finijiet ta' awtorizzazzjoni, vettura hija komposta mis-sottosistema ta' vetturi ferrovjarji u, fejn applikabbli, is-sottosistema abbord ta' kontrolli u kmandi u ta' sinjalar. Awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura jew awtorizzazzjoni individwali għat-tqegħid ta' vettura fis-servizz hija awtorizzazzjoni kollettiva tas-sottosistema/i li minnha/minnhom tkun komposta l-vettura.

5.

Ir-rekwiżiti li jirriżultaw mis-sottosistemi funzjonali u li jaffettwaw l-istat (operattiv) tad-disinn tal-vettura (inklużi, pereżempju, ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni operattiva) huma stabbiliti fit-TSIs strutturali rilevanti jew, fejn ikun permess mid-Direttiva 2008/57/KE, fir-regoli nazzjonali (eż. is-sistemi tal-klassi B tas-CCS).

6.

Minħabba li l-vetturi huma komposti minn sottosistema waħda jew aktar, id-dispożizzjonijiet relatati mas-sottosistemi fil-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/57/KE huma applikabbli għas-sottosistemi rilevanti tal-vettura jew tat-tip ta' vettura, mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-Kapitolu V.

7.

Għal awtorizzazzjonijiet li jirrigwardjaw vetturi komposti minn aktar minn sottosistema waħda, għall-awtorizzazzjoni tal-vettura jew tat-tip ta' vettura, l-applikant jista' jikkombina d-dikjarazzjonijiet “KE” tal-verifiki għaż-żewġ sottosistemi f'dikjarazzjoni “KE” waħda ta' verifika, kif deskritt fl-anness V tad-Direttiva 2008/57/KE, sabiex juri li l-vetturi ta' dan it-tip, b'mod ġenerali fl-istat operattiv tad-disinn tagħhom, meta jiġu integrati fis-sistema ferrovjarja, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Ewropea rilevanti, inklużi r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE.

8.

Awtorizzazzjoni waħda għat-tip ta' vettura jew awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi individwali għandha tkun biżżejjed għan-netwerk ferrovjarju kollu tal-UE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fid-Direttiva 2008/57/KE. Dan japplika, pereżempju, fil-każ ta' vettura konformi mat-TSI jew tip ta' vettura li tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni tal-użu li din tkun intiża biex titħaddem biss fuq netwerk konformi mat-TSI (iżda dan japplika biss jekk it-TSIs rilevanti li kienu applikati fl-awtorizzazzjonijiet rispettivi ma jkunux jinkludu kwistjonijiet pendenti u każijiet speċifiċi relatati mal-kompatibbiltà bejn in-netwerk u l-vettura).

9.

Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tat-tipi ta' vetturi u l-vetturi individwali huma armonizzati u jinkludu passi ċari b'limiti ta' żmien fissi.

10.

Ir-regoli applikabbli għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi u tipi ta' vetturi għandhom ikunu stabbli, trasparenti u mhux diskriminatorji. Ir-regoli għandhom ikunu jew TSIs, jew inkella, meta jkun permess mid-Direttiva 2008/57/KE, regoli nazzjonali nnotifikati lill-Kummissjoni u magħmula disponibbli permezz ta' bażi ta' dejta mwaqqfa mill-Kummissjoni. Mill-mument li tiġi adottata TSI, l-Istati Membri ma għandhom jadottaw ebda regola nazzjonali relatata ma' prodotti jew partijiet tas-sottosistema li jkunu koperti minn dik it-TSI (għajr għal dawk iddikjarati bħala “kwistjonijiet pendenti”). Fil-każ ta' vetturi u tipi ta' vetturi mhux konformi mat-TSI, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għandu jiġi applikat kemm jista' jkun possibbli sabiex jiġu evitati rekwiżiti bla bżonn u verifiki żejda, sakemm dawn ma jkunux strettament meħtieġa għall-verifikazzjoni tal-kompatibbiltà teknika ta' vettura ta' dan it-tip man-netwerk rilevanti.

11.

L-awtorizzazzjonijiet relatati mal-vetturi għandhom jirreferu għall-karatteristiċi tekniċi tal-istat operattiv tad-disinn tal-vetturi, inklużi l-limiti u l-kundizzjonijiet tal-użu, filwaqt li jindikaw in-netwerk(s) (6) tal-Istat(i) Membru/i li għalih(om) huma awtorizzati l-vetturi ta' dak it-tip. Il-karatteristiċi tekniċi msemmija fl-awtorizzazzjoni għandhom jiġu:

ddikjarati mill-manifatturi jew mill-entitajiet kontraenti, fir-rwol tagħhom bħala applikant għall-awtorizzazzjoni tal-vettura jew tat-tip ta' vettura,

ivverifikati u ċċertifikati mill-korpi tal-valutazzjoni, u

iddokumentati fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika.

12.

Il-karatteristiċi tekniċi li ssir referenza għalihom fir-rakkomandazzjoni 11 ta' hawn fuq huma l-istess għal kwalunkwe vettura individwali tal-istess tip ta' vettura.

13.

La l-awtorizzazzjoni tat-tip u lanqas l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vettura individwali ma għandha tkun relatata ma' kwalunkwe rotta, impriża ferrovjarja, detentur jew entità responsabbli mill-manutenzjoni (ECM) partikolari.

14.

Bil-għan li jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda ħtieġa li jiġu awtorizzati tipi ta' vetturi u t-tqegħid fis-servizz ta' vetturi individwali għal rotot speċifiċi, kif ukoll sabiex tiġi evitata l-ħtieġa għal awtorizzazzjoni mill-ġdid jekk ikun hemm tibdil fil-karatteristiċi ta' kwalunkwe rotta, għandhom jiġu speċifikati kwalunkwe limitazzjonijiet u kundizzjonijiet tal-użu marbuta ma' awtorizzazzjoni relatata mal-vettura f'termini tal-parametri tal-karatteristiċi tekniċi tad-disinn tal-infrastruttura u mhux f'termini ta' ġeografija.

AWTORIZZAZZJONI TAT-TIP

15.

Il-karatteristiċi tal-istat operattiv tad-disinn ta' vettura li jiġu vvalutati għal awtorizzazzjoni huma l-karatteristiċi assoċjati mat-tip ta' vettura. Tip ta' vettura jistal-ewwel jiġi awtorizzat skont l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2008/57/KE u mbagħad il-vetturi individwali ta' dak it-tip (inklużi serje ta' vetturi individwali) jistgħu jiġu awtorizzati permezz ta' verifika tal-konformità tagħhom mat-tip skont l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2008/57/KE. B'mod alternattiv, l-awtorizzazzjoni tal-ewwel vettura ta' tip tikkonferixxi awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura skont l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 2008/57/KE. Dan jippermetti wkoll vetturi individwali sussegwenti tal-istess tip li jiġu awtorizzati permezz ta' verifika tal-konformità mat-tip skont l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2008/57/KE. Dan il-kunċett ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura jippermetti lill-manifatturi jqiegħdu tipi ta' vetturi fis-suq u fil-katalogu tagħhom, u b'hekk joffru lill-klijenti l-benefiċċju ta' awtorizzazzjoni, mingħajr ma jkunu diġà bnew il-vetturi individwali ta' tali tipi li jistgħu jiġu ordnati minn klijent. Wieħed mill-objettivi ta' dan il-kunċett huwa li jitneħħa ħafna mir-riskju ta' awtorizzazzjoni minn dawk li jakkwistaw vetturi ta' dawn it-tipi.

16.

Il-kunċett tat-tip huwa rilevanti wkoll għall-kompatibbiltà tar-rotta. Sabiex jiġi vvalutat jekk ir-rotta hijiex tajba għal ferrovija, impriża ferrovjarja tqabbel il-karatteristiċi ta' ferrovija komposta minn vetturi ta' ċerti tipi mal-informazzjoni pprovduta mill-maniġer tal-infrastruttura fir-reġistru tal-infrastruttura. L-obbligu tal-maniġers tal-infrastruttura li jagħmlu n-natura tal-infrastruttura pubblika diġà jeżisti (id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) safejn ikun ikkonċernat l-aċċess għan-netwerk; id-Direttiva 2004/49/KE, id-Direttiva 2008/57/KE u t-TSI relatata mal-“ġestjoni tat-traffiku u l-operat” safejn ikun ikkonċernat l-operat). Sakemm jiġi stabbilit u popolat ir-reġistru tal-infrastruttura, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw din l-informazzjoni f'forma oħra. Dan ma jagħtix is-setgħa lill-maniġers tal-infrastruttura sabiex jimponu xi tip ta' awtorizzazzjoni sekondarja għall-vetturi jew għall-ferroviji tal-impriżi ferrovjarji.

17.

Il-proċessi tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi u l-operat u l-manutenzjoni sussegwenti ta' vetturi partikolari huma żewġ proċessi evidentement distinti rregolati minn dispożizzjonijiet distinti. Din is-separazzjoni tippermetti lil vetturi tal-istess tip jitqiegħdu fis-suq mill-manifatturi li diġà għandhom awtorizzazzjoni, li jitħaddmu minn impriżi ferrovjarji differenti u li ssirilhom manutenzjoni minn entitajiet differenti responsabbli mill-manutenzjoni (ECM) skont is-sistemi ta' manutenzjoni differenti abbażi tal-kuntest operattiv.

18.

Għal tipi ta' vetturi intiżi biex jiġu awtorizzati f'aktar minn Stat Membru wieħed (pereżempju sabiex jintużaw f'kurituri), l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jagħżlu li jikkooperaw sabiex joħorġu l-ewwel awtorizzazzjonijiet u dawk addizzjonali fl-istess ħin (“awtorizzazzjoni simultanja”). Dan jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti jaqsmu x-xogħol bejniethom (pereżempju kull waħda minnhom tista' tieħu qasam) u lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza li toħroġ l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex tirrikonoxxi u tibbenifika mill-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza l-oħrajn.

AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SERVIZZ TA' SOTTOSISTEMI TA' INSTALLAZZJONI FISSA

19.

Għandu jiġi enfasizzat li t-TSIs għal installazzjonijiet fissi ma jinkludux sett komplut ta' rekwiżiti li għandhom jiġu osservati mis-sottosistema rilevanti. Ir-rekwiżiti stabbiliti fit-TSIs jinkludu dawk l-elementi li huma rilevanti għall-kompatibbiltà tas-sottosistemi ta' installazzjoni fissa ma' vettura konformi ma' TSI.

20.

Għal installazzjonijiet fissi, minbarra l-applikazzjoni tat-TSIs, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni applikabbli kollha tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-applikazzjoni ta' regoli oħrajn — li ma għandhomx bżonn jiġu armonizzati sabiex jissodisfaw l-objettivi tad-Direttiva 2008/57/KE — bħal dawk dwar is-sigurtà elettrika, l-inġinerija ċivili, il-bini, il-miżuri sanitarji, il-kodiċi tal-protezzjoni kontra n-nirien, eċċ. Dawn ir-regoli ma għandhomx jikkontradixxu d-dispożizzjonijiet tat-TSIs.

21.

Għal proġett ta' netwerk kompost minn aktar minn sottosistema waħda ta' installazzjoni fissa, huwa suġġerit li biex il-proġett jiġi ssimplifikat, l-applikant jista' jikkombina d-dikjarazzjonijiet “KE” ta' verifiki għal kull sottosistema, kif deskritt fl-Anness V tad-Direttiva 2008/57/KE, f'dikjarazzjoni “KE” ta' verifika waħda għall-proġett tan-netwerk b'mod ġenerali sabiex juri li l-proġett tan-netwerk b'mod ġenerali, meta integrat fis-sistema ferrovjarja, jissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Ewropea rilevanti, inkluż l-issodisfar tar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE.

22.

Ir-regoli nazzjonali applikabbli għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz ta' sottosistemi ta' installazzjoni fissa għandhom ikunu stabbli, trasparenti u mhux diskriminatorji. Mingħajr ħsara għar-rakkomandazzjonijiet 19 u 20 ta' hawn fuq, ir-regoli relatati mar-rekwiżiti essenzjali tas-sistema ferrovjarja stipulati mid-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu jew TSIs, jew inkella, meta jkun permess mid-Direttiva 2008/57/KE, regoli nazzjonali nnotifikati lill-Kummissjoni u magħmula disponibbli permezz ta' bażi ta' dejta mwaqqfa mill-Kummissjoni. Mill-mument li tiġi adottata TSI, l-Istati Membri ma għandhom jadottaw ebda regola nazzjonali relatata ma' prodotti jew partijiet tas-sottosistema li jkunu koperti minn dik it-TSI (għajr għal dawk l-aspetti debitament iddikjarati bħala “kwistjonijiet pendenti” fit-TSIs rilevanti).

23.

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' sottosistemi ta' installazzjoni fissa għandha tirreferi għall-karatteristiċi tekniċi tagħha, inklużi l-limiti u l-kundizzjonijiet tal-użu. Il-karatteristiċi tekniċi msemmija fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz għandhom jiġu:

ddikjarati mill-applikant,

ivverifikati u ċċertifikati mill-korpi tal-valutazzjoni, u

iddokumentati fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika.

24.

Il-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz ta' sottosistemi ta' installazzjoni fissa u l-proċess tal-operat u l-manutenzjoni ta' dawk is-sottosistemi huma żewġ proċessi evidentement distinti rregolati minn dispożizzjonijiet distinti.

IR-REKWIŻITI ESSENZJALI, L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-INTEROPERABILITÀ (TSI) U R-REGOLI NAZZJONALI

25.

Id-Direttiva dwar l-Interoperabilità tistabbilixxi rekwiżiti essenzjali għas-sistema ferrovjarja. Dawn huma “l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Anness III li għandhom jiġu ssodisfati mis-sistema ferrovjarja, mis-sottosistemi u mill-kostitwenti tal-interoperabilità, inklużi interfaċċji” ((il-punt g tal-Artikolu 2) tad-Direttiva 2008/57/KE). Għaldaqstant, ir-rekwiżiti essenzjali għas-sistema ferrovjarja huma eżawrjenti. Stat Membru, jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza, ma jistax jistabbilixxi rekwiżiti jew kundizzjonijiet oħra għajr dawk previsti mill-Artikolu 17.

26.

Il-kompatibbiltà teknika fl-interfaċċja bejn in-netwerk u l-vetturi hija kruċjali għas-sigurtà. Għalkemm l-aspett tas-sigurtà ta' din l-interfaċċja jista' jiġi pprovat permezz tal-użu ta' sistemi ta' referenza jew estimi ta' riskji espliċiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 (8) (CSM RA), għal raġunijiet ta' interoperabilità, il-kompatibbiltà teknika għandha tiġi pprovata fuq il-bażi tar-regoli armonizzati tal-Unjoni, jiġifieri t-TSIs, jew, jekk ma jkunux jeżistu tali regoli, fuq il-bażi tar-regoli nazzjonali. Għalhekk, għall-finijiet tal-interoperabilità, l-interfaċċji bejn il-vettura u n-netwerk għandhom jintwerew bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq ir-regoli.

27.

Bħala konsegwenza, minn naħa waħda, it-TSIs għandhom jispeċifikaw b'mod eżawrjenti l-interfaċċji msemmija fir-rakkomandazzjoni 26. Kull parametru bażiku u interfaċċja tas-sistema fil-mira li jridu jiġu vverifikati espliċitament għall-awtorizzazzjoni għandhom jiġu speċifikati wkoll b'mod sħiħ fit-TSIs, flimkien mar-rekwiżiti rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità.

28.

Min-naħa l-oħra, it-TSIs għandhom jispeċifikaw biss ir-rekwiżiti “safejn ikun neċessarju” sabiex iwasslu l-aħjar livell ta' armonizzazzjoni teknika u d-dispożizzjonijiet obbligatorji meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE u sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dik id-Direttiva (l-Artikolu 5(3)). Għalhekk, it-TSIs għandhom jispeċifikaw ir-rekwiżiti biss sal-livell ta' dettall li jeħtieġ li jiġi armonizzat sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, filwaqt li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali. Huma jispeċifikaw ukoll l-interfaċċji bejn is-sottosistemi. Kull TSI tindika sottosistema fil-mira li tista' tinkiseb gradwalment fi żmien raġonevoli.

29.

L-applikanti għandu jkollhom il-libertà li jużaw soluzzjonijiet tekniċi tal-għażla tagħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali, bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjonijiet ta' dawn is-soluzzjonijiet tekniċi jikkonformaw mat-TSIs u ma' leġiżlazzjonijiet applikabbli oħrajn.

30.

Sabiex tintlaħaq il-mira taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea mingħajr fruntieri interni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali jistgħu jiġu stabbiliti fl-istandards armonizzati (EN). F'xi każijiet, l-istandards armonizzati li jkopru l-parametri bażiċi tat-TSIs jipprovdu preżunzjoni tal-konformità ma' ċerti klawżoli tat-TSIs. B'konformità mal-ispirtu tal-approċċ il-ġdid għall-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni teknika, l-applikazzjoni ta' dawn l-istandards tibqa' volontarja, iżda r-referenzi tagħhom jiġu ppubblikati fuq il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU tal-UE). Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu elenkati wkoll fil-gwidi għall-applikazzjoni tat-TSI sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tagħhom mill-industrija. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jibqgħu kumplimentari għat-TSIs.

31.

Il-ġerarkija u l-livell ta' dettall tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fir-rakkomandazzjonijiet minn 26 sa 30 huma spjegati fid-dijagramma li ġejja:

Image

32.

It-TSIs ma għandhomx jirrepetu d-dispożizzjonijiet imfassla biex jiżguraw li l-istat operattiv tad-disinn ta' vettura jew sottosistema jissodisfa r-rekwiżiti minn Direttivi applikabbli oħrajn.

33.

Ir-rekwiżiti li joħorġu minn dispożizzjonijiet tal-UE minbarra d-Direttiva 2008/57/KE għandhom jiġu applikati wkoll meta sottosistema jew vettura tiġi ddisinjata/ippjanata u mqiegħda fl-istat operattiv tad-disinn tagħha. L-applikant għandu jiżgura li dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati.

34.

Mingħajr ħsara għar-rakkomandazzjonijiet 19 u 20, ir-regoli nazzjonali jistgħu jkomplu japplikaw għall-awtorizzazzjonijiet biss fil-każijiet speċifikati mill-Artikolu 17 (3) tad-Direttiva 2008/57/KE. Dawn huma

iċ-ċirkostanzi fejn ma teżisti ebda TSI rilevanti, jiġifieri:

(q)

kwistjonijiet pendenti tat-TSI;

(r)

netwerks u vetturi mhux (intiżi biex jaqgħu) fil-kamp ta' applikazzjoni tat-TSIs;

(s)

rekwiżiti għas-sistemi ta' legat (jiġifieri interfaċċji tas-sistema mhux intiżi biex ikunu koperti mit-TSIs);

(t)

rekwiżiti għal vetturi mhux konformi mat-TSI mqiegħda fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ tat-TSIs jew matul perjodu tranżitorju;

derogi, li għalihom japplika l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/57/KE;

każijiet speċifiċi kif definiti fit-TSIs, li jinkludu varjazzjonijiet nazzjonali fis-sistema fil-mira.

35.

Fil-każijiet elenkati fir-rakkomandazzjoni 34, l-Istati Membri għandhom jiddependu fuq, jagħmlu pubbliċi u jinforzaw regoli li jkopru r-rekwiżiti essenzjali, inkluża l-kompatibbiltà teknika bejn il-vetturi u n-netwerk tagħhom. Sabiex jiġi ppreservat il-livell eżistenti ta' interoperabilità u tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn l-applikanti, dawn ir-regoli għandhom ikunu fl-istess livell ta' dettall bħat-TSIs u ma jkunux ambigwi fir-rekwiżiti tagħhom (jiġifieri għandhom jispeċifikaw il-valuri għall-parametri rilevanti u l-metodi għall-valutazzjoni tal-konformità).

36.

Jekk issir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni addizzjonali għal tip ta' vettura jew vetturi individwali eżistenti mhux konformi mat-TSI, l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2008/57/KE jippermetti lill-Istat Membru fejn tintalab l-awtorizzazzjoni addizzjonali sabiex jivverifika biss il-kompatibbiltà man-netwerk tiegħu. Fl-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku kif deskritt fir-rakkomandazzjonijiet minn 52 sa 54, dan l-Istat Membru għandu jirrikonoxxi l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, sakemm ma jkunx jista' juri (lil min japplika għall-awtorizzazzjoni addizzjonali) li hemm riskju sinifikanti għas-sigurtà. Dan huwa konsistenti mal-ħtieġa li tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn it-tipi ta' vetturi u l-vetturi individwali li kienu awtorizzati għall-ewwel darba fi Stat Membru.

37.

Għalhekk, għall-finijiet ta' ċarezza, l-Istati Membri għandhom jiddikjaraw fir-regoli nazzjonali tagħhom liema mid-dispożizzjonijiet japplikaw: għal vetturi u sottosistemi ġodda biss għall-ewwel awtorizzazzjoni; u/jew għal tipi eżistenti; u/jew għal vetturi eżistenti li se jingħataw awtorizzazzjoni ġdida wara li ġew imġedda jew aġġornati; u/jew għas-sottosistemi u l-vetturi kollha li diġà qegħdin fis-servizz.

L-UŻU TA' METODI KOMUNI TAS-SIKUREZZA GĦALL-EVALWAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAR-RISKJI (CSM RA) U S-SISTEMA GĦALL-ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA (SMS)

38.

Is-CSM RA huwa obbligatorju fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz biss fil-każijiet li ġejjin:

(u)

meta jkun mitlub għal suġġett partikolari minn TSI jew regola nazzjonali applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE;

(v)

kif mitlub mill-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/57/KE sabiex titwettaq l-integrazzjoni sikura tas-sottosistemi meta r-regoli obbligatorji ma jkunux disponibbli.

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-użu tas-CSM RA mhuwiex obbligatorju fil-kuntest ta' tali awtorizzazzjoni.

39.

It-terminu “integrazzjoni sikura” jista' jintuża sabiex ikopri:

(w)

l-integrazzjoni sikura bejn l-elementi li jikkomponu sottosistema;

(x)

l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi li jikkostitwixxu vettura jew proġett ta' netwerk;

u, għall-vetturi:

(y)

l-integrazzjoni sikura ta' vettura bil-karatteristiċi tan-netwerk;

(z)

l-integrazzjoni sikura tal-vetturi fl-SMS tal-impriżi ferrovjarji. Din tinkludi l-interfaċċji bejn il-vetturi, l-interfaċċji mal-membri tal-persunal li jħaddmu s-sistema u l-attivitajiet ta' manutenzjoni minn ECM;

(aa)

l-integrazzjoni sikura ta' ferrovija bir-rotot speċifiċi li topera fuqhom;

u għall-proġetti tan-netwerk:

(bb)

l-integrazzjoni sikura ta' proġett ta' netwerk bil-karatteristiċi tal-vetturi definiti fit-TSIs u fir-regoli nazzjonali;

(cc)

l-integrazzjoni sikura ma' partijiet kontigwi tan-netwerk (sezzjonijiet lineari)

(dd)

l-integrazzjoni sikura ta' proġett ta' netwerk fl-SMS tal-maniġer tal-infrastruttura. Din tinkludi l-interfaċċji mal-membri tal-persunal li se jħaddmu l-proġett tan-netwerk u l-attivitajiet ta' manutenzjoni mill-maniġer tal-infrastruttura jew mill-kuntratturi tiegħu;

(ee)

l-integrazzjoni sikura ta' proġett ta' netwerk bil-ferroviji speċifiċi li joperaw fuqu.

40.

Fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-integrazzjoni sikura u l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid tal-vetturi fis-servizz:

il-punti (a), (b) u (c) tar-rakkomandazzjoni 39 għandhom jitwettqu qabel l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz. Kwalunkwe kundizzjoni u limiti tal-użu derivati minnhom (eż. kwalunkwe limitazzjonijiet għall-kompożizzjoni tal-ferrovija, inkluż l-operat f'unitajiet multipli jew l-operat tal-lokomotivi flimkien mal-vetturi li jifformaw il-ferrovija) għandhom jiġu ddikjarati fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika msemmi fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2008/57/KE b'tali mod li l-utent tas-sottosistema jew tal-vettura awtorizzata jkun jista' japplika dawn il-kundizzjonijiet u l-limiti ta' użu skont l-SMS tiegħu;

il-punt (d) tar-rakkomandazzjoni 39 mhuwiex parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni. Huwa għandu jitwettaq mill-impriża ferrovjarja wara kunsiderazzjoni xierqa tal-kundizzjonijiet u l-limiti ta' użu kollha li jirriżultaw mill-punti (a), (b) u (c) u abbażi ta' verifika tal-konformità mat-TSIs u mar-regoli nazzjonali applikabbli;

il-punt (e) tar-rakkomandazzjoni 39 mhuwiex parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni. Huwa għandu jitwettaq mill-impriża ferrovjarja fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha meħtieġa minn impriża ferrovjarja sabiex tiddetermina l-karatteristiċi tal-ferrovija u tistabbilixxi l-kompatibbiltà mar-rotta tal-ferrovija (eż. il-kundizzjonijiet tal-użu, il-valuri tal-parametri tal-interfaċċja) li jirriżultaw mill-punti (a), (b) u (c) u mill-informazzjoni inkluża fir-reġistru tal-infrastruttura.

40 bis.

Fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-integrazzjoni sikura u l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' sottosistemi fissi u ta' proġetti ta' netwerks:

il-punti (a), (b), (f) u (g) tar-rakkomandazzjoni 39 għandhom jitwettqu qabel l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz. Il-kundizzjonijiet jew il-limiti tal-użu kollha li joħorġu minnhom għandhom jiġu ddikkjarati fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2008/57/KE b'mod li l-utent tas-sottosistema jew tal-proġett ta' netwerk awtorizzati jkun jista' japplika dawn il-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu skont l-SMS tiegħu;

il-punt (h) tar-rakkomandazzjoni 39 mhijiex parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni. Dan għandu jitwettaq mill-maniġer tal-infrastruttura waqt li jqis kif xieraq il- kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu li jirriżultaw mill-punti (a), (b), (c) u l-verifika tal-konformità mat-TSIs u r-regoli nazzjonali applikabbli;

il-punt (i) tar-rakkomandazzjoni 39 mhijiex parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni. Dan għandu jitwettaq mill-maniġer tal-infrastruttura abbażi tal-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi tar-rotta u tiġi stabbilita l-kompatibilità tar-rotta ferrovjarja (pereżempju l-kundizzjonijiet tal-użu, il-valuri tal-parametri tal-interfaċji) li jirriżultaw mill-punti (a), (b), u (c) u l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tat-tipi ta' vetturi

41.

Fir-rigward tal-użu tas-CSM RA sabiex tiġi vverifikata l-integrazzjoni sikura qabel l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz:

il-punt (a) tar-rakkomandazzjoni 39 jaqa' b'mod sħiħ fil-kamp ta' applikazzjoni tat-TSIs li jindirizzaw sottosistema; fejn ma jkun hemm ebda regola teknika espliċita li tkopri din il-kwistjoni, it-TSI tista' tadotta approċċ ibbażat fuq ir-riskji, titlob l-applikazzjoni tas-CSM RA u tispeċifika sa liema livell aċċettabbli għandu jiġi kkontrollat ir-riskju;

fejn ma jkunx hemm regoli obbligatorji (TSIs, regoli nazzjonali) li jkopru din l-interfaċċja b'mod sħiħ, il-punt (b) tar-rakkomandazzjoni 39 għandu jiġi vverifikat bl-użu tas-CSM RA;

il-punt (c) tar-rakkomandazzjoni 39 għandu jiġi kopert b'mod sħiħ mit-TSIs u, fejn previst mill-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, mir-regoli nazzjonali, filwaqt li din il-verifika bbażata fuq ir-regoli għandha titwettaq minn korp ivverifikat jew korp maħtur bħala parti mir-responsabbiltà tiegħu għall-“verifika tal-interfaċċji tas-sottosistema inkwistjoni mas-sistema li fiha tkun inkorporata” (l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2008/57/KE), inkella r-rekwiżiti għat-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-interoperabilità jiġu kompromessi.

Għaldaqstant, l-użu tas-CSM RA mhuwiex obbligatorju għall-punt (c) tar-rakkomandazzjoni 39 għall-każijiet fejn jeżistu t-TSIs jew ir-regoli nazzjonali. Fil-każijiet fejn ir-regoli nazzjonali ma jispeċifikawx din l-interfaċċja b'mod sħiħ (eż. ċerti sistemi għas-sinjalar tal-legat u soluzzjonijiet innovattivi), dawn ir-regoli nazzjonali jistgħu jitolbu l-applikazzjoni ta' CSM RA għall-indirizzar tar-riskji li mhumiex koperti.

L-INTEGRITÀ TAT-TSIs U TAR-REGOLI NAZZJONALI

42.

Huwa rikonoxxut li t-TSIs inbnew minn grupp ta' esperti mill-assoċjazzjonijiet fis-settur u mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza b'kunsiderazzjoni tar-regoli nazzjonali u l-esperjenza prattika bħala l-bażi tagħhom. Huma jirrappreżentaw l-aħħar jew l-aħjar għarfien disponibbli li ġie żviluppat mill-Aġenzija, flimkien ma' dawn l-esperti, u li ġie rivedut mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE. Bħala tali, it-TSIs ġew rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala xierqa għall-iskop tagħhom (inklużi l-kwistjonijiet pendenti) u huma legalment vinkolanti. Mhijiex parti mill-awtorizzazzjoni li jiġu vverifikati jew ivvalidati dawn ir-rekwiżiti obbligatorji.

43.

Madankollu, sabiex tiġi ppreservata l-integrità tat-TSIs u tar-regoli nazzjonali, hija r-responsabbiltà ta' kull entità li fi kwalunkwe ħin issir konxja ta' defiċjenza potenzjali fit-TSIs jew fir-regoli nazzjonali li, bħala kwistjoni ta' urġenza, dawn iqajmu d-dubji tagħhom b'ġustifikazzjoni sħiħa permezz tal-proċeduri applikabbli sabiex l-entitajiet kollha kkonċernati jsiru konxji minnufih tad-defiċjenza potenzjali u jkunu jistgħu jieħdu azzjoni xierqa.

44.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jemendaw dawk ir-regoli nazzjonali li jkunu defiċjenti jew inkompatibbli.

45.

Jekk TSI tkun defiċjenti, għandu japplika l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/57/KE u d-defiċjenza għandha tiġi indirizzata permezz ta':

(ff)

opinjoni teknika tal-Aġenzija, jew;

(gg)

emenda tat-TSI.

jew it-tnejn li huma.

Skont il-każ, TSI tista' tiġi emendata billi:

(2)

tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni tas-sistema fil-mira,

(3)

jiżdiedu każijiet speċifiċi, meta dawn ikunu jikkonċernaw biss numru limitat ta' Stati Membri u l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE ma tkunx meqjusa bħala meħtieġa;

(4)

jiżdiedu kwistjonijiet pendenti, meta l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE tkun meħtieġa, iżda tkun għadha ma tistax tiġi koperta espliċitament fit-TSI.

VERIFIKI LI JAQGĦU BARRA MILL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SERVIZZ

46.

Il-verifika tal-kompatibbiltà mar-rotta tal-ferrovija għandha tkun indipendenti mill-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' tip ta' vettura jew ta' vettura individwali. Il-verifika tal-kompatibbiltà mar-rotta tal-ferrovija tiġi ġestita minn impriża ferrovjarja (jew minn maniġer tal-infrastruttura jekk din tkun topera l-ferroviji) bħala parti mill-proċess tal-ippjanar (pereżempju meta jintefgħu offerti għal mogħdijiet) u fuq bażi ta' kuljum permezz tal-SMS tagħha. L-impriża ferrovjarja għandha tistabbilixxi l-kompatibbiltà billi tikseb informazzjoni mingħand il-maniġer tal-infrastruttura permezz tar-reġistru tal-infrastruttura u mill-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tal-vetturi li jiġi stabbilit waqt l-awtorizzazzjoni u li jkompli jinżamm minn hemm 'il quddiem. Fil-perjodu tranżitorju, jiġifieri sakemm jiġi stabbilit ir-reġistru tal-infrastruttura u jkun komplut bid-dejta kollha rilevanti għall-verifika tal-kompatibbiltà man-netwerk, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-impriżi ferrovjarji b'mezzi trasparenti oħrajn.

47.

Il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' impriża ferrovjarja li tiġġestixxi l-operat u l-manutenzjoni tal-vetturi mhijiex parti mill-proċess li jwassal għall-awtorizzazzjoni. Hija fil-fatt koperta mill-proċess ta' ċertifikazzjoni tas-sikurezza u s-superviżjoni kontinwa mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.

48.

Il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' maniġer tal-infrastruttura li jiġġestixxi l-operat u l-manutenzjoni tal-proġetti tan-netwerk mhijiex parti mill-proċess li jwassal għall-awtorizzazzjoni. Hija fil-fatt koperta mill-proċess ta' awtorizzazzjoni tas-sikurezza u s-superviżjoni kontinwa mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.

49.

Il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' ECM li tiġġestixxi l-manutenzjoni ta' vettura mhijiex parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni. Hija fil-fatt koperta mill-SMS tal-impriża ferrovjarja. Meta japplika l-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-ECM, l-SMS tal-impriża ferrovjarja tista' tieħu kont ta' dan il-proċess.

50.

Bħala konsegwenza, applikant għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura jew għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' vettura individwali jew sottosistema fis-servizz mhuwiex mitlub li jivvaluta s-sinjifikat tal-bidliet potenzjali ppreżentati mill-vettura jew id-disinn tas-sottosistema fis-sistema ferrovjarja b'mod ġenerali. Jekk l-applikant ikun l-impriża ferrovjarja jew il-maniġer tal-infrastruttura li jkollu l-ħsieb li jħaddem din il-vettura jew is-sottosistema, l-applikazzjoni ta' CSM RA bħala impriża ferrovjarja jew maniġer tal-infrastruttura responsabbli mill-ġestjoni tal-bidla bħala parti mis-sistema ferrovjarja hija indipendenti mir-rwol tagħhom bħala applikant għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz.

51.

Fil-prattika, meta l-manifattur ikun qiegħed jipproduċi disinn speċifiku skont l-ordni ta' impriża ferrovjarja, ġeneralment ikun hemm koinċidenza fil-ħin bejn:

il-verifika tal-konformità ta' sottosistema strutturali sabiex tiġi stabbilita dikjarazzjoni “KE” tal-verifika (attività li tinkludi l-punti (a), (b) u (c) tar-rakkomandazzjoni 39) u

l-integrazzjoni ta' din is-sottosistema fl-SMS tal-impriża ferrovjarja jew tal-maniġer tal-infrastruttura (attività li tinkludi l-punti (d) u (e) tar-rakkomandazzjoni 39).

Din hija parti minn ġestjoni tajba tal-proġett li, f'ċerti ċirkostanzi, tippermetti li titnaqqas id-diskrepanza fiż-żmien bejn l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz u l-użu proprju tal-vettura jew tal-proġett tan-netwerk f'operazzjoni kummerċjali. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tkun involuta fl-istess ħin bħala:

awtorità responsabbli mill-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tip ta' vettura jew mit-tqegħid ta' vettura individwali fis-servizz, u

awtorità responsabbli mis-superviżjoni taċ-ċertifikati tas-sikurezza jew tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza.

Anki jekk iż-żewġ kompiti jistgħu jikkoinċidu fiż-żmien, huma għandhom ikunu formalment indipendenti, bil-kontroparti f'tal-ewwel ikun l-applikant għall-awtorizzazzjoni tal-vettura jew tat-tip ta' vettura u f'tal-aħħar ikun l-impriża ferrovjarja jew il-maniġer tal-infrastruttura li jkollu l-ħsieb li juża s-sottosistema jew il-vettura.

IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAR-REGOLI U L-VERIFIKI FUQ IL-VETTURI

52.

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b'mod reċiproku l-verifiki mwettqa skont ir-regoli nazzjonali ta' Stati Membri oħrajn, sakemm:

(a)

ma jkunx hemm evidenza ta' kompatibbiltà man-netwerk, jew

(b)

Stat Membru ma jkunx jista' juri lill-applikant li hemm riskju sostanzjali għas-sikurezza.

(c)

Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għandu jiġi applikat kemm jista' jkun sabiex jiġu evitati rekwiżiti bla bżonn u verifiki żejda, sakemm dawn ma jkunux strettament meħtieġa għall-verifika tal-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk rilevanti u mhumiex ekwivalenti għar-regoli tal-Istat Membru tal-ewwel awtorizzazzjoni.

53.

F'każ ta' awtorizzazzjonijiet addizzjonali, l-Istati Membri ma għandhomx iqajmu dubji dwar ir-regoli nazzjonali applikati għal awtorizzazzjoni preċedenti

li tkopri l-kwistjonijiet pendenti li mhumiex relatati mal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk, jew;

ikklassifikata bħala li tappartjeni għall-kategorija “A” fid-dokument ta' referenza previst fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE.

54.

Minkejja n-nuqqas ta' kriterji ġeneriċi ta' aċċettazzjoni tar-riskji fis-CSM dwar il-valutazzjoni tar-riskji, il-valutazzjonijiet tas-CSM imwettqa bħala parti mill-verifiki meħtieġa mit-TSIs għandhom ikunu rikonoxxuti b'mod reċiproku skont l-Artikolu 7(4) tas-CSM RA (9).

RWOLI U RESPONSABBILTAJIET

55.

Qabel ma sottosistema tkun tista' tiġi awtorizzata biex titqiegħed fis-servizz, il-manifattur jew l-entità kuntrattwali (jiġifieri l-applikant fit-tifsira tal-Artikolu 18 (1) tad-Direttiva 2008/57/KE) għandhom iwettqu d-disinn, il-kostruzzjoni u l-ittestjar kollu meħtieġ jew jaraw li dawn jitwettqu fir-responsabbilta tagħhom u jiffirmaw dikjarazzjoni “KE” ta' verifika.

56.

Il-korpi nnotifikati jivverifikaw il-konformità mat-TSIs u jfasslu ċ-ċertifikat(i) tal-verifika intenzjonati għall-applikant. L-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2008/57/KE jgħid li l-verifika tal-korp innotifikat “għandha tkopri wkoll il-verifika tal-interfaċċji tas-sottosistema inkwistjoni bis-sistema li fiha hija inkorporata, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fit-TSI rilevanti u fir-reġistri previsti fl-Artikoli 34 u 35”. Dan jimplika li l-korp innotifikat għandu rwol fil-verifika tal-kompatibbiltà teknika ma' sottosistemi oħrajn, li huwa konsistenti mal-fatt li l-kompatibbiltà teknika hija koperta mit-TSIs. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-verifiki huwa limitat għat-TSIs rilevanti. Kull korp innotifikat jikkompila fajl tekniku fir-rigward tal-verifiki li jkunu twettqu.

57.

Id-dispożizzjonijiet tar-rakkomandazzjoni 56 japplikaw mutatis mutandis għall-korpi maħtura u r-regoli nazzjonali.

58.

Abbażi tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fl-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz għandu jkun li jwettqu verifika tad-dokumenti li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għat-tqegħid fis-servizz u li jipprovdu evidenza tal-adegwatezza tal-proċedura ta' verifika. Din il-verifika għandha tikkonsisti mill-verifika tal-kompletezza, tar-rilevanza u tal-konsistenza tad-dokumentazzjoni mressqa għall-awtorizzazzjoni. Hija limitata għal kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali (ferrovjarji) tas-sikurezza kif ġie definit fid-Direttiva 2004/49/KE.

59.

Jekk Stat Membru (jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza) jiskopri li hemm problema bl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz minħabba li sottosistema strutturali koperta mid-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika akkumpanjata mill-fajl tekniku ma tikkonformax b'mod sħiħ mad-Direttiva 2008/57/KE u, b'mod partikolari, ma tissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali, huwa għandu japplika l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/57/KE. Dan japplika mutatis mutandis għall-kostitwenti tal-interoperabilità skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/57/KE.

60.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ma għandhom jirrepetu ebda waħda mill-verifiki mwettqa bħala parti mill-proċedura ta' verifika.

61.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ma għandhomx jipprovaw iwettqu jew jidduplikaw il-ħidma ta' dawk li jistabbilixxu r-regoli, tal-korpi nnotifikati, tal-korpi maħtura jew tal-korpi għall-valutazzjoni tar-riskji.

62.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza la għandhom iwettqu verifika sistematika estensiva tal-ħidma mwettqa mill-applikant, mill-korp innotifikat, mill-korp maħtur u mill-korp ta' valutazzjoni tar-riskji tas-CSM, u lanqas validazzjoni sistematika tar-riżultati tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jikkontestaw il-verifiki mwettqa mill-korpi ta' valutazzjoni biss jekk ikun hemm dubji ġustifikabbli. F'dan il-każ, għandhom jiġu rrispettati l-prinċipji tal-proporzjonalità (b'kunsiderazzjoni tal-livell ta' riskju), tan-nondiskriminazzjoni u tat-trasparenza. B'mod partikolari, tali dubji ġustifikati jistgħu jitqajmu abbażi tal-verifiki msemmija fir-rakkomandazzjoni 58, jew meta l-esperjenza miksuba turi li sottosistema simili ma tissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali kif definiti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/57/KE.

63.

B'konformità mal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2008/57/KE għall-korpi nnotifikati (u mutatis mutandis għall-korpi maħtura), l-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistemi bil-għan li jiżguraw il-kompetenza tal-korpi tal-valutazzjoni u jieħdu azzjoni sabiex jindirizzaw in-nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli. Bil-għan li tiżgura approċċ konsistenti, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, għandu jkollha rwol ta' koordinazzjoni f'din il-kwistjoni.

64.

L-applikanti, il-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, flimkien mal-ECMs, għandhom iqisu r-ritorn tal-esperjenza b'tipi ta' vetturi u disinni ta' sottosistemi diġà awtorizzati jew l-identifikazzjoni ta' riskji mhux ġestiti u jimplimentaw azzjonijiet korrettivi xierqa.

65.

L-applikanti għandhom iwettqu dawn l-azzjonijiet korrettivi qabel it-talba tagħhom għall-awtorizzazzjoni u għandhom jintalbu jagħmlu dan hekk kif tiġi identifikata l-ħtieġa.

66.

Għall-vetturi u s-sottosistemi li diġà qegħdin jintużaw, l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jieħdu dawn l-azzjonijiet korrettivi fi ħdan l-SMS tagħhom. L-SMS tal-impriżi ferrovjarji għandha tiżgura li l-ECMs li jagħmlu l-manutenzjoni tal-vetturi użati minnhom jintroduċu kwalunkwe bidliet meħtieġa fis-sistema ta' manutenzjoni tagħhom.

67.

Bħalma r-rwol tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza qabel l-awtorizzazzjoni ma kienx li tispeċifika soluzzjoni ta' disinn, bl-istess mod, ir-rwol ta' superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza mhuwiex li jippreskrivu azzjoni korrettiva fil-każ tal-esperjenza miksuba. Minflok, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jimmonitorjaw il-konformità ta' impriża ferrovjarja jew ta' maniġer tal-infrastruttura mal-SMS tagħhom stess. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jivverifikaw li l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura jiddefinixxu, iwettqu u jiġġestixxu l-azzjonijiet korrettivi xierqa permezz tal-SMS tagħhom stess.

68.

Id-Direttiva 2004/49/KE żżomm lil kull wieħed u waħda mill-maniġers tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji responsabbli għall-partijiet tagħhom tas-sistema. L-impriża ferrovjarja hija responsabbli biss mill-operat mingħajr periklu tal-ferroviji tagħha. Ir-rwol tal-maniġer tal-infrastruttura huwa limitat għall-ġestjoni tal-infrastruttura u, għalhekk, il-maniġer tal-infrastruttura ma għandu ebda responsabbiltà għall-operat tal-ferroviji ħlief biex joħroġ permess għall-moviment tal-ferroviji. Il-maniġer tal-infrastruttura ma għandu ebda rwol ieħor ta' awtorizzazzjoni.

69.

Il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' subkuntrattur (eż. detentur) li jiġġestixxi l-parti tiegħu tal-operat u tal-manutenzjoni tal-vetturi mhijiex parti mill-proċess li jwassal għal awtorizzazzjoni. Din hija koperta mill-obbligu fuq l-impriża ferrovjarja li tuża vetturi awtorizzati sabiex tiżgura, taħt l-SMS tagħha, li dawn ikollhom entità xierqa li tkun inkarigata mill-manutenzjoni, skont l-Artikolu 14a tad-Direttiva 2004/49/KE.

70.

L-Artikolu 14a(1) tad-Direttiva 2004/49/KE, kif emendat mid-Direttiva 2008/110/KE, jgħid li, qabel titqiegħed fis-servizz jew tintuża fuq in-netwerk, kull vettura għandu jkollha ECM assenjata lilha. L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz hija indipendenti mill-operat ta' vettura minn impriża ferrovjarja jew mill-manutenzjoni tal-vettura minn ECM; barra minn hekk, id-Direttiva 2004/49/KE hija relatata mal-operat (l-użu) u l-manutenzjoni tal-vetturi. Għalhekk, l-ECM tista' tiġi assenjata qabel jew wara l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' vettura fis-servizz, iżda dejjem qabel tiġi rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi (l-ECM hija qasam obbligatorju fl-NVR) u qabel ma effettivament tintuża fuq in-netwerk.

71.

L-organizzazzjonijiet għandhom jiġġestixxu r-riskji li jinħolqu mill-attivitajiet tagħhom. Ir-responsabbiltà għall-ġestjoni tar-riskji għandha taqa' fuq dawk bl-akbar kapaċità li jiġġestixxuhom.

72.

Billi l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura huma l-uniċi atturi li huma mitluba jkollhom ċertifikazzjonijiet tas-sikurezza u awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza, bl-appoġġ tal-SMSs, dawn l-organizzazzjonijiet għandu jkollhom rwol ewlieni fil-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-oħrajn, kif ukoll fit-teħid tad-deċiżjonijiet xierqa rigward il-kontribuzzjonijiet tagħhom. Meta impriżi ferrovjarji jew maniġers tal-infrastruttura jieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet bħal dawn skont is-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom, dan huwa mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet ta' entitajiet oħrajn, bħal detenturi, ECMs u manifatturi.

73.

Id-diviżjoni tar-responsabbiltajiet operattivi bejn l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura hija definita fit-TSI dwar l-operat u l-ġestjoni tat-traffiku.

74.

L-impriżi ferrovjarji għandhom jitqiesu bħala li jinsabu fl-aqwa pożizzjoni u l-aktar kompetenti sabiex:

(a)

jidentifikaw il-perikli potenzjali għall-operazzjonijiet ippjanati tagħhom, inkluża l-manutenzjoni, u sabiex jimplimentaw miżuri ta' kontroll, bħal kontrolli waqt it-tluq;

(b)

jispeċifikaw kif xieraq il-ħtiġijiet operattivi tagħhom lill-kuntratturi u l-fornituri, bħall-prestazzjoni, id-disponibbiltà u l-affidabbiltà meħtieġa tal-vetturi;

(c)

jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-vetturi;

(d)

jipprovdu rispons regolari u komprensiv dwar l-operazzjonijiet u l-prestazzjoni lid-detentur u lill-ECM, kif xieraq; u

(e)

iwettqu reviżjonijiet tal-kuntratti sabiex jinftiehmu u jiġu kkontestati l-eżekuzzjonijiet tal-kuntratti.

75.

Min-naħa l-oħra, l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura ma għandhomx jitqiesu bħala li jinsabu fl-aqwa pożizzjoni jew li huma l-aktar kompetenti sabiex jiġġestixxu direttament ir-riskji kollha matul il-proċess kollu sal-katina tal-provvista. Sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom, l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom ifasslu obbligi kuntrattwali għall-forniment ta' prodotti u servizzi skont is-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħhom, billi jqisu r-responsabbiltajiet legali tal-oħrajn. Ladarba jkunu qegħdin jintużaw, hija prattika standard għall-vetturi li jiġu mmodifikati sabiex jiġu kkoreġuti kwalunkwe difetti li jista' jkollhom u sabiex tittejjeb kontinwament il-prestazzjoni tagħhom. Il-ġestjoni ta' dawn il-bidliet b'mod sikur hija r-responsabbiltà tal-impriża ferrovjarja. Din ir-responsabbiltà għandha tiġi ssodisfata billi jiġu applikati l-proċeduri ta' ġestjoni tal-bidliet fl-SMS tagħha u fir-Regolament dwar il-valutazzjoni tar-riskji tas-CSM u, meta jkun meħtieġ, jiġi żgurat li tinkiseb l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid tal-vettura mmodifikata fis-servizz. L-impriża ferrovjarja għandha tiżgura wkoll li l-informazzjoni kollha rilevanti tiġi kkomunikata lill-ECM sabiex din tkun tista' taġġorna l-fajl ta' manutenzjoni.

76.

L-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura, l-ECMs u d-detenturi għandhom jiżguraw li kwalunkwe appoġġ li jistgħu jkunu jeħtieġu matul dan il-proċess jiġi previst fil-kuntratt mal-manifattur.

77.

Qabel ma l-impriża ferrovjarja tikseb aċċess għan-netwerk għall-ferrovija mill-maniġers tal-infrastruttura, dawn għandhom l-ewwel ikunu jafu n-natura tal-aċċess li l-maniġer tal-infrastruttura offra għall-bejgħ. L-impriża ferrovjarja għandha tkun ċerta li r-rotta li għaliha għandhom il-ħsieb li jiksbu aċċess tkun kapaċi ssostni l-ferroviji li bi ħsiebhom joperaw.

78.

L-impriżi ferrovjarji għandhom isibu fir-reġistru tal-infrastruttura l-informazzjoni kollha (dwar in-natura tal-infrastruttura) li jeħtieġu sabiex jistabbilixxu jekk il-ferrovija li għandhom il-ħsieb li joperaw hijiex kompatibbli mar-rotta speċifika (il-kompatibbiltà tal-ferrovija mar-rotta). Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiddeskrivi fir-reġistru tal-infrastruttura, għal kull parametru, il-valuri nominali u, fejn applikabbli, il-valuri limiti tal-parametri tal-interfaċċja li fihom tinżamm is-sezzjoni tar-rotta. L-impriżi ferrovjarji jiddependu fuq l-integrità ta' din l-informazzjoni sabiex jiżguraw l-operat mingħajr periklu tal-ferroviji tagħhom. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-impriża ferrovjarja dwar kwalunkwe bidliet temporanji fin-natura tal-infrastruttura mhux elenkati fir-reġistru tal-infrastruttura.

79.

Ladarba impriża ferrovjarja tistabbilixxi, bl-użu tar-reġistru tal-infrastruttura u l-fajl li jakkumpanja l-awtorizzazzjoni tal-vettura/l-awtorizzazzjoni għat-tip ta' vettura, u wara li tikkunsidra l-kundizzjonijiet tal-użu u restrizzjonijiet oħra fuq l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tal-vettura/l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, li r-rotta tista' ssostni l-ferrovija li hija għandha l-ħsieb illi topera, hija għandha mbagħad tirreferi għad-dispożizzjonijiet tat-TSI relatati mal-“operat u l-ġestjoni tat-traffiku” (b'mod partikolari t-taqsimiet relatati mal-kompożizzjoni tal-ferrovija, l-ibbrejkjar tal-ferrovija u l-kundizzjoni tat-tħaddim) sabiex taċċerta jekk hemmx xi restrizzjonijiet relatati mal-ferrovija li jinibixxu l-operat fuq ir-rotta (pereżempju limiti tal-veloċità, limiti tat-tul, limiti tal-provvista tal-enerġija).

80.

Jekk maniġer tal-infrastruttura jew impriża ferrovjarja jkollhom tħassib relatat mal-użu ta' vettura speċifika jew biċċa apparat fiss fuq linja speċifika, huma għandhom iressquh għall-attenzjoni tal-parti l-oħra sabiex tinstab soluzzjoni. Jekk il-parti li tqajjem il-kwistjoni ma tkunx sodisfatta bir-rispons, hija għandha tqajjem il-kwistjoni mal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, li min-naħa tagħha għandha tieħu d-deċiżjonijiet skont is-setgħat tagħha.

81.

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 (10), l-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u l-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni għandhom jinformaw lill-partijiet kollha involuti (inklużi l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza) dwar kwalunkwe riskju rilevanti għas-sikurezza fir-rigward tad-difetti u n-nuqqasijiet ta' konformità tal-kostruzzjoni jew ħsarat fl-apparat tekniku. Dan l-obbligu ta' informazzjoni jikkonċerna wkoll lill-manifatturi u l-entitajiet kontraenti li stabbilixxew id-dikjarazzjoni “KE” tal-verifika wara l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz.

82.

Minbarra l-kompitu tagħhom li jawtorizzaw it-tqegħid fis-servizz ta' sottosistemi strutturali u b'konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/49/KE, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jissorveljaw ukoll li l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura qegħdin joperaw skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE u, fejn permess mid-Direttiva 2008/57/KE, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Din is-sorveljanza għandha tkopri wkoll il-ġestjoni mill-impriżi ferrovjarji u mill-maniġers tal-infrastruttura tar-riskji relatati mal-interfaċċja mal-fornituri tagħhom (bħall-manifatturi, id-detenturi u l-kumpaniji li jikru l-vetturi ferrovjarji), b'mod partikolari matul l-akkwist tal-prodotti u s-servizzi u l-integrazzjoni tagħhom fl-SMSs tal-impriża ferrovjarja u tal-maniġers tal-infrastruttura.

83.

L-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fl-użu ta' sottosistema u l-manutenzjoni tagħha minn impriża ferrovjarja jew maniġer tal-infrastruttura taħt l-awspiċji tal-SMS tagħhom huwa ta' natura superviżorja. B'mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jirrifjutaw li jerfgħu r-responsabbiltà li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali mill-manifattur/entità kontraenti jew mill-impriża ferrovjarja/maniġer tal-infrastruttura billi jispeċifikaw jew jivverifikaw b'mod espliċitu u/jew japprovaw soluzzjonijiet ta' disinn, rekwiżiti tal-manutenzjoni jew azzjonijiet korrettivi partikolari. Għalhekk, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tiffoka fuq l-adegwatezza u l-adattabilità tas-sistemi ta' ġestjoni tal-atturi responsabbli u ma għandhiex taġixxi bħala “spettur tax-xogħol lest” fir-rigward tar-riżultati ddettaljati jew id-deċiżjonijiet meħuda minn dawn l-atturi.

84.

Jekk Stat Membru jikkunsidra li jintroduċi miżuri urġenti bħala konsegwenza tal-aċċidenti jew l-inċidenti, dawn għandhom jirrikonoxxu li s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-impriża ferrovjarja hija l-mekkaniżmu primarju għall-ġestjoni tar-riskji ġodda għall-operat tal-vetturi li setgħu ġew skoperti matul l-investigazzjonijiet tal-aċċidenti/inċidenti jew is-sejbiet fil-kuntest tas-superviżjoni. Anki jekk Stat Membru jemmen li hija meħtieġa b'mod urġenti regola ġdida għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz, huwa għandu jsegwi l-proċeduri speċifikati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli, inkluża notifika tal-abbozz tar-regola ġdida lill-Kummissjoni skont id-Direttivi 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jew 2004/49/KE.

ITTESTJAR

85.

L-uniċi testijiet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-awtorizzazzjoni, li għandhom jitwettqu qabel l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz u li jirrikjedu l-involviment ta' korp ta' valutazzjoni, għandhom ikunu t-testijiet li huma:

speċifikati espliċitament fit-TSIs, fil-moduli u, fejn rilevanti, fir-regoli nazzjonali,

definiti mill-applikant sabiex juri l-konformità mar-rekwiżiti tat-TSIs u/jew mar-regoli nazzjonali,

definiti f'leġiżlazzjoni oħra tal-UE, jew

definiti mill-applikant, b'konformità mal-applikazzjoni ta' CSM RA kif deskritt fir-rakkomandazzjoni 41.

86.

L-involviment tal-korpi nnotifikati u/jew tal-korpi maħtura fil-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali huwa speċifikat mit-TSIs rilevanti u, rispettivament, mir-regoli nazzjonali.

87.

It-testijiet li mhumiex koperti mir-rakkomandazzjoni 85 (pereżempju t-testijiet meħtieġa minn impriża ferrovjarja sabiex tistabbilixxi l-kompatibbiltà tal-ferrovija mar-rotta qabel tuża tip ta' vettura jew sottosistema ġdida fuq rotta partikolari, jew inkella minn entità kontraenti sabiex tistabbilixxi l-konformità mar-rekwiżiti tal-klijenti) mhumiex parti mill-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz.

88.

Jekk ikun irid jitwettaq ittestjar fuq il-binarji sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni qabel tingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, kwalunkwe arranġamenti operattivi u organizzattivi għat-twettiq ta' dawn it-testijiet għandhom jiġu definiti fil-qafas legali nazzjonali ta' kull Stat Membru u għandhom jikkonformaw mad-Direttivi 2008/57/KE u 2004/49/KE. Dawn għandhom ikopru kemm l-arranġamenti amministrattivi kif ukoll kwalunkwe rekwiżiti tekniċi u operattivi obbligatorji. B'mod ġenerali, l-Istati Membri jistgħu jadottaw wieħed minn fost żewġ approċċi:

L-Istat Membru jista' jinkludi l-kompetenza tal-ittestjar fiċ-ċertifikat tas-sikurezza ta' impriża ferrovjarja. Dan jista' jkun b'tali mod li korp tal-ittestjar jista' jiġi ċċertifikat bħala impriża ferrovjarja, bil-kamp ta' applikazzjoni tal-operat tiegħu limitat għall-ittestjar biss.

L-Istat Membru jista' jitlob lil entità kompetenti (li tista' tkun jew ma tkunx l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza) sabiex tagħti permess għat-twettiq tat-testijiet. F'dan il-każ, l-entità kompetenti (fin-nuqqas ta' verifika tal-konformità mar-rekwiżiti għal awtorizzazzjoni minn korp innotifikat jew korp maħtur) għandu jkollha biżżejjed għarfien tekniku estensiv sabiex tieħu tali deċiżjonijiet. Bil-għan li jissodisfa r-rekwiżiti għat-trasparenza u ċ-ċertezza legali, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-entità tkun indipendenti kif xieraq u għandu jippubblika l-proċess għall-awtorizzazzjoni tal-ittestjar fil-qafas legali nazzjonali tiegħu, billi jikkjarifika r-rekwiżiti tiegħu u l-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet li għandhom jintużaw mill-entità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-ittestjar.

89.

Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom rwol dirett fil-kuntest tal-iffaċilitar tal-proċess ta' awtorizzazzjoni. Fil-każ tat-testijiet addizzjonali mitluba minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza, l-Artikolu 23(6) tad-Direttiva 2008/57/KE jesiġi li “l-maniġer tal-infrastruttura, f'konsultazzjoni mal-applikant, għandu jagħmel kull sforz biex jiżgura li kwalunkwe testijiet isiru fi żmien 3 xhur mit-talba tal-applikant”.

IL-FAJL TEKNIKU

90.

Skont l-Artikolu 18 u l-Anness VI tad-Direttiva 2008/57/KE, dikjarazzjoni “KE” ta' verifika għal sottosistema għandha tkun akkumpanjata minn fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni li tiddeskrivi s-sottosistema, id-dokumentazzjoni li tirriżulta mill-verifiki mwettqa mill-korpi ta' valutazzjoni differenti u d-dokumentazzjoni tal-elementi relatati mal-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu u mal-istruzzjonijiet li jikkonċernaw is-servizzjar, il-monitoraġġ kostanti jew ta' rutina, l-aġġustament u l-manutenzjoni. Il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika jinkludi d-dokumenti ta' sostenn kollha li huma meħtieġa għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz.

91.

Proġett ta' vettura jew netwerk huwa kopert mill-fajl(s) tekniku/tekniċi li jakkumpanja(w) d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tas-sottosistemi li huwa kompost minnhom.

92.

Diversi korpi tal-valutazzjoni jista' jkollhom bżonn jintervjenu fil-proċess ta' verifika ta' sottosistema, kull wieħed minnhom skont il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tagħhom. L-applikant għandu jinżamm responsabbli għall-ġbir tal-fajls kollha meħtieġa mil-leġiżlazzjonijiet applikabbli kollha tal-UE. Il-kombinazzjoni ta' dawn il-fajls tekniċi, ikkumplimentata minn kull informazzjoni oħra meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE (inklużi l-partiti speċifikati fl-Anness VI 2.4 tad-Direttiva 2008/57/KE), issir referenza għaliha bħala l-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE'” ta' verifika għas-sottosistema.

93.

L-applikant għal awtorizzazzjoni ta' tip jew awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vettura għandu jipproduċi d-dokumentazzzjoni li għandha titressaq għal awtorizzazzjoni.

Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi l-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika magħmul mill-applikant għal dik is-sottosistema.

Fil-każ ta' vettura li tikkonsisti minn żewġ sottosistemi, id-dokumentazzjoni li għandha titressaq għall-awtorizzazzjoni għandha tinkludi ż-żewġ fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika ta' dawn iż-żewġ sottosistemi.

Sakemm tiġi adottata r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni li tiddeskrivi l-kontenut tad-dokumentazzjoni li għandha titressaq mill-applikant, Stat Membru jista' jippermetti li parti biss mill-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tkun inkluża fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' vettura jew tat-tip ta' vettura. Dan għandu jiġi indikat b'mod ċar fil-qafas legali nazzjonali tal-Istat Membru ppubblikat fuq il-websajt tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

Il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika għal vettura, tip ta' vettura jew sottosistema għandu jinkludi l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness V u d-dokumentazzjoni li ssostni d-dikjarazzjonijiet “KE” ta' verifika (pereżempju; iċ-ċertifikati tal-verifika u l-fajls tekniċi stabbiliti mill-korpi nnotifikati u maħtura, noti ta' kalkolazzjoni, rekords tat-testijiet u l-eżamijiet imwettqa, u karatteristiċi tekniċi li għandhom jiġu rreġistrati skont it-TSIs applikabbli u r-regoli nazzjonali). L-informazzjoni mill-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika li mhix inkluża fid-dokumentazzjoni mressqa għall-awtorizzazzjoni għandha titpoġġa għad-disponibbiltà tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti, jekk tintalab.

Id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vettura għandha titressaq quddiem l-awtorità nazzjonali għas-sikurezza fil-ħin tal-awtorizzazzjoni u tinżamm mill-awtorità nazzjonali għas-sikurezza bħala rekord ta' x'kien ġie awtorizzat.

94.

Fejn jiġi segwit is-suġġeriment inkluż fir-rakkomandazzjoni 21, għandha tapplika r-rakkomandazzjoni 93, mutatis mutandis, għad-dokumentazzjoni li għandha titressaq għal awtorizzazzjoni ta' proġett ta' netwerk u l-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika(i) rilevanti.

95.

L-applikant għal awtorizzazzjoni addizzjonali għat-tqegħid ta' vettura fis-servizz għandu jżid mal-fajl tekniku oriġinali li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika l-informazzjoni mitluba fl-Artikolu 23(3) jew 25(3) tad-Direttiva 2008/57/KE; din l-informazzjoni addizzjonali hija parti mill-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. Madankollu, l-applikant għandu jippreserva l-istruttura tal-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika.

96.

Il-parti tal-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika u li tiddefinixxi “l-elementi kollha relatati mal-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu u mal-istruzzjonijiet li jikkonċernaw is-servizzjar, il-monitoraġġ kostanti jew ta' rutina, l-aġġustament u l-manutenzjoni” għandha titpoġġa disponibbli, fir-rigward tal-proġetti tan-netwerk, għall-maniġer tal-infrastruttura u, fir-rigward tal-vetturi, għall-impriża ferrovjarja li topera l-vettura sabiex huma jkunu jistgħu jipprovduha lill-ECM. Għall-vetturi, din it-trażmissjoni tal-informazzjoni inkluża fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tista' ssir mid-detentur tal-vetturi. Wara t-tqegħid fis-servizz, hija r-responsabbiltà tal-impriża ferrovjarja jew tal-maniġer tal-infrastruttura b'rabta ma' ECM, illi jirrevedu kontinwament l-interventi ta' manutenzjoni u jemendaw din l-informazzjoni sabiex jiżguraw li din tkun tirrifletti ċ-ċiklu tat-tħaddim u l-esperjenza miksuba (l-Artikoli 4 u 9 tad-Direttiva 2004/49/KE).

97.

Il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” għandu jinkludi l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi ġestit l-istat operattiv tad-disinn tal-vettura jew tal-proġett tan-netwerk matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

98.

Il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika għandu jiġi aġġornat jekk jitwettqu verifiki addizzjonali (pereżempju; verifika tal-konformità mar-regoli nazzjonali għall-kisba ta' awtorizzazzjoni addizzjonali għat-tqegħid fis-servizz). Fil-każ ta' awtorizzazzjoni addizzjonali, l-applikant għandu jinforma lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza li tkun ħarġet l-ewwel awtorizzazzjoni.

DIKJARAZZJONI “KE” TA' VERIFIKA

99.

Skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/57/KE u l-Artikolu 4(3) u 4(4) tad-Direttiva 2004/49/KE, hija r-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji jew tal-maniġers tal-infrastruttura li jiżguraw li vettura jew sottosistema tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali kollha meta tkun qiegħda tintuża. Dan huwa mingħajr ħsara għar-responsabbiltà tal-parteċipanti l-oħrajn involuti (pereżempju; ir-responsabbiltajiet tal-firmatarju tad-dikjarazzjoni “KE” tal-verifika). Kull manifattur, fornitur tal-manutenzjoni, detentur tal-vaguni, fornitur tas-servizzi u entità tal-akkwist għandhom jiżguraw li l-vetturi ferrovjarji, l-installazzjonijiet, l-aċċessorji u t-tagħmir u s-servizzi fornuti minnhom ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali u li l-kundizzjonijiet għall-użu jiġu speċifikati fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika sabiex huma jkunu jistgħu jintużaw b'mod sikur mill-impriża ferrovjarja u/jew mill-maniġer tal-infrastruttura.

100.

Ir-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjonijiet applikabbli kollha tal-UE jiġu ssodisfati f'kull dettall mis-sottosistemi fl-istat operattiv tad-disinn tagħhom hija biss tal-applikant għall-awtorizzazzjoni ta' sottosistema, li joħroġ id-dikjarazzjoni “KE” tal-verifika. Abbażi tal-verifika mill-korp innotifikat jew mill-korp maħtur u, fejn applikabbli, abbażi ta' valutazzjoni ġenerali tas-sottosistema jew tal-vettura, l-applikant jiddikjara li r-rekwiżiti essenzjali kollha ġew issodisfati. Għalhekk, jekk fi stadju aktar tard tiġi kkontestata l-konformità tas-sottosistema fl-istat operattiv tad-disinn tagħha mar-rekwiżiti essenzjali fil-mument tal-awtorizzazzjoni, l-applikant, illi jkun iffirma d-dikjarazzjoni “KE” rilevanti tal-verifika, għandu jitqies bħala dak li jġorr ir-responsabbiltà primarja.

101.

Bħala konsegwenza, la awtorizzazzjoni tat-tip u lanqas awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ma għandha titqies bħala trasferiment tar-responsabbiltà bil-għan li jiġi żgurat jew ivverifikat li s-sottosistema tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali kollha mill-applikant lill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà inkarigata mill-awtorizzazzjoni.

102.

Jekk tiġi kkontestata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta' sottosistema fl-istat operattiv tad-disinn tagħha, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza li tawtorizza għandha tinżamm responsabbli biss għall-kompiti speċifiċi allokati mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/49/KE lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza inkarigata mill-awtorizzazzjoni jew mis-superviżjoni. Il-liġi nazzjonali għandha tirrifletti dan il-prinċipju skont ir-rakkomandazzjonijiet 58 sa 62 u 67.

103.

Indipendentement mill-verifika tal-konformità mat-TSIs u mar-regoli nazzjonali u mill-verifika tal-integrazzjoni sikura mwettqa skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-applikant jiffirma d-dikjarazzjoni “KE” tal-verifika taħt ir-responsabbiltà waħdanija tiegħu. Għalhekk, l-applikant għandu jkollu proċess fis-seħħ sabiex jaċċerta li huwa jkun ġabar u ssodisfa r-rekwiżiti essenzjali kollha u kiseb konformità mal-leġiżlazzjonijiet applikabbli kollha tal-UE.

104.

Għalkemm is-CSM RA oriġinarjament ma ġiex żviluppat għal dak il-għan, l-applikant jista' jagħżel li juża l-metodoloġija fis-CSM RA bħala għodda sabiex jissodisfa parti mir-responsabbiltà tiegħu li jiżgura li l-partijiet kollha tas-sottosistema/tal-vettura jissodisfaw, fl-aspetti kollha u f'kull dettall, ir-rekwiżiti essenzjali għas-sistema ferrovjarja stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE.

105.

Bl-istess mod, l-applikant jista' jagħżel li juża kwalunkwe mezz ieħor permess mil-leġiżlazzjoni rilevanti sabiex jiżgura li l-partijiet kollha tas-sottosistema jew tal-vettura jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali għas-sistema ferrovjarja.

106.

Id-dikjarazzjoni “KE” tal-verifika tkopri l-leġiżlazzjonijiet applikabbli kollha tal-UE. Hija r-responsabbiltà tal-firmatarju tad-dikjarazzjoni “KE” li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-konformità korrispondenti, kif ukoll li jinvolvi, fejn ikun meħtieġ, lill-korpi tal-valutazzjoni meħtieġa minn dik il-leġiżlazzjoni.

107.

Fil-każ ta' awtorizzazzjoni relatata ma' vetturi jew proġett ta' netwerk li jkunu jikkonsistu minn aktar minn sottosistema waħda:

(a)

jista' jkun hemm aktar minn applikant wieħed (wieħed għal kull sottosistema), li kull wieħed jistabbilixxi dikjarazzjoni “KE” tal-verifika għall-parti tiegħu, inklużi l-interfaċċji tiegħu. F'dan il-każ, kull applikant jerfa' r-responsabbiltà għas-sottosistema rilevanti skont il-kamp ta' applikazzjoni tad-dikjarazzjoni “KE” tal-verifika tiegħu. Manifattur jew entità kontraenti jistgħu jikkombinaw dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet f'applikazzjoni għal vettura jew proġett ta' netwerk;

(b)

il-manifattur jew l-entità kontraenti għat-tip ta' vettura, għal vettura individwali jew għal proġett ta' netwerk jistgħu jikkombinaw id-dikjarazzjonijiet “KE” tal-verifika għal kull sottosistema, kif deskritt fl-Anness V tad-Direttiva 2008/57/KE, f'dikjarazzjoni “KE” ta' verifika waħda għat-tip ta' vettura, għal vettura individwali jew għal proġett ta' netwerk. F'dan il-każ, huwa jiddikjara, taħt ir-responsabbiltà waħdanija tiegħu, illi s-sottosistemi li jikkomprendu t-tip ta' vettura, vettura individwali jew proġett ta' netwerk kkonċernati kienu soġġetti għall-proċeduri ta' verifika rilevanti u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea rilevanti, inklużi kwalunkwe regoli nazzjonali applikabbli, kif ukoll li l-vettura nnifisha jew il-proġett ta' netwerk innifsu fil-fatt jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea rilevanti, inklużi kwalunkwe regoli nazzjonali applikabbli.

108.

Bil-għan li jistabbilixxu dikjarazzjoni “KE” tal-verifika, it-TSIs rilevanti jistgħu jippermettu konformità parzjali ma' TSI biss jekk it-TSI nnifisha tistabbilixxi li l-funzjonijiet, il-prestazzjonijiet u l-interfaċċji speċifiċi, illi huma meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali, mhumiex obbligatorji f'ċirkostanzi speċifiċi.

109.

Huwa biss meta jinġabru l-evidenza u d-dikjarazzjonijiet preċedenti kollha li l-applikant ikun f'pożizzjoni li japplika formalment quddiem l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kompetenti għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid tas-sottosistema fis-servizz. Madankollu, hija rikonoxxuta bħala prattika tajba għall-applikanti li jikkollaboraw b'mod informali u mill-aktar fis possibbli mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza sabiex il-proċess, ir-rekwiżiti, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, il-kamp ta' applikazzjoni u l-limitazzjonijiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-użu jkunu ċari u bil-għan li ma jinqalgħux diffikultajiet aktar tard.

IL-ĠESTJONI TAL-MODIFIKI

110.

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 5(2), 15(3) u 20 tad-Direttiva 2008/57/KE, kwalunkwe modifika ta' sottosistema strutturali eżistenti għandha tiġi analizzata u kkategorizzata biss bħala waħda mill-modifiki li ġejjin:

1.

“Sostituzzjoni fil-qafas tal-manutenzjoni” u bidliet oħrajn li ma jintroduċu ebda devjazzjoni mill-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika. F'dan il-każ, ma jkun hemm ebda ħtieġa għal verifika minn korp ta' valutazzjoni, l-Istat Membru ma hemmx bżonn jiġi informat u d-dikjarazzjoni “KE” inizjali ta' verifika tibqa' valida u ma tinbidilx;

2.

Bidliet li jintroduċu devjazzjoni mill-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika li jistgħu jirrikjedu kontrolli ġodda (u għalhekk jirrikjedu verifika skont il-moduli ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli), iżda li ma għandhomx impatt fuq il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tas-sottosistema. F'dan il-każ, il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika jrid jiġi aġġornat u l-informazzjoni rilevanti għandha titpoġġa disponibbli fuq talba mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza;

3.

Tiġdid jew aġġornar (jiġifieri sostituzzjoni jew bidla maġġuri li titlob li l-Istat Membru jiġi informat) li ma jirrikjedix awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz; modifiki li jinkludu bidla fil-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tas-sottosistema jaqgħu f'din il-kategorija;

4.

Tiġdid jew aġġornar (jiġifieri sostituzzjoni jew bidla maġġuri li titlob li l-Istat Membru jiġi informat) li jirrikjedi awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz.

Għandu jiġi nnotat li d-deċiżjonijiet meħuda minn entità kontraenti jew manifattur dwar il-bidliet ta' sottosistema abbażi tal-erba' kategoriji msemmija fuq għandhom ikunu kompletament indipendenti mid-deċiżjoni dwar is-sinjifikat ta' bidla fis-sens tas-CSM RA għas-sistema ferrovjarja li għandha tittieħed minn impriża ferrovjarja jew maniġer tal-infrastruttura li jagħmlu bidla fil-parti tagħhom tas-sistema. Id-deċiżjonijiet jinvolvu atturi differenti f'ċirkostanzi differenti bi kriterji differenti relatati mad-deċiżjonijiet.

Il-kategoriji 3 u 4 ta' hawn fuq jintroduċu devjazzjoni mill-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika b'impatt fuq il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tas-sottosistema.

111.

Kemm għas-sottosistemi mqiegħda fis-servizz skont id-Direttiva 2008/57/KE kif ukoll għas-sistema mqiegħda fis-servizz qabel għall-finijiet taċ-ċertezza legali u r-rikonoxximent reċiproku, it-TSIs għandhom jipprovdu l-kriterji sabiex jistabbilixxu jekk modifika għandhiex impatt fuq il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tas-sottosistema u jekk din toqgħodx fil-kategorija 3 jew 4. Sakemm it-TSIs jipprovdu dawn il-kriterji, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikawhom fuq livell nazzjonali.

112.

Il-modifika għandha dejjem tiġi kkunsidrata b'referenza għas-sottosistema jew għall-vettura fil-mument tal-awtorizzazzjoni. Akkumulazzjoni ta' modifiki minuri tista' tirriżulta f'modifika maġġuri.

113.

Il-manifatturi jew l-entitajiet kontraenti għandhom jiġġestixxu l-modifiki għas-sottosistemi strutturali eżistenti abbażi ta' dan li ġej:

(a)

Abbażi tar-rakkomandazzjoni 110, il-manifattur jew l-entità kontraenti jevalwaw għal liema kategorija tappartjeni l-bidla u jekk il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhomx jiġu informati. F'każ ta' modifiki tal-kategoriji minn 2 sa 4 tar-rakkomandazzjoni 110 li jirriżultaw f'emenda tal-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika jew li jaffettwaw il-validità tal-verifiki diġà mwettqa, il-manifattur jew l-entità kontraenti, meta jintroduċu bidla, għandhom jivvalutaw il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni “KE” tal-verifika ġdida skont il-kriterji definiti fil-paragrafu 2 tal-Anness V tad-Direttiva 2008/57/KE (12). Għall-modifiki fil-kategorija 4, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi sa liema punt jeħtieġ li jiġu applikati t-TSIs għall-proġett.

(b)

Meta jintalab l-użu tas-CSM RA minn TSI għal parametru partikolari, it-TSI għandu jispeċifika ċ-ċirkustanzi li fihom għandu jitwettaq test tas-sinifikat fir-rigward ta' dan il-parametru.

(c)

Bl-istess mod, għall-parametri li huma rilevanti għat-twettiq tal-integrazzjoni sikura bħala parti mill-awtorizzazzjoni skont ir-rakkomandazzjoni 40 ta' hawn fuq, għandu jitwettaq test tas-sinjifikat għal kull parametru b'kunsiderazzjoni tal-firxa tal-bidla li tikkonċerna l-istat operattiv tad-disinn.

114.

L-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura huma kull wieħed u waħda minnhom responsabbli għall-parti tagħhom tas-sistema ferrovjarja. Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/49/KE, huma għandhom jiġġestixxu l-parti tagħhom tas-sistema ferrovjarja bl-użu ta' SMS. Fejn xieraq, l-SMS għandha tagħmel użu mis-CSM RA.

115.

Meta impriża ferrovjarja jew maniġer tal-infrastruttura jqiegħdu vettura jew sottosistema fl-użu, huma għandhom jużaw is-CSM RA, billi jibdew b'valutazzjoni tas-sinjifikat tal-bidla fil-parti tas-sistema ferrovjarja li għaliha huma responsabbli. Bħala parti minn dan il-proċess, l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jindirizzaw il-mistoqsijiet li ġejjin:

(a)

fir-rigward tal-vetturi jew tas-sottosistemi li għandhom (jerġgħu) jibdew jintużaw wara modifika u, fejn meħtieġ, awtorizzazzjoni: l-impriża ferrovjarja u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jivvalutaw, bl-użu tal-SMS tagħhom, jekk it-tqegħid fl-użu tal-vettura jew tas-sottosistema jirrappreżentax bidla li hija sinifikanti għas-sistema ferrovjarja b'mod ġenerali;

(b)

fir-rigward ta' kwalunkwe bidla fl-operat ta' sottosistema jew vettura: l-impriża ferrovjarja u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jivvalutaw jekk il-bidla hijiex sinifikanti fir-rigward tal-SMS tagħhom u, jekk hija sinifikanti, jekk il-kontroll tar-riskji rilevanti kollha huwiex kopert mill-SMS jew l-SMSs u jekk għandux bżonn jiġi adattat;

(c)

fir-rigward ta' kwalunkwe bidliet fil-manutenzjoni ta' sottosistema jew vettura: l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jivvalutaw, bl-użu tal-SMS tagħhom, jekk il-bidla hijiex sinifikanti u, jekk hija sinifikanti, jiżguraw li s-sistemi ta' manutenzjoni tal-ECMs u l-SMS tal-impriża ferrovjarja u tal-maniġer tal-infrastruttura huma adattati kif xieraq.

116.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jissorveljaw il-bidliet introdotti fis-sottosistemi fis-servizz permezz tas-sorveljanza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza u ċ-ċertifikati tas-sikurezza tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji, rispettivament. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jissorveljaw jekk l-inċiżi (a), (b) u (c) tar-rakkomandazzjoni 115 humiex applikati b'mod korrett.

117.

Ir-Rakkomandazzjoni 2011/217/KE hija rrevokata.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/217/UE tad-29 ta' Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi u sottosistemi strutturali skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 95, 8.4.2011, p. 1).

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 tat-30 ta' April 2013 dwar il-metodu komuni ta' sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 352/2009 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 11).

(5)  Id-Direttiva 2008/57/KE tistabbilixxi fl-Anness III ir-rekwiżiti essenzjali għas-sistema tal-linji tal-ferrovija (l-Artikolu 3(1)). Dawn ir-rekwiżiti huma speċifiċi għas-settur ferrovjarju. Is-sistema tal-linji tal-ferrovija, is-sottosistemi, il-kostitwenti tal-interoperabilità u l-interfaċċji kollha għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti essenzjali (l-Artikolu 4(1)). L-issodisfar tar-rekwiżiti essenzjali huwa prerekwiżit qabel tkun tista' titqiegħed fis-servizz kwalunkwe sottosistema strutturali. Il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE hija mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħrajn tal-UE (l-Artikolu 3(2)).

(6)  It-territorju ta' Stat Membru jista' jinkludi netwerk ferrovjarju wieħed jew aktar.

(7)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29).

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 tal-24 ta' April 2009 dwar l-adozzjoni ta' metodu komuni tas-sikurezza dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji (ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4). Dan ir-Regolament se jiġi rrevokat u sostitwit mill-21 ta' Mejju 2015 mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013.

(9)  Dan sejjer jiġi sostitwit mill-Artikolu 15(5) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013, li għandu jibda japplika mill-21 ta' Mejju 2015.

(10)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas- sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8).

(11)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).

(12)  Ara l-proposta separata sabiex jiġi emendat l-Anness V tad-Direttiva 2008/57/KE