ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 354

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
11 ta' Diċembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1310/2014 tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar is-sistema provviżorja ta' pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni matul il-perjodu provviżorju ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1311/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward tad-definizzjoni ta' element ta' metadejta INSPIRE

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1312/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-servizzi ta' dejta ġeografika

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1313/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

17

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1314/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

38

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1315/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2014 u li jiddeterminaw il-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

41

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/892/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent ta' ċerti reġjuni fi Franza bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) (notifikata bid-dokument C(2014) 9218)  ( 1 )

45

 

 

2014/893/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu (notifikata bid-dokument C(2014) 9302)  ( 1 )

47

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 117/14/COL tat-12 ta' Marzu 2014 Li temenda għall-erbgħa u disgħin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-Għajnuna mill-Istat billi tadotta Linji Gwida ġodda biex tippromwovi investimenti ta' finanzjament ta' riskju u billi ttawwal il-Linji gwida eżistenti dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju

62

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/844/UE, Euratom tas-26 ta' Novembru 2014 li tawtorizza lil Malta biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT ( ĠU L 343, 28.11.2014 )

89

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/847/UE, Euratom tas-26 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE li tawtorizza lil Franza biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT ( ĠU L 343, 28.11.2014 )

89

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2013 tal-11 ta' Lulju 2013 li jissostitwixxi l-Anness II u II tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini ( ĠU L 247, 18.9.2013 )

90

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1310/2014

tat-8 ta' Ottubru 2014

dwar is-sistema provviżorja ta' pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni matul il-perjodu provviżorju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b'mod partikolari l-punti(a), (b) u (c) tal-Artikolu 65(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (il-Bord) ġie stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u fdat bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet uniformi stabbiliti minn dan ir-Regolament u bl-amministrazzjoni tal-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni. L-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament jipprovdi li l-Bord jkollu baġit awtonomu li mhuwiex parti mill-baġit tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 65(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprovdi li l-Bord jiddetermina u jiġbor il-kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord li huma dovuti minn kull entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. Dawn l-entitajiet huma istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (2) u l-impriżi prinċipali, id-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti, fejn huma suġġetti għal superviżjoni konsolidata mwettqa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont l-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Fergħat, li huma stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti ma għandhomx ikunu koperti minn dan ir-Regolament.

(3)

Skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord jikkostitwixxu d-dħul ta' Parti 1 tal-baġit tal-Bord u jkopru l-infiq ta' Parti 1 tal-baġit, li tinkludi tal-inqas ir-remunerazzjoni tal-persunal, l-infiq amministrattiv, infrastrutturali, l-infiq tat-taħriġ professjonali u operazzjonali.

(4)

Fl-2014 il-Bord mhux se jkollu l-infrastruttura dedikata u l-kapaċità operazzjonali biex jiġbor kontribuzzjonijiet biex ikopri l-infiq amministrattiv tiegħu għall-2014 u l-2015 mill-entitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. Madankollu, fl-2014 il-Bord se jkun jeħtieġ li jiġbor id-dħul meħtieġ biex jiffinanzja Parti 1 tal-baġit tiegħu biex ikopri l-infiq amministrattiv tiegħu għal dawk is-sentejn. L-infiq amministrattiv tal-Bord għas-snin 2014 u 2015 tal-perjodu provviżorju huwa stmat għal EUR 22 miljun.

(5)

Għandha tiġi prevista soluzzjoni temporanja biex tippermetti lill-Bord jiġbor kontribuzzjonijiet biex ikopri l-infiq amministrattiv tiegħu għall-2014 u 2015 filwaqt li jiġi żgurat li l-kalkolu u l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet jistgħu jitwettqu bir-riżorsi limitati ħafna tal-Bord u fi żmien qasir ħafna. Dan għandu jkun possibbli permezz l-istabbiliment li l-kalkolu u l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord huma mwettqa abbażi ta' approċċ ta' żewġ fażijiet: sistema provviżorja waqt l-ewwel stadji tal-eżistenza tal-Bord u sistema finali.

(6)

Huma biss dawk l-entitajiet li ġew notifikati mill-BĊE, fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti, bid-deċiżjoni tal-BĊE li jitqiesu sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u skont l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (3) u li ġew imsemmija fil-lista ppubblikata fuq il-websajt tal-BĊE fl-4 ta' Settembru 2014, iżda esklużi dawk l-entitajiet sinifikanti li huma sussidjarji ta' gruppi diġà meqjusa (“entitajiet sinifikanti”), li għandhom javvanzaw l-ammont sħiħ ta' pagamenti biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju. L-entitajiet li jkunu meqjusa bħala sinifikanti u notifikati bħala tali mill-BĊE bejn il-5 ta' Settembru 2014 u tmiem il-perjodu provviżorju ma għandhomx ikunu suġġetti għall-obbligu ta' ħlas ta' pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet. Għal dan l-għan, għandha tiġi stabbilita sistema provviżorja ta' pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet (“pagamenti”) li se tippermetti lill-Bord biex jiġbor, matul l-perjodu provviżorju, pagamenti minn entitajiet sinifikanti biex ikopri l-infiq tiegħu.

(7)

Din is-sistema provviżorja hija proporzjonata minħabba li l-entitajiet li se jħallsu bin-nifs jirrappreżentaw madwar 85 % tal-assi totali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu koperti mir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u huma faċilment identifikabbli. F'din il-fażi preliminari, tali metodu għall-kalkolu u l-ġbir ta' pagamenti għandu jinvolvi l-inqas piż amministrattiv possibbli kemm għall-Bord kif ukoll għall-entitajiet konċernati.

(8)

Ladarba l-Bord ikollu l-istruttura u l-kapaċità operattivi neċessarji, il-Kummissjoni se tadotta sistema finali ta' kontribuzzjonijiet amministrattivi li abbażi tagħhom il-kontribuzzjonijiet se jiġu kkalkolati u miġbura.

(9)

Skont is-sistema finali, il-kontribuzzjonijiet tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiġu kkalkulati u miġbura skont ir-regoli finali. Il-kontribuzzjonijiet tal-entitajiet sinifikanti koperti mis-sistema provviżorja għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid biex jitqiesu l-ammonti mħallsa minnhom skont din is-sistema provviżorja.

(10)

Kull differenza bejn il-pagamenti mħallsa abbażi tas-sistema provviżorja u l-kontribuzzjonijiet ikkalkolati skont is-sistema finali għandha tiġi saldata mal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord għas-sena ta' wara t-tmiem tal-perjodu provviżorju.

(11)

Sabiex il-Bord isir operattiv sal-1 ta' Jannar 2015, kif meħtieġ mill-Artikolu 98(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, u biex jibda jwettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 99(3) ta' dan ir-Regolament, huwa urġenti li jiġi stabbilit mekkaniżmu sempliċi u effettiv li jista' jiġi implimentat malajr u faċilment matul l-istadju inizjali ta' eżistenza tal-Bord li jippermettilu li jkollu l-mezzi finanzjarji neċessarji biex jistabbilixxi l-istruttura organizzazzjonali tiegħu u jimpjega l-persunal meħtieġ biex iwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw:

(a)

sistema provviżorja ta' pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju;

(b)

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-pagamenti li għandhom jiġu miġbura bil-quddiem minn kull entità sinifikanti biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju;

(c)

il-proċedura u l-modalitajiet għall-ġbir tal-pagamenti msemmija fil-punt b) mill-Bord;

(d)

l-arranġamenti għad-diferiment tal-kalkolu u l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet dovuti minn entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 ħlief entitajiet sinifikanti biex ikopru nfiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju;

(e)

l-arranġamenti biex jiġu aġġustati l-kontribuzzjonijiet dovuti mill-entitajiet sinifikanti għall-infiq amministrattiv tal-Bord wara l-perjodu provviżorju biex titqies kull differenza bejn il-pagamenti mħallsa bil-quddiem abbażi ta' dik is-sistema provviżorja u l-kontribuzzjonijiet dovuti għall-perjodu provviżorju tas-sistema finali.

Artikolu 2

Ambitu u objettiv

Dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

Il-pagamenti miġbura mill-Bord skont dan ir-Regolament ikunu użati esklussivament biex ikopru l-infiq amministrattiv tiegħu matul il-perjodu provviżorju.

Il-Bord jeżerċita ġestjoni finanzjarja tajba u kontroll baġitarju fl-oqsma kollha tal-infiq tiegħu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. Japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“pagamenti” jew “pagamenti fuq kontribuzzjonijiet” tfisser il-pagamenti fuq kontribuzzjonijiet li għandhom jinġabru mill-Bord skont dan ir-Regolament biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju;

(b)

“infiq amministrattiv tal-Bord” tfisser l-infiq tal-Parti I tal-baġit tal-Bord matul il-perjodu provviżorju;

(c)

“assi totali” tfisser il-valur totali ta' assi derivati mill-approprjazzjoni “assi totali” fuq il-karta bilanċjali konsolidata, fejn rilevanti, tal-entità sinifikanti kif irrappurtat skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni għal skopijiet prudenzjali mill-31 ta' Diċembru 2013 jew mid-data ta' rappurtar applikabbli għas-sena finanzjarja 2013, jekk is-sena finanzjarja tintemm f'data aktar tard mill-31 ta' Diċembru;

(d)

“entitajiet sinifikanti” tfisser l-entitajiet li ġew notifikati mill-BĊE, fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fl-Istati Membri parteċipanti, bid-deċiżjoni tal-BĊE li jitqiesu sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u skont l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014, u li ġew imsemmija fil-lista ppubblikata fuq il-websajt tal-BĊE fl-4 ta' Settembru 2014, iżda esklużi dawk l-entitajiet sinifikanti li huma sussidjarji ta' gruppi diġà meqjusa f'din id-definizzjoni, u fergħat, li huma stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti;

(e)

“avviż ta' pagament” tfisser avviż li jindika l-ammont tal-pagament għall-kontribuzzjoni li jinġabar bil-quddiem, maħruġ lil kull entità sinifikanti rilevanti skont dan ir-Regolament;

(f)

“perjodu provviżorju” tfisser perjodu li jibda fid-19 ta' Awwissu 2014 u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2015, jew li jintemm fil-jum tal-applikazzjoni tas-sistema finali tal-kontribuzzjonijiet amministrattivi adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 65(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, skont liem wieħed ikun l-aktar tard;

(g)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (4).

Artikolu 4

Sistema provviżorja ta' pagamenti fuq kontribuzzjonijiet

1.   L-entitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 iħallsu kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju.

2.   Il-Bord jikkalkola u jiġbor bil-quddiem pagamenti għal kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu minn entitajiet sinifikanti biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju.

3.   Il-kalkolu u l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju minn entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 ħlief entitajiet sinifikanti jiġi differit sa tmiem il-perjodu provviżorju msemmi fl-Artikolu 3(f).

Artikolu 5

Kalkolu tal-pagamenti

1.   L-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju jkun il-bażi għad-determinazzjoni tal-pagamenti fuq kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu bil-quddiem minn entitajiet sinifikanti.

2.   Il-pagamenti li għandhom jitħallsu minn kull entità sinifikanti jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-infiq amministrattiv tal-Bord għall-perjodu tal-2014 u l-2015, jew, meta l-perjodu provviżorju jmur lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2015, għall-perjodu rilevanti skont il-proporzjon tal-assi totali ta' dik l-entità sinifikanti mal-aggregat tal-assi totali tal-entitajiet sinifikanti kollha kif irrappurtat fil-31 ta' Diċembru 2013 jew fid-data tar-rappurtar applikabbli għas-sena finanzjarja 2013, jekk is-sena finanzjarja tintemm f'data iktar tard mill-31 ta' Diċembru.

Artikolu 6

Arranġamenti tas-saldu

1.   L-ammont ta' kontribuzzjonijiet dovuti minn kull entità msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju jkun ikkalkulat (mill-ġdid) skont is-sistema finali ta' kontribuzzjonijiet amministrattivi adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 65(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (is-“sistema finali”).

2.   Kull differenza bejn il-pagamenti mħallsa abbażi tas-sistema provviżorja u l-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikkalkolati skont is-sistema finali tiġi saldata fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet biex tkopri l-infiq amministrattiv tal-Bord għas-sena ta' wara l-perjodu provviżorju. Dan l-aġġustament isir billi jitnaqqsu jew jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord għal dik is-sena.

3.   Jekk id-differenza msemmija fil-paragrafu 2 hija ogħla mill-kontribuzzjonijiet dovuti għal dik is-sena, l-aġġustament ikompli fis-sena sussegwenti.

Artikolu 7

Avviż u pagament

1.   Jinħareġ u jiġi notifikat avviż ta' pagamenti mill-Bord lil kull entità sinifikanti permezz tal-posta rreġistrata b'forma ta' konferma ta' riċevuta.

2.   L-avviż ta' pagamenti jispeċifika l-ammont tal-pagament li għandu jitħallas bil-quddiem mill-entità sinifikanti biex ikopri l-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju.

3.   L-avviż ta' pagamenti jispeċifika l-mezzi li bihom il-pagament jitħallas. L-entità sinifikanti tikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-pagament speċifikati fl-avviż ta' pagamenti.

4.   L-entità sinifikanti tħallas l-ammont dovut skont l-avviż ta' pagamenti f'pagament wieħed fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-avviż ta' pagamenti.

5.   Mingħajr preġudizzju għal kull rimedju ieħor disponibbli lill-Bord, għal kull pagament parzjali, nuqqas ta' ħlas jew nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-pagamenti speċifikati fl-avviż ta' pagamenti, l-entità sinifikanti se tkun suġġetta għal penali ta' kuljum fuq l-ammont pendenti tal-pagament.

Sabiex jiġu kkalkulati l-penali ta' kuljum, l-imgħax ikun dovut fuq bażi ta' kuljum fuq l-ammont dovut b'rata ta' mgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taqa' d-data ta' skadenza tal-pagament miżjud bi tmien punti perċentwali mid-data li fiha l-pagament kien dovut.

6.   Il-pagament tal-penali ta' kuljum imsemmi fil-paragrafu 5 ikun infurzabbli. L-infurzar ikun irregolat mir-regoli proċedurali applikabbli fl-Istat Membru parteċipanti. L-ordni għall-infurzar tiegħu tkun mehmuża mad-deċiżjoni mingħajr l-ebda formalità oħra minbarra l-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni mill-awtorità li l-gvern ta' kull Stat Membru jaħtar għal dan l-iskop, u li jgħarraf biha lill-Bord u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 8

Rappurtar

Għaxart ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jipprovdu lill-Bord bid-dettalji ta' kuntatt tal-entitajiet sinifikanti u l-valur tal-assi totali tagħhom kif irrappurtat mill-31 ta' Diċembru 2013 jew mid-data ta' rappurtar applikabbli għas-sena finanzjarja 2013, jekk is-sena finanzjarja tintemm f'data iktar tard mill-31 ta' Diċembru.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (ir-Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).

(4)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1311/2014

tal-10 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward tad-definizzjoni ta' element ta' metadejta INSPIRE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tas-servizzi kollha ta' netwerk għajr għal servizzi li jippermettu li jiġu invokati servizzi ta' dejta spazjali.

(2)

L-interoperabilità ta' servizzi ta' dejta spazjali hija kkaratterizzata mill-kapaċità li d-dejta tiġi komunikata, eżegwita jew trasferita bejniethom. Prerekwiżit għall-invokazzjoni tas-servizzi ta' dejta spazjali huwa l-kapaċità li wieħed jaċċessal-informazzjoni rilevanti. Permezz tas-servizzi ta' sejbien ordnati fid-Direttiva 2007/2/KE, b'regoli għall-implimentazzjoni fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009, l-Istati Membri qed jagħmlu disponibbli l-elementi ta' metadejta ordnati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 (3). Ir-regoli ta' implimentazzjoni għal servizzi ta' dejta spazjali fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (4) jintroduċu elementi ġodda ta' metadejta għal servizzi ta' dejta spazjali, u bħala konsegwenza ta' dan, id-definizzjoni ta' element ta' metadejta fir-Regolament (KE) Nru 976/2009 għandha tiġi aġġornata sabiex jiġu permessi wkoll l-iskoperta u d-disponibbiltà tal-elementi l-ġodda ta' metadejta bis-servizzi ta' sejbien tal-Istati Membri.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 976/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 976/2009, il-punt 7 huwa mibdul b'dan li ġej:

“7.

l-‘Element ta' metadejta INSPIRE’ tfisser element ta' metadejta stabbilit fil-parti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1205/2008 jew fil-Parti B tal-Anness V, Parti B tal-Anness VI u Parti B tal-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (*);

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta' Netwerk (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta (ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).


11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1312/2014

tal-10 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-servizzi ta' dejta ġeografika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (2) jistabbilixxi l-arranġamenti tekniċi għall-interoperabbiltà ta' settijiet ta' dejta ġeografika biss.

(2)

L-interoperabbiltà ta' servizzi ta' dejta ġeografika hija kkaratterizzata mill-kapaċità li d-dejta tiġi komunikata, eżegwita jew trasferita bejniethom. Għalhekk, is-servizzi ta' dejta ġeografika għandhom jiġu dokumentati aħjar b'metadejta addizzjonali. Fuq skala inqas, din tikkonċerna wkoll l-armonizzazzjoni tal-kontenut tas-servizz li tmur kontra r-regoli ta' implimentazzjoni tas-settijiet ta' dejta ġeografika.

(3)

Għall-iżvilupp tar-regoli ta' implimentazzjoni ordnati bid-Direttiva 2007/2/KE, l-enfasi l-ewwel tqiegħdet fuq is-servizzi ewlenin, jiġifieri s-servizzi ta' netwerk, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 (3), u fuq l-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta ġeografika, fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1089/2010 issa għandu jiġi emendat biex jinkludi r-regoli ta' implimentazzjoni għas-servizzi ta' dejta ġeografika.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1089/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għal arranġamenti tekniċi għall-interoperabbiltà u, meta prattiku, l-armonizzazzjoni ta' settijiet ta' dejta ġeografika u servizzi ta' dejta ġeografika li jikkorrispondu għat-temi elenkati fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal servizzi ta' netwerk li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjonitar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 (*).

(*)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta' Netwerk (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9).”"

(2)

Fl-Artikolu 2, għandhom jiżdiedu l-punti 31 sa 38 li ġejjin:

“31.

‘punt tat-tmiem’ tfisser l-indirizz tal-Internet li jintuża biex issir invokazzjoni b'mod dirett ta' operazzjoni pprovduta minn servizz ta' dejta ġeografika,

32.

‘punt ta' aċċess’ tfisser indirizz tal-Internet li fih deskrizzjoni dettaljata ta' servizz ta' dejta ġeografika, inkluż lista ta' punti tat-tmiem li jippermettu l-eżekuzzjoni tiegħu,

33.

‘Servizz ta' dejta ġeografika li jista' jiġi invokat’ tfisser dawn kollha li ġejjin:

(a)

servizz ta' dejta ġeografika b'metadejta li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 1205/2008 (**),

(b)

servizz ta' dejta ġeografika b'mill-inqas identifikatur ta' riżorsa (resource locator) wieħed li huwa punt ta' aċċess,

(c)

servizz ta' dejta ġeografika konformi ma' sett ta' speċifikazzjonijiet tekniċi dokumentat u disponibbli pubblikament li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-eżekuzzjoni tiegħu,

34.

‘servizz ta' dejta ġeografika interoperabbli’ tfisser servizz ta' dejta ġeografika li jista' jiġi invokat u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness VI,

35.

‘servizz ta' dejta ġeografika armonizzat’ tfisser servizz ta' dejta ġeografika interoperabbli li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness VII,

36.

‘sett ta' dejta ġeografika konformi’ tfisser sett ta' dejta ġeografika li jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament,

37.

‘operazzjoni’ tfisser azzjoni appoġġjata minn servizz ta' dejta ġeografika,

38.

‘interfaċċa’ tfisser is-sett ta' operazzjonijiet imsemmi li jikkaratterizza l-imġiba ta' entità kif definit minn ISO 19119:2005.

(**)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta (ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12)”"

;

(3)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“Listi ta' Kodiċijiet u Enumerazzjonijiet għal Settijiet ta' Dejta Ġeografika”

,

(b)

fil-paragrafu 1, is-sentenza tal-introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

“Il-listi ta' kodiċijiet għandhom ikunu wieħed mit-tipi li ġejjin, kif speċifikat fl-Annessi I sa IV:”;

(4)

fl-Artikolu 8, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   L-aġġornamenti tad-dejta għandhom ikunu disponibbli għas-servizzi kollha relatati ta' dejta ġeografika skont l-iskadenza speċifikata fil-paragrafu 2.”

;

(5)

wara l-Artikolu 14, għandhom jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 14a

Rekwiżiti għal servizzi ta' dejta ġeografika li jistgħu jiġu invokati

Mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2015 l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadejta tas-servizzi ta' dejta ġeografika li jistgħu jiġu invokati f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 14b

Arranġamenti ta' interoperabbiltà u rekwiżiti ta' armonizzazzjoni għal servizzi ta' dejta ġeografika li jistgħu jiġu invokati

Is-servizzi ta' dejta ġeografika li jistgħu jiġu invokati u li huma relatati mad-dejta li tinsab f'mill-inqas wieħed mis-settijiet ta' dejta ġeografika konformi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' interoperabbiltà stipulati fl-Annessi V u VI u, fejn prattikabbli, ir-rekwiżiti ta' armonizzazzjoni stabbiliti fl-Anness VII.”

;

(6)

l-Anness V, kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud;

(7)

l-Anness VI, kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud;

(8)

l-Anness VII, kif stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta' Netwerk (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9).


ANNESS I

“L-ANNESS V

REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI DWAR SERVIZZI TA' DEJTA ĠEOGRAFIKA INVOKABBLI

PARTI A

Konvenzjonijiet tal-Kitba

Bħal fir-Regolament (KE) Nru 1205/2008, qed jintużaw il-konvenzjonijiet li ġejjin għall-metadejta tas-servizz ta' dejta ġeografika.

Meta jiġu speċifikati fid-deskrizzjoni tal-elementi ta' metadejta, id-dominji tal-valuri għandhom jintużaw bil-multipliċità mfissra fit-tabelli rilevanti. Fir-rigward ta' dominju partikolari, kull valur huwa ddefinit bi:

identifikatur numeriku,

isem testwali għall-bnedmin li jista' jiġi tradott fil-lingwi differenti tal-Komunità,

isem newtrali fil-lingwa għall-kompjuters (il-valur imfisser bejn il-parentesi),

deskrizzjoni jew definizzjoni fakoltattiva.

It-tabelli jagħtu l-informazzjoni li ġejja:

l-ewwel kolonna fiha r-referenza għall-paragrafu fl-Anness li jiddefinixxi l-element ta' metadejta jew il-grupp ta' elementi ta' metadejta,

it-tieni kolonna fiha l-isem tal-element ta' metadejta jew grupp ta' elementi ta' metadejta,

it-tielet kolonna tispeċifika l-multipliċità ta' element ta' metadejta. L-espressjoni tal-multipliċità ssegwi n-notazzjoni tal-Lingwa Unifikata għall-Immudellar (Unified Modelling Language — UML) għall-mUltipliċità, fejn:

N ifisser li f'sett ta' riżultati, dan l-element ta' metadejta għandu jkun hemm N darbiet biss,

1..* ifisser li dan l-element għandu jkun hemm tal-anqas darba f'sett ta' riżultati,

0..1 jindika li l-preżenza tal-element ta' metadejta f'sett ta' riżultati hija kondizzjonali, iżda tista' sseħħ darba biss,

0..* jindika li l-preżenza tal-element ta' metadejta f'sett ta' riżultati hija kondizzjonali iżda l-element ta' metadejta jista' jseħħ darba jew iżjed,

meta l-multipliċità hija 0..1 jew 0..*, il-kundizzjoni tiddefinixi meta l-elementi ta' metadejta jkunu obbligatorji.

ir-raba' kolonna fiha stqarrija kondizzjonali f'każ li l-multipliċità tal-element ma tapplikax għat-tipi kollha ta' riżorsi. L-elementi kollha huma obbligatorji f'ċirkustanzi oħrajn.

PARTI B

Element ta' Metadejta ta' Kategorija

1.   Kategorija

Din hija referenza tal-istatus tas-servizz ta' dejta ġeografika kontra l-invokabilità.

Id-dominju tal-valuri ta' dan l-element ta' metadejta huwa kif ġej:

1.1.   Invokabbli (invokabbli)

Is-servizz ta' dejta ġeografika huwa servizz ta' dejta ġeografika invokabbli.

1.2.   Interoperabbli (interoperabbli)

Is-servizz ta' dejta ġeografika invokabbli huwa servizz ta' dejta ġeografika interoperabbli.

1.3.   Armonizzat (armonizzat)

Is-servizz ta' dejta ġeografika interoperabbli huwa servizz ta' dejta ġeografika armonizzat.

PARTI C

Struzzjonijiet fuq il-Multipliċità u l-Kundizzjonijiet tal-Elementi ta' Metadejta

Il-metadejta l-ġdida li tiddeskrivi s-servizz ta' dejta ġeografika għandha tinkludi l-elementi ta' metadejta jew gruppi ta' elementi ta' metadejta elenkati fit-Tabella 1.

Dawk l-elementi ta' metadejta jew gruppi ta' elementi ta' metadejta għandhom ikunu skont il-multipliċità mistennija u l-kundizzjonijiet relatati stabbiliti fit-Tabella 1.

Meta ma tiġi mfissra l-ebda kundizzjoni fir-rigward ta' element ta' metadejta partikolari, dak l-element għandu jkun obbligatorju.

Tabella 1

Metadejta għal servizzi ta' dejta ġeografika invokabbli

Referenza

Elementi ġodda ta' metadejta

Multipliċità

Kundizzjoni

1

Kategorija

0..1

obbligatorja għal servizz ta' dejta ġeografika invokabbli

PARTI D

Rekwiżiti Addizzjonali dwar il-Metadejta Stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1205/2008

1.   Identifikatur tar-Riżorsa

L-element ta' metadejta tal-Identifikatur tar-Riżorsa stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1205/2008 għandu jkun fih ukoll il-punti kollha ta' aċċess mill-fornitur tas-servizz ta' dejta ġeografika, u dawn il-punti tal-aċċess għandhom jiġu identifikati bħala tali b'mod mhux ambigwu.

2.   Speċifikazzjoni

L-Ispeċifikazzjoni ta' element ta' metadejta stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1205/2008 għandha tirreferi wkoll għal, jew għandu jkun fiha, speċifikazzjonijiet tekniċi (bħall-gwida teknika INSPIRE, iżda mhux biss), li magħha huwa konformi bis-sħiħ is-servizz ta' dejta ġeografika invokabbli, li jipprovdu l-elementi tekniċi kollha meħtieġa (tal-bniedem, u kull fejn rilevanti, li jista' jinqara mill-magni) biex tkun tista' sseħħ l-invokazzjoni tiegħu.”


ANNESS II

“L-ANNESS VI

REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI DWAR L-INTEROPERABBILTÀ TA' SERVIZZI TA' DEJTA ĠEOGRAFIKA INVOKABBLI

PARTI A

Rekwiżiti Addizzjonali dwar il-Metadejta Stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1205/2008

1.   Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess u l-użu

Ir-restrizzjonijiet tekniċi li japplikaw għall-aċċess u għall-użu tas-servizz ta' dejta ġeografika għandhom jiġu dokumentati fl-element ta' metadejta ‘RESTRIZZJONI DWAR L-AĊĊESS U L-UŻU’ stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1205/2008.

2.   Il-parti responsabbli

Il-parti responsabbli stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1205/2008 għandha mill-inqas tiddeskrivi l-organizzazzjoni ta' kustodja responsabbli, li tikkorrispondi għar-rwol ta' parti ta' Kustodja responsabbli stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1205/2008.

PARTI B

Elementi ta' metadejta

3.   Identifikatur tas-Sistema ta' Referenza ta' Koordinati

Fejn xieraq, din hija l-lista tas-sistemi ta' referenza ta' koordinati appoġġjati mis-servizz ta' dejta ġeografika.

Kull sistema ta' referenza ta' koordinati appoġġjata għandha tiġi mfissra bl-użu ta' identifikatur.

4.   Kwalità tas-servizz

Din huwa l-kwalità minima tas-servizz stmata mill-parti responsabbli tas-servizz ta' dejta ġeografika, u li hi mistennija li tkun valida tul perjodu ta' żmien.

4.1.   Kriterji

Dawn huma l-kriterji li għalihom jirreferu l-elementi ta' kejl.

Id-dominju tal-valuri ta' dan l-element ta' metadejta huwa kif ġej:

4.1.1.   Disponibilità (disponibilità)

Dan jiddeskrivi l-perċentwal ta' żmien li fih huwa disponibbli s-servizz.

4.1.2.   Prestazzjoni (prestazzjoni)

Dan jiddeskrivi kemm tista' titlesta malajr talba lis-servizz ta' dejta ġeografika.

4.1.3.   Kapaċità (kapaċità)

Dan jiddeskrivi l-għadd massimu ta' talbiet simultanji li jistgħu jitlestew bil-prestazzjoni ddikjarata.

4.2.   Kejl

4.2.1.   Deskrizzjoni

Dan jiddeskrivi l-kejl għal kull kriterju.

Id-dominju tal-valuri ta' dan l-element ta' metadejta huwa test liberu.

4.2.2.   Valur (valur)

Dan jiddeskrivi l-valur tal-kejl għal kull kriterju.

Id-dominju tal-valuri ta' dan l-element ta' metadejta huwa test liberu.

4.2.3.   Unità (unità)

Dan jiddeskrivi l-Unità ta' kejl għal kull kriterju.

Id-dominju tal-valuri ta' dan l-element ta' metadejta huwa test liberu.

PARTI C

Struzzjonijiet fuq il-Multipliċità u l-Kundizzjonijiet tal-Elementi ta' Metadejta

Il-metadejta li tiddeskrivi servizz ta' dejta ġeografika interoperabbli għandha tinkludi l-elementi ta' metadejta jew gruppi ta' elementi ta' metadejta elenkati fit-Tabella 1.

Dawk l-elementi ta' metadejta jew gruppi ta' elementi ta' metadejta għandhom ikunu skont il-multipliċità mistennija u l-kundizzjonijiet relatati stabbiliti fit-Tabella 1.

Meta ma tiġi mfissra l-ebda kundizzjoni fir-rigward ta' element ta' metadejta partikolari, dak l-element għandu jkun obbligatorju.

Tabella 1

Metadejta għal servizzi ta' dejta ġeografika interoperabbli

Referenza

Elementi ġodda ta' metadejta

Multipliċità

Kundizzjoni

1

Identifikatur tas-sistema ta' referenza ta' koordinati

1..*

Obbligatorja jekk rilevanti

2

Kwalità tas-servizz

3..*”

 


ANNESS III

“ANNESS VII

REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-ARMONIZZAZZJONI TA' SERVIZZI TA' DEJTA ĠEOGRAFIKA INTEROPERABBLI

PARTI A

Karatteristiċi

1.   Kwalità tas-servizz

Il-probabbiltà tad-disponibbiltà ta' servizz ta' dejta ġeografika armonizzata għandha tkun ta' 98 % tal-ħin.

2.   Kodifikazzjoni tal-output

Servizz ta' dejta ġeografika armonizzata li jirritorna oġġetti ġeografiċi fl-ambitu tad-Direttiva 2007/2/KE għandu jikkodifika dawk l-oġġetti ġeografiċi skont dan ir-Regolament.

PARTI B

Elementi ta' metadejta

3.   metadejta ta' invokazzjoni

L-element ta' metadejta ta' invokazzjoni jiddokumenta l-interfaċċi tas-servizz ta' dejta ġeografika armonizzata, u jelenka l-punti tat-tmiem sabiex tkun tista' sseħħ il-komunikazzjoni bejn magni differenti.

PARTI C

Struzzjonijiet fuq il-Multipliċità u l-Kundizzjonijiet tal-Elementi ta' Metadejta

Il-metadejta ta' servizz ta' dejta ġeografika armonizzata għandha tinkludi l-element ta' metadejta jew il-grupp ta' elementi ta' metadejta elenkati fit-Tabella 1.

Dan l-element ta' metadejta jew grupp ta' elementi ta' metadejta għandu jkun skont il-multipliċità mistennija u l-kundizzjonijiet relatati stabbiliti fit-Tabella 1.

Meta ma tiġi mfissra l-ebda kundizzjoni fir-rigward ta' element ta' metadejta partikolari, dak l-element għandu jkun obbligatorju.

Tabella 1

Metadejta għal servizzi ta' dejta ġeografika armonizzati

Referenza

Elementi ġodda ta' metadejta

Moltipliċità

Kundizzjoni

1

metadejta ta' invokazzjoni

1..*

 

PARTI D

Operazzjonijiet

1.   Lista ta' operazzjonijiet

Servizz ta' dejta ġeografika armonizzat għandu jipprovdi l-operazzjoni elenkata fit-Tabella 2.

Tabella 2

Operazzjonijiet għal Servizzi ta' Dejta Ġeografika Armonizzati

Operat

Ir-rwol

Ikseb Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat

Jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u jispjega l-kapaċitajiet tas-servizz.

2.   Operazzjoni Ikseb Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat

2.1.   Talba Ikseb Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat

2.1.1.   Parametri għal Ikseb Talbiet għal Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat

Il-parametru ta' Talba Ikseb Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzata jindika l-lingwa naturali għall-kontenut tar-Risposta għal Ikseb Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzata

2.2.   Risposta Ikseb Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat

Ir-Risposta Ikseb Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat għandu jkun fiha s-settijiet ta' parametri li ġejjin:

Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat,

Metadejta tal-Operazzjonijiet,

Lingwi.

2.2.1.   Parametri ta' Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzata

Il-parametri ta' Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat għandu jkun fihom mill-inqas l-elementi ta' metadejta INSPIRE tas-Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 1205/2008.

2.2.2.   Parametri tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdi l-metadejta dwar l-operazzjonijiet tas-Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat. Dan għandu tal-inqas jiddeskrivi kull operazzjoni, inkluż, bħala minimu, deskrizzjoni tad-dejta skambjata u tal-indirizz tan-netwerk.

2.2.3.   Parametru tal-lingwi

Għandhom jingħataw żewġ parametri tal-lingwa:

Il-parametru tal-Lingwa tar-Risposta li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri Risposta Ikseb Metadejta ta' Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat,

il-parametru tal-Lingwi Appoġġjati li fih il-lista tal-lingwi naturali appoġġjati mis-Servizz ta' Dejta Ġeografika Armonizzat.”


11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1313/2014

tal-10 ta' Diċembru 2014

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008 (2) il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (iċ-Ċina). Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju speċifiku għal kull kumpanija li jvarja minn 361,4 EUR/tunnellata sa 531,2 EUR/tunnellata piż nett tal-prodott.

(2)

Dawn il-miżuri ġew annullati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fit-22 ta' Marzu 2012 (3) iżda ġew imposti mill-ġdid fit-18 ta' Frar 2013 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 158/2013 (4).

1.2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta' Avviż ta' skadenza imminenti tal-miżuri antidumping definittivi fis-seħħ (5), fit-12 ta' Awwissu 2013 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba saret mill-Federación Nacional de Asociaciones de Transformados Vegetales y Alimentos Procesados (FENAVAL) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 75 % tal-produzzjoni kollha tal-Unjoni ta' ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat.

(4)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri antidumping definittivi x'aktarx li twassal għall-kontinwazzjoni ta' dumping u rikorrenza ta' dannu lill-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(5)

Wara li stabbilixxiet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni fil-25 ta' Ottubru 2013 ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (in-Notifika ta' bidu), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

1.4.   L-investigazzjoni

1.4.1.   Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(6)

L-investigazzjoni ta' kontinwazzjoni ta' dumping kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Ottubru 2012 u t-30 ta' Settembru 2013 (il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2009 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-perjodu kkunsidrat).

1.4.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-partijiet li ġejjin dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza: l-applikant, il-produtturi fl-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom, il-produtturi esportaturi magħrufa fiċ-Ċina u fil-pajjiżi analogi potenzjali, importaturi mhux relatati fl-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom, il-fornituri lill-produtturi fl-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom, assoċjazzjoni tal-konsumaturi fl-Unjoni magħrufa li hija kkonċernata u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur. Dawn il-partijiet ingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta' żmien stabbilit fin-Notifika ta' Bidu.

(8)

Minħabba n-numru apparentement kbir ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina kif ukoll ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni, kien meqjus xieraq li jiġi eżaminat jekk għandux jintuża kampjunar skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ il-kampjunar u, jekk dan ikun il-każ, li tagħżel kampjun, dawn il-partijiet intalbu jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta' Bidu lill-Kummissjoni.

(9)

Billi kien biss grupp wieħed ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina li pprovda l-informazzjoni mitluba, ma kienx hemm bżonn li jintgħażel kampjun ta' produtturi esportaturi.

(10)

Fir-rigward ta' importaturi mhux relatati, 32 kienu identifikati u mistiedna jipprovdu informazzjoni għall-kampjunar. Sebgħa minnhom ippreżentaw irwieħhom u pprovdew l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla tal-kampjunar. Minn dawn, tlieta ġew magħżula biex ikunu parti mill-kampjun, iżda tnejn biss ikkonfermaw fi żmien l-iskadenza r-rieda tagħhom li jkunu parti mill-eżerċizzju ta' kampjunar.

(11)

Abbażi ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet interessati u lil dawk li kienu ppreżentaw irwieħhom fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu. Waslu tweġibiet minn ħames produtturi tal-Unjoni, il-produttur esportatur li kkoopera miċ-Ċina, żewġ importaturi mhux relatati, tmien fornituri lill-produtturi tal-Unjoni, assoċjazzjoni ta' fornituri lill-produtturi tal-Unjoni u produttur fil-pajjiż analogu.

(12)

Żewġ assoċjazzjonijiet tal-importaturi identifikaw irwieħhom bħala partijiet interessati. Ħames importaturi mhux relatati wkoll ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom.

(13)

Fir-rigward tal-produtturi fil-pajjiż analogu, erba' kumpaniji kienu identifikati u mistiedna jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa. Waħda biss minn dawn il-kumpaniji pprovdiet l-informazzjoni mitluba u qablet maż-żjara ta' verifika.

(14)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping u l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu u tal-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta' verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni

Halcon Foods S.A.U., Murcia, Spanja

Conservas y Frutas S.A., Murcia, Spanja

Agricultura y Conservas S.A., Algemesí (Valencia), Spanja

Industrias Videca S.A., Villanueva de Castellón (Valencia), Spanja

(b)

Produttur esportatur fiċ-Ċina:

Zhejiang Taizhou Yiguan Food Co., Ltd., iċ-Ċina u l-kumpanija relatata tiegħu Zhejiang Merry Life Food Co., Ltd.

(c)

Importaturi mhux relatati fl-Unjoni:

Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co KG, Hamburg, il-Ġermanja

I. Schroeder KG (GmbH & Co.), Hamburg, il-Ġermanja.

(d)

Produttur fil-pajjiż analogu:

Frigo-Pak Gida Maddeleri Sanayi Ve Ticaret A.S., it-Turkija

1.5.   Divulgazzjoni tal-fatti essenzjali u s-smigħ

(15)

Fit-13 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni għamlet id-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġu imposti dazji antidumping (id-divulgazzjoni finali). Wara d-divulgazzjoni finali, diversi partijiet interessati għamlu sottomissjonijiet bil-miktub inklużi l-opinjonijiet tagħhom dwar is-sejbiet definittivi. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw l-opportunità li jinstemgħu. Tliet importaturi talbu u ngħataw smigħ konġunt fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Assoċjazzjoni Ewropea tal-operaturi tas-suq talbet u ngħatat smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(16)

Il-prodott ikkonċernat minn dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri mandolin ippreparat u ppreservat (inklużi tanġerini u satsuma), klementini, wilkings u ibridi taċ-ċitru simili, li ma fihomx spirtu miżjud, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew xi sustanza oħra ta' ħlewwa jew le, u kif definit taħt l-intestatura NM 2008, li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-prodott ikkonċernat), li bħalissa jaqa' fi ħdan il-kodiċijiet NM 2008 30 55, 2008 30 75 u ex 2008 30 90.

(17)

Il-prodott ikkonċernat huwa miksub billi jitqaxxru u jinqasmu ċerti varjetajiet ta' frott taċ-ċitru żgħir (l-iktar satsuma) li mbagħad jiġu ippakkjati f'kontenitur tal-ġulepp taz-zokkor, meraq jew ilma f'diversi daqsijiet biex jissodisfaw id-domandi speċifiċi tas-swieq differenti.

(18)

Is-satsuma, il-klementini u l-frott taċ-ċitru żgħir ieħor huma l-iktar magħrufa bl-isem kollettiv ta' “mandolin”. Il-maġġoranza ta' dawn il-varjetajiet ta' frott huma tajbin biex ikunu użati bħala prodott frisk jew għall-ipproċessar. Dawn huma simili u l-preparazzjonijiet jew il-konservazzjonijiet tagħhom, għalhekk, huma kkunsidrati bħala prodott uniku.

2.2.   Il-prodott simili

(19)

Il-produtturi tal-Unjoni argumentaw li l-prodott importat u l-prodott tal-Unjoni huma simili minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

iż-żewġ prodotti għandhom l-istess jew karatteristiċi fiżiċi bħat-togħma, il-forma, id-daqs, u s-sawra simili ħafna;

huma mibjugħa permezz tal-istess mezzi jew mezzi simili u huma jikkompetu prinċipalment fuq il-prezz;

it-tnejn għandhom l-istess użu aħħari jew simili;

huma interkambjabbli faċilment;

huma kklassifikati taħt l-istess kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għall-iskopijiet tat-tariffa.

(20)

Ċerti importaturi argumentaw, min-naħa l-oħra, li l-prodott importat huwa ta' kwalità ogħla għaliex jinkludi inqas biċċiet maqsuma (massimu ta' 5 %) kif ukoll togħma, dehra u struttura aħjar mill-prodott tal-Unjoni. Kien argumentat ukoll li l-prodott importat huwa differenti f'termini ta' riħa mill-prodott tal-Unjoni.

(21)

Il-Kummissjoni investigat dawn l-affermazzjonijiet u fid-dawl tad-dejta disponibbli kkonkludiet li l-affermazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni msemmija fil-premessa 19 huma korretti.

(22)

Sa fejn l-affermazzjonijiet magħmula mill-importaturi huma kkonċernati, dawn kellhom jiġu miċħuda minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(a)

xi differenzi ta' kwalità relatati mal-ammont ta' biċċiet maqsuma, togħma, dehra, riħa u struttura ma affettwawx il-karatteristiċi bażiċi tal-prodott. Il-prodott importat għadu interkambjabbli u jservi l-istess użu aħħari jew simili bħall-prodott tal-Unjoni. Fil-fatt, il-produtturi tal-Unjoni bigħu l-prodott tagħhom, ukoll bi proporzjon ogħla ta' biċċiet maqsuma, matul il-perjodu kkunsidrat kemm lill-importaturi kif ukoll lill-istess kategoriji ta' utenti/konsumaturi (pereżempju katini tas-supermarkets u fornituri lill-industrija tal-forn), li kienu servuti wkoll mill-importaturi. Barra minn hekk, katina ta' supermarkets fl-Unjoni Ewropea kkonfermat ukoll li hija kienet qed tbigħ il-prodott Ewropew u ta' oriġini Ċiniża taħt l-istess ditta u marka kummerċjali;

(b)

l-ammont massimu ta' 5 % ta' biċċiet maqsuma mhuwiex karatteristika esklużiva tal-prodott importat biss. Fil-fatt, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi tal-Unjoni offrew firxa wiesgħa ta' kwalitajiet b'perċentwali differenti ta' biċċiet maqsuma, inklużi proporzjonijiet li kien fihom massimu ta' 5 % ta' biċċiet maqsuma. Ċerti importaturi xtraw il-prodott li kien fih massimu ta' 5 % ta' biċċiet maqsuma mill-produtturi tal-Unjoni.

(23)

Għalhekk, bl-istess mod tal-investigazzjoni oriġinali, il-prodott importat u dak prodott fl-industrija tal-Unjoni jitqiesu li huma l-istess fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TA' DUMPING

3.1.   Il-kummenti preliminari

(24)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti hijiex probabbli li twassal għal kontinwazzjoni ta' dumping.

(25)

Kif imsemmi fil-premessa 9, minħabba l-fatt li grupp wieħed biss ta' kumpaniji kkoopera, ma kienx hemm bżonn li jintgħażel kampjun ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina. Din il-kumpanija kopriet madwar 12 %–20 % (firxa mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità) tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

3.2.   Id-dumping ta' importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

3.2.1.   Il-pajjiż analogu

(26)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi ddeterminat abbażi tal-prezzijiet jew tal-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xierqa (il-pajjiż analogu), jew il-prezz minn tali pajjiż terz lejn pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni, jew, fejn dawn mhumiex possibbli, fuq kwalunkwe bażi oħra raġonevoli, inkluż il-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat b'mod xieraq jekk meħtieġ biex jinkludi marġni ta' profitt raġonevoli.

(27)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża lit-Turkija bħala pajjiż analogu xieraq biex tistabbilixxi valur normali għaċ-Ċina u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw fuq dan.

(28)

L-ebda kumment ma wasal dwar it-Turkija bħala l-pajjiż analogu propost. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ssuġġerixxiet produtturi tal-pajjiż analogu alternattivi tal-prodott simili.

(29)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Torok ikkuntattjati, Frigo-Pak, ippreżenta t-tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju fil-ħin u aċċetta żjara ta' verifika fuq il-post tiegħu.

3.2.2.   Il-valur normali

(30)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni vverifikata li ġiet provduta mill-produttur fit-Turkija. Din il-kumpanija ma biegħetx il-prodott simili fis-suq domestiku u għalhekk il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku bl-użu tal-ispejjeż ta' produzzjoni u, f'konformità mal-Artikolu 2(6)(b), biż-żieda ta' perċentwal raġonevoli għal spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u, skont l-Artikolu 2(6)(c), marġni ta' qliegħ raġonevoli. Ir-rata SG&A użata hija r-rata SG&A mġarrba, minn dan il-produttur, fuq il-bejgħ domestiku ta' prodotti oħra tal-bott u ammontat għal 10 %–20 % (firxa mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Ir-rata ta' profitt użata hija l-istess bħal dik użata fl-investigazzjoni inizjali, jiġifieri 6,8 %, li tirrappreżenta l-profitt miksub mill-industrija tal-UE qabel ma sarilha dannu minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina.

3.2.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(31)

Il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur lejn l-Unjoni sar dirett lil klijenti indipendenti stabbiliti fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku l-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitћallsu gћall-prodott meta dan jinbiegћ gћall-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni.

3.2.4.   Paragun

(32)

Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta' prezz mill-fabbrika.

(33)

Għall-finijiet li jkun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera, u skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, saret konċessjoni dovuta fil-forma ta' aġġustamenti fir-rigward ta' differenzi fit-trasport, l-assigurazzjoni, il-kummissjoni u t-tariffi bankarji li affettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet.

3.2.5.   Marġni tad-dumping

(34)

Kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping kien stabbilit fuq bażi ta' paragun bejn il-valur normali medju ponderat u l-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat.

(35)

Għall-produttur esportatur li kkoopera, dan il-paragun wera l-eżistenza ta' dumping. Il-marġni tad-dumping ammonta għal aktar minn 60 %.

(36)

Għaċ-Ċina b'mod ġenerali, paragun bejn il-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat għall-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat, kif irrappurtat fl-Eurostat, u valur normali medju ponderat stabbilit għall-pajjiż analogu (aġġustat kif mistħoqq sabiex jirrifletti t-taħlita tal-prodott probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi minħabba t-taħlita tal-prodott tal-bejgħ tal-UE tal-produttur esportatur li kkoopera għal tipi ta' prodott paragunabbli), stabbilixxa wkoll dumping konsiderevoli f'livelli saħansitra ogħla.

(37)

Wara d-divulgazzjoni finali, assoċjazzjoni kummerċjali Ewropea sostniet li, kuntrarju għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u produtturi Spanjoli, hija ma kellha ebda possibbiltà li tivverifika l-kalkoli eżatti (dumping u dannu) u għalhekk talbet lill-Kummissjoni biex tipprovdi d-dettalji tal-kalkolu ta' dumping. Matul is-smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta, tliet importaturi wkoll indikaw li huma kienu jippreferu li jirċievu dettalji dwar il-kalkolu tad-dumping.

(38)

F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li d-dejta li fuqha l-Kummissjoni bbażat il-kalkoli tagħha tinkludi sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali. Il-produttur esportatur li kkoopera li forna tali dejta rċieva, kif xieraq, divulgazzjoni speċifika dettaljata tal-kalkoli tad-dumping u tad-dannu u ma għamilx kummenti jew talbiet għal kjarifika. Il-Kummissjoni ma tistax tagħmel din id-dejta disponibbli għall-ispezzjoni minn partijiet interessati oħra mingħajr ma tikser in-natura kunfidenzjali tagħha. Madankollu, il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni, kif deskritt fil-premessi 30–36 hawn fuq, ġiet divulgata lill-partijiet interessati kollha. L-Uffiċjal tas-Seduta, waqt l-imsemmi smigħ, informa lill-importaturi bil-possibbiltà li jitolbuh li jivverifika l-kalkolu tal-Kummissjoni f'każ li huma kellhom tħassib dwar l-eżattezza tiegħu. It-tliet importaturi madankollu ma talbux għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f'dan ir-rigward.

(39)

Fi kwalunkwe każ, l-assoċjazzjoni kummerċjali Ewropea kkalkulat hija nnifisha marġni tad-dumping li jqabbel il-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-Eurostat miċ-Ċina mal-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-Eurostat mit-Turkija. Skont l-imsemmija assoċjazzjoni kummerċjali, tali paragun jissuġġerixxi livell aktar baxx ta' dumping, madwar 30 %. F'dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi osservat li, f'rieżami ta' skadenza, il-livell preċiż ta' dumping huwa ta' inqas importanza milli f'investigazzjoni li fiha l-livell tad-dazju huwa stabbilit. It-tieni, kif inhu spjegat fil-premessi 30–33 hawn fuq, il-kalkolu tal-Kummissjoni kien ibbażat fuq dejta ta' valur normali “reali” mill-produttur Tork li kkoopera u li ġie vverifikat u l-paragun mal-prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniżi sar fuq livell dettaljat. Għalhekk, id-dejta li fuqha l-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tagħha hija meqjusa bħala ħafna aktar affidabbli u preċiża minn dik l-istima ssuġġerita mill-assoċjazzjoni fil-kummenti tagħha għad-divulgazzjoni.

(40)

Matul is-smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta, tliet importaturi sostnew ukoll li ma kienx hemm dumping. Huma bbażaw din id-dikjarazzjoni fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet skopriet li l-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera għal bosta swieq mhux tal-UE importanti kienu taħt il-prezz tal-bejgħ medju lejn is-suq tal-Unjoni. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi miċħuda peress li d-dumping qed ibiegħ f'suq partikolari bi prezzijiet taħt il-valur normali, mhux bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk miksuba fi swieq terzi oħrajn.

3.3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu mħassra l-miżuri

3.3.1.   Kumment preliminari

(41)

Minbarra s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ġiet investigata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping f'każ li jiġu mħassra l-miżuri u ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina; il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina; l-attrattività tas-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(42)

Matul il-parti l-kbira tal-PIR ma kien hemm l-ebda miżura fis-seħħ fl-UE, minħabba li dawn kienu ġew annullati (ara l-premessa 2 hawn fuq). Matul dak il-perjodu mingħajr miżuri, kien hemm l-ogħla livell fl-importazzjonijiet fl-2011/12 segwit minn tnaqqis matul il-bqija tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan fil-fatt jirrifletti effett ta' akkumulazzjoni tal-istokk aktar milli żieda/tnaqqis reali fil-konsum u huwa attribwit għal-livell għoli ta' importazzjonijiet Ċiniżi li saru bejn Marzu u Lulju 2012, meta l-miżuri ma kinux fis-seħħ.

3.3.2.   Il-produzzjoni, il-konsum domestiku u l-kapaċità ta' esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi.

(43)

Rigward il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża totali u l-kapaċità żejda, il-Kummissjoni ma kisbet informazzjoni mingħand l-ebda- produttur Ċiniż jew parti interessata oħra. Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għamlet is-sejbiet tagħha abbażi tal-fatti disponibbli.

(44)

Skont ir-rapport ippubblikat mis-Servizz Agrikolu Barrani tad-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti (FSA/USDA) li kien inkluż fit-talba ta' rieżami u li huwa wkoll disponibbli pubblikament (7), l-ammont ta' mandolin frisk iddedikat għall-ipproċessar, jiġifieri l-produzzjoni ta' mandolin tal-bott, fiċ-Ċina żdied b'27 % bejn l-2009/2010 (520 000 tunnellata) u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (660 000 tunnellata). Il-produzzjoni ta' mandolin tal-bott Ċiniż segwiet xejra simili. Skont dan ir-rapport, iċ-Ċina żiedet il-produzzjoni ta' mandolin tal-bott minn 347 000 tunnellata fl-2009/2010 għal 440 000 tunnellata fil-perijodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Ir-rapport stima wkoll li l-konsum domestiku Ċiniż tal-mandolin tal-bott kien ta' madwar 100 000-150 000 tunnellata fl-2013/2014. Peress li sors ieħor disponibbli pubblikament stima dan il-konsum domestiku għal 50 000-100 000 tunnellata (8), stima ta' konsum domestiku ta' 100 000 tunnellata tidher raġonevoli. Fid-dawl tal-informazzjoni ta' hawn fuq, l-ammont ta' mandolin tal-bott Ċiniż disponibbli għall-esportazzjoni jista' jiġi stmat għal madwar 340 000 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(45)

Sorsi oħra disponibbli jipprovdu stimi kemxejn differenti dwar l-ammont ta' mandolin tal-bott Ċiniż disponibbli għall-esportazzjoni bejn l-2009 u l-2014 (9). Madankollu, minkejja dawn id-differenzi, dawn kollha jindikaw li l-ammont ta' mandolin tal-bott Ċiniż disponibbli għall-esportazzjoni kien tal-inqas 300 000 tunnellata għal kull staġun annwali rrapportat bejn l-2009 u l-2013. L-ebda wieħed mis-sorsi ma jindika li l-ammont ta' mandolin tal-bott Ċiniż disponibbli għall-esportazzjoni jista' jitnaqqas b'mod sinifikanti fil-futur.

3.3.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(46)

Anki jekk l-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu 19 253 tunnellata, id-dejta tal-importazzjoni mill-investigazzjoni oriġinali, li tkopri l-perjodu 2002-2007, turi li l-manifatturi Ċiniżi jistgħu jallokaw aktar minn 60 000 tunnellata kull staġun għas-suq tal-Unjoni, kif ikkonfermat minn dejta tal-importazzjoni tal-Eurostat dwar l-istaġun 2011/2012. Barra minn hekk, il-livell għoli ta' importazzjonijiet fl-2011/2012, perjodu li matulu l-miżuri ma kinux applikabbli għall-maġġoranza taż-żmien (jiġifieri, mit-22 ta' Marzu 2012), juri li l-Unjoni hija suq attraenti għall-manifatturi Ċiniżi f'termini ta' prezzijiet u li volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping Ċiniżi jilħqu s-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri tal-antidumping attwali jiġu mħassra.

(47)

Il-fatt li ċ-Ċina esportat lejn l-Unjoni fil-perjodu 2002-2007 (meta ma kienet imposta l-ebda miżura antidumping) b'medja esportat lejn l-Unjoni konsiderevolment aktar mandolin tal-bott kull staġun (b'36 %) milli fil-perjodu 2009-2013 (meta d-dazji ġew imposti ħlief bejn it-22 ta' Marzu 2012 u t-23 ta' Frar 2013), għalkemm il-volumi totali disponibbli għall-esportazzjoni Ċiniża mad-dinja kollha kienu iktar baxxi fl-ewwel perjodu mit-tieni wieħed, jikkorrobora iktar il-probabbiltà li l-produtturi Ċiniżi jżidu l-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni għal-livelli li ntlaħqu waqt l-investigazzjoni oriġinali jekk il-miżuri jiġu mħassra.

3.3.4.   Prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

(48)

Fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, l-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-esportazzjonijiet tal-kumpanija li kkooperat lejn bosta swieq importanti tal-esportazzjoni (bħall-Ġappun, il-Malasja, il-Filippini, it-Tajlandja) kienu taħt il-prezzijiet ta' bejgħ medji lejn l-Unjoni. Għalhekk jista' jkun mistenni li fl-assenza tal-miżuri, il-produttur esportatur li kkoopera jittrasferixxi mill-anqas parti minn dawn l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(49)

Anke l-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża dwar frott taċ-ċitru ppreparat u/jew ippreservat ġo kontenitur, turi li hemm probabbiltà ta' direzzjoni mill-ġdid tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. Fil-fatt, skont din l-istatistika huwa stmat li, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, bejn wieħed u ieħor 20 000 tunnellata tal-prodott ikkonċernat inbiegħu lil destinazzjonijiet tal-esportazzjoni bi prezzijiet medji aktar baxxi minn dawk miksuba fl-UE, għalkemm ma kien hemm l-ebda dazji antidumping applikabbli għal importazzjonijiet miċ-Ċina f'dawn is-swieq. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami dan il-volum ikun daqs il-bejgħ domestiku tal-industrija tal-Unjoni u 71 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni. Fi kliem ieħor, fuq il-bażi tad-daqs tas-suq tal-mandolin tal-bott Ewropew attwali (total tal-konsum fl-UE: 44 523 tunnellata) u skont l-informazzjoni mill-istatistika Ċiniża tal-esportazzjoni, il-volum Ċiniż tal-esportazzjonijiet attwali tal-UE kif ukoll il-volum potenzjali li għalih jagħmel sens ekonomiku li jiġi dirett lejn l-Unjoni jkun kważi jkopri d-domanda tal-UE kollha tal-mandolin tal-bott.

3.3.5.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping

(50)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett tad-dumping matul il-PIR. Minħabba d-dumping kontinwu, il-fatt li s-suq tal-Unjoni huwa suq sinifikanti li kien interessanti għall-esportaturi Ċiniżi fil-passat, filwaqt li l-kapaċitajiet tal-produzzjoni disponibbli fiċ-Ċina jmorru lil hinn mill-konsum totali tal-Unjoni kif ukoll ir-rieda u l-kapaċità pprovati tal-produtturi Ċiniżi li jżidu malajr l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni f'każ li jkun hemm inċentiv, huwa konkluż li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jitħassru.

4.   DANNU

4.1.   Rimarki ġenerali

(51)

Il-mandolin huwa maħsud fil-ħarifa u fix-xitwa, peress li l-istaġun tal-ħsad u tal-ipproċessar jibda kmieni f'Ottubru u jispiċċa madwar l-aħħar ta' Jannar (għal ċerti varjetajiet, Frar jew Marzu) is-sena ta' wara. Il-maġġoranza tal-kuntratti tax-xiri (pereżempju minn importaturi mhux relatati) u tal-bejgħ huma negozjati fl-ewwel xhur ta' kull staġun. Il-prattika fl-industrija ta' preservazzjoni tal-mandolin hija li jintuża l-istaġun (il-perjodu mill-1 ta' Ottubru ta' sena waħda sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara) bħala l-bażi għal paragun. Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni adottat din il-prattika fl-analiżi tagħha.

4.2.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(52)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prodott simili kien immanifatturat fl-Unjoni minn ħames produtturi tal-Unjoni. Il-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami ġiet stabbilita fuq il-bażi tar-risposti għall-kwestjonarju ppreżentati minn erba' produtturi individwali li kienu vverifikati matul il-verifika fuq il-post. Il-produzzjoni tal-produttur li jifdal, li ma kkooperax b'mod adegwat u ma kienx soġġett għal żjara ta' verifika fuq il-post, kien ibbażat fuq it-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa minn dan il-produttur kontroverifikata mal-ilment. Fuq din il-bażi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata għal madwar 28 500 tunnellata waqt il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(53)

Huwa konkluż li l-produtturi tal-Unjoni ta' hawn fuq li jikkontribwixxu għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

4.3.   Konsum apparenti fis-suq tal-Unjoni

(54)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tad-dejta tal-importazzjoni kif irrappurtata mill-Eurostat fil-livell TARIC (tariffa tal-komunità integrata), b'hekk jikkoinċidi eżattament mad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — u fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ fl-UE tal-industrija tal-Unjoni.

(55)

Għandu jiġi nnutat li, għalkemm l-analiżi hija bbażata fuq l-istaġuni iktar milli snin kalendari, il-metodoloġija msemmija hawn fuq mhux neċessarjament tirrifletti l-konsum fuq livell tal-utent/konsumatur industrijali. Fil-fatt, minħabba l-istaġunalità tal-materja prima ewlenija (il-frott frisk), hija prattika komuni fis-settur kemm għall-importaturi kif ukoll għall-produtturi tal-Unjoni li jżommu l-ħażniet meta l-frott frisk huwa ppakkjat fil-bottijiet, u jbiegħu l-prodotti pproċessati lil distributuri jew utenti industrijali matul is-sena. Il-konsum jista' xi kultant għalhekk jiġi affettwat minn effetti tal-akkumulazzjoni tal-istokk.

(56)

Fuq din il-bażi, matul il-perjodu kkunsidrat il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

66 487

72 618

90 207

44 523

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

109

136

67

(57)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni għal frott taċ-ċitru baqa' bħala medja ftit taħt is-70 000 tunnellata. Madankollu kien hemm l-ogħla livell fl-importazzjonijiet fl-2011/2012 segwit minn tnaqqis matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan l-iżvilupp fil-fatt jirrifletti effett ta' akkumulazzjoni tal-istokk aktar milli żieda/tnaqqis reali fil-konsum u huwa attribwit għal-livell għoli ta' importazzjonijiet Ċiniżi li seħħew bejn Marzu u Lulju 2012, meta l-miżuri temporanjament ma kinux fis-seħħ (ara l-premessa 2). L-ogħla livell tal-importazzjonijiet fl-2011/2012 kien ikkumpensat minn livell aktar baxx ta' importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, b'hekk konsum inqas tal-Unjoni.

(58)

Ċerti importaturi sostnew li huma ma kinux qed jipprattikaw l-akkumulazzjoni tal-istokk. Huma sostnew ukoll li mis-6 ta' Ottubru 2011, meta l-Avukat Ġenerali wassal l-opinjoni tiegħu fil-Kawża C-338/10, kienu diġà konvinti li l-Qorti tal-Ġustizzja se tannulla dawn il-miżuri. Għalhekk, huma pposponew l-ikklerjar doganali tal-prodott ikkonċernat sakemm is-sentenza finali tal-Qorti tal-Ġustizzja ġiet adottata.

(59)

F'dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li l-akkumulazzjoni tal-istokk tista' tiġi definita bħala l-akkumulazzjoni u l-ħażna ta' riżerva ta' provvista. Id-dejta għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni turi li mill-annullament tal-miżuri, fit-22 ta' Marzu 2012, kien hemm volum tal-importazzjoni massiv tal-prodott ikkonċernat sa Lulju 2012: fuq medja ta' kważi 9 000 tunnellata kull xahar. Minn dakinhar 'il quddiem u sa tmiem il-PIR, il-livell medju tal-importazzjonijiet niżel għal madwar 1 650 tunnellata biss kull xahar, li kien madwar 2 000 tunnellata inqas fix-xahar meta mqabbel mal-livell medju tal-importazzjonijiet fil-perjodu ta' qabel l-annullament tal-miżuri. Il-Kummissjoni kkonkludiet li sabiex intlaħaq tali livell sinifikanti ta' importazzjonijiet fix-xahar matul perjodu relattivament qasir ta' żmien, l-importaturi kienu qed jakkumulaw volumi kbar tal-prodott ikkonċernat. Fil-fatt dan ġie kkonfermat ukoll minn xi importaturi, li ammettew li kienu qed idewmu l-ikklerjar doganali meta dawn saru konvinti li d-dazji antidumping kienu se jiġu annullati. Għalhekk, id-dikjarazzjoni li l-importaturi ma kinux qed jipprattikaw l-akkumulazzjoni tal-istokk kellha tiġi miċħuda.

4.4.   Importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina

(60)

Fid-dawl tal-fatt li huwa biss grupp wieħed ta' esportaturi Ċiniżi li kkoopera mal-investigazzjoni u li dan il-grupp irrappreżenta madwar 12 %–20 % (firxa mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità) tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ġie konkluż li d-dejta tal-Eurostat (fil-livell tal-kodiċi TARIC (tariffa tal-komunità integrata) fejn meħtieġ) kienet l-aktar preċiża u l-aħjar sors ta' informazzjoni dwar il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni. Il-prezzijiet individwali tal-esportatur Ċiniż li kkoopera madankollu, ġew eżaminati wkoll.

4.4.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq

(61)

Il-volum tal-importazzjoni Ċiniża u l-ishma mis-suq korrispondenti żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 2

Importazzjonijiet miċ-Ċina

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati)

47 235

41 915

59 613

19 294

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

89

126

41

Sehem mis-suq

71 %

57,7 %

66,1 %

43,3 %

(62)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fl-2008, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġeneralment segwa xejra ta' tnaqqis. Huwa mfakkar li l-importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (2006/2007) ammontaw għal 56 108 tunnellata.

(63)

Kif spjegat hawn fuq, madankollu kien hemm l-ogħla livell ta' importazzjonijiet fl-2011/2012. Dan l-ogħla livell kien b'mod ċar ir-riżultat tat-tħassir tal-miżuri antidumping f'Marzu 2012. Tabilħaqq, meta wieħed iħares lejn l-iżvilupp ta' kull xahar tal-importazzjonijiet Ċiniżi, fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi ta' kull xahar ġeneralment varjaw bejn 2 000 u 6 000 tunnellata, laħqu livelli bejn 6 000 u 12 000 tunnellata fil-perjodu bejn Marzu 2012 u Lulju 2012 (medja ta' kważi 9 000 tunnellata kull xahar). F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-miżuri ġew annullati f'Marzu 2012 u imposti mill-ġdid fi Frar 2013, iżda r-reġistrazzjoni ġiet introdotta fid-29 ta' Ġunju 2012 (10), li kellha effett disważiv fuq l-importazzjonijiet.

(64)

Bl-istess mod tal-volum tal-importazzjoni, is-sehem mis-suq Ċiniż segwa xejra 'l isfel matul il-perjodu kkunsidrat, billi naqas minn 71 % għal 43 %. Anki jekk wieħed iqis l-impatt tal-livell mhux tas-soltu tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2011/2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, l-ishma mis-suq naqsu minn madwar 70 % fl-2009/2010 għal medja ta' 55 % fis-snin ta' wara.

4.4.2.   Il-prezz u t-twaqqigħ tal-prezz

Tabella 3

Importazzjonijiet miċ-Ċina

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

677

744

1 068

925

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

110

158

137

(65)

Kif jidher fit-tabella ta' hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b'37 %. Madankollu għandu jiġi nnutat li l-prezzijiet żdiedu b'mod sinifikanti sal-perjodu 2011/2012 u mbagħad naqsu matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(66)

Peress li l-volum tal-importazzjoni tal-uniku esportatur li kkoopera rrappreżenta biss madwar 12 %–20 % (firxa mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità) tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, l-eżistenza tat-twaqqigħ tal-prezz ġiet eżaminata għall-esportazzjonijiet Ċiniżi globali wkoll, abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni.

(67)

Għal dan l-għan, il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni kienu mqabbla mal-prezzijiet CIF (spejjeż, assigurazzjoni u merkanzija) medji ponderati kkorrispondenti tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kif irrappurtati mill-Eurostat. Dawn il-prezzijiet CIF (spejjeż, assigurazzjoni u merkanzija) ġew aġġustati biex ikopru l-ispejjeż marbuta mal-approvazzjoni doganali, jiġifieri t-tariffa doganali u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.

(68)

Fuq din il-bażi, il-paragun wera li matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu orħos mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'4,8 %, meta l-kalkoli jqisu l-impatt tad-dazji antidumping fis-seħħ. Il-marġni tat-twaqqigħ madankollu jilħaq it-28 % meta jitqiesu l-prezzijiet tal-importazzjoni mingħajr dazji antidumping.

(69)

Meta wieħed iqis il-prezzijiet tal-importazzjoni rrappurtati mill-esportatur Ċiniż li kkoopera, aġġustati kif xieraq, marġni ta' tnaqqis ta' 14 % jista' jiġi stabbilit matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, meta jitqiesu d-dazji antidumping fis-seħħ. Meta jiġi skontat l-effett tad-dazji antidumping, il-marġni ta' tnaqqis laħaq livell ta' 20 %. Ta' min wieħed jinnota li l-maġġoranza ta' dawn l-esportazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami seħħew meta l-miżuri ġew imħassra.

4.5.   L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi oħra

(70)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra qatt ma kellu sehem mis-suq ta' aktar minn 11,2 %. Il-maġġoranza ta' dawn l-importazzjonijiet (kien mill-inqas 89 % matul il-perjodu kkunsidrat) kienu mit-Turkija.

Tabella 4

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (tunnellati)

4 033

8 078

10 090

4 717

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

200

250

117

Sehem mis-suq

6,1 %

11,1 %

11,2 %

10,6 %

4.6.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(71)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni inkluda evalwazzjoni tal-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li affettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(72)

Għalkemm il-ħames produtturi tal-Unjoni kollha pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju ġie meqjus li t-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa minn wieħed mill-produtturi ma setgħetx tiġi kompletament użata bħala t-tweġiba tiegħu peress li ma kinitx verifikata waqt kontroll fuq il-post. L-analiżi kienet għalhekk ibbażata fuq il-metodoloġija li ġejja.

(73)

L-indikaturi makroekonomiċi (produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni, użu tal-kapaċità, volum ta' bejgħ, sehem mis-suq, impjieg, produttività, tkabbir, kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru mill-effetti tad-dumping tal-passat) ġew ivvaluati fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-erba' produtturi tal-Unjoni li kkooperaw bis-sħiħ. Fil-każ tal-produttur li t-tweġiba għall-kwestjonarju tiegħu ma kinitx verifikata, il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq id-dejta pprovduta minn dan il-produttur li kienet, sa fejn possibbli, kontroverifikata ma' dejta inkluża fl-ilment u fir-rapporti finanzjarji verifikati tiegħu.

(74)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (ħażniet, prezzijiet tal-bejgħ, profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti, abbiltà li jiżdied il-kapital, pagi) twettqet fil-livell tal-erba' produtturi tal-Unjoni li kkooperaw bis-sħiħ. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom li ġiet debitament verifikata matul żjara ta' verifika fuq il-post.

4.6.1.   Indikaturi makroekonomiċi

4.6.1.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

Tabella 5

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Produzzjoni (tunnellati)

11 815

33 318

29 672

28 763

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

282

251

243

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

77 380

77 380

77 380

77 380

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

100

100

100

Użu tal-kapaċità

15 %

43 %

38 %

37 %

(75)

Il-produzzjoni żdiedet b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat minn madwar 12 000 tunnellata għal madwar 29 000 tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Fl-istaġun 2009/2010 il-produzzjoni kienet żgħira minħabba li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha milquta mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping tal-mandolin tal-bott Ċiniż, li kienu ġew importati fl-istaġun preċedenti, kif ukoll mill-fatt li hija żammet stokk mill-istaġun preċedenti meta l-miżuri antidumping ma kinux fis-seħħ. Il-produzzjoni żdiedet fl-istaġun 2010/2011 hekk kif l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu koperti mill-miżura antidumping fis-seħħ.

(76)

Billi l-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni ma nbidlitx matul il-perjodu, l-użu tal-kapaċità żdied skont dan. Hija madankollu baqgħet sistematikament taħt il-50 %.

(77)

Assoċjazzjoni Ewropea tal-operaturi tas-suq sostniet li produttur tal-Unjoni waqqaf il-produzzjoni mill-2012/2013 u li dan il-produttur u tnejn oħra kienu f'sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Għal dawn ir-raġunijiet, hija sostniet li l-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni/iċ-ċifri dwar l-użu kienu artifiċjalment minfuħa.

(78)

F'dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi mfakkar li l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni indikat li l-produtturi kollha tal-Unjoni li jiffurmaw parti mill-industrija tal-Unjoni kienu qed jipproduċu matul l-istaġuni kollha matul il-perjodu kkunsidrat. L-ewwel dikjarazzjonisjoni li produttur wieħed waqqaf il-produzzjoni matul il-PIR għandha għalhekk tiġi miċħuda.

(79)

Rigward l-allegazzjoni ta' sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-produtturi tal-Unjoni, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni kien tabilħaqq suġġett għal proċediment ta' insolvenza matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-livell ta' produzzjoni ta' dan il-produttur żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-kapaċità tiegħu baqgħet ma nbidlitx. Għalhekk, ġie konkluż li l-proċedimenti ta' insolvenza ma affettwawx b'mod negattiv il-produzzjoni ta' dan il-produttur. Rigward iż-żewġ produtturi l-oħra tal-Unjoni, dawn daħlu fi proċedimenti ta' insolvenza iżda biss wara l-perjodu kkunsidrat. Dan fil-fatt jikkonferma l-konklużjoni (ara l-premessi minn 96 sa 98) li d-dannu effettivament kompla u li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha f'qagħda finanzjarja fraġli.

4.6.1.2.   Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq fl-Unjoni

Tabella 6

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum ta' bejgħ (tunnellati)

15 219

22 625

20 504

20 512

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

149

135

135

Sehem mis-suq (tal-konsum tal-Unjoni)

22,9 %

31,2 %

22,7 %

46,1 %

(80)

Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żdied b'35 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(81)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni wkoll segwa tendenza li qed tiżdied matul il-perjodu kkunsidrat. Anke jekk jiġi meqjus l-effett ta' akkumulazzjoni tal-istokk fuq il-livell tal-konsum tal-Unjoni fl-2011/2012 u matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, is-sehem mis-suq żdied minn madwar 23 % fil-bidu tal-perjodu għal medja ta' 35 % fl-aħħar sentejn eżaminati.

4.6.1.3.   L-impjieg u l-produttività

Tabella 7

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Impjieg

350

481

484

428

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

137

138

122

Produttività (tunnellati għal kull impjegat)

34

69

61

67

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

205

182

199

(82)

Kemm l-impjieg kif ukoll il-produttività tjiebu matul il-perjodu kkunsidrat u jirriflettu ż-żieda ġenerali tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Iż-żieda ta' produttività fl-istaġun 2010/2011 kienet marbuta mal-volumi ogħla ta' produzzjoni li rriżultaw mill-fatt li l-miżuri antidumping ħadu effett sħiħ f'dak il-perjodu.

(83)

Iċ-ċifri tal-impjieg ta' hawn fuq huma ekwivalenti għall-full-time u għalhekk ma jurux in-numru assolut ta' impjiegi staġunali involuti. Sabiex wieħed ikollu idea aħjar tad-daqs tal-impjiegi involuti, għandu jiġi nnotat li l-figura għall-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami hija espressjoni ekwivalenti tal-full-time ta' madwar 2 400 impjieg staġunali.

4.6.1.4.   It-tkabbir

(84)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika mit-tkabbir fis-suq tal-Unjoni sal-2011. Madankollu, hekk kif il-miżuri kontra ċ-Ċina tneħħew (ara l-premessa 2) u l-importazzjonijiet Ċiniżi bdew deħlin f'ammonti kbar fis-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet parti konsiderevoli tas-sehem tagħha mis-suq. Wara li d-dazji ġew imposti mill-ġdid, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi terġa' tikseb is-sehem mis-suq tagħha li kienet tilfet, għalkemm bi spiża ta' deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja.

4.6.1.5.   Il-kobor tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat

(85)

Id-dumping kompla matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami fuq livell sinifikanti, kif spjegat taħt il-punt 3.2.5 (ara l-premessi 34 u 35) hawn fuq.

(86)

Fir-rigward tal-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-kobor tal-marġni reali ta' dumping, minħabba l-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina, dan l-impatt ma jistax jitqies bħala negliġibbli. Huwa nnutat li l-industrija tal-Unjoni għadha fuq it-triq tal-irkupru minn dumping tal-passat b'mod partikolari f'termini ta' użu tal-kapaċità u profittabbiltà (meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali).

4.6.2.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.6.2.1.   Stokkijiet

Tabella 8

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Stokks (tunnellati)

2 020

2 942

7 257

9 729

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

146

359

482

(87)

Il-produtturi tal-Unjoni żiedu l-istokks tagħhom b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar żewġ staġuni. Dan jirrifletti l-fatt li l-produzzjoni żdiedet aktar mill-bejgħ waqt il-perjodu kkunsidrat.

4.6.2.2.   Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

Tabella 9

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Prezz medju tal-bejgħ tal-unità (EUR/tunnellata)

1 260

1 322

1 577

1 397

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

105

125

111

(88)

Matul il-perjodu ta' rieżami, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezz tal-bejgħ fl-UE bi 11 %. Iż-żieda kienet partikolarment immarkata sal-2011/2012, iżda l-prezzijiet sussegwentement naqsu matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan huwa attribwit għal-livell għoli ta' importazzjonijiet Ċiniżi li seħħew bejn Marzu u Lulju 2012 meta l-miżuri kienu għadhom mhux fis-seħħ, u t-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina.

4.6.2.3.   Il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus

Tabella 10

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Profittabbiltà

– 29,8 %

5,9 %

6,4 %

– 2,9 %

(89)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel tjiebet b'mod sinifikanti, jiġifieri fil-perjodu 2010/2011–2011/2012. Madankollu, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf mill-ġdid.

(90)

It-titjib tal-profitabbiltà kien b'mod ċar relatat mal-fatt li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni tagħha kif ukoll il-prezz tal-bejgħ fis-snin wara l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping. Ir-ritorn għal sitwazzjoni ta' telf matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami huwa l-konsegwenza ta' prezzijiet tal-bejgħ aktar baxxi minħabba t-tifrigħ f'daqqa ta' importazzjonijiet Ċiniżi wara l-annullament tad-dazji mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

(91)

F'dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li volum sinifikanti ta' prodotti Ċiniżi kien importat ħieles mid-dazju antidumping fil-perjodu ta' bejn Marzu u Lulju 2012. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi nstabu li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami fil-livelli sinifikanti, b'mod partikolari meta jiġi skontat l-effett tad-dazji antidumping. Dan ikkawża tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet, li rriżulta f'sitwazzjoni ta' telf tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 11

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Fluss tal-flus (EUR)

1 211 342

3 078 496

– 1 402 390

– 2 023 691

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

254

– 116

– 167

(92)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-evoluzzjoni tal-fluss tal-flus prinċipalment kienet tikkorrispondi għall-iżvilupp tal-profittabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni, flimkien mal-effett ta' żidiet tal-istokks, b'mod partikolari fl-aħħar sentejn analizzati.

4.6.2.4.   L-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti, il-ħila li jiżdied il-kapital u t-tkabbir

Tabella 12

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Investimenti (EUR)

318 695

416 714

2 387 341

238 473

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

131

749

75

Redditu fuq l-investimenti (assi netti)

– 60 %

29 %

19 %

– 1 %

(93)

Matul il-perjodu kkunsidrat, parti mill-industrija tal-Unjoni għamlet investimenti għall-manutenzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-makkinarju tal-produzzjoni eżistenti. Il-livell ta' investiment żdied b'mod speċjali fil-perjodu 2011/2012, x'aktarx megħjun mil-livell ta' profitt matul u immedjatament qabel dik is-sena. Dan l-investiment kien prinċipalment magħmul minn produttur tal-Unjoni bl-għan li jiġi garantit sors ta' provvista ta' materja prima, li se jikkumplimenta dawk eżistenti, u biex tittejjeb il-konformità mar-regolamenti ambjentali. Ir-redditu fuq l-investimenti matul il-perjodu kkunsidrat segwa mill-qrib ix-xejra ta' profittabbiltà.

(94)

Parti mill-industrija tal-Unjoni sabet diffikultajiet biex iżżid il-kapital matul il-perjodu kkunsidrat iżda kienet fl-aħħar mill-aħħar kapaċi tagħmel ristrutturar tad-dejn tagħha.

4.6.2.5.   Pagi

Tabella 13

 

2009/2010

2010/2011

2011/2012

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Spejjeż tax-xogħol għal kull impjegat (EUR)

23 578

21 864

21 371

23 025

Indiċi (2009/2010 = 100)

100

93

91

98

(95)

Il-livelli medji tal-pagi baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-prezz unitarju tal-produzzjoni naqas.

4.7.   Konklużjoni

(96)

L-analiżi tad-dannu turi li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni tjiebet matul il-perjodu kkunsidrat. L-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fl-aħħar tal-2008 ippermettiet lill-industrija tal-Unjoni biex bil-mod iżda b'mod stabbli tirkupra mill-effetti dannużi tad-dumping, filwaqt li jiġi sfruttat iktar il-potenzjal tagħha fuq is-suq tal-Unjoni. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni gawdiet mill-miżuri huwa l-aktar muri permezz tal-livelli iktar għoljin tal-produzzjoni u tal-bejgħ u b'mod partikolari l-livell tal-profitt.

(97)

Madankollu, is-sitwazzjoni nbidlet matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-miżuri ġew annullati f'Marzu 2012 u l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b'mod qawwi ħafna sa Ġunju 2012 meta l-importazzjonijiet saru suġġetti għal reġistrazzjoni. L-importaturi użaw l-annullament tad-dazji antidumping biex jakkumulaw l-istokks fl-2011/2012 u qiegħdu dawn il-prodotti fis-suq tal-UE bi prezzijiet baxxi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan ikkawża pressjoni tal-prezzijiet ġenerali sinifikanti fis-suq tal-UE u, b'konsegwenza ta' dan, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija reġgħet iddeterjorat. Tabilħaqq, l-industrija ma kellhiex triq oħra ħlief li tnaqqas il-prezzijiet tagħha sabiex iżżomm il-livell ta' bejgħ tagħha. Dan, madankollu, kellu konsegwenzi serji fuq il-qagħda finanzjarja tagħha.

(98)

Is-sitwazzjoni li għadha dannuża tal-industrija tal-Unjoni hija l-aħjar murija permezz ta' sensiela ta' indikaturi finanzjarji negattivi, jiġifieri l-profitabbiltà u l-fluss tal-flus, flimkien ma' livelli għoljin tal-istokk u użu tal-kapaċità baxx. Dan il-kuntest jiskoraġġixxi investimenti ġodda u tkabbir.

(99)

Assoċjazzjoni Ewropea tal-operaturi tas-suq iddubitat is-sejbiet tad-dannu fuq il-bażi li l-volumi tal-bejgħ, l-impjiegi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll il-livell ta' investimenti ta' produttur tal-Unjoni, żviluppaw b'mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat.

(100)

Madankollu, id-dikjarazzjoni għandha tiġi miċħuda. Talbilħaqq, skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-lista ta' indikaturi ekonomiċi rilevanti li għandhom jiġu eżaminati mhijiex eżawrjenti, wieħed jew iktar minn dawn il-fatturi mhux bilfors jagħti/u gwida deċiżiva dwar l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessa 98, l-indikaturi proposti mill-applikant ma kinux determinanti biex il-Kummissjoni tasal għall-konklużjonijiet tagħha fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Il-konklużjoni li d-dannu kompla kienet aktar ibbażata fuq l-indikaturi finanzjarji negattivi marbuta mal-profittabilità u l-fluss tal-flus flimkien ma' livelli għoljin ta' stokks u użu tal-kapaċità baxx.

5.   IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DANNU

5.1.   L-impatt tal-volum proġettat tal-importazzjonijiet u l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tħassir tal-miżuri

(101)

Jekk il-miżuri jitħassru, il-volum tal-importazzjonijiet huwa mistenni li jiżdied u jikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni. Dan huwa bbażat fuq l-elementi li ġejjin.

(102)

L-analiżi ta' hawn fuq (ara l-premessa 44) turi li, minkejja li l-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni naqsu b'mod sinifikanti wara l-impożizzjoni tal-miżuri fi tmiem l-2008, il-produtturi Ċiniżi għadhom jimmanifatturaw volumi sinifikanti tal-prodott ikkonċernat li l-maġġoranza minnu hija destinata għall-esportazzjoni.

(103)

F'termini ta' volumi u prezzijiet proġettati, huwa ċar li s-suq tal-Unjoni jibqa' attraenti ħafna għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. L-ewwel nett, f'termini ta' volum, is-suq tal-Unjoni huwa t-tielet l-akbar suq dinji għall-mandolin tal-bott Ċiniż. Barra minn hekk, l-iżvilupp wara l-annullament tal-miżuri juri li l-esportaturi Ċiniżi jistgħu malajr jesportaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni mingħajr lanqas il-ħtieġa li l-bejgħ tiegħu jiġi dirett mill-ġdid minn swieq oħra. Finalment f'dan ir-rigward, abbażi tad-dejta ta' importazzjoni mill-investigazzjoni oriġinali, iċ-Ċina tista' faċilment tesporta aktar minn 60 000 tunnellata metrika għal kull staġun lejn is-suq tal-Unjoni, u dan jikkorrispondi għal kważi 90 % tal-konsum medju tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(104)

Jekk iċ-Ċina tabilħaqq żiedet l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-UE bħala riżultat tat-tħassir tal-miżuri, x'aktarx ikun hemm tnaqqis tal-prezz ġenerali fis-suq tal-UE fit-terminu medju. Dan ipoġġi lill-produtturi tal-UE f'pożizzjoni iktar diffiċli, kif spjegat hawn taħt.

(105)

It-tieni nett, f'dak li jirrigwarda l-prezzijiet, il-bażi tad-dejta Ċiniża (11) turi li fil-passat iċ-Ċina esportat volumi sinifikanti lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE bi prezzijiet taħt il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-UE. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-volumi esportati lejn dawn il-pajjiżi li mhumiex fl-UE kienu madwar 20 000 tunnellata, li kienu jikkostitwixxu 71 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni. Minħabba l-attrattività tas-suq tal-UE f'termini ta' prezzijiet, huwa konkluż li jekk il-miżuri jiġu mħassra, l-esportaturi Ċiniżi x'aktarx li jerġgħu jidderieġu dawn il-volumi lejn is-suq tal-Unjoni li jħalli iktar qligħ.

(106)

Barra minn hekk, l-analiżi ta' hawn fuq (ara l-premessi 68 u 69) uriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PIR, b'mod partikolari meta jiġi skontat l-effett tad-dazji antidumping. Anke jekk il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu fl-2011/2012, meta l-miżuri ma kinux fis-seħħ, il-livell tagħhom kien għadu ferm inqas mil-livell tal-prezzijiet tal-UE, abbażi tad-dejta tal-Eurostat. Fuq din il-bażi, id-differenza kbira fil-prezz fl-2011/2012 kienet effettivament paragunabbli għall-PIR.

(107)

Is-suq għall-frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat huwa ferm kompetittiv fil-prezz billi l-kompetizzjoni sseħħ prinċipalment abbażi tal-prezzijiet. Dan huwa aggravat aktar minħabba l-fatt li l-bejgħ normalment iseħħ għal kwantitajiet relattivament kbar. Jekk importazzjonijiet oġġett ta' dumping u li jkunu irħas isiru disponibbli fi kwantitajiet sinifikanti fis-suq tal-Unjoni, ikun hemm riperkussjoni diretta fuq il-livell ġenerali tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, li tirriżulta fi tnaqqis fil-prezz globali.

(108)

L-annullament tad-dazji antidumping fi tmiem il-perjodu kkunsidrat huwa eżempju perfett ta' x'jiġri jekk il-miżuri jiskadu.

(109)

Hekk kif il-miżuri ġew annullati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u sakemm l-importazzjonijiet saru suġġetti għal reġistrazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b'rata mgħaġġla u b'mod sinifikanti. Il-preżenza massiva ta' dawn l-importazzjonijiet irħas fis-suq tal-Unjoni ġiegħlet lill-produtturi tal-Unjoni jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom sabiex iżommu l-pożizzjoni tagħhom f'termini ta' volumi ta' bejgħ u produzzjoni, li rriżulta f'sitwazzjoni ta' telf.

(110)

Dan kien ir-riżultat ta' importazzjonijiet ħielsa mid-dazju antidumping matul perjodu ta' ħames xhur biss. Ir-riperkussjonijiet fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jkunu ovvjament aktar serji jekk il-miżuri jiskadu. Jekk il-volumi kbar ta' importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi jerġgħu jitfaċċaw, id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni bil-probabbiltà kollha jiġi aggravat. Il-produtturi tal-Unjoni jsofru tnaqqis fil-produzzjoni u fil-volumi tal-bejgħ u tal-prezzijiet li jwassal għal iktar telf. Kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz ibbażat fuq id-dejta ppreżentata fuq il-punt 4.4.2 (ara l-premessi 68 u 69) iżda bid-dazji antidumping imneħħijin jidentifika livell tat-twaqqigħ tal-prezz ogħla minn 20 %.

(111)

Assoċjazzjoni Ewropea tal-operaturi tas-suq sostniet li l-industrija tal-Unjoni ma ġġarrabx dannu jekk il-miżuri jiġu mħassra, minħabba li jkunu mistennijin volumi iżgħar ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-futur. Din id-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq l-elementi li ġejjin. L-ewwel nett, li l-konsum domestiku ta' frott frisk fiċ-Ċina se jiżdiedu fil-futur, kif ukoll l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta' frott frisk lejn ir-Russja. It-tieni, li l-konsum domestiku Ċiniż ta' mandolin tal-bott kien mistenni li jiżdied ukoll. It-tielet, li l-istatistika tal-Eurostat tipprova dan ta' hawn fuq minħabba li turi inqas importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati mill-istaġun 2012/2013.

(112)

Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom madankollu jiġu miċħuda għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

L-ewwel nett, anki jekk il-konsum domestiku Ċiniż u l-esportazzjoni ta' frott frisk ikunu mistennija li jiżdiedu, il-produzzjoni Ċiniża hija wkoll stmata li tiżdied b'mod paragunabbli, abbażi tad-dejta disponibbli (12). Għalhekk huwa konkluż li d-disponibbiltà ta' frott frisk għall-industrija Ċiniża tal-ikel ippriservat fil-laned fl-istaġun 2013/2014 mhux se tkun affettwata b'mod sinifikanti;

(b)

It-tieni, ġie konkluż fil-premessa 44 li l-konsum domestiku Ċiniż ta' mandolin tal-bott ikun madwar 100 000 tunnellata kull staġun, u ma hemm l-ebda indikazzjoni li din iċ-ċifra hija mistennija tikber fil-futur. L-applikanti ma pprovdew l-ebda evidenza li l-konsum jiżdied lanqas.

(c)

Fir-rigward tat-tielet raġuni, għandu jiġi mfakkar li l-importazzjonijiet iktar baxxi tal-prodott ikkonċernat fl-istaġun 2012/2013 (il-PIR) jistgħu jiġu raġonevolment spjegati bl-effett ta' akkumulazzjoni tal-istokk li jirriżulta minn importazzjonijiet massivi li seħħew fl-istaġun 2011/2012 matul l-ewwel ħames xhur wara l-annullament tal-miżuri (ara l-premessa 59).

(113)

L-istess assoċjazzjoni Ewropea tal-operaturi tas-suq sostniet ukoll li volumi akbar ta' frott frisk disponibbli fis-suq tal-Unjoni, x'aktarx minħabba l-embargo Russu, inaqqsu l-prezzijiet ta' dan il-frott, u b'hekk jippermettu lill-industrija tal-Unjoni biex tkompli ttejjeb il-kompetittività tagħha.

(114)

Madankollu, tali dikjarazzjonisjoni hija purament spekulattiva u ma ġietx appoġġata minn l-ebda evidenza. Anki jekk il-prezzijiet tal-materja prima jistgħu jonqsu fil-futur, mhijiex meqjusa bħala raġuni suffiċjenti biex ma jiġux rimedjati l-effetti negattivi tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Huwa tassew meqjus li, mingħajr iż-żamma tal-miżuri, l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping jissoktaw f'volumi sinifikanti u jkomplu jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. Dan, skont il-każ, iċaħħad lill-industrija tal-Unjoni milli tibbenefika b'mod sħiħ mill-effett pożittiv ta' kull tnaqqis futur fil-prezz tal-materja prima tagħhom. L-istqarrija b'hekk kienet rifjutata.

5.2.   Konklużjoni

(115)

Fuq din il-bażi, huwa konkluż li t-tħassir tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina x'aktarx li jirriżulta f'kontinwazzjoni ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Introduzzjoni

(116)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni fuq naħa waħda, u dawk tal-importaturi u ta' partijiet oħra fuq in-naħa l-oħra.

(117)

Għandu jiġi mfakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, kien meqjus li l-adozzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni attwali hija rieżami, li b'hekk tanalizza qagħda li fiha l-miżuri antidumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri antidumping attwali.

(118)

Fuq din il-bażi ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping dannuż, jistax jiġi konkluż li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari.

6.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(119)

L-industrija tal-Unjoni, magħmula minn ħames produtturi f'żoni rurali ta' Spanja, kisbet sehem mis-suq u kienet kapaċi li żżid il-prezz tal-prodott ikkonċernat sa livell li jippermettilha ddawwar in-negozju lura għal bilanċ jew qligħ fil-perjodi tal-perjodu kkunsidrat meta l-miżuri kienu fis-seħħ. Il-volum tal-produzzjoni u ċ-ċifri tal-impjieg tjiebu bl-istess mod. Jekk il-miżuri jitħassru, l-industrija tal-Unjoni tkun f'sitwazzjoni ħafna agħar kif deskritt hawn fuq (fi probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu) f'termini ta' prezzijiet ta' bejgħ aktar baxxi u aktar telf (ara l-premessa 110). Investimenti ġodda li għandhom l-għan li jsaħħu l-kumpaniji u jtejbu l-kompetittività tagħhom fis-suq tal-prodott ikkonċernat ikunu mxekkla wkoll. Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni u għandha tgħinnha iktar billi tisfrutta l-potenzjal tagħha f'suq tal-Unjoni rregolat minn kompetizzjoni restawrata.

6.3.   L-interess tal-importaturi, l-operaturi tas-suq u l-bejjiegħa bl-imnut

(120)

Kif issemma fil-premessa 10 hawn fuq, ġie applikat proċess ta' teħid ta' kampjuni minħabba n-numru apparentement għoli ta' importaturi mhux relatati. L-importaturi jinsabu l-aktar fil-Ġermanja, iżda wkoll f'pajjiżi oħra, bħal pereżempju, iżda mhux biss, ir-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi jew ir-Repubblika Ċeka.

(121)

Żewġ kumpaniji li importaw il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat ikkooperaw fl-investigazzjoni. In-negozju relatat mal-frott taċ-ċitru ppreservat aggregat ta' dawn il-partijiet kien jikkostitwixxi 3,8 % tad-dħul aggregat tagħhom. Anki jekk in-negozju relatat mal-frott taċ-ċitru ppreservat mhux dak l-aktar profittabbli għal dawn l-importaturi, dan huwa inerenti għall-għażla tan-negozju tagħhom, li tikkonsisti f'li joffru firxa wiesgħa ħafna ta' prodotti lil ċerti klijenti (pereżempju katini ta' supermarkets) sabiex jiżguraw kuntratti kbar fejn prodotti ta' inqas profitt huma kkumpensati minn bejgħ ta' prodotti u ekonomiji ta' skala oħra.

(122)

Jidher li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li kontinwazzjoni tal-miżuri jkollha effett negattiv sinifikanti fuq l-attivitajiet taż-żewġ importaturi. Huma mhumiex dipendenti fuq dan il-prodott, filwaqt li l-katina tal-provvista adattat għall-ispejjeż marbutin mad-dazju antidumping. Barra minn hekk, kif turi l-investigazzjoni, il-miżuri ma għalqux is-suq tal-Unjoni għall-esportaturi Ċiniżi peress li l-prodott ikkonċernat kien importat fi kwantitajiet sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat minkejja l-eżistenza ta' miżuri.

(123)

Importatur ieħor qal li d-dazji antidumping jaffettwaw b'mod negattiv in-negozju tiegħu tal-kummerċ tal-frott taċ-ċitru ppreservat. Fid-dawl tan-nuqqas ta' dejta verifikabbli pprovduta minn dan l-importatur, huwa meqjus li l-effett negattiv li l-kontinwazzjoni tal-miżuri antidumping jista' jkollha fuq dawn il-partijiet ma jegħlibx l-effett pożittiv ta' miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

(124)

Xi partijiet semmew nuqqas ta' kapaċità tal-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni. Ta' min jinnota li dan in-nuqqas tal-kontinwazzjoni tad-dazji jista' jwassal għal sitwazzjoni fejn is-sors alternattiv tal-provvista jkollu jtemm l-attivitajiet tiegħu, biex b'hekk iħalli lill-importaturi b'sors wieħed biss ta' provvista (l-importazzjonijiet miċ-Ċina). Madankollu, huwa mfakkar li l-katini tas-supermarkets u l-bejjiegħa bl-imnut japprezzaw li tinżamm sigurtà tal-provvista għan-negozji tagħhom. Fil-fatt, wieħed minnhom appoġġa l-kontinwazzjoni tal-miżuri sabiex tinkiseb il-kompetizzjoni u mill-inqas żewġ sorsi ta' provvista. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni, li għadha 'l bogħod milli tilħaq livell ta' użu tal-kapaċità sodisfaċenti, għandha l-kapaċità li tkompli taqdi s-suq tal-Unjoni f'qafas ta' kompetizzjoni restawrata. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni bħalissa mhijiex tkopri 100 % tal-bżonnijiet fl-Unjoni ma jistax jiġġustifika la l-prattiki tal-kummerċ inġusti mill-esportaturi Ċiniżi u lanqas it-tneħħija tal-miżuri f'dan il-każ.

(125)

Assoċjazzjoni Ewropea tal-operaturi tas-suq qalet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tirrestrinġi bla bżonn l-iżvolġiment normali tan-negozju tal-membri tagħha minħabba li parti sinifikanti minnu kienet relatata mal-kummerċ fil-prodott ikkonċernat. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-iskop tad-dazji antidumping huwa li jirrimedja l-prattiki kummerċjali inġusti, jiġifieri dumping, u mhux li jirrestrinġi l-kummerċ. Huwa mfakkar li l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li ż-żamma tar-rimedju kienet għadha meħtieġa f'dan il-każ.

6.4.   Interess tal-utenti

(126)

Għall-fini tal-analiżi, l-utenti kienu maqsuma f'żewġ kategoriji: minn naħa waħda, l-unitajiet domestiċi; u min-naħa l-oħra, l-utenti professjonali/industrijali attivi f'setturi bħall-produzzjoni tax-xorb, ġammijiet jew jogurts, ħami jew catering.

(127)

L-ebda parti li tappartjeni lil kull waħda minn dawn il-kategoriji jew li tirrappreżenta l-interessi tagħhom ma ppreżentat ruħha jew kkooperat b'xi mod fl-investigazzjoni.

(128)

Importatur wieħed argumenta li d-dazji antidumping imposti fuq il-prodott ikkonċernat ikunu antikompetittivi u b'hekk mhux fl-interess tal-konsumaturi tal-Unjoni. Ma ġiet provduta l-ebda evidenza sabiex issostni din id-dikjarazzjoni.

(129)

Meta jitqies il-piż limitat li l-prodott ikkonċernat jista' jkollu fil-baġit ta' unità domestika medja fl-Unjoni, ma hemm l-ebda evidenza li żieda fil-prezz tal-konsumatur, jekk ikun hemm, li tkun ġejja miż-żamma tal-miżuri tista' tegħleb l-effett pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

(130)

Anki jekk ma jistax jiġi kkontestat li t-tkomplija tad-dazji tista' fl-astratt taffettwa xi utenti professjonali/industrijali b'mod negattiv f'termini ta' marġni aktar baxxi, ma hemm l-ebda evidenza li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-prodott ikkonċernat (meta mqabbla mal-ispejjeż totali tagħhom) huma sinifikanti. Kull impatt negattiv minn kontinwazzjoni tal-miżuri fuq din il-kategorija ta' utenti għalhekk mhux se jkun sproporzjonat.

6.5.   Interess tal-fornituri

(131)

Iż-żewġ fornituri individwali ta' frott frisk lill-industrija tal-Unjoni u assoċjazzjoni waħda ta' tali fornituri ddikjaraw li l-miżuri jkunu fl-interess tagħhom u jkunu ta' benefiċċju wkoll f'termini ta' investimenti u impjiegi ġodda. Frott mibjugħ lill-produtturi tal-Unjoni huwa sors ta' dħul komplementari importanti għall-fornituri li fin-nuqqas tiegħu jista' jikkawża tfixkil kbir fis-settur agrikolu fir-reġjuni Spanjoli kkonċernati. Huwa stmat li n-numru ta' membri tal-kooperattiva affettwati jkun aktar minn 2 000 fir-reġjun ta' Valenzja biss. B'rabta mal-impjiegi staġjonali involuti, fost l-oħrajn, fil-ġbir, it-trasport u l-ħażna tal-frott, huwa stmat li mill-inqas 2 500 setgħu jiġu affettwati fir-reġjun ta' Valenzja u Murcia flimkien.

(132)

Mid-dejta sottomessa mill-Assoċjazzjoni ta' fornituri Spanjoli, jirriżulta li jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi jaqbżu s-60 000 tunnellata, li diġà seħħ darbtejn matul l-investigazzjoni oriġinali, il-fornituri x'aktarx jiffaċċjaw sitwazzjoni fejn ma jkunux jistgħu jbigħu l-volum sħiħ ta' satsuma maħsub għall-industrija tal-ikel ippreservat fil-laned tal-Unjoni.

(133)

Assoċjazzjoni Ewropea tal-operaturi tas-suq sostniet li l-fornituri jistgħu jistennew sussidji biex jiddisponu mill-kwantitajiet ta' frott li ma setgħux jiġu esportati minħabba l-embargo lejn ir-Russja. Madankollu, l-applikant ma ppreżenta l-ebda evidenza li tappoġġa l-allegazzjoni tas-sussidju. Barra minn hekk, is-sussidji, jekk ikun hemm, ikunu disponibbli biss għal frott mhux mibjugħ destinat għall-esportazzjoni lejn ir-Russja iżda mhux għal dak li ma jkunx ġie mibjugħ lill-industrija tal-Unjoni minħabba d-dannu kkawżat mill-prodott ikkonċernat wara l-iskadenza tal-miżuri. Id-dikjarazzjoni b'hekk kienet rifjutata.

6.6.   Konklużjoni

(134)

L-investigazzjoni wriet li l-miżuri antidumping eżistenti ma għalqux is-suq tal-Unjoni għall-importazzjonijiet Ċiniżi u kkontribwixxew għall-irkupru tal-industrija tal-Unjoni. Billi dan il-proċess ta' rkupru għadu għaddej, il-kontinwazzjoni tal-miżuri hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, dan il-proċess ta' rkupru jieqaf, il-livelli tal-prezzijiet profitabbli ma jkunux jistgħu jintlaħqu u l-industrija tal-Unjoni ġġarrab telf kbir. Barra minn hekk, ikun f'theddida sors komplementari ta' dħul għall-membri ta' numru kbir ta' kooperattivi u ħaddiema staġjonali f'bosta żoni rurali fejn jeżistu ftit alternattivi ta' impjieg.

(135)

Mid-dejta disponibbli, il-miżuri eżistenti jidhru li ma kellhom l-ebda effetti negattivi importanti fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-importaturi fl-Unjoni li kkooperaw fl-investigazzjoni. Fid-dawl tad-dejta disponibbli, l-impatt tal-miżuri fuq il-partijiet l-oħra li ppreżentaw ruħhom jew fuq l-importaturi, l-operaturi tas-suq, l-utenti u l-bejjiegħa bl-imnut ma jistax jitqies bħala sostantiv lanqas. Kwalunkwe żieda fil-prezz, jekk ikun hemm, li tirriżulta mill-kontinwazzjoni tal-miżuri antidumping, ma tidhirx li hija sproporzjonata meta mqabbla mal-benefiċċju tal-industrija tal-Unjoni miksub bit-tneħħija tad-distorzjoni tal-kummerċ ikkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(136)

Filwaqt li jitqiesu l-fatturi kollha deskritti fil-premessi hawn fuq, huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet b'saħħithom biżżejjed kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali.

7.   MIŻURI ANTIDUMPING

(137)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub xieraq li l-miżuri eżistenti jinżammu. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara din id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn dan kien meħtieġ.

(138)

Minn dan ta' hawn fuq joħroġ li, hekk kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċertu frott ippreservat li joriġina miċ-Ċina għandhom jinżammu għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin.

(139)

Ċerti partijiet sostnew li l-miżuri b'element kwantitattiv (sistema ta' kwoti) huma preferibbli għall-miżuri antidumping. Din id-dikjarazzjoni ma tistax tinżamm minħabba li skont ir-Regolament bażiku forma ta' miżuri ma tistax tinbidel f'investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza. Din id-dikjarazzjoni ma tistax lanqas ixxekkel is-sejbiet fil-qafas ta' din l-investigazzjoni, jiġifieri li r-rekwiżiti għaż-żamma tal-miżuri antidumping jiġu ssodisfati.

(140)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (13). It-talba trid tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(141)

Il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ma tax opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta' mandolin ippreparat jew ippreservat (inklużi t-tanġerini u s-satsuma), il-klementini, il-wilkings u frott taċ-ċitru ibridu ieħor simili, li mhux miżjud b'alkoħol, kemm jekk fih zokkor jew materja ta' ħlewwa oħra u kemm jekk le, u kif definit fl-intestatura tan-NM 2008, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 2008 30 55, 2008 30 75 u ex 2008 30 90 (il-kodiċijiet TARIC 2008309061, 2008309063, 2008309065, 2008309067 u 2008309069) u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   L-ammont tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt ikun kif ġej:

Kumpanija

EUR/Tunnellata ta' piż nett tal-prodott

Kodiċi addizzjonali TARIC

Yichang Rosen Foods Co., Ltd, Yichang, Zhejiang

531,2

A886

Zhejiang Taizhou Yiguan Food Co. Ltd (14), Huangyan, Zhejiang

361,4

A887

Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd, Sanmen, Zhejiang u l-produttur relatat tagħha Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd, Dangyang City, il-Provinċja ta' Hubei

490,7

A888

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kif imniżżel fl-Anness

499,6

A889

Il-kumpaniji l-oħra kollha

531,2

A999

Artikolu 2

1.   F'każijiet fejn l-oġġetti jkunu ġarrbu dannu qabel ma jkunu daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li jkun tħallas realment jew li għandu jitħallas huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (15), l-ammont tad-dazju antidumping, maħdum abbażi tal-Artikolu 1 hawn fuq, jitnaqqas b'perċentwal li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) jista' jiġi emendat billi jiżdied produttur esportatur ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk suġġetti għar-rata tad-dazju medja peżata ta' 499,6 EUR/Tunnellata ta' piż nett tal-prodott fejn kull produttur esportatur ġdid fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li huwa:

(a)

ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) waqt il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (l-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013) u matul il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali (l-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007);

(b)

mhux relatat mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma suġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; kif ukoll

(c)

huwa jew effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 35).

(3)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tat-22 ta' Marzu 2012 fil-kawża C-338/10, Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 158/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 49, 22.2.2013, p. 29).

(5)  ĠU C 94, 3.4.2013, p. 9.

(6)  ĠU C 310, 25.10.2013, p. 9.

(7)  United States Department of Agriculture Foreign Agricultural Service Citrus: World Markets and Trade, Jannar 2013. Disponibbli fuq: http://usda.mannlib.cornell.edu/usda/fas/citruswm//2010s/2013/citruswm-01-24-2013.pdf

(8)  “Will plastic cups boost Chinese mandarin consumption”, Foodnews, 26 ta' Lulju 2013 https://www.agra-net.net/agra/foodnews/canned/canned-fruit/mandarins/will-plastic-cups-boost-chinese-mandarin-consumption--1.htm

(9)  Idem; FSA/USDA Gain Reports on citrus for 2008-2013 (disponibbli fuq: http://gain.fas.usda.gov/Pages/Default.aspx); Il-bażi tad-dejta tal-istatistika doganali taċ-Ċina pprovduta minn China Business Information Limited.

(10)  ĠU L 169, 29.6.2012, p. 50.

(11)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 9.

(12)  FSA/USDA Gain Reports on citrus dated 12/13/2013 (disponibbli fuq: http://gain.fas.usda.gov/Pages/Default.aspx

(13)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.

(14)  ĠU C 264, 13.9.2013, p. 20 (bidla fl-isem).

(15)  Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

 

Hunan Pointer Foods Co., Ltd., Yongzhou, Hunan

 

Ningbo Pointer Canned Foods Co., Ltd., Xiangshan, Ningbo

 

Yichang Jiayuan Foodstuffs Co., Ltd., Yichang, Hubei

 

Ninghai Dongda Foodstuff Co., Ltd., Ningbo, Zhejiang

 

Huangyan No.2 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang

 

Zhejiang Xinchang Best Foods Co., Ltd., Xinchang, Zhejiang

 

Toyoshima Share Yidu Foods Co., Ltd., Yidu, Hubei

 

Guangxi Guiguo Food Co., Ltd., Guilin, Guangxi

 

Zhejiang Juda Industry Co., Ltd., Quzhou, Zhejiang

 

Zhejiang Iceman Group Co., Ltd., Jinhua, Zhejiang

 

Ningbo Guosheng Foods Co., Ltd., Ninghai

 

Yi Chang Yin He Food Co., Ltd., Yidu, Hubei

 

Yongzhou Quanhui Canned Food Co., Ltd., Yongzhou, Hunan

 

Ningbo Orient Jiuzhou Food Trade & Industry Co., Ltd., Yinzhou, Ningbo

 

Guangxi Guilin Huangguan Food Co., Ltd., Guilin, Guangxi

 

Ningbo Wuzhouxing Group Co., Ltd., Mingzhou, Ningbo.


11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1314/2014

tal-10 ta' Diċembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

72,7

IL

107,2

MA

82,2

TN

139,2

TR

112,1

ZZ

102,7

0707 00 05

AL

63,5

EG

191,6

JO

258,6

MA

164,1

TR

133,8

ZZ

162,3

0709 93 10

MA

63,5

TR

121,1

ZZ

92,3

0805 10 20

AR

35,3

MA

68,6

SZ

37,7

TR

61,9

UY

32,9

ZA

46,2

ZW

33,9

ZZ

45,2

0805 20 10

MA

57,1

ZZ

57,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

106,3

TR

79,3

ZZ

92,8

0805 50 10

TR

72,0

ZZ

72,0

0808 10 80

BA

32,4

BR

54,7

CA

135,6

CL

79,6

NZ

156,7

US

124,5

ZA

144,5

ZZ

104,0

0808 30 90

CN

82,9

TR

174,9

US

173,2

ZZ

143,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/41


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1315/2014

tal-10 ta' Diċembru 2014

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2014 u li jiddeterminaw il-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn il-kwantitajiet jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti.

(4)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li ma tressqux skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

I.A

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

(f'kg)

09.4590

09.4599

09.4591

09.4592

09.4593

09.4594

09.4595

09.4596

I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

(f'kg)

09.4155

8,841342

I.H

Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

(f'kg)

09.4179

2 642 100

I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

(f'kg)

09.4205

09.4206

100,000000

I.J

Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

(f'kg)

09.4210

750 000

I.K

Prodotti li joriġinaw min-New Zealand

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

(f'kg)

09.4514

7 000 000

09.4515

4 000 000

09.4182

16 806 000

09.4195

20 540 500

I.L

Prodotti li joriġinaw mill-Ukraina

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

(f'%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

(f'kg)

09.4600

4 000 000

09.4601

750 000

09.4602

750 000


DEĊIŻJONIJIET

11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Diċembru 2014

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent ta' ċerti reġjuni fi Franza bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis)

(notifikata bid-dokument C(2014) 9218)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/892/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (1), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta' annimali ovini u kaprini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jew reġjuni tagħhom jistgħu jitqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (2) telenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) skont id-Direttiva 91/68/KEE.

(3)

Quddiem il-Kummissjoni Franza ressqet dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE biex titqies bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) għal 31 reġjun amministrattiv ġdid (départements) minbarra 64 reġjun amministrattiv (départements) li diġà huma rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa minn dik il-marda u li bħalissa huma elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE.

(4)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa minn Franza, dawk il-31 reġjun amministrativ (départements) għandhom jitqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis).

(5)

L-annotazzjoni għal Franza fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE hu emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta' ċerti Stati Memebri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellożi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta' Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).


ANNESS

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, l-annotazzjoni għal Franza tinbidel b'dan li ġej:

“Fi Franza:

‘Dipartimenti’:

Ain, Aisne, Allier, Alpes de Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Corse-du-Sud, Haute-Corse, Côte-d'Or, Côtes-d'Armor, Creuse, Dordogne, Doubs, Drôme, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Haute-Garonne, Gers, Gironde, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loir-et-Cher, Loire, Haute-Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Haute-Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Puy-de-Dôme, Hautes-Pyrénées, Pyrénées-Orientales, Bas-Rhin, Haut-Rhin, Rhône, Haute-Saône, Saône-et-Loire, Sarthe, Savoie, Haute-Savoie, Ville de Paris, Seine-Maritime, Seine-et-Marne, Yvelines, Deux-Sèvres, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Haute-Vienne, Vosges, Yonne, Territoire de Belfort, Essonne, Hauts-de-Seine, Seine-Saint-Denis, Val-de-Marne, Val-d'Oise.”


11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Diċembru 2014

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu

(notifikata bid-dokument C(2014) 9302)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/893/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema tal-Ekotikketta tal-UE (1), b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta' prodotti.

(3)

Billi l-impatti ambjentali, l-aktar fejn jidħlu l-ekotossiċità u l-konsum tar-riżorsi, huma assoċjati mas-sustanzi kimiċi li jintużaw fil-prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu u mal-imballaġġ tagħhom, jixraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għal dan il-grupp ta' prodotti. B'mod partikolari, il-kriterji għandhom jippromwovu prodotti b'impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi, li fihom ammont limitat ta' sustanzi perikolużi u li jnaqqsu kemm jista' jkun il-ġenerazzjoni tal-iskart billi jnaqqsu l-ammont ta' imballaġġ.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE (2) tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati mal-valutazzjoni u l-verifika għas-spapen, ix-xampù u l-conditioners tax-xagħar. Dawk il-kriterji ġew analizzati fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Mill-analiżi joħroġ li hemm bżonn jinbidlu l-isem u d-definizzjoni tal-grupp ta' prodotti ħalli jiżdied sottogrupp ġdid ta' prodotti u biex jinħolqu kriterji ġodda.

(5)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni 2007/506/KE għandha tinbidel.

(6)

Għall-produtturi ta' prodotti li ngħataw l-Ekotikketta għas-spapen, ix-xampù u l-conditioner tax-xagħar abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/506/KE, għandu jitħalla perjodu tranżitorju biex ikollhom żmien biżżejjed ħalli jadattaw il-prodotti tagħhom u jiġu konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom jitħallew ukoll iressqu applikazzjonijiet skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/506/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta' dik id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta' prodott “prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu” għandu jkun fih kull sustanza jew taħlita li titlaħlaħ li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) maħsuba biex imissu l-epidermide u/jew is-sistema tax-xagħar bil-għan esklussiv jew ewlieni li jnaddfuhom (sapun tal-banju, preparazzjonijiet tal-banju, xampù), li jtejbu l-kundizzjoni tax-xagħar (conditioners tax-xagħar) jew li jħarsu l-epidermide u jillubrikaw is-suf qabel it-tqaxxir (prodotti tat-tqaxxir).

Il-grupp ta' prodotti “prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu” għandu jkun fih prodotti għall-użu privat u professjonali.

Il-grupp ta' prodotti ma għandux ikun fih prodotti li jinbiegħu speċifikament bħala diżinfettanti jew sustanzi kontra l-batterji. Ix-xampù kontra l-brija mhux permess.

Artikolu 2

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“sustanzi mdaħħla” tfisser priżervattivi, fwejjaħ u koloranti, irrispettivament mill-konċentrazzjoni, u sustanzi oħrajn miżjuda bi ħsieb, prodotti sekondarji u impuritajiet mill-materja prima, li l-konċentrazzjoni tagħhom tkun 0,010 % jew aktar tal-piż tal-formulazzjoni finali;

(2)

“kontenut attiv” (AC) tfisser l-għadd totali (fi grammi) ta' sustanzi mdaħħla organiċi fil-prodott, ikkalkulat skont il-formulazzjoni sħiħa tal-prodott, inklużi l-propellanti li jinsabu fi prodotti tal-ajrusol. L-aġenti tal-għarik/brix mhumiex inklużi fil-kalkolu tal-kontenut attiv;

(3)

“imballaġġ primarju” tfisser l-imballaġġ b'kuntatt dirett mal-kontenut maħsub biex jikkostitwixxi l-iżgħar unità tal-bejgħ ta' distribuzzjoni lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-post fejn jinxtara;

(4)

“imballaġġ sekondarju” tfisser l-imballaġġ li jista' jitneħħa mill-prodott bla ma jaffettwa l-karatteristiċi tiegħu, maħsub biex fil-post fejn jinxtara jkun jikkostitwixxi raggruppar ta' għadd ta' unitajiet tal-bejgħ, kemm jekk dan jinbiegħ kif inhu lill-utent jew lill-konsumatur finali kif ukoll jekk dan ikun mezz biex jimtlew l-ixkafef fil-post tal-bejgħ.

Artikolu 3

Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għal prodott li jinsab fil-grupp ta' prodotti “prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u fir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4

Il-kriterji u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati li huma stabbiliti fl-Anness għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu” għandu jkun “30”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2007/506/KE hi mħassra.

Artikolu 7

1.   B'deroga mill-Artikolu 6, applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti “spapen, xampù u conditioners tax-xagħar” li jitressqu qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/506/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti “spapen, xampù u conditioners tax-xagħar” li jitressqu fi żmien xahrejn mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/506/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom jissejsu.

3.   L-Ekotikketti tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/506/KE, jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE tal-21 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-ekotikketta Komunitarja għas-spapen, shampoos u conditioners tax-xagħar (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 36).

(3)  Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).


ANNESS

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U TAL-VERIFIKA

QAFAS

KRITERJI

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal “prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu”:

1.

Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: il-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

2.

Bijodegradabbiltà

3.

Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati

4.

Imballaġġ

5.

Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm, żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm u derivattivi tagħhom

6.

Adegwatezza għall-użu

7.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

VALUTAZZJONI U VERIFIKA

(a)   Ir-rekwiżiti

Għal kull kriterju jitniżżlu r-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika.

Meta l-applikant ikun jeħtieġlu jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti tat-testijiet jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn id-dokumenti jistgħu jaslu mingħand l-applikant, mingħand il-fornitur tiegħu jew mingħand it-tnejn li huma.

Meta jkun possibbli, it-testijiet għandhom jagħmluhom laboratorji li jilħqu r-rekwiżiti ġenerali tal-Istandard Ewropew EN ISO 17025 jew ekwivalenti.

Meta jkun jixraq, jistgħu jintużaw metodi oħra tal-ittestjar apparti dawk imniżżla għal kull kriterju, diment li l-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Meta jkun jixraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.

L-Appendiċi jirreferi għal-lista “Il-Bażi tad-Dejta ta' Ingredjenti ta' Deterġenti” (il-lista DID) li fiha l-aktar ingredjenti li jintużaw fil-formulazzjonijiet ta' deterġenti u kożmetiċi. Din għandha tintuża biex tinkiseb id-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabbiltà tas-sustanzi mdaħħla. Għas-sustanzi li mhumiex fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID tinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE (1) jew tista' tinkiseb mis-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.

Għandha tiġi ppreżentata l-informazzjoni li ġejja lill-korp kompetenti.

(i)

il-formulazzjoni sħiħa tal-prodott li turi l-isem kummerċjali, l-isem kimiku, in-numru CAS u d-denominazzjonijiet INCI, in-numru DID (2), il-kwantità mdaħħla bl-ilma u mingħajru, il-funzjoni u l-forma ta' kull ingredjent irrispettivament mill-konċentrazzjoni;

(ii)

l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza għal kull ingredjent imdaħħal skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(b)   Il-livelli limitu tal-kejl

Il-konformità mal-kriterji ekoloġiċi hi meħtieġa għal kull sustanza mdaħħla kif inhu definit hawn fuq, ħlief fejn tidħol il-konformità mal-kriterju 3(b) u 3(c) għal priżervattivi, koloranti u fwejjaħ meta jintalbu jkollhom konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew aktar tal-piż fil-formulazzjoni finali.

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 — Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: il-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

It-tossiċità totali tas-CDV tal-prodott ma għandhiex taqbeż il-limiti f'Tabella 1:

Tabella 1

Il-limiti tas-CDV

Prodott

CDV (l/g AC)

Xampù, preparazzjonijiet tal-banju u spapen likwidi

18 000

Sapun solidu

3 300

Conditioner tax-xagħar

25 000

Ragħwa tat-tqaxxir, ġels tat-tqaxxir, kremi tat-tqaxxir

20 000

Sapun solidu tat-tqaxxir

3 300

Is-CDV tkejlu din l-ekwazzjoni:

Formula

Fejn:

il-piż (i)

hu l-piż tas-sustanza mdaħħla (fi grammi) għal kull gramma ta' AC (jiġifieri l-kontribut tal-piż normalizzat tas-sustanza mdaħħla għal AC)

DF (i)

hu l-fattur ta' degradazzjoni tas-sustanza mdaħħla

TF kroniku (i)

hu l-fattur ta' tossiċità tas-sustanza mdaħħla (f'milligrammi/litru)

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tas-CDV tal-prodott. Spreadsheet għall-kalkolu tal-valur CDV tinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE. Il-valuri tad-DF u tat-TF kroniku għandhom ikunu dawk imniżżla fil-Parti A tal-lista DID. Jekk sustanza mdaħħla ma tkunx fil-Parti A tal-lista DID, l-applikant għandu jistma l-valuri skont il-linji gwida fil-Parti B tal-lista DID u jehmeż id-dokumentazzjoni assoċjata (ara l-Appendiċi għal aktar tagħrif).

Kriterju 2 — Bijodegradabbiltà

(a)   Il-bijodegradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi

Kull aġent tensjoattiv għandu jkun bijodegradabbli f'kundizzjonijiet aerobiċi u anaerobiċi.

(b)   Il-bijodegradabbiltà tas-sustanzi organiċi mdaħħla

Il-kontenut ta' kull sustanza organika mdaħħla fil-prodott li tkun aerobikament mhux bijodegradabbli (mhux faċilment bijodegradabbli) (aNBO), u li tkun anaerobikament mhux bijodegradabbli (anNBO), ma għandhiex taqbeż dawn il-limiti:

Tabella 2

il-limiti aNBO u anNBO

Prodott

aNBO

(mg/g AC)

anNBO

(mg/g AC)

Xampù, prodotti tal-banju u spapen likwidi

25

25

Sapun solidu

10

10

Conditioner tax-xagħar

45

45

Ragħwa tat-tqaxxir, ġels tat-tqaxxir, kremi tat-tqaxxir

70

40

Sapun solidu tat-tqaxxir

10

10

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi, kif ukoll għall-kalkolu tal-aNBO u tal-anNBO għall-prodott. Spreadsheet għall-kalkolu tal-valuri aNBO u anNBO tinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Għall-aġenti tensjoattivi u għall-valuri aNBO u anNBO, għandha ssir referenza għal-lista DID. Għas-sustanzi mdaħħla li ma jkunux fil-lista DID, għandha tingħata informazzjoni rilevanti mil-letteratura teknika jew minn sorsi oħra, jew jingħataw ir-riżultati xierqa tat-testijiet, li jkunu juru li huma aerobikament u anaerobikament bijodegradabbli, kif jiddeskrivi l-Appendiċi.

Fin-nuqqas ta' dokumentazzjoni skont ir-rekwiżiti ta' hawn fuq, sustanza mdaħħla li ma tkunx aġent tensjoattiv tista' tiġi eżentata mir-rekwiżit tal-degradabbiltà anaerobika diment li tiġi ssodisfata waħda minn dawn it-tliet alternattivi:

1.

Tkun faċilment degradabbli u jkollha assorbiment baxx (A < 25 %);

2.

Tkun faċilment degradabbli u jkollha desorbiment għoli (D < 75 %);

3.

Tkun faċilment degradabbli u ma tkunx bijoakkumulattiva.

L-ittestjar għall-assorbiment jew għad-desorbiment jista' jsir skont il-linji gwida tal-OECD Nru 106.

Kriterju 3 — Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

(a)   Sustanzi u taħlitiet imdaħħla esklużi speċifikati

Dawn is-sustanzi u t-taħlitiet imdaħħla li ġejjin ma għandhomx ikunu fil-prodott, la bħala parti mill-formulazzjoni u lanqas bħala parti minn xi taħlita fil-formulazzjoni:

(i)

Alkilfenoletossilati (APEOs) u derivattivi oħra tal-alkilfenol;

(ii)

Nitrilotriaċitat (NTA);

(ii)

Aċidu boriku, borati u perborati;

(iv)

Nitromiski u miski poliċikliċi;

(v)

Ottametilċiklotetrasilossan (D4);

(vi)

Butilidrossitoluwen (BHT);

(vii)

Etilendiamminatetraaċetat (EDTA) u l-imluħa tiegħu u fosfonati mhux faċilment bijodegradabbli;

(viii)

Dawn il-priżervattivi: it-triklosan, il-parabeni, il-formaldeid u r-rilaxxaturi tal-formaldeid.

(ix)

Dawn il-fwejjaħ u l-ingredjenti tat-taħlitiet tal-fwejjaħ li ġejjin: l-idrossiisoeżil 3-ċikloeżen karbossaldeid (HICC), l-atranol u l-kloroatranol;

(x)

Mikro-plastiċi;

(xi)

Nanofidda.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-manifatturi li jikkonfermaw li l-prodott ma fihx is-sustanzi u/jew it-taħlitiet elenkati.

(b)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' ma tingħatax lil xi prodott li jkun fih sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew frażijiet tar-riskju speċifikati f'Tabella 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (5) jew sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Meta l-limitu għall-klassifikazzjoni ta' sustanza jew taħlita b'dikjarazzjoni tal-periklu jkun differenti minn dak tal-frażi tar-riskju, tal-ewwel jieħu prevalenza. Il-frażijiet tar-riskju f'Tabella 3 ġeneralment ikunu jirreferu għal sustanzi. Madankollu, meta l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista' tinkiseb, japplikaw ir-regoli għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet.

Is-sustanzi jew it-taħlitiet li jibdlu l-proprjetajiet tagħhom bl-ipproċessar u għalhekk ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew li jinbidlu kimikament b'tali mod li jitneħħa l-periklu identifikat qabel, għandhom jiġu eżentati mill-kriterju 3(b).

Tabella 3

Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju

Dikjarazzjoni tal-Periklu

Frażi tar-Riskju

H300 Fatali jekk jinbela'

R28

H301 Tossiku jekk jinbela'

R25

H304 Jaf ikun fatali jekk jinbela' u jmur fil-pajp tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs

R23/26

H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs

R23

H340 Jaf jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jaf jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jaf iġib il-kanċer jekk jinġibed man-nifs

R49

H351 Suspettat li jġib il-kanċer

R40

H360F Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

R61

H360FD Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

R60/61/60-61

H360Fd Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

R60/63

H360Df Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

R62-63

H362 Jaf jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa

R64

H370 Jagħmel ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jaf jagħmel ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba

R48/25/24/23

H373 Jaf jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul

R52-53

H413 Jaf iħalli effetti fit-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jmiss mal-ilma jerħi gass tossiku

R29

EUH031 Meta jmiss mal-aċidi jerħi gass tossiku

R31

EUH032 Meta jmiss mal-aċidi jerħi gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku jekk imiss mal-għajnejn

R39-41


Sustanzi sensitizzanti

H334: Jaf jikkawża sintomi ta' allerġija jew ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinġibed man-nifs

R42

H317: Jaf jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Għall-prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu, is-sustanzi f'Tabella 4 huma eżentati mill-obbligu tal-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(7) tal-istess Regolament.

Tabella 4

Sustanzi derogati

Sustanzi

Dikjarazzjonijiet tal-periklu

Frażijiet tar-riskju

Aġenti tensjoattivi (fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali < 20 %)

H412: Dannuż għall-organiżmi akkwatiċi b'effetti fit-tul

H413: Jaf jikkawża effetti negattivi fit-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R52-53

R53

Fwejjaħ (*)

H412: Dannuż għall-organiżmi akkwatiċi b'effetti fit-tul

H413: Jaf jikkawża effetti negattivi fit-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R52-53

R53

Priżervattivi (**)

H411: Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b'effetti fit-tul

H412: Dannuż għall-organiżmi akkwatiċi b'effetti fit-tul

H413: Jaf jikkawża effetti negattivi fit-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R51-53

R52-53

R53

Il-piritjon taż-żingu (ZPT) li jintuża fix-xampù kontra l-brija

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu juri konformità mal-kriterju 3(b) għal kull sustanza jew taħlita mdaħħala li jkun hemm f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,010 % fil-prodott.

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ tad-dikjarazzjonijiet tal-produtturi tal-materja prima li l-ebda waħda minn dawn is-sustanzi u/jew taħlitiet imdaħħla ma jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni b'waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew il-frażijiet tar-riskju li hemm imniżżlin f'Tabella 3 fil-forom u fl-istati fiżiċi li hemm fil-prodott.

Din l-informazzjoni teknika li ġejja, li għandha x'taqsam mal-forom u l-istati fiżiċi tas-sustanzi u/jew it-taħlitiet imdaħħla kif hemm fil-prodott, għandha tingħata biex tappoġġa d-dikjarazzjoni ta' nonklassifikazzjoni.

(i)

għal sustanzi li ma ġewx reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u/jew li għad ma għandhomx klassifikazzjoni CLP armonizzata: l-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament;

(ii)

għal sustanzi li ġew reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni CLP: l-informazzjoni bbażata fuq id-dossier tar-reġistrazzjoni tar-REACH li tikkonferma l-istatus mhux klassifikat tas-sustanza;

(iii)

għal sustanzi li għandhom klassifikazzjoni armonizzata jew li huma awtoklassifikati: l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza meta dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli jew is-sustanza tkun awtoklassifikata, allura għandha tingħata dik l-informazzjoni li tkun rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(iv)

għal taħlitiet: l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza meta dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli allura għandu jingħata kalkolu tal-klassifikazzjoni tat-taħlita skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif ukoll informazzjoni li tkun rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-periklu tat-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Għas-sustanzi mniżżla fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li huma eżentati mill-obbligi tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament, ikun biżżejjed li tingħata dikjarazzjoni tal-applikant għal konformità mal-kriterju 3(b).

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-preżenza ta' sustanza mdaħħla li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tad-deroga u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-produtturi tal-materja prima. Meta d-deroga teżiġi, l-applikant għandu jikkonferma l-konċentrazzjonijiet ta' dawn is-sustanzi mdaħħla fil-prodott finali.

(c)   Is-sustanzi mdaħħla li tniżżlu skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fejn jidħlu sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju u mniżżlin fil-lista prevista fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (6), li jkun hemm fil-prodott b'konċentrazzjonijiet aktar minn 0,010 % (piż b'piż).

Valutazzjoni u verifika: fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna. L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti l-formulazzjoni sħiħa tal-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterju 3(c), u d-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet tal-konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjal u kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza rilevanti għas-sustanzi jew għat-taħlitiet.

(d)   Fwejjaħ

(i)

Il-prodotti li jiġu kummerċjalizzati bħala prodotti ddisinjati u maħsuba għat-tfal għandhom ikunu mingħajr fwejjaħ.

(ii)

Kull sustanza jew taħlita mdaħħla li tiżdied mal-prodott bħala fwieħa għandha tiġi manifatturata u trattata skont il-kodiċi ta' prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (l-IFRA). Il-kodiċi jinsab fis-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org. Il-manifattur għandu jimxi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA fejn jidħlu l-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji tal-purità speċifikati għall-materjali.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjoni tal-manifattur tal-fwejjaħ.

(e)   Priżervattivi

(i)

Il-priżervattivi fil-prodott ma għandhomx jerħu sustanzi jew jiddegradaw għal sustanzi li huma klassifikati skont il-kriterju 3(b).

(ii)

Il-prodotti jista' jkun fihom priżervattivi diment li dawn ma jkunux bijoakkumulattivi. Priżervattiv ma jitqiesx bijoakkumulattiv jekk il-valur BCF < 100 jew il-valur log Kow < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza ta' kull priżervattiv miżjud, u informazzjoni dwar il-valur BCF u/jew log Kow tiegħu.

(f)   Koloranti

Il-koloranti fil-prodott ma għandhomx ikunu bijoakkumulattivi. Kolorant ma jitqiesx bijoakkumulattiv jekk il-valur BCF < 100 jew il-valur log Kow < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel. Jekk l-aġenti koloranti jkunu approvati biex jintużaw fl-ikel, mhemmx bżonn li titressaq dokumentazzjoni dwar il-potenzjal bijoakkumulattiv.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza ta' kull kolorant miżjud u informazzjoni dwar il-valur BCF u/jew log Kow tiegħu, jew dokumentazzjoni li tiżgura li l-aġent kolorant hu approvat biex jintuża fl-ikel.

Kriterju 4 — Imballaġġ

(a)   L-imballaġġ primarju

L-imballaġġ primarju jkun f'kuntatt dirett mal-kontenut.

Ma għandu jkun permess l-ebda imballaġġ addizzjonali għall-prodott kif jinbiegħ, eż. b'kartuna fuq il-flixkun; ħlief fil-każ ta' imballaġġ sekondarju li jgħaqqad żewġ prodotti jew aktar flimkien (eż. il-prodott u r-rikarikatur tiegħu).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata.

(b)   Il-proporzjon tal-impatt tal-imballaġġ (PIR)

Għal kull tip ta' imballaġġ li fih jinbiegħ il-prodott, il-proporzjon tal-impatt tal-imballaġġ (PIR) għandu jkun inqas minn 0,28 g ta' imballaġġ għal kull gramma ta' prodott. Il-prodotti ta' qabel it-tqaxxir li jiġu ppakkjati f'kontenituri ajrusoli tal-metall huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Separatament għal kull imballaġġ, il-PIR għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

PIR= (W + (Wrikarikatur × F) + N + (Nrikarikatur × F))/(D + (Drikarikatur × F))

Fejn:

W

il-piż tal-imballaġġ (primarju + proporzjon tas-sekondarju (7), inklużi t-tikketti) (g)

Wrikarikatur

il-piż tal-imballaġġ tar-rikarikatur (primarju + proporzjon tas-sekondarju (7), inklużi t-tikketti) (g)

N

il-piż tal-imballaġġ mhux rinnovabbli + mhux riċiklat (primarju + proporzjon tas-sekondarju (7), inklużi t-tikketti) (g)

Nrikarikatur

il-piż tal-imballaġġ mhux rinnovabbli + mhux riċiklat tar-rikarikatur (primarju + proporzjon tas-sekondarju (7), inklużi t-tikketti) (g)

D

il-piż tal- prodott li hemm fil-kontenitur prinċipali (g)

Drikarikatur

il-piż tal-prodott mogħti bir-rikarikatur (g)

F

l-għadd ta' rikariki li hemm bżonn biex tintlaħaq il-kwantità rikarikabbli totali hu kkalkulat kif ġej:

F = V × R/Vrikarikatur

Fejn:

V

il-kapaċità tal-volum tal-kontenitur prinċipali (ml)

Vrikarikatur

il-kapaċità tal-volum tal-kontenitur rikarikabbli (ml)

R

il-kwantità rikarikabbli. Dan l-ammont juri kemm-il darba jista' jimtela l-kontenitur prinċipali. Meta F ma jkunx numru sħiħ, dan għandu jitqarreb lejn in-numru sħiħ li jmiss.

Jekk mhu offrut l-ebda rikarikatur, il-PIR jiġi kkalkulat kif ġej:

PIR = (W + N)/D

Il-manifattur għandu jipprovdi l-għadd ta' rikariki previsti, jew juża l-valuri stabbiliti ta' R = 5 għall-plastik u R = 2 għall-kartun.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tal-PIR tal-prodott. Fissit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għal dan il-kalkolu. Jekk il-prodott jinbiegħ f'imballaġġi differenti, jiġifieri b'volumi differenti, għandu jitressaq il-kalkolu għal kull daqs tal-imballaġġ li għalih trid tingħata l-Ekotikketta tal-UE. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata għall-kontenut ta' materjal riċiklat wara l-użu jew għall-kontenut ta' materjal ta' oriġini rinnovabbli li hemm fl-imballaġġ u deskrizzjoni tas-sistema rikarikabbli offruta, jekk applikabbli (it-tipi ta' ta' rikarikaturi, il-volum). Għall-approvazzjoni tal-imballaġġ tar-rikarikatur, l-applikant jew il-bejjiegħ għandu jiddokumenta li r-rikarikatur jista' jinxtara mis-suq.

(c)   Id-disinn tal-imballaġġ primarju

L-imballaġġ primarju għandu jiġi ddisinjat b'tali mod li jiffaċilita d-dożaġġ korrett (pereżempju billi jiżgura li l-fetħa ta' fuq ma tkunx wiesgħa żżejjed) u b'tali mod li jiżgura li tal-anqas 90 % tal-prodott ikun jista' joħroġ faċilment mill-kontenitur. L-ammont residwu tal-prodott fil-kontenitur (R), li għandu jkun inqas minn 10 %, għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

R = ((m2 – m3)/(m1 – m3)) × 100 (%)

Fejn:

m1

l-imballaġġ primarju u l-prodott (g)

m2

l-imballaġġ primarju u residwi tal-prodott f'kundizzjonijiet normali tal-użu (g)

m3

l-imballaġġ primarju vojt u nadif (g)

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jressaq deskrizzjoni tal-mezz tad-dożaġġ u rapport tat-test bir-riżultati tal-kejl tal-kwantità residwa ta' prodott kożmetiku li jitlaħlaħ li jkun hemm fl-imballaġġ. Il-proċedura tat-test biex titkejjel il-kwantità residwa jiddeskriviha l-manwal tal-utent li jinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

(d)   Iddisinjar li jiffaċilita r-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik

L-imballaġġ tal-plastik għandu jiġi ddisinjat b'mod li jiffaċilita r-riċiklaġġ effettiv billi jiġu evitati kontaminanti u materjali inkompatibbli potenzjali li huma magħrufin li jfixklu s-separazzjoni jew l-ipproċessar mill-ġdid jew li jnaqqsu l-kwalità tal-materjal riċiklat. Weħidhom jew flimkien, it-tikketta jew il-kaxxa, it-tapp u meta applikabbli, il-kisjiet tal-protezzjoni ma għandhomx jinkludu l-materjali u l-komponenti mniżżlin f'Tabella 5.

Tabella 5

Materjali u komponenti li ma għandux ikun hemm fost l-elementi tal-imballaġġ

Element tal-imballaġġ

Materjali u komponenti esklużi (8)

Tikketta jew kaxxa

Tikketta jew kaxxa PS flimkien ma' flixkun PET, PP jew HDPE

Tikketta jew kaxxa PVC flimkien ma' flixkun PET, PP jew HDPE

Tikketta jew kaxxa PETG flimkien ma' flixkun PET

Kaxxi magħmulin minn polimeru differenti mill-flixkun

Tikketti jew kaxxi metallizzati jew iwweldjati mal-qafas tal-imballaġġ (tikketta fonduta)

Tapp

Tapp PS flimkien ma' flixkun PET, PP jew HDPE

Tapp PVC flimkien ma' flixkun PET, PP jew HDPE

Tappijiet PETG u/jew materjal tat-tappijiet PETG b'densità aktar minn 1 g/cm3 flimkien ma' flixkun PET

Tappijiet tal-metall, tal-ħġieġ, EVA

Tappijiet tas-silikon. Ħlief tappijiet tas-silikon b'densità < 1 g/cm3 flimkien ma' flixkun PET u tappijiet tas-silikon b'densità > 1 g/cm3 flimkien ma' flixkun PP jew HDPE

Folji jew siġilli tal-metall li meta jinfetaħ il-prodott xorta jibqgħu mwaħħla mal-flixkun jew mat-tapp tiegħu

Kisjiet tal-protezzjoni

Poliammid, EVOH, poliolefini funzjonali, kisjiet ta' lqugħ metallizzati u ħfief

Il-pompi u l-kontenituri ajrusoli huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u li tispeċifika l-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ inklużi l-kontenitur, it-tikketta jew il-kaxxa, il-kolol, it-tapp, u l-kisja tal-protezzjoni, kif ukoll kampjun tal-imballaġġ primarju.

Kriterju 5 — Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm, żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm u derivattivi tagħhom

Iż-żejt tal-palm u ż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm u d-derivattivi tagħhom li jintużaw fil-prodott iridu jinkisbu minn pjantaġġuni li jilħqu l-kriterji għal ġestjoni sostenibbli li ġew żviluppati minn organizzazzjonijiet ta' għadd ta' partijiet ikkonċernati li jkunu jinkludu għadd ġmielu ta' membri fosthom NGOs, industrijali u governattivi.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi ċertifikazzjonijiet mingħand parti terza li ż-żejt tal-palm u ż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm li jintużaw fil-manifattura tal-prodott ikunu ġejjin minn pjantaġġuni li jilħqu l-kriterji għal ġestjoni sostenibbli. Iċ-ċertifikazzjonijiet aċċettati għandhom jinkludu RSPO (b'identità ppriżervata, segregata jew bilanċ tal-massa) jew xi skema ekwivalenti bbażata fuq kriterji għal ġestjoni sostenibbli bejn bosta partijiet ikkonċernati. Għad-derivattivi kimiċi taż-żejt tal-palm u taż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm (9), ikun biżżejjed li tintwera sostenibbiltà permezz ta' sistemi “book&claim” bħal ngħidu aħna GreenPalm jew ekwivalenti.

Kriterju 6 — Adegwatezza għall-użu

Il-kapaċità tal-prodott biex jaqdi l-funzjoni primarja tiegħu (eż. tindif u conditioning) u l-funzjonijiet sekondarji msemmija (eż. protezzjoni kontra l-brija, tal-kulur, eċċ.) għandha tintwera b'test(ijiet) fil-laboratorji jew b'test tal-konsumatur. It-testijiet għandhom isiru skont il-“Linji Gwida għall-Evalwazzjoni tal-Effikaċja tal-Prodotti Kożmetiċi” (10) u l-istruzzjonijiet mogħtija fil-manwal tal-utent disponibbli fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddokumenta l-protokoll tat-test li tħaddem biex tiġi ttestjata l-effikaċja tal-prodott. L-applikanti għandhom jippreżentaw ir-riżultati minn dan il-protokoll li juru li l-prodott jissodisfa l-funzjoni primarja tiegħu u l-funzjonijiet sekondarji msemmija fuq it-tikketta tal-prodott jew fuq l-imballaġġ.

Kriterju 7 — Informazzjoni li tidher fl-Ekotikketta tal-UE

Fuq it-tikketta fakultattiva għandu jitniżżel dan il-kliem:

Impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi

Dan il-prodott jissodisfa rekwiżiti stretti tal-bijodegradabbiltà

Dan il-prodott inaqqas il-ħela tal-imballaġġ.

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kliem jinsabu fil-“Linji Gwida għall-Użu tal-Logo tal-Ekotikketta”) f'dan is-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott jew tal-grafika tal-imballaġġ fejn titqiegħed l-Ekotikketta tal-UE, u dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata.


(1)  http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf,

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_b_en.pdf

(2)  In-numru DID hu n-numru tas-sustanza mdaħħla fil-lista DID.

(3)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).

(*)  Deroga mill-kriterju 3(b) biss. Il-fwejjaħ iridu jikkonformaw mal-kriterju 3(d).

(**)  Deroga mill-kriterju 3(b) biss. Il-priżervattivi jridu jikkonformaw mal-kriterju 3(e).

(6)  http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

(7)  Piż proporzjonali tal-imballaġġ kollettiv (eż. 50 % tal-piż kollu tal-imballaġġ kollettiv, jekk żewġ prodotti jinbiegħu flimkien).

(8)  EVA — Etilenvinilaċetat, EVOH — Etilenvinilalkoħol, HDPE — polietilen b'densità għolja, PET — polietilentereftalat, PETG — polietilentereftalat glikol-modifikat, PP — Polipropilen, PS — Polistiren, PVC — Polivinilklorur,

(9)  Kif jiddefinixxu r-“Regoli RSPO għad-Derivattivi tal-Kura tad-Dar u Personali”, li jinsabu fi: http://www.greenpalm.org/upload/files/45/RSPO_Guiding_Rules_for_HPC_derivativesV9.pdf.

(10)  Jinsab fuq: https://www.cosmeticseurope.eu/publications-cosmetics-europe-association/guidelines.html?view=item&id=23 u s-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE

Appendiċi

Il-lista DID: Il-Bażi tad-Dejta ta' Ingredjenti ta' Deterġenti

Il-lista DID (il-parti A) hi lista b'informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabbiltà tal-ingredjenti tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista fiha informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabbiltà ta' firxa ta' sustanzi użati fil-prodotti tal-ħasil u tat-tindif. Il-lista mhix komprensiva, iżda fil-Parti B tal-lista DID tingħata gwida dwar kif jinstabu l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi li mhemmx fil-lista DID (eż. il-Fattur tat-Tossiċità (TF) u l-Fattur tad-Degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta' informazzjoni u s-sustanzi mniżżla fil-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE.

Il-Parti A u l-Parti B tal-lista DID jinsabu fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE:

 

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf

 

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_b_en.pdf

Biex jiġu valutati t-TF u d-DF għal sustanzi mingħajr dejta dwar it-tossiċità u d-degradabbiltà akkwatika, jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma' sustanzi simili. Dawn l-analoġiji strutturali għandu japprovahom il-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Inkella, għandu jiġi applikat approċċ li jqis l-agħar każ possibbli, permezz ta' dawn il-parametri:

Approċċ li jqis l-agħar każ possibbli:

 

Tossiċità akuta

Tossiċità kronika

Degradazzjoni

Sustanza mdaħħla

LC50/EC50

SF(akut)

TF(akut)

NOEC (*)

SF(kroniku)  (*)

TF(kroniku)

DF

Aerobiku

Anaerobiku

“Isem”

1 mg/l

10,000

0,0001

 

 

0,0001

1

P

N

Id-dokumentazzjoni tal-bijodegradabbiltà faċli

Għall-bijodegradabbiltà faċli għandhom jintużaw dawn il-metodi tal-ittestjar li ġejjin:

(1)

Sal-1 ta' Diċembru 2015:

Il-metodi tal-ittestjar għall-bijodegradabbiltà faċli previsti fid-Direttiva 67/548/KEE, b'mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4 ta' dik id-Direttiva jew il-metodi tal-ittestjar ekwivalenti għalihom tal-OECD Nru 301 A-F, jew it-testijiet ekwivalenti għalihom tal-ISO.

Il-prinċipju ta' perjodu ta' 10 ijiem ma japplikax għall-aġenti tensjoattivi. Għat-testijiet imsemmija fl-Anness V.C4-A u C4-B tad-Direttiva 67/548/KEE (u t-testijiet OECD 301 A u E ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO), il-livell aċċettabbli għandu jkun 70 % filwaqt li għat-testijiet C4-C, D, E u F (u t-testijiet OECD 301B, C, D u F ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO) għandu jkun 60 %.

inkella

Il-metodi tal-ittestjar previsti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(2)

Wara l-1 ta' Diċembru 2015:

Il-metodi tal-ittestjar previsti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Dokumentazzjoni tal-bijodegradabbiltà anaerobika

It-test ta' referenza għad-degradabbiltà anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu tal-ittestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta' 60 % degradabbiltà finali f'kundizzjonijiet anaerobiċi. Sabiex jiġi dokumentat li nkisbet 60 % degradabbiltà finali f'kundizzjonijiet anaerobiċi jistgħu jintużaw ukoll il-metodi tal-ittestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f'ambjent anaerobiku rilevanti.

Estrapolazzjoni għal sustanzi li mhumiex fil-lista DID

Sabiex issir id-dokumentazzjoni meħtieġa tad-degradabbiltà anaerobika, meta s-sustanzi mdaħħla ma jkunux fil-lista DID, jista' jintuża dan l-approċċ:

(1)

Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test li nkisbu b'materja prima partikolari biex testrapola d-degradabbiltà anaerobika finali ta' aġenti tensjoattivi li huma strutturalment relatati. Meta għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta' omologi) tiġi kkonfermata l-bijodegradabbiltà anaerobika skont il-lista DID, jista' jitqies li tip simili ta' aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u allura bijodegradabbiltà anaerobika simili tista' titqies ukoll li teżisti għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta għal aġent tensjoattiv tiġi kkonfermata l-bijodegradabbiltà anaerobika permezz ta' metodu tal-ittestjar xieraq, jista' jitqies li tip simili ta' aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. id-dejta mil-letteratura teknika li tikkonferma l-bijodegradabbiltà anaerobika ta' aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta' mluħa tal-ammonju ta' esteri alkili, tista' tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabbiltà anaerobika simili ta' mluħa kwaternarji tal-ammonju oħra li fihom sensil ta' esteri fil-ktajjen alkili).

(2)

Agħmel test tal-iskrinjar għad-degradabbiltà anaerobika. Jekk ikun hemm bżonn isir ittestjar ġdid, agħmel test tal-iskrinjar permezz ta' EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti.

(3)

Agħmel test tad-degradabbiltà b'dożaġġ baxx. Jekk ikun hemm bżonn isir ittestjar ġdid, u jekk ikun hemm problemi esperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar permezz ta' dożaġġ baxx ta' aġent tensjoattiv u ssorvelja d-degradazzjoni b'kejl 14C jew b'analiżi kimika. Jista' jsir ittestjar b'dożaġġ baxx permezz ta' OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti.


(*)  Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika, dawn il-kolonni jitħallew vojta. F'dan il-każ, TF(kroniku) jitqies daqs TF(akut).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/62


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 117/14/COL

tat-12 ta' Marzu 2014

Li temenda għall-erbgħa u disgħin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-Għajnuna mill-Istat billi tadotta Linji Gwida ġodda biex tippromwovi investimenti ta' finanzjament ta' riskju u billi ttawwal il-Linji gwida eżistenti dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

WARA Li KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (“Il-Ftehim dwar is-Sorveljana u l-Qorti”), partikolarment l-Artikoli 5(2)(b) u l-Artikolu 24 tiegħu u l-Artikolu 1 fil-Parti I tal-Protokoll 3 tiegħu,

Billi:

Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dan ikun previst espliċitament fil-Ftehim jew fil-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jew jekk l-Awtorità tikkunsidra li hu meħtieġ,

Fil-15 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' finanzjament ta' riskju (1) li huma mistennija li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014. Ir-regoli l-ġodda jistipulaw il-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri tal-UE jistgħu jagħtu għajnuna biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament minn kumpaniji żgħar u ta' daqs medju u għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja. Dawn il-Linji Gwida ġodda għandhom jissostitwixxu l-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2) mill-1 ta' Lulju 2014.

Il-Linji Gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti b'finanzjament ta' riskju jipprovdu wkoll li l-applikabbiltà tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għandha tiġi estiża sat-30 ta' Ġunju 2014,

Dawn il-Linji Gwida huma rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

Għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar għajnuna mill-Istat madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kollha skont l-għan ta' omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim taż-ŻEE,

Skont il-punt II taħt it-titolu “ĠENERALI” tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, għandha tadotta Linji Gwida ġodda dwar għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju li jkunu jikkorrispondu ma' dawk adottati mill-Kummisssjoni Ewropea.

Il-Linji Gwida ġodda jissostitwixxu dawk kurrenti dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (3). Sad-dħul fis-seħħ ta' dawn il-Linji Gwida l-ġodda l-applikabbiltà tal-linji gwida għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'impriżi ta' daqs żgħir u medju għandu jittawwal sat-30 ta' Ġunju 2014.

WARA li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

WARA li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA b'ittra bid-data tat-12 ta' Jannar 2014 dwar is-suġġett,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel sentenza tal-paragrafu 80 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'impriżi ta' daqs żgħir u medju għandha tinqara kif ġej:

“(80)

Dawn il-linji gwida se jieqfu jkunu validi fit-30 ta' Ġunju 2014”

Artikolu 2

Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu emendati billi jiddaħħlu linji gwida ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat biex jippromwovi investimenti finanzjament ta' riskju. Il-Linji Gwida l-ġodda huma mehmuża fl-Anness għal din id-Deċiżjoni u jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 3

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Frank BÜCHEL

Membru tal-Kulleġġ


(1)  ĠU C 19, 22.1.2014, p. 4.

(2)  ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2.

(3)  ĠU C 126, 7.6.2007, p. 19. Suppliment taż-ŻEE Nru 27, 7.6.2007, p. 1. Emendat fil-15.12.2010 bid-Deċiżjoni Nru 484/10/COL.


ANNESS

PARTI III: REGOLI ORIZZONTALI

Għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta' finanzjament ta' riskju  (1)

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Abbażi tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awotrità”) tista' tikkunsidra bħala kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE l-għajnuna mill-Istat maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali b'tali mod li jmur kontra l-interess komuni. Għar-raġunijiet stipulati f'dawn il-Linji Gwida, l-Awtorità hija tal-fehma li l-iżvilupp tas-suq ta' finanzjament ta' riskju u t-titjib tal-aċċess tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), l-impriżi żgħar b'kapitalizzazzjoni medja u l-impriżi innovattivi b'kapitalizzazzjoni medja għall-finanzjament ta' riskju huwa ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Istati tal-EFTA kollha kemm huma.

(2)

It-tħeġġiġ tal-iżvilupp u l-espansjoni ta' negozji ġodda, speċjalment in-negozji innovattivi u bi tkabbir għoli, jista' jkollu potenzjal kbir għall-ħolqien tal-impjiegi. Għalhekk, huwa kruċjali li l-kumpaniji imprenditorjali jkollhom suq effiċjenti ta' finanzjament tata' riskju sabiex ikunu jistgħu jiksbu aċċess għall-finanzjament meħtieġ f'kull stadju tal-iżvilupp tagħhom.

(3)

Minkejja l-prospetti ta' tkabbir tagħhom, l-SMEs jistgħu jiffaċċaw diffikultajiet sabiex jiksbu aċċess għall-finanzi, b'mod partikolari fl-istadji bikrin ta' żvilupp tagħhom. Fil-qalba ta' dawn id-diffikultajiet hemm problema ta' informazzjoni asimmetrika: L-SMEs, speċjalment meta jkunu għadhom żgħar, sikwit ma jkunux jistgħu juru l-kredibbiltà kreditizja tagħhom jew is-sodezza tal-pjanijiet kummerċjali tagħhom lill-investituri. F'ċirkostanzi bħal dawn, it-tip ta' skrining attiv li jsir mill-investituri sabiex jipprovdu finanzjament għal kumpaniji akbar jista' ma jkunx ta' valur għall-investiment fil-każ ta' tranżazzjonijiet li jinvolvu dawk l-SMEs għax il-kostijiet tal-iskrinjar huma għalja wisq meta mqabbla mal-valur tal-investiment. Għalhekk, irrispettivament mill-kwalità tal-proġett tagħhom u l-potenzjal għat-tkabbir, dawk l-SMEs x'aktarx li ma jkunux jistgħu jaċċessaw il-finanzjament meħtieġ sakemm ma jkollhomx rekord ippruvat u biżżejjed kollateral. Bħala riżultat ta' din l-informazzjoni asimmetrika, is-swieq ta' finanzjament għan-negozju jistgħu jonqsu milli jipprovdu l-ekwità jew l-iffinanzjar tad-dejn neċessarju għal SMEs ġodda u dawk b'potenzjal ta' tkabbir għoli biex b'hekk iwasslu għal falliment persistenti tas-suq kapitali li jipprevjeni l-provvista milli tissodisfa d-domanda bi prezz aċċettabbli għaż-żewġ naħat, li jaffettwa negattivament il-prospetti ta' tkabbir tal-SMEs. F'ċerti ċirkostanzi, l-impriżi żgħar b'kapitalizzazzjoni medja u l-impriżi innovattivi b'kapitalizzazzjoni medja jistgħu jiffaċċaw l-istess fallimenti tas-suq.

(4)

Il-konsegwenzi ta' kumpanija li ma tirċevix fondi jistgħu jmorru lil hinn minn dik l-entità individwali, b'mod partikolari minħabba l-esternalitajiet tat-tkabbir. Ħafna setturi ta' suċċess jixhdu tkabbir tal-produttività mhux minħabba li l-kumpaniji preżenti fis-suq iżidu fil-produttività, iżda minħabba li l-kumpaniji iktar effiċjenti u teknoloġikament avvanzati jikbru għad-detriment ta' dawk inqas effiċjenti (jew dawk bi prodotti obsoleti). Sakemm dan il-proċess huwa mfixkel minn kumpaniji li potenzjalment jistgħu jirnexxu li ma jkunux jistgħu jiksbu finanzjament, il-konsegwenzi usa' għat-tkabbir fil-produttività x'aktarx ikunu negattivi. Li tingħata possibbiltà li firxa usa ta' kumpaniji jidħlu fis-suq tista' tixpruna t-tkabbir.

(5)

Għaldaqstant, l-eżistenza ta' diskrepanza fil-finanzjament li taffettwa lill-SMEs, lill-impriżi żgħar b'kapitalizzazzjoni medja u l-impriżi innovattivi b'kapitalizzazzjoni medja tista' tiġġustifika l-miżuri ta' appoġġ pubbliku meħuda, inkluż permezz tal-għoti ta' għajnuna mill-Istat f'ċerti ċirkostanzi speċifiċi. Jekk tiġi mmirata kif suppost, l-għajnuna mill-Istat maħsuba biex issostni l-provvista ta' finanzjament ta' riskju lil dawk il-kumpaniji tista' tkun mezz effettiv biex ittaffi l-fallimenti tas-suq identifikati u għall-ingranaġġ tal-kapital privat.

(6)

L-aċċess għall-finanzi għall-SMEs hu għan ta' interess komuni taż-ŻEE. Fil-livell tal-UE u fil-livell taż-ŻEE ġew adottati diversi inizjattivi għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-SMEs. Wieħed mill-prinċipji ewlenin huwa li jkun ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs.

(7)

F'dan il-kuntest ta' politika, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni tal-2011 biex jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs (2) u d-dibattitu mniedi fl-2013 bid-dokument ta' diskussjoni dwar il-finanzjament tal-ekonomija Ewropea fuq żmien twil (3), jirrikonoxxu li s-suċċess tal-Unjoni jiddependi fil-biċċa l-kbira tiegħu fuq it-tkabbir fl-SMEs, li madankollu spiss jiffaċċaw diffikultajiet sinifikanti biex jiksbu finanzjament. L-Awtorità tirrikonoxxi dawn il-konklużjonijiet. L-għan huwa għalhekk li l-SMEs isiru aktar viżibbli u biex is-swieq finanzjarji jkunu iktar attraenti u aċċessibbli għall-SMEs.

(8)

Dan l-aħħar, ittieħdu żewġ inizjattivi relatati mal-fondi ta' investiment (4): ir-Regolament dwar il-fondi għall-kapital ta' riskju fl-Ewropa (5) adottat fl-2013, li jippermenti Fondi għall-Kapital ta' Riskju li jikkummerċjalizzaw il-fondi tagħhom u jiġbru kapital madwar is-suq intern, u l-proposta għal Regolament dwar il-Fondi Ewropej ta' Investiment fuq żmien twil (6), li għandu l-għan li jintroduċi kundizzjonijiet qafas biex jiffaċilita l-operazzjoni għall-fondi ta' investiment privat li jimpenjaw lill-investituri tagħhom fit-tul.

(9)

Lil hinn minn dawn ir-regolamenti speċifiċi, il-qafas regolatorju għall-ġestjoni u l-operat ta' fondi ta' investiment attivi f'finanzjament ta' riskju, bħal fondi ta' ekwità privati, huwa previst mid-Direttiva dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (AIFMD). (7)

(10)

Fl-2012, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika (8) sabiex tiġbor informazzjoni dwar kemm il-falliment tas-suq qiegħed jaffettwa l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament tad-dejn u l-ekwità, kif ukoll dwar l-adegwatezza tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-kapital ta' riskju (9). L-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika wera li l-prinċipji bażiċi minquxa f'dawk il-linji gwida pprovda bażi soda għall-indirizzar tar-riżorsi tal-Istati Membri lill-SMEs fil-mira, filwaqt li llimita r-riskji ta' esklużjoni tal-istess settur (crowding out). Madankollu, il-konsultazzjoni pubblika wriet ukoll li l-Linji Gwida dwar il-Kapital ta' Riskju kienu spiss meqjusa bħala restrittivi wisq f'termini tal-SMEs eliġibbli, il-forom tal-finanzjament, l-istrumenti ta' għajnuna u l-istrutturi tal-finanzjament.

(11)

L-Awtorità taqsam dawn il-konklużjonijiet li jistgħu wkoll jiġu applikati mutatis mutandis għal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'impriżi ta' daqs żgħir u medju (10) tal-Awtorità.

(12)

Fil-Komunikazzjoni dwar l-immodernizzar tal-għajnuna mill-Istat, (11) il-Kummissjoni nediet programm ambizzjuż ta' mmodernizzar tal-għajnuna mill-Istat ibbażat fuq tliet objettivi ewlenin:

(a)

it-trawwim ta' tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv f'suq intern kompetittiv;

(b)

l-iffukar tal-iskrutinju ex ante tal-Kummissjoni fuq il-każijiet bl-akbar impatt fuq is-suq intern, filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri fl-infurzar tal-għajnuna mill-Istat; kif ukoll

(c)

is-simplifikazzjoni tar-regoli bil-għan li jiġi żgurat proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet iktar rapidu.

(13)

L-Awtorità segwiet l-inizjattiva ta' modernizzazzjoni tal-Kummissjoni. B'konsegwenza ta' dan, il-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida huma bbażati fuq dawk l-għanijiet komuni.

(14)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, kien meqjus bħala xieraq li tiġi riveduta b'mod sostanzjali s-sistema tal-għajnuna mill-Istat applikabbli għall-miżuri ta' kapital ta' riskju, inklużi dawk koperti mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, (12) sabiex jiġi promoss provvediment iktar effiċjenti u effettiv ta' forom varji ta' finanzjament ta' riskju għal kategorija akbar ta' impriżi eliġibbli. Għall-miżuri b'eżenzjoni sħiħa, ma hija meħtieġa ebda notifika lill-Awtorità, minħabba li dawn huma preżunti li jindirizzaw falliment tas-suq permezz ta' mezzi adattati u proporzjonati, waqt li għandhom effett ta' inċentiv u jillimitaw kull distorsjoni tal-kompetizzjoni għall-minimu possibbli.

2.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-LINJI GWIDA U D-DEFINIZZJONIJIET

(15)

L-Awtorità tapplika l-prinċipji stipulati f'dawn il-Linji Gwida għall-miżuri ta' finanzjament ta' riskju li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. L-Istati tal-EFTA kkonċernati jridu jinnotifikaw dawk il-miżuri skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u l-Awtorità twettaq valutazzjoni tal-kompatibbiltà sostantiva kif stabbilit fit-Taqsima 3 ta' dawn il-Linji Gwida.

(16)

Madankollu, l-Istati tal-EFTA jistgħu jagħżlu wkoll li jfasslu miżuri ta' finanzjament ta' riskju b'tali manjiera li l-miżuri ma jinvolvux għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, pereżempju għax jikkonformaw mat-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq jew għax jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament de minimis applikabbli. (13) Tali każijiet ma jridux jiġu notifikati lill-Awtorità. Such cases do not need to be notified to the Authority.

(17)

F'dawn il-Linji Gwida ma hemm xejn li jista' jikkontesta l-kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat li jissodisfaw il-kriterji preskritti fi kwalunkwe linji gwida, oqfsa jew regolamenti oħrajn. L-Awtorità tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li jiġi prevenut l-użu ta' dawn il-Linji Gwida biex wieħed ifittex li jsegwi objettivi ta' politika li huma prinċipalment indirizzati permezz ta' oqfsa, linji gwida u regolamenti oħra.

(18)

Dawn il-Linji Gwida huma mingħajr preġudizzju għal tipi oħra ta' strumenti finanzjarji minn dawk koperti hawnhekk, bħalma huma strumenti li jipprovdu għat-titolizzazzjoni tas-self eżistenti, li l-valutazzjoni tagħhom titwettaq fil-bażi ġuridika rilevanti tal-għajnuna mill-Istat.

(19)

L-Awtorità tapplika l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida għall-iskemi ta' finanzjament ta' riskju. Huma ma jkunux applikati fir-rigward ta' miżuri ad hoc li jipprovdu għajnuna ta' finanzjament ta' riskju lil impriżi individwali, ħlief fil-każ ta' miżuri li għandhom il-għan li jsostnu pjattaforma multilaterali għan-negozjar speċifika.

(20)

Huwa importanti li jiġi mfakkar li l-miżuri ta' għajnuna għall-finanzjament ta' riskju jridu jkunu varati pemezz ta' intermedjarji finanzjarji jew pjattaformi multilaterali għan-negozjar, għajr għall-inċentivi fiskali fuq investimenti diretti fl-impriżi eliġibbli. Għaldaqstant, miżura li biha Stat tal-EFTA jew entità pubblika jagħmlu investimenti diretti f'kumpaniji mingħajr l-involviment ta' tali intermedjarji ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-finanzjament ta' riskju tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa u ta' dawn il-Linji Gwida.

(21)

Fid-dawl tar-rekord storiku iktar stabbilit u l-kollateralizzazzjoni ogħla tagħhom, l-Awtorità ma tqisx li hemm falliment tas-suq ġenerali relatat mal-aċċess tal-impriżi kbar għall-finanzjament. Eċċezzjonalment, miżura ta' finanzjament ta' riskju tista' tkun immirata lejn l-impriżi żgħar b'kapitalizzazzjoni medja, skont it-Taqsima 3.3.1(a), jew impriżi innovattivi b'kapitalizzazzjoni medja li jwettqu R&D u proġetti ta' innovazzjoni skont it-Taqsima 3.3.1(b).

(22)

Il-kumpaniji elenkati fil-lista uffiċjali tal-Borża jew suq regolat ma jistgħux ikunu sostnuti permezz ta' għajnuna ta' finanzjament ta' riskju, minħabba li li huma elenkati juri l-kapaċità tagħhom li jattiraw finanzjament privat.

(23)

Miżuri ta' għajnuna ta' finanzjament ta' riskju fl-assenza totali ta' investituri privati ma jkunux iddikjarati bħala kompatibbli. F'każijiet bħal dawn, l-Istat tal-EFTA jrid jikkunsidra għażliet alternattivi ta' politika li jistgħu jkunu iktar xierqa biex jinkisbu l-istess objettivi u riżultati, bħal għajnuna għall-investiment reġjonali jew għajnuna tal-bidu, li hu pprovdut għalihom mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(24)

Miżuri ta' għajnuna ta' finanzjament ta' riskju fejn ma jittieħed l-ebda riskju apprezzabbli mill-investituri privati, u/jew fejn il-benefiċċji jmorru kollha lill-investituri privati, ma jkunux iddikjarati bħala kompatibbli. Il-kondiviżjoni tar-riskji u l-benefiċċji hija kundizzjoni neċessarja biex tkun limitata l-iskopertura finanzjarja, u biex jiġi żgurat redditu ġust lill-Istat.

(25)

Mingħajr preġudizzju għall-għajnuna ta' finanzjament ta' riskju fil-forma ta' kapital ta' sostituzzjoni kif definit mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, għajnuna ta' finanzjament ta' riskju ma tistax tintuża sabiex isostni akkwiżizzjonijiet maġġoritarji.

(26)

Għajnuna ta' finanzjament ta' riskju ma tkunx ikkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern jekk mogħtija lil:

(a)

impriżi li jinsabu f'diffikultà, kif definiti mil-Linji gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà, (14) kif emendati jew mibdula. Madankollu, għall-finijiet ta' dawn il-Linji Gwida, l-SMEs li jikkwalifikaw għal investimenti ta' finanzjament ta' riskju, fi żmien seba' snin mill-ewwel bejgħ kummerċjali, wara d-diliġenza dovuta mill-intermedjarji finanzjarji magħżula, ma jiġux ikkunsidrati bħala impriżi f'diffikultà, sakemm dawn ma jkunux soġġetti għal proċedimenti ta' insolvenza jew jissodisfaw il-kriterji fil-liġi domestika tagħhom biex jitqiegħdu fi proċedimenti kollettivi għall-insolvenza wara talba tal-kredituri tagħhom;

(b)

impriżi li rċevew għajnuna illegali mill-Istat li ma ġietx irkuprata għal kollox.

(27)

L-Awtorità ma tapplikax dawn il-Linji Gwida għal għajnuna lill-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati tal-EFTA, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, it-twaqqif u l-operazzjoni ta' netwerk ta' distribuzzjoni jew nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni, u għajnuna konnessa mal-użu ta' prodotti domestiċi bi preferenza għal dawk importati.

(28)

L-Awtorità mhux se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-miżuri li minnhom infushom, mill-kundizzjonijiet marbuta magħhom jew mill-metodu finanzjarju tagħhom jinvolvu ksur inseparabbli tal-liġi fis-seħħ taż-ŻEE (15), b'mod partikolari:

(a)

il-miżuri fejn l-għajnuna tkun soġġetta għall-obbligu li jintużaw oġġetti li jiġu prodotti fuq livell nazzjonali jew servizzi nazzjonali;

(b)

miżuri li jiksru l-Artikolu 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-libertà ta' stabbiliment, fejn l-għajnuna tkun soġġetta għall-obbligu tal-intermedjarji finanzjarji, tal-maniġers tagħhom jew tal-benefiċjarji finali li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fit-territorju tal-Istat tal-EFTA kkonċernat: dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit għal intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom li jkollhom il-liċenzja neċessarja biex iwettqu investiment u attivitajiet ta' ġestjoni fl-Istat tal-EFTA kkonċernat jew għall-benefiċjarji finali biex ikollhom stabbiliment u jwettqu attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tagħhom;

(c)

miżuri li jmorru kontra l-Artikolu 40 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-moviment ħieles tal-kapital.

2.1.   It-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq

(29)

Il-miżuri ta' finanzjament tar-riskji ta' spiss jinvolvu kostruzzjonijiet kumplessi li joħolqu inċentivi għal sett wieħed ta' operaturi ekonomiċi (investituri) sabiex jipprovdu finanzjament tar-riskji lil sett ieħor ta' operaturi (impriżi eliġibbli). Skont l-istruttura tal-miżuri, u anki jekk l-intenzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fir-realtà tkun biss li joffru aġevolazzjoni maħsuba biss għat-tieni grupp, il-benefiċjarji effettivi tal-għajnuniet mill-Istat jistgħu jkunu intrapriżi li jinsabu f'xi wieħed miż-żewġ livelli jew fit-tnejn li huma. Barra minn hekk, il-miżuri ta' finanzjament ta' riskji dejjem jinvolvu intermedjarju finanzjarju wieħed jew iktar li jista' jkollhom status li jkun separat minn dak tal-investituri u tal-benefiċjarji finali fejn isiru l-investimenti. F'każijiet bħal dawn huwa meħtieġ ukoll li jiġi kkunsidrat jekk l-intermedjarju finanzjarju jistax jitqies li jibbenefika minn għajnuna mill-Istat.

(30)

B'mod ġenerali, intervent pubbliku jista' jitqies li ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat minħabba li, pereżempju, ikun jissodisfa t-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq. Skont dan it-test, tranżazzjonijiet ekonomiċi li jitwettqu minn korpi pubbliċi jew impriżi skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq u li ma jagħtux lok għal vantaġġ lill-kontroparti tagħhom ma jammontawx għal għajnuna mill-Istat. Mingħajr preġudizzju għal prerogattiva finali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-EFTA biex jiddeċiedi dwar l-eżistenza ta' għajnuna, din it-taqsima tipprovdi gwida addizzjonali dwar l-applikazzjoni tat-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq fil-qasam ta' finanzjament ta' riskju.

2.1.1.   Għajnuna lill-investituri

(31)

B'mod ġenerali, il-Kummissjoni tikkunsidra investiment bħala konformi mat-test tal-operatur tal-ekonomija tas-suq, u b'hekk li ma jkunx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, jekk ikun imwettaq pari passu bejn investituri pubbliċi u oħrajn privati. (16) Investiment huwa meqjus pari passu meta dan isir bl-istess patti u kundizzjonijiet minn investituri pubbliċi u privati, fejn iż-żewġ kategoriji ta' operaturi jintervjenu simultanjament u fejn l-intervent tal-investitur privat huwa ta' sinifikat ekonomiku reali.

(32)

Tranżazzjoni tiġi preżunta li saret skont l-istess patti u kundizzjonijiet jekk l-investituri pubbliċi u privati jħaddnu l-istess riskji u benefiċċji u jkollhom l-istess livell ta' subordinazzjoni fir-rigward tal-istess klassi ta' riskju. Jekk l-investitur pubbliku jkun f'pożizzjoni aħjar minn investitur privat, pereżempju minħabba li jirċievi redditu prijoritarju fil-ħin meta mqabbel ma' investituri privati, il-miżura tista' wkoll titqies li hija skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq, sakemm l-investituri privati ma jirċievu l-ebda vantaġġ.

(33)

Fil-qasam ta' finanzjament ta' riskju, it-tranżazzjonijiet mill-investituri pubbliċi u privati jitqiesu li qed isiru simultanjament jekk l-investituri privati u pubbliċi jikkoinvestu fil-benefiċjarji finali permezz tal-istess tranżazzjoni ta' investiment. Fil-każ tal-investimenti li jsiru permezz ta' intermedjarji finanzjarji pubbliċi-privati, l-investimenti li jsiru minn investituri pubbliċi u privati jiġu preżunti li saru b'mod simultanju.

(34)

Kundizzjoni addizzjonali hija li l-finanzjament ipprovdut minn investituri privati li huma independenti mill-kumpaniji li jinvestu fihom, huwa ekonomikament sinifikanti (17) fid-dawl tal-volum kumplessiv tal-investiment. L-Awtorità tikkunsidra li, fil-każ ta' miżuri ta' finanzjament ta' riskju, investiment privat indipendenti ta' 30 % jista' jkun ikkunsidrat bħala ekonomikament sinifikanti.

(35)

Fejn l-investiment huwa skont it-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq, l-Awtorità tqis li l-impriżi tad-destinatarju tal-investiment mhumiex benefiċjarji ta' għajnuna mill-Istat, għaliex l-investimenti li jirċievu huma kkunsidrati li għandhom isiru fuq il-patti tas-suq.

(36)

Meta miżura tippermetti lill-investituri privati jagħmlu investimenti ta' finanzjament tar-riskji f'kumpanija jew f'sett ta' kumpaniji b'patti li jkunu iktar favorevoli minn dawk tal-investituri pubbliċi li jinvestu fl-istess kumpaniji, dawk l-investituri privati jistgħu jirċievu vantaġġ (investimenti mhux pari passu). Vantaġġ bħal dan jista' jieħu forom differenti, bħal redditi preferenzjali (inċentiv pożittiv) jew skopertura mnaqqsa għal telf f'każ ta' prestazzjoni inqas tat-tranżazzjoni sottostanti meta mqabbla ma' investituri pubbliċi (protezzjoni negattiva).

2.1.2.   Għajnuna lil intermedjarju finanzjarju u/jew lill-maniġer tiegħu

(37)

B'mod ġenerali, l-Awtorità tikkunsidra li intermedjarju finanzjarju huwa mezz għat-trasferiment ta' għajnuna lill-investituri u/jew l-intrapriżi li fihom isir l-investiment, iktar milli benefiċjarju ta' għajnuna fiha nnifisha, irrispettivament minn jekk l-intermedjarju finanzjarju għandux personalità ġuridika jew huwiex biss ġabra ta' assi ġestiti minn grupp indipendenti ta' kumpanija ta' ġestjoni.

(38)

Madankollu, miżuri li jinvolvu trasferimenti diretti favur intermedjarju finanzjarju, jew koinvestiment mill-intermedjarju finanzjarju, jistgħu jikkostitwixxu għajnuna sakemm dawn it-trasferimenti jew koinvestimenti jsiru fuq patti li jkunu aċċettabbli għal operatur ekonomiku normali f'ekonomija tas-suq.

(39)

Meta l-miżura ta' finanzjament ta' riskju hija ġestita permezz ta' entità fdata, mingħajr ma dik l-entità tikkoinvesti mal-Istat tal-EFTA, l-entità fdata hija kkunsidrat bħala mezz biex tindirizza l-finanzjament u mhux bħala benefiċjarju ta' għajnuna, sakemm ma jingħatax kumpens żejjed. Madankollu, f'każ li l-entità fdata tipprovdi fondi għall-miżura jew tikkoinvesti mal-Istat tal-EFTA b'manjiera simili għal intermedjarji finanzjarji, l-Awtorità jkollha tivvaluta jekk l-entità inkarigata tirċevix għajnuna mill-Istat.

(40)

Meta l-maniġers tal-intermedjarju finanzjarju jew tal-kumpanija maniġerjali (minn issa 'l quddiem msejħa “maniġer”) jintgħażlu permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva, jew jekk ir-rimunerazzjoni tal-maniġer tkun tirrifletti b'mod sħiħ il-livelli attwali tas-suq f'sitwazzjonijiet komparabbli, jiġi preżunt li l-maniġer ma jirċevix għajnuna mill-Istat.

(41)

Meta l-intermedjarju finanzjarju u l-maniġer tiegħu jkunu entitajiet pubbliċi u ma jkunux intgħażlu permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva, huma ma jitqisux bħala riċevituri tal-għajnuna jekk it-tariffa ta' ġestjoni tagħhom tkun limitata u jekk ir-rimunerazzjoni tagħhom tkun tirrifletti l-kundizzjonijiet normali tas-suq u tkun marbuta mal-prestazzjoni. Barra minn hekk, l-intermedjarji finanzjarji pubbliċi għandhom ikunu ġestiti b'mod kummerċjali u l-maniġers tagħhom jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment b'mod li jkunu orjentati lejn il-profitti waqt li jżommu distanza adegwata mill-Istat. Barra minn hekk, l-investituri privati għandhom jintgħażlu permezz ta' proċess tal-għażla miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u oġġettiv, skont it-tranżazzjoni. Mekkaniżmi xierqa għandhom ikunu fis-seħħ sabiex jeskludu kull interferenza possibbli mill-Istat fil-ġestjoni ta' kuljum tal-fond pubbliku.

(42)

Fejn l-investiment mill-Istat permezz tal-intermedjarju finanzjarju huwa f'forma ta' self jew garanziji, inklużi kontrogaranziji, u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli tal-Awtorità dwar ir-rata ta' referenza (18) jew l-għajnuna mill-Istati mogħtija fil-forma ta' garanzija (19) huma sodisfatti, l-intermedjarju finanzjarju ma jkunx ikkunsidrat bħala riċevitur ta' għajnuna mill-Istat.

(43)

Il-fatt li l-intermedjarji finanzjarji jistgħu jżidu l-assi tagħhom u l-maniġers tagħhom jistgħu jiksbu fatturat akbar permezz tal-kummissjonijiet tagħhom hu meqjus li jikkostitwixxi biss effett ekonomiku sekondarju tal-miżura ta' għajnuna u mhux għajnuna lill-intermedjarji finanzjarji u/jew lill-maniġers tagħhom. Madankollu, jekk il-miżura ta' finanzjament ta' riskju hija mfassla b'tali mod li tindirizza l-effetti sekondarji tagħha lejn l-intermedjarji finanzjarji identifikati minn qabel, dawk l-intermedjarji finanzjarji jitqiesu bħala li jirċievu għajnuna indiretta.

2.1.3.   Għajnuna lill-impriżi fejn isir l-investiment

(44)

Fejn tkun preżenti għajnuna fil-livell ta' investituri, intermedjarju finanzjarju jew il-maniġers tiegħu, l-Awtorità ġeneralment tikkunsidra li hija tal-inqas parzjalment mgħoddija lill-intrapriżi destinatarji. Dan huwa saħansitra l-każ meta jittieħdu deċiżjonijiet ta' investiment mill-maniġers tal-intermedjarju finanzjarju b'loġika purament kummerċjali.

(45)

Meta investimenti ta' self jew garanzija mogħtija f'miżura ta' finanzjament ta' riskju lill-impriżi fil-mira jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli tal-Awtorità dwar ir-rata ta' referenza jew l-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta' garanziji, dawn l-impriżi ma jkunux ikkunsidrati li huma riċevituri ta' għajnuna mill-Istat.

2.2.   Għajnuna għall-finanzjament tar-riskji notifikabbli

(46)

L-Istati tal-EFTA jridu jinnotifikaw skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti miżuri ta' finanzjament ta' riskju li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (partikolarment jekk ma jikkonformawx mat-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq), mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament de minimis, u ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha għall-għajnuna ta' finanzjament ta' riskju kif stabbilita fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. L-Awtorità tivvaluta l-kompatibbiltà ta' dawk il-miżuri mal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-istess Ftehim. Dawn il-Linji Gwida jiffokaw fuq dawk il-miżuri ta' finanzjament ta' riskju li x'aktarx jinstabu li huma kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm ikunu sodisfatti għadd ta' kundizzjonijiet li se jkunu spjegati f'aktar dettall fit-Taqsima 3 ta' dawn il-Linji Gwida. Tali miżuri jaqgħu f'dawn it-tliet kategoriji.

(47)

L-ewwel kategorija tkopri l-miżuri ta' finanzjament ta' riskju li huma mmirati għal dawk l-impriżi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà previsti għall-għajnuna ta' finanzjamnet ta' riskju skont ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Għal dawn il-miżuri, l-Awtorità titlob lill-Istat tal-EFTA jagħmel valutazzjoni fil-fond ex ante, minħabba li l-falliment tas-suq li jaffettwa l-impriżi eliġibbli koperti mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa ma jistax jibqa' jiġi preżunt. Din il-kategorija tinkludi b'mod partikolari l-miżuri mmirati lejn l-impriżi li ġejjin:

(a)

kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja li jaqbżu l-livell minimu stabbilit fid-definizzjoni ta' SME fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa; (20)

(b)

kumpaniji innovattivi b'kapitalizzazzjoni medja li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp u attivitajiet ta' innovazzjoni;

(c)

impriżi li jirċievu l-investiment inizjali fil-finanzjament tar-riskji iktar minn seba' snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom;

(d)

impriżi li jeħtieġu investiment kumplessiv għall-finanzjament ta' riskju ta' ammont li jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

(e)

pjattaformi multilaterali għan-negozjar li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(48)

It-tieni kategorija tikkonsisti f'dawk il-miżuri li l-parametri ta' tfassil tagħhom ikunu differenti minn dawk stabbiliti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, filwaqt li jimmiraw l-istess impriżi eliġibbli kif definit hemmhekk. Għal dawk il-miżuri, l-eżistenza ta' falliment tas-suq jeħtieġ li tiġi ppruvata biss sal-punt meħtieġ biex tiġġustifika l-użu ta' parametri li jmorru lil hinn mil-limiti stabbiliti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Din il-kategorija tinkludi b'mod partikolari l-każi li ġejjin:

(a)

strumenti finanzjarji bil-parteċipazzjoni tal-investitur privat taħt il-proporzjonijiet previsti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

(b)

strumenti finanzjarji b'parametri ta' tfassil finanzjarju 'l fuq mil-limiti massimi previsti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

(c)

strumenti finanzjarji għajr garanziji fejn intermedjarji finanzjarji, investituri jew maniġers ta' fondi jintgħażlu billi tingħata preferenza għal protezzjoni kontra telf potenzjali (protezzjoni negattiva) u mhux lil redditi prijoritizzati mill-profitti (inċentivi pożittivi);

(d)

inċentivi fiskali għal investituri korporattivi, inkluż intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom li jaġixxu bħala koinvestituri

(49)

It-tielet kategorija tikkonċerna skemi kbar li jaqgħu lil hinn mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa minħabba fil-baġit kbir tagħhom kif definit hemmhekk. Meta twettaq din il-valutazzjoni, l-Awtorità tivverifika jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet għal għajnuna għall-finanzjament ta' riskju tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa humiex sodisfatti u, jekk dan ikun il-każ, hija tevalwa jekk it-tfassil tal-miżura huwiex xieraq fid-dawl tal-valutazzjoni ex ante li tirfed in-notifika. Jekk skema kbira ma tissodifax il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà u kompatibbiltà stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra kif xieraq l-evidenza pprovduta fil-kuntest tal-valutazzjoni ex ante kemm fir-rigward tal-eżistenza ta' falliment fis-suq u l-adegwatezza tat-tfassil tal-miżura. Barra minn hekk, hija twettaq analiżi fil-fond tal-effetti negattivi potenzjali li skemi bħal dawn jista' jkollhom fuq is-swieq affettwati.

(50)

Il-kategoriji differenti deskritti fil-paragrafi minn 47 sa 49 jistgħu jiġu kkumbinati f'miżura waħda ta' finanzjament ta' riskju sakemm ikun hemm ġustifikazzjonijiet mirfuda minn analiżi dwar il-fallimenti tas-suq.

(51)

Minbarra d-derogi permessi espliċitament b'dawn il-Linji Gwida, il-kundizzjonijiet ta' kompatibilità l-oħra kollha pprovduti għall-għajnuna permezz ta' finanzjament ta' riskju fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jiggwidaw il-valutazzjoni tal-kategoriji msemmija hawn fuq ta' miżuri notifikabbli.

2.3.   Definizzjonijiet

(52)

Għall-finijiet ta' dawn il-Linji Gwida:

(i)

“pjattaforma multilaterali għan-negozjar” tfisser faċilità multilaterali għall-kummerċ skont l-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2004/39/KE (21) fejn il-biċċa l-kbira tal-istrumenti finanzjarji ammessi biex ikunu nnegozjati jinħarġu mill-SMEs;

(ii)

“distakkament” tfisser li l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni tal-investiment bejn il-partijiet kontraenti ma jkunux differenti minn dawk il-kundizzjonijiet li jsiru bejn l-impriżi indipendenti u ma jkunu jinkludu ebda element ta' influwenza min-naħa tal-Istat;

(iii)

“akkwiżizzjoni” tfisser ix-xiri ta' mill-anqas perċentwali ta' kontroll tal-ekwità ta' kumpanija mill-azzjonisti eżistenti sabiex jieħdu f'idejhom l-assi u l-operazzjonijiet tagħha;

(iv)

“impriżi eliġibbli” tfisser SMEs, kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja u kumpaniji innovattivi b'kapitalizzazzjoni medja;

(v)

“entità fdata” tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat tal-EFTA huwa azzjonist, jew istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi Stat tal-EFTA li għandu l-għan li jilħaq l-interess pubbliku fil-kontroll ta' awtorità pubblika, korp tad-dritt pubbliku, jew entità tad-dritt privat b'missjoni ta' servizz pubbliku, l-entità fdata tista' tkun magħżula jew maħtura skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jew kwalunkwe leġiżlazzjoni sussegwenti li tissostitwixxi dik id-Direttiva kollha kemm hi jew parti minnha;

(vi)

“investiment ta' ekwità” tfisser il-provvediment ta' kapital lil impriża, investiti direttament jew indirettament, għal pussess ta' sehem korrispondenti ta' dik l-impriża;

(vii)

“ċessjoni” tfisser il-likwidazzjoni tal-ishma minn investitur jew intermedjarju finanzjarju, inklużi bejgħ kummerċjali, kanċellamenti, ħlas lura ta' ishma jew self privileġġati, bejgħ lil intermedjarju finanzjarju ieħor jew lil investitur ieħor, bejgħ lil istituzzjoni finanzjarja u bejgħ b'offerta pubblika, inkluża offerta inizjali għall-pubbliku (IPO);

(viii)

“rata ta' redditu ġust” tfisser ir-rata ta' redditu interna mistennija ekwivalenti għal rata ta' skont aġġustata għar-riskju li tirrifletti l-livell ta' riskju tal-investiment u n-natura u l-volum tal-kapital li għandu jkun investit mill-investituri privati;

(ix)

“benefiċjarju finali” tfisser impriża eliġibbli li tkun irċeviet investiment taħt miżura ta' għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tar-riskji;

(x)

“intermedjarji finanzjarji” tfisser kull istituzzjoni finanzjarja, irrispettivament mill-forma tagħha u mis-sjieda tagħha, inkluż fond ta' fondi, fondi ta' investiment privati, fondi ta' investiment pubbliku, banek, istituzzjonijiet ta' mikrofinanza, soċjetajiet ta' garanzija;

(xi)

“l-ewwel bejgħ kummerċjali” tfisser l-ewwel bejgħ minn impriża f'suq ta' prodotti jew servizzi, minbarra l-bejgħ limitat sabiex jiġi ttestjat is-suq;

(xii)

“biċċa mill-ewwel telf” tfisser l-iktar segment subordinat tar-riskju li jġorr l-ogħla riskju ta' telf, li jinkludi t-telf mistenni tal-portafoll fil-mira;

(xiii)

“investiment ta' segwitu” tfisser investiment addizzjonali f'kumpanija wara investiment għall-finanzjament ta' riskju preċedenti wieħed jew aktar;

(xiv)

“garanzija” tfisser impenn bil-miktub li jassumi r-responsabbiltà għat-tranżazzjonijiet kollha, jew parti minnhom, oriġinati ġodda, ta' parti terza, bħal strumenti ta' debitu jew lokazzjoni, kif ukoll strumenti ta' kważiekwità;

(xv)

“limitu massimu tal-garanzija” tfisser l-iskopertura massima tal-investitur pubbliku espressa bħala perċentwali tal-investimenti totali magħmul f'portafoll garantit;

(xvi)

“rata ta' garanzija” tfisser il-perċentwali ta' kopertura tat-telf minn investitur pubbliku ta' kull tranżazzjoni eliġibbli bil-miżura tal-għajnuna mill-Istat tal-finanzjament ta' riskju;

(xvii)

“investitur privat indipendenti” tfisser investitur privat li mhux azzjonist tal-impriża eliġibbli li fiha jinvesti, inklużi investitur informali u istituzzjonijiet finanzjarji, irrispettivament mis-sjieda tagħhom, sal-punt li huma jġorru r-riskju sħiħ fir-rigward tal-investiment tagħhom; mal-ħolqien ta' kumpanija ġdida, l-investituri privati jitqiesu bħala indipendenti mill-kumpanija;

(xviii)

“kumpaniji innovattivi b'kapitalizzazzjoni medja” tfisser kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja li l-kostijiet ta' R&D u ta' innovazzjoni, kif definiti mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, jirrappreżentaw (a) mill-inqas 15 % tal-kostijiet operatorji totali tagħha f'tal-anqas waħda mit-tliet snin li jippreċedu l-ewwel investiment bil-miżura ta' għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta' riskju, jew (b) mill-inqas 10 % kull sena tal-kostijiet operatorji totali tagħha fit-tliet snin qabel l-ewwel investiment bil-miżura ta' għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta' riskju;

(xix)

“strument ta' self” tfisser ftehim li jobbliga lill-mutwanti li jqiegħed ammont ta' flus disponibbli għall-mutwatarju għal perjodu ta' żmien miftiehem u li skont dan il-mutwatarju huwa obbligat iħallas l-ammont lura fil-perjodu miftiehem; huwa jista' jieħu l-forma ta' self, jew strument ieħor ta' finanzjament, inklużi lokazzjoni, li jipprovdi lill-mutwanti b'komponent predominanti ta' rendita minima;

(xx)

“kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja” għall-iskop ta' dawn il-Linji Gwida tfisser intrapriża li l-għadd ta' impjegati tagħha ma jaqbiżx l-1 500, ikkalkulat skont l-Artikoli 3, 4 u 5 tal-Anness I tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa; Għall-iskop tal-applikazzjoni ta' dawn il-Linji Gwida, bosta entitajiet jitqiesu bħala impriża waħda jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) tal-Anness I mar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa tiġi sodisfatta; din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal definizzjonijiet oħra użati għall-varar ta' strumenti finanzjarji fi programmi tal-UE/ŻEE li ma jinvolvu l-ebda għajnuna mill-Istat;

(xxi)

“persuna fiżika” tfisser persuna għajr entità ġuridika li mhix impriża fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE;

(xxii)

“self ġdid” tfisser strument ta' self mibdi ġdid imfassal biex jiffinanzja investimenti ġodda jew kapital operatorju, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti;

(xxiii)

“kapital ta' sostituzzjoni” tfisser ix-xiri ta' ishma eżistenti f'kumpanija minn investitur jew azzjonist preċedenti;

(xxiv)

“investiment għall-finanzjament ta' riskju” tfisser investimenti ta' ekwità u kważiekwità, self inklużi lokazzjonijiet, garanziji, jew taħlita tagħhom, f'impriżi eliġibbli;

(xxv)

“investiment ta' kważi ekwità” tfisser tip ta' finanzjament li jikkwalifika bejn ekwità u dejn, li għandu riskju ogħla minn dejn superjuri u anqas riskju minn ekwità komuni u li r-redditu tiegħu lid-detentur ikun ibbażat fil-biċċa l-kbira fuq il-profitti jew it-telf tal-impriża fil-mira sottostanti u li mhumiex żgurati f'każ ta' inadempjenza: investimenti ta' kważiekwità jistgħu jkunu strutturati bħala dejn, mhux assigurat u subordinat, inkluż dejn intermedjarju, u f'xi każijiet jistgħu jiġu kkonvertiti f'ekwità jew bħala ekwità ppreferuta;

(xxvi)

“impriża żgħira u ta' daqs medju (SME)” tfisser impriża kif definita fl-Anness I għar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

(xxvii)

“kumpanija żgħira b'kapitalizzazzjoni medja” tfisser impriża li l-għadd ta' impjegati tagħha ma jaqbiżx l-499, ikkalkulat skont l-Artikoli minn 3 sa 5 tal-Anness I mar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, u li l-fatturat annwali tagħha ma jaqbiżx il-EUR 100 miljun jew li l-karta bilanċjali annwali tagħha ma taqbiżx is-EUR 86 miljun. Għall-iskop tal-applikazzjoni ta' dawn il-Linji Gwida, bosta entitajiet jitqiesu bħala impriża waħda jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) tal-Anness I mar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa tiġi sodisfatta; din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal definizzjonijiet oħra użati għall-varar ta' strumenti finanzjarji fi programmi tal-UE/ŻEE li ma jinvolvu l-ebda għajnuna mill-Istat;

(xxviii)

“finanzjament totali” tfisser l-ammont massimu ta' investiment kumplessiv li jsir f'impriża eliġibbli permezz ta' investiment wieħed jew iktar għall-finanzjament ta' riskju, inklużi investimenti ta' segwitu, skont kwalunkwe miżura ta' għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta' riskju, bl-esklużjoni ta' investimenti kompletament privati pprovduti fuq patti tas-suq u barra mill-ambitu tal-miżura ta' għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta' riskju;

(xxix)

“impriża mhux elenkata” tfisser impriża li mhijiex elenkata fil-lista uffiċjali tal-Borża, għajr fuq il-pjattaformi multilaterali għan-negozjar.

3.   VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA GĦALL-FINANZJAMENT TA' RISKJU

3.1.   Il-prinċipji komuni tal-valutazzjoni

(53)

Sabiex tivvaluta jekk miżura ta' għajnuna nnotifikata tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, l-Awtorità ġeneralment tanalizza jekk id-disinn tal-miżura tal-għajnuna jiżgurax li l-impatt pożittiv tal-għajnuna lejn objettiv ta' interess komuni jaqbiżx l-effetti negattivi potenzjali tiegħu fuq il-kummerċ bejn il-partijiet kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE, (“Parijiet kontraenti”) u dwar il-kompetizzjoni.

(54)

Il-Komunikazzjoni tat-8 ta' Mejju 2012 dwar l-immodernizzar tal-għajnuna mill-Istat talbet għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tal-prinċipji komuni applikabbli għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri kollha ta' għajnuna. Għal dan l-iskop, l-Awtorità se tikkunsidra li miżura ta' għajnuna tkun kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE jekk tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin biss:

(a)

kontribuzzjoni għall-objettiv ta' interess komuni definit sew: miżura ta' għajnuna mill-Istat għandha timmira għal objettiv ta' interess komuni skont l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE (it-Taqsima 3.2);

(b)

bżonn ta' intervent mill-Istat: miżura ta' għajnuna mill-Istat għandha tkun immirata lejn sitwazzjoni fejn l-għajnuna tkun tista' ġġib magħha titjib materjali li ma jkunx jista' jinkiseb mis-suq innifsu billi tirrimedja falliment tas-suq (it-Taqsima 3.3);

(c)

adegwatezza tal-miżura ta' għajnuna: il-miżura ta' għajnuna mill-Istat għandha tkun strument politiku xieraq li jindirizza l-objettiv ta' interess komuni (it-Taqsima 3.4);

(d)

effett ta' inċentiv: il-miżura ta' għajnuna mill-Istat għandha tbiddel l-imġiba tal-impriża kkonċernata b'tali mod li din tinvolvi ruħha f'attività addizzjonali li ma tkunx tista' tagħmel mingħajr l-għajnuna jew li tkun tista' tagħmilha biss b'mod ristrett jew differenti (it-Taqsima 3.5);

(e)

proporzjonalità tal-għajnuna (l-għajnuna limitata għall-minimu possibbli): il-miżura ta' għajnuna mill-Istat għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jsiru l-investimenti jew l-attivitajiet addizzjonali mill-impriża kkonċernata (it-Taqsima 3.6);

(f)

l-evitar ta' effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn il-partijiet Kontraenti: l-effetti negativi tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat għandhom ikunu limitati suffiċjentement, sabiex il-bilanċ globali tal-miżura jkun pożittiv (it-Taqsima 3.7).

(g)

it-trasparenza tal-għajnuna: l-Istati tal-EFTA, l-Awtorità, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku għandu jkollhom aċċess faċli għall-atti relevanti kollha u għall-informazzjoni pertinenti dwar l-għajnuna mogħtija (it-Taqsima 3.8).

(55)

Il-bilanċ kumplessiv ta' ċerti kategoriji ta' skemi jista' jkun suġġett ukoll għal rekwiżit ta' evalwazzjoni ex post, kif deskritt fit-Taqsima 4 hawn taħt. F'każijiet bħal dawn, l-Awtorità tista' tillimita l-perjodu ta' dawk l-iskemi, bil-possibbiltà li tinnotifika t-tiġdid tagħhom.

(56)

Hi u tivvaluta l-kompatibbiltà ta' kwalunkwe għajnuna mal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità tieħu inkunsiderazzjoni l-proċedimenti kollha li jikkonċernaw ksur tal-Artikolu 53 jew 54 tal-Ftehim taż-ŻEE li jista' jirrigwarda lill-benefiċjarju tal-għajnuna u li jista' jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE. (23)

3.2.   Kontribut għal għan komuni

(57)

L-għajnuna mill-Istat għandha tikkontribwixxi biex jintlaħaq objettiv wieħed jew iktar ta' interess komuni fit-tifsira tal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE. Għall-għajnuna għall-finanzjament ta' riskju, l-objettiv ġenerali ta' politika huwa li titjieb il-provvista tal-finanzi għall-SMEs vijabbli mill-iżvilupp bikri tagħhom għall-istadji tat-tkabbir tagħhom u f'ċerti ċirkostanzi, għall-kumpaniji żgħar u innovattivi b'kapitalizzazzjoni medja; biex jiġi żviluppat fuq medda twila ta' żmien suq tal-finanzjament tan-negozju kompetittiv fit-territorju taż-ŻEE, li għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku ġenerali.

3.2.1.   Objettivi speċifiċi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-miżura

(58)

Il-miżura trid tiddefinixxi objettivi speċifiċi ta' politika fid-dawl tal-objettivi ġenerali ta' politika kif stabbiliti fil-paragrafu 57 ta' hawn fuq. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jwettaq valutazzjoni ex ante sabiex jiġu identifikati miri ta' politika u jiddefinixxu l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni. Id-daqs u d-durata tal-miżura għandhom ikunu adegwati għall-miri politiċi. Fil-prinċipju, l-indikaturi tal-prestazzjoni jistgħu jinkludu:

(a)

l-investiment meħtieġ jew previst fis-settur privat;

(b)

l-għadd mistenni ta' benefiċjarji finali li fihom isir investiment, inkluż l-għadd ta' startup SMEs;

(c)

l-għadd stmat ta' impriżi ġodda maħluqa matul l-implimentazzjoni tal-miżura ta' finanzjament ta' riskju u b'riżultat tal-investimenti għall-finanzjament ta' riskju;

(d)

l-għadd ta' impjiegi maħluqa fl-intrapriżi benefiċjarji aħħara bejn id-data tal-ewwel investiment għall-finanzjament ta' riskju fil-miżura għall-finanzjament ta' riskju u l-ħruġ mill-investiment;

(e)

fejn xieraq, il-proporzjon ta' investimenti magħmula skont it-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq;

(f)

punti importanti u skadenzi li fihom ċerti ammonti predefiniti jew perċentwali tal-baġit għandhom jiġu investiti;

(g)

ir-redditi/ir-rendiment li mistennija jiġu ġġenerati mill-investimenti;

(h)

fejn ikun xieraq, l-applikazzjonijiet għal privattivi li jkunu saru mill-benefiċjarji finali matul l-implimentazzjoni tal-miżura ta' finanzjament tar-riskji.

(59)

L-indikaturi msemmija fil-paragrafu 58 huma rilevanti kemm għall-fini tal-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-miżura, kif ukoll biex tiġi vvalutata l-validità tal-istrateġiji tal-investiment imfassla mill-intermedjarju finanzjarju fil-kuntest tal-proċess tal-għażla.

3.2.2.   Intermedjarji finanzjarji li jwasslu għall-objettivi tal-politika

(60)

Sabiex jiġi żgurat li l-intermedjarji finanzjarji involuti fil-miżura ta' finanzjament tar-riskji jwasslu għall-objettivi ta' politika rilevanti, huma għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi minn 61 sa 62 hawn taħt.

(61)

L-istrateġija ta' investiment tal-intermedjarju finanzjarju għandha tkun allinjata mal-objettivi politiċi tal-miżura. Bħala parti mill-proċess tal-għażla, l-intermedjarji finanzjarji għandhom juru kif l-istrateġija ta' investiment proposta minnhom tista' tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi u l-miri politiċi.

(62)

L-Istat tal-EFTA għandu jiżgura li l-istrateġija ta' investiment tal-intermedjarji tibqa' dejjem allinjata mal-miri ta' politika miftehma, pereżempju permezz ta' monitoraġġ xieraq u mekkaniżmi ta' rapportar u tal-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' investituri pubbliċi fil-korpi ta' rappreżentanza tal-intermedjarju finanzjarju, bħall-bord superviżorju jew il-bord konsultattiv. Struttura ta' governanza adatta għandha tiżgura li l-bidliet materjali fl-istrateġiji tal-investiment jeħtieġu l-kunsens minn qabel tal-Istat tal-EFTA. Biex jiġi evitat id-dubju, l-Istat tal-EFTA ma jistax jipparteċipa direttament f'deċiżjonijiet individwali dwar l-investiment u ċ-ċessjoni.

3.3.   Il-bżonn għal intervent mill-Istat

(63)

L-għajnuna mill-Istat tista' tiġi ġġustifikata biss jekk tkun immirata lejn fallimenti tas-suq speċifiċi li jaffettwaw il-kisba tal-objettiv komuni. L-Awtorità tqis li ma hemm l-ebda falliment tas-suq ġenerali fir-rigward tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, iżda biss falliment relatat ma' ċerti gruppi ta' SMEs, skont il-kuntest ekonomiku speċifiku tal-Istat tal-EFTA kkonċernat. Dan partikolarment, iżda mhux esklussivament, japplika għal SMEs fil-fażijiet bikrija tagħhom li, minkejja l-prospetti ta' tkabbir tagħhom, mhumiex kapaċi juru l-kredibbiltà kreditizja tagħhom jew il-korrettezza tal-pjanijiet kummerċjali tagħhom lill-investituri. L-ambitu ta' tali falliment tas-suq, kemm f'termini ta' kumpaniji affettwati u r-rekwiżit kapitali tagħhom, jista' jvarja skont is-settur li fih joperaw. Minħabba asimmetriji fl-informazzjoni, is-suq isibha diffiċli li jivvaluta l-profil tar-riskju/redditu ta' tali SMEs u l-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw redditi aġġustati għar-riskju. Id-diffikultajiet li dawk l-SMEs jesperjenzaw fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-kwalità tal-proġett tagħhom, ir-riskju perċepit tagħhom u l-kredibbiltà kreditizja dgħajfa, iwasslu għal kostijiet għolja ta' tranżazzjoni u tal-aġenzija u jistgħu jaggravaw l-averżjoni għar-riskju tal-investitur. Kumpaniji innovattivi u żgħar b'kapitalizzazzjoni medja jistgħu jiffaċċaw diffikultajiet simili u għalhekk jiġu affettwati mill-istess falliment tas-suq.

(64)

Għalhekk, il-miżura għall-finanzjament ta' riskju għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' valutazzjoni ex ante li turi l-eżistenza ta' diskrepanza tal-likwidità li taffettwa impriżi eliġibbli fl-istadju ta' żvilupp, fiż-żona ġeografika u, jekk applikabbli, fis-settur ekonomiku, li jkunu fil-mira. Il-miżura għall-finanzjament ta' riskju għandha tkun imfassla b'tali mod li tindirizza l-fallimenti tas-suq ippruvati fil-valutazzjoni ex ante.

(65)

Għandhom jiġu analizzati kemm il-problemi strutturali kif ukoll dawk ċikliċi (jiġifieri dawk relatati mal-kriżi) li jwasslu għal livelli subottimali ta' finanzjament privat. B'mod partikolari, il-valutazzjoni għandha tipprovdi analiżi komprensiva tas-sorsi ta' finanzjament disponibbli għal impriżi eliġibbli, filwaqt li tqis l-għadd ta' intermedjarji finanzjarji eżistenti fiż-żona ġeografika fil-mira, in-natura pubblika jew privata tagħhom, il-volumi ta' investiment immirati lejn dak is-settur rilevanti tas-suq, in-numru ta' impriżi potenzjalment eliġibbli u l-valuri medji ta' tranżazzjonijiet individwali. Din l-analiżi għandha tkun ibbażata fuq dejta li tkopri ħames snin qabel in-notifika tal-miżura għall-finanzjament ta' riskju u, fuq din il-bażi, hija għandha tistima n-natura u d-daqs tad-diskrepanza tal-likwidità, jiġifieri, il-livell ta' domanda għal finanzjament mhux issodisfata minn impriżi eliġibbli.

(66)

Il-valutazzjoni ex ante għandha preferibbilment titwettaq minn entità indipendenti bbażata fuq evidenza oġġettiva u aġġornata. L-Istati tal-EFTA jistgħu jippreżentaw valutazzjonijiet eżistenti, sakemm ikunu datati inqas minn tliet snin qabel in-notifika tal-miżura għall-finanzjament ta' riskju. Meta teżamina s-sejbiet tal-valutazzjoni ex ante, il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li tikkontesta l-validità tad-dejta fid-dawl tal-evidenza disponibbli.

(67)

Biex jiżguraw li l-intermedjarji finanzjarji involuti fil-miżura huma mmirati lejn il-fallimenti identifikati tas-suq, proċess ta' diliġenza dovuta jsir biex tiġi żgurata strateġija ta' investiment kummerċjali soda li tiffoka fuq l-objettiv ta' politika identifikat u tirrispetta r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u r-restrizzjonijiet ta' finanzjament definiti. B'mod partikolari, l-Istati tal-EFTA jridu jagħżlu l-intermedjarji finanzjarji li jkunu jistgħu juru li l-istrateġija ta' investiment proposta tagħhom hija kummerċjalment soda u tinkludi politika xierqa għad-diversifikazzjoni tar-riskji mmirata lejn il-kisba tal-vijabbiltà ekonomika u skala effiċjenti f'termini ta' daqs u ambitu territorjali tal-investimenti.

(68)

Barra minn hekk, valutazzjoni ex ante għandha tqis fallimenti speċifiċi tas-suq li jiffaċċaw impriżi eliġibbli fil-mira abbażi tal-gwida addizzjonali stabbilita fil-paragrafi minn 69 sa 88.

3.3.1.   Miżuri mmirati għall-kategoriji ta' impriżi barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

(a)   Kumpanija żgħira b'kapitalizzazzjoni medja

(69)

Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa huwa ristrett għall-SMEs eliġibbli. Madankollu, ċerti impriżi li ma jkunux jilħqu l-limiti minimi fin-numru ta' ħaddiema u/jew dawk finanzjarji, li jiddefinixxi l-kunċett ta' SMEs jistgħu jiffaċċaw restrizzjonijiet ta' finanzjament simili.

(70)

L-estensjoni tal-ambitu tal-impriżi eliġibbli f'miżura ta' finanzjament ta' riskju biex ikunu inklużi wkoll kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja tista' tkun ġustifikata sakemm tipprovdi inċentivi għal investituri privati biex jinvestu f'portafoll iktar diversifikat b'iktar possibbiltajiet ta' dħul u ta' ħruġ. L-inklużjoni fil-portafoll ta' kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja x'aktarx li tnaqqas ir-riskju fil-livell ta' portafoll u għalhekk iżżid ir-redditu fuq l-investimenti. Għalhekk, dan jista' jkun mod partikolarment effettiv biex ikunu attirati investituri istituzzjonali għall-istadji bikrija iktar riskjużi tal-kumpaniji.

(71)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, u sakemm il-valutazzjoni ex ante fiha evidenza ekonomika adegwata għal dan l-għan, jista' jkun ġustifikat s-sostenn għall-kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja. Fil-valutazzjoni tagħha, l-Awtorità tikkunsidra l-intensità tax-xogħol u tal-kapital tal-impriżi mmirati, kif ukoll kriterji oħrajn li jirriflettu r-restrizzjonijiet tal-finanzjament speċifiċi li jaffettwaw kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja (pereżempju, kollateral suffiċjenti għal self kbir).

(b)   Impriżi innovattivi b'kapitalizzazzjoni medja

(72)

F'ċerti ċirkostanzi, l-impriżi b'kapitalizzazzjoni medja jistgħu jiffaċċaw ukoll restrizzjonijiet ta' finanzjament komparabbli għal dawk li jaffettwaw lill-SMEs. Dan jista' jkun il-każ għall-impriżi b'kapitalizzazzjoni medja li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp u attivitajiet ta' innovazzjoni flimkien mal-investiment inizjali fil-faċilitajiet tal-produzzjoni, inkluża replikazzjoni tas-suq, u li r-rekord storiku tagħhom ma jippermettix lill-investituri potenzjali jagħmlu s-suppożizzjonijiet rilevanti fir-rigward tal-prospetti futuri tas-suq fir-rigward tar-riżultati ta' dawn l-attivitajiet. F'każ bħal dan, l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta' riskju tista' tkun neċessarja għal kumpaniji innovattivi b'kapitalizzazzjoni medja biex iżidu l-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħhom għal skala sostenibbli fejn ikunu jistgħu jattiraw finanzjament privat waħidhom. Kif osservat fil-punt 3.3.1(a), l-inklużjoni ta' tali kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja fil-portafoll ta' investiment tiegħu tista' tkunn mezz effettiv għal intermedjarju finanzjarju biex joffri sett iktar diversifikat ta' opportunitajiet għall-investiment li jappella għal firxa usa ta' investituri potenzjali.

(c)   Impriżi li jirċievu l-investiment inizjali fil-finanzjament tar-riskji iktar minn seba' snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom;

(73)

Ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jkopri dawk l-SMEs li jirċievu l-investiment inizjali bil-miżura għall-finanzjament ta' riskju qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom f'suq jew fi żmien seba' snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom. Huma biss l-investimenti ta' segwitu li jiġu koperti mill-eżenzjoni sħiħa wara dan il-perjodu ta' seba' snin. Madankollu, ċerti tipi ta' impriżi jistgħu jitqiesu li għadhom fl-istadji ta' espansjoni/tkabbir bikri tagħhom jekk, anki wara dan il-perjodu ta' seba' snin, ikunu għadhom ma tawx prova suffiċjenti tal-potenzjal tagħhom li jiġġeneraw redditi u/jew ma jkollhomx rekord storiku robust biżżejjed u kollateral. Dan jista' jkun il-każ f'setturi b'riskju għoli, bħal pereżempju tal-bijoteknoloġija, l-industriji kulturali u kreattivi, u b'mod aktar ġenerali għal SMEs innovattivi. (24) Barra minn hekk, l-impriżi li jkollhom kapital intern suffiċjenti biex jiffinanzjaw l-attivitajiet inizjali tagħhom jistgħu jeħtieġu finanzjament estern biss fi stadju aktar tard, pereżempju biex iżidu l-kapaċitajiet tagħhom minn skala żgħira għal skala akbar tan-negozju. Dan jista' jirrikjedi investiment akbar minn dak li jkunu jistgħu jilħqu huma bir-riżorsi proprji tagħhom.

(74)

Għalhekk, jista' jkun possibbli li jiġu permessi miżuri fejn l-investiment inizjali jkun sar iktar minn seba' snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tal-impriża fil-mira. F'ċirkostanzi bħal dawn, l-Awtorità tista' titlob li l-miżura tiddefinixxi b'mod ċar impriżi eliġibbli, fid-dawl ta' evidenza pprovduta permezz ta' valutazzjoni ex ante dwar l-eżistenza ta' xi falliment speċifiku tas-suq li jaffettwa lil dawn l-impriżi.

(d)   Impriżi li jeħtieġu investiment għall-finanzjament ta' riskju ta' ammont li jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

(75)

Ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jistipula ammont totali massimu ta' finanzjament ta' riskju għal kull impriża eliġibbli, inklużi investimenti ta' segwitu. Madankollu, f'ċerti industriji fejn l-ispejjeż tar-riċerka jew tal-investiment bil-quddiem ikunu relattivament għoljin, dan l-ammont jista' ma jkunx biżżejjed sabiex jinkisbu l-investimenti inizjali meħtieġa u l-kumpanija tistabbilixxi ruħha fuq mogħdija ta' tkabbir sostenibbli. Għaldaqstant, jista' jkun ġustifikat, f'ċerti kundizzjonijiet, li jkun permess ammont ogħla ta' investiment globali għall-impriżi eliġibbli.

(76)

Għalhekk, miżuri ta' finanzjament ta' riskju jistgħu jipprovdu sostenn 'il fuq mill-ammont massimu totali, sakemm l-ammont ta' finanzjament previst fil-miżura ta' finanzjament ta' riskju jirrifletti d-daqs u n-natura tad-diskrepanza tal-likwidità identifikata fil-valutazzjoni ex ante fir-rigward tas-setturi u/jew territorji fil-mira. F'każijiet bħal dawn, l-Awtorità tikkunsidra n-natura intensiva fil-kapital tas-setturi fil-mira u/jew il-kostijiet ogħla ta' investimenti f'ċerti żoni ġeografiċi.

(e)   Pjattaformi multilaterali għan-negozjar li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

(77)

L-Awtorità tirrikonoxxi li l-pjattaformi multilaterali għan-negozjar huma parti importanti mis-suq tal-finanzjament tal-SMEs minħabba li kemm jattiraw kapital ġdid fl-SMEs kif ukoll jiffaċilitaw il-ħruġ tal-investituri preċedenti. (25) Ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jirrikonoxxi l-importanza tagħhom billi jiffaċilita l-attività tagħhom jew permezz ta' inċentivi fiskali mmirati lejn persuni fiżiċi li qed jinvestu f'kumpaniji elenkati fuq dawn il-pjattaformi, jew billi jippermetti għajnuna tal-bidu lill-operatur tal-pjattaforma, soġġett għall-kundizzjoni li l-operatur tal-pjattaforma jikkwalifika bħala impriża żgħira u sa ċerti limiti minimi.

(78)

Madankollu, l-operaturi tal-pjattaformi multilaterali għan-negozjar mhux bilfors iridu jkunu intrapriżi żgħar meta jiġu stabbiliti. Bl-istess mod, l-ammont massimu ta' għajnuna permessibbli bħala għajnuna tal-bidu skont ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jista' ma jkunx biżżejjed sabiex jappoġġa l-istabbiliment tal-pjattaforma. Barra minn hekk, sabiex ikunu attirati riżorsi suffiċjenti għall-istabbiliment u t-tnedija ta' pjattaformi ġodda, jista' jkun meħtieġ li jkunu pprovduti inċentivi fiskali għal investituri korporattivi. Fl-aħħar nett, il-pjattaforma mhux biss tista' telenka l-SMEs, iżda tista' telenka wkoll dawk l-impriżi li jaqbżu l-limiti minimi stabbiliti fid-definizzjoni ta' SME.

(79)

Għalhekk, f'ċerti kundizzjonijiet, jista' jkun iġġustifikat, li jkunu permessi ċerti inċentivi fiskali għal investituri korporattivi, biex isostnu l-operaturi tal-pjattaforma li mhumiex intrapriżi żgħar, jew biex jippermettu investimenti għall-istabbiliment ta' pjattaformi multilaterali għan-negozjar li l-ammont tagħhom jaqbeż il-limiti previsti għall-għajnuna tal-bidu skont ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, jew biex jippermettu għajnuna lil pjattaformi multilaterali għan-negozjar fejn il-maġġoranza tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jinħarġu mill-SMEs. Dan huwa konformi mal-objettiv politiku li jiġi sostnut l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament permezz ta' katina ta' finanzjament bla xkiel. Għalhekk, il-valutazzjoni ex ante għandha turi l-eżistenza ta' falliment speċifiku tas-suq li jaffettwa tali pjattaformi fis-suq ġeografiku rilevanti.

3.3.2.   Miżuri b'parametri ta' tfassil mhux konformi mar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

(a)   Strumenti finanzjarji bil-parteċipazzjoni tal-investituri privati taħt il-proporzjonijiet previsti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

(80)

Il-fallimenti tas-suq li jaffettwaw l-impriżi f'reġjuni jew Stati tal-EFTA partikolari jistgħu jkunu iktar qawwija minħabba n-nuqqas ta' żvilupp relattiv tas-suq ta' finanzjament tal-SMEs f'dawn iż-żoni meta mqabbla ma' reġjuni oħra fl-istess Stat tal-EFTA jew fi Stati tal-EFTA ieħor. Dan jista' jkun il-każ b'mod partikolari fl-Istati tal-EFTA fejn ma hemmx il-preżenza formali ta' investituri fil-kapital ta' riskju u investituri investitur informali. Għalhekk, l-objettiv li jkun inkoraġġut l-iżvilupp ta' suq effiċjenti għall-finanzjament tal-SMEs f'dawn ir-reġjuni u li jingħelbu l-ostakli strutturali li jistgħu jostakolaw lill-SMEs milli jkollhom aċċess effettiv għal finanzjament ta' riskju, jistgħu jiġġustifikaw pożizzjoni iktar favorevoli tal-Awtorità lejn miżuri li jippermettu l-parteċipazzjoni tal-investituri privati skont il-proporzjonijiet previsti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(81)

Barra minn hekk, għall-miżuri ta' finanzjament ta' riskju bil-parteċipazzjoni tal-investitur privat skont il-proporzjonijiet stipulati fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-Awtorità tista' tadotta pożizzjoni pożittiva, partikolarment jekk tali miżuri jkunu speċifikatament immirati għal SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali jew fl-istadju tal-prova tal-kunċett, jiġifieri impriżi affettwati minn falliment tas-suq akbar sakemm parti mir-riskji tal-investiment hija effettivament imġarrba mill-investituri privati parteċipanti.

(b)   Strumenti finanzjarji b'parametri ta' tfassil finanzjarju 'l fuq mil-limitu massimu previst fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

(82)

Il-benefiċċju tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa huwa rriservat għal miżuri li bihom kondiviżjoni tat-telf mhux pari passu bejn l-investituri pubbliċi u dawk privati hija mfassal b'tali mod li tillimita l-ewwel telf imġarrab mill investitur pubbliku. Similimarment, fil-każ ta' garanziji, l-eżenzjoni sħiħa tiffissa limiti dwar ir-rata ta' garanzija u t-telf totali mġarrab mill-investitur pubbliku.

(83)

Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi, billi tittieħed pożizzjoni ta' finanzjament iktar riskjuża, il-finanzjament pubbliku jista' jippermetti lill-investituri jew mutwanti privati jipprovdu fondi addizzjonali. Fil-valutazzjoni ta' miżuri b'parametri ta' tfassil finanzjarju li jaqbżu l-limiti massimi fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-Awtorità tqis għadd ta' fatturi kif indikat fit-Taqsima 3.4.2 ta' dawn il-Linji Gwida.

(c)   Strumenti finanzjarji minbarra garanziji fejn l-investituri, l-intermedjarji finanzjarji u l-maniġers tagħhom huma magħżula billi tingħata preferenza lill-protezzjoni negattiva fuq il-kondiviżjoni asimmetrika tal-profitti

(84)

Skont ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-għażla ta' intermedjarji finanzjarji, kif ukoll l-investituri jew l-maniġers tal-fond, għandha tkun ibbażata fuq sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja li tistabbilixxi b'mod ċar l-objettivi tal-politika li jridu jintlaħqu permezz tal-miżura u t-tip ta' parametri finanzjarji maħsuba biex jilħqu tali objettivi. Dan ifisser li l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom għandhom jintgħażlu permezz ta' proċedura konformi mad-Direttiva 2004/18/KE (26) jew kull leġiżlazzjoni sussegwenti li tieħu post din id-Direttiva. Jekk din id-Direttiva mhix applikabbli, il-proċedura tal-għażla trid tkun b'tali mod li tiżgura l-iktar għażla wiesgħa possibbli fost intermedjarji finanzjarji jew maniġers ta' fondi kkwalifikati. B'mod partikolari, tali proċedura tippermetti lill-Istat tal-EFTA kkonċernat li jqabbel il-patti u l-kundizzjonijiet innegozjati bejn l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers ta' fondi u l-investituri privati potenzjali sabiex ikun żgurat li l-miżura ta' finanzjament ta' riskju tattira investituri privati bl-inqas għajnuna mill-Istat possibbli, jew bid-diverġenza minima mill-kundizzjonijiet pari passu, fid-dawl ta' strateġija ta' investiment realistika.

(85)

Skont ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, il-kriterji applikabbli għall-għażla tal-maniġers għandhom jinkludu rekwiżit li bih, għal strumenti oħra għajr garanziji, “il-kondiviżjoni tal-profitti tingħata preferenza fuq il-protezzjoni minn telf possibbli” biex tillimita xaqlib lejn teħid eċċessiv ta' riskju mill-maniġer li jagħżel l-impriżi li fihom isir l-investiment. Huwa mifhum li dan jiżgura li, tkun xi tkun il-forma tal-istrument finanzjarju previst mill-miżura, kull trattament preferenzjali mogħti lil investituri jew mutwanti privati għandu jiġi bbilanċjat kontra l-interess pubbliku, li jikkonsisti fl-iżgurar tan-natura rotatorja tal-kapital pubbliku impenjat u s-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tal-miżura.

(86)

F'ċerti każi, madankollu, jista' jkun neċessarju li tingħata preferenza lil protezzjoni minn telf possibbli, prinċipalment meta l-miżura għandha fil-mira ċerti setturi li fihom ir-rata ta' inadempjenza tal-SMEs hija għolja. Dan jista' jkun il-każ għal miżuri mmirati lejn SMEs li qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom jew fl-istadju ta' prova tal-kunċett tagħhom, setturi li qed jiffaċċaw ostakli teknoloġiċi importanti, jew setturi li fihom il-kumpaniji għandhom dipendenza għolja fuq proġetti uniċi li jeħtieġu investiment bil-quddiem kbir u li jinvolvu espożizzjoni għolja għar-riskju, bħalma huma l-industriji kulturali u dawk kreattivi. Preferenza għal mekkaniżmi ta' protezzjoni minn telf possibbli tista' tiġi ġġustifikata wkoll għal miżuri li joperaw permezz ta' fond ta' fondi u li għandhom l-għan li jattiraw investituri privati f'dan il-livell.

(d)   Inċentivi fiskali għal investituri korporattivi, inkluż intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom li jaġixxu bħala koinvestituri.

(87)

Filwaqt li r-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jkopri l-inċentivi fiskali mogħtija lil investituri privati indipendenti li huma persuni fiżiċi li jipprovdu l-finanzjament ta' riskju direttament jew indirettament lill-SMEs eliġibbli, l-Istati tal-EFTA jistgħu jsibu li huwa xieraq li jdaħħlu fis-seħħ miżuri li japplikaw inċentivi simili għall-investituri korporattivi. Id-differenza qiegħda fil-fatt li l-investituri korporattivi huma impriżi fit-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-miżura għalhekk għandha tkun soġġetta għal restrizzjonijiet speċifiċi sabiex ikun żgurat li l-għajnuna fil-livell tal-investituri korporattiva tibqa' proporzjonata u jkollha effett ta' inċentiv reali.

(88)

Intermedjarji finanzjarji u l-maniġers tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn inċentiv fiskali biss sakemm jagixxu bħala koinvestituri jew komutwanti. Ma jista' jingħata ebda inċentiv fiskali fir-rigward tas-servizzi mogħtija mill-intermedjarju finanzjarju jew mill-maniġers tiegħu għall-implimentazzjoni tal-miżura.

3.4.   L-adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna

3.4.1.   L-adegwatezza mqabbla ma' strumenti ta' politika oħrajn u ma' strumenti ta' għajnuna oħrajn

(89)

Bil-għan li tindirizza l-fallimenti tas-suq identifikati u tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi ta' politika mfittxija mill-miżura, il-miżura ta' finanzjament ta' riskju proposta għandha tkun strument xieraq, filwaqt li fl-istess ħin tkun l-inqas waħda li tfixkel il-kompetizzjoni. L-għażla tal-forma speċifika tal-miżura ta' finanzjament ta' riskju għandha tiġi ġustifikata kif dovut permezz ta' valutazzjoni ex ante.

(90)

Bħala l-ewwel pass, l-Awtorità tikkunsidra jekk u sakemm il-miżura għall-finanzjament ta' riskju tista' titqies bħala strument xieraq meta mqabbel ma' strumenti politiċi oħrajn immirati biex jinkoraġġixxu l-investimenti ta' finanzjament ta' riskju fl-impriżi eliġibbli. L-għajnuna mill-Istat mhijiex l-uniku strument politiku disponibbli għall-Istati tal-EFTA sabiex jiffaċilitaw l-għoti tal-finanzjament ta' riskju lill-impriżi eliġibbli. Huma jistgħu jużaw għodod ta' politika kumplimentarji oħrajn kemm fuq in-naħa tal-provvista kif ukoll dik tad-domanda, bħal miżuri regolatorji biex jiffaċilitaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji, miżuri biex jitjieb l-ambjent tan-negozju, servizzi konsultattivi għall-prontezza tal-investiment jew l-investimenti pubbliċi skont it-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq.

(91)

Il-valutazzjoni ex ante trid tanalizza l-azzjonijiet ta' politika taż-ŻEE u dawk nazzjonali eżistenti u, jekk possibbli, dawk previsti mmirati lejn l-istess fallimenti identifikati tas-suq, filwaqt li tqis l-effikaċja u l-effiċjenza ta' għodod oħra ta' politika. Is-sejbiet tal-valutazzjoni ex ante għandhom juru li l-fallimenti identifikati tas-suq ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod adegwat permezz ta' għodod oħra ta' politika li ma jinvolvux għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-miżura ta' finanzjament ta' riskju proposta għandha tkun konsistenti mal-politika kumplessiva tal-Istat tal-EFTA kkonċernat dwar l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament u għandha tkun kumplimentari għal strumenti oħra ta' politika li jindirizzaw l-istess ħtiġijiet tas-suq.

(92)

Bħala t-tieni pass, l-Awtorità tikkunsidra jekk il-miżura proposta hix iktar xierqa minn strumenti alternattivi ta' għajnuna mill-Istat li jindirizzaw l-istess falliment tas-suq. F'dan ir-rigward, hemm assunzjoni ġenerali li l-istrumenti finanzjarji joħolqu inqas distorsjoni minn għotjiet diretti u għalhekk jikkostitwixxu strument iktar xieraq. Madankollu, l-għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-provvediment ta' finanzjament ta' riskju tista' tingħata f'diversi forom, bħal strumenti fiskali selettivi jew strumenti finanzjarji subkummerċjali, inkluża firxa ta' strumenti ta' ekwità, dejn jew garanziji b'karatteristiċi differenti ta' riskji u gwadanji; kif ukoll diversi modi ta' provvediment u strutturi ta' finanzjament, li l-adegwatezza tagħhom tiddependi fuq in-natura tal-impriżi fil-mira u d-diskrepanza tal-likwidità. Għalhekk, l-Awtorità tivvaluta jekk it-tfassil tal-miżura jipprovdix għal struttura ta' finanzjament effiċjenti, filwaqt li tqis l-istrateġija tal-investiment tal-fond, sabiex tiżgura operazzjonijiet sostenibbli.

(93)

F'dan ir-rigward, l-Awtorità tħares b'mod pożittiv lejn miżuri li jinvolvu fondi kbar biżżejjed f'termini ta' daqs tal-portafoll, l-ambitu ġeografiku, b'mod partikolari jekk joperaw f'diversi Stati tal-EFTA, u diversifikazzjoni tal-portafoll, minħabba li tali fondi jistgħu jkunu iktar effiċjenti u għalhekk iktar attraenti għal investituri privati, meta mqabbla ma' fondi iżgħar. Ċerti strutturi tal-fond ta' fondi jistgħu jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet sakemm l-kostijiet kumplessivi tal-ġestjoni li jirriżultaw mil-livelli differenti ta' intermedjazzjoni huma paċuti permezzi ta' gwadann sostanzjali fl-effiċjenza.

3.4.2.   Kundizzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji

(94)

Għal strumenti finanzjarji li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-Awtorità tikkunsidra l-elementi stabbiliti fil-paragrafi minn 95 sa 119.

(95)

L-ewwel nett, il-miżura għandha timmobilizza finanzjament addizzjonali mill-parteċipanti fis-suq. Proporzjonijiet minimi ta' investiment privat skont dawk stabbiliti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jistgħu jkunu ġġustifikati biss fid-dawl ta' falliment iktar qawwi tas-suq stabbilit fil-valutazzjoni ex ante. F'dan ir-rigward, il-valutazzjoni ex ante għandha raġonevolment tistima l-livell ta' investiment privat imfittex fid-dawl tal-falliment tas-suq li qed jaffettwa firxa speċifika ta' impriżi eliġibbli fil-mira tal-miżura, jiġifieri l-potenzjal stmat li jinġabar investiment privat addizzjonali abbażi tal-portafoll jew ta' kull negozju. Barra minn hekk, għandu jintwera li l-miżura tattira finanzjament privat addizzjonali li altrimenti ma kienx jiġi pprovdut jew li kien jiġi pprovdut f'forom jew ammonti differenti jew b'kundizzjonijiet differenti.

(96)

Fil-każ ta' miżuri li huma mmirati speċifikament għall-SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom, l-Awtorità tista' taċċetta li l-livell meħtieġ ta' parteċipazzjoni privata jkun ta' natura mhux indipendenti. Alternattivament, għal dawn il-miri tal-investiment, l-Awtorità tista' taċċetta li l-parteċipazzjoni privata mhix independenti fin-natura tagħha, jiġifieri, pereżempju tkun ipprovduta mis-sid tal-impriża benefiċjarja. F'każijiet debitament iġġustifikati, l-Awtorità tista' taċċetta livelli ta' parteċipazzjoni privata iktar baxxi minn dawk stabbiliti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa anki fir-rigward ta' impriżi eliġibbli li jkunu ilhom joperaw f'suq għal inqas minn seba' snin mill-ewwel bejgħ kummerċjali, fid-dawl tal-evidenza ekonomika pprovduta permezz tal-valutazzjoni ex ante fir-rigward tas-suq rilevanti.

(97)

Miżura ta' finanzjament ta' riskju li hija mmirata lejn l-impriżi eliġibbli li jkun ilhom joperaw f'suq għal aktar minn seba' snin mill-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom meta jsir l-ewwel investiment għall-finanzjament ta' riskju, għandu jkollha restrizzjonijiet xierqa kemm f'termini ta' limiti ta' żmien (pereżempju, 10 snin minflok sebgħa) jew kriterji oġġettivi oħra ta' natura kwalitattiva relatati mal-istadju ta' żvilupp tal-impriżi fil-mira. Għal dawn il-miri ta' investiment l-Awtorità normalment tkun tirrikjedi proporzjon minimu ta' parteċipazzjoni privata ta' 60 %.

(98)

It-tieni, flimkien mal-livell propost ta' parteċipazzjoni privata, l-Awtorità tqis ukoll il-bilanċ tar-riskji u l-benefiċċji bejn l-investituri pubbliċi u dawk privati. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tqis b'mod pożittiv miżuri li bihom it-telf ikun kondiviż pari passu bejn l-investituri, u fejn investituri privati jirċievu biss inċentivi pożittivi. Fil-prinċipju, iktar ma l-kondiviżjoni tar-riskji u l-benefiċċji tkun tqarreb lejn il-prattiki kummerċjali attwali, iktar ikun probabbli li l-Awtorità taċċetta livell iktar baxx ta' parteċipazzjoni privata.

(99)

It-tielet, il-livell tal-istruttura tal-finanzjament li fih il-miżura għandha l-għan li tiġbor investiment privat huwa ta' importanza. Fil-livell tal-fond ta' fondi, il-kapaċità li jkun attirat finanzjament privat tista' tiddependi fuq użu iktar estensiv ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni kontra telf possibbli. Għal kuntrarju ta' dan, dipendenza eċċessiva fuq tali mekkaniżmi tista' toħloq distorsjoni fl-għażla ta' impriżi eliġibbli u twassal għal eżiti ineffiċjenti fejn investituri privati jintervjenu fil-livell tal-investiment fl-impriżi u abbażi ta' kull tranżazzjoni.

(100)

Fil-valutazzjoni tan-neċessità tat-tfassil speċifiku tal-miżura, l-Awtorità tista' tqis l-importanza tar-riskju residwu miżmum minn investituri privati magħżula fir-rigward tat-telf mistenni u dak mhux mistenni preżunt mill-investitur pubbliku, kif ukoll il-bilanċ tar-redditu mistenni bejn l-investitur pubbliku u l-investituri privati. Għalhekk, profil differenti tar-riskji u l-gwadanji jista' jkun aċċettat jekk dan jimmassimizza l-ammont ta' investiment privat, mingħajr ma jfixkel il-karattru ġenwin xprunat mill-profitti tad-deċiżjonijiet ta' investiment.

(101)

Ir-raba', in-natura eżatta tal-inċentivi għandha tiġi ddeterminata permezz ta' proċess miftuħ u mhux diskriminatorju għall-għażla tal-intermedjarji finanzjarji, u l-maniġers tal-fondi u l-investituri. Bl-istess mod, il-maniġers tal-fond ta' fondi għandhom ikunu meħtieġa li bħala parti mill-mandat ta' investiment tagħhom, legalment jimpenjaw ruħhom li permezz ta' proċess kompetittiv għall-għażla ta' intermedjarji finanzjarji, maniġers tal-fondi jew investituri, jiddeterminaw il-kundizzjonijiet preferenzjali li jistgħu japplikaw fil-livell ta' sottofondi.

(102)

Bil-għan li jagħtu prova tal-ħtieġa tal-kundizzjonijiet speċifiċi li huma l-bażi tat-tfassil tal-miżura, l-Istati tal-EFTA jistgħu jintalbu jipproduċu evidenza li turi li, fil-proċess tal-għażla tal-investituri privati, il-parteċipanti kollha fil-proċess kienu qegħdin jitolbu kundizzjonijiet li ma jkunux koperti mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, jew f'każ li s-sejħa għall-offerti ma kinitx konklużiva.

(103)

Il-ħames ħaġa, l-intermedjarju finanzjarju jew il-maniġer tal-fond jista' jikkoinvesti flimkien mal-Istat tal-EFTA, sakemm dan jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali. L-intermedjarju finanzjarju għandu jieħu mill-inqas 10 % tal-biċċa tal-ewwel telf. Tali koinvestiment jista' jikkontribwixxi biex jiżgura li d-deċiżjonijiet ta' investiment ikunu allinjati mal-miri ta' politika rilevanti. L-abbiltà tal-maniġer sabiex jipprovdi investiment mir-riżorsi proprji tiegħu tista' tkun wieħed mill-kriterji tal-għażla.

(104)

Fl-aħħar nett, miżuri ta' finanzjament ta' riskju li jagħmlu użu minn strumenti ta' dejn għandhom jipprovdu għal mekkaniżmu li jiżgura li l-intermedjarju finanzjarju jgħaddi l-vantaġġ li jirċievi mill-Istat lil intrapriżi benefiċjarji finali, pereżempju fil-forma ta' rati ta' imgħax iktar baxxi, rekwiżiti tal-kollateral imnaqqsa jew taħlita tagħhom it-tnejn. L-intermedjarju finanzjarju jista' wkoll jgħaddi l-vantaġġ billi jinvesti f'impriżi li għalkemm potenzjalment vijabbli, skont il-kriterji interni ta' klassifikazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju, ikunu fi klassi ta' riskju fejn l-intermedjarju ma jinvestix fin-nuqqas ta' miżura għall-finanzjament ta' riskju. Il-mekkaniżmu ta' trasferiment għandu jinkludi arranġamenti ta' monitoraġġ adegwat, kif ukoll mekkaniżmu ta' restituzzjoni.

(105)

L-Istati tal-EFTA jistgħu jużaw firxa ta' strumenti finanzjarji bħala parti minn miżura ta' finanzjament ta' riskju, bħal strumenti ta' ekwità u ta' kważiekwità, strumenti ta' self jew garanziji fuq bażi mhux pari passu. Fil-paragrafi minn 106 sa 119 ta' hawn taħt hemm stabbiliti l-elementi li l-Awtorità tqis fil-valutazzjoni tagħha ta' tali strumenti finanzjarji speċifiċi.

(a)   Investimenti ta' ekwità

(106)

L-istrumenti tal-investiment ta' ekwità jistgħu jieħdu l-forma ta' investimenti ta' ekwità jew kważiekwità f'impriża, li permezz tagħhom l-investitur jixtri s-sjieda (parti minnha) ta' dik l-impriża.

(107)

Strumenti azzjonarji jista' jkollhom diversi karatteristiċi asimmetriċi, li jipprovdu trattament divrenzjat tal-investituri minħabba li xi wħud jistgħu jipparteċipaw f'parti akbar tar-riskji u l-gwadanji minn oħrajn. Biex ittaffi r-riskji tal-investituri privati, il-miżura tista' toffri protezzjoni pożittiva (l-investitur pubbliku li jċedi parti mir-redditu) jew il-protezzjoni kontra parti mit-telf (limitazzjonji tat-telf għall-investitur privat) jew taħlita tat-tnejn.

(108)

l-Awtorità tqis li inċentivi pożittivi joħolqu allinjament aħjar ta' interessi bejn l-investituri pubbliċi u dawk privati. Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni għal telf possibbli fejn l-investitur pubbliku jista' jkun espost għal riskji ta' prestazzjoni fqira tista' twassal għal miżallinjament tal-interessi u għażla avversa mill-intermedjarji finanzjarji jew l-investituri.

(109)

L-Awtorità tqis li strumenti azzjonarji b'redditu limitat, (27) opzjoni eżerċitabbli (28) u qsim tal-flus minħabba introjtu asimmetriku (29) joffru inċentivi tajba, speċjalment f'sitwazzjonijiet karatterizzati minn falliment tas-suq inqas sever.

(110)

Strumenti azzjonarji b'karatteristiċi ta' kondiviżjoni mhux pari passu tat-telf li jmorru lil hinn mil-limiti stabbiliti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jistgħu jkunu ġustifikat biss għal miżuri li jindirizzaw fallimenti tas-suq severi identifikati fil-valutazzjoni ex ante, bħal miżuri mmirati l-iktar lejn SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom jew fl-istadju ta' prova tal-kunċett. Biex tkun evitata protezzjoni estensiva ta' telf possibbli, l-ewwel parti tat-telf imġarrba mill-investitur pubbliku trid tkun limitata.

(b)   Strumenti ta' dejn finanzjat: self

(111)

Miżura ta' finanzjament ta' riskju tista' tkopri għoti ta' self fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji jew tal-benefiċjarji finali.

(112)

Strumenti ta' dejn iffinanzjat jistgħu jieħdu forom differenti, inkluż self subordinat u self b'kondiviżjoni tar-riskji tal-portafoll. Is-self subordinat jista' jingħata lill-intermedjarji finanzjarji sabiex isaħħu l-istruttura kapitali tagħhom, bil-għan li jkunu jistgħu jipprovdu finanzjament addizzjonali lill-impriżi eliġibbli. Is-self għall-kondiviżjoni tar-riskji tal-portafoll huwa mfassal biex jipprovdi self lil intermedjarji finanzjarji li jikkommettu ruħhom li jikkofinanzjaw portafoll ta' self ġdid jew lokazzjonijiet lil impriżi eliġibbli sa ċerta rata ta' kofinanzjament flimkien ma' kondiviżjoni tar-riskju ta' kreditu tal-portafoll skont is-self (jew lokazzjoni). Fiż-żewġ każijiet, l-intermedjarju finanzjarju jaġixxi bħala koinvestitur fl-impriżi eliġibbli imma jgawdi minn trattament preferenzjali meta mqabbel mal-investitur/mutwanti pubbliku minħabba li l-istrument itaffi l-iskopertura tiegħu stess li tirriżulta mill-portafoll tas-self sottostanti.

(113)

Ġeneralment, fejn il-karatteristiċi tal-istrument ta' mitigazzjoni tar-riskju jwasslu lill-investitur/mutwanti pubbliku biex jassumi, fir-rigward tal-portafoll tas-self sottostanti, pożizzjoni tal-ewwel telf li taqbeż il-limitu stabbilit mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, il-miżura tista' tiġi ġġustifikata biss f'każ ta' falliment sever tas-suq li għandu jkun identifikat b'mod ċar fil-valutazzjoni ex ante. L-Awtorità tikkunsidra b'mod pożittiv il-miżuri li jipprovdu limitu massimu espliċitu fuq l-ewwel telf preżunt mill-investitur pubbliku, b'mod partikolari meta tali limitu massimu ma jaqbiżx il-35 %.

(114)

Strumenti ta' self għall-kondiviżjoni tar-riskju tal-portafoll tas-self għandhom jiżguraw rata ta' koinvestiment sostanzjali mill-intermedjarji finanzjarji magħżula. Dan huwa preżunt li huwa l-każ jekk din ir-rata tkun iktar baxxa minn 30 % tal-valur tal-portafoll tas-self sottostanti.

(115)

Jekk l-istrumenti ta' dejn iffinanzjati jintużaw għall-finanzjament mill-ġdid tas-self eżistenti, huma ma jitqisux li jiġġeneraw effett ta' inċentiv u kull element ta' għajnuna fi strumenti bħal dawn ma jistax jitqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(c)   Strumenti ta' dejn mhux finanzjat: garanziji

(116)

Miżura ta' finanzjament tar-riskji tista' tipprovdi għall-għoti ta' garanziji lill-intermedjarji finanzjarji jew lill-benefiċjarji finali. It-tranżazzjonijiet eliġibbli koperti mill-garanzija għandhom ikunu tranżazzjonijiet ta' self eliġibbli għall-finanzjament ta' riskju oriġinati ġodda, inklużi strumenti ta' lokazzjoni, kif ukoll strumenti ta' investiment fi kważiekwità, bl-esklużjoni ta' strumenti azzjonarji.

(117)

Il-garanziji għandhom jiġu pprovduti fuq bażi ta' portafoll. L-intermedjarji finanzjarji jistgħu jagħżlu t-tranżazzjonijiet li jixtiequ jinkludu fil-portafoll kopert mill-garanzija, sakemm it-tranżazzjonijiet inklużi jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà kif definiti mill-miżura ta' finanzjament tar-riskji. Il-garanziji għandhom jiġu offruti b'rata li tiżgura livell xieraq ta' kondiviżjoni tar-riskji u l-gwadanji mal-intermedjarji finanzjarji. B'mod partikolari, f'każijiet ġustifikati kif imiss u skont ir-riżultati tal-valutazzjoni ex ante, ir-rata tal-garanzija tista' tkun ogħla mir-rata massima provdut għaliha fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, iżda ma għandhiex taqbeż id-90 %. Dan jista' jkun il-każ għall-garanziji fuq is-self jew l-investimenti ta' kważiekwità fl-SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom.

(118)

Fil-każ ta' garanziji limitati, ir-rata ta' limitu fil-prinċipju għandha tkopri biss it-telf mistenni. Jekk hija tkopri wkoll it-telf mhux mistenni, dan tal-aħħar għandu jkun ipprezzat f'livell li jirrifletti l-kopertura addizzjonali tar-riskju. B'mod ġenerali, ir-rata massima ma għandhiex taqbeż il-35 %. Il-garanziji mhux limitati (garanziji b'rata ta' garanzija, iżda mingħajr ebda rata massima) jistgħu jiġu pprovduti f'każijiet debitament ġustifikati u jiġu pprezzati b'tali mod li jkunu jirriflettu l-kopertura tar-riskji addizzjonali pprovduta mill-garanzija.

(119)

Id-durata tal-garanzija għandha tkun limitata fiż-żmien, normalment sa massimu ta' 10 snin, mingħajr preġudizzju għall-maturità tal-istrumenti tad-dejn individwali koperti mill-garanzija, li tista' tkun itwal. Il-garanzija titnaqqas jekk l-intermedjarju finanzjarju ma jinkludi l-ebda ammont minimu ta' investiment fil-portafoll matul perjodu speċifiku. Tariffi ta' impenn ikunu meħtieġa għall-ammonti li ma jintużawx. Għandhom jintużaw metodi bħall-tariffi ta' impenn, avvenimenti ta' skattar jew avvenimenti importanti bil-għan li jinċentivaw lill-intermedjarji sabiex jilħqu l-volumi miftehma.

3.4.3.   Kundizzjonijiet għal strumenti fiskali

(120)

Kif imsemmi fit-Taqsima 3.3.2(d), il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa huwa limitat għall-inċentivi fiskali li huma mmirati lejn investituri li huma persuni fiżiċi. Għalhekk, il-miżuri li jużaw inċentivi fiskali sabiex iħeġġu lill-investituri korporattivi jipprovdu finanzjament lill-impriżi eliġibbli, direttament jew indirettament permezz tal-akkwist ta' ishma f'fond iddedikat jew f'tipi oħrajn ta' mezzi ta' investiment li jinvestu f'impriżi bħal dawn, huma soġġetti għal notifika lill-Awtorità.

(121)

Bħala regola ġenerali, l-Istati tal-EFTA jridu jibbażaw il-miżuri fiskali tagħhom fuq is-sejbiet ta' falliment tas-suq fil-valutazzjoni ex ante, u għalhekk jimmiraw l-istrument tagħhom lejn kategorija definita sew ta' impriżi eliġibbli.

(122)

L-inċentivi fiskali lill-investituri korporattivi jistgħu jieħdu l-forma ta' ħelsien mit-taxxa fuq l-introjtu u/jew ħelsien mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali u d-dividendi, inklużi l-krediti tat-taxxa u d-diferimenti. Fil-kuntest tal-prattika tagħha ta' eżekuzzjoni, l-Awtorità ġeneralment ikkunsidrat bħala kompatibbli ħelsien mit-taxxa fuq l-introjtu mfassal b'tali mod li jkun fih limiti speċifiċi dwar il-perċentwali massimu tal-ammont investit li l-investitur jista' jitlob għal skopijiet ta' ħelsien mit-taxxa, kif ukoll massimu ta' ammont ta' ħelsien mit-taxxa li jista' jitnaqqas minn obbligazzjonijiet ta' taxxa tal-investitur. Barra minn hekk, l-obbligazzjoni ta' taxxa fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' ishma jista' jkun diferit jekk jiġi investit mill-ġdid f'investimenti eliġibbli fi żmien ċertu perjodu, filwaqt li t-telf li jirriżulta mal-bejgħ ta' tali ishma jista' jitnaqqas mill-profitti akkumulati minn ishma oħra suġġetti għall-istess taxxa.

(123)

B'mod ġenerali, l-Awtorità hija tal-fehma li dawn it-tipi ta' miżuri fiskali huma xierqa u għalhekk għandhom effett ta' inċentiv jekk l-Istat tal-EFTA jkun jista' jipproduċi evidenza li turi li l-għażla tal-impriżi eliġibbli hija bbażata fuq sett strutturat sewwa ta' rekwiżiti tal-investiment, magħmul pubbliku permezz ta' pubbliċità xierqa, u li tistabbilixxi l-karatteristiċi tal-impriżi eliġibbli li huma soġġetti għal falliment ipprovat tas-suq.

(124)

Mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta' prolongazzjoni ta' miżura, l-iskemi fiskali għandu jkollhom tul massimu ta' 10 snin. Jekk, wara 10 snin, l-iskema hija prolongat, l-Istat tal-EFTA għandu jwettaq valutazzjoni ex ante ġdida flimkien mal-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-iskema matul il-perjodu tal-implimentazzjoni tagħha.

(125)

Fl-analiżi tagħha, l-Awtorità għandha tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema fiskali nazzjonali rilevanti u l-inċentivi fiskali li diġà jeżistu fl-Istat tal-EFTA, kif ukoll l-interazzjoni bejn dawk l-inċentivi, iddedikati għall-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa. Għandu jiġi żgurat ukoll li r-regoli dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa japplikaw kif dovut.

(126)

Il-vantaġġ fiskali għandu jkun miftuħ għall-investituri kollha li jissodisfaw il-kriterji meħtieġa, mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-post ta' stabbiliment tagħhom u sakemm l-Istat tal-EFTA kkonċernat ikun konformi mal-istandards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet relatati mat-taxxa. Għalhekk, l-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw pubbliċità adegwata fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u l-parametri tekniċi tal-miżura. Dawn għandhom jinkludu l-livelli u l-limiti massimi meħtieġa li jiddefinixxu l-vantaġġ massimu li jista' jieħu kull investitur individwali mill-miżura, kif ukoll l-ammont ta' investiment massimu li jista' jsir f'impriżi eliġibbli individwali.

3.4.4.   Kundizzjonijiet għal miżuri li jsostnu l-pjattaformi multilaterali għan-negozjar

(127)

Rigward miżuri ta' għajnuna ta' sostenn pjattaformi multilaterali għan-negozjar lil hinn mil-limiti stipulati fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-operatur tal-pjattaforma jrid jipprovdi pjan tal-operat li juri li l-pjattaforma megħjuna tista' issir awtosostenibbli f'inqas minn 10 snin. Barra minn hekk, ix-xenarji kontrofattwali plawżibbli għandhom jiġu pprovduti fin-notifika li tqabbel is-sitwazzjonijiet li fihom jiġu kkonfrontati l-impriżi kummerċjabbli li kieku l-pjattaforma ma kinitx teżisti, f'termini tal-aċċess għall-finanzjament neċessarju.

(128)

L-Awtorità tħares b'mod favorevoli lejn pjattaformi multilaterali għan-negozjar stabbiliti minn diversi Stati tal-EFTA u li joperaw f'diversi Stati tal-EFTA, minħabba li dawn jistgħu jkunu partikolarment effiċjenti u attraenti għall-investituri privati, b'mod partikolari għall-investituri istituzzjonali.

(129)

Barra minn hekk, l-istrateġija tal-operat proposta tal-pjattaforma għandha turi li, minħabba nuqqas persistenti ta' elenkar fuq tali pjattaformi, u għalhekk nuqqas ta' likwidità, il-pjattaforma kkonċernata għandha tiġi sostnuta għal perjodu ta' żmien qasir, minkejja l-vijabbiltà fit-tul tagħha. L-Awtorità tikkunsidra b'mod pożittiv għajnuna għat-twaqqif ta' pjattaforma multilaterali għan-negozjar fl-Istati tal-EFTA fejn l-ebda tali pjattaforma ma teżisti. Fil-każ li l-pjattaforma multilaterali għan-negozjar li għandha tkun sostnuta hija sottopjattaforma jew sussidjarja ta' borża tal-kambju eżistenti, l-Awtorità tagħti attenzjoni partikolari għall-valutazzjoni ta' nuqqas ta' finanzjament li tali sottopjattaforma tiffaċċa.

3.5.   L-effett ta' inċentiv tal-għajnuna

(130)

L-għajnuna mill-Istat tista' tkun biss kompatibbli ma' suq intern jekk ikollha effett ta' inċentiv li jġiegħel lill-benefiċjarju tal-għajnuna jbiddel l-imġiba tiegħu billi jwettaq attivitajiet li kieku ma kienx iwettaq mingħajr l-għajnuna jew li kien iwettaq b'mod iktar ristrettiv minħabba l-eżistenza ta' falliment tas-suq. Fil-livell ta' impriżi eliġibbli, effett ta' inċentiv iseħħ meta l-benefiċjarju finali jista' jiġbor il-finanzjament li ma kienx ikun inkella disponibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-forma, l-ammont jew l-iskedar.

(131)

Miżuri ta' finanzjament ta' riskju għandhom jinċentivizzaw lill-investituri tas-suq sabiex jipprovdu finanzjament lill-impriżi eliġibbli potenzjalment vijabbli 'l fuq mil-livelli attwali u/jew sabiex jassumu riskju addizzjonali. Miżura ta' finanzjament ta' riskju titqies li għandha effett ta' inċentiv jekk timmobilizza investimenti mis-sorsi tas-suq sabiex b'hekk il-finanzjament totali pprovdut lill-impriżi eliġibbli jaqbeż il-baġit tal-miżura. Għaldaqstant, element ewlieni fl-għażla tal-intermedjarji finanzjarji u tal-maniġers tal-fondi għandu jkun l-abbiltà tagħhom li jimmobilizzaw l-investiment privat addizzjonali.

(132)

Il-valutazzjoni tal-effett ta' inċentiv hija marbuta mill-qrib mal-valutazzjoni tal-falliment tas-suq diskussa fit-Taqsima 3.3. Barra minn hekk, l-adegwatezza tal-miżura biex jinkiseb l-effett ta' ingranaġġ fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq it-tfassil tal-miżura fir-rigward tal-bilanċ tar-riskji u l-gwadanji bejn il-fornituri pubbliċi u dawk privati tal-finanzjament, li huwa wkoll marbut mill-qrib mal-kwistjoni dwar jekk it-tfassil tal-miżura ta' għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta' riskju hux xieraq (ara t-Taqsima 3.4 hawn fuq). Għaldaqstant, ladarba jiġi identifikat kif xieraq il-falliment fis-suq u l-miżura jkollha disinn xieraq, ikun jista' jiġi preżunt li tabilħaqq hemm effett ta' inċentiv.

3.6.   Proporzjonalità tal-għajnuna

(133)

L-għajnuna mill-Istat trid tkun proporzjonata b'relazzjoni mal-falliment tas-suq li jkun qed jiġi indirizzat sabiex jinkisbu l-objettivi rilevanti tal-politika. Hija għandha tkun imfassal b'mod kosteffiċjenti, f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda. Sabiex miżura ta' għajnuna tkun tista' titqies bħala proporzjonata, l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu strett meħtieġ sabiex jiġi attirat il-finanzjament mis-suq bil-għan li titnaqqas id-diskrepanza fil-finanzjament identifikata, mingħajr ma jiġu ġġenerati vantaġġi żejda.

(134)

Bħala regola ġenerali, fil-livell tal-benefiċjarji finali, għajnuna għall-finanzjament ta' riskju hija meqjusa bħala proporzjonali jekk l-ammont totali ta' finanzjament sindakat (pubbliku u privat) pprovdut fil-miżura għall-finanzjament ta' riskju huwa limitat għad-daqs tad-diskrepanza tal-likwidità identifikat fil-valutazzjoni ex ante. Fil-livell tal-investituri, l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ sabiex jiġi attirat il-kapital privat bil-għan li jinkiseb l-effett ta' ingranaġġ minimu u titnaqqas id-diskrepanza fil-finanzjament.

3.6.1.   Kundizzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji

(135)

Il-miżura għandha tiżgura li jkun hemm bilanċ bejn il-kundizzjonijiet preferenzjali offruti minn strument finanzjarju sabiex jiġi massimizzat l-effett ta' ingranaġġ waqt li tindirizza l-falliment tas-suq identifikat fuq naħa waħda, u l-ħtieġa għall-istrument li jiġġenera redditi finanzjarji suffiċjenti biex jibqa' operattiv vijabbli, fuq in-naħa l-oħra.

(136)

In-natura eżatta u l-valur tal-inċentivi għandhom ikunu determinati permezz ta' proċess tal-għażla miftuħ u mhux diskriminatorju, li fih intermedjarji finanzjarji, kif ukoll maniġers ta' fondi jew investituri jintalbu jippreżentaw offerti li jikkompetu. L-Awtorità tqis li fejn ikunu stabbiliti xi redditi asimmetriċi aġġustati għar-riskju jew kondiviżjoni ta' telf permezz ta' proċess bħal dan, l-istrument finanzjarju għandu jitqies bħala proporzjonat u li jirrifletti rata ġusta ta' redditu (FRR). Fejn il-maniġers ta' fondi huma magħżula permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja li teħtieġ li l-applikanti jippreżentaw il-bażi tal-investituri tagħhom bħala parti mill-proċess tal-għażla, l-investituri privati huma kkunsidrati li huma magħżula b'mod xieraq.

(137)

Fil-każ ta' koinvestiment minn xi fond pubbliku ma' investituri privati li jipparteċipaw skont it-tranżazzjoni, dawn tal-aħħar għandhom jintgħażlu permezz ta' proċess kompetittiv xieraq fir-rigward ta' kull tranżazzjoni, li huwa l-mod preferut biex tkun stabbilita l-FRR.

(138)

Fejn investituri privati ma jkunux magħżula permezz ta' proċess bħal dan (pereżempju għax il-proċedura tal-għażla ma kinitx efettiva u konklussiva) sabiex jiġi evitat kumpens żejjed lill-investituri, l-FRR għandha tkunu stabbilita minn espert indipendenti fuq il-bażi ta' analiżi ta' punti referenzjarji tas-suq u r-riskju tas-suq bl-użu ta' metodoloġija ta' valutazzjoni tal-fluss tal-flus skontat. Abbażi ta' dan, l-espert indipendenti għandu jikkalkula livell minimu ta' FRR u miegħu jżid marġini xieraq li jkun jirrifletti r-riskji.

(139)

F'każ bħal dan, għandu jkun hemm fis-seħħ ir-regoli xierqa biex jinħatar l-espert indipendenti. Bħala minimu, l-espert għandu jkun liċenzjat biex jipprovdi parir bħal dan, ikun irreġistrat mal-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti, jikkonforma mar-regoli professjonali u deontoloġiċi maħruġa minn dawk l-assoċjazzjonijiet, ikun indipendenti u jkun responsabbli għall-akkuratezza tal-għarfien espert tiegħu. Fil-prinċipju, l-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. L-istess espert indipendenti ma jistax jintuża darbtejn f'perjodu ta' tliet snin.

(140)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-karatteristiċi tal-miżura jista' jkun fihom diversi investimenti pubbliċi u privati b'kondiviżjoni asimmetrika tal-profitti jew skedati asimmetrikament, sakemm ir-redditi mistennija aġġustati skont ir-riskju għall-investituri privati jkunu limitati għall-FRR.

(141)

Bħala prinċipju ġenerali, l-Awtorità tqis li l-allinjament ekonomiku tal-interessi bejn l-Istat tal-EFTA u l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom, kif xieraq, jista' jnaqqas l-għajnuna. L-interessi għandhom ikunu allinjati kemm fir-rigward tal-kisba tal-miri ta' politika speċifiċi u kif ukoll il-prestazzjoni finanzjarja tal-investiment pubbliku fl-istrument.

(142)

L-intermedjarju finanzjarju jew il-maniġer ta' fond jista' jikkoinvesti flimkien mal-Istat tal-EFTA, sakemm il-patti u l-kundizzjonijiet ta' tali koinvestiment huma tali li jeskludu kull possibbiltà ta' kunflitt ta' interessi. Tali koinvestiment jista' jinċentivizza lill-maniġer biex jallinja d-deċiżjonijiet ta' investiment mal-miri ta' politika stabbiliti. L-abbiltà tal-maniġer sabiex jipprovdi investiment mir-riżorsi proprji tiegħu tista' tkun wieħed mill-kriterji tal-għażla.

(143)

Ir-remunerazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji jew tal-maniġers tal-fondi, skont it-tip ta' miżura għall-finanzjament ta' riskju, għandha tinkludi tariffa maniġerjali annwali, kif ukoll inċentivi bbażati fuq prestazzjoni, bħal l-imgħax riportat.

(144)

Il-komponent tar-remunerazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni għandu jkun sinifikanti u maħsub biex jippremja l-prestazzjoni finanzjarja, kif ukoll il-kisba ta' miri ta' politika speċifiċi stabbilit bil-quddiem. Inċentivi relatati mal-politika jridu jkunu bbilanċjati ma' inċentivi bbażati fuq il-prestazzjoni finanzjarja li huma meħtieġa biex jiżguraw għażla effiċjenti ta' impriżi eliġibbli li fihom isiru l-investimenti. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis il-penali possibbli pprovdut għalihom fil-ftehim ta' finanzjament bejn l-Istat tal-EFTA u l-intermedjarju finanzjarju, u li japplikaw f'każ li l-miri ta' politika definiti ma jintlaħqux.

(145)

Il-livell ta' remunerazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni għandu jkun iġġustifikat fuq il-bażi tal-prassi tas-suq reilevanti. Il-manigers għandhom ikunu remunerati mhux biss għall-iżbors b'suċċess u l-ammont ta' kapital privat miġbur, iżda wkoll għar-redditi fuq l-investiment b'suċċess, bħal irċevuti ta' introjtu u dawk kapitali li jaqbżu ċerta rata minima ta' redditu.

(146)

It-total tat-tariffi ta' ġestjoni ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet operattivi u dawk ta' ġestjoni neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-istrument finanzjarju kkonċernat, flimkien ma' profitt raġonevoli, f'konformità mal-prattika tas-suq. It-tariffi ma jistgħux jinkludu l-kostijiet tal-investiment.

(147)

Minħabba li l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom, kif xieraq, għandhom ikunu magħżula permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, l-istruttura kumplessiva tat-tariffi tista' tkun evalwata bħala parti mill-punteġġ ta' dak il-proċess tal-għażla u r-remunerazzjoni massima tista' tiġi stabbilita bħala riżultat ta' tali għażla.

(148)

Fil-każ ta' ħatra diretta lil entità fdata, l-Awtorità tqis li t-tariffa annwali għall-ġestjoni, fil-prinċipju ma għandhiex taqbeż it-3 % tal-kapital li għandu jkun ikkontribwit għall-entità, esklużi l-inċentivi bbażati fuq prestazzjoni.

3.6.2.   Kundizzjonijiet għal strumenti fiskali

(149)

L-investiment totali għal kull impriża benefiċjarja, ma jistax jaqbeż l-ammont massimu stabbilit mid-dispożizzjoni dwar il-finanzjament ta' riskju tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(150)

Indipendentement mit-tip ta' ħelsien mit-taxxa, l-ishma eliġibbli għandhom ikunu ishma ordinarji b'riskju sħiħ, maħruġin ġodda minn impriża eliġbbli kif definit fil-valutazzjoni ex ante, u huma għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin. It-tnaqqis tat-taxxa ma jistax ikun disponibbli għal dawk l-investituri li mhumiex indipendenti mill-kumpanija li jkun sar l-investiment fiha.

(151)

F'każ ta' ħelsien mit-taxxa fuq l-introjtu, l-investituri li jipprovdu finanzi lil impriżi eliġibbli jistgħu jirċievu ħelsien sa perċentwali raġonevoli tal-ammont investit f'impriżi eliġibbli, sakemm l-obligazzjoni massima ta' taxxa fuq l-introjtu tal-investitur, kif stabbilita qabel il-miżura fiskali, ma tinqabiżx. L-Awtorità tqis raġonevoli li tillimita l-ħelsien mit-taxxa għal 30 % ta' ammont investit. It-telf li jirriżulta mat-trasferiment tal-ishma jista' jiġi paċut kontra t-taxxa fuq l-introjtu.

(152)

Fil-każ ta' ħelsien mit-taxxa fuq id-dividendi, kull dividend irċevut fir-rigward tal-ishma kwalifikanti jista' jkun eżentat kompletament mit-taxxa fuq l-introjtu. Bl-istess mod, fil-każ ta' ħelsien mit-taxxa fuq qligħ kapitali, kull profitt fuq il-bejgħ ta' ishma kwalifikanti jista' jkun kompletament eżenti mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali. Barra minn hekk, l-obbligazzjoni ta' taxxa fuq il-qligħ kapitali fir-rigward tat-trasferiment tal-ishma kwalifikattivi eżistenti tista' tiġi differita jekk tiġi investita mill-ġdid f'ishma kwalifikanti fi żmien sena.

3.6.3.   Kundizzjonijiet għal pjattaformi multilaterali għan-negozjar

(153)

Sabiex tippermetti analiżi xierqa tal-proporzjonalità tal-għajnuna lill-operatur ta' pjattaforma multilaterali għan-negozjar, l-għajnuna mill-Istat tista' tingħata biex tkopri sa 50 % tal-kostijiet ta' investiment imġarrba għall-istabbiliment ta' pjattaforma bħal din.

(154)

Fil-każ ta' inċentivi fiskali lil investituri korporattivi, l-Awtorità tivvaluta l-miżura fl-isfond tal-kundizzjonijiet stabbiliti għal strumenti fiskali f'dawn il-Linji Gwida.

3.7.   L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(155)

Il-miżura ta' għajnuna mill-Istat għandha titfassal b'tali mod li tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern. L-effetti negattivi għandhom jiġu bbilanċjati kontra l-effett pożittiv globali tal-miżura. Fil-każ ta' miżuri ta' finanzjament ta' riskju, l-effetti potenzjali negattivi għandhom ikunu vvalutati f'kull livell fejn tista' tkun preżenti l-għajnuna: l-investituri, l-intermedjarji finanzjarji u l-maniġers tagħhom, u l-benefiċjarji finali.

(156)

Sabiex l-Awtorità tkun tista' tivvaluta l-effetti x'aktarx negattivi, l-Istat tal-EFTA jista' jippreżenta, bħala parti mill-valutazzjoni ex ante, kull studju għad-dispożizzjoni tiegħu, kif ukoll evalwazzjonijiet ex post imwettqa għal skemi simili, rigward impriżi eliġibbli, strutturi ta' finanzjament simili jew parametri ta' tfassil u ż-żona ġeografika.

(157)

L-ewwel nett, fil-livell tas-suq għall-provvista tal-finanzjament tar-riskji, l-għajnuna mill-Istat tista' twassal għall-esklużjoni tal-investituri privati. Dan jista' jnaqqas l-inċentivi għall-investituri privati biex jiffinanzjaw l-SMEs destinatarji u jinkoraġġihom jistennew li l-Istat jagħti l-għajnuniet għal dawn l-investimenti. Dan ir-riskju jsir iktar rilevanti iktar ma jkun għoli l-ammont tal-finanzjament totali lill-benefiċjarji finali, iktar ma jkun kbir id-daqs ta' dawk l-impriżi benefiċjarji u iktar ma jkun żviluppat l-istadju ta' żvilupp tagħhom, hekk kif il-finanzjament privat isir progressivament disponibbli f'dawk iċ-ċirkostanzi. Barra minn hekk, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tieħu post ir-riskju kummerċjali normali tal-investimenti li kienu jagħmlu l-investituri anki fin-nuqqas tal-għajnuna mill-Istat. Madankollu, sakemm il-falliment tas-suq jiġi definit kif suppost, huwa inqas probabbli li l-miżura għall-finanzjament ta' riskju tirriżulta f'tali esklużjoni (“crowding out”).

(158)

It-tieni, fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji, l-għajnuna jista' jkollha effetti distortivi f'dak li għandu x'jaqsam maż-żieda jew maż-żamma tas-saħħa tal-intermedjarju fis-suq, pereżempju s-suq f'reġjun partikolari. Anki meta l-għajnuna ma ssaħħaħx is-setgħa tal-intermedjarju finanzjarju fis-suq direttament, hija tista' tagħmel dan indirettament, billi tiskoraġġixxi l-espansjoni tal-kompetituri eżistenti, twassal għall-ħruġ tagħhom jew tiskoraġġixxi d-dħul ta' kompetituri ġodda.

(159)

Miżuri ta' finanzjament ta' riskju għandhom ikunu mmirati lejn impriżi orjentati lejn it-tkabbir li ma jstgħux jattiraw livell xieraq ta' finanzjament minn riżorsi privati iżda jistgħu jsiru vijabbli b'għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta' riskju. Madankollu, miżura li tipprovdi għat-twaqqif ta' fond pubbliku li l-istrateġija ta' investiment tiegħu ma tippruvax b'mod suffiċjenti l-vijabbiltà potenzjali tal-impriżi eliġibbli, hija improbabbli li tissodisfa t-test tal-ibbilanċjar, minħabba li f'każ bħal dan l-investiment għall-finanzjament ta' riskju jista' jammonta għal għotja.

(160)

Minħabba li l-kundizzjonijiet dwar il-ġestjoni kummerċjali u t-teħid ta' deċiżjonijiet orjentati lejn il-profitt stabbiliti fid-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament ta' riskju fir-Regolament għal Eeżenzjoni Ġenerali Sħiħa, huma essenzjali biex jiżguraw li l-għażla tal-impriżi benefiċjarji finali hija bbażata fuq loġika kummerċjali, dawk il-kundizzjonijiet ma jistax ikollhom deroga skont dawn il-Linji Gwida, inkluż fejn il-miżura tinvolvi intermedjarji finanzjarji pubbliċi.

(161)

Il-fondi ta' investiment ta' skala żgħira, b'fowkus reġjonali limitat u mingħajr arranġamenti adegwati ta' governanza jkunu analizzati bil-ħsieb li jiġi evitat ir-riskju li jinżammu strutturi tas-suq ineffiċjenti. Skemi ta' finanzjament ta' riskju reġjonali ma jkollhomx skala u ambitu suffiċjenti, minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni marbuta man-nuqqas ta' numru suffiċjenti ta' impriżi eliġibbli bħala miri għall-investiment, li jistgħu jnaqqsu l-effiċjenza ta' tali fondi u jirriżultaw fl-għoti ta' għajnuna lil kumpaniji li jkunu inqas vijabbli. Dawk l-investimenti jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u jipprovdu vantaġġi żejda lil ċerti impriżi. Barra minn hekk, fondi bħal dawn jistgħu jkunu inqas attraenti għall-investituri privati, b'mod partikolari l-investituri istituzzjonali, minħabba li dawn jistgħu jkunu jidhru iktar bħala mezz biex jaqdu l-objettivi ta' politika reġjonali, minflok opportunità ta' negozju vijabbli li toffri redditu aċċettabbli fuq l-investiment.

(162)

It-tielet ħaġa, fil-livell tal-benefiċjarji finali, l-Awtorità tivvaluta jekk il-miżura għandhiex effetti ta' distorsjoni fuq is-swieq tal-prodotti fejn dawk l-impriżi jikkompetu. Pereżempju, il-miżura tista' tfixkel il-kompetizzjoni jekk hija timmira lejn kumpaniji f'setturi li l-prestazzjoni tagħhom tkun inqas mil-livell standard. B'mod partikolari, espansjoni sostanzjali ta' kapaċità kkawżata minn għajnuna mill-Istat f'suq li l-prestazzjoni tiegħu tkun inqas mil-livell standard tista' tfixkel il-kompetizzjoni b'mod esaġerat minħabba li l-ħolqien jew iż-żamma ta' kapaċità eċċessiva jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-marġini ta' profitt, għal tnaqqis fl-investimenti tal-kompetituri jew saħansitra għall-ħruġ tagħhom mis-suq. Dan jista' wkoll jimpedixxi lil kumpaniji milli jidħlu fis-suq. Dan jirriżulta fi strutturi ineffiċjenti tas-suq li, fit-tul, jaffettwaw ħażin lill-konsumaturi wkoll. Meta s-suq fis-setturi mmirati jkun qiegħed jikber, normalment ikun hemm inqas raġuni sabiex wieħed jinkwieta li l-għajnuna se taffettwa b'mod negattiv l-inċentivi dinamiċi jew li se timpedixxi l-ħruġ jew id-dħul b'mod esaġerat. Għalhekk, l-Awtorità tanalizza l-livell ta' kapaċitajiet ta' produzzjoni f'settur partikolari, fid-dawl tad-domanda potenzjali. Sabiex l-Awtorità tkun tista' twettaq valutazzjoni ta' dan it-tip, l-Istat tal-EFTA għandu jindika jekk il-miżura għall-finanzjament ta' riskju hijiex speċifika għas-settur, jew tagħtix preferenza lil ċerti setturi fuq oħrajn.

(163)

L-għajnuna mill-Istat tista' timpedixxi l-mekkaniżmi tas-suq milli jwasslu għal eżiti effiċjenti billi jippremjaw lill-produtturi l-iżjed effiċjenti u jitfgħu pressjoni fuq dawk l-inqas effiċjenti biex jittejbu, jirristrutturaw jew joħorġu mis-suq. Meta impriżi ineffiċjenti jirċievu l-għajnuna, din tista' timpedixxi impriżi oħrajn milli jidħlu fis-suq jew jespandu fis-suq u tista' ddgħajjef l-inċentivi għall-kompetituri sabiex jinnovaw.

(164)

L-Awtorità tivvaluta wkoll kwalunkwe effetti negattivi ta' delokalizzazzjoni potenzjali. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tanalizza jekk fondi reġjonali x'aktarx jinċentivaw delokalizzazzjoni fis-suq intern. Fejn l-attivitajiet tal-intermedjarju finanzjarju huma ffukati fuq reġjun mhux assistit li jmiss ma' reġjuni assistiti, jew reġjun b'intensità ta' għajnuna reġjonali ogħla mir-reġjun fil-mira, ir-riskju ta' distorsjoni bħal din huwa iktar qawwi. Miżura ta' finanzjament tar-riskji reġjonali li tiffoka biss fuq ċerti setturi jista' jkollha wkoll effetti negattivi ta' delokalizzazzjoni.

(165)

Meta l-miżura jkollha effetti negattivi, l-Istat tal-EFTA għandu jidentifika l-mezzi li jnaqqsu dawn id-distorsjonijiet. Pereżempju, l-Istat tal-EFTA jista' juri li l-effetti negattivi se jkunu limitati għall-minimu, meta wieħed iqis, pereżempju, l-ammont kumplessiv tal-investiment u l-għadd ta' benefiċjarji u karatteristiċi tas-setturi fil-mira. Fl-ibbilanċjar tal-effetti pożittivi u dawk negattivi, l-Awtorità tqis ukoll il-kobor ta' tali effetti.

3.8.   Trasparenza

(166)

L-Istati tal-EFTA għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja fuq websajt dwar l-għajnuna mill-Istat komprensiv, fil-livell nazzjonali jew reġjonali:

(i)

it-test tal-iskema ta' għajnuna u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha;

(ii)

l-identità tal-awtorità li tat l-għajnuna;

(iii)

l-ammont totali tal-parteċipazzjoni tal-Istat tal-EFTA fil-miżura;

(iv)

l-identità tal-entità fdata, jekk applikabbli, u l-ismijiet tal-intermedjarji finanzjarji magħżula;

(v)

l-identità tal-intrapriża sostnuta bil-miżura, inkluża informazzjoni dwar it-tip ta' impriża (SME, kumpanija żgħira b'kapitalizzazzjoni medja, kumpanija innovattiva b'kapitalizzazzjoni medja); ir-reġjun (reġjuni ta' statistika fil-livell 2 (30)) li fih tinsab l-impriża; is-settur ekonomiku prinċipali fejn għandha l-attivitajiet tagħha l-impriża fil-livell tal-grupp NACE; il-forma u l-ammont ta' investiment. Rekwiżit bħal dan jista' jitneħħa fir-rigward tal-SMEs li ma wettqu l-ebda bejgħ kummerċjali fi kwalunkwe suq u għal investimenti taħt il-EUR 200 000 f'impriża benefiċjarja finali;

(vi)

fil-każ ta' skemi fiskali ta' għajnuna għall-finanzjament ta' riskju, l-identità tal-investituri korporattivi benefiċjarji (31) u l-ammont ta' vantaġġ fiskali rċevut, fejn dan tal-aħħar jaqbeż il-EUR 200 000. Tali ammont jista' jkun ipprovdut f'firxiet ta' EUR 2 miljun. Informazzjoni bħal din għandha tiġi ppubblikata wara li tittieħed id-deċiżjoni biex tingħata l-għajnuna, għandha tinżamm għal tal-anqas 10 snin u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet. (32)

3.9.   Kumulazzjoni

(167)

Għajnuna għall-finanzjament ta' riskju tista' tiġi kkumulata ma' kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat b'kostijiet eliġibbli li jistgħu jiġu identifikati.

(168)

Għajnuna ta' finanzjament ta' riskju tista' tkun ikkumulata ma' miżuri oħra ta' għajnuna mill-Istat mingħajr kostijiet eliġibbli li jistgħu jiġu identifikati, jew ma' għajnuna de minimis, sal-ogħla limitu massimu ta' finanzjament totali rilevanti ffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ b'Regolament għal eżenzjoni sħiħa jew Deċiżjoni adottata mill-Awtorità

(169)

Il-finanzjament tal-EFTA ġestit ċentralment mill-istituzzjonijiet, aġenziji, impriżi konġunti jew korpi oħra tal-EFTA li mhux direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istati tal-EFTA ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Fejn tali finanzjament taż-ŻEE jkun kkumbinat ma' għajnuna mill-Istat, din tal-aħħar biss titqies biex jiġi stabbilit jekk il-limiti minimi għan-notifika u l-ammonti massimi ta' għajnuna humiex irrispettati, sakemm l-ammont totali ta' fondi pubbliċi mogħtija għall-istess kostijiet eliġibbli ma jkunx jaqbeż ir-rata ta' finanzjament l-iktar favorevoli stabbilita fir-regoli applikabbli tal-liġi taż-ŻEE.

4.   VALUTAZZJONI

(170)

Biex ikun żgurat ulterjorment li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kummerċ huma limitati, l-Awtorità tista' titlob li ċerti skemi jkunu soġġetti għal perjodu limitat u għal evalwazzjoni, li għandha tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

l-effikaċja tal-miżura ta' għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi u l-indikaturi definiti minn qabel; kif ukoll

(b)

l-impatt tal-miżura ta' finanzjament ta' riskju fuq is-swieq u l-kompetizzjoni.

(171)

Evalwazzjoni tista' tkun meħtieġa għall-iskemi ta' għajnuna li ġejjin:

(a)

skemi kbar;

(b)

skemi b'enfasi reġjonali;

(c)

skemi b'fokus settorjali strett;

(d)

skemi li huma mmodifikati, fejn il-modifikazzjoni tħalli impatt fuq il-kriterji tal-eliġibbiltà, fuq l-ammont ta' investiment jew fuq il-parametri tat-tfassil finanzjarji; l-evalwazzjoni tista' tiġi ppreżentata bħala parti min-notifika;

(e)

skemi li fihom karatteristiċi ġodda;

(f)

skemi fejn l-Awtorità titlob dan fid-deċiżjoni li tapprova l-miżura, fid-dawl tal-effetti negattivi potenzjali tagħha.

(172)

L-evalwazzjoni trid titwettaq minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità li tawtorizza l-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi ta' metodoloġija komuni (33) u trid issir pubblika. L-evalwazzjoni trid tiġi ppreżentata lill-Awtorità fiż-żmien opportun, biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tal-estensjoni possibbli tal-iskema tal-għajnuna u fi kwalunkwe każ, qabel l-iskadenza tal-iskema. Il-kamp ta' applikazzjoni preċiż tal-evalwazzjoni u kif għandha ssir jiġu ddefiniti fid-deċiżjoni li tapprova l-miżura ta' għajnuna. Kwalunkwe miżura ta' għajnuna sussegwenti b'objettiv simili għandha tikkunsidra r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni.

5.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

5.1.   Prolongazzjoni tal-Linji Gwidi dwar il-Kapital ta' Riskju.

(173)

Il-linji gwida tal-Awtorità għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju se jiġu applikati sat-30 ta' Ġunju 2014.

5.2.   Applikabbiltà tar-regoli

(174)

L-Awtorità tapplika l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna kollha għall-finanzjament ta' riskju li għandha tingħata mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

(175)

Għajnuna għall-kapital ta' riskju mogħtija b'mod illegali jew li għandha tingħata qabel l-1 ta' Lulju 2014 tkun ivvalutata skont ir-regoli fis-seħħ fid-data li fiha tingħata l-għajnuna.

(176)

Sabiex jintlaħqu l-aspettattivi leġittimi ta' investituri privati, fil-każ ta' skemi ta' finanzjament ta' riskju li jipprovdu għall-finanzjament pubbliku lill-fondi ta' investiment ta' ekwità privati, id-data tal-impenn tal-finanzjament pubbliku lill-fondi ta' investiment ta' ekwità privati, li hija d-data tal-firma tal-ftehim ta' finanzjament, tiddetermina l-applikabbiltà tar-regoli għall-miżura għall-finanzjament ta' riskju.

5.3.   Miżuri xierqa

(177)

L-Awtorità tqis li l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida preżenti twassal għal bidliet sostanzjali fil-prinċipj ta' valutazzjoni għall-għajnuna ta' kapital ta' riskju fl-Istati tal-EFTA. Barra minn hekk, fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali mibdula, jidher meħtieġ li tiġi rieżaminata sew il-ġustifikazzjoni kontinwa għall-iskemi kollha ta' għajnuna tal-kapital ta' riskju u l-effikaċja tagħhom. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tipproponi l-miżuri xierqa li ġejjin lill-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 1(1) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti:

(a)

L-Istati tal-EFTA għandhom jemendaw, fejn neċessarju, l-iskemi eżistenti tagħhom tal-għajnuna għall-kapital ta' riskju, sabiex jinġiebu f'konformità ma' dawn il-Linji Gwida fi żmien sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tagħhom;

(b)

L-Istati tal-EFTA huma mistiedna jagħtu l-kunsens espliċitu u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom għal dawn il-miżuri xierqa proposti fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn il-Linji Gwida: f'każ li ma tingħatax tweġiba, l-Awtorità għandha tassumi li l-Istat EFTA kkonċernat ma jkunx qabel mal-miżuri proposti.

(178)

Sabiex jintlaħqu l-aspettattivi leġittimi tal-investituri privati, l-Istati tal-EFTA ma għandhomx għalfejn jieħdu miżuri xierqa fir-rigward ta' skemi ta' kapital ta' riskju favur l-SMEs fejn l-impenn ta' finanzjament pubbliku għall-fondi ta' investiment ta' ekwità privati, li hija d-data tal-firma ta' dan il-ftehim ta' finanzjament, sar qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn il-Linji Gwida u l-kundizzjonijiet kollha pprovdut għalihom fil-ftehim ta' finanzjament ma jinbidlux. Dawn l-intermedjarji finanzjarji jistgħu jkomplu joperaw minn hemm 'il quddiem u jinvestu skont l-istrateġija ta' investiment oriġinali tagħhom sa tmiem it-tul taż-żmien previst fil-ftehim ta' finanzjament.

5.4.   Rappurtar u monitoraġġ

(179)

Skont l-Artikolu 21 tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti flimkien mal-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL l-Istati tal-EFTA għandhom jissottomettu rapporti annwali lill-Awtorità.

(180)

L-Istati tal-EFTA għandhom iżommu reġistri ddettaljati rigward il-miżuri kollha ta' għajnuna. Tali reġistri għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw l-eliġibbiltà u l-ammonti massimi ta' invetsiment ġew sodisfatti. Dawn ir-rekords iridu jinżammu għal 10 snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna u jridu jiġu kkomunikati lill-Awtorità meta din tagħmel talba għalihom.

5.5.   Reviżjoni

(181)

L-Awtorità tista' tiddeċiedi li tirrieżamina jew temenda dawn il-Linji Gwida f'kull waqt jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet marbuta mal-politika tal-kompetizzjoni jew sabiex tqis politiki taż-ŻEE oħrajn jew impenji internazzjonali, żviluppi fis-swieq, jew għal kwalunkwe raġuni oħra ġustifikata.


(1)  Dawn il-Linji Gwida jikkorrispondu għal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat biex ikunu promossi l-investimenti finanzjarji ta' riskju (ĠU C 19, 22.1.2014, p. 4).

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Pjan ta' azzjoni għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi gġħall-SMEs, COM(2011) 870 final, 7.12.2011.

(3)  COM(2013) 150 final, 25.3.2013.

(4)  Regolamenti b'relevanza għaż-ŻEE.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1). Ir-Regolament għad irid ikun inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(6)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil, COM(2013) 462 final, 2013/0214 (COD).

(7)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1). Id-Direttiva għad trid tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(8)  Il-kwestjonarju kien ippubblikat onlajn: (http://ec.europa.eu/competition/consultations/2012_risk_capital/questionnaire_en.pdf).

(9)  Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat biex ikunu promossi investimenti ta' kapital ta' riskju f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2).

(10)  Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'impriżi ta' daqs żgħir u medju (ĠU C 126, 7.6.2007, p. 19 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 27, 7.6.2007, p. 1), kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 484/10/COL tal-15.12.2010.

(11)  Il-Komunikazzjoni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM), COM(2012) 209 finali, 8.5.2012.

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3), li attwalment qed jiġi rivedut, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2013 tad-29 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 800/2008 rigward il-perjodu tal-applikazzjoni tiegħu (ĠU L 320, 30.11.2013, p. 22), inkorporat bħala punt 1 j fl-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 29/2014 tal-14.2.2014 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU jew fis-Suppliment taż-ŻEE), e.i.f 15.2.2014.

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(14)  ĠU L 97, 15.4.2005, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 18, 14.4.2005, p. 1. Dawk il-Linji gwida ġew imtawla bid-Deċiżjoni Nru 438/12/COL tat-28.11.2012 (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 91 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 40, 11.7.2013, p. 15).

(15)  Ara pereżempju l-Każ C-156/98 il-Ġermanja vs il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857, il-paragrafu 78 u l-Każ C-333/07 Régie Networks vs Rhone Alpes Bourgogne [2008] Ġabra I-10807, il-paragrafi 94-116.

(16)  Investituri privati tipikament jinkludu l-FEI u l-BEI li jinvestu b'riskju proprju u minn riżorsi proprji, il-banek li jinvestu b'riskju proprju u minn riżorsi proprji, dotazzjonijiet u fondazzjonijiet privati, uffiċċji tal-familja u investituri informali, investituri korporattivi, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, individwi privati, u istituzzjonijiet akkademiċi.

(17)  Pereżempju, fil-każ ta' Citynet Amsterdam, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li żewġ operaturi privati li ħadu terz tal-investimenti ta' ekwità totali f'kumpanija (wara li kkunsidrat ukoll l-istruttura azzjonarja globali u l-fatt li l-ishma tagħhom huma biżżejjed biex jifformaw minoranza li timblokka fir-rigward ta' kwalunkwe deċiżjoni strateġika tal-kumpanija) jistgħu jitqiesu bħala ekonomikament sinjifikanti (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża C 53/2006 ta' Citynet Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi (ĠU L 247, 16.9.2008, p. 27, il-paragrafi 96-100). B'kuntrast ma' dan, fil-Kawża N 429/10 tal-Bank Agrikolu tal-Greċja (ATE), ĠU C 317, 29.10.2011, p. 5, il-parteċipazzjoni privata laħqet biss l-10 % tal-investiment, kuntrarju għad-90 % tal-parteċipazzjoni mill-Istat, sabiex b'hekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet pari passu ma ġewx issodisfati, minħabba li l-kapital injettat mill-Istat la kien akkumpanjat minn parteċipazzjoni komparabbli ta' azzjonist privat u lanqas ma kien proporzjonat għan-numru ta' ishma miżmuma mill-Istat.

(18)  Rati ta' Referenza u ta' Skont (ĠU L 104, 21.4.2011, p. 32 u s-Suppliment ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1).

(19)  Għajuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta' garanziji (ĠU L 104, 21.4.2011, p. 32 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1).

(20)  L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 800/2008, ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 12.

(21)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1). Id-Direttiva inkorporat bħala l-punt 31ba fl-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2005 tad- 29.4.2005 (ĠU L 239, 15.9.2005, p. 50 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 46, 15.9.2005, p. 31).

(22)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114) kif ikkoreġuta mill-Corrigendum għad-Direttiva (ĠU L 351, 26.11.2004, p. 44. Id-Direttiva ħassret il-punt 31 fl-Anness XVI (Akkwisti) tal-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2006 tat-2.6.2006 (ĠU L 245, 7.9.2006, p. 22 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 44, 7.9.2006, p. 18).

(23)  Ara l-Kawża C-225/91 Matra vs il-Kummissjoni [1993] Ġabra I-3203, il-paragrafu 42.

(24)  Il-karattru innovattiv ta' SME għandu jkun evalwat fid-dawl tad-definizzjoni stabbilita fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(25)  L-Awtorità tirrikonoxxi l-importanza dejjem tikber tal-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv sabiex jiġi attirat il-finanzjament għall-kumpaniji li jkunu għadhom kemm jiftħu. Għaldaqstant, jekk ikun hemm nuqqas stabbilit fis-suq u fil-każijiet fejn pjattaforma ta' finanzjament kollettiv ikollha operatur li jkun entità ġuridika separata, l-Awtorità tista' tapplika, permezz ta' analoġija, ir-regoli applikabbli għall-pjattaformi multilaterali għan-negozjar. Dan japplika bl-istess mod għall-inċentivi fiskali li jintużaw għall-investiment permezz ta' tali pjattaformi ta' finanzjament kollettiv. Fid-dawl tal-evidenza riċenti tal-finanzjament kollettiv fl-Unjoni/ŻEE, il-miżuri ta' finanzjament ta' riskju li jinvolvu l-finazjament kollettiv x'aktarx li jkunu soġġetti għal evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 4 ta' dawn il-Linji Gwida.

(26)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 22.

(27)  Redditu limitat għall-investitur pubbliku b'rata minima ta' redditu stabbilita minn qabel jekk ir-rata ta' redditu definita minn qabel tinqabeż, ir-redditi kollha 'l fuq mir-rata jitqassmu lill-investituri privati biss.

(28)  Opzjonijiet eżerċitabbli fuq ishma pubbliċi: l-investituri privati huma mogħtija d-dritt li jeżerċitaw opzjoni eżerċitabbli biex jakkwistaw is-sehem tal-investiment pubbliku bi prezz tal-eżerċitar miftiehem minn qabel.

(29)  Qsim tal-flus minħabba introjtu asimmetriku: il-flus jittieħdu kemm mill-investituri pubbliċi kif ukoll minn dawk privati fuq bażi pari passu, iżda r-redditi jiġu kondiviżi kull meta jitfaċċaw b'mod asimmetriku. Investituri privati jirċievu sehem akbar tar-rikavat tad-distribuzzjoni minn dak li għandhom jirċievu skont il-parteċipazzjonii rispettiva tagħhom, sar-rata minima ta' redditu stabbilita minn qabel.

(30)  It-terminu “reġjun ta' Statistika” jintuża minflok l-akronimu “NUTS” fil-Linji gwida tal-Kummissjoni korrispondenti. NUTS huwa derivat mit-titolu “Klassifikazzjoni Komuni ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika” skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26.5.2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2011, p. 1). Dan ir-Regolament ma ġiex inkorporat fil-Ftehim ŻEE. Madankollu, sabiex jintlaħqu d-definizzjonijiet komuni f'talbiet dejjem jiżdiedu għal informazzjoni statistika fuq livell reġjonali, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat, u l-Istituti Nazzjonali tal-pajjiżi Kandidati u tal-EFTA qablu li reġjuni ta' Statistika jiġu stabbiliti simili għall-klassifikazzjoni NUTS.

(31)  Dan ma japplikax għal investituri privati li huma persuni fiżiċi.

(32)  Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment (eżempju kull 6 xhur) u għandha tkun disponibbli f'formati mhux proprjetarji.

(33)  Metodoloġija komuni bħal din tista' tiġi pprovduta mill-Awtorità.


Rettifika

11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/89


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/844/UE, Euratom tas-26 ta' Novembru 2014 li tawtorizza lil Malta biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343 tat-28 ta' Novembru 2014 )

Fil-preambolu,

minflok:

“Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Billi:”

aqra:

“Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:”


11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/89


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/847/UE, Euratom tas-26 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE li tawtorizza lil Franza biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343 tat-28 ta' Novembru 2014 )

Fil-preambolu,

minflok:

“Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari it-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Billi:”

aqra:

“Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari it-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:”


11.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/90


Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2013 tal-11 ta' Lulju 2013 li jissostitwixxi l-Anness II u II tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 247 tat-18 ta' Settembru 2013 )

Fil-paġna 11, fit-Titolu:

minflok:

“li jissostitwixxi l-Anness II u II tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini”

aqra:

“li jissostitwixxi l-Anness II u III tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini”

Fil-paġna 13, fl-Anness II, fil-Parti A tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fil-punt 1, it-tieni ringiela tat-tabella:

minflok:

“residenti jew ċittadini ta'”,

aqra:

“residenti fi jew ċittadini ta'”.

Fil-paġna 13, fl-Anness II, fil-Parti A tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fil-punt 4:

minflok:

“fuq ir-reġistru tal-Kummissjoni”,

aqra:

“fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea”.

Fil-paġna 13, fl-Anness II, fil-Parti A tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fil-punt 8:

minflok:

“Ismijiet u indirizzi tal-e-Mail tal-persuni ta' kuntatt”

aqra:

“Ismijiet u indirizzi tal-e-Mail tal-persuni ta' kuntatt irreġistrati”

Fil-paġna 13, fl-Anness II, fil-Parti A tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fil-punt 9:

minflok:

“Ismijiet ta' orgnizzaturi rreġistrati oħrajn”

aqra:

“Ismijiet tal-organizzaturi rreġistrati l-oħrajn”

Fil-paġna 14, fl-Anness II, fil-Parti A tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fin-nota ta' qiegħ il-paġna numru 2:

minflok:

“l-isem fit-twelid”,

aqra:

“l-isem mogħti fit-twelid”.

Fil-paġna 15, fl-Anness II, fil-Parti B tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fit-titolu:

minflok:

“għall-Istati Membri li ma jirrikjedux li jiġi pprovdut”,

aqra:

“għall-Istati Membri li jirrikjedu li jiġi pprovdut”.

Fil-paġna 15, fl-Anness II, fil-Parti B tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fil-punt 4:

minflok:

“fuq ir-reġistru tal-Kummissjoni”,

aqra:

“fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea”.

Fil-paġna 15, fl-Anness II, fil-Parti B tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fil-punt 8:

minflok:

“Ismijiet u indirizzi e-Mail tal-persuni ta' kuntatt”

aqra:

“Ismijiet u indirizzi tal-e-Mail tal-persuni ta' kuntatt irreġistrati”

Fil-paġna 15, fl-Anness II, fil-Parti B tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fil-punt 9:

minflok:

“Ismijiet ta' orgnizzaturi rreġistrati oħrajn”

aqra:

“Ismijiet tal-organizzaturi rreġistrati l-oħrajn”

Fil-paġna 16, fl-Anness II, fil-Parti B tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fin-nota ta' qiegħ il-paġna numru 2:

minflok:

“l-isem tat-twelid”,

aqra:

“l-isem mogħti fit-twelid”.

Fil-paġna 16, fl-Anness II, fil-Parti B tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fin-nota ta' qiegħ il-paġna numru 3:

minflok:

“Għal Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, l-Awstrija, il-Polonja, u r-Rumanija biss”

aqra:

“Għal Franza, il-Kroazja, l-Italja, l-Awstrija, il-Polonja, u r-Rumanija biss”

Fil-paġna 18, fl-Anness II, fil-Parti C tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fil-punt 2, taħt Ċipru:

minflok:

“karta tal-identità tal-persuna nazzjonali jew tar-resident”,

aqra:

“karta tal-identità ta' ċittadin jew resident”.

Fil-paġna 18, fl-Anness II, fil-Parti C tal-Anness III modifikat tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fil-punt 2, taħt Malta:

minflok:

“Karta tal-Identità (karta tal-identità)”

aqra:

“Karta tal-Identità”