ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 339

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
26 ta' Novembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1259/2014 tal-24 ta' Novembru 2014 dwar ir-rimborż, f'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja 2014

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1260/2014 tal-25 ta' Novembru 2014 li jiffissa tnaqqis b'rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi

5

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1261/2014 tal-25 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/830/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.18832 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2011/MX) (ex N 44/2005) implimentata mil-Litwanja għal tnaqqis fit-taxxa tas-sisa fuq il-bijofjuwils (notifikata bid-dokument C(2014) 3600)  ( 1 )

9

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1259/2014

tal-24 ta' Novembru 2014

dwar ir-rimborż, f'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja 2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(6) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), approprjazzjonijiet mhux impenjati li jirrigwardaw l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (3) jistgħu jiġu trasferiti għas-sena finanzjarja ta' wara. Dan it-trasferiment huwa limitat għal 2 % tal-approprjazzjonijiet inizjali u għall-ammont tal-aġġustament ta' pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (4) li kien applikat matul is-sena finanzjarja ta' qabel. Dan jista' jwassal għal pagament addizzjonali lill-benefiċjarji finali li kienu soġġetti għal dan l-aġġustament.

(2)

Skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, b'deroga mill-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Istati Membri għandhom jirrimborżaw dak it-trasferiment lid-destinatarji finali li huma soġġetti, fis-sena finanzjarja li għaliha l-approprjazzjonijiet jiġu ttrasferiti, għar-rata ta' aġġustament. Dan ir-rimborż japplika biss għall-benefiċjarji finali f'dawk l-Istati Membri fejn id-dixxiplina finanzjarja kienet tapplika (5) fis-sena finanzjarja preċedenti.

(3)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kwalunkwe ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu msemmija fl-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament mhux użat għandu jiġi rimborżat skont l-Artikolu 26(5) ta' dak ir-Regolament.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1181/2013 (6), id-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja 2013.

(5)

Ir-riżerva għall-kriżijiet ma kellhiex talbiet sal-15 ta' Ottubru 2014, li jimplika li l-ammont disponibbli fir-riżerva fil-baġit tal-FAEG għall-2014 mhux ser jintuża f'din is-sena finanzjarja. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG għall-2014 taħt ġestjoni konġunta għall-perjodu mis-16 ta' Ottubru 2013 sal-15 ta' Ottubru 2014 u stima ta' eżekuzzjoni taħt immaniġġjar dirett mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014, se jibqgħu f'approprjazzjonijiet addizzjonali mhux impenjati tal-baġit tal-FAEG għall-2014.

(6)

Skont id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tal-Istati Membri għall-perjodu mis-16 ta' Ottubru 2013 sal-15 ta' Ottubru 2014, it-tnaqqis tad-dixxiplina finanzjarja applikat b'mod effettiv mill-Istati Membri fis-sena finanzjarja 2014 ammonta għal EUR 868,2 miljun.

(7)

Konsegwentement, approprjazzjoniet mhux użati li jikkorrespondu għall-ammont tad-dixxiplina finanzjarja applikata fl-2014 ta' EUR 868,2 miljun li jibqa' taħt il-limitu ta' 2 % tal-approprjazzjoniet inizjali li għandhom x'jaqsmu mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistgħu jiġu ttrasferiti għas-sena finanzjarja 2015 wara deċiżjoni tal-Kummissjoni skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(8)

Sabiex ikun żgurat li r-rimborż ta' dawk l-approprjazzjonijiet lid-destinatarji finali jibqa' proporzjonat għall-ammont tal-aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja, huwa xieraq li l-Kummissjoni tiddetermina l-ammonti disponibbli lill-Istati Membri għar-rimborż.

(9)

Sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri jagħmlu pagament addizzjonali għal dan il-rimborż, dan ir-Regolament irid japplika mill-1 ta' Diċembru 2014. Konsegwentement, l-ammonti stabbiliti minn dan ir-Regolament huma definittivi u japplikaw mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' tnaqqis skont l-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal kwalunkwe korrezzjonijiet oħra kkunsidrati f'deċiżjoni dwar il-pagament ta' kull xahar li tikkonċerna n-nefqa magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri għal Ottubru 2014, f'konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u għal kwalunkwe tnaqqis u pagamenti supplimentari li għandhom isiru skont l-Artikolu 18(4) ta' dak ir-Regolament, jew għal kwalunkwe deċiżjonijiet li se jittieħdu fil-qafas tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

(10)

F'konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu ttrasferiti għas-sena finanzjarja segwenti biss. Huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi dati ta' eliġibilità għan-nefqa tal-Istati Membri b'rabta mar-rimborż skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, b'kunsiderazzjoni għas-sena finanzjarja agrikola kif definit fl-Artikolu 39 ta' dak ir-Regolament.

(11)

Sabiex jitqies il-perjodu ta' żmien qasir bejn il-komunikazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG għall-2014 taħt immaniġġjar konġunt għall-perjodu mis-16 ta' Ottubru 2013 sal-15 ta' Ottubru 2014 mill-Istati Membri u l-ħtieġa li jiġi applikat dan ir-Regolament mill-1 ta' Diċembru 2014, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammonti tal-approprjazzjonijiet li se jiġu trasferiti mis-sena finanzjarja 2014 f'konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u li skont l-Artikolu 26(5) tar- Regolament (UE) Nru 1306/2013 isiru disponibbli lill-Istati Membri għar-rimborż lid-destinatarji finali li huma soġġetti, fis-sena finanzjarja 2015, għar-rata ta' aġġustament skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1227/2014 (7), huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-ammonti li se jiġu ttrasferiti huma suġġetti għad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tal-Kummissjoni skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012.

Artikolu 2

In-nefqa tal-Istati Membri b'rabta mar-rimborż tal-approprjazzjonijiet trasferiti għandha tkun eliġibbli biss għall-finanzjament tal-Unjoni, jekk l-ammonti rilevanti jkunu tħallsu lill-benefiċjarji qabel is-16 ta' Ottubru 2015.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Diċembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(5)  Id-dixxiplina finanzjarja ma tapplikax fil-Bulgarija, fil-Kroazja u fir-Rumanija skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1181/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 u li jirrevoka r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013 (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 13).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2014 tas-17 ta' Novembru 2014 dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2014 u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 879/2014 (ĠU L 331, 18.11.2014, p. 6).


ANNESS

Ammonti disponibbli għar-rimborż ta' approprjazzjonijiet ttrasferiti 'l quddiem

(EUR)

Il-Belġju

13 551 741

Ir-Repubblika Ċeka

21 168 544

Id-Danimarka

23 196 648

Il-Ġermanja

125 613 712

L-Estonja

1 999 607

L-Irlanda

27 196 811

Il-Greċja

35 594 447

Spanja

110 713 618

Franza

193 513 120

L-Italja

71 006 784

Ċipru

689 016

Il-Latvja

2 262 601

Il-Litwanja

6 011 809

Il-Lussemburgu

813 093

L-Ungerija

26 861 237

Malta

64 499

Il-Pajjiżi l-Baxxi

19 962 029

L-Awstrija

13 848 862

Il-Polonja

36 451 389

Il-Portugall

13 001 479

Is-Slovenja

1 777 463

Is-Slovakkja

8 891 177

Il-Finlandja

11 301 184

L-Iżvezja

15 739 925

Ir-Renju Unit

86 964 834


26.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1260/2014

tal-25 ta' Novembru 2014

li jiffissa tnaqqis b'rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 180 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-ftehimiet konklużi fi ħdan il-kuntest tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj (2), l-Unjoni impenjat ruħha li tippermetti lil Spanja timporta l-ammont ta' 300 000 tunnellata sorgu kull sena.

(2)

Bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-15 ta' Lulju 2014, il-perjodu li matulu d-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu ġie stabbilit bħala EUR 0 kull tunnellata, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (3), fi Spanja ġew importati 41 580 tunnellata sorgu. Mis-16 ta' Lulju 2014, u wara l-introduzzjoni mill-ġdid ta' dazju tal-importazzjoni ta' aktar minn żero għas-sorgu skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010, ma ġie importat ebda sorgu fi Spanja.

(3)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008 tal-Kummissjoni (4) jistipola li jista' jiġi applikat tnaqqis għad-dazju tal-importazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 sabiex ikun żgurat li l-kwoti tal-importazzjoni jiġu utilizzati b'mod sħiħ.

(4)

B'kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq tas-sorgu, partikolarment għall-fatt li l-prezz tas-sorgu fis-suq globali huwa ogħla b'mod sinifikanti minn dak tal-qamħ, jeħtieġ li jiġi applikat tnaqqis b'rata fissa ta' 100 % tad-dazju tal-importazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Fir-rigward tal-bilanċ disponibbli tal-kwantitajiet tas-sorgu li jrid jiġi impurtat fi Spanja skont il-kwota tariffarja miftuħa fl-1 ta' Jannar 2014, it-tnaqqis b'rata fissa tad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008 hija stabbilita għal 100 % tad-dazju tal-importazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010.

2.   Għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57):


26.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1261/2014

tal-25 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

64,0

IL

45,2

MA

83,9

ZZ

64,4

0707 00 05

AL

59,9

JO

203,0

TR

133,4

ZZ

132,1

0709 93 10

MA

38,3

TR

126,3

ZZ

82,3

0805 20 10

MA

79,0

ZZ

79,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

59,1

PE

74,4

TR

70,8

ZZ

68,1

0805 50 10

TR

73,4

ZZ

73,4

0808 10 80

AU

203,7

BR

55,5

CA

133,4

CL

75,0

NZ

96,9

US

94,8

ZA

155,4

ZZ

116,4

0808 30 90

CN

93,1

US

201,1

ZZ

147,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

26.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Ġunju 2014

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.18832 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2011/MX) (ex N 44/2005) implimentata mil-Litwanja għal tnaqqis fit-taxxa tas-sisa fuq il-bijofjuwils

(notifikata bid-dokument C(2014) 3600)

(It-test bil-Litwan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/830/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet l-oħra interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, (1)

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Sa mill-2006, id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni kull sena jwettaq eżerċizzju ta' monitoraġġ ex-post ta' kampjun ta' miżuri ta' għajnuna implimentati mill-Istati Membri. L-iskema Litwana ta' tnaqqis fit-taxxa tas-sisa fuq il-bijofjuwils ġiet inkluża fl-eżeċizzju ta' monitoraġġ tal-2011, u f'dan il-kuntest il-Kummissjoni eżaminat kif l-Istati Membri applikaw kampjun ta' skemi eżistenti għall-perjodu li jkopri mill-2009 sal-2010. Din l-iskema ġiet approvata mill-Kummissjoni taħt in-numru tal-każ N44/2005 permezz tad-deċiżjoni tagħha K (2005) 2957C tas-27 ta' Lulju 2005 (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala d-deċiżjoni tal-Kummissjoni).

(2)

Il-Kummissjoni talbet lil-Litwanja tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa bil-ħsieb li tivvaluta l-mod li bih ġiet implimentata l-iskema fl-2009 u fl-2010, permezz tal-ittri datati s-7 ta' Ottubru 2011, is-27 ta' Jannar 2012 u s-26 ta' Ġunju 2012. Il-Litwanja pprovdiet l-informazzjoni mitluba permezz tal-ittri datati l-10 ta' Novembru 2011, l-24 ta' Frar 2012 u t-18 ta' Lulju 2012.

(3)

Permezz tal-ittra datata s-17 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni informat lil-Litwanja bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-iskema ta' għajnuna, billi kienet imħassba dwar il-possibbiltà li l-għajnuna kienet qed tintuża ħażin. L-awtoritajiet tal-Litwanja pprovdew l-osservazzjonijiet tagħhom fit-13 ta' Awwissu 2013.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-8 ta' Novembru 2013. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(5)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati.

II.   DESKRIZZJONI TAL-ISKEMA TA' GĦAJNUNA

(6)

L-iskema N 44/2005 kienet tikkonsisti minn tnaqqis fit-taxxa tas-sisa fuq il-bijofjuwils imħallta mal-fjuwils fossili. Dan it-tnaqqis kien japplika biss għall-komponent tal-bijofjuwils fit-taħlita. Konsegwentement, ir-rata tat-taxxa tad-dazju tas-sisa li għandha tiġi applikata għall-prodotti tal-bijofjuwils imħallta tnaqqset skont il-proporzjon tal-bijofjuwils fit-taħlita finali.

(7)

L-objettiv tal-iskema kien li jiġu promossi l-produzzjoni u l-użu tal-bijofjuwils. L-iskema kienet maħsuba wkoll biex tassisti lil-Litwanja tilħaq il-miri stabbiliti fid-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2003 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport (2).

(8)

It-tnaqqis fit-taxxa tas-sisa kien miftuħ għal kwalunkwe produttur tal-bijofjuwils fil-Litwanja kif ukoll għal kwalunkwe importatur tal-bijofjuwils minn xi Stat Membru ieħor jew minn pajjiżi terzi li jimportaw lejn il-Litwanja.

(9)

L-iskema ġiet approvata mill-Kummissjoni fis-27 ta' Lulju 2005 u skadiet fil-31 ta' Diċembru 2010.

(10)

Matul l-eżerċizzju ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni nnutat li l-Litwanja kienet implimentat l-iskema b'tali mod li evidentement ma kienx totalment f'konformità mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(11)

L-ewwel nett, kif ġie indikat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Litwanja kienet intrabtet li tagħmel rieżami annwali tal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bijofjuwils eliġibbli għat-tnaqqis fit-taxxa tas-sisa kif ukoll taċ-ċaqliq fil-prezz tal-bijomassa relatat mal-prezzijiet tal-fjuwils fossili, u li, jekk ikun meħtieġ, taġġusta l-ammont tal-għajnuna biex tevita li jsir kumpens żejjed u biex iżżomm il-prezz tal-bijofjuwils fl-istess livell ta' dak tal-fjuwils konvenzjonali. Il-Litwanja intrabtet ukoll li kull sena tipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti ta' monitoraġġ li jkun fihom l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bijofjuwils u l-prezz tas-suq tal-fjuwils biex tindika li ma jkunx qed isir kumpens żejjed. Il-Kummissjoni qieset dawn l-elementi kollha hi u tivvaluta l-iskema ta' għajnuna u kkonkludiet li din kienet kompatibbli mas-suq intern.

(12)

Sa mill-2005, meta ġiet adottata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti (DĠ Kompetizzjoni) ma rċevew l-ebda rapport annwali bl-informazzjoni rilevanti dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bijofjuwils u dwar il-prezz tas-suq tal-fjuwils biex jiġi muri li n-nuqqas ta' kumpens żejjed kien qed jiġi mmonitorjat u żgurat. Tali informazzjoni ngħatat mil-Litwanja fuq it-talba espliċita tal-Kummissjoni matul il-proċedura ta' monitoraġġ, iżda din kienet tkopri biss is-snin eżaminati fl-eżerċizzji ta' monitoraġġ rispettivi.

(13)

Fin-notifika tal-iskema, il-Litwanja pprovdiet dejta dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bijoetanol u tal-bijodiżil, u din id-dejta ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni. Il-Litwanja semmiet li minbarra għall-bijoetanol u għall-bijodiżil, l-għajnuna setgħet tingħata wkoll għaż-żejt pur veġetali u ntrabtet li twettaq analiżi hekk kif prodott tal-bijofjuwils ikun ibbenefika mit-tnaqqis tat-taxxa sabiex tiżgura li t-tnaqqis ma jkunx qed iwassal għal kumpens żejjed. Din l-informazzjoni kellha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni fir-rapporti ta' monitoraġġ annwali. Is-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti (DĠ Kompetizzjoni) ma rċevew l-ebda informazzjoni li tikkonferma li tali analiżi twettqet min-naħa tal-Litwanja.

(14)

It-tieni nett, matul l-eżerċizzju ta' monitoraġġ, il-Litwanja ppreżentat dokumenti li jippruvaw li fl-2009 il-Ministru għall-Ekonomija kien diġà talab li l-benefiċjarji għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-fjuwil għall-2008. Il-Ministru għall-Ekonomija rċieva din id-dejta fl-2009 u pprovdieha, fir-rigward ta' xi benefiċjarji magħżula, lill-Kummissjoni matul l-eżerċizzju ta' monitoraġġ tal-2011. Madankollu, il-Litwanja ma ppreżentatx dejta aggregata dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bijofjuwils. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika kif suppost in-nuqqas ta' kumpens żejjed.

III.   KUMMENTI MIL-LITWANJA

(15)

B'segwitu għall-ftuħ tal-investigazzjoni formali, il-Litwanja ppreżentat informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni.

(16)

L-awtoritajiet Litwani pprovdew lill-Kummissjoni b'kopji tar-rapporti dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijofjuwils mill-2005 sal-2010.

(17)

L-awtoritajiet Litwani spjegaw li, minkejja li l-leġiżlazzjoni kienet tinkludi l-possibbiltà li tingħata l-għajnuna fil-qafas tal-iskema għaż-żejt pur veġetali, l-ebda bijodiżil ma kien prodott miż-żejt pur veġetali. Għalhekk, l-ebda għajnuna ta' dan it-tip ma ngħatat fil-qafas tal-iskema NN44/2005. Dan jispjega għalfejn ma ġie ppreżentat l-ebda rapport ta' dan it-tip lill-Kummissjoni.

(18)

Għas-sena 2009, ir-rapport annwali jinkludi diversi tabelli li fihom informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bijofjuwils, il-prezzijiet tal-fjuwils fossili, il-prezzijiet tal-bijofjuwils u l-prezzijiet tat-taħlitiet differenti. Din l-informazzjoni hija miġbura fil-qosor fit-tabelli ta' hawn taħt, ibbażati fuq rata tal-kambju ta' EUR 1 = LTL 3,4528.

Tabella 1

L-ispejjeż tal-produzzjoni u l-prezz tal-bejgħ (qabel it-taxxa) tal-fjuwils (bijodiżil u diżil) fl-2009

Prezz tal-fjuwil, LTL (3) il-litru

Bijodiżil (ester metiliku tal-aċidi xaħmin — FAME)

Diżil

1.

Materja prima (+)

(…) (*)

(…)

2.

Proċessar (+)

(…)

(…)

3.

Spejjeż oħrajn (riċerka, riorganizzazzjoni tal-produzzjoni) (+)

(…)

4.

L-ispejjeż tal-produzzjoni

(…)

(…)

5.

Loġistika (+)

(…)

(…)

6.

Prezz tal-bejgħ tal-prodott sekondarju (–)

(…)

7.

Profitt

(…)

8.

Prezz tal-bejgħ iffissat mill-produttur (qabel it-taxxa)

3,42

1,25


Tabella 2

Il-prezz tal-bejgħ tal-fjuwil imħallat (diżil u bijodiżil)

Prezz tat-taħlita tal-fjuwil, LTL il-litru 5 % FAME

5 % FAME

Spejjeż tal-bijodiżil (FAME) fit-taħlita

(5 % × LTL 3,42 il-litru)

0,171

Spejjeż tad-diżil fit-taħlita

(95 % × LTL 1,25 il-litru)

1,188

Dazju tas-sisa (95 % × LTL/litru) 1,14

1,08

Prezz tal-bejgħ totali tat-taħlita tal-fjuwil

2,439

Aġġustament minħabba l-kontenut enerġetiku aktar baxx tat-taħlita (15 %) (4)

0,025

Prezz tal-bejgħ tat-taħlita tal-fjuwil (relattiv)

2,46


Tabella 3

Il-prezz tal-bejgħ tad-diżil

Prezz tal-bejgħ tad-diżil (qabel it-taxxa)

1,25

Dazju tas-sisa fuq id-diżil

1,14

Prezz tal-bejgħ tad-diżil fl-2009 (5)

2,39


Tabella 4

L-ispejjeż ta' produzzjoni u l-prezz tal-bejgħ tal-bijoetanol u tal-petrol (qabel it-taxxa) fl-2009

Prezz tal-fjuwil, LTL/il-litru

Bijoetanol (etil-terzjarju-butil-eteru — ETBE)

Petrol

1.

Materja prima, inklużi l-pagamenti għaż-żrieragħ/għall-ħbub (+)

(…)

(…)

2.

Proċessar (+)

(…)

(…)

3.

Spejjeż oħrajn (riċerka, riorganizzazzjoni tal-produzzjoni) (+)

(…)

4.

Spejjeż tal-produzzjoni

(…)

(…)

5.

Loġistika (+)

(…)

(…)

6.

Prezz tal-bejgħ tal-prodott sekondarju (–)

(…)

7.

Profitt

(…)

8.

Prezz tal-bejgħ iffissat mill-produttur (qabel it-taxxa)

2,04

1,36


Tabella 5

Il-prezz tal-bejgħ tal-fjuwil imħallat (bijoetanol u petrol)

Prezz tat-taħlita tal-fjuwil, il-litru

B'5 % bijoetanol

Spejjeż tal-bijoetanol fit-taħlita

(5 % × 2,04 LTL/litru);

0,102

Spejjeż tal-petrol fit-taħlita

(95 % × LTL 1,36 il-litru);

1,292

Dazju tas-sisa

(95 % × LTL 1,50 il-litru);

1,425

Prezz tal-bejgħ totali tat-taħlita tal-fjuwil

2,819

Aġġustament minħabba l-kontenut enerġetiku aktar baxx tat-taħlita (60 %) (6)

0,0612

Prezz tal-bejgħ tat-taħlita tal-fjuwil (relattiv)

2,88


Tabella 6

Il-prezz tal-bejgħ tal-petrol

Prezz tal-bejgħ tal-petrol (qabel it-taxxa) (100 % × LTL 1,36 il-litru)

1,36

Dazju tas-sisa fuq il-petrol

1,50

Prezz tal-bejgħ tal-petrol fl-2009 (7)

2,86

(19)

L-awtoritajiet Litwani argumentaw li d-dejta li pprovdew għall-2009 u għall-2010 (riflessa fit-tabelli ta' hawn fuq) turi biċ-ċar li ma kienx hemm kumpens żejjed, la għall-produzzjoni tal-bijodiżil u lanqas għal dik tal-bijoetanol.

IV.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

(20)

Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha dwar il-każ N44/2005, diġà kienet ikkonkludiet li l-miżura inkwistjoni kienet tinvolvi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-Kummissjoni vvalutat din l-iskema ta' għajnuna abbażi tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien tal-Ambjent (8), speċjalment it-taqsima E.3.3. tagħhom, u kkonkludiet li l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern.

(21)

L-awtoritajiet Litwani kkonfermaw lill-Kummissjoni li huma kienu ppreżentaw rapporti annwali dwar l-iskema NN44/2005. Dawn ir-rapporti ġew ippreżentati lid-DĠ Enerġija f'forma ta' anness mar-rapport dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijofjuwils jew ta' fjuwils rinnovabbli oħra għat-trasport.

(22)

L-awtoritajiet Litwani issa pprovdew lid-DĠ Kompetizzjoni b'kopji tar-rapporti li kienu ppreżentaw għas-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010. Dawn ir-rapporti fihom informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bijofjuwils u dwar il-prezzijiet tal-bejgħ. Barra minn hekk, hemm ukoll il-prezz ta' taħlitiet tal-fjuwil differenti.

(23)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni setgħet tivvaluta li l-awtoritajiet Litwani kkonformaw mal-punt 34 tad-deċiżjoni N44/2005 u li lill-Kummissjoni ppreżentawlha r-rapporti ta' monitoraġġ annwali meħtieġa dwar l-iskema.

(24)

L-awtoritajiet Litwani spjegaw li l-ebda bijofjuwil ma kien ġie prodott miż-żejt pur veġetali matul il-perjodu li fih kienet għaddejja l-iskema.

(25)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni setgħet tasal għall-konklużjoni li, ladarba l-ebda bijofjuwil ma kien ġie prodott miż-żejt pur veġetali matul il-perjodu li fih kienet għaddejja l-iskema, ma kellha għalfejn tiġi inkluża l-ebda informazzjoni fir-rapporti ppreżentati lill-Kummissjoni.

(26)

Wara li issa vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta min-naħa tal-Litwanja dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bijofjuwils u dwar il-prezzijiet tal-fjuwils għall-2009 u l-2010, il-Kummissjoni taqbel li ma ngħata l-ebda kumpens żejjed fuq bażi aggregata fl-2009 jew fl-2010.

V.   KONKLUŻJONI

(27)

Il-Kummissjoni tqis li l-Litwanja implimentat l-iskema ta' għajnuna N44/2005 b'mod korrett, f'konformità mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprovaha.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema ta' għajnuna mill-Istat N44/2005 li implimentat il-Litwanja hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u ġiet implimentata b'mod korrett, f'konformità mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni K (2005) 2957C tas-27 ta' Lulju 2005.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 323, 8.11.2013, p. 74.

(2)  ĠU L 123, 17.5.2003, p. 42.

(*)  Sigriet kummerċjali

(3)  Rata tal-kambju użata: LTL 3,4528 = EUR 1.

(4)  Il-valur enerġetiku tal-bijodiżil, meta mqabbel ma' dak tal-fjuwil minerali (diżil), huwa aktar baxx: l-ammont ta' bijodiżil meħtieġ biex tiġi prodotta unità ta' enerġija ġie kkalkolat li huwa 15 % ogħla mill-ammont ta' diżil meħtieġ għall-produzzjoni tal-istess unità ta' enerġija.

(5)  Mingħajr VAT.

(6)  Il-valur enerġetiku tal-bijoetanol, meta mqabbel ma' dak tal-fjuwil minerali (petrol), huwa aktar baxx: l-ammont ta' bijoetanol meħtieġ biex tiġi prodotta unità ta' enerġija ġie kkalkolat li huwa 60 % ogħla mill-ammont ta' petrol meħtieġ għall-produzzjoni tal-istess unità ta' enerġija.

(7)  Mingħajr VAT.

(8)  ĠU C 37, 3.2.2001, p. 3.