ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2014 tal-21 ta' Novembru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-inositol bħala addittiv fl-għalf għall-ħut u għall-krustaċji ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2014/103/UE tal-21 ta' Novembru 2014 li tadatta għat-tielet darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku ( 1 ) |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2014/826/UE |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
2014/828/UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1246/2014
tad-19 ta' Novembru 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru jew li huma rreġistrati fl-Istat Membru msemmi fl-Anness eżawrew il-kwota allokata għall-2014. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għandha titqies bħala eżawrita għall-2014, mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru jew li huma rreġistrati fl-Istat Membru msemmi fl-Anness għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-istess Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).
ANNESS
Nru |
73/DSS |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
BSF/56712- |
Speċi |
Ċinturin iswed (Aphanopus carbo) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII |
Data tal-għeluq |
6.11.2014 |
22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1247/2014
tad-19 ta' Novembru 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2014. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2014. |
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk, għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
ANNESS
Nru |
75/TQ43 |
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
Stokk |
SRX/2AC4-C |
Speċi |
Rebekkini u raj (Rajiformes) |
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
Data tal-għeluq |
10.11.2014 |
22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1248/2014
tal-20 ta' Novembru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 776/2014 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2014/2015 u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 139(2) u l-punt (g) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 144 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iz-zokkor jew l-isoglukożju prodott matul sena tas-suq li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 136 ta' dak ir-Regolament jista' jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv li jrid jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 jistipula r-regoli dettaljati tal-implimentazzjoni għall-esportazzjonijiet barra mill-kwota, b'mod partikolari rigward il-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni. |
(3) |
Għas-sena tas-suq 2014/2015, inizjalment ġie stmat li jekk il-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota jiġi ffissat għal 650 000 tunnellata, f'ekwivalent ta' zokkor abjad, dan ikun jikkorrispondi għad-domanda tas-suq. Dan il-limitu kien iffissat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 776/2014 (3). Madankollu, skont l-aħħar stimi, il-produzzjoni taz-zokkor barra mill-kwota hija mistennija tilħaq is-6 200 000 tunnellata. Għaldaqstant, għandhom jiġu żgurati swieq disponibbli addizzjonali għaz-zokkor barra mill-kwota. |
(4) |
B'kunsiderazzjoni li l-livell massimu tad-WTO għall-esportazzjonijiet għas-sena tas-suq 2014/2015 ma ntużax kollu, huwa xieraq li jiżdied il-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota b'700 000 tunnellata, sabiex jiġu pprovduti opportunitajiet kummerċjali addizzjonali għall-produtturi taz-zokkor tal-Unjoni. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 776/2014 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Biex ikunu jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor barra mill-kwota, għandha titneħħa kompletament is-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjonijiet stipulata fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2014 (4). Billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2014 eżawrixxa l-effetti tiegħu, huwa xieraq li jitħassar. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 776/2014, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“1. Għas-sena tas-suq 2014/2015, il-limitu kwantitattiv imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun ta' 1 350 000 tunnellata għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta' zokkor abjad barra mill-kwota kklassifikat fil-kodici NM 1701 99.”
Artikolu 2
Jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2014.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 776/2014 tat-16 ta' Lulju 2014 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2014/2015 (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 11).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2014 tat-8 ta' Ottubru 2014 li jistabilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota (ĠU L 293, 9.10.2014, p. 24).
22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1249/2014
tal-21 ta' Novembru 2014
dwar l-awtorizzazzjoni tal-inositol bħala addittiv fl-għalf għall-ħut u għall-krustaċji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-użu ta' addittivi fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
L-inositol ġie awtorizzat bla limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv biex jintuża fl-għalf ta' kull speċi tal-annimali bħala parti mill-grupp “Vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”. Imbagħad dan il-prodott iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-inositol bħala addittiv fl-għalf għall-ħut, il-krustaċji, il-qtates u l-klieb. L-applikant talab li l-addittiv jitniżżel fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tad-9 ta' April 2014 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tikkonkludi li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-inositol ma jħallix effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali u l-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità tikkonkludi wkoll li l-inositol hu meqjus bħala sors effettiv ta' mikronutrijenti essenzjali għall-ħut u għall-krustaċji. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf li ressaq il-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-inositol turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif jistipula l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Peress li r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq jiġi stabbilit perjodu tranżitorju għar-rimi tal-ħażniet eżistenti tal-addittivi, it-taħlitiet ta' qabel u l-għalf kompost li jkun fih minnhom, kif awtorizzat bid-Direttiva 70/524/KEE. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tinsab fil-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li għandhom effett simili”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik is-sustanza, li jiġu magħmula u tikkettati qabel it-12 ta' Ġunju 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel it-12 ta' Diċembru 2014 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2014;12(5):3671.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni taladdittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem ilperjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||
mg sustanza attiva ta' kilogramma għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %. |
||||||||||||
Addittivi ta' nutrizzjoni: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li għandhom effett simili |
||||||||||||
3a900 |
Inositol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Inositol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Inositol Formula kimika: C6H12O6 Nru CAS: 87-89-8 Inositol, f'forma solida, magħmul b'sinteżi kimika. Kriterji tal-purità: mhux inqas minn 97 %. Metodi analitiċi (1): Għall-identifikazzjoni ta' inositol fl-addittiv tal-għalf: Kromatografija likwida u spettrofotometrija tal-assorbiment infrared (pH. Eur. 01/2008:1805). Għall-kwantifikazzjoni ta' inositol fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti u fl-analiżi tal-attività mikrobijoloġika tal-għalf. |
Ħut u krustaċji |
— |
— |
— |
|
It-12 ta' Diċembru 2014 |
(1) Dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz ta' dan il-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1250/2014
tal-21 ta' Novembru 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 fir-rigward ta' kwoti tariffarji għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 180 u 187 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u s-Serbja, min-naħa l-oħra (2), (“l-FSA”) ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom (3) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013. L-Artikolu 26(4) tal-FSA jipprovdi aċċess bla dazju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw fis-Serbja tal-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta' kwota tariffarja annwali ta' 180 000 tunnellata. |
(2) |
Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (4) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fil-25 ta' Ġunju 2014. Dan l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri ġie awtorizzat bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/517/UE (5) u 2014/518/Euratom (6). |
(3) |
L-Artikolu 2 tal-Protokoll jipprevedi emenda għall-Artikolu 26(4) tal-FSA sabiex jiżdiedu l-kwoti tariffarji eżistenti għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja fi ħdan limitu ta' kwota tariffarja annwali ta' 181 000 tunnellata. |
(4) |
Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2014/517/UE, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 14 tiegħu, mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri tal-konklużjoni tiegħu. Għaldaqstant, iż-żieda tal-kwoti tariffarji eżistenti għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Awwissu 2014. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (7) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor, inklużi dawk li joriġinaw fis-Serbja. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi emendat dak ir-Regolament biex jitqies il-Protokoll. |
(6) |
Skont l-Artikolu 11 tal-Protokoll, fl-ewwel sena tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, il-volumi tal-kwoti tariffarji l-ġodda u ż-żidiet fil-volumi tal-kwoti tariffarji eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi annwali bażiċi speċifikati fil-Protokoll, billi titqies il-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta' Awwissu 2014. Għaldaqstant, għas-sena 2014, iż-żieda fil-volum tal-kwoti eżistenti għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja għandha tkun disponibbli għall-perjodu bejn l-1 ta' Awwissu 2014 u l-31 ta' Diċembru 2014. |
(7) |
Peress li skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 il-kwoti tariffarji huma amministrati għal kull sena tas-suq f'dak is-settur, għandha titqies iż-żieda pro rata fil-volumi tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-sena tas-suq 2013/2014 u fil-volumi li għandhom jingħataw għas-sena tas-suq 2014/2015, skont il-Protokoll. Iż-żieda pro rata fil-volum annwali għax-xhur ta' Awwissu u Settembru 2014 tikkorrespondi għal 167 tunnellata zokkor. Peress li din il-kwantità mhux se tkun tista' tintuża qabel tmiem is-sena tas-suq 2013/2014, din għandha tkun disponibbli fis-sena tas-suq 2014/2015. |
(8) |
Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 135 tiegħu, l-FSA ma japplikax għall-Kosovo (8). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 (9) tħassar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 (10). Peress li r-Regolament (KE) Nru 1215/2009 m'għadux jipprovdi għal konċessjonijiet fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti fl-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fil-Kosovo, għandhom jitħassru r-referenzi tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 u għall-Kosovo tar-Regolament (KE) Nru 891/2009. |
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Peress li s-sena tas-suq 2014/2015 tibda fl-1 ta' Ottubru 2014, l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandhom japplikaw malajr kemm jista' jkun u għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-punt (b) jitħassar; |
(2) |
Fl-Artikolu 1, il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
Fil-punt (b) tal-Artikolu 2, it-terminu “Kosovo” u n-nota ta' qiegħ il-paġna relatata jitħassru; |
(4) |
Fl-Anness I, il-Parti II jinbidel bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan jibda japplika mis-sena tas-suq 2014/2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom tat-22 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 18.10.2013, p. 14).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/517/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, għandha titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 233, 6.8.2014, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/518/Euratom tal-14 ta' April 2014 dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 233, 6.8.2014, p. 20).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).
(8) Din id-denominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma' UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni għall-indipendenza tal-Kosovo.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1).
ANNESS
Il-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 tinbidel b'dan li ġej:
“Parti II: Zokkor Balkani
PAJJIŻ TERZ jew Territorju Doganali |
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Kwantitajiet (tunnellati) |
Rata fil-kwota (EUR/tunnellata) |
L-Albanija |
09.4324 |
1701 u 1702 |
1 000 |
0 |
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
09.4325 |
1701 u 1702 |
12 000 |
0 |
Is-Serbja |
09.4326 |
1701 u 1702 |
181 000 (1) |
0 |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
09.4327 |
1701 u 1702 |
7 000 |
0 |
(1) Għas-sena tas-suq 2014/2015, il-kwantità għandha tkun 181 167 tunnellata.”
22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1251/2014
tal-21 ta' Novembru 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
67,1 |
MA |
71,2 |
|
MK |
78,8 |
|
ZZ |
72,4 |
|
0707 00 05 |
AL |
62,5 |
JO |
203,0 |
|
TR |
133,9 |
|
ZZ |
133,1 |
|
0709 93 10 |
MA |
38,9 |
TR |
124,3 |
|
ZZ |
81,6 |
|
0805 20 10 |
MA |
86,3 |
ZZ |
86,3 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
59,1 |
PE |
74,4 |
|
TR |
70,7 |
|
ZZ |
68,1 |
|
0805 50 10 |
TR |
80,3 |
ZZ |
80,3 |
|
0808 10 80 |
AU |
203,7 |
BR |
53,4 |
|
CA |
133,4 |
|
CL |
86,9 |
|
MD |
29,7 |
|
NZ |
197,7 |
|
US |
102,4 |
|
ZA |
148,5 |
|
ZZ |
119,5 |
|
0808 30 90 |
CN |
82,7 |
US |
201,1 |
|
ZZ |
141,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/15 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/103/UE
tal-21 ta' Novembru 2014
li tadatta għat-tielet darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
(1) |
It-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II, u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE jirreferu għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u fuq passaġġi tal-ilma interni kif definit fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva. |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet internazzjonali jiġu aġġornati kull sentejn. B'konsegwenza ta' dan, il-verżjonijiet li ġew emendati l-aħħar ta' dawn il-ftehimiet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015, b'perjodu ta' tranżizzjoni sat-30 ta' Ġunju 2015. |
(3) |
Għalhekk it-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE għandhom jiġu emendati skont dan: |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi tad-Direttiva 2008/68/KE
Id-Direttiva 2008/68/KE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Anness I, it-Taqsima I.1 tinbidel b'dan li ġej: “I.1. ADR Fl-Annessi A u B tal-ADR, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, huwa mifhum illi l-frażi 'parti kontraenti' tiġi ssostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.” |
2. |
Fl-Anness II, it-Taqsima II.1 tinbidel b'dan li ġej: “II.1. RID Fl-Anness tal-RID, li jidher fl-Appendiċi C tal-COTIF, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, huwa mifhum illi l-frażi ‘Stat Kontraenti tal-RID’ hija ssostitwita bi 'Stat Membru' kif xieraq.” |
3. |
Fl-Anness III, it-Taqsima III.1 tinbidel b'dan li ġej: “III.1. ADN Fir-Regolamenti annessi tal-ADN, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, kif ukoll l-Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) tal-ADN, huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ hija ssostitwita bi ‘Stat Membru’, skont il-każ.” |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2015. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza ta' dan it-tip meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.
DEĊIŻJONIJIET
22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta' Novembru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali matul l-94 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima dwar l-adozzjoni ta' emendi tal-Kodiċi tal-Programm ta' Stħarriġ Imtejjeb tal-2011
(2014/826/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 100(2) u 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-azzjoni mill-Unjoni Ewropea fis-settur tat-trasport marittimu għandu jkollha l-għan li ttejjeb is-sikurezza marittima. |
(2) |
Waqt it-93 sessjoni tal-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima (MSC) tal-IMO ġew approvati emendi għall-Kodiċi tal-Programm ta' Stħarriġ Imtejjeb (ESP) tal-2011 Dawk l-emendi huma mistennija li jiġu adottati fl-94 sessjoni tal-MSC, li ser issir f'Novembru 2014. |
(3) |
L-emendi għall-Kodiċi tal-ESP tal-2011 jagħmluh konformi mal-prattiki tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni u jippermettu wkoll li jitħallew isiru, taħt ċerti kundizzjonijiet, testijiet idrostatiċi tat-tankijiet tal-merkanzija mill-ekwipaġġ tal-bastiment, taħt it-tmexxija tal-kaptan, minflok ma jitwettqu t-tali testijiet fil-preżenza ta' sorveljant. |
(4) |
L-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprovdu għal applikazzjoni mandatorja tal-Iskema ta' Valutazzjoni tal-Kondizzjoni tal-IMO (CAS). Il-CAS hija kkumplimentata mill-Kodiċi tal-ESP tal-2011, adottat mill-Assemblea tal-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni A.1049(27). L-Anness B, il-parti B tal- Kodiċi tal-ESP tal-2011 jikkonċerna l-ispezzjonijiet matul is-servejs tat-tankers taż-żejt għajr dawk b'buq doppju u jispeċifika kif għandha ssir il-valutazzjoni intensifikata. B'konsegwenza ta' dan, kwalunkwe bidla fil-Kodiċi ESP tal-2011, safejn huma kkonċernati t-tankers taż-żejt b'buq wieħed li jkollhom iktar minn 15-il sena, se tkun applikabbli awtomatikament permezz tar-Regolament (UE) Nru 530/2012. |
(5) |
L-Unjoni la hija Membru tal-IMO u lanqas ma hija parti kontraenti għall-konvenzjonijiet u l-kodiċijiet ikkonċernati. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Kunsill jawtorizza lill-Istati Membri biex jesprimu l-pożizzjoni tal-Unjoni u biex jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu b'dawn l-emendi għall-Kodiċi tal-ESP tal-2011, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni tal-Unjoni fl-94 sessjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza Marittima tal-IMO għandha tkun li taqbel mal-adozzjoni tal-emendi għall-Kodiċi tal-Programm tal-ESP tal-2011, kif stipulati fl-Anness 22, Anness B, parti B, tad-dokument tal-IMO MSC 93/22/Add.3, għall-finijiet msemmija fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) Nru 530/2012.
2. Il-pożizzjoni tal-Unjoni kif tinsab fil-paragrafu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri, li huma membri tal-IMO, billi jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
3. Jista' jsir qbil dwar bidliet formali u żgħar għal din il-pożizzjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi emendata dik il-pożizzjoni.
Artikolu 2
L-Istati Membri huma b'dan awtorizzati li jagħtu l-kunsens tagħhom li jintrabtu, fl-interess tal-Unjoni, bl-emendi msemmija fl-Artikolu 1(1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MARTINA
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3).
22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/827/PESK
tal-21 ta' Novembru 2014
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-10 ta' Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK (1), li ġiet emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/174/PESK (2). |
(2) |
Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill qabel li l-UE tibqa' impenjata bis-sħiħ fil-ġlieda kontra l-piraterija u s-serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja. Huwa jilqa' r-riżultati tajbin li l-operazzjoni navali tagħha Atalanta kisbet s'issa. Il-Kunsill issottolinja li, minkejja l-progress kbir muri fil-ġlieda kontra l-piraterija fil-baħar, it-theddid għadu hemm u l-progress jista' jitreġġa' lura. |
(3) |
Fit-18 ta' Novembru 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta Riżoluzzjoni 2125 (2013) li ġġedded il-qafas għal azzjonijiet internazzjonali fil-ġlieda kontra l-piraterija u l-kawżi sottostanti tagħha. |
(4) |
L-operazzjoni militari tal-UE msemmija fl-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK (Atalanta) għandha tiġi estiża sat-12 ta' Diċembru 2016. |
(5) |
Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill qabel ukoll li l-UE ser tmexxi 'l quddiem l-approċċ integrat tagħha għat-titjib tas-sigurtà u l-istat tad-dritt fis-Somalja, abbażi tas-sjieda u r-responsabbiltà Somala, koordinazzjoni mill-qrib ma' atturi oħra u koerenza u sinerġiji bejn l-istrumenti tal-UE, b'mod partikolari bejn il-missjonijiet u l-operazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tagħha. |
(6) |
Dak l-approċċ integrat, abbażi tal-Patt ta' Ftehim Ġdid għas-Somalja, għandu jikkontribwixxi biex isaħħaħ il-kapaċitajiet marittimi fis-Somalja u r-reġjun, bl-indirizzar tal-kawżi sottostanti tal-piraterija u bit-tnaqqis tal-impunità tan-netwerks tal-pirati f'attivitajiet kriminali oħra fuq il-baħar, b'hekk jiġu indirizzati l-kondizzjonijiet li jwasslu għat-twettiq tal-objettivi ta' Atalanta. |
(7) |
F'dan il-kuntest, kontribuzzjoni minn Atalanta b'kompiti sekondarji, bil-mezzi u l-kapaċitajiet attwali u fuq talba, għall-approċċ integrat tal-UE għas-Somalja u l-attivitajiet rilevanti tal-komunità internazzjonali tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-kawżi sottostanti tal-piraterija u n-netwerks tagħha. Dawk il-kompiti sekondarji jitwettqu biex tkun appoġġata l-istrateġija ta' ħruġ ta' Atalanta. |
(8) |
Il-kooperazzjoni ta' Atalanta mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha tiġi faċilitata sabiex tikkontribwixxi lejn infurzar tal-liġi kontra l-piraterija filwaqt li ttejjeb l-effiċjenza tal-operazzjonijiet kontra l-piraterija li huma mmexxija mill-intelligence tagħha. |
(9) |
L-ebda dispożizzjoni la f'din id-Deċiżjoni u lanqas fl-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK ma tipprevjeni li l-persunal tal-Istati parteċipanti f'Atalanta jaġixxi b'mod konformi mal-obbligi tagħhom taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli. |
(10) |
Huwa neċessarju li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-ispejjeż komuni ta' Atalanta għal perijodu bejn it-13 ta' Diċembru 2014 u t-12 ta' Diċembru 2016. |
(11) |
L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Barra minn hekk, Atalanta tista' tikkontribwixxi, bħala kompitu sekondarju mhux eżekuttiv, bil-mezzi u l-kapaċitajiet attwali u fuq talba, għall-approċċ integrat tal-UE għas-Somalja u l-attivitajiet rilevanti tal-komunità internazzjonali, b'hekk tgħin sabiex jiġu indirizzati il-kawżi sottostanti tal-piraterija u n-netwerks tagħha.” . |
(2) |
Fl-Artikolu 2, il-punti (g) sa (i) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għall-perijodu bejn it-13 ta' Diċembru 2014 sat-12 ta' Diċembru 2016 għandu jkun ta' EUR 14 775 000. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni 2011/871/PESK għandu jkun ta' 0 %.” . |
(4) |
L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-operazzjoni militari tal-UE għandha tintemm fit-12 ta' Diċembru 2016.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. CALENDA
(1) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/174/PESK tat-23 ta' Marzu 2012 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta′ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta′ piraterija u ta′ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 89, 27.3.2012, p. 69).
22.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/22 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta' Ottubru 2014
dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti
(BĊE/2014/40)
(2014/828/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu joperaw fis-swieq finanzjarji billi, fost oħrajn, jixtru u jbiegħu strumenti negozjabbli b'mod definittiv. |
(2) |
Fl-4 ta' Settembru 2014 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li għandu jinbeda programm ġdid ta' xiri ta' bonds garantiti (minn hawn 'il quddiem is-“CBPP3”). Flimkien mal-programm ta' xiri ABS (ABSPP) u l-Operazzjonijiet ta' Rifinanzjament Immirati Aktar fit-Tul (TLTROs) (1), is-CBPP3 ser ikompli jtejjeb it-trasmissjoni tal- politika monetarja, jiffaċilita l-forniment ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal- euro, jiġġenera effetti sekondarji pożittivi għal swieq oħrajn u, bħala riżultat ta' dan, iħaffef il-pożizzjoni tal-BĊE dwar il-politika monetarja, u jikkontribwixxi għal ritorn tar-rati ta' inflazzjoni lejn livelli eqreb ta' 2 %. |
(3) |
Bħala parti mill-politika monetarja waħdanija, ix-xiri definittiv ta' bonds garantiti eliġibbli mill-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt is-CBPP3 għandu jiġi implimentat b'mod uniformi, skont din id-Deċiżjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tax-xiri b'mod definittiv ta' bonds iggarantiti
Bil-preżenti l-Eurosistema tistabbilixxi s-CBPP3 li taħtu l-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jixtru bonds garantiti eliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2. Taħt is-CBPP3, bonds iggarantiti eliġibbli jistgħu jinxtraw mill-banek ċentrali tal-Eurosistema mingħand kontropartijiet eliġibbli fis-swieq primarji u sekondarji skont il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-kontroparti li jinsabu fl-Artikolu 3.
Artikolu 2
Kriterji ta' eliġibbiltà għal bonds iggarantiti
Bonds iggarantiti li huma eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja b'mod konformi mat-taqsima 6.2.1 tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14 (2) u barra minn hekk, jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħhom bħala kollateral għal użu proprju kif stipulat fit-taqsima 6.2.3.2 (il-ħames paragrafu) tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14, u li jinħarġu minn istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati fiż-żona tal-euro, għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt CBPP3. Multi-cédulas li huma eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja b'mod konformi mat-taqsima 6.2.1 tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14 u li huma maħruġa minn veikoli bi skop speċjali inkorporati fiż-żona tal-euro għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt is-CBPP3.
Il-bonds iggarantiti msemmija hawn fuq għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt is-CBPP3 sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
1. |
Għandha tapplika valutazzjoni tal-kreditu minima skont ir-regola first-best tal-kwalità tal- kreditu pass 3 (CQS3, preżentement ekwivalenti għal klassifikazzjoni ta' Istituzzjoni Esterna ta' Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) ta' “BBB-” jew ekwivalenti), mogħtija minn ta' mill-inqas waħda mill-ECAIs aċċettati fi ħdan il-Qafas ta' Valutazzjoni tal-Kreditu tal-Eurosistema (Eurosystem Credit Assessment Framework — ECAF). |
2. |
Għandu japplika limitu ta' 70 % fuq il-ħruġ ta' ishma għal kull numru ta' identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali lil investimenti konġunti taħt l-ewwel (3) u t-tieni (4) programmi ta' xiri ta' bonds iggarantiti (is-CBPP1 u s-CBPP2, rispettivament), u s-CBPP3 u lill-investimenti l-oħrajn tal-banek ċentrali tal-Eurosistema. |
3. |
Il-bonds iggarantiti għandhom ikunu ddenominati f'euro, miżmuma u saldati fiż-żona tal-euro. |
4. |
Bonds iggarantiti maħruġa minn entitajiet sospsiżi minn operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema għandhom ikunu esklużi minn xiri taħt is-CBPP3 għat-tul ta' żmien tas-sospensjoni tagħhom. |
5. |
Għal bonds iggarantiti li preżentament ma jiksbux il-klassifikazzjoni CQS3 f'Ċipru u fil-Greċja, klassifikazzjoni minima tal-assi fil-livell tal-klassifikazzjoni massima li tista' tinkiseb għall-bond iggarantit kif iddefinit mill-ECAI rispettiva għal-ġurisdizzjoni għandha tkun meħtieġa sakemm il-livell minimu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema ma jiġix applikat fir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà tal-kollateral għal strumenti ta' dejn kummerċjabbli maħrupa jew iggarantiti mill-gvernijiet tal-Greċja jew ta' Ċipru (skont l-Artikolu 8(2) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 (5)), u limitu ta' 30 % fuq il-ħruġ ta' ishma għal kull numru ta' identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali, li għandhom japplikaw għall-investimenti konġunti tas-CBPP1, CBPP2, CBPP3 u l-investimenti l-oħrajn ta' banek ċentrali tal-Eurosistema, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin sabiex jiksbu ekwivalenza tar-riskju:
|
6. |
Bonds iggarantiti miżmuma mill-emittent tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għal xirjiet taħt is-CBPP3, sakemm jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà kif speċifikat hawn fuq. |
Artikolu 3
Kontropartijiet eliġibbli
Dawn li ġejjin għandhom ikunu kontrpartijiet eliġibbli għas-CBPP3, kemm għal transazzjonijiet definittivi kif ukoll għal transazzjonijiet ta' self ta' titoli li jinvolvu bonds iggarantiti miżmuma fil-portafolli CBPP3 tal-Eurosistema: (a) kontropartijiet domestiċi li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema kif iddefinita fit-Taqsima 2.1 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14; u (b) kull kontroparti oħra li tintuża minn banek ċentrali tal-Eurosistema għall-investiment tal-portafolli ta' investiment tagħhom iddenominati f'euro, inklużi kontropartijiet mhux taż-żona tal-euro attivi f'bonds iggarantiti.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fuq il-websajt tal-BĊE.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Ottubru 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2014/34 tad-29 ta' Lulju 2014 dwar miżuri fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati aktar fit-tul (ĠU L 258, 29.8.2014, p. 11).
(2) Il-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta' Lulju 2009 fuq l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds garantiti (covered bond) (ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18).
(4) Id-Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta' Novembru 2011 fuq l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70).
(5) Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).