ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 327

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
12 ta' Novembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1208/2014 tal-11 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/779/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2014 li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

4

 

 

2014/780/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2014 li taħtar membru Lussemburgiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

5

 

 

2014/781/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2014 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għall-applikazzjoni ta' riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja (BĊE/2014/42)

6

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel ( ĠU L 31, 1.2.2002 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 06)

9

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1208/2014

tal-11 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

78,9

MA

58,0

MK

67,1

ZZ

68,0

0707 00 05

AL

79,4

JO

194,1

MK

74,3

TR

123,4

ZZ

117,8

0709 93 10

AL

72,2

MA

63,5

TR

124,5

ZZ

86,7

0805 20 10

MA

97,1

TR

74,4

ZZ

85,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

MK

74,3

TR

74,0

ZZ

74,2

0805 50 10

AR

78,7

TR

88,4

ZZ

83,6

0806 10 10

BR

284,6

LB

302,8

PE

255,7

TR

144,6

US

312,5

ZZ

260,0

0808 10 80

AR

153,3

BA

46,1

BR

53,5

CA

136,0

CL

88,2

NZ

147,4

US

101,6

ZA

129,1

ZZ

106,9

0808 30 90

CN

85,3

ZZ

85,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Novembru 2014

li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/779/UE)

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur André MORDANT, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Anne DEMELENNE, Secrétaire générale de la Fédération Générale du Travail de Belgique (FGTB) et Présidente de l'Interrégionale wallonne de la FGTB, hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


12.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Novembru 2014

li taħtar membru Lussemburgiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/780/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Lussemburgiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). Fis-7 ta' Novembru 2012, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/694/UE (2), is-Sur Christophe ZEEB inħatar bħala membru sal-20 ta' Settembru 2015.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Christophe ZEEB sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru s-Sur Henri WAGENER, Conseiller à la Fedil-Business Federation Lussemburgu, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/694/UE tas-7 ta' Novembru 2012 li taħtar membru Lussemburgiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 50).


12.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/6


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta' Ottubru 2014

dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għall-applikazzjoni ta' riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja

(BĊE/2014/42)

(2014/781/UE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 19.1 u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 46.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9) (2)

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (3),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (4), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (5),

Billi:

(1)

L-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015 tfisser illi l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jinsabu fil-Litwanja ser ikunu soġġetti għal rekwiżiti dwar ir-riżervi minn dik id-data.

(2)

L-integrazzjoni ta' dawn l-entitajiet fis-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema titlob l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet tranżitorji sabiex jiżguraw integrazzjoni bla xkiel mingħajr ma jinħoloq piż sproporzjonat għal istituzzjonijiet ta' kreditu fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, inkluż il-Litwanja.

(3)

L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jimplika illi l-BĊE, megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali, jiġbor it-tagħrif statistiku meħtieġ mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mingħand aġenti ekonomiċi ukoll sabiex jiżgura tħejjija f'waqtha fil-qasam tal-istatistika minħabba l-adozzjoni tal-euro minn Stat Membru,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-kliem “istituzzjoni”, “rekwiżit tar-riżerva”, “perijodu ta' manutenzjoni” u “bażi tar-riżerva” għandhom l-istess tifsira bħal fir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji għal istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja

1.   B'deroga mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), perijodu ta' manutenzjoni tranżitorju jiddekorri mill-1 sas-27 ta' Jannar 2015 għal istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja.

2.   Il-bażi tar-riżerva għal kull istituzzjoni li tinsab fil-Litwanja għall-perjodu ta' manutenzjoni tranżitorju għandha tiġi ddefinita b'rabta mal-elementi tal-karta tal-bilanċ tagħha fil-31 ta' Ottubru 2014. Istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja għandhom jirrapportaw il-bażi tar-riżerva tagħhom lil-Lietuvos bankas skont il-qafas tal-BĊE għar-rapportar ta' statistika monetarja u bankarja, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja illi jibbenefikaw mid-deroga fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) għandhom jikkalkolaw bażi ta' riżerva għall-perijodu ta' manutenzjoni tranżitorju fuq il-bażi tal-karti tal-bilanċ tagħhom fit-30 ta' Settembru 2014.

3.   Fir-rigward tal-perijodu ta' manutenzjoni tranżitorju, istituzzjoni li tinsab fil-Litwanja jew Lietuvos bankas għandha tikkalkula r-riżervi minimi ta' din l-istituzzjoni. Il-parti li tikkalkula r-riżervi minimi għandha tissottometti l-kalkolu tagħha lill-parti l-oħra u tħalli biżżejjed żmien għal din tal-aħħar biex tivverifikah u tissottometti reviżjonijiet. Ir-riżervi minimi kkalkolati, inklużi r-reviżjonijiet tagħhom, għandhom jiġu kkonfermati miż-żewġ partijiet sa mhux aktar tard mid-9 ta' Diċembru 2014. Jekk il-parti nnotifikata ma tikkonfermax l-ammont ta' riżervi minimi sad-9 ta' Diċembru 2014, hija titqies li tkun irrikonoxxiet illi l-ammont ikkalkolat japplika għall-perijodu ta' manutenzjoni tranżitorju.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) sa (4) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja biex dawn l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu, għall-perijodi ta' manutenzjoni inizjali tagħhom, inaqqsu mill-bażi tar-riżerva tagħhom kull passiv dovut lil istituzzjonijiet fil-Litwanja, għalkemm fiż-żmien meta jiġu kkalkolati r-riżervi minimi dawn l-istituzzjonijiet mhux ser jidhru fil-lista ta' istituzzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti tar-riżerva fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżitorji għal istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro

1.   Il-perijodu ta' manutenzjoni applikabbli għal istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro, bis-saħħa tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), għandu jibqa' mhux effettwat mill-eżistenza ta' perijodu ta' manutenzjoni tranżitorju għal istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja.

2.   Istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jiddeċiedu li għall-perijodi ta' manutenzjoni mill-10 ta' Diċembru 2014 sas-27 ta' Jannar 2015 u mit-28 ta' Jannar sal-10 ta' Marzu 2015 inaqqsu mill-bażi ta' riżerva tagħhom kull passiv dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja, anke jekk fiż-żmien li jiġu kkalkolati r-riżervi minimi dawn l-istituzzjonijiet mhux ser jidhru fil-lista ta' istituzzjonijet soġġetti għar-rekwiżiti tar-riżerva msemmijin fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

3.   Istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro li jixtiequ jnaqqsu l-passiv dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja għandhom, għall-perijodi ta' manutenzjoni mill-10 ta' Diċembru 2014 sas-27 ta' Jannar 2015 u mit-28 ta' Jannar sal-10 ta' Marzu 2015, jikkalkolaw ir-riżervi minimi tagħhom abbażi tal-karti tal-bilanċ tagħhom fil-31 ta' Ottubru 2014 u t-30 ta' Novembru 2014 rispettivament u jirrappurtaw tagħrif statistiku skont il-Parti 1 ta' Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013, (BĊE/2013/33) li turi l-istituzzjonijiet fil-Latvja bħala diġà soġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE.

Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjonijiet li jirrapportaw tagħrif statistiku għall-perijodi kkonċernati skont it-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) li għadha turi istituzzjonijiet li jinsabu fil-Latvja bħala banek li jinsabu fil-“Bqija tad-dinja”.

It-tabelli għandhom ikunu rrapportati skont l-iskadenzi u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

4.   Għall-perijodi ta' manutenzjoni li jibdew f'Diċembru 2014 u f'Jannar 2015, istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro u li jibbenefikaw mid-deroga taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u li jixtiequ jnaqqsu passiv dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja, għandhom jikkalkolaw ir-riżervi minimi tagħhom abbażi tal-karti tal-bilanċ tagħhom fit-30 ta' Settembru 2014 u jirrapportaw tagħrif statistiku skont il-Parti 1 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) li juri l-istituzzjonijiet li jinsabu fil-Latvja bħala diġà soġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE.

Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjonijiet li jirrapportaw tagħrif statistiku għall-perijodi kkonċernati skont it-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) li għadha turi istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja bħala banek li jinsabu fil-“Bqija tad-dinja”.

It-tagħrif statistiku għandu jkun irrapportat skont l-iskadenzi u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Lietuvos bankas, istituzzjonijiet li jinsabu fil-Litwanja u istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2014.

3.   Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċifiċi f'din id-Deċiżjoni, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) u (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) għandhom japplikaw.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta' Ottubru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.

(3)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

(4)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(5)  ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1.


Rettifika

12.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/9


Rettifika għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 31 tal-1 ta' Frar 2002 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 06)

F'paġna 463, premessa 3:

minflok:

“(3)

Il-moviment liberu ta' ikel u tmiegħ …”

aqra:

“(3)

Il-moviment liberu ta' ikel u għalf …”

F'paġna 465, premessa (24), l-aħħar frażi:

minflok:

“…jew ikel mhux tajjeb ma jiġix esportat jew ri-esportat.”,

aqra:

“…jew għalf mhux tajjeb ma jiġix esportat jew ri-esportat.”.

F'paġna 465, premessa (28), fit-tieni sentenza:

minflok:

“…fi ħdan in-negozji ta' l-ikel biex irtirar immirat u …”,

aqra:

“… fi ħdan in-negozji ta' l-ikel u għalf biex irtirar immirat u …”.

F'paġna 469, Artikolu 3, punt 5:

minflok:

“5.

'negozju ta' l-għalf' tfisser …”

aqra:

“5.

‘negozju fl-għalf’ tfisser …”

F'paġna 469, Artikolu 3, punt 6:

minflok:

“6.

‘operatur ta' negozju ta' l-ikel’ tfisser persuni naturali jew legali responsabbli li jiżguraw li l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel jiġu mħarsa fin-negozju ta' l-ikel taħt il-kontroll tagħhom;”

aqra:

“6.

‘operatur ta' negozju fl-għalf’ tfisser persuni naturali jew legali responsabbli li jiżguraw li l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel jiġu mħarsa fin-negozju fl-għalf taħt il-kontroll tagħhom;”

F'paġna 474, Artikolu 20(2):

minflok:

“2.   Operatur ta' negozju responsabbli …”

aqra:

“2.   Operatur ta' negozju fl-għalf responsabbli …”

F'paġna 474, Artikolu 20(4):

minflok:

“4.   L-operaturi tan-negozju għandhom…”

aqra:

“4.   L-operaturi ta' negozji fl-għalf għandhom…”