ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 323

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
7 ta' Novembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/764/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat SA.36139 (13/C) (ex 13/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta għal-logħob tal-vidjo (notifikata bid-dokument C(2014) 1786)  ( 1 )

1

 

 

2014/765/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru SA.20949 (C 23/06) — Il-Polonja — Technologie Buczek (notifikata bid-dokument C(2014) 4099)  ( 1 )

9

 

 

2014/766/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.18042 (2013/C) (ex MX 17/2009) (ex NN 61/2004) implimentata minn Spanja dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq il-bijofjuwils (notifikata bid-dokument C(2014) 4530)  ( 1 )

12

 

 

2014/767/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2013 għajnuna mill-Istat SA.35062 (13/N-2) implimentata mill-Portugall għal Caixa Geral de Depósitos (notifikata bid-dokument C(2013) 4801)  ( 1 )

19

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 85 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) - Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ magni ta’ kombustjoni interna jew sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi maħsuba għall-propulsjoni ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi

52

 

*

Ir-Regolament Nru 115 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’: I.Sistemi speċifiċi ta’ retrokonverżjoni għal LPG (gass likwifikat miż-żejt) li jiġu installati f’vetturi bil-mutur għall-użu ta’ LPG fis-sistema ta’ propulsjoni tagħhom – II.I. Sistemi speċifiċi ta’ retrokonverżjoni għal CNG (gass naturali kkompressat) li jiġu installati f’vetturi bil-mutur għall-użu ta’ CNG fis-sistema ta’ propulsjoni tagħhom

91

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

7.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Marzu 2014

dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat SA.36139 (13/C) (ex 13/N)

li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta għal-logħob tal-vidjo

(notifikata bid-dokument C(2014) 1786)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/764/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jibagħtu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Fil-25 ta’ Jannar 2013 ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jintroduċi eżenzjoni mit-taxxa għal-logħob tal-vidjo mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Marzu 2017. Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni b’ittra datata s-7 ta’ Marzu 2013 li r-Renju Unit ipprovda b’ittra datata t-22 ta’ Marzu 2013.

(2)

Permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ April 2013, il-Kummissjoni infurmat lir-Renju Unit li hija kienet iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (“id-deċiżjoni ta’ ftuħ”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(4)

Ir-Renju Unit issottometta l-kummenti tiegħu għad-deċiżjoni permezz ta’ ittra datata s-17 ta’ Mejju 2013. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti mingħand partijiet interessati. Hija bagħtithom lir-Renju Unit, li ngħata l-opportunità li jirreaġixxi; il-kummenti tiegħu waslu permezz ta’ ittri datati t-22 ta’ Awwissu 2013. Permezz ta’ ittra datata s-7 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni talbet lir-Renju Unit għal informazzjoni ulterjuri. Ir-Renju Unit rrisponda permezz ta’ ittra datata l-4 ta’ Novembru 2013.

II.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA U R-RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

(5)

L-għan tal-miżura ta’ eżenzjoni mit-taxxa għal-logħob tal-vidjo tar-Renju Unit huwa li tipprovdi inċentiv għall-iżviluppaturi tal-logħob tal-vidjo biex jipproduċu logħob kulturalment Brittaniku jew Ewropew. Il-miżura hija bbażata fuq l-inċentiv fiskali għall-films tar-Renju Unit approvat mill-Kummissjoni fl-2006 (3) u estiż fl-2011 (4) sal-31 ta’ Diċembru 2015.

(6)

Il-baġit globali propost ta’ din il-miżura, li hija ppjanata li tibqa’ għaddejja sa Marzu 2017, huwa ta’ GBP 115-il miljun. In-nefqa maħsuba għas-sena finanzjarja 2013/2014 hija ta’ GBP 10 miljun u għat-tliet snin finanzjarji ta’ wara GBP 35 miljun għal kull waħda. L-għajnuna hija ffinanzjata mit-Teżor tal-Maestà Tagħha. L-Unità ta’ Ċertifikazzjoni tal-Istitut tal-films Brittaniku se tkun responsabbli għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni ta’ logħob kulturalment Brittaniku.

(7)

Kumpaniji suġġetti għat-Taxxa fuq il-Kumpaniji tar-Renju Unit li jiżviluppaw logħob tal-vidjo li jikkwalifika jkunu jistgħu jitolbu eżenzjoni mit-taxxa fuq in-nefqa fuq oġġetti u servizzi użati jew kkunsmati fir-Renju Unit ta’ valur massimu ta’ 25 % tal-baġit tal-produzzjoni. L-eżenzjoni tinkiseb minn tnaqqis ulterjuri tal-ispejjeż ta’ produzzjoni li jikkwalifikaw mid-dħul taxxabbli li jirriżulta mil-logħba tal-vidjo. Madankollu, mhux iktar minn 80 % tal-baġit tal-produzzjoni jista’ jitnaqqas b’żieda ma’ dan. F’każ li l-benefiċjarju jkun ġarrab telf fil-perjodu kontabilistiku, jista’ jitlob kreditu ta’ taxxa pagabbli. Skont it-taqsima 1217CF(3) tal-abbozz tal-emenda għall-Att dwar it-Taxxa Korporattiva tal-2009, in-nefqa eliġibbli hija limitata għan-nefqa prinċipali dwar it-tfassil, il-produzzjoni u l-ittestjar tal-logħob.

(8)

L-eżenzjoni mit-taxxa għal-logħob tal-vidjo tar-Renju Unit hija suġġetta għal test kulturali simili għal dak tal-inċentiv fiskali għall-films tar-Renju Unit. Iż-żewġ testijiet huma maqsuma f’erba’ taqsimiet, Kontenut kulturali, kontribut kulturali, użu ta’ ċentri kulturali tar-Renju Unit, u użu ta’ prattikanti kulturali nazzjonali jew residenti tar-Renju Unit jew taż-ŻEE.

(9)

Peress li l-miżura notifikata hi ffinanzjata permezz ta’ tnaqqis ta’ taxxi normalment dovuti lill-baġit tal-Istat, din hija ffinanzjata mill-Istat. Il-logħob tal-vidjo huwa prodott f’diversi Stati Membri u hemm suq intern għal tali logħob tal-vidjo. L-appoġġ għalihom għalhekk jista’ jkollu effett fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, il-Kummissjoni sabet fid-deċiżjoni ta’ ftuħ li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar jekk l-għajnuna tistax tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern.

(10)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ddubitat jekk hux neċessarju jew proporzjonat li jkun hemm kundizzjonijiet territorjali relatati ma’ tali għajnuna. Ir-Renju Unit ibbaża t-tfassil tal-iskema proposta fuq dak tal-inċentiv fiskali għall-films tar-Renju Unit. Għalhekk huwa ppropona li l-eżenzjoni mit-taxxa tkun disponibbli biss għal infiq fuq oġġetti jew servizzi użati jew ikkunsmati fir-Renju Unit. Madankollu, l-iskema ta’ inċentivi għall-films tagħmel użu minn eċċezzjoni speċjali fuq il-projbizzjoni tas-soltu fuq restrizzjonijiet territorjali, li hija permessa fil-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema (5) biss fir-rigward tal-appoġġ għall-produzzjoni għall-films u l-programmi televiżivi, mhux għal-logħob tal-vidjo.

(11)

It-tieni nett, il-Kummissjoni ddubitat li l-għajnuna għal logħob se tkun neċessarja, għaliex huma jikkostitwixxu suq li qed jikber b’pass mgħaġġel. Ir-Renju Unit ma pprovdiex provi konvinċenti li jista’ jkun hemm falliment tas-suq li jwassal għan-nuqqas ta’ produzzjoni ta’ logħob tal-vidjo kulturalment Brittaniku fin-nuqqas tal-għajnuna mill-Istat.

(12)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit jikkunsidra li l-eżenzjoni mit-taxxa għal-logħob tal-vidjo tar-Renju Unit hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat. Il-Kummissjoni madankollu ma kinitx konvinta li t-test kulturali propost mir-Renju Unit fil-prattika jwassal għal identifikazzjoni selettiva tal-għadd limitat ta’ logħob li jirrappreżenta kwalità kulturali li mhijiex offruta biżżejjed mis-suq mingħajr għajnuna u li jkun essenzjali sabiex jiżgura li t-temi kulturali Brittaniċi u Ewropej huma rrappreżentati u riflessi fil-logħob.

(13)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kienet imħassba li l-għajnuna tista’ toħloq kompetizzjoni ta’ sussidji ġewwa l-Unjoni u ddubitat li d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni jkunu bbilanċjati minn kwalunkwe effett pożittiv.

III.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(14)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn Stat Membru wieħed, Franza, assoċjazzjonijiet ta’ żviluppaturi tal-logħob nazzjonali tar-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, il-Finlandja, il-Federazzjoni Ewropea tal-Iżviluppaturi tal-Logħob (“EGDF”), korpi pubbliċi tar-Renju Unit involuti fil-promozzjoni tal-films, xandar, u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ tal-produzzjoni tal-films mir-Renju Unit. Il-kontributuri kollha enfasizzaw il-kwalità u l-importanza kulturali li l-logħob jista’ jkollu. Huma raw li ma hemmx biżżejjed inċentivi biex is-suq jipproduċi logħob kulturalment aktar rilevanti. L-ebda wieħed minnhom ma kkunsidra li kien hemm periklu ta’ kompetizzjoni għas-sussidju fost l-Istati Membri.

(15)

Rigward in-neċessità tal-għajnuna, il-partijiet interessati kkummentaw li r-Renju Unit kien qed jitlef il-pożizzjoni mexxejja tiegħu fis-suq tal-logħob tal-vidjo, li fl-2012 inqas minn 10 % tal-logħob maħruġ fir-Renju Unit ġie żviluppat fir-Renju Unit, li s-suq kien iddominat mill-Amerika ta’ Fuq u l-Asja u li kien hemm ċaqliq ta’ persunal lejn il-Kanada. Il-kontributuri ġibdu l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-isfidi ewlenin għall-Istati Membri jkunu biex jindirizzaw il-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi li jissussidjaw ħafna l-logħob, partikolarment il-Kanada.

(16)

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi tal-Logħob Indipendenti tar-Renju Unit (The United Kingdom Independent Game Developers Association“TIGA”) issottomettiet bosta eżempji minn pjanijiet u proġetti li fihom seta’ sar logħob ibbażat fir-Renju Unit/l-Ewropa bl-għajnuna ta’ eżenzjoni mit-taxxa iżda li fil-fatt ma sarx. Il-United Kingdom Interactive Entertainment (“Ukie”), li tirrappreżenta l-industrija tal-logħob u d-divertiment interattiv, osservat li fis-suq tal-logħob globali jkun hemm pressjoni fuq l-iżviluppaturi tal-logħob biex jimmiraw il-prodotti lejn is-suq l-iktar mifrux. Dan ikun ifisser b’mod partikolari li jsiru aċċessibbli għas-suq tal-Amerika ta’ Fuq u dejjem aktar għas-swieq tal-Lvant Imbiegħed u li jilħqu l-aspettattivi u n-normi kulturali ta’ dawn is-swieq. Dan ipoġġi pressjoni kostanti fuq żviluppaturi tal-logħob fl-Ewropa biex ma jenfasizzawx l-elementi kulturalment Ewropej tal-logħba tagħhom sabiex ibigħu lil udjenza dinjija. Konsegwentement, ikun inqas faċli għall-iżviluppaturi ta’ logħob kulturalment Ewropew biex jiksbu finanzjament privat. L-Ukie għalhekk ikkunsidrat li l-għajnuna tassisti sabiex tirrimedja nuqqas tas-suq.

(17)

Il-gvern Franċiż osserva t-tendenza li l-logħob qed isegwi dejjem aktar “sterjotipi internazzjonali”.

(18)

Min-naħa l-oħra, it-TIGA rrapportat li 54 % tad-dħul tal-żviluppaturi tar-Renju Unit indipendenti huwa kostitwit minn bejgħ Brittaniku. Dan jissuġġerixxi preferenza qawwija tax-xerrejja tar-Renju Unit għal produzzjonijiet tar-Renju Unit. Barra minn hekk, skont it-TIGA, bejn l-2008 u l-2011 kien hemm aktar bidu ta’ negozji (216) minn għeluq (197) fis-settur.

(19)

Rigward possibbiltà ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fost l-Istati Membri, it-TIGA ammettiet li spejjeż aktar baxxi jinfluwenzaw deċiżjonijiet dwar il-post ta’ kumpaniji ta’ produzzjoni tal-logħob; iżda hija kkunsidrat li d-distorsjoni prinċipali tiġi minn pajjiżi terzi, bħall-Kanada, fejn l-industrija tikber minħabba appoġġ pubbliku. Skont it-TIGA, bejn l-2008 u l-2010 l-impjieg fis-settur tal-Kanada żdied bi 33 % filwaqt li naqas fir-Renju Unit b’ 9 %.

IV.   KUMMENTI MIR-RENJU UNIT

1.   Obbligi ta’ nfiq territorjali

(20)

Wara l-espressjoni tad-dubji tal-Kummissjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’ nfiq territorjali inerenti fit-test ta’ “użati jew kkunsmati fir-Renju Unit” ikunux xierqa, ir-Renju Unit impenja ruħu biex jindirizza dan it-tħassib u biex ibiddel il-leġiżlazzjoni proposta minn “użati jew kkunsmati fir-Renju Unit” għal “minfuqa fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)”, biex b’hekk jiċċara li kwalunkwe nfiq magħmul fiż-ŻEE jista’ jkun eliġibbli għal eżenzjoni. Barra minn hekk, huma se jfittxu li jillimitaw l-ammont ta’ spejjeż ta’ sottokuntrattar li huma eliġibbli għal finanzjament. Il-produttur appoġġjat jista’ jonfoq sa EUR 1 miljun ta’ nefqa ewlenija eliġibbli għal kull proġett fuq sottokuntrattar, skont l-eżenzjoni mit-taxxa għal-logħob fi Franza (6). Dan jiżgura li parti essenzjali mill-iżvilupp tal-logħba tiġi magħmula mill-benefiċjarju nnifsu.

(21)

Ir-Renju Unit jikkunsidra li din il-limitazzjoni għall-eliġibbiltà ta’ spejjeż sottokuntrattati għandha effett minuri fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Diskussjonijiet ma’ rappreżentanti mill-industrija tal-logħob tal-vidjo, inklużi żviluppaturi żgħar u kbar, indikaw li bħal setturi kreattivi oħra, l-iżvilupp tal-logħob tal-vidjo huwa proċess ferm kollaborattiv mal-attivitajiet ta’ żvilupp ċentrali bħall-ipprogrammar, id-disinn u x-xogħol ta’ arti prinċipali tipikament imwettqa fl-istess post.

2.   Ħtieġa tal-għajnuna

(22)

Rigward il-ħtieġa tal-għajnuna minħabba nuqqas ta’ produzzjoni ta’ logħob kulturali, ir-Renju Unit ipprovda evidenza li turi li tali logħob qed jonqos, f’termini relattivi kif ukoll assoluti. Ir-Renju Unit jaqbel li b’mod ġenerali s-settur tal-logħob tal-vidjo huwa dinamiku u qed jikber. Madankollu, fl-2012 inqas minn 10 % tal-logħob maħruġ tar-Renju Unit ġie żviluppat fir-Renju Unit, meta mqabbel ma’ 16 % fl-2008. Ir-Renju Unit wettaq ukoll analiżi ulterjuri tal-logħob maħruġ fir-Renju Unit bejn l-2003 u l-2012. Iċ-ċifri juru tnaqqis kostanti fl-għadd ta’ logħob kulturalment Brittaniku u tnaqqis qawwi fis-sehem tiegħu mis-suq minn 9 % tal-logħob kollu maħruġ fir-Renju Unit (inkluż logħob minn pajjiżi oħra) fl-2003 għal 4 % fl-2006, li baqa’ għal 3 % mill-2009 sal-2012. Fl-2003, 41 % tal-logħob żviluppat fir-Renju Unit għadda mit-test kulturali meta mqabbel ma’ madwar 25 % biss fl-2012.

(23)

Ir-Renju Unit jaqbel li ż-żieda ta’ logħob tal-ismart phones neħħa ċerti ostakoli għad-dħul għal żviluppaturi iżgħar li jixtiequ jidħlu fis-suq tal-logħob tal-vidjo. Tabilħaqq, iċ-ċifri maħruġa fl-2011 juru li n-numru ta’ logħob tal-vidjo żviluppati minn kumpaniji li qegħdin jibdew żdied fl-aħħar sena. Madankollu, rigward il-kontenut tal-logħob, stħarriġ mill-programm tal-prototip tal-logħob tal-vidjo tal-Universita ta’ Abertay juri li 306 proposta għal logħob tal-mowbajl u onlajn ippreżentata lill-Università matul l-aħħar sentejn minn intrapriżi żgħar u mikro madwar ir-Renju Unit kollu, il-maġġoranza assoluta — 255 — ma kinux jinkludu la sfond, la karattru u lanqas storja tar-Renju Unit (7).

(24)

Dan jista’ jiġi spjegat mill-fatt li logħob sinifikanti kulturalment jista’ jkollu spejjeż tal-produzzjoni ugwali għal “logħob globali” imma suq iżgħar b’mod sinifikanti. Il-produzzjoni tagħhom għalhekk tkun tinvolvi riskju ekonomiku akbar. Għalhekk logħob tal-vidjo b’kontenut kulturalment Brittaniku/Ewropew ikun inqas vijabbli kummerċjalment minn kontenut iktar globalizzat. Kemm pubblikaturi internazzjonali u kemm żviluppaturi domestiċi huma inqas probabbli li jieħdu riskji fil-produzzjoni ta’ kontenut rilevanti kulturalment u minflok joħolqu kontenut iktar ġeneriku mmirat lejn swieq internazzjonali.

(25)

Stħarriġ mir-Renju Unit sab li l-elementi kulturalment Brittaniċi fl-istejjer tal-logħob qed jitnaqqru f’tentattiv li jiġu assigurati kuntratti ta’ pubblikazzjoni globali meħtieġa biex jiffinanzjaw l-iżvilupp tagħhom u jiżguraw is-sopravivenza tal-iżviluppatur. Kważi tliet kwarti tal-iżviluppaturi tal-logħob tal-vidjo Brittaniku stqarru li l-iżvilupp tal-Proprjetà Intellettwali oriġinali kien naqas jew waqaf waqt il-ħames snin ta’ qabel. L-istħarriġ sab li ħafna żviluppaturi kellhom ibiddlu l-kontenut kulturali tal-logħob tagħhom biex jissodisfaw il-ħtiġijiet kummerċjali. 53 % ta’ dawk li wieġbu qalu li kienu biddlu l-karattri u s-sitwazzjonijiet lil hinn minn suġġetti Brittaniċi jew Ewropej.

(26)

Fid-dawl ta’ dan, l-għanijiet tal-inċentiv tal-fond ikunu biex prodotti kulturali li probabbilment ma jkunux ekonomiċi jsiru vijabbli kummerċjalment, biex b’hekk tiġi promossal-produzzjoni ta’ prodotti kulturali ġodda li ma kinux isiru fin-nuqqas ta’ eżenzjoni mit-taxxa, u biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ ħiliet għall-produzzjoni sostenibbli ta’ prodotti kulturali, logħob tal-vidjo Brittaniku/taż-ŻEE rilevanti.

3.   Test kulturali diskriminatorju

(27)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-test kulturali, li jiżgura li l-iskema tkopri biss b’mod distint logħob kulturali, ir-Renju Unit spjega li l-ewwel nett, l-awtorità tat-taxxa HM Revenue & Customs (“HMRC”), għandha “Unità tal-Industriji Kreattivi” dedikata u speċjalista li se tkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-kontroll tat-talbiet għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-logħob tal-vidjo. L-unità se tivvaluta t-talbiet għar-riskju, u dan il-proċess jinkludi l-iżgurar li r-regoli għal kwalifika jiġu rispettati kif xieraq. Għalhekk hemm proċess ċar fis-seħħ għall-applikazzjoni tat-test.

(28)

Fir-rigward tal-elementi tat-test li jgħinu jiddeterminaw il-kwalità kulturali ta’ logħba, ir-Renju Unit iċċara li l-maġġoranza tal-punti disponibbli fit-test kulturali propost jirrelataw mal-kontenut. Sa 20 punt minn 31 jirrelataw mal-kontenut u l-kontribut kulturali tal-logħba. Dan jinkludi elementi bħall-post tal-istorja, il-karattri prinċipali, is-suġġett fuq liem il-logħba hija bbażata, l-użu tal-Ingliż u r-riflessjoni tal-kultura u l-patrimonju Brittaniku. Tliet punti biss jirreferu għall-post ta’ attività tal-iżvilupp u t-tmien punti l-oħra huma disponibbli fejn il-prattikanti kulturali rilevanti, bħax-xeneġġjatur, il-kompożitur, id-disinjatur, l-artist, jew il-programmatur, huma ċittadini jew residenti Brittaniċi jew taż-ŻEE. It-test propost għalhekk għandu enfasi qawwija fuq il-kontenut aktar milli fuq il-post ta’ attività. Din l-enfasi fuq il-kontenut hija msaħħa aktar permezz tal-applikazzjoni ta’ regola ta’ kontenut kulturali minimu “golden points rule”, li se tiżgura li logħob b’numru suffiċjenti ta’ punti tal-kontenut kulturali biss jgħaddu mit-test.

(29)

Din l-enfasi fuq il-kontenut tirrappreżenta restrizzjoni fuq l-għan ġenerali tal-eżenzjoni. Ir-Renju Unit impenja ruħu b’analiżi ta’ logħob maħruġ fil-pajjiż fl-2006, l-2009 u l-2012, billi applika b’mod retrospettiv it-test kulturali għal-logħob kollu magħmul fir-Renju Unit maħruġ matul dan il-perjodu. Mit-822 maħruġa fir-Renju Unit fl-2012, 74 biss kienu magħmula minn żviluppaturi tar-Renju Unit, 25,7 % minnhom (19-il logħba) kienu jgħaddu mit-test kulturali li kieku kien jeżisti. Għall-2006 u l-2009, it-test wera li s-sehem ta’ tali logħob fost il-logħob li kien żviluppat fir-Renju Unit kien ikun ta’ madwar 27 %, filwaqt li s-sehem tagħhom fost il-logħob kollu maħruġ fir-Renju Unit kien ikun bejn 3 u 4 %.

(30)

Ir-Renju Unit jikkunsidra li rata ta’ suċċess ta’ 25,7 % tkun ġewwa l-firxa aċċettata mill-Kummissjoni fil-każ tal-inċentiv fiskali tal-logħob tal-vidjo Franċiż (8). F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li l-fatt li viċin ta’ 30 % tal-logħob huwa magħżul jindika li Franza fasslet kriterji li jiggarantixxu li l-kontenut tal-logħob tal-vidjo eliġibbli għall-eżenzjoni mit-taxxa huwa verament kulturali. Bl-istess mod, ir-Renju Unit iqis li t-test kulturali tal-logħob tal-vidjo huwa restrittiv suffiċjentement sabiex ikun żgurat li l-għajnuna tiġi mmirata lejn il-logħob tal-vidjo kulturalment Brittaniku/taż-ŻEE.

(31)

Ir-Renju Unit barra minn hekk qabel li jinnotifika l-iskema bħala pilota inizjali għal erba’ snin, u se juża dan iż-żmien biex jagħmel monitoraġġ tal-eżenzjoni u jiżgura li qed tintuża kif intiż.

4.   Kompetizzjoni għas-sussidju

(32)

Dwar it-tħassib tal-Kummissjoni li l-għajnuna tista’ toħloq kompetizzjoni għas-sussidju ġewwa l-Unjoni li twassal għal tfixkil mhux dovut fil-kompetizzjoni, ir-Renju Unit osserva li tali kompetizzjoni għas-sussidju tkun evidenzjata minn numru kbir ta’ Stati Membri li joperaw skemi biex tiżdied il-kompetittività tas-setturi domestiċi tagħhom. Ir-Renju Unit ma jikkunsidrax li dan jista’ aktarx ikun il-każ. Għalkemm il-vantaġġi tat-taxxa jistgħu jkunu fattur determinanti għal deċiżjonijiet dwar fejn jiġi lokalizzat negozju, l-għajnuna hija prinċipalment risposta għal eżenzjonijiet mit-taxxa tal-Kanada, tal-Istati Uniti u tal-Korea t’Isfel. Franza hija attwalment l-uniku Stat Membru li joffri inċentiv fiskali għall-produzzjoni ta’ logħob tal-vidjo kulturalment rilevanti.

(33)

Barra minn hekk, kompetizzjoni għas-sussidji tkun ffukata biss fuq kompetizzjoni ekonomika mingħajr ebda restrizzjonijiet kulturali. Żewġ pajjiżi jew aktar li qed ifittxu biex jipproteġu l-produzzjoni ta’ prodotti kulturali partikolari, skont test kulturali miftiehem, ma jikkostitwixxux kompetizzjoni għas-sussidju.

(34)

L-għan tal-għajnuna proposta huwa li tiġi protetta l-produzzjoni tal-logħob tal-vidjo kulturalment Brittaniku/Ewropew u, bħala tali, l-għajnuna se tipprovdi eżenzjoni għal frazzjoni biss ta’ logħob żviluppat fir-Renju Unit u fl-Ewropa u tappoġġja biss ammont żgħir ta’ spejjeż tal-iżvilupp tal-logħob tal-vidjo ġenerali. Wara diskussjonijiet mal-industrija, ir-Renju Unit jikkalkula li madwar 10 % biss ta’ dak il-logħob kulturalment Brittaniku/Ewropew se jkollu baġit ta’ ‘l fuq minn GBP 5 miljun. Il-maġġoranza tal-infiq tal-iżvilupp tal-logħob se jkunu fuq proġetti konsiderevolment iżgħar.

V.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA TA’ GĦAJNUNA

1.   Klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat

(35)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, dwar għajnuna mogħtija minn Stati Membri, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti ma tkunx kompatibbli mas-suq intern, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(36)

L-appoġġ għall-produzzjoni tal-logħob tal-vidjo, ibbażat fuq approvazzjoni mill-HMRC, jagħti vantaġġ finanzjarju permezz ta’ eżenzjoni mit-taxxa għal impriżi fis-settur tal-produzzjoni tal-logħob għad-detriment tal-baġit tat-Teżor tal-Maestà Tagħha. Hija għalhekk mogħtija permezz tar-riżorsi tal-Istat u imputabbli lill-Istat. Il-miżura hija mfassla biex tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-impriżi benefiċjarji u tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għalihom. Hija limitata għal kumpaniji fis-settur tal-logħob tal-vidjo u hija għalhekk selettiva. Fl-aħħar nett, hija għandha effett fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri, peress li l-logħob huwa prodott ukoll fi Stati Membri oħrajn u kkummerċjalizzati globalment. Għalhekk, din tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

2.   Kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern

(37)

Rigward il-legalità ġenerali tal-iskema, il-Kummissjoni tinnota li r-Renju Unit irtira l-klawżola tat-territorjalizzazzjoni li l-Kummissjoni sabet problematika fid-dawl tal-libertajiet tas-suq intern tal-moviment ta’ oġġetti u l-provvista ta’ servizzi. Hija aċċettat li tillimita l-volum ta’ spejjeż ta’ sottokuntrattar li jikkwalifikaw bħala eliġibbli għal għajnuna ta’ EUR 1 miljun.

(38)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li dan il-limitu huwa aċċettabbli f’dan il-każ sakemm, fil-prattika, fir-rigward tad-daqs tal-baġits tal-produzzjoni, limitu ta’ GBP 1 miljun għan-nefqa tas-sottokuntrattar ma jidhirx probabbli li jtellef b’mod sinifikanti r-rikors għas-sottokuntrattar. Ir-Renju Unit jistenna li l-maġġoranza tal-logħob tal-vidjo kopert mit-test kulturali tagħhom se jkollu baġit tal-produzzjoni ta’ inqas minn GBP 1 miljun. Madwar 10 % biss ta’ dak il-logħob ikollu baġit ta’ iktar minn GBP 5 miljun. Skont il-bidliet fil-baġits tal-produzzjoni għal logħob tal-vidjo fir-Renju Unit, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrieżamina dan il-limitu meta l-miżura ta’ għajnuna tiġi nnotifikata mill-ġdid fi żmien erba’ snin mill-implimentazzjoni tagħha, f’konformità mal-impenji li jkunu ttieħdu mir-Renju Unit.

(39)

Ir-Renju Unit għandu l-ħsieb li jiġġustifika l-appoġġ ta’ żvilupp tal-logħob bħala għajnuna għall-promozzjoni tal-kultura. Għaldaqstant, ikollha ssir valutazzjoni skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat. Il-Kummissjoni ma żviluppatx linji gwida għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni dwar l-għajnuna għal-logħob. Madankollu, il-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema tirreferi għall-possibbiltà tal-għoti ta’ għajnuna għal-logħob. Il-paragrafu 24 ta’ din il-Komunikazzjoni jistipula li miżuri ta’ għajnuna ta’ appoġġ għal-logħob se jkomplu jiġu indirizzati fuq bażi ta’ każ b’każ. Sakemm il-ħtieġa ta’ skema ta’ għajnuna mmirata lejn il-logħob li għandu skop kulturali jew edukattiv tkun tista’ tiġi murija, il-Kummissjoni tapplika l-kriterju tal-intensità tal-għajnuna tal-Komunikazzjoni taċ-Ċinema.

(40)

Il-Kummissjoni għalhekk għandha tevalwa l-kompatibbiltà tal-miżura direttament abbażi tal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat. Hija jkollha tivverifika, jekk din isservix tassew għall-promozzjoni tal-kultura u jekk din ma tolqotx il-kundizzjonijiet u l-kompetizzjoni tal-kummerċ fl-Unjoni sal-punt li tkun kuntrarju għall-interess komuni. Dan ifisser li trid tkun l-istrument xieraq biex jintlaħaq dan l-għan, b’mod partikolari li mingħajr dan l-appoġġ ma jkunx hemm inċentiv suffiċjenti sabiex l-atturi fis-suq jipproduċu t-tip ta’ logħob mixtieq. Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-għajnuna, l-intensitajiet ta’ għajnuna massimi stabbiliti mill-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema jistgħu jiġu applikati b’analoġija. Il-Kummissjoni vvalutat l-għan kulturali u n-neċessità tal-għajnuna għal ċertu logħob tal-vidjo f’żewġ deċiżjonijiet rigward l-appoġġ għal-logħob fi Franza, imsemmi fi premessi 20 u 30.

(a)   Il-promozzjoni tal-kultura

(41)

Biex tkun kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat, l-għajnuna għal logħob, kif proposta mir-Renju Unit, teħtieġ li sservi l-promozzjoni tal-kultura. Fuq il-bażi tat-tibdil għall-iskema u l-evidenza addizzjonali mressqa mir-Renju Unit, il-Kummissjoni hija sodisfatta li r-Renju Unit japplika test kulturali tassew selettiv li jiżgura li l-għajnuna tingħata biss għall-promozzjoni tal-kultura skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat.

(42)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tieħu nota tal-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-Renju Unit rigward it-test li jservi biex jiddetermina l-kwalità kulturali ta’ logħba (premessi 27 sa 29): il-maġġoranza tal-punti disponibbli fi ħdan it-test kulturali propost, sa 20 punt minn 31, jirrelataw mal-kontenut u l-kontribut kulturali tal-logħba. Dan huwa msaħħaħ iktar permezz tal-applikazzjoni ta’ regola tal-kontenut kulturali minimu, “golden points rule”, li se tiżgura li logħob b’numru suffiċjenti ta’ punti tal-kontenut kulturali biss jgħaddu mit-test.

(43)

Din l-enfasi fuq il-kontenut tirrappreżenta restrizzjoni fuq l-għan ġenerali tal-eżenzjoni. Simulazzjonijiet tat-test kulturali fuq il-bażi ta’ logħob maħruġ fi snin preċedenti wrew li minn 26 sa 27 % tal-logħob prodott fir-Renju Unit kien jgħaddi mit-test kulturali. Tali rata ta’ suċċess tindika li l-kriterji tat-test jiżguraw li l-kontenut tal-logħob tal-vidjo eliġibbli għall-eżenzjoni mit-taxxa huwa verament kulturali u li t-test huwa restrittiv biżżejjed biex jimmira l-għajnuna għal logħob tal-vidjo kulturalment Brittaniku/Ewropew. B’paragun ma’ dan, fid-deċiżjoni tagħha tal-2007 dwar l-inċentiv fiskali tal-logħob tal-vidjo Franċiż (9), il-Kummissjoni sabet li eliġibbiltà ta’ madwar 30 % tal-logħob indikat li t-test kien selettiv biżżejjed.

(44)

B’konsegwenza ta’ dan, id-dubji li tqajmu fid-deċiżjoni tal-ftuħ ġew indirizzati. Il-fatt li madwar 27 % biss tal-logħob huwa magħżul jindika li l-għan tal-miżura mhux sempliċement għan industrijali biex jipprovdi appoġġ għal settur speċifiku iżda għan verament kulturali. Il-miżura ta’ għajnuna għalhekk tilħaq għan ġenwin għall-promozzjoni tal-kultura.

(b)   L-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-miżura

(45)

Abbażi tal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat, l-eżenzjoni mit-taxxa għandha tkun strument xieraq biex jintlaħaq l-għan segwit. L-għajnuna mill-Istat għal finijiet oħra li ma jiffokawx fuq dan l-għan kulturali hija aktar probabbli li tippromwovi għanijiet industrijali relatati mas-settur. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, kif maħsub, l-eżenzjoni mit-taxxa effettivament tippermetti li l-appoġġ pubbliku jiġi dirett lejn logħob b’kontenut kulturali u li għalhekk huwa għodda xierqa biex jintlaħaq l-għan kulturali li qed jiġi segwit.

(46)

Fid-dawl tal-iżvilupp ferm dinamiku u l-evoluzzjoni tas-suq tal-logħob, l-awtoritajiet tar-Renju Unit issottomettew dejta biex jissostanzjaw li l-għajnuna hija neċessarja biex tinżamm produzzjoni raġonevoli ta’ tali logħob u li mingħajr għajnuna għal logħob kulturali l-produzzjoni u s-sehem mis-suq tagħhom jonqsu konsiderevolment. Iċ-ċifri juru tnaqqis kostanti fin-numru ta’ logħob kulturalment Brittaniku u tnaqqis qawwi fis-sehem tagħhom mis-suq minn 9 % tal-logħob kollu maħruġ fir-Renju Unit fl-2003 għal 4 % fl-2006, li baqa’ fi 3 % mill-2009 sal-2012.

(47)

Logħob sinifikanti kulturalment jista’ jkollu spejjeż tal-produzzjoni ugwali għal logħob globali imma suq iżgħar b’mod sinifikanti. Il-produzzjoni tagħhom għalhekk tinvolvi riskju ekonomiku akbar. Għalhekk logħob tal-vidjo b’kontenut kulturalment Brittaniku/Ewropew huwa inqas vijabbli kummerċjalment minn dak b’kontenut iktar globalizzat. B’hekk is-suq ipoġġi pressjoni kostanti fuq l-iżviluppaturi tal-logħob fl-Ewropa biex inaqqsu l-elementi kulturalment Ewropej tal-logħba tagħhom sabiex ibigħu lil udjenza dinjija. Żviluppaturi ta’ logħob kulturalment Ewropew isibuha aktar diffiċli biex jiksbu finanzjament privat.

(48)

L-eżenzjoni mit-taxxa proposta għandha tippromwovi l-produzzjoni ta’ logħob tal-vidjo b’kontenut kulturali għal kuntrarju ta’ logħob li huwa purament għad-divertiment billi tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ dak b’kontenut kulturali. Għalhekk, hemm biżżejjed raġunijiet biex jiġi konkluż li l-miżura probabbilment se jkollha biżżejjed effett ta’ inċentiv marbut mal-għan tagħha.

(49)

Barra minn hekk il-miżura ta’ għajnuna hija proporzjonata peress li tillimita l-intensità tal-għajnuna għal 25 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni li jkunu effettivament saru fil-manifattura ta’ logħob eliġibbli. Dan hu inqas mill-intensità tal-għajnuna ta’ 50 % permessa għall-produzzjoni awdjoviżiva, skont il-paragrafu 52(1) tal-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema li japplika b’analoġija sakemm hija kkonċernata l-intensità tal-għajnuna permissibbli.

(50)

Fl-aħħar nett, sabiex ma jiġux affettwati l-kundizzjonijiet ta’ kummerċ u l-kompetizzjoni fl-Unjoni sal-punt kuntrarju għall-interess komuni, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ ikkawżati mill-miżura għandhom jiġu bbilanċjati permezz tal-effetti pożittivi tagħha.

(51)

Skont iċ-ċifri pprovduti mir-Renju Unit u rappreżentanti tas-settur, fl-2012 inqas minn 10 % tal-logħob maħruġ mir-Renju Unit ġie żviluppat fir-Renju Unit. L-ishma mis-suq tal-logħob eliġibbli ppubblikati fir-Renju Unit huma pjuttost żgħar (4-5 %). Anki l-proporzjon tal-logħob eliġibbli fost il-logħob tal-vidjo mmanifatturat fir-Renju Unit huwa, madwar 27 %, relattivament żgħir.

(52)

Barra minn hekk, l-ebda parti terza affettwata potenzjalment ma indikat li hemm effett negattiv possibbli tal-miżura. Għall-kuntrarju, l-assoċjazzjonijiet tal-manifatturi tal-logħob tal-vidjo li ssottomettew kummenti wara l-bidu tal-proċedura, TIGA u EGDF, enfasizzaw l-impatt żgħir tal-miżura fuq l-industriji nazzjonali tagħhom u l-impatt globali tagħha quddiem kompetizzjoni prinċipalment mill-Amerika ta’ Fuq u fil-Lvant Imbiegħed. Għalhekk kompetizzjoni għas-sussidju fost l-Istati Membri tkun pjuttost improbabbli.

(53)

Fi kwalunkwe każ, huwa f’loku li r-Renju Unit qed jillimita t-tul tal-iskema għal erba’ snin sabiex jippermetti evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u valutazzjoni mill-ġdid tal-kriterji fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq.

(54)

Il-Kummissjoni konsegwentement issib li d-dubji li tqajmu fid-deċiżjoni tal-ftuħ ġew indirizzati. Id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effett tal-miżura fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri issa huma limitati b’mod li dawn mhumiex kontra l-interess komuni.

VI.   KONKLUŻJONI

(55)

Il-Kummissjoni għalhekk hija tal-opinjoni li l-għajnuna mhux se jkollha l-effett li ssaħħaħ b’mod mhux dovut il-poter tas-suq ta’ ditti benefiċjarji jew li tfixkel l-inċentivi dinamiċi għal operaturi tas-suq iżda, għall-kuntrarju, se żżid id-diversità tal-provvista fis-suq. Hemm lok, għalhekk, biex jiġi konkluż li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ li l-miżura jkollha huma limitati sabiex il-valutazzjoni tal-għajnuna globali tkun pożittiva. B’hekk, l-eżenzjoni mit-taxxa għall-ħolqien ta’ logħob tal-vidjo hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta għal-logħob tal-vidjo permezz ta’ emenda tal-Att dwar it-Taxxa Korporattiva tal-2009 hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-implimentazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna hija b’hekk awtorizzata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.36139 – Eżenzjoni mit-taxxa tal-logħob tal-vidjo tar-Renju Unit (ĠU C 152, 30.5.2013, p. 24).

(2)  Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2006 fil-Każ Nru N 461/05 — Inċentiv Fiskali għall-Films tar-Renju Unit (ĠU C 9, 13.1.2007, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Jannar 2011 fil-Każ Nru SA.33234 — Estensjoni tal-Inċentiv Fiskali għall-Films tar-Renju Unit (ĠU C 142, 22.5.2012, p. 1).

(5)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra, (ĠU C 332, 15.11.2013, p. 1). Dan kien il-każ ukoll fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar ċerti aspetti ġuridiċi rigward xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (ĠU C 43, 16.2.2002, p. 6), li kienet tapplika meta l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat tnediet.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ April 2012 fil-Każ Nru SA.33943 — Prolongation du régime d’aide C 47/06 — Crédit d’impôt en faveur de la création de jeux vidéo (ĠU C 230, 1.8.2012, p. 3).

(7)  L-università ġabret din id-dejta matul il-programm tal-prototip tal-logħob tal-vidjo tagħha li huwa intiż biex jgħin lill-intrapriżi ż-żgħar jibdlu l-logħob tagħhom fi prototipi funzjonali.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/354/KE tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar Għajnuna mill-Istat C 47/06 (ex N 648/05) —- Kreditu tat-taxxa introdott minn Franza għall-ħolqien ta’ logħob tal-vidjo (ĠU L 118, 6.5.2008, p. 16).

(9)  Ara n-nota 8 f’qiegħ il-paġna.


7.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ġunju 2014

dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru SA.20949 (C 23/06) — Il-Polonja — Technologie Buczek

(notifikata bid-dokument C(2014) 4099)

(It-test Pollakk biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/765/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra ddatata s-7 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Polonja bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali taħt l-Artikolu 88(2) KE fil-każ ta’ hawn fuq li jirrigwarda għajnuna mill-Istat.

(2)

Fit-23 ta’ Ottubru 2007, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE (1) (id-Deċiżjoni) li fiha l-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna mill-Istat li rċieva l-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group (“TB Group”) kienet inkompatibbli mas-suq komuni u ordnat lill-Polonja biex tirkupraha mingħand l-entitajiet kostitwenti ta’ TB Group, jiġifieri l-kumpanija proprjetarja ta’ Technologie Buczek S.A. (“TB”) u s-sussidjarji tagħha Huta Buczek sp. z o.o. (“HB”) u Buczek Automotive sp. z o.o. (“BA”) fil-proporzjon tal-benefiċċju li fil-fatt inkiseb.

(3)

Fit-8 ta’ Jannar 2008, BA ressqet applikazzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni. TB u HB ressqu applikazzjonijiet separati iżda aktar tard irtiraw l-azzjonijiet tagħhom.

(4)

Permezz tas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2011 (2), il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni safejn tirrigwarda lil BA (ara deskrizzjoni dettaljata hawn taħt fil-premessa 7). Fil-21 ta’ Marzu 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell li għamlet il-Kummissjoni kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (3).

(5)

Bħala riżultat tal-annullament tad-deċiżjoni safejn tirrigwarda lil BA, il-proċedura tal-investigazzjoni formali C23/06 ma ngħalqitx, u l-Kummissjoni kellha terġa’ tibda dik il-proċedura mill-punt fejn kienet seħħet l-illegalità.

(6)

Fit-22 ta’ April 2013, it-12 ta’ Ġunju 2013 u s-27 ta’ Novembru 2013 il-Kummissjoni talbet lill-Polonja biex tgħaddilha informazzjoni, li l-Polonja wieġbet fit-8 ta’ Mejju 2013, fis-26 ta’ Lulju 2013 u fl-10 ta’ Frar 2014.

2.   VALUTAZZJONI

(7)

Il-Qorti annullat:

L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni li tiddikjara li għajnuna mill-Istat għall-ammont ta’ PLN 20 761 643 mogħtija illegalment lil TB Group hija inkompatibbli mas-suq komuni,

L-Artikolu 3(1) u (3) tad-deċiżjoni, li jistipulaw l-ammonti tal-għajuna li għandha tiġi rkuprata mingħand HB u BA individwalment, safejn dawk il-paragrafi jirrigwardaw lil BA (4),

L-Artikoli 4 u 5 tad-deċiżjoni, li jinkludu d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, safejn dawk l-Artikoli jirrigwardaw lil BA.

(8)

Minħabba li l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni jirreferi għal TB Group kollha kemm hi, filwaqt li l-artikoli annullati l-oħrajn jindividwaw lil BA, il-Kummissjoni tikkunsidra li hu meħtieġ li jitfakkar l-ewwel sa liema punt l-annullament tad-deċiżjoni għandu impatt fuq il-membri l-oħra ta’ TB Group, jiġifieri TB u HB.

(9)

Il-Kummissjoni tfakkar is-sentenza fil-Kawża T-227/95 (AssiDomän Kraft Products u oħrajn v. il-Kummissjoni [1997] Ġabra II-01185, paragrafi 59 u 60), fejn il-Qorti kienet tal-fehma li, jekk parti indirizzata [ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni] tiddeċiedi li tressaq azzjoni għal annullament, il-ġudikatura tal-Komunità jkollha quddiemha dawk l-elementi biss tad-deċiżjoni li jirrigwardaw lil dik il-parti indirizzata. L-elementi mhux kontestati tad-deċiżjoni li jirrigwardaw lill-partijiet indirizzati l-oħra, min-naħa l-oħra, ma jifformawx parti mis-suġġett tat-tilwima li l-Qorti hija msajħa li tirriżolvi. F’azzjoni għal annullament, il-Qorti tista’ tagħti sentenza biss fuq is-suġġett tat-tilwima li jkunu rreferew għaliha l-partijiet. Deċiżjoni tista’ tiġi annullata biss fir-rigward tal-partijiet indirizzati li jkunu rebħu fl-azzjonijiet tagħhom quddiem il-Qorti.

(10)

Kif imsemmi fil-premessa 3, TB u HB irtiraw l-azzjonijiet tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali u għaldaqstant id-deċiżjoni fil-konfront taghħom saret definittiva, inkluż l-obbligu tal-Polonja li tirkupra l-għajnuna illegali. L-awtoritajiet Pollakki ikkonfermaw li TB ħallset PLN 13 963 560,74, li jammontaw għall-ammont sħiħ li kellu jiġi rkuprat minn TB, kif ukoll parti mill-għajnuna li kellha tiġi rkuprata minn HB. HB ddikjarat l-insolvenza u l-awtoritajiet pubbliki kollha rilevanti rreġistraw il-pretensjonijiet tagħhom fit-totalità tal-falliment. Il-proċedura tal-likwidazzjoni għadha pendenti. L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li b’segwitu għall-annullament, l-għajnuna mħallsa lura minn TB ma marritx lura għandha u l-pretensjonijiet kontra HB ma tħassrux mit-totalità tal-falliment.

(11)

Għal dawk ir-raġunijiet, il-proċedura tal-investigazzjoni formali għadha miftuħa biss rigward BA.

(12)

Il-Kummissjoni tinnota l-informazzjoni mill-Polonja li BA ġiet dikjarata falluta fit-28 ta’ Settembru 2012 u tħassret mir-reġistru kummerċjali tal-kumpaniji fis-16 ta’ Novembru 2012.

(13)

Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li l-assi ta’ BA li kienu jiffurmaw it-totalità tal-falliment, inbiegħu individwalment (mhux raggruppati f’negozji sħaħ), fi proċeduri ta’ offerti li jiguraw il-kisba ta’ prezzijiet tas-suq. La l-impjegati ta’ BA u lanqas il-fornituri jew il-klijenti ma ġew trasferiti għal xi waħda mill-entitajiet akkwirenti b’mod li jista’ jindika li kien hemm kontinwità ekonomika ta’ BA.

(14)

Il-Polonja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li matul il-proċedimenti tal-falliment l-amminsitratur illikwida l-assi kollha ta’ BA. Wara l-ngħalqu l-proċedimenti ma fadal ebda assi ta’ BA li jistgħu b’xi mod jiġu akkwistati minn impriżi oħra.

(15)

Abbażi ta’ dawk l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx impriżi li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala suċċessuri ekonomiċi tal-BA.

(16)

Għaldaqstant il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-każ preżenti ma fadlilhiex skop, minħabba li anke jekk l-għajnuna kienet iddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, ma kienx ikun hemm mezzi biex tiġi rkuprata l-għajnuna fil-kwistjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali taħt l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Fuzjonament tal-Unjoni Ewropea, li nbdiet fis-7 ta’ Ġunju 2006 u li għadha miftuħa fir-rigward ta’ Buczek Automotive sp. z o.o. wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-1/08 tas-17 ta’ Mejju 2011 kif ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-405/11P tal-21 ta’ Marzu 2013 hija b’dan magħluqa, minħabba li l-proċedura ma għadx fadlilha skop wara l-likwidazzjoni ta’ uczek Automotive sp. z o.o.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implimentat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group (ĠU L 116, 30.4.2008, p. 26).

(2)  Il-Kawża T-1/08, Buczek Automotive sp. z o.o. v Il-Kummissjoni, ECLI:EU: T:2011:216.

(3)  Il-Kawża C-405/11 P Il-Kummissjoni v Buczek Automotive sp. z o.o., ECLI:EU:C:2013:186.

(4)  L-Artikolu 3(1) tad-deċiżjoni jordna lill-Polonja biex tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 kif ġej: PLN 13 578 115 mingħand HB u PLN 7 183 528 mingħand BA. L-Artikolu 3(3) jordna lill-Polonja biex tirkupra wkoll l-interessi fuq dawk l-ammonti.


7.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Lulju 2014

dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.18042 (2013/C) (ex MX 17/2009) (ex NN 61/2004)

implimentata minn Spanja dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq il-bijofjuwils

(notifikata bid-dokument C(2014) 4530)

(It-test bil-lingwa Spanjola biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/766/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1), u wara li ġew ikkunsidrati l-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Mill-2006 ‘l hawn, id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni kull sena wettaq eżerċizzju ta’ kontroll ex post ta’ kampjun ta’ miżuri ta’ għajnuna implimentati mill-Istati Membri. L-iskema Spanjola ta’ eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għall-bijofjuwils (numru tal-każ NN61/2004) kienet approvata mill-Kummissjoni bid-Deċiżjoni C(2006) 2293 tas-6 ta’ Ġunju 2006 (minn hawn ‘il quddiem id-“Deċiżjoni tal-Kummissjoni”). Din l-iskema kienet inkluża fl-eżerċizzju ta’ kontroll tal-2009/2010 bir-referenza MX 17/2009, u fil-kuntest tagħha l-Kummissjoni eżaminat kif l-Istati Membri applikaw kampjun ta’ skemi eżistenti fl-2009.

(2)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa’ tinkludi din l-iskema fl-eżerċizzju ta’ kontroll tal-2011/2012, u fil-kuntest tagħha l-Kummissjoni eżaminat kif l-Istati Membri applikaw kampjun ta’ skemi eżistenti fil-perjodu 2009-2010.

(3)

Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta minn Spanja waqt l-eżerċizzju ta’ kontroll, il-Kummissjoni kellha dubji dwar l-applikazzjoni xierqa tal-iskema mill-awtoritajiet Spanjoli. Għalhekk, hija ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-Kummissjoni infurmat lil Spanja bid-deċiżjoni tagħha permezz ta’ ittra bid-data tas-17 ta’ Lulju 2013.

(4)

Spanja bagħtet il-kummenti tagħha fl-20 ta’ Settembru 2013.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-7 ta’ Frar 2014 (2). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti mis-sezzjoni tal-bijofjuwils tal-Assoċjazzjoni Spanjola tal-Produtturi ta’ Enerġija Rinnovabbli (APPA Biocarburantes) fil-5 ta’ Marzu 2014. Hija għaddiethom lil Spanja, u tatha l-opportunità li tagħti r-reazzjonijiet tagħha. Fis-6 ta’ Mejju 2014, l-awtoritajiet Spanjoli indikaw li ma kinux jixtiequ jgħaddu kummenti dwar l-osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

(7)

L-iskema NN 61/2004 ta’ eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għall-bijofjuwils tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ rata ta’ żero fid-dazju tas-sisa Spanjola fuq l-idrokarburi. Dan japplika għall-etanol prodott minn prodotti ta’ oriġini agrikola jew veġetali (bijoetanol), definit fil-Kodiċi tan-Nomenklatur Magħquda NM 2207 20, għall-metanol minn prodotti ta’ oriġini agrikola jew veġetali, definit fil-kodiċi NM 2905 11 00, u l-prodotti definiti fil-kodiċijiet NM 1507, 1508, 1510, 1511, 1512, 1513, 1514, 1515 y 1518.

(8)

Ir-rata ta’ żero fid-dazju tas-sisa kienet tapplika għal dawk il-prodotti indipendentement minn jekk kinux jintużaw kif kienu jew b’modifika kimika. Meta l-bijofjuwil kien ikun imħallat ma’ fjuwil ieħor, ir-rata mnaqqsa kienet tapplika biss għall-parti tat-taħlita li kienet bijokarburant. Għall-finijiet tad-dazju tas-sisa, ir-rata mnaqqsa kienet tapplika għall-bijofjuwils kollha, indipendentement mill-oriġini ġeografika tagħhom.

(9)

L-iskema kienet approvata mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ġunju 2006 u ġiet fi tmiemha fil-31 ta’ Diċembru 2012 (3).

(10)

Il-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli waqt l-eżerċizzju ta’ kontroll, qajmet dubji dwar il-konformità tal-applikazzjoni tal-iskema mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-2009 u fl-2010. Kien hemm dubji wkoll dwar jekk Spanja tatx kumpens żejjed lill-benefiċjarji fl-2010. Il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha fil-premessi 13 sa 29 tad-Deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2013.

(11)

Il-Kummissjoni talbet lil Spanja biex:

a.

turi li l-iskema kienet applikata korrettament fl-2009 u fl-2010,

b.

turi li ma ngħatax kumpens żejjed għall-bijoetanol fl-2010 jew li, jekk ingħata, tispjega x’mezzi ntużaw biex jiġi evitat li jerġa’ jingħata kumpens żejjed fis-snin ta’ wara,

c.

tippreżenta rapporti annwali għal kemm iddum għaddejja l-iskema.

III.   IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(12)

Fil-5 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand APPA Biocarburantes, li kienu simili ħafna għall-kummenti tal-awtoritajiet Spanjoli (ara t-taqsima IV). Din l-Assoċjazzjoni indikat li l-iskema kienet applikata korrettament.

(13)

Meta jitqabblu l-kostijiet tal-bijofjuwils mal-prezz qabel id-dazju tas-sisa tal-fjuwil fossili fil-pompa, kemm il-bijoetanol u kemm il-bijodiżil jidhru li ngħataw inqas kumpens milli kellhom jieħdu għall-perjodu kollu, bl-eċċezzjoni tal-2010 għall-bijoetanol u fl-2012 għall-bijodiżil. Fil-fehma ta’ APPA Biocarburantes, din il-metodoloġija hija inkorretta, peress li l-prezz qabel it-taxxi tal-fjuwils fossili fil-pompa kien jinkludi l-kostijiet kollha tat-trasport u d-distribuzzjoni tal-fjuwil sakemm il-prodott jasal għand il-konsumatur, filwaqt li dawn il-kostijiet loġistiċi mhumiex inklużi fil-kostijiet tal-bijofjuwils fl-analiżi komparattiva msemmija. Fil-fehma tal-Assoċjazzjoni, jirriżulta li jkun iktar xieraq li jitqabblu l-kostijiet tal-produzzjoni tal-bijofjuwils mal-prezzijiet ikkwotati internazzjonalment tal-fjuwil fossili. L-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija, turi li l-bijofjuwils kienu iktar sottokompensati tul il-ħajja tal-iskema u ma kien hemm l-ebda każ ta’ kumpens żejjed.

(14)

Fl-aħħar nett, APPA Biocarburantes issostni li, anke jekk il-kostijiet tal-bijofjuwils jitqabblu mal-prezz qabel id-dazju tas-sisa fuq il-fjuwils fossili fil-pompa, iż-żewġ sitwazzjonijiet uniċi fejn seta’ kien hemm kumpens żejjed huma purament temporanji u ġejjin min-natura stess tal-iskema ta’ għajnuna fiskali għall-bijofjuwils (bi kwantitajiet assoluti ffissati minn qabel u evalwazzjonijiet realizzati wara) u minħabba l-volatilità kbira tal-prezzijiet tal-materja prima agrikola, li hija l-komponent ewlieni tal-kostijiet ta’ produzzjoni tal-bijofjuwils. Ma kienx hemm bżonn li l-iskema tiġi aġġustata ladarba ma kien hemm l-ebda sinjal ta’ possibilità ta’ kumpens żejjed għall-bijoetanol fis-snin ta’ wara (2011 u 2012) u l-possibilità ta’ kumpens żejjed għall-bijodiżil ġie rreġistrat fl-aħħar sena, l-2012. Barra minn hekk, ma kienx ikun possibbli li tagħmel aġġustamenti għall-futur minħabba li l-iskema mbagħad ġiet fi tmiemha.

IV.   KUMMENTI MINN SPANJA

(15)

L-awtoritajiet Spanjoli għaddew il-kummenti tagħhom fl-20 ta’ Settembru 2013. Fis-6 ta’ Mejju 2014, huma indikaw li ma kinux jixtiequ jgħaddu kummenti dwar l-osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi li ngħaddewlhom.

(16)

Fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Settembru 2013, l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw informazzjoni dwar il-kostijiet tal-produzzjoni tal-bijoetanol u tal-bijodiżil, flimkien ma’ dejta dwar il-prezzijiet tal-fjuwils fossili matul il-perjodu inkluż bejn l-2004 u l-2012. Fl-istess ħin ippreżentaw tabelli li jqabblu l-kostijiet tal-bijofjuwils mal-prezz qabel it-taxxi tal-fjuwils fossili fil-pompa. Dawn it-tabelli jinsabu fl-Anness 1.

(17)

Id-dejta u l-analiżi murija mit-tabelli korrispondenti huma bbażati fuq il-preżunzjonijiet li ġejjin:

a.

Il-punt tat-tluq hija d-dejta reali dwar il-kostijiet ta’ produzzjoni annwali tal-impjanti Spanjoli, li magħhom jiżdied marġni ta’ profitt fuq il-produzzjoni ta’ 5 %; dawn jiġu aġġustati għad-differenza fil-kontenut enerġetiku tal-bijofjuwil u l-fjuwil fossili li jitħallat miegħu bl-użu tad-dejta fl-Anness III tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jiġifieri, 1,52 u 1,09 għall-bijoetanol u l-bijodiżil rispettivament.

b.

Dawn il-kostijiet jitqabblu mad-dejta tal-prezzijiet tal-fjuwils li jkunu qed jissostitwixxu, jiġifieri l-petrol u d-diżil. Il-prezz li jittieħed huwa l-prezz qabel it-taxxi ta’ dawn il-fjuwils tas-sisa fil-pompa u għalhekk jinkludi l-marġni gross tad-distribuzzjoni kummerċjali. Id-differenza bejn il-kost tal-produzzjoni tal-bijofjuwils u l-kost tal-fjuwil fossili sostituttivi huwa l-marġni massimu ta’ kumpens.

c.

Il-kumpens reali applikat jekwivali d-dazju tas-sisa tal-idrokarburi li jikkorrispondi għall-bijoetanol u l-bijodiżil. Mingħajr l-eżenzjoni, ir-rata applikata għal dawn il-prodotti bħala dazju tas-sisa fuq l-idrokarburi kien ikun korrispondenti għall-petrol u d-diżil rispettivament (5).

(18)

Abbażi tad-dejta korrispondenti, Spanja indikat li tul il-perjodu 2004-2012 wieħed jista’ josserva sottokumpens akkumulat għaż-żewġ tipi ta’ fjuwil (EUR 455,96/1 000 l għall-bijodiżil u EUR 897,22/1 000 l għall-bijoetanol). Meta kull sena tiġi analizzata separatament, jiġi osservat sottokumpens tul is-snin kollha, ħlief l-2010 fir-rigward tal-bijoetanol u fl-2012 għall-bijodiżil.

(19)

Fir-rigward tal-bijoetanol, Spanja spjegat li l-kumpens żejjed osservat fl-2010 ġara minħabba waqgħa unika fil-prezzijiet tal-materja prima, speċjalment prodotti agrikoli, bejn Jannar u Ġunju 2010. Għaldaqstant din kienet sitwazzjoni ta’ darba, riversibbli u imprevedibbli li, barra minn hekk, ikkoreġiet ruħha awtomatikament fis-sena ta’ wara biż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda raġuni biex l-awtoritajiet Spanjoli jieħdu passi. Spanja pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima flimkien ma’ grafika li turi t-tendenza tal-indiċi tal-prezzijiet taz-zokkor u ċ-ċereali (bażi 2002-2004 = 100).

Evoluzzjoni tal-prezz tal-materja prima fil-perjodu 2009-2011  (6)

Image

(20)

Spanja spjegat li, fil-każ tal-bijodiżil, deher li ġie rreġistrat kumpens żejjed fl-2012, iżda l-iskema ġiet fi tmiemha fil-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.

(21)

Spanja sostniet li l-prezz użat f’din il-metodoloġija bħala referenza għall-fjuwils sostituttivi — il-prezz qabel id-dazju tas-sisa fil-pompa — huwa l-iktar wieħed strett mill-għażliet disponibbli u li jirriżulta li jkun iktar xieraq tqabbil ma’ valur eqreb għall-prezzijiet dinjin għal dawn il-prodotti. L-awtoritajiet Spanjoli pprovdew ukoll tabelli fejn tqabblu l-kostijiet tal-bijofjuwils mal-prezz dinji tal-fjuwils fossili u enfasizzaw, li f’dan il-każ, ma kien osservat l-ebda kumpens żejjed għall-bijodiżil fl-ebda waħda mis-snin meqjusa filwaqt li l-kumpens żejjed possibbli għall-bijoetanol kien negliġibbli (EUR 2/1 000 l, meta mqabbel ma’ EUR 142,13/1 000 l jekk jintuża bħala referenza l-prezz qabel it-taxxi fil-pompa tal-fjuwil fossili). Meta mqabbla mal-metodoloġija preċedenti, is-sottokumpens akkumulat kien ikun diversi drabi ogħla.

(22)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li kienu rraportaw dwar l-impriżi kollha li jipproduċu, jipproċessaw, iżommu, jirċievu u jibagħtu prodotti suġġetti għal dazju tas-sisa, b’konformità mad-Direttiva 2008/118/KE tal-Kunsill (7).

(23)

Skont id-definizzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 4, ta’ dik id-Direttiva, magazzinier awtorizzat tfisser persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata li, fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħha, tipproduċi, tipproċessa, iżżomm, tirċievi jew tibgħat prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju f’maħżen tat-taxxa. Skont l-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva, il-magazzinier awtorizzat huwa responsabbli li jħallas id-dazju tas-sisa li jista’ jintalab.

(24)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw għala pprovdew biss dejta fiskali ta’ waħda miż-żewġ impriżi li kienu ffirmaw ftehim biex jipproduċu esteri tal-metil tal-aċidu grass (“FAME”) mis-sojja u l-palmi fuq bażi subkuntrattwali. Peress li dak il-kuntratt jirreferi għall-prodotti suġġetti għal dazji tas-sisa relatati maż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-kontroll, huwa kien irregolat mid-Direttiva 2008/118/KE. L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li l-proprjetarju tal-prodott ma kienx inkluż fid-definizzjoni ta’ “maganizzier awtorizzat” skont il-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva.

V.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

(25)

Il-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet, fid-deċiżjoni tagħha dwar il-każ NN61/2004, li l-miżura kkonċernata kienet timplika għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE. Il-Kummissjoni vvalutat din l-iskema ta’ għajnuna fuq il-bażi tal-Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna tal-istat għall-ħarsien tal-ambjent (8) tal-2001 u kkonkludiet li kienu kompatibbli mas-suq intern.

(26)

L-awtoritajiet Spanjoli issa pprovdew informazzjoni dettaljata lid-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni, inkluża d-dejta rilevanti tal-kostijiet ta’ produzzjoni tal-bijoetanol u l-bijodiżil għall-perjodu kollu tal-iskema. Meta jitqabblu l-kostijiet ta’ produzzjoni tal-bijofjuwils mal-prezz qabel it-taxxi fil-pompa tal-fjuwils fossili, kif jidher fit-tabelli inklużi fl-anness ta’ din id-Deċiżjoni, jiġu osservati żewġ sitwazzjonijiet ta’ kumpens żejjed: għall-bijoetanol fl-2010 u għall-bijodiżil fl-2012.

(27)

Fir-rigward tal-metodolġija alternattiva proposta minn Spanja, li tuża bħala referenza l-prezzijiet dinjin tal-fjuwils fossili, il-Kummissjoni tosserva li din il-metodoloġija hija differenti minn dik proposta minn Spanja u użata mill-Kummissjoni biex tivvaluta l-miżura NN 61/04. Peress li l-Kummissjoni qed tivverifika jekk Spanja applikatx korrettament l-iskema ta’ għajnuna b’konformità mad-Deċiżjoni li kienet approvatha fil-każ NN 61/04, il-metodoloġija alternattiva proposta ma tistax tiġi aċċettata.

(28)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li ma jista’ jiġi osservat l-ebda kumpens żejjed persistenti. Hekk ukoll, meta tqis l-għajnuna tul il-perjodu kollu tal-għajnuna, ma hemmx indikazzjonijiet ta’ kumpens żejjed kumplessiv. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn Spanja (ara l-premessi 18, 19, 20 u 22).

(29)

Fil-każ tal-bijoetanol, il-Kummissjoni tqis li ma kienx hemm bżonn li jiġu introdotti aġġustamenti biex jiġi rimedjat il-kumpens żejjed. F’dan il-każ, Spanja setgħet turi li l-kumpens żejjed ġie rimedjat, l-iktar minħabba ż-żieda sinifikanti rreġistrata fil-prezzijiet tal-materja prima minn Ġunju 2010 ‘l quddiem. Fil-fatt, fl-2010 u l-2012 ma jkun osservat l-ebda kumpens żejjed għall-bijoetanol.

(30)

Fir-rigward tal-bijodiżil, il-Kummissjoni tinnota li jista’ jiġi osservat ftit kumpens żejjed ta’ EUR 41,85/1 000 l fl-2012. Dan il-kumpens żejjed ġie rreġistrat mingħajr ma ġew modifikati la l-miżura u lanqas b’mod partikolari l-livell ta’ sostenn. Din is-sitwazzjoni kienet ipprovokata minn fatturi esterni għall-iskema, jiġifieri ż-żieda qawwija fil-prezz tad-diżil fossili fi Spanja. Il-Kummissjoni tinnota li l-prezz tad-diżil fl-2012 kien 8 % ogħla mill-prezz fl-2011, 36 % iktar mill-prezz fl-2010 u 71 % iktar mill-prezz fl-2009. Fl-istess waqt, il-kostijiet tal-produzzjoni tal-bijodiżil fl-2012 baqgħu fl-istess livell tal-2011, 16 % ogħla minn dawk irreġistrati fl-2010 u 25 % ogħla minn dawk tal-2009. Il-Kummissjoni tinnota li l-iskema skadiet fi tmiem l-2012, b’tali mod li ma kienx possibbli li tiġi adattata l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa biex jiġi evitat kumpens żejjed fil-futur, b’konformità mal-premessa 19 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ NN61/04. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li la fl-2013 u lanqas wara ma baqgħet tinngħata għajnuna skont l-iskema. Fl-aħħar nett, kif ġie spjegat fil-premessa 28, anke jekk titqies id-dejta tal-2012 ma jiġi osservat l-ebda kumpens żejjed tul il-perjodu kumplessiv tal-iskema. Dan jista’ għaldaqstant jitqies bħala prova li Spanja setgħet tibbaża fuq il-metodoloġija ta’ kalkoli ex ante previst mill-iskema.

(31)

Wara li tqieset l-informazzjoni supplimentari pprovduta minn Spanja, il-Kummissjoni tqis li Spanja ma kisritx l-obbligi tagħha, kif stabbiliti fil-premessa 19 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ NN 61/04.

(32)

Abbażi tal-ispjegazzjonijiet offruti minn Spanja dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/118/KE, il-Kummissjoni taċċetta li l-awtoritajiet Spanjoli rrappurtaw dwar l-impriżi kollha pertinenti.

VI.   KONKLUŻJONI

(33)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li Spanja applikat l-iskema ta’ għajnuna NN 61/04 korretament, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li approvatha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema ta’ għajnuna mill-istat NN 61/2004 applikata minn Spanja hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE u ġiet implimentata korrettament, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni NN 61/2004.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 37, 7.2.2014, p. 44.

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 213, 12.9.2006, p. 4.

(4)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(5)  Fil-każ tal-bijoetanol, dan l-ammont kien ta’ EUR 371,69/1 000 l fil-perjodu 2004-2009 u EUR 400,69/1 000 l fil-perjodu 2009-2012. Fir-rigward tal-bijodiżil, ir-rati applikati kienu ta’ EUR 269,89/1 000 l fil-perjodu 2004-2006, EUR 278/1 000 l fil-perjodu 2007-2009 u EUR 307/1 000 l fil-perjodu 2009-2012.

(6)  L-indiċi tal-prezzijiet taz-zokkor jibda mill-parti tal-lemin t’isfel, filwaqt li l-indiċi tal-prezzijiet taċ-ċereali jibda min-naħa tal-lemin ta’ fuq.

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazji tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

(8)  ĠU C 37, 3.2.2001, p. 3.


ANNESS

Tabella 1

Kostijiet tal-produzzjoni tal-bijoetanol fi Spanja

Kostijiet tal-produzzjoni tal-bijoetanol fi Spanja

f’EUR/1 000 l

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Materja prima

(+)

[…] (*)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ħaddiema

(+)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Deprezzament

(+)

Kostijiet varjabbli u finanzjarji

(+)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Trasport u distribuzzjoni

(+)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul minn prodotti sekondarji

(–)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Għajnuna diretta

(–)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kostijiet totali tal-produzzjoni

 

603

692

672

582

602

581

510

688

763

Marġni ta’ produzzjoni (5 %)

(+)

30

35

34

29

30

29

26

34

38

Fattur ta’ aġġustament diff. kontenut enerġetiku

(+)

329

378

367

318

329

317

278

376

417

Kostijiet totali tal-bijoetanol (qabel it-taxxi)

(B)

962

1 104

1 073

929

961

927

814

1 098

1 218

Kostijiet tal-petrol ta’ 95 ottan (qabel it-taxxi)

(P)

351,8

427,0

483,3

497,0

560,8

436,7

555,4

674,6

741,0

Marġni massimu ta’ kumpens

(M) = (B) – (P)

610,6

677,4

589,2

431,9

400,0

490,6

258,6

423,4

476,7

Dazju tas-sisa fuq l-idrokarburi (IEH)

(IEH)

371,7

371,7

371,7

371,7

371,7

371,7

400,7

400,7

400,7

400,7

Sottokumpens (l)

(I) = (M) – (IEH)

238,90

305,74

217,52

60,18

28,30

118,89

89,89

– 142,13

22,76

76,06

Sors:

Awtoritajiet Spanjoli


Tabella 2

Kostijiet tal-produzzjoni tal-bijodiżil fi Spanja

Kostijiet tal-produzzjoni tal-bijodiżil fi Spanja

f’EUR/1 000 l

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Materja prima

(+)

[…] (**)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ħaddiema

(+)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Deprezzament

(+)

Kostijiet varjabbli u finanzjarji

(+)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Trasport u distribuzzjoni

(+)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul minn prodotti sekondarji

(–)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Għajnuna diretta

(–)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kostijiet totali tal-produzzjoni

 

553

744

710

762

992

733

791

917

918

Marġni ta’ produzzjoni (5 %)

(+)

28

37

36

38

50

37

40

46

46

Fattur ta’ aġġustament diff. kontenut enerġetiku

(+)

52

70

67

72

94

69

75

87

87

Kostijiet totali tal-bijodiżil (qabel it-taxxi)

(B)

633

852

813

872

1 135

839

905

1 050

1 051

Kostijiet totali tad-diżil (qabel it-taxxi)

(P)

355,0

476,0

521,7

524,9

672,8

459,0

576,5

727,9

785,5

Marġni massimu ta’ kumpens

(M) = (B) – (P)

277,9

375,5

290,9

347,2

462,5

379,9

379,9

328,8

321,6

265,2

Dazju tas-sisa fuq l-idrokarburi

(IEH)

269,86

269,86

269,86

278

278

278

307

307

307

307

Sottokumpens (l)

(I) = (M) – (IEH)

8,05

105,65

21,04

69,21

184,54

101,92

72,92

21,80

14,61

–41,85

Sors:

Awtoritajiet Spanjoli


(*)  Sigriet kummerċjali

(**)  Sigriet kummerċjali


7.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Lulju 2013

għajnuna mill-Istat SA.35062 (13/N-2) implimentata mill-Portugall għal Caixa Geral de Depósitos

(notifikata bid-dokument C(2013) 4801)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/767/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati l-oħra biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-28 ta’ Ġunju 2012, ir-Repubblika Portugiża (“il-Portugall”) innotifikat il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni lil Caixa Geral de Depósitos, S.A (“CGD” jew “il-bank”).

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fil-Każ SA.35062 (2012/NN) (“id-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ”) (2) fejn awtorizzat ir-rikapitalizzazzjoni tas-CGD implimentata fid-29 ta’ Ġunju 2012 bħala għajnuna għas-salvataġġ.

(3)

Permezz ta’ posta elettronika tas-27 ta’ Settembru 2012 il-Portugall informa lill-Kummissjoni li l-għada Caixa Geral Finance Limited (“CGDF”), affiljat ta’ CGD, kien se jħallas dividendi lid-detenturi ta’ ishma preferuti perpetwi mhux kumulattivi.

(4)

Fit-28 ta’ Settembru 2012, CGDF ħallas id-dividendi.

(5)

Fit-18 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fil-Każ SA.35062 (12/NN) (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”) (3) fejn tat bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali għall-użu ħażin ta’ għajnuna għas-salvataġġ skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4).

(6)

Permezz tal-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni l-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-konklużjoni preliminari tagħha li l-ħlas tad-dividendi kien jikkostitwixxi ksur tat-termini tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ, iżda ma rċeviet l-ebda kummenti relatati.

(7)

Għal raġunijiet ta’ urġenza l-Portugall eċċezzjonalment jaċċetta li d-deċiżjoni attwali tiġi adottata fil-lingwa Ingliża.

2.   DESKRIZZJONI

2.1.   Il-benefiċjarju

(8)

Is-CGD huwa grupp bankarju interament proprjetà tal-Portugall. Fil-31 ta’ Diċembru 2012 l-assi netti totali tiegħu (fuq il-bażi ta’ perimetru kontabbli) (5) kienu jammontaw għal EUR 116,9 biljun u fil-31 ta’ Diċembru 2012 il-ktieb tas-self nett totali kien jammonta għal EUR 74,7 biljun. L-attivitajiet tal-bank jinkludu, fost oħrajn, servizzi bankarji kummerċjali mifruxa mal-pajjiż u internazzjonali (notevolment, fi Spanja, l-Afrika Lużofona, il-Makaw u l-Brażil), servizzi bankarji ta’ investiment, immaniġġjar ta’ assi, negozju ta’ kreditu speċjalizzat, u attivitajiet ta’ assigurazzjoni.

(9)

Fl-2012, il-grupp CGD kellu pożizzjoni ewlenija f’ħafna mill-oqsma tan-negozju li fihom kien jopera fis-suq domestiku Portugiż (b’mod partikolari, self u avvanzi lill-klijenti, depożiti tal-klijenti, assigurazzjoni, kiri, servizzi bankarji ta’ investiment u immaniġġjar ta’ assi).

Tabella 1

Iċ-ċifri finanzjarji ewlenin tas-CGD (ibbażati fuq perimetri kontabbli)

 

31.12.2012

Assi totali (biljuni ta’ EUR)

116,9

Self lill-klijenti (biljuni ta’ EUR)

74,7

Depożiti fil-livell tal-konsumatur (biljuni ta’ EUR) (*)

71,4

Fondi totali għall-operaturi (biljuni ta’ EUR) (**)

35,2

Impjegati, Grupp totali

23 028

Numru ta’ fergħat, Grupp totali

1 293

Sehem tas-Suq Nazzjonali f’depożiti

28,1  %

Sehem tas-Suq Nazzjonali f’self

21,3  %

2.2.   L-avvenimenti li wasslu għall-miżuri ta’ għajnuna

(10)

Mill-bidu tal-kriżi sovrana, is-CGD esperjenza diffikultajiet fl-aċċess għas-swieq tal-operaturi. Id-diffikultajiet bdew fl-aċċess għas-swieq kapitali fuq terminu medju u twil u progressivament ġew estiżi għas-swieq monetarji fuq terminu qasir.

(11)

B’riżultat ta’ dan, is-CGD kellu jnaqqas id-dipendenza tiegħu fuq il-finanzjament għall-operaturi u fl-ewwel kwart tal-2010 attiva l-pjan kontinġenti tiegħu ta’ likwidità, u sussegwentement ipprova a) isib sorsi alternattivi ta’ finanzjament, prinċipalment permezz ta’ finanzjament kollateralizzat; b) iżid il-pool ta’ kollateral eliġibbli li jkun aċċettabbli għall-BĊE; c) ibigħ assi mhux strateġiċi; u d) jippreżenta l-kredenzjali kreditizji proprji lill-investituri u lill-kontropartijiet.

(12)

Bil-Pjan ta’ Assistenza Ekonomika u Finanzjarja li ġie miftiehem bejn il-Portugall, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI, is-CGD intalab jippreżenta Pjan ta’ Finanzjament u ta’ Kapital (“FCP”) għall-perjodu 2011-2015 li kellu jiġi rivedut kull tliet xhur. L-ewwel verżjoni tal-FCP ġiet ippreżentata fis-26 ta’ Lulju 2011 u kienet soġġetta għal reviżjonijiet.

(13)

Fir-rigward ta’ solvenza, fil-31 ta’ Diċembru 2011 il-proporzjon Ewlieni tal-Grad 1 (“CT1”) tas-CGD, ikkalkolat skont ir-regoli ta’ Basel II, kien ta’ 9,48 %. L-għan tal-FCP kien li, fost oħrajn, sal-31 ta’ Diċembru 2012 jinkiseb proporzjon CT1 ta’ 10 % skont ir-regoli ta’ Basel II, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Memorandum ta’ Qbil (“l-MtQ”) iffirmat bejn il-Gvern Portugiż, fuq naħa waħda, u l-FMI, il-Kummissjoni u l-BĊE. Wara rakkomandazzjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea (“ABE”), l-FCP ġie aġġornat fir-rigward tal-livell ta’ kapital li kellu jinżamm mit-30 ta’ Ġunju 2012 ‘il quddiem, biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ kapital ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammont ta’ dejn sovran u muniċipali lokali miżmum mill-bank (“bafer sovran”) u l-ħtieġa ta’ kapital b’riżultat ta’ eżerċizzju ta’ test tal-istress li kien sar mill-ABE (“ir-rekwiżiti tal-ABE”).

(14)

Skont il-verżjoni tal-FCP ta’ Mejju 2012, u wara r-rakkomandazzjoni tal-ABE, ġiet identifikata l-ħtieġa li l-kapital tiegħu jiżdied b’EUR 1,650 biljun.

2.3.   Il-miżuri ta’ għajnuna

(15)

Il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni li saru mill-Portugall bħala l-uniku azzjonist tas-CGD kienu jikkonsistu

(i)

fis-sottoskrizzjoni ta’ ishma ordinarji li kienu għadhom kemm inħarġu (“iż-żieda kapitali”) fl-ammont ta’ EUR 750 miljun u

(ii)

fis-sottoskrizzjoni ta’ strumenti konvertibbli (“CoCos”) li nħarġu mis-CGD f’ammont ta’ EUR 900 miljun li skont ir-rekwiżiti tal-ABE huma eliġibbli għall-finijiet ta’ solvenza bħala CT1.

(16)

Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta’ għajnuna hija pprovduta fil-premessi minn 12 sa 25 tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ.

2.4.   Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar l-użu ħażin tal-għajnuna

(17)

Kif stabbilit fil-premessa 31 tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ, il-Portugall impenja ruħu li jiżgura li s-CGD (bħala grupp) japplika restrizzjonijiet ta’ mġieba ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-banek li qed jiġu rikapitalizzati taħt l-Iskema l-Ġdida ta’ Rikapitalizzazzjoni għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Portugall (6), inkluż, fost oħrajn:

projbizzjoni fuq id-dividendi;

projbizzjoni fuq il-pagamenti ta’ kupuni u ta’ imgħax fuq strumenti ibridi u dejn subordinat li mhumiex miżmuma mill-Portugall u fejn ma jkun hemm l-ebda obbligu legali biex dak il-ħlas isir.

(18)

Fit-28 ta’ Settembru 2012, is-CGDF, affiljat tas-CGD, ħallas, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, dividendi fuq ishma preferuti perpetwi mhux kumulattivi fl-ammont ta’ EUR 405 415. Dak l-ammont jikkorrispondi għal 0,025 % tal-kapital li kien ġie injettat fid-29 ta’ Ġunju 2012.

(19)

Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ il-Kummissjoni preliminarjament qieset li l-ħlasijiet tad-dividendi li saru mis-CGDF fit-28 ta’ Settembru 2012 jaqgħu taħt il-projbizzjoni fuq id-dividendi li kienet tapplika għas-CGD skont id-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u li l-ħlas tad-dividendi kien jikkostitwixxi użu ħażin tal-għajnuna għas-salvataġġ li kienet ingħatat.

3.   IR-RISTRUTTURAR TAS-CGD

(20)

Is-CGD ippreżenta pjan ta’ ristrutturar li fih erba’ elementi ewlenin:

Diżingranaġġ tal-karta tal-bilanċi tal-grupp CGD permezz tal-bejgħ tal-fergħa ta’ assigurazzjoni u l-assi mhux strateġiċi li jifdal kif ukoll billi l-assi mhux prinċipali jiġu eżawsti;

żieda fl-effiċjenza operattiva tiegħu;

ir-ristrutturar tal-operazzjonijiet tas-CGD fi Spanja;

il-ħlas lura ta’ EUR 900 miljun ta’ CoCos matul il-perjodu ta’ ristrutturar.

Diżingranaġġ

(21)

Is-CGD kien diġà għamel sforzi biex iwettaq diżingranaġġ tal-karta tal-bilanċi tiegħu qabel iż-żieda fil-kapital f’Ġunju 2012. Minn Diċembru 2010 sa Ġunju 2012 il-bank naqqas il-karta tal-bilanċi tiegħu b’madwar EUR 8,2 biljun (perimetru kontabbli).

(22)

Il-pjan ta’ ristrutturar jistabbilixxi sforzi addizzjonali ta’ diżingranaġġ. Jipprevedi l-bejgħ tal-fergħa ta’ assigurazzjoni, Caixa Seguros, u ta’ ishma mhux strateġiċi oħra kif ukoll jiġu eżawsti l-assi mhux prinċipali biex is-CGD ikun jista’ jiffoka aħjar fuq l-operazzjonijiet bankarji ewlenin tiegħu fil-livell tal-konsumatur, u jirrilaxxa fondi li sussegwentement isaħħu l-kapital ċentrali tal-bank. Is-CGD għandu l-għan li jkompli jiddiżingrana l-karta tal-bilanċi tal-grupp b’EUR [10-20] biljun ta’ assi mhux prinċipali, li – meta mqabbla mal-karta tal-bilanċi konsolidata f’Diċembru 2012 (fuq il-bażi ta’ perimetri kontabbli) – isarraf fi tnaqqis ta’ [10-20] %. Il-bejgħ tan-negozju ta’ assigurazzjoni huwa element importanti tal-eżerċizzju ta’ diżingranaġġ, li jikkontribwixxi madwar EUR […] (***) biljun għat-tnaqqis. Il-bejgħ tal-ishma mhux strateġiċi li jifdal jikkontribwixxi EUR [0-5] biljun, il-ħlas lura tad-dejn tal-ex Banco Português de Negócios (“BPN”) EUR [0-5] biljun, u t-tnaqqis (run-off) tal-kreditu mhux prinċipali fi Spanja EUR [0-5] biljun. Barra minn hekk, sal-aħħar tal-2017 jiġu eżawsti madwar żewġ terzi tal-portafoll mhux prinċipali (EUR [10-20] biljun), filwaqt li l-bqija tal-portafoll mhux prinċipali jiġi abbattut wara l-2017.

(23)

Caixa Seguros huwa l-mexxej tas-suq fil-Portugall u f’Diċembru 2012 s-sehem totali tiegħu tas-suq kien ta’ 31 % f’assigurazzjoni tal-ħajja u ta’ 26 % f’assigurazzjoni mhux tal-ħajja rispettivament, inkluża entità multiline tal-assigurazzjoni għan-negozju tal-ħajja u mhux tal-ħajja kif ukoll entitajiet ta’ assigurazzjoni speċjalizzata b’mod partikulari għall-assigurazzjonijiet tas-saħħa u tal-karozzi. Fil-31 ta’ Diċembru 2012, Caixa Seguros kien jirrappreżenta 9,2 % tal-assi netti konsolidati tas-CGD u ġġenera dħul nett attribwibbli lill-azzjonisti tas-CGD ta’ EUR 89,7 miljun, fuq il-bażi ta’ volum ta’ primjums diretti tal-assigurazzjoni li fl-2012 kienu jammontaw għal EUR 3 195 miljun.

(24)

Is-CGD jirristruttura lil Caixa Seguros biex titjieb il-kummerċjabbiltà tiegħu u jiġi faċilitat il-proċess tal-bejgħ. CGD jista’ […]. Is-CGD jista’ […].Il-proċess tal-bejgħ jippermetti l-kombinazzjonijiet kollha possibbli li jistgħu jvarjaw minn […]. Il-pjan ta’ ristrutturar tas-CGD jassumi li […].

(25)

Is-CGD ibigħ ukoll l-ishma kollha mhux strateġiċi tiegħu li jifdal miżmuma f’korporazzjonijiet Portugiżi kwotati sal-[…], u b’hekk jiddiżingrana l-karta tal-bilanċi tiegħu b’madwar EUR [200-250] miljun addizzjonali. Is-CGD diġà biegħ il-maġġoranza tal-ishma mhux strateġiċi tiegħu, li ġġeneraw dħul ta’ madwar EUR 450 miljun.

(26)

Barra minn hekk is-CGD qed jippjana li gradwalment inaqqas il-portafoll ta’ assi b’riżultat ta’ dejn mill-fallut Banco Português de Negócios (“BPN”) (7) li għandu valur nominali ta’ EUR [0-5] biljun u valur net tal-assi ta’ madwar EUR [0-5] biljun. Skont l-iskema relatata ta’ ħlas lura, sal-aħħar tal-2017 il-valur tal-assi netti għandu jitnaqqas b’[40-50] % għal EUR [0-5] biljun.

(27)

Fl-aħħar nett, is-CGD inaqqas il-portafoll ta’ kreditu mhux prinċipali li kien oriġina mill-operazzjonijiet bankarji fil-livell tal-konsumatur u għall-operaturi fi Spanja. Dan il-portafoll jammonta għal madwar EUR [0-5] biljun.

Effiċjenza operattiva

(28)

It-tieni element ewlieni fil-pjan ta’ ristrutturar huwa żieda fl-effiċjenza operattiva tal-bank. Fl-2011 u fl-2012 is-CGD kien diġà ħa miżuri biex jottimizza l-bażi tal-ispejjeż tiegħu u, meta mqabbla ma’ dejta finanzjarja qabel il-kriżi, naqqas kemm il-kost lavorattiv u l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi tal-operazzjonijiet domestiċi tiegħu.

(29)

Is-CGD ikompli dan l-isforz ta’ ottimizzazzjoni billi jkompli jnaqqas l-ispejjeż operattivi matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Tnaqqis fil-forza tax-xogħol tal-bank u l-innegozjar mill-ġdid tas-servizzi kuntrattati huma l-lievi ewlenin biex jinkiseb iffrankar addizzjonali. Skont il-pjan ta’ ristrutturar, matul il-perjodu ta’ ristrutturar is-CGD ikompli jnaqqas il-kost lavorattiv tiegħu, b’mira ta’ tnaqqis ta’ [5-10] % u jipproġetta EUR [500-550] miljun f’kost lavorattiv minn Diċembru 2013 u ta’ EUR [450-500] miljun minn Diċembru 2017. F’termini tal-forza tax-xogħol, l-għadd ta’ impjegati fil-Portugall jiġi mnaqqas b’[5-10] %. Waqt li f’Diċembru 2012 kien hemm 9 401 impjegat jaħdmu għall-attivitajiet bankarji fil-livell tal-konsumatur sa Diċembru 2017 is-CGD biħsiebu jnaqqas dak l-ammont għal [8 500-9 000].

(30)

Iż-żieda fl-effiċjenza operattiva tas-CGD tkompli tintlaħaq permezz ta’ ottimizzazzjoni tan-netwerk tal-fergħat, bi tnaqqis ta’ [5-10] % fin-netwerk tal-fergħat domestiċi minn 840 fergħa f’Ġunju 2012 għal [750-800] fergħa sa […]. L-għeluq ta’ [70-80] fergħa fil-Portugall minn Ġunju 2012 sa […] jifforma parti minn proċess ta’ ottimizzazzjoni perjodika sabiex l-impronta domestika tas-CGD fil-livell tal-konsumatur tiġi rivalutata u razzjonalizzata u hija mistennija twassal għal iffrankar ta’ EUR [0-5] miljun fis-sena. Diġà ngħalqu 58 fergħa jew attwalment qegħdin fil-proċess li jingħalqu, l-[10-20] fergħa li għad fadal jingħalqu qabel […].

(31)

Fl-aħħar nett, l-effiċjenza operattiva tas-CGD titjieb billi jiżdied id-dħul mis-servizzi u l-kummissjonijiet, li fl-2012 ikkontribwixxa madwar 25 % għall-introjtu operatorju nett totali, filwaqt li s-sehem rilevanti fis-settur bankarju Portugiż kien bħala medja ta’ 29 %. Is-CGD jintroduċi strutturi ġodda ta’ tariffi sabiex is-sorsi tad-dħul tiegħu jiġu allinjati aħjar ma’ dawk tal-pari tiegħu.

Ristrutturar tal-operazzjonijiet Spanjoli

(32)

It-tielet element ewlieni tal-pjan ta’ ristrutturar jittratta r-ristrutturar tal-operazzjonijiet bankarji fi Spanja. Filwaqt li b’mod ġenerali attwalment l-operazzjonijiet internazzjonali tas-CGD għandhom prestazzjoni ħafna aħjar minn dik tal-operazzjonijiet domestiċi u jagħtu kontribut importanti lill-prestazzjoni globali tal-bank, l-operazzjonijiet tas-CGD fi Spanja jagħmlu t-telf. Is-CGD beda l-operazzjonijiet fil-livell tal-konsumatur tiegħu fi Spanja fl-1991 bl-akkwist tal-Banco de Extremadura u Chase Manhattan España, u mbagħad il-Banco Simeón fl-1995. Attwalment dawn l-attivitajiet bankarji fil-livell tal-konsumatur joperaw fi Spanja bħala sussidjarja tas-CGD bl-isem Banco Caixa Geral (“BCG”). Fl-2007, is-CGD beda wkoll operazzjonijiet bankarji għall-operaturi li kienu jsiru f’fergħa li s-CGD kien stabbilixxa fi Spanja u li kienet tiffoka fuq proġetti ta’ proprjetà immobbli, finanzjament ta’ proġetti relatati u self sindikat. Filwaqt li matul l-aħħar 10 snin l-operazzjonijiet tas-CGD fil-livell tal-konsumatur fi Spanja bilkemm irnexxielhom jilħqu punt ta’ ekwilibriju, is-sitwazzjoni kienet agħar fir-rigward tal-operazzjonijiet għall-operaturi. L-operazzjonijiet għall-operaturi, li nbdew eżatt qabel il-kriżi finanzjarja, għandhom prestazzjoni passata fqira ħafna u f’perjodu relattivament qasir ta’ żmien żiedu telf sinifikanti li sa Diċembru 2012 kien jammonta għal madwar EUR 250 miljun. L-operazzjonijiet għall-operaturi jitwaqqfu kompletament, u […].

(33)

Madankollu, is-CGD iqis lil Spanja bħala suq ewlieni u għandu l-għan li jibqa’ preżenti fih, b’mod partikolari biex jappoġġa n-negozju ta’ esportazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) Portugiżi. Għalhekk l-operazzjonijiet bankarji fil-livell tal-konsumatur fi Spanja jitkomplew, għalkemm fuq skala ferm iżgħar. Biex l-operazzjoni terġa’ tinġieb lura għall-profittabilità l-għadd ta’ fergħat jitnaqqas b’[47-52] %, tnaqqis minn 209 fergħat f’Ġunju 2012 għal [100-110] fergħa minn […]. Iċ-ċifra tal-operazzjonijiet fi Spanja titnaqqas b’[46-49] %, minn 974 impjegat f’Ġunju 2012 għal [500-523] impjegat minn […].

(34)

F’termini ta’ kopertura ġeografika, il-BCG jiffoka l-operazzjonijiet bankarji tiegħu fil-livell tal-konsumatur fuq ir-reġjuni ta’ Galicia, Castilla y León, Asturias u Extremadura, iżomm biss preżenza mnaqqsa fiċ-ċentri għall-kummerċ transfruntiera ewlenin (Madrid u Catalunya) u jżomm preżenza limitata ħafna, b’[0-5] fergħat f’kull reġjun, f’dawk iż-żoni li għandhom relazzjonijiet transfruntiera rilevanti u li jservu bħala sors rilevanti ta’ finanzjament għall-operazzjonijiet Spanjoli, jiġifieri País Vasco, Andalucía, Aragón u Valenzja.

Il-ħlas lura tal-Cocos

(35)

Ir-raba’ element ewlieni tal-pjan ta’ ristrutturar, il-ħlas lura tad-EUR 900 miljun ta’ CoCos matul il-perjodu ta’ ristrutturar, għandu l-għan li jnaqqas l-ispejjeż medji ta’ finanzjament tas-CGD. Id-diżingranaġġ tal-karta tal-bilanċi u ż-żieda tal-profittabilità operattiva għandhom jippermettu lis-CGD li tifdi l-CoCos. B’mod partikolari, il-bejgħ tal-fergħa tal-assigurazzjoni għandu jillibera l-kapital regolatorju, u b’hekk jippermetti ħlas lura kmieni.

(36)

Biex jiġu bilanċjati l-għanijiet li min-naħa waħda jitnaqqsu l-ispejjeż medji ta’ finanzjament u min-naħa l-oħra jinżamm bafer kapitali suffiċjenti, il-pjan ta’ ristrutturar jistabbilixxi li fis-sena fiskali 2014 is-CGD juża [50-60] % tal-kapital eċċessiv tiegħu (jiġifieri l-kapital ogħla mir-rekwiżit minimu ta’ kapital applikabbli taħt il-liġi Ewropea u Portugiża (inklużi l-pilastri 1 u 2) flimkien ma’ bafer kapitali ta’[100-150] punt bażi) għall-ħlas lura tal-CoCos. Fis-snin fiskali 2015 u, jekk meħtieġ, fis-snin ta’ wara s-CGD juża [90-100] % tal-kapital eċċessiv tiegħu għall-ħlas lura tal-CoCos.

(37)

It-Tabella 2 tippreżenta l-projezzjonijiet finanzjarji ewlenin, ibbażati fuq perimetri kontabbli, li jinsabu fil-pjan ta’ ristrutturar għas-CGD:

Tabella 2

Iċ-ċifri finanzjarji ewlenin tas-CGD għall-2011 – 2017

P&L

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

Rata tal-evoluzzjoni 2012-2017 (%)

Prinċipali

Total

Prinċipali

Total

Prinċipali

Total

Prinċipali

Total

Prinċipali

Total

Prinċipali

Total

Prinċipali

Total

Prinċipali

Total

Profitt qabel it-taxxa

–90

– 545

– 303

– 367

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

[…]

Proporzjon tal-ispiża mad-dħul

57  %

54  %

52  %

52  %

[70-80] %

[60-70] %

[60-70] %

[60-70] %

[40-50] %

[40-50] %

[40-50] %

[40-50] %

[40-50] %

[40-50] %

– [20-30]

– [20-30]

Impjegati

17 502

23 205

17 296

23 028

[1 000 -20 000 ]

[1 000 -20 000 ]

[1 000 -20 000 ]

[1 000 -20 000 ]

[1 000 -20 000 ]

[1 000 -20 000 ]

[1 000 -20 000 ]

[1 000 -20 000 ]

[1 000 -20 000 ]

[1 000 -20 000 ]

[0-5]

– [20-30]

Ferqħa

1 344

1 344

1 293

1 293

[1 000 -1 500 ]

[1 000 -1 500 ]

[1 000 -1 500 ]

[1 000 -1 500 ]

[1 000 -1 500 ]

[1 000 -1 500 ]

[1 000 -1 500 ]

[1 000 -1 500 ]

[1 000 -1 500 ]

[1 000 -1 500 ]

– [0-5]

– [0-5]

Redditu fuq ishma

–2,5  %

–7,4  %

–5,5  %

–6,3  %

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

[…]

[…]


Karta tal-bilanċ

2011

2012

2015

2017

Rata tal-evoluzzjoni 2012-2017 (%)

Assi

Total

Prinċipali

Mhux-Prinċipali

Total

Prinċipali

Mhux-Prinċipali

Total

Prinċipali

Mhux-Prinċipali

Total

Prinċipali

Mhux-Prinċipali

Total

Prinċipali

Mhux-Prinċipali

Self lill-klijenti (nett)

78 248

75 095

3 153

74 713

71 338

3 375

[70 000 -75 000 ]

[65 000 -70 000 ]

[1 500 -2 000 ]

[70 000 -75 000 ]

[70 000 -75 000 ]

[1 000 -1 500 ]

– [0-5] %

– [0-5]

– [60-70]

Self inproduttiv

4 800

4 727

72

6 551

6 427

124

[10 000 -15 000 ]

[9 500 -10 000 ]

[400-450]

[10 000 -15 000 ]

[10 000 -15 000 ]

[500-550]

[60-70] %

[60-70]

[300-350]

Assi totali

120 642

103 262

17 380

116 857

100 333

16 523

[100 000 -150 000 ]

[95 000 -100 000 ]

[8 500 -9 000 ]

[100 000 -150 000 ]

[100 000 -150 000 ]

[5 000 -10 000 ]

– [5-10] %

[0-5]

– [60-70]

Ass imwieżen qħar-riskju

69 021

66 207

2 813

68 315

65 963

2 352

[65 000 -70 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[1 000 -1 500 ]

[65 000 -70 000 ]

[65 000 -70 000 ]

[1 000 -1 500 ]

[0-5] %

[0-5]

– [50-60]


Obbligi

2011

2012

2015

2017

Rata tal-evoluzzjoni 2012-2017 (%)

Total

Prinċipali

Mhux-Prinċipali

Total

Prinċipali

Mhux-Prinċipali

Total

Prinċipali

Mhux-Prinċipali

Total

Prinċipali

Mhux-Prinċipali

Total

Prinċipali

Mhux-Prinċipali

Bank Ċentrali

9 013

9 013

0

10 300

10 300

0

[5 000 -10 000 ]

[5 000 -10 000 ]

[0-5]

[2 000 -2 500 ]

[2 000 -2 500 ]

[0-5]

– [70-80] %

– [70-80]

Obbligi lill-klijenti

70 587

64 030

6 557

71 404

65 545

5 859

[70 000 -75 000 ]

[65 000 -70 000 ]

[3 500 -4 000 ]

[75 000 -80 000 ]

[70 000 -75 000 ]

[1 500 -2 000 ]

[5-10] %

[10-20]

– [70-80]

Obbligi totali

120 642

114 085

6 557

116 857

110 997

5 859

[100 000 -150 000 ]

[100 000 -150 000 ]

[3 500 -4 000 ]

[100 000 -150 000 ]

[100 000 -150 000 ]

[1 500 -2 000 ]

– [5-10] %

– [0-5]

– [70-80]

Proporzjon bejn self u depożiti

122  %

117  %

n.a.

114  %

109  %

n.a.

[100-150] %

[100-150] %

n.a.

[90-100] %

[90-100] %

n.a.

– [10-20] %

– [10-20]

 

Awtorità Bankarja Ewropea CT1

n.a.

n.a.

n.a.

9,5  %

9,6  %

9,5  %

[5-10] %

[10-20] %

[5-10] %

[10-20] %

[10-20] %

[5-10] %

[10-20] %

[10-20]

[0-5]

4.   IL-POŻIZZJONI TAL-AWTORITAJIET PORTUĠIŻI

4.1.   Il-pożizzjoni tal-awtoritajiet Portugiżi dwar il-pjan ta’ ristrutturar

(38)

Il-Portugall iqis iż-żieda kapitali bħala għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari fid-dawl taċ-ċirkostanzi attwali tas-suq u tal-fatt li ż-żieda kapitali twettqet simultanjament mas-sottoskrizzjoni tal-CoCos.

(39)

Il-Portugall jirrikonoxxi li s-sottoskrizzjoni tal-CoCos tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fid-dawl tal-fatt li t-termini tas-sottoskrizzjoni tagħhom ġew allinjati ma’ dawk previsti fl-Iskema l-Ġdida ta’ Rikapitalizzazzjoni li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (8).

(40)

Il-Portugall isostni li s-CGD għandu importanza sistemika fis-sistema finanzjarja Portugiża, li l-miżuri kienu meħtieġa sabiex il-kapital tas-CGD jinġieb f’konformità mal-ħtiġijiet ta’ kapital kif stabbilit fil-valutazzjoni tal-Bank Ċentrali Portugiż, il-Banco de Portugal (“BdP”) u t-Trojka u li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-miżuri ta’ għajnuna, flimkien mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-impenji għar-ristrutturar tas-CGD, fihom firxa biżżejjed ta’ salvagwardji kontra l-possibilità ta’ abbużi u tfixkil tal-kompetizzjoni.

4.2.   Il-pożizzjoni tal-awtoritajiet Portugiżi dwar il-proċedura dwar l-użu ħażin tal-għajnuna

(41)

Il-Portugall iqis li l-ħlasijiet li saru lid-detenturi tal-ishma preferuti perpetwi mhux kumulattivi mhumiex dividendi iżda pagamenti ta’ kupuni li jistgħu jitħallsu jekk ikun hemm obbligu legali biex dan isir.

(42)

Il-Portugall jiddikjara li skont it-termini sottostanti tal-ishma preferuti perpetwi mhux kumulattivi, jekk id-dividendi ma jitħallsux dan jimpedixxi lill-bank milli jerġa’ jixtri jew jifdi obbligi ta’ parità jew obbligi subordinati sa wara r-raba’ konsekuttiv wara d-data tal-ħlas tad-dividendi li fiha d-dividend ikun tħallas b’mod sħiħ. Il-Portugall iqis li x-xiri mill-ġdid tal-CoCos, li għalihom irċieva impenn espliċitu mis-CGD, jikkostitwixxi tali x-xiri mill-ġdid ta’ obbligi ta’ parità jew obbligi subordinati.

(43)

Il-Portugall jikkonferma li kien ta l-kunsens tiegħu biex id-dividendi jitħallsu fid-dawl tas-suppożizzjonijiet tiegħu li jekk ma jħallashomx kien jagħmilha impossibbli biex is-CGD jerġa’ jixtri lura l-CoCos matul it-12-il xahar ta’ wara, u jekk matul il-perjodu ta’ investiment pubbliku ta’ ħames snin ma jkunu tħallsu l-ebda dividendi, is-CGD ma jkunx jista’ jerġa’ jixtri lura l-CoCos mingħajr ma jkun qed jikser l-obbligi kuntrattwali tiegħu. Mill-perspettiva tal-Portugall, dan id-dewmien kien inkompatibbli mal-obbligu imperattiv li jiġi minimizzat l-ammont u t-tul tal-għajnuna mill-Istat lis-CGD. Għalhekk, il-Portugall iqis li dawk iċ-ċirkostanzi de facto għamlu l-ħlas tad-dividendi legalment vinkolanti.

4.3.   Impenji tal-awtoritajiet Portugiżi

(44)

Il-Portugall daħal għal għadd ta’ impenji relatati mal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar (“Impenji”) li huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

(45)

Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li d-diversi impenji jiġu implimentati kif jixraq, l-awtoritajiet Portugiżi ntrabtu li jaħtru fiduċjarju tal-monitoraġġ (“il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ”) biex jimmonitorja l-impenji kollha li ttieħdu mill-awtoritajiet Portugiżi u s-CGD lejn il-Kummissjoni.

5.   VALUTAZZJONI

5.1.   L-eżistenza tal-Għajnuna mill-Istat

(46)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kull għajnuna, f’kullforma, li tingħata minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal tfixkil jew thedded it-tfixkil tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(47)

Il-kwalifkazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat teħtieġ li jkunu rispettati l-kundizzjonijiet li ġejjin b’mod kumulattiv: a) il-miżura trid tkun iffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat; b) trid tagħti vantaġġ selettiv li jista’ jwassal biex jiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti; c) il-miżura trid twassal għal tfixkil tal-kompetizzjoni jew thedded li tfixkilha u jkollha l-potenzjali li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(48)

Il-Kummissjoni diġà sabet, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi minn (33) sa (42) tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ, li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni, li jikkonsistu mis-sottoskrizzjoni ta’ ishma ordinarji ġodda fl-ammont ta’ EUR 750 miljun u s-sottoskrizzjoni ta’ CoCos fl-ammont ta’ EUR 900 miljun, kienu provduti mill-Portugall u għalhekk jinvolvu riżorsi tal-Istat. Il-miżuri taw vantaġġ selettiv lis-CGD, li ppermettewlu jżid il-kapital tiegħu b’kondizzjonijiet aktar favorevoli milli setgħu jinstabu fis-suq. Is-CGD huwa bank attiv internazzjonalment, jikkompeti ma’ banek oħra fil-Portugall u f’pajjiżi oħra. Għalhekk, il-vantaġġ għalih hu li jista’ jwettaq il-kummerċ intra-Unjoni u jfixkel il-kompetizzjoni.

5.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern

(49)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna provduta lis-CGD, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, l-ewwel nett, jekk l-għajnuna tistax tiġi vvalutata taħt l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, jiġifieri jekk l-għajnuna tirrimedjax taħwid serju fl-ekonomija tal-Portugall. Sussegwentement, il-Kummissjoni, bl-użu ta’ din il-bażi legali, għandha tevalwa jekk il-miżuri proposti humiex konformi mas-suq intern.

5.2.1.   Bażi ġuridika għall-kompatibbiltà tal-għajnuna

(50)

L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex issib li għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern jekk isservi “biex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”.

(51)

Fir-rigward tal-ekonomija Portugiża l-preżenza ta’ taħwid serju ġiet ikkonfermata f’diversi approvazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-miżuri li ttieħdu mill-awtoritajiet Portugiżi fil-ġlieda kontra l-kriżi finanzjarja. B’mod partikolari, fl-aħħar approvazzjoni tagħha għall-estensjoni tal-Iskema ta’ Rikapitalizzazzjoni Portugiża (9) l-Kummissjoni rrikonoxxiet li hemm theddida kontinwa ta’ taħwid serju fl-ekonomija Portugiża u li l-appoġġ tal-banek mill-Istat huwa xieraq biex dak it-taħwid jiġi rimedjat. Il-Kummissjoni tinnota li s-sistema bankarja Portugiża kienet qed tiffaċċa diffikultajiet serji fil-ħin li l-miżuri ta’ għajnuna kienu ngħataw, b’riżultat li xi wħud mill-banek Portugiżi kienu ferm ingranati, kellhom proporzjonijiet għoljin ta’ self-depożitu, u kellhom ilaħħqu ma’ proporzjon dejjem akbar ta’ self improduttiv. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-Portugall jirċievi għajnuna finanzjarja mill-Istati Membri taż-Żona tal-Euro, li parti minnha hija allokata għall-appoġġ tal-banek Portugiżi (10).

(52)

Minħabba l-importanza sistemika tas-CGD – li huwa bank ewlieni fil-Portugall – u s-sinifikat tal-attivitajiet ta’ self tiegħu għall-ekonomija Portugiża, il-Kummissjoni taċċetta li n-nuqqas tiegħu li jissodisfa r-rekwiżiti kapitali msaħħa kien iġib konsegwenzi serji għall-ekonomija Portugiża.

(53)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tal-ekonomija Portugiża u n-nuqqas mifrux tal-aċċess tal-banek għal swieq internazzjonali u finanzjament għall-operaturi, il-Kummissjoni tqis li r-rekwiżiti biex l-għajnuna mill-Istat tiġi approvata skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat huma sodisfatti.

5.2.2.   Kompatibbiltà tal-għajnuna mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-Estensjoni

(54)

Il-miżuri kollha identifikati bħala għajnuna mill-Istat ġew ipprovduti fil-kuntest tar-ristrutturar tas-CGD. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabilità u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (“Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) (11) tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-għoti ta’ għajnuna għar-ristrutturar ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex ikun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, ir-ristrutturar ta’ istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali għandu (i) iwassal biex tiġi restawrata l-vijabilità tal-bank, (ii), jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti mill-benefiċjarju (qsim tal-piż) u jiġi żgurat li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju u (iii) ikun fih miżuri suffiċjenti li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(55)

Minkejja r-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-punt 14 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“il-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011”) (12) jispeċifika li l-Kummissjoni “twettaq valutazzjoni proporzjonata tal-vijabbiltà fit-tul tal-banek, billi tikkunsidra bis-sħiħ l-elementi li jindikaw li l-banek jistgħu jkunu vijabbli fit-tul mingħajr ma jkunu jeħtieġu ristrutturazzjoni sinifikanti, b’mod partikolari meta n-nuqqas ta’ kapital ikun essenzjalment marbut ma’ kriżi ta’ fiduċja fid-dejn sovran, l-injezzjoni ta’ kapital pubbliku tkun limitata għall-ammont neċessarju biex jiġi kkumpensat telf li jirriżulta mill-ipprezzar ta’ bonds sovrani tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim ŻEE skont il-valur fis-suq f’banek lTotalrimenti jkunu vijabbli, u l-analiżi turi li l-banek inkwistjoni ma ħadux riskju eċċessiv fl-akkwist tad-dejn sovran”.

(56)

F’dak ir-rigward il-Kummissjoni tinnota li l-ħtiġijiet kapitali tas-CGD kienu essenzjalment marbuta ma’ kriżi ta’ fiduċja dwar id-dejn sovran tal-Portugall. Għalkemm ma kinux direttament ikkawżati mill-impatt tal-immarkar ta’ bonds sovrani għas-suq, ir-raġuni sottostanti kienet komparabbli, billi l-ABE talbet lill-banek jittrasferixxu bafer kapitali relatat mal-ammont tal-bonds sovrani miżmuma fuq il-karta tal-bilanċi (l-hekk imsejjaħ “bafer sovran”) u bħala konsegwenza dan żied ir-rekwiżiti kapitali minimi tiegħu.

(57)

Mir-rekwiżit tal-bafer kapitali totali tas-CGD ta’ EUR 1 650 miljun kif stabbilit mill-ABE, li wassal għall-ħtieġa għal dak l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat, EUR 1 073 miljun (65 %) huma dovuti għall-esponiment għad-dejn sovran Portugiż. Barra minn hekk, l-analiżi tal-Kummissjoni wriet li s-CGD ma kienx ħa riskju eċċessiv fl-akkwist tad-dejn sovran. Il-portafoll ta’ dejn sovran ġie akkwistat permezz ta’ tranżazzjonijiet carry trade (iffinanzjati permezz ta’ finanzjament ta’ sena mill-BĊE). Filwaqt li f’ċerti ċirkostanzi tranżazzjonijiet bħal dawn jistgħu jitqiesu bħala teħid ta’ riskju li huwa ogħla mill-medja, il-bonds akkwistati kienu jirrappreżentaw kollateral eliġibbli u n-notazzjonijiet rilevanti tal-klassifikazzjoni kienu ferm ogħla mill-grad ta’ investiment (AA- għall-Portugall).

(58)

Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni proporzjonata skont il-punt 14 tal-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011.

Restawr tal-vijabilità

(59)

Hekk kif il-Kummissjoni tistabbilixxi ruħha fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tagħha l-Istat Membru kkonċernat jeħtieġ jipprovdi pjan komprensiv ta’ ristrutturar li juri kif se tiġi restawrata l-vijabilità fit-tul tal-benefiċjarju mingħajr għajnuna mill-Istat fi żmien raġonevoli u fi żmien massimu ta’ ħames snin. Il-vijabilità fit-tul tinkiseb meta bank ikun kapaċi jikkompeti fis-suq għall-kapital fuq il-merti tiegħu stess f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Biex bank ikun jista’ jagħmel dan, għandu jkun kapaċi jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu u jipprovdi redditu xieraq fuq l-ekwità, b’kunsiderazzjoni tal-profil tar-riskju tal-bank. Ir-ritorn għall-vijabilità għandu prinċipalment jiġi minn miżuri interni u jkun ibbażat fuq pjan kredibbli ta’ ristrutturar.

(60)

Il-Portugall ippreżenta pjan ta’ ristrutturar għas-CGD, b’orizzont ta’ żmien ta’ ħames snin, sal-2017 u li juri ritorn għall-vijabilità fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar.

(61)

Il-Punt 10 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jitlob li l-miżuri ta’ ristrutturar proposti jikkostitwixxu rimedju għan-nuqqasijiet tal-benefiċjarju. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ ristrutturar jindirizza n-nuqqasijiet ewlenin tas-CGD, jiġifieri l-profittabilità globali dgħajfa tal-operazzjonijiet bankarji domestiċi tiegħu, li jirrappreżentaw 80 % tal-attivitajiet tiegħu. Ir-riżultati dgħajfa tal-attivitajiet domestiċi tas-CGD jistgħu biss jiġu parzjalment ikkumpensati mill-prestazzjoni pożittiva tal-operazzjonijiet internazzjonali tas-CGD, għalkemm fuq medja fil-passat urew u attwalment għadhom juru Redditi fuq il-Kapital Użat (ROCE) pożittiv. Fl-2012, pereżempju, l-attivitajiet bankarji fl-Angola kisbu ROCE ta’ [50-60] %, dawk fil-Możambik ROCE ta’ [20-30] %, fl-Afrika t’Isfel ta’ [20-30] %, u fil-Makaw ta’ [20-30] %. Bi tqabbil, fl-2012 l-attivitajiet bankarji tas-CGD fil-Portugall kisbu ROCE ta’ -[10-20] %. Billi l-attivitajiet internazzjonali jikkontribwixxu pożittivament għas-sitwazzjoni ekonomika globali tal-grupp CGD, iżda jirrappreżentaw parti żgħira biss mill-attivitajiet, il-pjan ta’ ristrutturar jiffoka fuq it-titjib tal-profittabilità tal-operazzjonijiet domestiċi.

(62)

Il-Kummissjoni tinnota pożittivament li qabel ma rċieva l-għajnuna mill-Istat is-CGD kien ħa miżuri biex inaqqas il-kost lavorattiv u amministrattiv. Is-sitwazzjoni makroekonomika attwali u l-prospetti tas-suq bankarju domestiku, madankollu, kienu jeħtieġu approċċ aktar determinat, bħall-isforz ta’ ottimizzazzjoni stabbilit fil-pjan ta’ ristrutturar. It-tnaqqis immirat tal-forza tax-xogħol tal-bank, bi tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati fil-qasam bankarju fil-Portugall minn 9 401 għal [8 500-9 000] matul il-perjodu ta’ ristrutturar, biex b’hekk jiġi proġettat tnaqqis ta’ [5-10] % tal-kost lavorattiv, huwa mezz adegwat biex jintlaħaq l-iffrankar meħtieġ, b’mod partikolari meta jitqies li anki l-baġit għall-ispejjeż amministrattivi jiġi mnaqqas b’mod sinifikanti.

(63)

L-analiżi tal-Kummissjoni tan-netwerk tal-fergħat tas-CGD inizjalment uriet li kien hemm lok għal titjib fir-rigward tal-immaniġġar tal-fergħat li bla dubju kellhom prestazzjoni dgħajfa. Madankollu, il-proċess perjodiku ta’ rivalutazzjoni tal-fergħat li issa s-CGD stabbilixxa huwa approċċ adegwat biex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tan-netwerk fil-livell tal-konsumatur biex l-impronta domestika tkun tista’ tiġi aġġustata jekk ikun hemm il-ħtieġa. Fil-pjan ta’ ristrutturar is-CGD stabbixxa li jnaqqas in-netwerk tal-fergħat domestiċi b’[5-10] %, billi jagħlaq [70-80] mit-840 fergħa. Mill-perspettiva tal-Kummissjoni, it-tnaqqis immirat jaġġusta b’mod adegwat il-preżenza domestika tas-CGD għall-ħtiġijiet tas-suq, filwaqt li b’mod ġenerali jinżamm livell adegwat ta’ servizz lill-klijenti.

(64)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-titjib fl-effiċjenza operattiva tas-CGD tinkiseb ukoll billi jiżdied id-dħul mis-servizzi u l-kummissjonijiet, fuq il-bażi tal-introduzzjoni ta’ strutturi ġodda ta’ tariffi. Din iż-żieda fid-dħul mit-tariffi u l-kummissjonijiet tidher ġustifikata, meta wieħed iqis li kemm is-sehem tal-kummissjonijiet fid-dikjarazzjoni tad-dħul tas-CGD huwa pjuttost baxx meta, fuq naħa waħda jiġi mqabbel mal-medja fis-settur bankarju Portugiż u fuq in-naħa l-oħra li l-bank għandu kontroll sħiħ fuq l-istrutturi applikabbli tal-ħlasijiet.

(65)

Fir-rigward tad-diżingranaġġ tal-karta tal-bilanċi, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ ristrutturar tas-CGD huwa bbilanċjat tajjeb u jevita sew li jkun hemm effetti negattivi fuq l-irkupru tal-ekonomija Portugiża, anki jekk il-miżuri totali relatati jammontaw għal EUR [10-20] biljun, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ [10-20] % fuq il-karta tal-bilanċi. Jekk is-CGD bħala l-akbar bank tal-Portugall kellu sempliċiment inaqqas id-daqs tal-baġit tal-kreditu seta’ kkontribwixxa għal kriżi tal-kreditu u kien jaffettwa ħażin l-ekonomija reali. Dan l-eżitu ġie evitat permezz tal-fatt li s-sorsi ewlenin tal-isforzi ta’ diżingranaġġ tas-CGD mhumiex marbuta mal-ammont ta’ kreditu li jista’ jiġi pprovdut lill-ekonomija Portugiża. Il-kapaċità ta’ self tas-CGD mhijiex affettwata mill-bejgħ tan-negozju ta’ assigurazzjoni, il-bejgħ tal-ishma mhux strateġiċi li jifdal, il-ħlas lura tad-dejn tal-ex BPN, u t-tnaqqis tal-kreditu mhux prinċipali fi Spanja. Għalhekk l-isforzi ta’ diżingranaġġ huma mmirati sew, billi jippermettu lis-CGD li jiffoka fuq l-operazzjonijiet bankarji ewlenin fil-livell tal-konsumatur u jilliberaw fondi li jistgħu jsaħħu l-kapital ewlieni tal-bank filwaqt li jiġu evitati l-effetti negattivi potenzjali ta’ diżingranaġġ għall-ekonomija Portugiża.

(66)

Bl-istess mod il-Kummissjoni tinnota l-impenn mis-CGD fir-rigward tal-Gvern Portugiż biex jalloka EUR 30 miljun fis-sena għal fond li mbagħad min-naħa tiegħu jinvesti f’ekwità ta’ SMEs u korporazzjonijiet b’kapitalizzazzjoni medja biex jiġi żgurat finanzjament għall-ekonomija reali fil-Portugall. Investimenti bħal dawn ma jinvolvux l-akkwist ta’ ishma azzjonarji f’intrapriżi f’kompetizzjoni, u l-Kummissjoni tqis ukoll li ma jikkostitwixxux attivitajiet li jfixklu s-suq skont it-tifsira tal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Ma hemm xejn f’dak l-impenn li jista’ jagħti lok għal vantaġġ addizzjonali lis-CGD, u għalhekk f’din id-deċiżjoni l-Kummissjoni ma teħtiġx tkompli tqis l-istatus ta’ dan l-impenn.

(67)

Fir-rigward tal-bejgħ tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tas-CGD, hemm il-ħtieġa li Caixa Seguros jiġi ristrutturat biex titjieb il-kummerċjabbiltà tiegħu, kif stabbilit fil-pjan ta’ ristrutturar tas-CGD. Is-CGD ippropona approċċ raġonevoli biex il-bejgħ ta’ Caixa Seguros isir matul il-perjodu ta’ ristrutturar.

(68)

Il-bidla fl-operazzjonijiet bankarji tas-CGD fi Spanja tikkostitwixxi element sinifikanti fil-pjan tas-CGD biex tinkiseb profittabilità globali pożittiva fi żmien qasir. B’mod partikolari minħabba li għal xi żmien l-operazzjonijiet fi Spanja diġà ma kinux qed jagħmlu profitt u kienu qed jikkontribwixxu b’mod negattiv qabel il-bidu ta-kriżi finanzjarja, hemm il-ħtieġa ta’ approċċ deċiżiv biex tiġi indirizzata dik il-problema.

(69)

Fil-pjan ta’ ristrutturar, is-CGD stabbilixxa l-għażla preferuta tiegħu li jtemm l-attivitajiet għall-operaturi fi Spanja u li jirristruttura u jkompli bl-attivitajiet fil-livell tal-konsumatur fuq skala iżgħar kif ukoll alternattivi, jiġifieri l-għeluq sħiħ tal-operazzjoni, jiddivestihom permezz ta’ bejgħ jew permezz ta’ skambju ta’ assi, iqegħdhom fi tnaqqis progressiv, jew ifittex sieħeb bi sħab għan-negozju. Madankollu, dawn l-alternattivi kollha kellhom l-effetti negattivi speċifiċi tagħhom u kienu mistennija jwasslu għal telf kapitali ta’ kobor sinifikanti. Għalhekk is-CGD wasal għall-konklużjoni li minn perspettiva ekonomika l-aqwa għażla kienet ir-ristrutturar tal-operazzjonijiet Spanjoli.

(70)

Il-Kummissjoni tikkalkula li fil-kuntest makroekonomiku attwali r-ristrutturar tal-operazzjonijiet Spanjol ikun ħidma diffiċli iżda fl-istess waqt tirrikonoxxi li l-approċċTotalernattivi jistgħu jiswew iżjed. Il-Kummissjoni tinnota pożittivament li l-attivitajiet għall-operaturi twaqqfu u li f’kull każ il-BCG inaqqas il-kobor ta’ portafoll imdaqqas ta’ assi mhux prinċipali tal-operazzjonijiet Spanjoli tiegħu, inaqqas b’mod sinifikanti l-impronta tiegħu fi Spanja b’madwar [50-60] % u qed jesplora possibiltajiet biex jiffranka l-ispejjeż billi juża servizzi disponibbli fil-grupp.

(71)

Mill-perspettiva tal-Kummissjoni, madankollu, huwa neċessarju li jiġi rinforzat l-għan li jinkiseb tibdil tal-operazzjonijiet fi Spanja mill-aktar fis possibbli. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tqis li kien essenzjali li l-Portugall intrabat li sal-[…] il-BCG jew jilħaq l-indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni definiti fit-Taqsima 4.2.7.3.1.5 tal-impenji stabbiliti fl-Anness fir-rigward tal-limiti rilevanti għall-ispejjeż lavorattivi u amministrattivi, il-proporzjon tal-kost-dħul, finanzjament, depożiti, kreditu ġdid, marġini netti, u self improduttiv, jew – jekk ma jilħaqhomx –iwaqqaf in-negozju ġdid fi Spanja u jnaqqas l-attivitajiet Spanjoli kollha. Fid-dawl ta’ din il-garanzija u n-nuqqas ta’ alternattivi fuq perijodu qasir, il-Kummissjoni taċċetta l-pjan biex jinkiseb tibdil tal-attivitajiet bankarji fil-livell tal-konsumatur fi Spanja bħala element tal-pjan ta’ ristrutturar tas-CGD.

(72)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta’ ristrutturar tas-CGD huwa kredibbli anki jekk is-sitwazzjoni ekonomika attwali diffiċli tal-Portugall kellha ddum aktar dan ġie preżunt fil-każ bażi. Is-CGD jipproġetta li matul il-perjodu ta’ ristrutturar il-kreditu f’riskju jkompli jiżdied minn livell diġà għoli ta’ 12 % għal [10-20] % sal-aħħar tal-2017. Barra minn hekk, il-bank jipproġetta li jżid il-proviżjon ta’ kreditu f’riskju għal [50-60] %. Dan il-proporzjon tal-kopertura jista’ jitqies konformi ma’ dak ta’ banek Portugiżi oħrajn li ma rċevewx kapital mill-Istat, pereżempju dawk tal-Banco Espirito Santo jew il-Banco Santander Totta. Il-proporzjon tal-kopertura tas-CGD għandu jiġi vvalutat fid-dawl tal-fatt li tradizzjonalment il-bank għandu pożizzjoni qawwija bħala fornitur ta’ ipoteki fil-Portugall u għalhekk għandu sehem kbir ta’ ipoteki fil-portafoll ta’ self tiegħu bi proporzjon medju ta’ self-valur ta’ madwar [70-80] %. Jekk wieħed kellu jqis dawk il-fatturi, il-kopertura tal-kreditu f’riskju ta’ [50-60] % tidher li hija adegwata biex tkopri t-telf fuq self tas-CGD fil-futur matul il-perjodu ta’ ristrutturar.

(73)

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri kollha stabbiliti fil-pjan ta’ ristrutturar huma mmirati biex tiġi restawrata l-vijabilità tas-CGD u biex iwasslu għal livell sodisfaċenti ta’ profittabilità, kif indikat mir-Redditu Azzjonarju (“ROE”) ta’ [5-10] % għall-attivitajiet bankarji tas-CGD fil-Portugall li huwa mmirat għall-31 ta’ Diċembru 2017, kif ukoll ir-ROE ta’ [5-10] % għar-riżultati konsolidati tal-attivitajiet kollha tal-grupp CGD mill-31 ta’ Diċembru 2017.

Għajnuna limitata għall-minimu, kontribuzzjoni proprja u l-qsim tal-piżijiet

(74)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika li hemm il-ħtieġa ta’ kontribuzzjoni xierqa mill-benefiċjarju sabiex l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu u biex jiġu indirizzati t-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-periklu morali. Għal dak il-għan, tipprovdi li (i) kemm l-ispejjeż tar-ristrutturar u l-ammont tal-għajnuna għandhom ikunu limitati u (ii) hemm il-ħtieġa ta’ kontribuzzjoni sinifikanti proprja.

(75)

Il-pjan ta’ ristrutturar tas-CGD ma fih ebda elementi li jissuġġerixxu li l-għajnuna teċċedi l-mezzi meħtieġa biex terġa’ tiġi restawrata l-vijabilità fit-tul. Kif deskritt fil-premessa (13), id-defiċit kapitali li kien jeħtieġ jiġi kopert ġie determinat fuq il-bażi tal-MtQ kif miftiehem bejn il-Gvern Portugiż, minn naħa waħda, u min-naħa l-oħra l-FMI, il-BĊE u l-Kummissjoni.

(76)

Skont il-punt 34 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, rimunerazzjoni adegwata ta’ kull intervent mill-Istat hija waħda mill-aktar limitazzjonijiet xierqa tat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li f’dak il-kuntest il-kapital ipprovdut fil-forma ta’ CoCos ġie rimunerat b’mod adegwat, f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni u l-BĊE (13). Ir-rimunerazzjoni tal-CoCos tibda f’8,5 % għall-ewwel sena u maż-żmien tiżdied bi step-ups, li twassal għal rata medja ta’ rimunerazzjoni annwali ta’ 9,2 % matul il-perjodu ta’ investiment. Il-mekkaniżmu step-up jinkoraġġixxi lis-CGD biex joħroġ mill-intervent tal-Istat.

(77)

Il-Kummissjoni tinnota li skont il-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji relatati s-CGD juża l-kapital eċċessiv tiegħu biex iħallas lura l-CoCos kollha (ara t-Taqsima 5 tal-Impenji).

(78)

Fl-2014 is-CGD juża [50-60] % tal-kapital eċċessiv tiegħu u fl-2015 u fis-snin segwenti juża [90-100] % tal-kapital eċċessiv biex iħallas lura d-EUR 900 miljun ta’ CoCos. Il-mekkaniżmu ta’ ħlas lura jillimita l-bafer kapitali li s-CGD jista’ jżomm fuq il-karta tal-bilanċi tiegħu u b’hekk jiġi żgurat li matul il-perjodu ta’ ristrutturar l-għajnuna tibqa’ limitata għall-minimu neċessarju.

(79)

Barra minn hekk, huwa importanti li wieħed jinnota li l-bejgħ tal-fergħa ta’ assigurazzjoni tillibera l-kapital regolatorju u għalhekk jagħmilha aktar probabbli li s-CGD ikollu kapital eċċessiv li jista’ jintuża għall-ħlas lura tal-CoCos, u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għall-ispejjeż tar-ristrutturar mill-mezzi tiegħu stess.

(80)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li s-CGD ma kkonformax mal-projbizzjoni fuq id-dividendi iżda ħallas dividendi fl-ammont ta’ EUR 405 415, bi ksur tal-impenn li ngħata mill-Portugall fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ.

(81)

L-għan tal-projbizzjonijiet fuq id-dividendi u l-kupuni huwa biex jiġi evitat il-ħruġ ta’ fondi, biex b’hekk jiġi żgurat li l-għajnuna tista’ titħallas lura u b’hekk li l-għajnuna mill-Istat tiġi limitata għall-minimu neċessarju. Għal dak il-għan, kemm jista’ jkun, l-azzjonisti tal-bank kif ukoll id-detenturi ta’ kapital ibridu u dejn subordinat għandhom jiġu esklużi mill-benefiċċju potenzjali tal-għajnuna mill-Istat.

(82)

Billi s-CGD kien f’pożizzjoni li jħallas id-dividendi, intwera li l-ammont tal-għajnuna ma kienx limitat għall-minimu neċessarju. L-informazzjoni li s-CGD ipprovda fil-kors tal-proċedura tal-investigazzjoni dwar l-użu ħażin ma biddlitx il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ li l-pagamenti kkwalifikaw bħala ħlasijiet ta’ dividendi li kienu jaqgħu fil-projbizzjoni fuq id-dividendi tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ jew wrew obbligu legali biex isir il-ħlas li f’dak il-każ kien jippermetti l-ħlas ta’ dividendi skont id-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ.

(83)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta’ għajnuna fl-ammont ta’ EUR 1 650 miljun kienu limitati għall-minimu neċessarju, bl-eċċezzjoni ta’ ammont ta’ EUR 405 415 li ntuża għall-ħlas ta’ dividendi. F’dak ir-rigward il-Kummissjoni tinnota b’mod partikolari l-impenn mis-CGD li jħallas lura lill-Portugall ammont ekwivalenti għall-ħlas tad-dividendi u għalhekk l-ammont li bih l-għajnuna li ngħatat qabżet il-minimu neċessarju. Minħabba dak l-impenn, l-għajnuna hija meqjusa li kienet limitata għall-minimu neċessarju.

(84)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Portugall ta l-impenn tiegħu għal projbizzjoni fuq il-ħlasijiet ta’ dividendi, kupuni u imgħax (ara t-Taqsima 6.7 tal-Impenji).

(85)

Barra minn hekk, il-punt 24 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jistipula li rimunerazzjoni adegwata tal-kapital mill-Istat hija wkoll mezz biex jinkiseb il-qsim tal-piżijiet. Kif stabbilit fil-premessa (76), il-Kummissjoni tqis li l-kapital ipprovdut fil-forma ta’ CoCos ġie rimunerat b’mod adegwat.

(86)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li s-CGD diġà wettaq u jkompli jimplimenta miżuri li jnaqqsu l-ispejjeż b’mod partikulari billi naqqas il-forza tax-xogħol u n-netwerk ta’ fergħat tiegħu fil-Portugall, u b’hekk jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta’ ristrutturar permezz ta’ miżuri interni.

(87)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturar jiżgura li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju u jipprovdi għal kontribuzzjoni proprja xierqa u qsim tal-piżijiet.

Restrizzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni

(88)

Fl-aħħar nett, it-Taqsima 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar titlob li l-pjan ta’ ristrutturar ikun fih miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu mfassla sabiex jindirizzaw it-tfixkil fis-swieq fejn il-bank benefiċjarju jopera wara r-ristrutturar. In-natura u l-forma ta’ tali miżuri tiddependi fuq żewġ kriterji: l-ewwel, l-ammont tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi li fihom ingħatat u, it-tieni, il-karatteristiċi tas-swieq li fuqhom jopera l-benefiċjarju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tqis id-daqs tal-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju u l-qsim tal-piżijiet matul il-perjodu ta’ ristrutturar.

(89)

Il-Kummissjoni tfakkar li s-CGD irċieva għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ injezzjonijiet ta’ kapital u CoCos fl-ammont ta’ EUR 1 650 miljun. L-ammont tal-għajnuna huwa ekwivalenti għal 2,3 % tal-Assi Peżati għar-Riskju (RWA) (14) tas-CGD li huwa relattivament baxx. Billi l-CoCos huma rimunerati b’mod adegwat, hemm biss il-ħtieġa ta’ miżuri moderati biex jiġi limitat t-tfixkil potenzjali tal-kompetizzjoni.

(90)

It-tnaqqis proporzjonat fin-numru tal-impjegati tas-CGD f’termini tad-daqs tal-karta tal-bilanċi, l-impronta ġeografika u l-persunal jikkontribwixxi biex jiġi limitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni. Filwaqt li ċ-ċessjoni ta’ Caixa Seguros u t-tnaqqis fin-numru tal-impjegati u r-ristrutturar tal-operazzjoni Spanjola jikkontribwixxu għal restawr tal-vijabilità tal-bank, it-tnaqqis li jifdal fuq il-karta tal-bilanċi huwa meqjus xieraq meta mqabbel mat-tfixkil tal-kompetizzjoni li ġej mill-għajnuna.

(91)

Minbarra dawk il-miżuri strutturali, il-Portugall impenja ruħu wkoll li jagħmel diversi restrizzjonijiet fuq l-aġir. Il-Kummissjoni tinnota dawk l-impenji dwar l-aġir stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Impenji, bħall-projbizzjoni ta’ reklamar tal-għajnuna mill-Istat u projbizzjoni fuq prattiċi kummerċjali aggressivi, li jwaqqfu lis-CGD milli juża l-għajnuna għal aġir anti-kompetittiv fis-suq. B’mod partikolari tilqa’ l-projbizzjoni fuq l-akkwisti, li tiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex jinkiseb il-kontroll tal-kompetituri, iżda li minflok isservi l-għan maħsub tagħha, jiġifieri li terġa’ tiġi restawrata l-vijabilità tas-CGD.

(92)

Fil-qosor, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed salvagwardji biex jiġi limitat it-tfixkil potenzjali tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari fid-dawl tal-applikazzjoni tal-punt 14 tal-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011 bħala konsegwenza tal-avvenimenti li wasslu għall-ħtieġa għall-għajnuna mill-Istat, speċjalment il-bafer sovran tal-ABE.

5.3.   Monitoraġġ

(93)

Skont it-Taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, hemm il-ħtieġa ta’ rapporti regolari biex jippermettu lill-Kummissjoni li tivverifika li l-pjan ta’ ristrutturar qiegħed jiġi implimentat kif suppost.

(94)

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni korretta tal-Pjan ta’ Ristrutturar u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-impenji kollha li jinsabu fl-Impenji jiġu mmonitorjati kontinwament minn Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li jkun suffiċjentement indipendenti u kwalifikat.

KONKLUŻJONI

Fid-dawl tal-impenji li ttieħdu mill-Portugall ġie konkluż li l-għajnuna għar-ristrutturar hija limitata għall-minimu neċessarju, li t-tfixkil tal-kompetizzjoni ġie indirizzat b’mod suffiċjenti u li l-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat huwa xierqa biex tiġi restawrata l-vijabilità fit-tul tas-CGD. L-għajnuna għar-ristrutturar għandha tinstab li hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li tikkonsisti mis-sottoskrizzjoni mill-Portugall ta’ ishma ordinarji ġodda fl-ammont ta’ EUR 750 miljun mis-CGD u s-sottoskrizzjoni mill-Portugall ta’ strumenti konvertibbli maħruġa mis-CGD f’ammont ta’ EUR 900 miljun hija kompatibbli mas-suq intern, fid-dawl tal-impenji stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Il-Portugall għandu jiżgura li l-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2012 u kkumplimentat bis-sottomissjoni tad-19 ta’ Lulju 2013 jiġi implimentat bis-sħiħ, inklużi l-impenji stabbiliti fl-Anness u skont l-iskeda stabbilita f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni l-Portugall għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex ikun konformi magħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmula fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 116, 23.4.2013, p. 13.

(2)  http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/247111/247111_1420908_83_2.pdf

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(4)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(5)  F’din id-deċiżjoni, l-informazzjoni finanzjarja relatata mas-CGD hija ġeneralment ibbażata fuq perimetri prudenzjali li s-CGD juża biex jippreżenta informazzjoni finanzjarja relevanti lil Banco de Portugal bħala parti mill-obbligi regolatorji tiegħu, u internament għal projezzjonijiet finanzjarji li perjodikament jiġu aġġornati għal kull unità tan-negozju. Is-CGD uża wkoll dawk il-perimetri prudenzjali għall-informazzjoni finanzjarja kollha fil-pjan ta’ ristrutturar tiegħu, kif ukoll għal dik fil-Pjani ta’ Finanzjament u ta’ Kapitali li regolarment jiġu ppreżentati lill-Fond Monetarju Internazzjonali (“FMI”), lill-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”), u lill-Kummissjoni Ewropea (“it-Trojka”).

Madankollu, il-Grupp CGD jippubblika l-kontijiet annwali tiegħu fir-rapporti annwali bl-użu ta’ perimetri kontabbli. Perimetri kontabbli jinkludu s-sussidjarji kollha indipendentement mill-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni regolatorju tal-Bank Ċentrali Portugiż. Fil-każ tas-CGD, l-aktar differenza rilevanti bejn il-perimetri prudenzjali u l-perimetri kontabbli hija relatata ma’ Caixa Seguros e Saúde (“Caixa Seguros”), il-kumpanija azzjonarja tal-unitajiet tan-negozju tal-assigurazzjoni u tas-saħħa, li fil-perimetri prudenzjali hija inkluża permezz tal-metodu tal-ekwità.

Sabiex jiġi permess tqabbil aħjar ma’ dejta pubblikament disponibbli, xi ftit mill-informazzjoni finanzjarja f’din id-deċiżjoni għalhekk ġiet ipprovduta skont perimetri kontabbli, f’liema każ, madankollu, hija dejjem immarkata b’mod ċar bħala tali.

(*)  Obbligazzjonijiet lejn il-klijenti

(**)  Obbligazzjonijiet totali mingħajr l-obbligazzjonijiet lejn klijenti oħra jew lill-Bank ċentrali.

(6)  Deċiżjoni fil-Każ SA.34055 (11/N) tat-30.5.2012 (ĠU C 249, 18.8.2012, p. 5).

(***)  Informazzjoni kunfidenzjali.

(7)  Il-BPN kien nazzjonalizzat fl-2008 u nbiegħ fl-2011. Xi wħud mill-assi tiegħu ġew trasferiti lis-CGD.

(8)  Ara l-premessa 25 tad-deċiżjoni dwar l-Iskema Ġdida ta’ Rikapitalizzazzjoni għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Portugall SA. 34055 (11/N) tat-30.5.2012.

(9)  Deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2012, il-Każ SA. 35747 (12/N), ĠU C 43, 15.2.2013, p. 21.

(10)  Ara l-istqarrija għall-istampa 10191/11 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 17.5.2011.

http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/122072.pdf

(11)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(12)  ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7.

(13)  Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar l-ipprezzar ta’ rikapitalizzazzjonijiet tal-20 ta’ Novembru 2008.

(14)  Mid-data rilevanti ta’ referenza meta ngħatat il-miżura ta’ għajnuna.


ANNESS

IMPENJI TA’ CAIXA GERAL DE DEPÓSITOS, S.A.

1.   Sfond

Dan id-dokument jistabbilixxi t-termini (l-“Impenji”) għar-ristrutturar ta’ Caixa Geral de Depósitos S.A. (“CGD” jew “il-Bank”), li r-Repubblika Portugiża u s-CGD intrabtu li jimplimentaw.

2.   Definizzjonijiet

F’dan id-dokument, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor, is-singular għandu jinkludi l-plural (u viċi versa) u t-termini kapitalizzati użati hawnhekk għandhom it-tifsiriet li ġejjin:

Terminu

Tifsira

Immaniġġar ta’ assi

tfisser l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet speċjalizzati biex jiġi investit it-tfaddil tal-klijenti fil-livell ta’ konsumatur (il-ġestjoni ta’ fondi mutwi u tal-pensjonijiet, u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet imfassla għall-ħtiġijiet individwali ta’ investiment) u istituzzjonali li jinkludu fondi tal-pensjonijiet, Kumpaniji tal-Assigurazzjoni, Korporazzjonijiet u Istituzzjonijiet Pubbliċi (il-ġestjoni ta’ portafolli ta’ investiment ibbażata fuq il-ħtiġijiet tal-klijenti, jew permezz tal-insegwiment ta’ parametru referenzjarju jew billi jiġu segwiti soluzzjonijiet ta’ redditu assolut)

Bankassigurazzjoni

tfisser sħubija bejn bank u kumpanija terza tal-assigurazzjoni li permezz tagħha l-Bank ibigħ prodotti tal-kumpanija tal-assigurazzjoni permezz tan-netwerk tiegħu fil-livell tal-konsumatur

BCG Spain

Banco Caixa Geral, S.A. (Spain) magħruf ukoll bħala l-operazzjoni Spanjola fil-livell tal-konsumatur

Caixa Seguros

tfisser is-sussidjarju ewlieni tas-CGD attiv fin-negozju tal-assigurazzjoni

Proporzjon C/I

tfisser il-proporzjon ta’ spejjeż operatorji (spejjeż lavorattivi u tal-SG&A) għall-introjtu operatorju (it-total tal-introjtu mill-imgħax nett, l-introjtu mill-kummissjonijiet, id-dħul minn strumenti kapitali, id-dħul minn operazzjonijiet finanzjarji, u kull introjtu ieħor minn operazzjonijiet)

Impenji

tfisser l-attivitajiet relatati mar-ristrutturar tas-CGD stabbiliti f’dan id-dokument

Servizzi bankarji korporattivi

tfisser is-servizzi bankarji offruti lill-korporazzjonijiet, jew korporazzjonijiet kbar jew SMEs

Proporzjon tal-kopertura ta’ kreditu f’riskju

tfisser il-proporzjon tal-kopertura ta’ kreditu f’riskju b’dispożizzjonijiet għal telf akkumulat minn self

Reġjun Prinċipali

tfisser ir-Reġjun Prinċipali Domestiku (il-Portugall) u r-Reġjun Prinċipali Internazzjonali (kif stabbilit fil-klawżola 4.2.2.1)

Kreditu f’riskju

kif definit fl-istruzzjoni Nru 16/2004 (verżjoni konsolidata mill-31 ta’ Mejju 2013 – tinkludi r-reviżjoni introdotta bl-istruzzjoni 23/2011) tal-Bank tal-Portugall, li tikkorrispondi għall-elementi kollha li ġejjin:

(a)

il-valur totali dovut fuq is-self li l-pagamenti tal-kapital jew tal-imgħax tiegħu ilhom dovuti għal perjodu ta’ mill-inqas 90 jum. Self tal-kontijiet kurrenti li ma jkunux ġew ikkuntrattati qabel għandhom jitqiesu bħala kreditu f’riskju meta l-overdraft ikun ilu jeżisti għal 90 jum;

(b)

il-valur totali ta’ self pendenti li jkun ġie ristrutturat, wara li jkun ilu mhux saldat għal perjodu ta’ mhux inqas minn 90 jum, mingħajr rinforz kollaterali adegwat (li jkopri l-ammont sħiħ tal-kapital u l-imgħax pendenti) jew il-ħlas sħiħ mill-mutwatarju tal-imgħax u l-imposti kollha li kienu dovuti;

(c)

il-valur totali tal-kreditu li l-ħlasijiet parzjali tal-kapital jew l-imgħax tiegħu ilhom dovuti għal anqas minn 90 jum, iżda li dwaru hemm evidenza li tiġġustifika l-klassifikazzjoni tiegħu bħala kreditu f’riskju, inkluż il-falliment jew il-likwidazzjoni tad-debitur. Fil-każ ta’ insolvenza tad-debitur, il-bilanċi rkuprati jistgħu jieqfu jiġu meqjusa li qegħdin f’riskju wara l-approvazzjoni mill-qorti fil-ftehim rispettiv taħt il-Kodiċi ta’ Insolvenza u Rkupru Korporattiv (Código de Insolvência e Recuperação de Empresas), jekk ma jkun għad fadal l-ebda dubji li l-ammonti dovuti jkunu jistgħu effettivament jinġabru.

Deċiżjoni

tfisser id-deċiżjoni tal-24 ta’ Lulju 2013 tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-ristrutturar tas-CGD li fil-kuntest tagħha qegħdin jittieħdu dawn l-Impenji

Fiduċjarju taċ-Ċessjoni

Persuna(i) naturali jew legali, indipendenti mis-CGD, approvata(i) mill-Kummissjoni u maħtura mis-CGD u li tkun irċeviet (ikunu rċevew) il-mandat esklussiv mis-CGD biex tbigħ (ibiegħu) lil Caixa Seguros lil xerrej. Il-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni għandu jipproteġi l-interessi finanzjarji leġittimi tas-CGD, soġġett għall-obbligu inkundizzjonat tas-CGD li jiddivesti […].

Impjegat

tfisser kull persuna li għandha kuntratt ta’ impjieg mas-CGD

Fatturament

tfisser tranżazzjoni finanzjarja li permezz tagħha negozju jbiegħ il-kontijiet riċevibbli tiegħu (jiġifieri l-fatturi) lil parti terza (imsejħa fattur) bi skont. Prodott kompost li joffri taħlita ta’ finanzi, assigurazzjoni ta’ kreditu u servizzi ta’ ġestjoni finanzjarja (kollezzjonijiet).

Attivitajiet Strumentali Internazzjonali

għandha t-tifsira stabbilita fil-klawżola 4.2.2.2

Attivitajiet bankarji ta’ investiment

tfisser servizzi finanzjarji speċjalizzati pprovduti lil klijenti korporattivi u istituzzjonali, inkluż konsulenza f’mergers u akkwisti korporattivi, finanzjament ta’ proġetti, finanzjament korporattiv (finanzjament ta’ akkwisti, finanzjament strutturat, bonds, karti kummerċjali, titolizzazzjoni, eċċ.), operazzjonijiet tas-swieq tal-kapital tal-ekwità (IPOs, offerti, tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwità, eċċ.) u ġestjoni tar-riskju tas-suq (permezz ta’ hedging u soluzzjonijiet finanzjarji strutturati). Barra minn hekk, jinkludu wkoll il-provvista ta’ servizzi ta’ senserija finanzjarja u rapporti ta’ riċerka lil investituri istituzzjonali u privati, intermedjazzjoni dwar titoli ta’ dħul fiss u sindikazzjoni ta’ self strutturat.

KPI

Indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni

Kiri

tfisser kuntratt li permezz tiegħu individwu jew ditta tista’ tikseb l-użu ta’ ċerti assi fissi li għalihom trid tħallas għadd ta’ ħlasijiet kuntrattwali u perjodiċi bl-għażla li tixtri l-assi meta jintemm il-kuntratt

LDR

tfisser il-proporzjon ta’ self nett għal depożiti

Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jew Fiduċjarju

għandha t-tifsira stabbilita fil-klawżola 6.10 u l-Appendiċi I hawnhekk

Produzzjoni Ġdida

tikkonsisti min-negozju kollu ġdid ikkuntrattat bl-eċċezzjoni tal-produzzjoni kollha kuntrattwalment impenjata jew kull produzzjoni ġdida li hija strettament meħtieġa biex jiġi ppreservat il-valur tal-kollateral tas-self jew li hija relatata b’mod ieħor biex jiġi minimizzat it-telf kapitali u/jew jiġi msaħħaħ il-valur ta’ rkupru mistenni ta’ self

Proporzjon ta’ self improduttiv (nonperforming lonas, NPL) fuq kreditu ġdid

tfisser il-produzzjoni ta’ self ġdid li l-pagamenti tal-imgħax u/jew tal-kapital tiegħu ilhom dovuti għal aktar minn 90 jum/total tal-portafoll ta’ kreditu ġdid

Kummerċ proprjetarju

tfisser l-attivitajiet kummerċjali regolari tas-CGD, li mhumiex relatati man-negozju tal-klijenti, li jużaw il-kapital proprju u l-karta tal-bilanċ tal-Bank

Perjodu ta’ Ristrutturar

huwa l-perjodu ta’ żmien speċifikat fil-klawżola3.3

Kiri

tfisser ftehim fejn isir ħlas għall-użu temporanju ta’ oġġett (partikularment vettura) li huwa proprjetà ta’ kumpanija mhux finanzjarja, ġeneralment akkumpanjat mill-provvediment ta’ għadd ta’ servizzi assoċjati

Pjan ta’ Ristrutturar

tfisser il-pjan ippreżentat mis-CGD lill-Kummissjoni Ewropea, permezz tar-Repubblika tal-Portugall, kif l-aħħar emendat u supplimentat b’komunikazzjonijiet bil-miktub fid-19 ta’ Lulju 2013

Azzjonijiet ta’ Rimedju

tfisser azzjoni(jiet) li tippermetti(jippermettu) lis-CGD jilħaq il-mira(i) identifikata(i). L-azzjonijiet ta’ rimedju għandhom jiġu preżentati mis-CGD kif deskritt fil-klawżola 4.2.3.3. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ janalizza l-azzjonijiet ta’ rimedju proposti u jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tagħhom biex jintlaħqu l-miri fil-Pjan ta’ Ristrutturar

RWAs

tfisser l-assi peżati għar-riskju (risk weighted assets, RWAs) li għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi konsolidata skont ir-regolamenti Portugiżi rilevanti u kif approvati mill-Bank tal-Portugall fid-data tad-Deċiżjoni

SME

tfisser Intrapriża Żgħira u ta’ Daqs Medju li għandha fatturat ta’ EUR 50 miljun jew anqas u skopertura ta’ kreditu għas-CGD li ma taqbiżx il-EUR 1 miljun

VAR

tfisser Valur f’Riskju (Value at Risk, VAR), il-kejl tal-portafoll tar-riskju kif deskritt fl-emenda tal-1996 mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni tal-Bank. Għall-finijiet tal-kalkolu, iċ-ċifri jirreferu għal metodoloġija ta’ simulazzjoni storika bl-użu ta’ perjodu ta’ parteċipazzjoni ta’ għaxart ijiem, intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 % u data għal 501 jum ta’ negozjar (li tikkorrispondi għal orizzont ta’ sentejn)

Kapital ta’ riskju

tfisser l-att tal-provvista ta’ kapital finanzjarju lil kumpaniji li jkunu għadhom kemm fetħu, b’mod partikolari dawk b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, bi skambju għal ekwità fin-negozju

3.   Ġenerali

3.1.

Il-Portugall għandu jiżgura li l-Pjan ta’ Ristrutturar għas-CGD jiġi implimentat b’mod korrett u b’mod sħiħ.

3.2.

Il-Portugall għandu jiżgura li matul l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar l-Impenji jiġu osservati bis-sħiħ.

3.3.

Il-Perjodu ta’ Ristrutturar jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. L-Impenji japplikaw matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar, sakemm ma jiġix previst mod ieħor.

4.   Ir-ristrutturar tas-cgd: maqsum f’attivitajiet prinċipali u attivitajiet mhux prinċipali

4.1.   Is-CGD jaqsam l-attivitajiet tiegħu f’żewġ partijiet: l-Attivitajiet Prinċipali u l-Attivitajiet Mhux Prinċipali. F’Diċembru 2011 id-daqs totali kombinat tal-karta tal-bilanċi (1) tal-Attivitajiet Prinċipali u tal-Attivitajiet mhux Prinċipali kien ta’ EUR 120 642 miljun. F’Ġunju 2012 it-total tal-karta tal-bilanċi kien ta’ EUR 117 694 miljun, sal-aħħar ta’ Diċembru 2012 it-total tal-karta tal-bilanċi kien ta’ EUR 116 857 miljun.

Il-qasma tas-CGD ssir kif ġej:

4.2.   L-Attivitajiet Prinċipali

Assi allokati lill-Attivitajiet Prinċipali

L-Attivitajiet Prinċipali jinkludu l-Attivitajiet Prinċipali Domestiċi (għall-konsumatur, SMEs, servizzi bankarji korporattivi, Servizzi bankarji ta’ investiment, Ġestjoni ta’ Assi, kiri, fatturament, kiri, bankassigurazzjoni u Kapital ta’ riskju), l-Attivitajiet Prinċipali Internazzjonali u l-Attivitajiet Strumentali Internazzjonali.

4.2.1.   L-Attivitajiet Prinċipali Domestiċi jinkludu l-assi netti stabbiliti hawn taħt (data ta’ skadenza l-31 ta’ Diċembru 2012):

4.2.1.1.

EUR [850-900] miljun fi flus kontanti u bilanċi mal-bank ċentrali;

4.2.1.2.

EUR [1 000-1 500] miljun f’Self (/Riċevibbli) lil istituzzjonijiet ta’ kreditu;

4.2.1.3.

EUR [2 500-3 000] miljun f’Assi Finanzjarji miżmuma għall-kummerċ;

4.2.1.4.

EUR [10 000-15 000] miljun f’Assi Finanzjari disponibbli għall-bejgħ;

4.2.1.5.

EUR [0-5] miljun f’assi finanzjari miżmuma sal-maturità;

4.2.1.6.

EUR [60 000-65 000] miljun f’Self lill-klijenti;

minn dan l-ammont:

4.2.1.6.1.

Żviluppaturi u kostruzzjoni EUR [8 000-8 500] miljun;

4.2.1.6.2.

Ipoteki residenzjali EUR [30 000-35 000] miljun;

4.2.1.6.3.

Korporattivi Kbar EUR [10 000-15 000] miljun;

4.2.1.6.4.

SMEs EUR [3 000-3 500]miljun;

4.2.1.6.5.

Self lill-konsumaturi EUR [1 500-2 000]miljun;

4.2.1.6.6.

Oħrajn EUR [4 000-4 500] miljun (jinkludu istituzzjonijiet finanzjarji oħra u l-gvern ċentrali u lokali);

4.2.1.7.

EUR [400-450] miljun fi Proprjetà, impjant u tagħmir;

4.2.1.8.

EUR [150-200] miljun f’Assi Intanġibbli;

4.2.1.9.

EUR [4 000-4 500] miljun f’Assi Oħra

minn dan l-ammont:

4.2.1.9.1.

Proprjetajiet ta’ investiment EUR [80-90] miljun;

4.2.1.9.2.

Strumenti tad-derivat tal-hedging EUR [30-40] miljun;

4.2.1.9.3.

Assi mhux kurrenti miżmuma għall-bejgħ EUR [500-550] miljun;

4.2.1.9.4.

Assi ta’ taxxa kurrenti EUR [30-40] miljun;

4.2.1.9.5.

Assi ta’ taxxa differita EUR [1 000-1 500] miljun;

4.2.1.9.6.

Assi oħra EUR [2 000-2 500] miljun;

4.2.1.10.

EUR [30-40] miljun f’kontribuzzjoni ta’ assi netti b’riżultat ta’ parteċipazzjonijiet f’unitajiet domestiċi tan-negozju oħra (metodu tal-ekwità) elenkati f’Appendiċi II.

4.2.2.   L-Attivitajiet Prinċipali Internazzjonali u l-Attivitajiet Strumentali Internazzjonali jinkludi l-kontribuzzjoni ta’ assi netti u l-oqsma internazzjonali stabbiliti hawn taħt (data ta’ skadenza l-31 ta’ Diċembru 2012).

4.2.2.1.

L-Attivitajiet Prinċipali Internazzjonali jinkludu l-oqsma internazzjonali kollha (“Reġjun Prinċipali Internazzjonali”) fejn is-CGD għandu preżenza sinifikanti ta’ operazzjonijiet bankarji fil-livell tal-konsumatur jew permezz ta’ fergħa lokali jew unità affiljata, kif stabbilit hawn taħt:

4.2.2.1.1.

Spanja – assi netti totali: EUR [4 000-4 500] miljun (2);

4.2.2.1.2.

Franza – assi netti totali: EUR [4 000-4 500] miljun;

4.2.2.1.3.

Il-Makaw (Ċina) – assi netti totali: EUR [3 000-3 500] miljun;

4.2.2.1.4.

Il-Możambik – assi netti totali: EUR [1 500-2 000] miljun;

4.2.2.1.5.

L-Angola – assi netti totali: EUR [1 000-1 500] miljun;

4.2.2.1.6.

L-Afrika t’Isfel – assi netti totali: EUR [600-650] miljun;

4.2.2.1.7.

Il-Brażil – assi netti totali: EUR [500-550] miljun;

4.2.2.1.8.

Cape Verde – assi netti totali: EUR [750-800] miljun;

4.2.2.1.9.

Timor – assi netti totali: EUR [50-60] miljun;

4.2.2.1.10.

São Tomé – assi netti totali: EUR [0-5] miljun.

4.2.2.2.

L-Attivitajiet Strumentali Internazzjonali huma operazzjonijiet speċjalizzati li jipprovdu servizzi lill-Grupp CGD (bħal finanzjament, aċċess għas-swieq istituzzjonali u strutturar tal-prodotti). L-Attivitajiet Strumentali jsiru minn fergħat lokali speċjalizzati jew minn unitajiet affiljati fi swieq ewlenin, kif stabbilit hawn taħt:

4.2.2.2.1.

Il-Lussemburgu – assi netti totali: EUR [100-150] miljun;

4.2.2.2.2.

Il-Gżejjer Cayman – assi netti totali: EUR [600-650] miljun;

4.2.2.2.3.

Ir-Renju Unit (Londra) – assi netti totali: EUR [400-450] miljun;

4.2.2.2.4.

L-Istati Uniti tal-Amerika (New York) – assi netti totali: EUR [250-300] miljun;

4.2.2.2.5.

Iċ-Ċina (Zhuhai) – assi netti totali: EUR [5-10] miljun.

4.2.3.   Daqs

4.2.3.1.

Sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 id-daqs tal-karta tal-bilanċi tal-Attivitajiet Prinċipali ma għandux ikun ogħla minn EUR [100-150] biljun (3), ir-RWAs ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR [70-80] biljun, is-C/I ma għandux ikun ogħla minn [70-80] biljun %, l-LDR ma għandux ikun ogħla minn [120-130] %, u l-proporzjon tal-kopertura tal-kreditu f’riskju ma għandux ikun inqas minn [50-60] %.

4.2.3.2.

Sal-aħħar ta’ Diċembru 2016, id-daqs tal-karta tal-bilanċi tal-Attivitajiet Prinċipali ma għandux ikun ogħla minn EUR [100-150] biljun (4), ir-RWAs ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR [70-80] biljun, is-C/I ma għandux ikun ogħla minn [50-60] %, l-LDR ma għandux ikun ogħla minn [120-130] %, u l-proporzjon tal-kopertura tal-kreditu f’riskju ma għandux ikun inqas minn [50-60] %.

4.2.3.3.

L-esponiment totali fuq il-karta tal-bilanċi konsolidata lill-[…] emittent ma għandhiex taqbeż EUR [10-20] biljun matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar.

4.2.3.4.

Jekk ikun hemm il-possibilità li l-miri tal-karta tal-bilanċi, ir-RWA, is-C/I, l-LDR, u l-kopertura tal-kreditu f’riskju ta’ hawn ma jintlaħqux, bl-inizjattiva tiegħu stess, u f’kull każ wara talba għal dan mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, is-CGD jippreżenta Azzjonijiet ta’ Rimedju fi żmien xahar. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ janalizza l-Azzjonijiet ta’ Rimedju proposti u jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tagħhom biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-Pjan ta’ Ristrutturar.

4.2.4.   Fergħat u Impjegati

L-Attivitajiet Prinċipali jnaqqsu l-istruttura attwali tagħhom fil-Portugall kif ġej:

4.2.4.1.

Minn 829 (il-31 ta’ Diċembru 2012) għal [750-800] fergħa domestika fil-livell tal-konsumatur (5) qabel l-[…].

4.2.4.2.

Il-fergħat ma jistgħux jiġu sostitwiti minn entitajiet jew strutturi oħra li essenzjalment jipprovdu l-istess servizzi u jinvolvu ammont sinifikanti ta’ ħaddiema. Madankollu, is-CGD jista’ jinstalla punti awtomatizzati ta’ servizz minflok (pereż. ATM jew simili).

4.2.4.3.

Minn 11 904 impjegat domestiku (mingħajr l-unità tan-negozju tal-assigurazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2012) għal [10 000-15 000] impjegat sa […], għal [10 000-15 000] impjegat sa […], għal [10 000-15 000] impjegat sal-aħħar tal-[…], għal [10 000-15 000] impjegat sa […].

4.2.4.4.

Wara s-sena […] u sal-aħħar tal-Perjodu ta’ Ristrutturar l-għadd ta’ fergħat fil-Portugall ma għandux jiżdied.

4.2.4.5.

Jekk ikun hemm il-possibilità li l-miri tal-fergħat u tal-impjegati ta’ hawn fuq ma jintlaħqux, bl-inizjattiva tiegħu stess, u f’kull każ wara talba għal dan mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, is-CGD jippreżenta Azzjonijiet ta’ Rimedju fi żmien xahar mit-talba tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ janalizza l-Azzjonijiet ta’ Rimedju proposti u jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tagħhom biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-Pjan ta’ Ristrutturar.

4.2.5.   Deskrizzjoni tal-Attivitajiet Prinċipali

4.2.5.1.

L-Attivitajiet Prinċipali għandhom ikunu dawk ta’ bank kummerċjali fil-livell tal-konsumatur, b’enfasi partikolari fuq unitajiet domestiċi, SME u Servizzi Bankarji Korporattivi, li jipprovdi wkoll Servizzi bankarji ta’ investiment, Ġestjoni ta’ assi, Kiri, Servizzi ta’ Lokazzjoni u ta’ Fatturament, Bankassigurazzjoni u Kapital ta’ riskju, primarjament iffokati fuq ir-Reġjun Prinċipali Domestiku u fuq ir-Reġjun Prinċipali Internazzjonali, kif ukoll Attivitajiet Strumentali Internazzjonali.

4.2.5.2.

Konsegwentement, matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar is-CGD:

4.2.5.2.1.

Ma għandux jinvolvi ruħu f’ebda produzzjoni ġdida barra r-Reġjun Prinċipali u barra mill-oqsma tal-Attivitajiet Strumentali Internazzjonali definiti fil-klawżoli 4.2.2. Biex jiġi evitat kull dubju, is-CGD xorta jitħalla jinvolvi ruħu fi produzzjoni ġdida mal-klijenti domiċiljati barra r-Reġjun Prinċipali meta din tiġi reġistrata fir-Reġjun Prinċipali jew fl-Attivitajiet Strumentali Internazzjonali.

4.2.5.2.2.

Għandu jiżgura li l-assi netti tal-Attivitajiet Strumentali Internazzjonali ma jaqbżux [0-5] % tad-daqs tal-karta tal-bilanċi tal-Attivitajiet Prinċipali.

4.2.5.2.3.

Ma għandux jinvolvi ruħu f’kull produzzjoni ġdida fil-Portugall minbarra l-attivitajiet deskritti f’4.2.

4.2.6.   Prinċipji li japplikaw għall-Attivitajiet Prinċipali Internazzjonali u għall-Attivitajiet Strumentali Internazzjonali

Sal-aħħar tal-Perjodu ta’ Ristrutturar, is-CGD jagħmel l-almu tiegħu biex inaqqas l-esponiment tiegħu fuq kapital u finanzjament fil-grupp lill-Attivitajiet Prinċipali Internazzjonali tiegħu. Is-CGD ma jżidx l-esponiment tiegħu fuq il-kapital u l-finanzjament fil-grupp lill-Attivitajiet Prinċipali Internazzjonali u l-Attivitajiet Strumentali Internazzjonali tiegħu ħlief fejn din iż-żieda hija riżultat dirett ta’ obbligi kuntrattwali li kienu jeżistu qabel (qabel din id-Deċiżjoni) assunti ma’ partijiet terzi jew obbligi regolatorji relatati, jew hija meħtieġa minn deċiżjoni finali u obbligatorja li ttieħdet minn awtorità pubblika dwar is-CGD. Qabel ma jimplimenta l-miżura tal-kapital, is-CGD jimpenja ruħu li jinforma minnufih lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din u jippreżenta pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-entitajiet li jeħtieġu kapital addizzjonali jew jeħtieġu finanzjament lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ janalizza l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-miżuri li ttieħdu.

4.2.7.   Pjan ta’ ristrutturar għal BCG Spain

4.2.7.1.   Is-CGD jirristruttura l-operat ta’ BCG Spain, sabiex tiġi żgurata l-vijabilità fit-tul tiegħu, awtonomija mis-CGD f’termini ta’ finanzjament u kontribut pożittiv għall-profittabilità tal-grupp CGD.

4.2.7.2.   Is-CGD jimpenja ruħu li jwaqqaf l-attivitajiet kollha fl-operat Spanjol li mhumiex direttament relatati mal-attivitajiet prinċipali tal-operat (operazzjonijiet bankarji fil-livell tal-konsumatur (6), appoġġ lill-SMEs u għall-kummerċ transfruntiera). B’mod partikulari s-CGD jimpenja ruħu:

4.2.7.2.1.

li jwaqqaf produzzjoni ġdida f’operazzjonijiet ta’ Finanzjament ta’ Proġetti;

4.2.7.2.2.

li jwaqqaf produzzjoni ġdida f’operazzjonijiet ta’ Ingranaġġ Finanzjarju;

4.2.7.2.3.

li jwaqqaf produzzjoni ġdida f’operazzjonijiet ta’ Akkwiżizzjoni Finanzjarja.

4.2.7.3.   Ir-ristrutturar ta’ BCG Spain isir f’żewġ fażijiet.

4.2.7.3.1.   Fażi 1

Sa […], is-CGD:

4.2.7.3.1.1.

Juża l-fergħa Spanjola tas-CGD bħala mezz biex jikkonsolida l-portafoll ta’ legat fi Spanja, jissepara l-attivitajiet prinċipali tan-negozju minn dawk mhux prinċipali u jipproteġi l-operazzjoni prinċipali. Il-portafolli tal-kreditu mhux prinċipali għall-operaturi u tal-ipoteki kemm ta’ BCG Spain u tal-Fergħa Spanjola tas-CGD (Sucursal em Espanha) jiġu kkonsolidati fil-Fergħa Spanjola, li twaqqaf kull produzzjoni ġdida u tmexxi t-tnaqqis ta’ dawn il-portafolli (għal-lista dettaljata ta’ EUR [1 000-1 500] miljun ta’ assi li se jiġu trasferiti barra minn BCG Spain ara l-Appendiċi III);

4.2.7.3.1.2.

Jirristruttura n-netwerk fil-livell tal-konsumatur ta’ BCG Spain inklużi EUR [5 000-5 500] miljun ta’ assi mill-31 ta’ Diċembru 2012 (għal-lista dettaljata ta’ EUR [5 000-5 500] miljun ta’ assi ara l-Appendiċi III), billi jerġa’ jiffoka l-operazzjoni fuq l-oqsma prinċipali tiegħu, jiffoka fuq in-negozju transfruntier tal-SMEs u jnaqqas il-preżenza ta’ fergħat bi profittabilità negattiva, b’LDR insostenibbli u li ma għandhomx biżżejjed klijenti;

4.2.7.3.1.3.

L-għadd ta’ fergħat jitnaqqas minn 173 fergħa f’Diċembru 2012 għal [100-110] sa […] (għal-lista dettaljata ta’ fergħat ara l-Appendiċi V) u ma jiżdiedx matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar;

4.2.7.3.1.4.

L-għadd ta’ impjegati jitnaqqas minn 797 f’Diċembru 2012 għal [500-523] sa […] u ma jiżdiedx matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar;

4.2.7.3.1.5.

Indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni (KPIs) li għandhom jintlaħqu sa […]

Minn Ottubru 2014, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jibda jivvaluta jekk il-KPIs li ġejjin għal BCG Spain jkunux intlaħqu sa […].

4.2.7.3.1.5.1.

Matul il-perjodu sħiħ ta’ […] it-total tal-Kost lavorattiv u tal-kost tal-SG&A għandu jkun ta’ EUR [50-60] jew anqas, u BCG Spain għandu jilħaq proporzjon C/I ta’ [50-60] % jew anqas;

4.2.7.3.1.5.2.

BCG Spain għandu jkun kompletament awtoffinanzjat u kapitalizzat biżżejjed. Fil-perjodu tat-tmiem tal-2012 sa […] ma għandu jkun ġie pprovdut l-ebda kapital addizzjonali u finanzjament nett, u sal-aħħar tal-Perjodu ta’ Ristrutturar ma għandu jkun hemm ebda ħtieġa għal kapital addizzjonali u finanzjament nett.

4.2.7.3.1.5.3.

L-ammont tal-produzzjoni ta’ kreditu ġdid (nett), jiġifieri l-kreditu iġġenerat wara t-tmiem tal-2012 u li ma jkunx immatura jew issarraf sa […], għandu jkun ta’ EUR [900-950] jew aktar. Il-parti tal-produzzjoni ta’ kreditu ġdid relatat ma’ dik transfruntiera għandu jkun ta’ [20-30] % jew aktar.

4.2.7.3.1.5.4.

Il-produzzjoni ta’ kreditu ġdid, kif definita u msemmija fil-punt 4.2.7.3.1.5.3, tiġġenera marġni nett medju peżat (firxa) ‘il fuq mir-rata referenzjarju (Euribor tas-sitt xhur) ta’ mill-inqas [0-5] %.

4.2.7.3.1.5.5.

Il-proporzjon tan-NPL tal-produzzjoni ta’ kreditu ġdid, kif definit fil-punt 4.2.7.3.1.5.3, ikun ta’ [0-5] % jew anqas.

4.2.7.3.1.5.6.

L-ammont totali ta’ depożiti jkun ta’ EUR [0-5] biljun jew aktar (7). Il-kost medju peżat tad-depożiti mhuwiex ogħla minn […] (8); l-LDR ikun ta’ [100-150] % jew anqas.

4.2.7.3.2.   Fażi 2

4.2.7.3.2.1.

Mill-bidu ta’ […], is-CGD jkompli l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ BCG Spain sal-aħħar tal-Perjodu ta’ Ristrutturar jekk il-KPIs jkunu ntlaħqu sa […].

4.2.7.3.2.2.

Jekk il-KPIs imsemmija hawn fuq ma jkunux intlaħqu sa […], jew hekk kif il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ikun iffinalizza l-valutazzjoni tiegħu li hemm biżżejjed evidenza li dawn il-KPIs ma jintlaħqux, BCG Spain jieqaf immedjatament milli jinvolvi ruħu f’kull produzzjoni ġdida u jibda jistralċa l-operazzjoni tiegħu fi Spanja fejn is-CGD ikun jista’ jżomm preżenza żgħira biex jiffaċilita t-tnaqqis tal-operazzjoni Spanjola.

4.3.   L-Attivitajiet Mhux Prinċipali

L-attivitajiet u l-assi kollha li mhumiex espliċitament imsemmija fis-sezzjoni 4.2 huma meqjusa bħala Mhux Prinċipali. Biex terġa’ tiġi restawrata l-vijabilità u biex jiffoka fuq in-negozju prinċipali tiegħu, is-CGD jiddisponi mil-linji tan-negozju tal-assigurazzjoni u tas-saħħa tiegħu, ibigħ l-ishma mhux strateġiċi kollha u jpoġġi l-Attivitajiet Mhux Prinċipali kollha f’sitwazzjoni fejn jitnaqqas il-kobor tagħhom kif deskritt hawn taħt.

4.3.1.   Il-bejgħ ta’ Caixa Seguros

4.3.1.1.

Is-sussidjarja prinċipali tas-CGD attiv fin-negozju tal-assigurazzjoni, Caixa Seguros, tinbiegħ sa […]. Il-bejgħ tal-unità tan-negozju tal-assigurazzjoni […]:

4.3.1.1.1.

[…].

4.3.1.1.2.

Biex iwettaq din iċ-ċessjoni tal-assi tal-unità tan-negozju tal-assigurazzjoni (stmati li jammontaw għal EUR […] biljun), il-Portugall jimpenja ruħu li s-CGD isib Xerrej u jidħol fi ftehim finali u vinkolanti ta’ bejgħ u xiri sa mhux aktar tard minn […]. Jekk is-CGD ma jkunx daħal fi ftehim bħal dan sa […], f’[…] is-CGD jaħtar Fiduċjarju taċ-Ċessjoni u jagħti mandat esklussiv li l-assi tal-unità tan-negozju tal-assigurazzjoni (stmati li jammontaw għal EUR […] biljun) […] jinbiegħu sa mhux aktar tard minn […].

4.3.1.1.3.

[…].

4.3.2.   Assi allokati lill-Attivitajiet Mhux Prinċipali li se jiġu mnaqqsa fil-kobor

4.3.2.1.

L-Attivitajiet Mhux Prinċipali jinkludu l-assi mniżżla hawn taħt (data ta’ skadenza l-31 ta’ Diċembru 2012):

4.3.2.1.1.

Tnaqqis tal-assi tal-ex BPN li sal-31 ta’ Diċembru 2012 kienu jinkludu: Total ta’ EUR [4 000-4 500] miljun (Kreditu ta’ EUR [1 000-1 500] miljun u Dejn miżmum (disponibbli għall-bejgħ) ta’ EUR [2 500-3 000] miljun)

4.3.2.1.2.

Bejgħ tal-ishma mhux strateġiċi: EUR [200-250] miljun li għandhom jinbiegħu sal-[…] (valur proġettat tal-bejgħ)

4.3.2.1.3.

Tnaqqis tal-portafoll Spanjol tal-kreditu mhux prinċipali b’valur sal-31 ta’ Diċembru 2012: EUR [1 500-2 000] miljun (lista dettaljata fl-Appendiċi IV)

4.3.2.1.4.

Disponiment tal-unità tan-Negozju tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt 4.3.1 hawn fuq.

4.3.2.2.

Sal-aħħar ta’ Diċembru 2014, l-Assi Mhux Prinċipali ma jkunux ogħla minn EUR [10-20] biljun.

4.3.2.3.

Sal-aħħar ta’ Diċembru 2016, l-Assi Mhux Prinċipali ma jkunux ogħla minn EUR [5-10] biljun.

4.3.2.4.

Prinċipji li japplikaw għall-Attivitajiet Mhux Prinċipali

4.3.2.4.1.

Limitazzjoni fuq Produzzjoni Ġdida

4.3.2.4.1.1.

Terminazzjoni ta’ kull Produzzjoni Ġdida bl-eċċezzjoni ta’:

4.3.2.4.1.2.

Ammonti kuntrattwalment impenjati iżda li għadhom ma tħallsux jiġu limitati għall-minimu strett.

4.3.2.4.1.3.

L-ebda finanzjament addizzjonali lil klijenti eżistenti li mhuwiex kuntrattwalment impenjat ħlief meta jkun strettament meħtieġ sabiex jiġi preservat il-valur tas-self kollaterali, jew inkella relatat mal-minimizzazzjoni ta’ telf kapitali u/jew sabiex jissaħħaħ il-valur ta’ rkupru mistenni ta’ self.

4.3.2.4.1.4.

Ġestjoni ta’ assi eżistenti: L-assi eżistenti jiġu ġestiti b’mod li jiġi massimizzat il-Valur Preżenti Nett tal-assi. Speċifikament, jekk klijent ma jkunx jista’ jirrispetta t-termini tas-self tiegħu, is-self jiġi ristrutturat biss (differiment jew rinunzja parzjali tal-ħlas lura, konverżjoni ta’ (parti mill-) klejm f’kapital, eċċ.) jekk dan ir-ristrutturar ikun iwassal għal titjib tal-valur preżenti tas-self. Dan il-prinċipju japplika wkoll għal self ipotekarju.

4.3.2.4.2.

Xoljiment attiv tal-Assi mhux prinċipali

4.3.2.4.2.1.

L-Assi Mhux Prinċipali jiġu ġestiti bil-għan li jiġu divestiti, likwidati jew xolti, b’mod ordnat iżda b’mod li l-ispejjeż jiġu minimizzati. Kull ass li jifdal fl-aħħar tal-Perjodu ta’ Ristrutturar jiġi xolt b’mod ordnat ladarba l-assi jimmaturaw. Ma tittieħed l-ebda Attività Mhux Prinċipali ġdida, sakemm din ma tissemmiex b’mod espliċitu fl-Impenji. Għal dan il-għan, jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

4.3.2.4.2.2.

Bħala regola ġenerali, l-Assi Mhux Prinċipali jinbiegħu mill-aktar fis possibbli. Is-CGD jimpenja ruħu li jbigħ dawn l-assi kull meta l-bejgħ ma jwassalx biex jiġi reġistrat telf, ħlief jekk il-prezz tal-bejgħ ikun irraġonevoli fid-dawl ta’ valutazzjoni mhux kontroversjali.

4.3.2.4.3.

Bejgħ ta’ parteċipazzjoni azzjonarja mhux strateġika:

4.3.2.4.3.1.

Is-CGD jimpenja ruħu li jiddivesti l-parteċipazzjoni azzjonarja mhux strateġika li ġejja sa […]:

Kumpanija

Sehem (%) (*)

Valur tal-Bejgħ (EURm) (**)

Data tal-Bejgħ

[…].

[…] %

[200-250]

(…)

(…)

[…] %

[10-20]

(…)

4.3.2.4.3.2.

Il-valur totali tal-parteċipazzjoni azzjonarja mhux strateġika kien jammonta għal EUR 841 miljun fil-bidu tal-isforz ta’ diżingranaġġ. Mill-31 ta’ Diċembru 2012, l-ishma mhux strateġiċi kienu jammontaw għal EUR [200-250] miljun.

4.3.2.4.3.3.

Is-CGD jiddivesti kompletament il-parteċipazzjoni azzjonarja elenkata hawn fuq sal-[…]. Jekk is-CGD ma jkunx iddivesta kompletament il-parteċipazzjoni azzjonarja deskritta sa […], f’[…], is-CGD jaħtar Fiduċjarju taċ-Ċessjoni u jagħti mandat esklussiv li l-ishma mhux strateġiċi li jifdal […] jinbiegħu sa mhux aktar tard minn […].

4.3.2.4.3.4.

Sakemm tinbiegħ kull parteċipazzjoni azzjonarja mhux strateġika msemmija hawn fuq, is-CGD ma jżidx l-iskopertura finanzjarja tiegħu (pereż. self u garanziji) għal kumpanija bħal din f’kull każ, ħlief fejn huwa (a) skont il-kors normali tan-negozju bil-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq; jew (b) strettament meħtieġa biex jiġi preservat il-valur tal-imgħax azzjonarji rilevanti; jew (c) din hija relatata b’mod ieħor mal-imminimizzar tat-telf kapitali u/jew mat-titjib tal-valur ta’ rkupru mistenni ta’ skoperturi jew imgħax bħal dawn. Is-CGD jagħmel ħiltu kollha biex inaqqas l-iskopertura finanzjarja tiegħu għal dawn il-kumpaniji.

5.   Mekkaniżmu ta’ Ħlas Lura tal-GĦAJNUNA

5.1.

IS-CGD jintrabat li jħallas lura d-EUR 900 miljun f’CoCos fis-segmenti li ġejjin:

5.1.1.

Għas-sena fiskali 2014: [50-60] % tal-kapital eċċessiv ‘il fuq mir-rekwiżit kapitali minimu applikabbli skont il-liġi Ewropea u dik Portugiża (inklużi l-pilastri 1 u 2) flimkien ma’ bafer kapitali ta’ [100-150] bps.

5.1.2.

Għas-snin fiskali 2015 u ta’ wara: [90-100] % tal-kapital eċċessiv ‘il fuq mir-rekwiżit kapitali minimu applikabbli skont il-liġi Ewropea u dik Portugiża (inklużi l-pilastri 1 u 2) flimkien ma’ bafer kapitali ta’ [100-150] bps.

5.2.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Bank tal-Portugall bħala superviżur bankarju tas-CGD, il-ħlas lura tal-CoCos jiġi, totalment jew parzjalment, sospiż jekk, fuq il-bażi ta’ talba raġunata mis-CGD approvata mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, jitqies li fis-snin li ġejjin se jipperikola l-pożizzjoni ta’ solvenza tal-Bank.

5.3.

Is-CGD jintrabat li sal-aħħar tal-2013 iħallas EUR 405 415 (ammont ekwivalenti għall-pagament tal-kupun tat-28 ta’ Settembru 2012) lir-Repubblika Portugiża.

6.   Miżuri ta’ mġieba u governanza korporattiva

6.1.   Projbizzjoni fuq l-akkwisti: Is-CGD jimpenja ruħu li ma jagħmilx akkwisti. Dan japplika kemm għax-xiri ta’ kumpaniji bl-istruttura legali tagħhom stess, u ishma f’kumpaniji jew bundles ta’ assi li jirrappreżentaw tranżazzjoni kummerċjali jew fergħa ta’ attività. Dan ma japplikax għal akkwisti li għandhom isiru sabiex tinżamm stabbiltà finanzjarja u/jew relatati mal-assoċjazzjoni, jew fl-interess ta’ kompetizzjoni effettiva, sakemm dawn ikunu ġew approvati minn qabel mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Dan ma japplikax la għal (1) akkwisti li jappartjenu, f’termini tal-ġestjoni tal-obbligi eżistenti ta’ klijenti f’diffikultà finanzjarja, għan-negozju normali ta’ kuljum tal-bank jew (2) għal Attività tal-kapital ta’ riskju jew (3) għal akkwisti li jaqgħu fl-eċċezzjonijiet previsti fil-klawżola 4.2.6 u li jkunu konformi mal-proċedura prevista hemmhekk jew (4) għal akkwisti fi ħdan il-grupp jew (5) għal akkwisti ta’ ishma f’kumpaniji Portugiżi li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu li fihom is-CGD diġà jżomm tal-anqas 50 % sakemm dawn ma jkunux ġew approvati minn qabel mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. L-obbligu għandu japplika sal-aħħar tal-Perjodu ta’ Ristrutturar. Is-CGD jista’ jakkwista ishma f’impriżi sakemm il-prezz tax-xiri mħallas mis-CGD għal kull akkwist ikun ta’ anqas minn [0-5] % tad-daqs tal-karta tal-bilanċi tas-CGD fl-aħħar ġurnata tax-xahar qabel id-Deċiżjoni u li l-prezzijiet netti kumulattivi tax-xiri mħallsa mis-CGD għal dawn l-akkwisti kollha matul il-Perjodu sħiħ ta’ Ristrutturar jkun ta’ anqas minn [0-5] % tad-daqs tal-karta tal-bilanċi tas-CGD fl-istess data.

6.2.   Projbizzjoni fuq prattiċi aggressivi kummerċjali: Il-bank benefiċjarju jevita li jinvolvi ruħu fi prattiċi kummerċjali aggressivi tul il-Perjodu ta’ Ristrutturar.

6.3.   Kummerċ proprjetarju: Il-Portugall jiżgura li s-CGD ma jinvolvi ruħu f’ebda kummerċ proprjetarju lil hinn mill-minimu meħtieġ għall-funzjonament normali tat-teżor. Matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar, il-limitu tal-VAR totali tal-assi finanzjari miżmuma għan-negozjar ma jkunx ogħla minn EUR [30-40] biljun.

6.4.   Reklamar: Is-CGD ma għandux juża l-għoti tal-miżuri ta’ għajnuna jew kwalunkwe vantaġġi b’riżultat tagħhom għal skopijiet ta’ reklamar.

6.5.   Assigurazzjonijiet dwar il-governanza korporattiva

6.5.1.

Il-membri kollha tal-korpi maniġerjali tas-CGD ikollhom il-kompetenzi stabbiliti fl-Artikoli 30 u 31 tal-Qafas Ġenerali għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu u Kumpaniji Finanzjarji, approvat mid-Digriet-Liġi 298/92, tal-31 ta’ Diċembru, kif emendat, kif ukoll fil-Linji Gwida tal-ABE dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin, tat-22 ta’ Novembru 2012 (ABE/GL/2012/06). Ma għandux ikun hemm aktar minn 20 membru tal-bord. L-azzjonisti tas-CGD ikollhom l-għan li jnaqqsu dak in-numru għal 16 fl-aħħar tal-mandat tal-bord attwali.

6.5.2.

Minbarra l-kumitati stabbiliti fl-Artikoli ta’ Inkorporazzjoni tas-CGD (li huma l-Kumitat Eżekuttiv u l-Kumitat tal-Verifika) u l-Kumitat tal-Istrateġija, tal-Governanza u tal-Valutazzjoni stabbiliti mill-Bord tad-Diretturi u magħmula minn diretturi mhux eżekuttivi, is-CGD għandu jaħtar biss il-korpi interni li huma meħtieġa biex jgħinu fil-ġestjoni tal-kumpanija, li għandhom ikunu magħmula minn membri tal-Kumitat Eżekuttiv u, fejn xieraq, minn impjegati tas-CGD li jkollhom karigi maniġerjali għolja fl-oqsma rilevanti.

6.5.3.

Id-deċiżjonijiet kollha tas-CGD jittieħdu fuq raġunijiet purament kummerċjali u l-interazzjonijiet kollha tal-Portugall mas-CGD ikunu fuq termini distakkati.

6.5.4.

Il-Portugall jimpenja ruħu li ma jeżerċita ebda influwenza fuq il-ġestjoni operattiva ta’ kuljum tas-CGD u lanqas fuq ir-regoli interni tas-CGD dwar politiki tar-riskju ta’ kreditu, ipprezzar u self. Madankollu, il-Portugall jista’ joħroġ linji gwida dwar il-fowkus strateġiku tas-CGD u dwar kwistjonijiet oħra fuq il-bażi tat-termini ġenerali tad-dritt soċjetarju u l-liġi tal-intrapriżi pubbliċi (Digriet-Liġi 558/99, tas-17 ta’ Diċembru, kif emendat). Il-Portugall ma jikkompromettix l-indipendenza sħiħa tal-ġestjoni tal-Bank b’referenza għall-politiki tar-riskju ta’ kreditu u tas-self jekk jiġi kkonsultat dwar il-pjanijiet ta’ negozju tas-CGD u l-pjanijiet għal self lil setturi speċifiċi tal-ekonomija.

6.5.5.

Il-Kunsill tal-Kreditu, il-Kunsill tal-Kreditu Estiż, u l-Kumitat tal-Verifika tas-CGD ikunu f’pożizzjoni li jaġixxu b’mod kompletament independenti, u l-ħatriet kollha lill-Kunsill ta’ Kreditu, il-Kunsill tal-Kreditu Estiż, u l-Kumitat tal-Verifika jirrispettaw li l-membri ta’ dawk il-korpi għandhom ikunu f’pożizzjoni li jaġixxu b’mod independenti u mingħajr ebda kunflitt ta’ interess.

6.5.6.

Is-CGD jiżgura li sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 il-politiki tiegħu tal-kreditu u tar-riskju jkunu jinkorporaw il-prinċipju li l-klijenti kollha għandhom jiġu ttrattati b’mod ġust permezz ta’ proċeduri mhux diskriminatorji minbarra dawk relatati mar-riskju tal-kreditu u l-kapaċità li jħallsu, li għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti fil-grupp. Il-politiki tal-kreditu u tar-riskju jiddefinixxu l-prinċipji u l-limiti li ‘l fuq minnhom l-għoti ta’ self għandu jiġi approvat minn livelli ogħla ta’ maniġment, it-termini u l-kundizzjonijiet għar-ristrutturar ta’ self, u l-immaniġġar ta’ pretensjonijiet u litigazzjonijiet.

6.5.7.

Is-CGD jiżgura li sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 sezzjoni speċifika fil-politiki tal-kreditu u tar-riskju tkun iddedikata għar-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet mad-debituri konnessi (inklużi l-impjegati, l-azzjonisti, id-diretturi, il-maniġers, kif ukoll il-konjuġi, it-tfal u l-aħwa tagħhom u kull entità legali direttament jew indirettament ikkontrollata minn xi wieħed minnhom).

6.5.8.

Biex tiġi żgurata l-konformità tas-CGD mal-prinċipji stabbiliti fil-punt minn 6.5.1 sa 6.5.7 il-Fiduċjarju jitħalla:

6.5.8.1.

jirċievi kopji tar-rapporti kollha li joħorġu mill-korpi ta’ kontroll intern inklużi l-minuti tal-laqgħat, u jkun intitolat jintervista, fid-diskrezzjoni unika tiegħu, kull kontrollur jew awditur, irrispettivament mir-responsabbiltajiet maniġerjali tiegħu/tagħha. Il-Fiduċjarju jiżgura (i) li r-rakkomandazzjonijiet minn superviżuri permanenti jew minn kontrolluri/awdituri perjodiċi jiġu infurzati kif xieraq u (ii) li pjanijiet ta’ azzjoni jiġu implimentati sabiex jiġi kkoreġut kull nuqqas identifikat fil-qafas tal-kontroll intern.

6.5.8.2.

jimmonitorja regolarment il-prattiċi kummerċjali tas-CGD, b’enfasi fuq il-politika tal-kreditu u l-politika tad-depożiti. Il-Fiduċjarju jirrevedi l-politika tas-CGD lejn ir-ristrutturar u l-provvediment ta’ self improduttiv. Is-CGD jikkomunika lill-Fiduċjarju kull rapport ta’ riskju kkomunikat lill-Bord Eżekuttiv, jew kull analiżi/reviżjoni bil-għan li tiġi vvalutata l-iskopertura ta’ kreditu tas-CGD. Il-Fiduċjarju jwettaq l-analiżi u l-investigazzjonijiet tiegħu stess, fuq il-bażi tar-rapporti msemmija hawn fuq, intervisti, u, jekk ikun hemm bżonn, ir-reviżjoni tal-fajls individwali ta’ kreditu. F’dan ir-rigward, il-Fiduċjarju jingħata aċċess sħiħ għall-fajls tal-kreditu, u jkun intitolat jintervista analisti tal-kreditu u uffiċjali tar-riskji meta dan jitqies xieraq.

6.5.8.3.

jimmonitorja regolarment il-ġestjoni ta’ talbiet u litigazzjonijiet mis-CGD. Il-Fiduċjarju jiżgura li t-talbiet u l-litigazzjonijiet jiġu ġestiti skont il-proċeduri definiti fil-qafas ta’ kontroll intern tas-CGD, u li s-CGD jikkonforma mal-aħjar prattiki tal-industrija. Il-Fiduċjarju jidentifika azzjonijiet korrettivi li għandhom jiġu implimentati fil-każ ta’ nuqqasijiet fil-proċess attwali.

6.6.   Rimunerazzjoni tal-korpi u tal-impjegati:

6.6.1.

Is-CGD jivverifika l-effett ta’ inċentiv u l-adegwatezza tas-sistemi ta’ rimunerazzjoni tiegħu u jiżgura li dawn ma jwasslux għal esponiment għal riskji bla bżonn, ikunu orjentati lejn għanijiet sostenibbli u fit-tul tal-kumpanija, u jkunu trasparenti.

6.6.2.

Bħala istituzzjoni finanzjarja s-CGD jistabbilixxi u jimplimenta l-politiki tiegħu dwar kwistjonijiet ta’ salarju u ta’ kumpens strettament skont ir-regoli stabbiliti mill-Gvern Portugiż fid-Digriet-Liġi 104/2007, tat-3 ta’ April (li ttraspona d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 relatata mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu) kif emendata bid-Digriet-Liġi 88/2011, tal-20 ta’ Lulju, u skont ir-regoli stabbiliti mill-Bank Ċentrali Portugiż f’Aviso 10/2011, tad-29 ta’ Diċembru.

6.6.3.

Barra minn hekk, il-politika ta’ rimunerazzjoni tas-CGD tal-Membri tal-Bord tkun konformi wkoll mad-Digriet-Liġi 71/2007 tas-27 ta’ Marzu, li jistabbilixxi r-reġim tal-istatut tal-membri tal-bord ta’ kumpaniji kkontrollati mill-Istat.

6.6.4.

Bl-istess mod, is-CGD jimpenja ruħu li jiżgura li l-Bank jikkonforma mar-regoli u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea dwar dan is-suġġett fil-qafas tal-UE għal għajnuna mill-Istat.

6.6.5.

B’mod partikolari, is-CGD jintrabat li jillimita r-rimunerazzjoni totali għal kull membru tal-persunal, inklużi l-membri tal-bord u l-maniġment superjuri, għal-livell xieraq, inklużi l-komponenti kollha fissi u varjabbli possibbli, li jinkludu l-pensjonijiet u tkun f’konformità mal-Artikoli 92 u 93 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE.

6.7.   Projbizzjoni fuq ħlasijiet ta’ dividendi, kupuni u ta’ imgħax: Is-CGD ma jagħmel (u jfittex li l-ebda waħda mill-impriżi sussidjarji tiegħu ma tagħmel) ebda ħlasijiet ta’ dividendi, kupuni jew imgħax lid-detenturi ta’ ishma privileġġati u dejn subordinat, sakemm dawn il-ħlasijiet ma jkunux dovuti fuq il-bażi ta’ obbligi kuntrattwali jew legali. Madankollu, is-CGD jitħalla jagħmel ħlasijiet (jew jippermetti li l-impriżi sussidjarji tiegħu jagħmlu ħlasijiet) ta’ dividendi, kupuni jew imgħax lid-detenturi ta’ ishma privileġġati jew dejn subordinat jekk ikun kapaċi jipprova li jekk ma jħallasx se jfixkel jew jipprevjeni l-ħlas lura tal-CoCos (jew il-ħlas ta’ kupuni fuq il-CoCos) li huwa deskritt fit-Taqsima 5.

6.8.   Appoġġ lill-SMEs Portugiżi: Biex jiġi żgurat finanzjament għal u diżingranaġġ tal-ekonomija reali, is-CGD impenja ruħu mal-Gvern Portugiż li jalloka EUR 30 miljun fis-sena lejn fond li jinvesti f’ekwità ta’ SMEs u korporattivi b’kapitalizzazzjoni medja Portugiżi. Il-fond jiġi ġestit skont l-aħjar prattiki internazzjonali mill-Bank jew minn parti terza b’għarfien espert suffiċjenti u għarfien ta’ opportunitajiet ta’ investiment. L-investiment fil-fond ikun soġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-Ministeru tal-Finanzi Portugiż skont il-kriterji definiti fl-Ordni Ministerjali li tistabbilixxi t-termini għar-rikapitalizzazzjoni skont il-liġi nazzjonali u jinżamm mis-CGD. Kull fond li ma jiġix trasferit lil dan il-fond fi żmien 12-il xahar mill-impenn jiġi trasferit lit-Teżor Portugiż. Il-fond ma jintużax bħala mekkaniżmu ta’ rifinanzjament għal self eżistenti. Kull investiment li jaqbeż l-ammont imsemmi hawn fuq ikun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni Ewropea.

6.9.   Regoli oħra tal-kondotta: Is-CGD ikompli l-espansjoni tal-operazzjonijiet tiegħu tal-monitoraġġ tar-riskji u jmexxi politika kummerċjali li hija prudenti, soda u orjentata lejn is-sostenibbiltà.

6.10.   Fiduċjarju tal-Monitoraġġ

6.10.1.

Il-Portugall jiżgura li l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-Pjan ta’ Ristrutturar u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-Impenji kollha jiġu mmonitorjati kontinwament minn Fiduċjarju tal-Monitoraġġ indipendenti u kwalifikat biżżejjed.

6.10.2.

Il-ħatra, id-dmirijiet, l-obbligi u l-kwittanza tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi I hawnhekk.

6.10.3.

Il-Portugall u s-CGD jiżguraw li, matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jew il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ikollhom aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni jew il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jistgħu jitolbu lis-CGD għal spjegazzjonijiet u kjarifiki. Il-Portugall u s-CGD għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni u l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ fir-rigward tal-mistoqsijiet kollha marbuta mal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni.

6.10.4.

Kull sena s-CGD jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni tal-Attivitajiet Mhux Prinċipali wara t-tneħħija tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ fl-aħħar tal-Perjodu ta’ Ristrutturar.

6.11.   Fiduċjarju taċ-Ċessjoni

6.11.1.

Il-Portugall jiżgura li s-CGD ibigħ l-assi tal-unità tan-negozju tal-assigurazzjoni (stmati li jammontaw għal EUR […] biljun) ta’ Caixa Seguros fi żmien debitu. Għal dan il-għan, f’[…] is-CGD jaħtar Fiduċjarju taċ-Ċessjoni fil-każ li sa mhux aktar tard minn […] is-CGD ma jkunx daħal fi ftehim finali u vinkolanti ta’ bejgħ u xiri.

6.11.2.

Il-Portugall jiżgura li s-CGD ibigħ l-ishma mhux strateġiċi tiegħu (sehem f’[…] li jikkorrispondi għal EUR [200-250] miljun). Għal dan il-għan, f’[…] is-CGD jaħtar Fiduċjarju taċ-Ċessjoni fil-każ li sa mhux aktar tard minn […] is-CGD ma jkunx iddivesta kompletament.

6.11.3.

Il-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni jkun indipendenti mis-CGD u jaħdem f’isem u bl-istruzzjoni tad-DĠ COMP, ikollu l-kwalifiki meħtieġa biex iwettaq il-mandat tiegħu (pereżempju, bħala bank ta’ investiment jew konsulent) u la jkollu u lanqas ma jiġi espost għal kunflitt ta’ interess. Il-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni jiġi rimunerat mis-CGD b’tali mod li ma jxekkilx it-twettiq indipendenti u effikaċi tal-mandat tiegħu.


(1)  Perimetru kontabbli.

(2)  Eskluża l-fergħa Spanjola u l-assi mhux prinċipali li se jiġu trasferiti lill-fergħa Spanjola.

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(4)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(5)  Esklużi l-fergħat self-service u inklużi l-uffiċċji korporattivi.

(6)  F’żoni tradizzjonali (Galicia, Extremadura, Castilla y León u Asturias) u fi bliet urbani kbar u ċentri għall-kummerċ transfruntieri ewlenin (Madrid, Barċellona, País Vasco, Andalucía, Aragón u Valenzja).

(7)  B’marġini ta’ tolleranza ta’ 10 %.

(8)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.

(*)  Ivvalutat fil-31 ta’ Diċembru 2012.

(**)  Il-BPN kien nazzjonalizzat fl-2008 u nbiegħ fl-2011. Xi wħud mill-assi tiegħu ġew trasferiti lis-CGD.

Appendiċi I

IL-FIDUĊJARJU TAL-MONITORAĠĠ

(A)   Il-Ħatra tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ

(i)

Il-Portugall jimpenja ruħu li jiżgura li s-CGD jaħtar Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li għandu jkun soġġett għad-dmirijiet u l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu C ta’ dan l-Appendiċi. Il-mandat japplika għat-tul kollu tal-Pjan ta’ Ristrutturar; jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2017. Fl-aħħar tal-mandat, il-Fiduċjarju għandu jippreżenta rapport finali.

(ii)

Il-Fiduċjarju għandu jkun indipendenti mis-CGD. Il-Fiduċjarju għandu jkollu, pereżempju bħala bank ta’ investiment, konsulent jew awditur, l-għarfien speċjalizzat li huwa meħtieġ biex iwettaq il-mandat tiegħu, u fl-ebda ħin ma għandu jkun espost għal xi kunflitt ta’ interess. Il-Fiduċjarju għandu jiġi rimunerat mis-CGD b’tali mod li ma jxekkilx it-twettiq indipendenti u effikaċi tal-mandat tiegħu.

(iii)

Il-Portugall jissottometti l-ismijiet ta’ żewġ persuni jew aktar lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni bħala Fiduċjarju tal-monitoraġġ mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara n-notifika tad-Deċiżjoni.

(iv)

Dawn il-proposti għandu jkun fihom biżżejjed informazzjoni dwar dawk il-persuni li tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika jekk il-Fiduċjarju propost jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu A(ii), u b’mod partikolari għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

it-termini sħaħ tal-mandat propost flimkien mad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jippermettu lill-Fiduċjarju jaqdi dmirijietu; u

(b)

l-abbozz ta’ pjan ta’ ħidma li jiddeskrivi kif il-Fiduċjarju beħsiebu jwettaq id-doveri assenjati lilu.

(v)

Il-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni li tapprova jew tirrifjuta l-Fiduċjarji proposti u li tapprova l-mandat propost soġġett għal kwalunkwe modifiki li tqis meħtieġa li jippermettu lill-Fiduċjarju jissodisfa l-obbligi tiegħu. Jekk ikun ġie approvat isem wieħed biss, is-CGD jaħtar lill-persuna jew l-istituzzjoni kkonċernata bħala Fiduċjarju jew jagħmel mezz li dik il-persuna jew istituzzjoni tiġi maħtura, skont il-mandat approvat mill-Kummissjoni. Jekk jiġi approvat aktar minn isem wieħed, is-CGD ikun liberu li jiddeċiedi liema mill-persuni approvati għandhom jiġu maħtura bħala Fiduċjarju. Il-Fiduċjarju jinħatar fi żmien ġimgħa mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni, f’konformità mal-mandat approvat mill-Kummissjoni.

(vi)

Jekk il-Fiduċjarji kollha proposti jiġu miċħuda, il-Portugall jissottometti l-ismijiet ta’ mill-anqas żewġ persuni jew istituzzjonijiet oħra fi żmien ġimagħtejn minn meta jiġi informat dwar iċ-ċaħda, skont ir-rekwiżiti u l-proċedura stabbiliti fil-paragrafi A(i) u A(iv).

(vii)

Jekk il-Fiduċjarji kollha l-oħra proposti jiġu miċħuda wkoll mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tinnomina Fiduċjarju li s-CGD jaħtar jew jara li jinħatar, skont mandat ta’ Fiduċjarju approvat mill-Kummissjoni.

(B)   Il-Ħatra tal-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni

(i)

Il-Portugall jimpenja ruħu li jiżgura li s-CGD jaħtar Fiduċjarju taċ-Ċessjoni wara l-proċedura tal-ħatra kif stabbilit hawn fuq għall-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ.

(ii)

Il-Portugall jissottometti l-ismijiet ta’ żewġ persuni jew aktar lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni bħala Fiduċjarju taċ-Ċessjoni mhux aktar tard minn […], fil-każ li s-CGD ma jkunx għadu daħal fi ftehim finali u vinkolanti ta’ bejgħ u xiri għal Caixa Seguros.

(iii)

Il-Portugall jissottometti l-ismijiet ta’ żewġ persuni jew aktar lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni bħala Fiduċjarju taċ-Ċessjoni mhux aktar tard minn […], fil-każ li s-CGD ma jkunx għadu daħal fi ftehim finali u vinkolanti ta’ bejgħ tal-ishma mhux strateġiċi li jifdal ([…])

(C)   Dmirijiet u obbligi ġenerali

Il-Fiduċjarju għandu jgħin lill-Kummissjoni tiżgura l-konformità tas-CGD mal-Impenji u jassumi d-dmirijiet ta’ Fiduċjarju tal-monitoraġġ speċifikati fid-dokument ta’ Impenji. Il-Fiduċjarju għandu jwettaq id-dmirijiet skont dan il-mandat skont il-pjan ta’ ħidma, kif ukoll reviżjonijiet tal-pjan ta’ ħidma li jkunu ġew approvati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’, b’inizjattiva tagħha stess jew wara talba għal dan tal-Fiduċjarju jew tas-CGD, tagħti ordnijiet jew istruzzjonijiet lill-Fiduċjarju biex tiġi żgurata konformità mal-Impenji. Is-CGD ma għandux dritt jagħti struzzjonijiet lill-Fiduċjarju. Il-Fiduċjarju jkun marbut bi dmirijiet ta’ kunfidenzjalità legali.

(D)   Id-doveri u l-obbligi tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ u tal-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni

(1)

Id-dover tal-Fiduċjarju huwa li jiggarantixxi konformità sħiħa u korretta mal-obbligi stabbiliti fl-Impenji, u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-Pjan ta’ Ristrutturar tas-CGD. Il-Kummissjoni tista’, b’inizjattiva tagħha stess jew wara talba għal dan tal-Fiduċjarju, tagħti kull ordni jew struzzjoni lill-Fiduċjarju jew lis-CGD biex tiġi żgurata konformità mal-Impenji mehmuża mad-Deċiżjoni.

(2)

Il-Fiduċjarju:

i

fl-ewwel rapport tiegħu għandu jipproponi lill-Kummissjoni pjan ta’ ħidma dettaljat li jiddeskrivi kif beħsiebu jimmonitorja l-konformità mal-Impenji mehmuża mad-Deċiżjoni;

ii

għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-Pjan ta’ Ristrutturar tas-CGD, b’mod partikulari:

(a)

it-tnaqqis tat-total tal-karta tal-bilanċi u r-RWA;

(b)

ir-restrizzjoni tal-attivitajiet tan-negozju;

(c)

it-twaqqif tal-oqsma tan-negozju definiti minn qabel;

(d)

il-proċess tal-bejgħ għall-ishma fl-oqsma tan-negozju definiti minn qabel;

(e)

ir-ristrutturar tal-operazzjonijiet fi Spanja;

iii

għandu jimmonitorja li s-CGD isegwi l-prinċipji fis-sezzjoni tal-governanza korporattiva, li għandu organizzazzjoni interna effiċjenti u adegwata stabbilita, u li japplika prattiċi kummerċjali xierqa. Għalhekk il-Fiduċjarju:

(a)

jirċievi kopji tar-rapporti kollha li joħorġu mill-korpi ta’ kontroll intern, u jkun intitolat jintervista, fid-diskrezzjoni unika tiegħu, kull kontrollur jew awditur, irrispettivament mir-responsabbiltajiet maniġerjali tiegħu/tagħha. Il-Fiduċjarju jiżgura (i) li r-rakkomandazzjonijiet minn superviżuri permanenti jew minn kontrolluri/awdituri perjodiċi jiġu infurzati kif xieraq u (ii) li l-pjanijiet ta’ azzjoni jiġu implimentati biex jiġi kkoreġut kull nuqqas identifikat fil-qafas tal-kontroll intern.

(b)

jimmonitorja regolarment il-prattiċi kummerċjali tas-CGD, b’enfasi fuq il-politika tal-kreditu u l-politika tad-depożiti. Il-Fiduċjarju jirrevedi l-politika tas-CGD lejn ir-ristrutturar u l-provvediment ta’ self improduttiv. Is-CGD jikkomunika lill-Fiduċjarju kull rapport ta’ riskju kkomunikat lill-Bord Eżekuttiv, jew kull analiżi/reviżjoni bil-għan li tiġi vvalutata l-iskopertura ta’ kreditu tas-CGD. Il-Fiduċjarju jwettaq l-analiżi u l-investigazzjonijiet tiegħu stess, fuq il-bażi tar-rapporti msemmija hawn fuq, intervisti, u, jekk ikun hemm bżonn, ir-reviżjoni tal-fajls individwali ta’ kreditu. F’dan ir-rigward, il-Fiduċjarju jingħata aċċess sħiħ għall-fajls tal-kreditu, u jkun intitolat jintervista analisti tal-kreditu u uffiċjali tar-riskji meta dan jitqies xieraq.

(c)

jimmonitorja regolarment il-ġestjoni ta’ talbiet u litigazzjonijiet mis-CGD. Il-Fiduċjarju jiżgura li t-talbiet u l-litigazzjonijiet jiġu ġestiti skont il-proċeduri definiti fil-qafas ta’ kontroll intern tas-CGD, u li s-CGD jikkonforma mal-aħjar prattiki tal-industrija. Il-Fiduċjarju jidentifika azzjonijiet korrettivi li għandhom jiġu implimentati fil-każ ta’ nuqqasijiet fil-proċess attwali.

iv

għandu jimmonitorja konformità mal-Impenji l-oħra kollha;

v

għandu jassumi l-funzjonijiet l-oħra assenjati lill-Fiduċjarju fl-Impenji mehmuża mad-Deċiżjoni;

vi

għandu jipproponi miżuri lis-CGD li jqis neċessarji sabiex jiġi żgurat li s-CGD jissodisfa l-Impenji mehmuża mad-Deċiżjoni;

vii

għandu jqis kull tibdil regolatorju dwar is-solvenza u l-likwidità meta jivverifika l-evoluzzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji attwali fir-rigward tal-projezzjonijiet li jkunu saru fil-Pjan ta’ Ristrutturar; u

viii

għandu jippreżenta abbozz ta’ rapport bil-miktub lill-Kummissjoni, lill-Portugall u lis-CGD fi żmien 30 jum wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ sitt xhur. Il-Kummissjoni, il-Portugall u s-CGD jistgħu jippreżentaw kummenti dwar l-abbozz fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-wasla tal-kummenti, il-Fiduċjarju għandu jħejji rapport finali, li kemm jista’ jkun u fid-diskrezzjoni tiegħu jinkorpora l-kummenti, u jippreżentah lill-Kummissjoni u lill-Portugall. Wara li jsir dan biss il-Fiduċjarju għandu wkoll jibgħat kopja tar-rapport finali lis-CGD. Jekk l-abbozz tar-rapport jew ir-rapport finali jkun fih xi informazzjoni li ma tistax tiġi żvelata lis-CGD, is-CGD għandu jingħata biss verżjoni mhux kunfidenzjali tal-abbozz tar-rapport jew tar-rapport finali. Fl-ebda ċirkostanza l-Fiduċjarju ma għandu jissottometti xi verżjoni tar-rapport lill-Portugall u/jew lis-CGD qabel ma jippreżentah lill-Kummissjoni.

Ir-rapport għandu jiffoka fuq l-obbligi stabbiliti fil-mandat mill-Fiduċjarju u l-konformità mal-obbligi mis-CGD, biex b’hekk il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa jekk is-CGD huwiex qed jiġi ġestit skont l-obbligi. Jekk ikun neċessarju, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapport f’aktar dettall. Minbarra dawn ir-rapporti, il-Fiduċjarju għandu jirrapporta minnufih bil-miktub lill-Kummissjoni jekk ikollu raġuni biex jissoponi li s-CGD qed jonqos milli jikkonforma ma’ dawn l-obbligi, filwaqt li fl-istess ħin jibgħat verżjoni mhux kunfidenzjali lis-CGD.

(3)

Il-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni jbigħ l-assi tal-unità tan-negozju tal-assigurazzjoni (stmati li jammontaw għal EUR [0-5] biljun) ta’ Caixa Seguros […] lil xerrej. Fil-ftehim ta’ bejgħ u xiri l-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni jinkludi tali termini u kundizzjonijiet li jqis xierqa għal bejgħ espedjenti qabel […]. B’mod partikolari, fil-ftehim ta’ bejgħ u xiri l-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni jista’ jinkludi tali rappreżentazzjonijiet abitwali u garanziji u indennitajiet raġonevolment meħtieġa biex jaffettwaw il-bejgħ. Il-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni jipproteġi l-interessi finanzjarji leġittimi tas-CGD, soġġett għall-obbligu inkundizzjonat tas-CGD li jiddivesti […].

(4)

Il-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni jbigħ l-ishma mhux strateġiċi li jifdal (prezz tal-bejgħ stmat li jammonta għal EUR [200-250] miljun) […] lil xerrej. Fil-ftehim ta’ bejgħ u xiri l-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni jinkludi tali termini u kundizzjonijiet li jqis xierqa għal bejgħ espedjenti qabel […]. Il-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni jipproteġi l-interessi finanzjarji leġittimi tas-CGD, soġġett għall-obbligu inkundizzjonat tas-CGD li jiddivesti […].

(E)   Id-doveri u l-obbligi tas-CGD

(1)

Is-CGD għandu jipprovdi u jitlob lill-konsulenti tiegħu jagħtu lill-Fiduċjarju kull kooperazzjoni, assistenza u informazzjoni li l-Fiduċjarju jista’ raġonevolment ikollu bżonn fit-twettiq tal-obbligi tiegħu skont dan il-mandat. Il-Fiduċjarju għandu jkollu aċċess mhux ristrett għal kull ktieb, rekord, dokument, maniġment jew persunal ieħor, faċilità, sit u informazzjoni teknika tas-CGD jew tan-negozju li se jinbiegħ li huma neċessarji għat-twettiq tad-doveri tiegħu taħt il-mandat. Is-CGD għandu jagħmel disponibbli lill-Fiduċjarju uffiċċju wieħed jew aktar fil-bini tan-negozju tiegħu u l-impjegati kollha tas-CGD għandhom ikunu disponibbli għal laqgħat mal-Fiduċjarju biex jagħtuh l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tad-doveri tiegħu.

(2)

Soġġett għall-approvazzjoni tas-CGD (din l-approvazzjoni ma tistax tiġi miżmuma jew imdewma mingħajr raġun) u bi spejjeż tiegħu, il-Fiduċjarju jista’ jaħtar konsulenti (b’mod partikolari għal pariri korporattivi legali jew finanzjarji), jekk il-Fiduċjarju jqis li l-ħatra ta’ dawn il-konsulenti hija neċessarja jew xierqa għat-twettiq tad-doveri u l-obbligi tiegħu skont il-mandat, sakemm kwalunkwe spejjeż u nfiq ieħor sostnuti mill-Fiduċjarju jkunu raġonevoli. Jekk is-CGD jirrifjuta li japprova l-konsulenti proposti mill-Fiduċjarju, il-Kummissjoni tista’ tapprova l-ħatra tagħhom minflok, wara li tkun semgħet ir-raġunijiet tas-CGD. Il-Fiduċjarju biss huwa intitolat li jagħti struzzjonijiet lill-konsulenti.

(F)   Sostituzzjoni, kwittanza u ħatra mill-ġdid tal-Fiduċjarju

(1)

Jekk il-Fiduċjarju jtemm il-funzjonijiet tiegħu taħt l-Impenji jew jekk ikun hemm kwalunkwe raġuni valida oħra, bħal kunflitt ta’ interess min-naħa tal-Fiduċjarju:

i

il-Kummissjoni tista’, wara li tisma’ lill-Fiduċjarju, titlob lis-CGD jissostitwixxih,

jew

ii

is-CGD, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jista’ jissostitwixxi l-Fiduċjarju.

(2)

Jekk il-Fiduċjarju jitneħħa skont il-paragrafu F (1), jista’ jintalab ikompli jaqdi d-doveri tiegħu sakemm jinħatar Fiduċjarju ieħor li lilu l-Fiduċjarju jkun għadda l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-Fiduċjarju l-ġdid għandu jinħatar skont il-proċedura msemmija fil-paragrafi minn A(iii) sa A(vii).

(3)

Minbarra t-tneħħija skont il-paragrafu F(1), il-Fiduċjarju għandu jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu biss wara li l-Kummissjoni tkun waqqfitu mid-doveri tiegħu. Din il-kwittanza sseħħ meta l-obbligi kollha li jkunu ġew fdati lill-Fiduċjarju jkunu ġew implimentati. Madankollu, f’kull ħin il-Kummissjoni tista’ titlob il-ħatra mill-ġdid tal-Fiduċjarju jekk sussegwentement jinstab li r-rimedji rilevanti ma jkunux ġew implimentati kompletament u kif xieraq.

Appendiċi II

KONTRIBUZZJONI TAL-ASSI NETTI B’RIŻULTAT TA’ PARTEĊIPAZZJONIJIET F’UNITAJIET DOMESTIĊI OĦRA TAN-NEGOZJU (METODU TAL-EKWITÀ)

Valuri f’Diċembru 2012

Unità tan-Negozju

Pajjiż

Sehem (%)

Assi netti

Metodu tal-ekwità

(Eur miljun)

Attività

SIBS SGPS

Il-Portugall

21,6

14,7

Kumpanija prinċipali li tispeċjalizza f’pagamenti elettroniċi u fil-ġestjoni tas-sistema Portugiża tal-ATMs użata mill-banek kollha preżenti fil-Portugall. Il-kumpanija hija pparteċipata minn 26 bank li jaġixxu fis-suq Portugiż.

Prado – Cartolinas da Lousã

Il-Portugall

37,4

4,4

Unità industrijali li tipproduċi l-kartun u l-karta. […].

Torre Ocidente

Il-Portugall

25,0

4,1

Kumpanija tal-proprjetà immobbli, proprjetarja ta’ assi uniku għal kiri kummerċjali. […].

Locarent

Il-Portugall

50,0

3,9

Fornitur ta’ servizzi tal-kiri tal-karozzi.

Ca Papel do Prado

Il-Portugall

37,4

1,3

Kumpanija li tippossjedi l-assi tal-proprjetà immobbli tal-fabbrika inattiva […].

TF Fundo Turismo

Il-Portugall

33,5

1,3

Maniġer tal-fondi ta’ investiment tal-proprjetà immobbli fis-settur turistiku, li l-azzjonist prinċipali tagħha huwa l-Istat Portugiż.

Yunit Serviços

Il-Portugall

33,33

0,3

Kumpanija li tiżviluppa soluzzjonijiet tal-kummerċ elettroniku għal prodotti u servizzi ta’ SMEs.

Bem Comum SCR

Il-Portugall

32,0

0,1

Maniġer tal-fond ta’ investiment speċjalizzat fil-promozzjoni u l-appoġġ għall-ħolqien ta’ negozji ġodda minn intraprendituri individwali u dawk qiegħda.

Appendiċi III

ASSI DETTALJATI TA’ BCG SPAIN (INKLUŻI ASSI LI JIĠU TRASFERITI LILL-FERGĦA SPANJOLA)

(…)

Appendiċi IV

ASSI DETTALJATI TAL-FERGĦA SPANJOLA

(…)

Appendiċi V

LISTA TAL-[…] FERGĦAT SPANJOLI ([…])

(…)


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

7.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/52


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 85 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) - Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ magni ta’ kombustjoni interna jew sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi maħsuba għall-propulsjoni ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-suppliment 6 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ: 15 ta’ Lulju 2013

KONTENUT

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet u testijiet

6.

Konformità tal-produzzjoni

7.

Il-penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

8.

Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

10.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

L-ANNESSI

1.

Karatteristiċi essenzjali tal-magna ta’ kombustjoni interna u informazzjoni dwar it-twettiq ta’ testijiet

2.

Karatteristiċi essenzjali tas-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika u informazzjoni dwar it-twettiq ta’ testijiet

3a

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont ir-Regolament Nru. 85

3b

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-mototrażmissjoni skont ir-Regolament Nru. 85

4.

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

5.

Metodu għall-kejl tal-potenza netta ta’ magna ta’ kombustjoni interna

6.

Metodu għall-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi

7.

Kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni

8.

Fjuwils ta’ referenza

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

Dan ir-Regolament japplika għar-rappreżentazzjoni tal-kurva bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna jew tal-mutur tal-potenza b’tagħbija sħiħa indikata mill-manifattur għal magni ta’ kombustjoni interna jew sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi u tal-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi maħsuba għal propulsjoni ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N (1).

1.2.

Il-magni tal-kombustjoni interna jaqgħu f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

Magni b’pistuni b’moviment alternat (bi tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni), iżda bl-esklużjoni ta’ magni b’pistuni liberi;

Magna bil-pistuni b’moviment rotattiv (bi tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni).

Magni b’aspirazzjoni naturali u magni sovvrakarikati b’mod mekkaniku.

1.3.

Is-sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi huma magħmulin minn kontrolluri u muturi u jintużaw għal propulsjoni ta’ vetturi bħala l-uniku mezz ta’ propulsjoni.

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.

Approvazzjoni ta’ sistema tat-trażmissjoni” tfisser l-approvazzjoni ta’ sistema tat-trażmissjoni fir-rigward tal-potenza netta mkejla skont il-proċedura speċifikata fl-Annessi 5 jew 6 ta’ dan ir-Regolament;

2.2.

Tip ta’ sistema ta’ mototrazmissjoni” tfisser kategorija ta’ magna ta’ kombustjoni interna jew sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għall-installazzjoni f’vettura bil-mutur li ma tvarjax f’karatteristiċi essenzjali bħal dawk definiti fl-Annessi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament;

2.3.

Potenza netta” tfisser il-potenza miksuba fuq il-bank tat-test fit-tarf tal-krankxaft jew l-ekwivalenti tiegħu bil-veloċità korrispondenti tal-magna jew tal-mutur bl-aċċessorji elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness 5 jew fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, u determinati taħt kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza.”

2.4.

Potenza massima netta” tfisser il-valur massimu tal-potenza netta tal-magna, imkejjel bit-tagħbija sħiħa tal-magna;

2.5.

Potenza massima ta’ 30 minuta” tfisser il-potenza massima netta ta’ sistema tal-mototrażmissjoni elettrika b’vultaġġ DC kif definit fil-paragrafu 5.3.1. ta’ dan ir-Regolament, li sistema tal-mototrazmissjoni elettrika tista’ tagħti fuq perjodu ta’ 30 minuta bħala medja;

2.6.

“Vetturi ibridi (HV)”:

2.6.1.

Vetturi ibridi (HV)” tfisser vettura b’tal-anqas żewġ konvertituri tal-enerġija u żewġ sistemi differenti ta’ ħżin tal-enerġija (fuq vettura) għall-iskop ta’ propulsjoni tal-vettura;

2.6.2.

Vettura elettrika ibrida (HEV)” tfisser vettura li, għall-iskop tal-propulsjoni tal-vettura b’mod mekkaniku, tieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi li ġejjin ta’ enerġija/potenza li jkun hemm maħżuna fuq il-vettura:

fjuwil li jiġi kkunsmat;

apparat ta’ ħżin tal-enerġija/potenza elettrika (eż.: batterija, kapaċitatur, flajwil/ġeneratur…);

2.6.3.

Għal vettura elettrika ibrida, is-“sistema tal-motopropulsjoni” tinkludi kombinazzjoni ta’ żewġ tipi differenti ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni:

magna ta’ kombustjoni interna; u

sistema waħda (jew aktar) tal-mototrazmissjoni elettrika;

2.7.

Tagħmir ta’ produzzjoni standard” tfisser tagħmir ipprovdut mill-manifattur għal xi applikazzjoni partikolari;

2.8.

Magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil” tfisser tip ta’ sistema ta’ magna approvat skont ir-Regolament Nru 49 jew immuntata fuq tip ta’ vettura approvat fir-rigward tal-emissjonijiet tagħha skont ir-Regolament Nru 49, u li hija ddisinjata biex taħdem simultanjament bil-fjuwil tad-diżil u fjuwil gassuż, iż-żewġ fjuwils ikunu imkejjla b’mod separat, fejn l-ammont ikkunsmat ta’ wieħed mill-fjuwils relattiv għall-ieħor jista’ jvarja skont it-tħaddim;

2.9.

Vettura li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil” tfisser vettura li taħdem b’magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil u li tforni l-fjuwils użati mill-magna minn sistemi separati ta’ ħżin abbord;

2.10.

Modalità b’żewġ tipi ta’ fjuwil” tfisser il-modalità ta’ tħaddim normali ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li fiha l-magna simultanjament tuża fjuwil tad-diżil u fjuwil gassuż f’xi wħud mill-kundizzjonijiet ta’ tħaddim tal-magna;

2.11.

Modalità bid-diżil” tfisser il-modalità ta’ tħaddim normali ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li fiha l-magna ma tuża l-ebda fjuwil gassuż għal kwalunkwe kundizzjoni ta’ tħaddim tal-magna.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema tal-mototrazmissjoni fir-rigward ta’ kejl tal-potenza netta u tal-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tas-sistema tal-mototrazmissjoni, mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat debitament.

3.2.

Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-deskrizzjoni tas-sistema tal-mototrażmissjoni li tinkludi d-dettalji rilevanti kollha msemmija:

Fl-Anness 1 għal vetturi bi propulsjoni minn magna ta’ kombustjoni interna biss, jew

Fl-Anness 2 għal vetturi elettriċi proprja, jew

Fl-Annessi 1 u 2 għal vetturi elettriċi ibridi.

3.3.

Għal vetturi elettriċi ibridi (HEV), it-testijiet għandhom isiru b’mod separat fuq il-magna ta’ kombustjoni interna (skont l-Anness 5) u fuq is-sistema/i tal-mototrażmissjoni elettrika/elettriċi (skont l-Anness 6).

3.4.

Sistema tal-mototrażmissjoni elettrika (jew sett ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni), rappreżentattivi tas-(sett ta’) tip(i) ta’ sistema tat-trażmissjoni li għandhom jiġu approvati, għandhom, flimkien mat-tagħmir stabbilit fl-Annessi 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, jiġu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk il-potenza tas-sistema tal-mototrażmissjoni sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tkejlet skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 5 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tat-trażmissjoni għandha tingħata.

4.2.

Numru tal-approvazzjoni għandu jingħata għal kull tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni approvat. L-ewwel żewġ ċifrim tiegħu [(fil-preżent 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-emendi prinċipali l-aktar riċenti magħmula lir-Regolament fil-ħin tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru għal tip ieħor ta’ sistema tal-mototrażmissjoni.

4.3.

Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ formula konformi mal-mudell fl-Anness 3a ta’ dan ir-Regolament.

4.4.

Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tat-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ formula konformi mal-mudell fl-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament.

4.5.

Għandha titwaħħal marka internazzjonali ta’ approvazzjoni, fejn tidher u f’post li jkun faċilment aċċessibbli u speċifikat fil-formula tal-approvazzjoni, ma’ kull sistema tal-mototrażmissjoni li tikkonforma ma’ sistema tal-mototrażmissjoni approvata skont dan ir-Regolament, li tikkonsisti fi:

4.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

4.5.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.5.1.

4.5.3.

Inkella, minflok jitwaħħlu dawn il-marki jew simboli ta’ approvazzjoni mas-sistema tal-mototrażmissjoni, il-manifattur jista’ jiddeċiedi li kull tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun akkumpanjat minn dokument li jagħti din l-informazzjoni sabiex il-marki u s-simbolu tal-approvazzjoni jkunu jistgħu jitwaħħlu mal-vettura.

4.6.

Jekk is-sistema tal-mototrażmissjoni tikkonforma mat-tip approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.5.1. ta’ hawn fuq m’għandux għalfejn ikun imtenni; f’dak il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.5.1.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx.

4.8.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin iċ-ċifri ta’ identifikazzjoni tas-sistema tal-mototrażmissjoni ipprovduti mill-manifattur.

4.9.

L-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

5.1.   Ġenerali

Il-komponenti li jistgħu jaffettwaw il-potenza tas-sistema tal-mototrażmissjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnijin u mmuntati b’tali mod li jippermettu li s-sistema tal-mototrażmissjoni fl-użu normali tagħha tikkonforma, minkejja l-vibrazzjoni li tista’ tkun suġġetta għaliha, mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.2.   Deskrizzjoni ta’ testijiet għal magni ta’ kombustjoni interna

5.2.1.   It-test tal-potenza netta għandu jikkonsisti f’perjodu ta’ tħaddim b’potenza massima għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u f’perjodu ta’ tħaddim b’tagħbija massima għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil, fejn il-magna tkun mgħammra kif speċifikat fit-Tabella 1 tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.1.1.

Fil-każ ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li għandha modalità bid-diżil, it-test għandu jikkonsisti f’perjodu ta’ tħaddim fil-modalità b’żewġ tipi ta’ fjuwil u ta’ tħaddim fil-modalità tad-diżil ta’ dik l-istess magna.

5.2.2.   Għandu jittieħed għadd ta’ kejl suffiċjenti b’veloċitajiet tal-magna differenti sabiex tiġi definita korrettament il-kurva tal-potenza bejn il-veloċità l-aktar baxxa u dik l-aktar għolja tal-magna rakkomandati mill-manifattur. Din il-medda ta’ veloċitajiet għandha tinkludi l-veloċitajiet ta’ dawrien fejn il-magna tipproduċi l-potenza massima tagħha u t-torque massimu tagħha. Għal kull veloċità, il-medja ta’ mill-inqas żewġ kejlijiet stabilizzati għandha tiġi determinata.

5.2.3.   Il-fjuwil użat għandu jkun dan li ġej:

5.2.3.1.

Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bil-petrol:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil għandu jkun wieħed mill-fjuwils ta’ referenza definiti mis-CEC (3) għal magni li jaħdmu bil-petrol, fid-dokumenti RF-01-A-84 u RF-01-A-85 tas-CEC.

5.2.3.2.

Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jieħdu fjuwil LPG:

5.2.3.2.1.

Fil-każ ta’ magna b’alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil għandu jkun wieħed mill-fjuwils ta’ referenza speċifikati fl-Anness 8;

5.2.3.2.2.

Fil-każ ta’ magna mingħajr alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza speċifikat fl-Anness 8 bl-anqas kontenut ta’ C3, jew

5.2.3.2.3.

Fil-każ ta’ magna ttikkettata għal kompożizzjoni ta’ fjuwil speċifika waħda:

Il-fjuwil użat għandu jkun fjuwil li għalih hija ttikkettata l-magna.

5.2.3.2.4.

Il-fjuwil użat għandu jiġi speċifikat fir-rapport tat-test.

5.2.3.3.

Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jaħdmu bil-gass naturali:

5.2.3.3.1.

Fil-każ ta’ magna b’alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil għandu jkun wieħed mill-fjuwils ta’ referenza speċifikati fl-Anness 8;

5.2.3.3.2.

Fil-każ ta’ magna mingħajr alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq b’indiċi Wobbe ta’ mill-anqas 52,6 MJm-3 (4 °C, 101,3 kPa). Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza G20 speċifikat fl-Anness 8, jiġifieri il-fjuwil bl-ogħla Indiċi Wobbe, jew

5.2.3.3.3.

Fil-każ ta’ magna ttikkettata għal medda ta’ fjuwils speċifika:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq b’indiċi Wobbe ta’ mill-anqas 52,6 MJm-3 (4 °C, 101,3 kPa) jekk il-magna hija ttikkettata għall-firxa H ta’ gassijiet, jew mill-anqas 47,2 MJm-3 (4 °C, 101,3 kPa) jekk il-magna hija ttikkettata għall-firxa L ta’ gassijiet. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza G20 speċifikat fl-Anness 8 jekk il-magna hija ttikkettata għall-medda H ta’ gassijiet, jew il-fjuwil ta’ referenza G23 jekk il-magna hija ttikkettata għall-medda L ta’ gassijiet, jiġifieri l-fjuwil bl-ogħla Indiċi Wobbe għall-medda rilevanti, jew

5.2.3.3.4.

Fil-każ ta’ magna ttikkettata għal kompożizzjoni ta’ fjuwil LNG speċifika waħda:

Il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil li għalih hija ttikkettata l-magna jew il-fjuwil ta’ referenza G20 speċifikat fl-Anness 8 jekk il-magna hija ttikkettata għall-fjuwil LNG20.

5.2.3.3.5.

Fil-każ ta’ magna ttikkettata għal kompożizzjoni ta’ fjuwil speċifika waħda:

Il-fjuwil użat għandu jkun fjuwil li għalih hija ttikkettata l-magna.

5.2.3.3.6.

Il-fjuwil użat għandu jiġi speċifikat fir-rapport tat-test.

5.2.3.4.

Għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta’ riferenza definit mis-CEC, għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni, fid-dokument RF-03-A-84 tas-CEC.

5.2.3.5.

Il-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs ta’ vetturi li jistgħu jaħdmu jew bil-petrol jew bi fjuwil gassuż, għandhom jiġu ttestjati biż-żewġ fjuwils, skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 5.2.3.1 sa 5.2.3.3. Il-vetturi li jieħdu kemm petrol kif ukoll fjuwil gassuż, imma li s-sistema tal-petrol tagħhom hija armata għal skopijiet ta’ emerġenza jew biex titqabbad il-magna biss u li t-tank tal-petrol tagħhom ma jesax aktar minn 15-il litru ta’ petrol, għat-test jitqiesu bħala vetturi li jistgħu jaħdmu bi fjuwil gassuż biss.

5.2.3.6.

Il-magni jew vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jkollhom modalità bid-diżil għandhom jiġu ttestjati bi fjuwils xierqa għal kull modalità, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.2.3.1 sa 5.2.3.5.

5.2.4.   Il-kejl għandu jittieħed skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.5.   Ir-rapport tat-test għandu jinkludi r-riżultati u l-kalkoli kollha meħtieġa sabiex tinstab il-potenza netta, kif elenkat fl-appendiċi tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-karatteristiċi tal-magna elenkati fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. Sabiex tħejji dan id-dokument, l-awtorità kompetenti tista’ tuża r-rapport ippreparat minn laboratorju approvat jew rikonoxxut skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.3.   Deskrizzjoni tat-testijiet għall-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi.

Is-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għandha tkun mgħammra kif speċifikat fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament. Is-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għandu jkollha provista minn sors ta’ vultaġġ DC b’qabża massima ta’ vultaġġ ta’ 5 fil-mija li tiddependi fuq il-ħin u l-kurrent elettriku (perjodi ta’ anqas minn 10 sekondi huma esklużi). Il-vultaġġ ta’ provista għat-test għandu jingħata mill-manifattur tal-vettura.

Nota:

Jekk il-batterija tillimita l-potenza massima ta’ 30 minuta, il-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ vettura elettrika tista’ tkun anqas mill-potenza massima ta’ 30 minuta tas-sistema tal-mototrażmissjoni tal-vettura skont dan it-test.

5.3.1.   Determinazzjoni tal-potenza netta

5.3.1.1.

Il-mutur u t-tagħmir kollu ta’ assemblaġġ tiegħu jrid ikun ikkundizzjonat b’temperatura ta’ 25 °C ± 5 °C għal mill-inqas sagħtejn.

5.3.1.2.

It-test tal-potenza netta għandu jikkonsisti f’perjodu ta’ tħaddim bil-kontrollur tal-potenza ssettjat fuq il-massimu.

5.3.1.3.

Eżatt qabel ma jibda t-test, il-mutur għandu jitħaddem fuq il-bank tat-test għal tliet minuti u jagħti potenza ekwivalenti għal 80 fil-mija tal-potenza massima bil-veloċità kif rakkomandata mill-manifattur.

5.3.1.4.

Għandu jittieħed għadd ta’ kejl suffiċjenti b’veloċitajiet tal-mutur differenti sabiex tiġi definita korrettament il-kurva tal-potenza bejn veloċità żero u l-ogħla veloċità tal-mutur rakkomandata mill-manifattur. It-test kollu għandu jintemm f’5 minuti.

5.3.2.   Determinazzjoni tal-potenza massima ta’ 30 minuta

5.3.2.1.

Il-mutur u t-tagħmir kollu ta’ assemblaġġ tiegħu jid ikun ikkundizzjonat b’temperatura ta’ 25 °C ± 5 °C għal mill-inqas erba’ sigħat.

5.3.2.2.

Is-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għandha titħaddem fuq il-bank tat-test b’potenza ekwivalenti għall-aqwa stima tal-manifattur għall-potenza massima ta’ 30 minuta. Il-veloċità trid tkun f’medda ta’ veloċità li fiha l-potenza netta tkun akbar minn 90 fil-mija tal-potenza massima mkejla fil-paragrafu 5.3.1. Din il-veloċità għandha tkun irrikmandata mill-manifattur.

5.3.2.3.

Il-veloċità u l-potenza għandhom jiġu rreġistrati. Il-potenza trid tkun f’medda ta’ ± 5 fil-mija tal-valur tal-potenza fil-bidu tat-test. Il-potenza massima ta’ 30 minuta hija l-potenza medja fil-perjodu ta’ 30 minuta.

5.4.   Interpretazzjoni tar-riżultati

Il-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta għal sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi indikati mill-manifattur għat-tip tas-sistema tal-mototrażmissjoni għandhom jiġu aċċettati jekk ma jvarjawx b’aktar minn ± 2 fil-mija għall-potenza massima u aktar minn ± 4 fil-mija fil-punti l-oħra ta’ kejl fuq il-kurva b’tolleranza ta’ ± 2 għall-veloċità tal-magna jew tal-mutur, jew f’medda ta’ veloċità tal-magna jew tal-mutur (X1 min–1 + 2 fil-mija) sa (X2 min–1 – 2 fil-mija) (X1 < X2) mill-valuri mkejla mis-servizz tekniku fuq is-sistema tal-mototrażmissjoni sottomessa għall-ittestjar.

Fil-każ ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil, il-potenza netta indikata mill-manifattur għandha tkun dik imkejla fuq il-modalità b’żewġ tipi ta’ fjuwil ta’ din il-magna.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324 – E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

6.1.

Il-magni approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat.

6.2.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament.

7.   IL-PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

7.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux issodisfati jew jekk sistema tal-mototrażmissjoni li jkollha l-marka tal-approvazzjoni ma tkunx konformi mat-tip approvat.

7.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha minnufih tinnotifika dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudelli fl-Anness 3a jew fl-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament.

8.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ SISTEMA TAL-MOTOTRAŻMISSJONI

8.1.

Kull modifika ta’ sistema tal-mototrażmissjoni f’tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni fir-rigward tal-karatteristiċi tal-Annessi 1 jew 2, għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tapprova t-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista’ jew:

8.1.1.

Tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li jkollhom effett avvers apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura xorta għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

8.1.2.

Tesiġi li jsir rapport ġdid tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

8.2.

Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

8.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal dik l-estensjoni u tinforma lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament dwar dan permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3a jew l-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura sistema tal-mototrażmissjoni approvata skont dan ir-Regolament, dan għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-Awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 3a jew l-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament.

10.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u/jew tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li taw l-approvazzjoni, u għand min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(3)  European Coordinating Council.


ANNESS 1

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-MAGNA TA’ KOMBUSTJONI INTERNA U INFORMAZZJONI DWAR IT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET

It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom il-kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni rigward il-prestazzjoni tagħhom.

0.

Identifikazzjoni ġenerali tal-vettura …

0.1.

Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

0.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …

0.3.1.

Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.

Kategorija tal-vettura: …

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.6.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

1.

Karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

1.1.

Ritratti u/jew tpinġijiet ta’ vettura rappreżentattiva: …

1.2.

In-naħa tas-sewqan: xellug/lemin (1): …

1.3.

Vettura li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil: Iva/Le (1)

1.3.1.

Magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li jkollha modalità bid-diżil: Iva/Le (1)

2.0.

Sistema ta’ motopropulsjoni

2.1.

Manifattur: …

2.2.

Il-kodiċi tal-magna assenjat mill-manifattur (kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni): …

2.3.

Il-prinċipju tat-tħaddim: tqabbid bl-ispark plaggs/tqabbid bil-kompressjoni, erba’ strowks/żewġ strowks (1)

2.4.

Numru u arranġement taċ-ċilindri: …

2.5.

Bor: … mm

2.6.

Strowk: … mm

2.7.

L-ordni tal-kombustjoni: …

2.8.

Ċilindrata tal-magna: … cm3

2.9.

Il-proporzjon volumetriku tal-kompressjoni: …

2.10.

Tpinġijiet tal-kompartiment tal-kombustjoni, tar-ras tal-pistun u, fil-każ ta’ magni bi tqabbid bl-ispark plaggs, tar-rings tal-pistun: …

2.11.

Il-potenza massima netta: … kW bi … min–1

2.12.

Il-veloċità massima tal-magna permessa kif preskritt mill-manifattur: … min–1

2.13.

Torque massimu nett (1): … Nm bi … min–1 (valur dikjarat mill-manifattur)

3.0.

Fjuwil: diżil żejt/petrol/LPG/CNG/LNG (1)

3.0.1.

Meta applikabbli, iċ-ċifra/i addizzjonali fil-marka tal-approvazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament Nru 49, li l-għan tagħha hu li tiddistingwi t-tip ta’ magna li għalih tkun ingħatat l-approvazzjoni (eż. HLt).

3.1.

RON, biċ-ċomb: …

3.2.

RON, bla ċomb: …

3.3.

L-alimentazzjoni tal-fjuwil

3.3.1.

Bil-karburatur(i): Iva/Le (1)

3.3.1.1.

L-għamla/għamliet: …

3.3.1.2.

It-tip(i): …

3.3.1.3.

Numru mwaħħal: …

3.3.1.4.

Aġġustamenti

3.3.1.4.1.

Ġettijiet: …

3.3.1.4.2.

Venturis: …

3.3.1.4.3.

Il-livell tal-flowt fil-kompartiment tar-regolazzjoni tal-livell tal-fjuwil…

3.3.1.4.4.

Il-piż tal-flowt: …

3.3.1.4.5.

Il-labra tal-flowt: …

Jew il-kurva tal-provvista tal-fjuwil ipplottjata fuq il-fluss tal-arja u s-settings meħtieġa sabiex tinżamm il-kurva

3.3.1.5.

Sistema ta’ startjar kiesaħ: manwali/awtomatika (1)

3.3.1.5.1.

Il-prinċipju/i tat-tħaddim: …

3.3.1.5.2.

Il-limiti/is-settings tat-tħaddim (1): …

3.3.2.

B’injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bil-kompressjoni biss): Iva/Le (1)

3.3.2.1.

Deskrizzjoni tas-sistema: …

3.3.2.2.

Il-priċipju tat-tħaddim: injezzjoni diretta/prekompartiment/kompartiment ta’ turbulenza (1)

3.3.2.3.

Il-pompa ta’ injezzjoni

3.3.2.3.1.

L-għamla/għamliet: …

3.3.2.3.2.

It-tip(i): …

3.3.2.3.3.

Il-provvista massima tal-fjuwil (1): … mm3//strowk jew ċiklu b’veloċità tal-pompa ta’: … min–1 jew, b’mod alternattiv, dijagramma tal-karatteristiċi: …

3.3.2.3.4.

Ħin tal-injezzjoni: …

3.3.2.3.5.

Il-kurva tal-avvanz tal-injezzjoni: …

3.3.2.3.6.

Proċedura ta’ kalibrazzjoni: bank tat-test/magna (1)

3.3.2.4.

Ir-regolatur tal-pompa (governor)

3.3.2.4.1.

Tip: …

3.3.2.4.2.

Għamla: …

3.3.2.4.3.

Punt tal-qtugħ

3.3.2.4.3.1.

Punt tal-qtugħ meta jkun mgħobbi: … min–1

3.3.2.4.3.2.

Punt tal-qtugħ meta ma jkunx mgħobbi: … min–1

3.3.2.4.4.

Veloċità massima mingħajr tagħbija: … min–1

3.3.2.4.5.

Veloċità bil-magna mhux ingranata: …

3.3.2.5.

Pajpijiet tal-injezzjoni

3.3.2.5.1.

Tul: … mm

3.3.2.5.2.

Dijametru Intern: … mm

3.3.2.6.

Injettatur(i)

3.3.2.6.1.

(valur dikjarat mill-manifattur) …

3.3.2.6.2.

It-tip(i): …

3.3.2.6.3.

Pressjoni tal-ftuħ: … kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi: …

3.3.2.7.

Sistema ta’ startjar kiesaħ

3.3.2.7.1.

L-għamla/għamliet: …

3.3.2.7.2.

It-tip(i): …

3.3.2.7.3.

Deskrizzjoni: …

3.3.2.8.

Unità ta’ kontroll elettroniku

3.3.2.8.1.

L-għamla/għamliet: …

3.3.2.8.2.

Deskrizzjoni tas-sistema: …

3.3.3.

B’injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bl-ispark plaggs biss): Iva/Le (1)

3.3.3.1.

Il-prinċipju tat-tħaddim: injezzjoni diretta fil-manifold tad-dħul (b’punt wieħed/b’diversi punti (1))/oħrajn (speċifika) (1): …

3.3.3.2.

L-għamla/għamliet: …

3.3.3.3.

It-tip(i): …

3.3.3.4.

Deskrizzjoni tas-sistema

3.3.3.4.1.

Tip jew numru tal-unità ta’ kontroll: …

3.3.3.4.2.

Tip tar-regolatur tal-fjuwil: …

3.3.3.4.3.

Tip tas-senser tal-fluss tal-arja: …

3.3.3.4.4.

Tip tad-distributur tal-fjuwil: …

3.3.3.4.5.

Tip tar-regolatur tal-pressjoni: …

3.3.3.4.6.

Tip tal-ħawsing tat-throttle: …

Fil-każ ta’ sistemi li mhumiex ta’ injezzjoni kontinwa agħti d-dettalji ekwivalenti.

3.3.3.5.

Injetturi: pressjoni tal-ftuħ: … kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi: …

3.3.3.6.

Ħin tal-injezzjoni: …

3.3.3.7.

Sistema ta’ startjar kiesaħ

3.3.3.7.1.

Il-prinċipju/i tat-tħaddim: …

3.3.3.7.2.

Il-limiti/is-settings tat-tħaddim (1): …

3.4.

Magni li jaħdmu bil-gass u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil

3.4.1.

Alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva: Iva/Le (1)

3.4.2.

Fil-każ ta’ magna mingħajr alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva: il-kompożizzjoni speċifika tal-gass/medda ta’ gassijiet li l-magna hija kkalibrata għalih(hom).

4.0.

Il-pompa ta’ alimentazzjoni

4.1.

Pressjoni: … kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi:

5.0.

Sistema elettrika

5.1.

Vultaġġ nominali: … V, ert pożittiv/negattiv (1)

5.2.

Ġeneratur

5.2.1.

Tip: …

5.2.2.

Output nominali: … VA

6.0.

Tqabbid

6.1.

L-għamla/għamliet: …

6.2.

It-tip(i): …

6.3.

Il-prinċipju tat-tħaddim: …

6.4.

Il-kurva tal-avvanz tat-tqabbid: …

6.5.

Il-ħin tat-tqabbid statiku: … gradi qabel TDC

6.6.

Apertura tal-punt ta’ kuntatt: … mm

6.7.

Angolu tal-għeluq: … gradi

7.0.

Sistema ta’ tkessiħ (likwidu/arja) (1)

7.1.

Is-setting nominali tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tat-temperatura tal-magna: …

7.2.

Likwidu

7.2.1.

In-natura tal-likwidu: …

7.2.2.

Pompa/i taċ-ċirkolazzjoni Iva/Le (1)

7.2.3.

Il-karatteristiċi: …

7.2.3.1.

L-għamla/għamliet: …

7.2.3.2.

It-tip(i): …

7.2.4.

Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni: …

7.2.5.

Deskrizzjoni tal-fann u tal-mekkaniżmu ta’ propulsjoni tiegħu: …

7.3.

Arja

7.3.1.

Blower: Iva/Le (1)

7.3.2.

Il-karatteristiċi: …, jew

7.3.2.1.

L-għamla/għamliet: …

7.3.2.2.

It-tip(i): …

7.3.3.

Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni: …

8.0.

Sistema ta’ aspirazzjoni

8.1.

Karikatur tal-pressjoni (pressure charger): Iva/Le (1)

8.1.1.

L-għamla/għamliet: …

8.1.2.

It-tip(i): …

8.1.3.

Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni tal-karga massima: …

kPa, l-iżbokk tar-rimi (wastegate) jekk applikabbli): …

8.2.

Intercooler: Iva/Le (1)

8.3.

Deskrizzjoni u tpinġijiet tal-pajpijiet tad-dħul u l-aċċessorji tagħhom (plenum chamber, apparat tat-tisħin, dħulijiet ta’ arja addizzjonali eċċ): …

8.3.1.

Deskrizzjoni tal-manifold tad-dħul (inkludi tpinġijiet u/jew ritratti): …

8.3.2.

Il-filtru tal-arja, tpinġijiet: , … jew

8.3.2.1.

L-għamla/għamliet: …

8.3.2.2.

It-tip(i): …

8.3.3.

Is-sajlenser tad-dħul, tpinġijiet: , … jew

8.3.3.1.

L-għamla/għamliet: …

8.3.3.2.

It-tip(i): …

9.0.

Is-sistema tal-egżost

9.1.

Deskrizzjoni u/jew tpinġija tal-manifold tal-egżost: …

9.2.

Deskrizzjoni u/jew tpinġija tas-sistema tal-egżost: …

9.3.

Kontrapressjoni tal-egżost massima permissibbli b’veloċita nominali tal-magna u b’tagħbija ta’ 100 fil-mija: … kPa

10.0.

L-erjas trasversali minimi tal-portijiet tad-dħul u tal-ħruġ: …

11.0.

Tajming tal-valvi jew dejta ekwivalenti

11.1.

Irfigħ massimu tal-valvi, angoli tal-ftuħ u tal-għeluq, jew dettalji tat-tajming tas-sistemi tad-distribuzzjoni alternattivi, meta mqabbla maċ-ċentri puntumurtu: …

11.2.

Meded ta’ referenza u/jew ta’ settings (1): …

12.0.

Il-miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja

12.1.

Apparati addizzjonali kontra t-tniġġis (jekk hemm, u jekk mhux koperti b’intestatura oħra)

12.2.

Konvertitur katalitiku: Iva/Le (1)

12.2.1.

Numru ta’ konvertituri katalitiċi u elementi: …

12.2.2.

Id-dimensjonijiet, il-forma u l-volum tal-konvertitur(i) katalitiku/katalitiċi: …

12.3.

Senser tal-ossiġnu: Iva/Le (1)

12.4.

Injezzjoni tal-arja: Iva/Le (1)

12.5.

Riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost: Iva/Le (1)

12.6.

Filtru tal-partikuli: Iva/Le (1)

12.6.1.

Id-dimensjonijiet, il-forma u l-kapaċità tal-filtru tal-partikuli: …

12.7.

Sistemi oħra (deskrizzjoni u tħaddim): …

13.0.

Is-sistema ta’ alimentazzjoni bl-LPG: Iva/Le (1)

13.1.

In-numru tal-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 67: …

13.2.

Unità ta’ kontroll elettronika tal-magna għall-alimentazzjoni bl-LPG: …

13.2.1.

L-għamla/għamliet: …

13.2.2.

It-tip(i): …

13.2.3.

Possibilitajiet ta’ aġġustament relatati mal-emissjonijiet: …

13.3.

Dokumentazzjoni oħra: …

13.3.1.

Deskrizzjoni tat-tħaris tal-katalist meta jkun hemm qlib minn petrol għal LPG jew bil-maqlub: …

13.3.2.

It-tqassim tas-sistema (konnessjonijiet elettriċi, pajpijiet ta’ kumpens tal-konnessjonijiet tal-vakwu, eċċ.): …

13.3.3.

It-tpinġija tas-simbolu: …

14.0.

Is-sistema ta’ alimentazzjoni bl-NG: Iva/Le (1)

14.1.

In-numru tal-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 110: …

14.2.

Unità ta’ kontroll elettronika tal-magna għall-alimentazzjoni bl-NG: …

14.2.1.

L-għamla/għamliet: …

14.2.2.

It-tip(i): …

14.2.3.

Possibilitajiet ta’ aġġustament relatati mal-emissjonijiet: …

14.3.

Dokumentazzjoni oħra: …

14.3.1.

Deskrizzjoni tat-tħaris tal-katalist mata jkun hemm qlib minn petrol għal NG jew bil-maqlub: …

14.3.2.

It-tqassim tas-sistema (konnessjonijiet elettriċi, pajpijiet ta’ kumpens tal-konnessjonijiet tal-vakwu, eċċ.): …

14.3.3.

It-tpinġija tas-simbolu: …

15.0.

It-temperaturi permessi mill-manifattur

15.1.

Sistema ta’ tkessiħ

15.1.1.

Tkessiħ b’likwidi

It-temperatura massima fil-ħruġ: … °C

15.1.2.

Tkessiħ bl-arja

15.1.2.1.

Punt ta’ referenza: …

15.1.2.2.

Temperatura massima fil-punt ta’ riferenza: … °C

15.2.

Temperatura massima tal-ħruġ tal-intercooler tad-dħul: … °C

15.3.

It-temperatura massima tal-egżost fil-punt fil-pajp(ijiet) tal-egżost maġenb il-flanġ(ijiet) ta’ barra tal-manifold tal-egżost: … °C

15.4.

It-temperatura tal-fjuwil

Minimu: … °C

Massimu: … °C

15.5.

It-temperatura tal-lubrikant

Minimu: … °C

Massimu: … °C

16.0.

Is-sistema ta’ lubrikazzjoni

16.1.

Deskrizzjoni tas-sistema

16.1.1.

Il-pożizzjoni tat-tank tal-lubrikant: …

16.1.2.

Sistema ta’ alimentazzjoni (permezz ta’ pompa/injezzjoni fid-dħul/taħlit mal-fjuwil eċċ) (1): …

16.2.

Il-pompa lubrikanti

16.2.1.

L-għamla/għamliet: …

16.2.2.

It-tip(i): …

16.3.

Taħlita mal-fjuwil

16.3.1.

Perċentwali: …

16.4.

Apparat li jkessaħ iż-żejt: Iva/Le (1)

16.4.1.

Tpinġija/tpinġijiet: …, jew

16.4.1.1.

L-għamla/għamliet: …

16.4.1.2.

It-tip(i): …

Tagħmir awżiljari ieħor bi propulsjoni mill-magna (skont il-punt 2.3.2. tal-Anness 5) (lista u deskrizzjoni qasira jekk neċessarja):

17.0.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-kundizzjonijiet tat-test (għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil biss)

17.1.

Spark plaggs

17.1.1.

Għamla: …

17.1.2.

It-tip: …

17.1.3.

Issettjar tal-ispark-gap…

17.2.

Kojl tal-ignixin

17.2.1.

Għamla: …

17.2.2.

It-tip: …

17.3.

Kondenser tal-ignixin

17.3.1.

Għamla: …

17.3.2.

It-tip: …

17.4.

Tagħmir ta’ trażżin ta’ radju-interferenza

17.4.1.

Għamla: …

17.4.2.

It-tip: …

17.5.

Fjuwil gassuż użat għat-test: Fuel ta’ referenza (2)/fjuwil ieħor (1)

17.5.1.

Jekk il-fjuwil gassuż użat għat-test huwa fjuwil ta’ referenza, tikketta ta’ dak il-gass: …

17.5.2.

Jekk il-fjuwil gassuż użat għat-test mhuwiex fjuwil ta’ referenza, il-komożizzjoni ta’ dak il-gass: …

(Id-Data, il-fajl)


(1)  Aqta’ barra fejn mhux applikabbli.

(2)  Kif speċifikat fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 2

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAS-SISTEMA TAL-MOTOTRAŻMISSJONI ELETTRIKA U INFORMAZZJONI DWAR IT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET

1.

Ġenerali

1.1.

Għamla:…

1.2.

It-tip:…

1.3.

Propulsjoni (1): Mutur wieħed/diversi muturi/(numru) …

1.4.

Arranġament tat-trażmissjoni: parallel/tranżassjali/ieħor, għandu jiġi ppreċiżat:…

1.5.

Vultaġġ tat-test: … V

1.6.

Rotazzjoni bażika tal-mutur: … min–1

1.7.

Il-veloċità massima tal-krankxaft tal-mutur: … min–1

(jew prestabbilit): … redjuser/outlet xaft tal-gerboks (2) … min–1

1.8.

Veloċità ta’ potenza massima (3) (speċifikata mill-manifattur): … min–1

1.9.

Potenza massima (speċifikata mill-manifattur): … kW

1.10.

Potenza massima ta’ 30 minuta (speċifikata mill-manifattur): … kW

1.11.

Medda flessibli (fejn P ≥ 90 fil-mija tal-potenza massima):

Veloċità fil-bidu tal-medda: … min–1

Veloċità fi tmiem tal-medda: … min–1

2.

Mutur

2.1.

Il-prinċipju tat-tħaddim

2.1.1.

Kurrent dirett (DC)/kurrent alternat (AC) (1), numru ta’ fażijiet: …

2.1.2.

self-starter/separat/serje/kompost (1)

2.1.3.

Sinkrinizzat/asinkronizzat (1)

2.1.4.

Rotor forma ta’ kojl/b’kalamiti permanenti/bil-hawsing (1)

2.1.5.

Numru ta’ poli tal-mutur: …

2.2.

Massa tal-inerzja: …

3.

Il-kontrollur tal-potenza

3.1.

Għamla: …

3.2.

It-tip: …

3.3.

Il-prinċipju tal-kontroll: Vektorjali/ċirkwit miftuħ/magħluq/ieħor, għandu jiġi speċifikat: …

3.4.

Il-kurrent effettiv massimu provdut lill-mutur (3): … A

matul …. sekondi

3.5.

Medda ta’ vultaġġ użat: … V sa … V

4.

Sistema ta’ tkessiħ:

 

Mutur, likwidu/arja (1)

 

Kontrollur, likwidu/arja (1)

4.1.

Il-karatteristiċi tat-tagħmir tat-tkessiħ b’likwidu:

4.1.1.

Natura tal-likwidu: … pompi taċ-ċirkolazzjoni: Iva/Le (1)

4.1.2.

Karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i) tal-pompa: …

4.1.3.

Termostat: setting: …

4.1.4.

Radjatur: tpinġija/tpinġijiet jew għamla/għamliet u tip(i): …

4.1.5.

Valv għar-rilaxx tal-pressjoni: setting tal-pressjoni: …

4.1.6.

Il-fann: karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i): …

4.1.7.

Kanal tal-fann: …

4.2.

Karatteristiċi tat-tagħmir ta’ tkessiħ bl-arja

4.2.1.

Blower: karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i): …

4.2.2.

Kanali tal-arja standard: …

4.2.3.

Sistema li tirregola t-temperatura: Iva/Le (1)

4.2.4.

Deskrizzjoni qasira: …

4.2.5.

Filtru tal-arja … għamla/għamliet … tip(i) …

4.3.

It-temperaturi ammessi mill-manifattur

4.3.1.

Il-ħruġ tal-mutur: (massimu) … °C

4.3.2.

Id-dħul tal-kontrollur: (massimu) … °C

4.3.3.

Fil-punt(i) ta’ referenza tal-mutur: (massimu) … °C

4.3.4.

Fil-punt(i) ta’ referenza tal-kontrollur: (massimu) … °C

5.

Il-kategorija tal-iżolanti: …

6.

Il-kodiċi tal-protezzjoni internazzjonali (IP): …

7.

Il-prinċipju tas-sistema ta’ lubrikazzjoni (1):

 

Berings: frizzjoni/bol

 

Lubrikant: griż/żejt

 

Siġill: Iva/Le

 

Ċirkolazzjoni: biha/mingħajra


(1)  Aqta’ dak li mhux applikabbli.

(2)  Ger ingranat.

(3)  Speċifika t-tolleranzi.


ANNESS 3A

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3B

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Mudell A

(Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament) Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq li tkun imwaħħla mas-sistema tal-mototrażmissjoni turi li t-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni kkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta, skont ir-Regolament Nru 85 u bin-numru ta’ approvazzjoni 002492. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 85 fil-forma oriġinali tiegħu.

Mudell B

(Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 85 u Nru 31 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 85 ma ġiex modifikat, u r-Regolament Nru 31 kien diġà jinkludi s-serje ta’ emendi 01.


(1)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 5

METODU BIEX TITKEJJEL IL-POTENZA NETTA TA’ MAGNA TA’ KOMBUSTJONI INTERNA

1.   DAWN ID-DISPOŻIZZJONIJIET JAPPLIKAW GĦALL-METODU BIEX TIĠI RAPPREŻENTATA L-KURVA TAL-POTENZA B’TAGĦBIJA SĦIĦA TA’ MAGNA TA’ KOMBUSTJONI INTERNA BĦALA FUNZJONI TA’ VELOĊITÀ TAL-MAGNA.

2.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

2.1.   Il-magna jrid ikun sarilha running-in skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

2.2.   Jekk il-kejl tal-potenza jista’ jsir biss fuq magna bil-gerboks immuntata, l-effiċjenza tal-gerboks trid tiġi kkunsidrata.

2.3.   Awżiljarji

2.3.1.   Awżiljarji li għandhom jiġu installati

Matul it-test, l-awżiljarji meħtieġa għat-tħaddim tal-magna fl-applikazzjoni maħsuba (kif elenkat fit-Tabella 1) għandhom jiġu installati fuq il-bank tat-test sakemm hu possibli fl-istess pożizzjoni bħal fl-applikazzjoni li tkun ser tintuża.

2.3.2.   Awżiljari li għandhom jitneħħew

Xi aċċessorji tal-vettura li huma bżonjużi biss għat-tħaddim tal-vettura u li jistgħu jiġu mmuntati fuq il-magna għandhom jitneħħew għat-test. Il-lista li ġejja, li mhijiex eżawrjenti, hija mogħtija biss bħala kampjun:

 

Kumpressur tal-arja għall-brejkijiet; kumpressur għall-power-steering; kumpressur għas-sospensjoni

 

Sistema ta’ kundizzjonament tal-arja

 

Meta xi aċċessorji ma jistgħux jitneħħew, il-potenza li jassorbu f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija tista’ tiġi ddeterminata u miżjuda mal-potenza mkejla tal-magna.

Tabella 1

Awżiljarji li għandhom jiġu installati għat-test sabiex tiġi ddeterminata l-potenza netta tal-magna

(“Apparat tal-produzzjoni standard” tfisser kull apparat provdut mill-manifattur għal applikazzjoni partikulari)


Nru

Awżiljarji

Installati għat-test tal-potenza netta

1.

Sistema ta’ aspirazzjoni

 

Manifold tad-dħul

Sistema ta’ kontroll ta’ emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

Filtru tal-arja

Sajlenser tad-dħul

Apparat li jillimita l-veloċità

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard (1)

2.

Apparat tat-tisħin bl-induzzjoni, tal-manifold tad-dħul

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard Jekk possibli, għandu jitqiegħed fl-iktar pożizzjoni favorevoli.

3.

Sistema tal-egżost

 

Purifikatur tal-egżost

Manifold tal-egżost

Apparat ta’ sovvrakarika

Pajpijiet ta’ konnessjoni (2)

Sajlenser (2)

Żbokk tal-egżost (2)

Brejk tal-egżost (1)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

4.

Pompa li tissupplixxi l-fjuwil (2)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

5.

Karburatur

 

Sistema ta’ kontroll elettroniku, miter tal-fluss tal-arja, eċċ... (jekk installat)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

Apparat li jnaqqas il-pressjoni

Evaporatur

Mikser

Tagħmir għal magni li jaħdmu bil-gass

6.

Tagħmir ta’ injezzjoni tal-fjuwil (petrol jew diżil)

 

Prefiltru

Filtru

Pompa

Pajp bi pressa qawwija

Injettur

Valv tal-aspirazzjoni tal-arja (3), jekk installat

Sistema ta’ kontroll elettroniku, miter tal-fluss tal-arja, eċċ... jekk installati

Regolatur/sistema ta’ kontroll. Sistema ta’ waqfien awtomatiku ta’ tagħbija sħiħa għat-tastiera ta’ kontrolli li tiddependi fuq kundizzjonijiet atmosferiċi

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

7.

Tagħmir għat-tkessiħ b’likwidi

 

Bonnit tal-magna

Ħruġ tal-arja mill-bonnit

Le

Fann tar-Radjatur (4)  (5)

Għata tal-fann

Pompa tal-ilma

Termostat (6)

Iva (4), tagħmir ta’ produzzjoni standard

8.

Tkessiħ bl-arja

 

Għata

Blower (4)  (5)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

Apparat li jirregola t-temperatura

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

9.

Tagħmir tal-elettriku

Iva (7), tagħmir ta’ produzzjoni standard

10.

Tagħmir ta’ sovvrakarika (jekk installat)

 

Kumpressur bi propulsjoni jew direttament mill-magna, u/jew mill-gassijiet tal-egżost

Apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati (8)

Pompa jew fann tas-sustanza li tkessaħ (bi propulsjoni mill-magna)

Apparati ta’ kontroll tal-fluss tas-sustanza li tkessaħ (jekk installat)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

11.

Fann awżiljarju tal-bank tat-test

Iva, jekk ikun meħtieġ

12.

Apparati kontra t-tniġġis (9)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

2.3.3.   Awżiljarji tat-tqabbid ta’ magna bi tqabbid bil-kompressjoni

Għall-awżiljarji użati għall-istartjat ta’ magni bi tqabbid bil-kompressjoni, iż-żewġ każijiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:

(a)

Startjar elettriku. Jiġi installat ġeneratur u jforni, fejn meħtieġ, l-awżiljarji essenzjali għat-tħaddim tal-magna;

(b)

Startjar permezz ta’ mezzi oħra li mhumiex elettriċi. Jekk hemm xi aċċessorji li jaħdmu bl-elettriku li huma essenzjali għat-tħaddim tal-magna li għalihom jiġi installat ġeneratur. Inkella, jitneħħa.

Fiż-żewġ każijiet, is-sistema għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija meħtieġa għall-istartjar hija installata u taħdem f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija.

2.4.   Kundizzjonijiet ta’ ssettjar

Il-kundizzjonijiet tal-issettjar għat-test biex tiġi ddeterminata l-potenza netta huma indikati fit-Tabella 2.

Tabella 2

Kundizzjonijiet ta’ ssettjar

1.

Issettjar tal-karburatur(i)

Skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tal-manifattur u użati mingħajr ebda bidla oħra għall-applikazzjoni partikolari.

2.

Issettjar tas-sistema tal-provvista tal-pompa ta’ injezzjoni

3.

Tajming tat-tqabbid jew tal-injezzjoni (kurva tat-tajming)

4.

Issettjar tar-regolatur

5.

Apparati għall-kontoll tal-emissjonijiet

3.   DEJTA LI TRID TIĠI RREĠISTRATA

3.1.

It-test tal-potenza netta għandu jikkonsisti fi tħaddim bil-valv tal-aċċelleratur miftuħ kollu għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u bis-setting tal-pompa tal-injezzjoni tal-fjuwil b’tagħbija sħiħa fissa għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni, u l-magna għandha tkun mgħammra kif speċifikat fit-Tabella 1.

3.2.

Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata hija dik indikata fil-paragrafu 4 tal-appendiċi ta’ dan l-anness. Id-dejta tal-prestazzjoni għandha tinkiseb f’kundizzjonijiet stabilizzati ta’ tħaddim b’forniment xieraq ta’ arja friska lill-magna. Il-kompartimenti ta’ kombustjoni jista’ jkun fihom depożiti, iżda fi kwantità limitata. Il-kundizzjonijiet tat-test, bħat-temperatura tal-arja tad-dħul, għandhom jintgħażlu kemm jista’ jkun qrib il-kundizzjonijiet ta’ referenza (ara l-para. 5.2 ta’ dan l-anness) biex jiġi minimizzat il-kobor tal-fattur ta’ korrezzjoni.

3.3.

It-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna (arja ambjentali) għandha titkejjel f’distanza sa 0,15 m ‘l fuq mill-punt tad-dħul tas-sisistema tat-tindif tal-arja, jew, jekk ma tintuża l-ebda sisistema tat-tindif tal-arja, f’distanza sa 0,15 m mill-ħorn tad-dħul tal-arja. It-termometru u t-termokoppja għandhom ikunu protetti mis-sħana ta’ radjazzjoni u mqegħda direttament fil-fluss tal-arja. Għandu jkun protett ukoll mill-fjuwil evaporizzat. Għandu jintuża ammont suffiċjenti ta’ postijiet sabiex tingħata medja rappreżentattiva tat-temperatura tad-dħul.

3.4.

Ebda dejta ma għandha tittieħed sakemm it-torque, il-veloċità, u t-temperatura ma jkunux miżmuma sostanzjalment kostanti għal mill-inqas minuta.

3.5.

Il-veloċità tal-magna waqt li titħaddem jew waqt il-qari m’għandhiex tiddevja mill-veloċità magħżula b’aktar minn ± 1 fil-mija jew ± 10 min–1, liema minnhom hi l-akbar.

3.6.

Id-dejta osservata dwar it-tagħbija fuq il-brejk, il-konsum tal-fjuwil u t-temperatura tal-arja tad-dħul għandha tittieħed simultanjament u għandha tkun il-medja ta’ żewġ valuri konsekuttivi stabilizzati li ma jvarjawx b’aktar minn 2 % għat-tagħbija fuq il-brejk u l-konsum tal-fjuwil.

3.7.

It-temperatura tas-sustanza li tkessaħ fil-ħruġ tal-magna għandha tinżamm fil-valur speċifikat mill-manifattur. Jekk l-ebda temperatura ma tiġi speċifikata mill-manifattur, it-temperatura għandha tkun ta’ 353 K ± 5 K. Għal magni mkessħin bl-arja, it-temperatura f’punt indikat mill-manifattur għandha tinżamm fi

Formula

tal-valur massimu indikat mill-manifattur fil-kundizzjonijiet ta’ referenza.

3.8.

It-temperatura tal-fjuwil għandha titkejjel fid-dħul tal-karburatur jew tas-sistema ta’ injezzjoni tal-fjuwil u għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-mamifattur tal-magna.

3.9.

It-temperatura taż-żejt lubrikanti mkejla fil-pompa taż-żejt jew fis-samp taż-żejt jew fil-ħruġ tal-apparat li jkessaħ iż-żejt, jekk dan ikun installat, għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur tal-magna.

3.10.

Jekk ikun meħtieġ, tista’ tintuża sistema awżiljarja ta’ regolazzjoni sabiex iżomm it-temperaturi fil-limiti speċifikati fil-paragrafi 3.7, 3.8 u 3.9 ta’ dan l-anness.

4.   PREĊIŻJONI TAL-KEJL

4.1.   Torque: ± 11 fil-mija tat-torque imkejjel.

Is-sistema tal-kejl tat-torque għandha tkun ikkalibrata b’mod li jitqies it-telf ikkaġunat mill-frizzjoni. Il-preċiżjoni fil-parti tan-nofs t’isfel tal-medda tal-kejl tal-bank tad-dinamometru tista’ tkun ± 2 fil-mija tat-torque imkejjel.

4.2.   “Veloċità tal-magna”: Il-kejl tal-veloċità għandu jkun preċiż sa ± 0,5 fil-mija. Il-veloċità tal-magna għandha titkejjel preferibbilment b’rev-counter sinkronizzat awtomatikament u bi kronometru (jew counter-timer).

4.3.   Konsum tal-fjuwil: ± 1 fil-mija tal-konsum imkejjel.

4.4.   Temperatura tal-fjuwil: ±2 K.

4.5.   Temperatura tal-temperatura tal-arja tad-dħul: ± 1 K.

4.6.   Pressjoni Barometrika: ± 100 Pa.

4.7.   Pressjoni fil-kanal tad-dħul: ± 50 Pa.

4.8.   Pressjoni fil-kanal tal-egżost: ± 200 Pa.

5.   FATTURI TA’ KORREZZJONI TAL-POTENZA

5.1.   Definizzjoni

Il-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza huwa l-koeffiċjent L li jintuża biex tiġi ddeterminata l-potenza tal-magna fil-kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza speċifikati fil-paragrafu 5.2 ta’ hawn taħt.

Fejn

Formula

Po hija l-potenza kkoreġuta (jiġifieri taħt il-kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza);

L huwa l-fattur ta’ korrezzjoni (La jew Ld)

P hija l-potenza mkejla (potenza tat-test)

5.2.   Kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza

5.2.1.   Temperatura (To): 298 K (25 °C)

5.2.2.   Pressjoni fin-niexef (Pso): 99 kPa

Nota: Il-pressjoni fin-niexef hija bbażata fuq pressjoni totali ta’ 100 kPa u pressjoni tal-fwar tal-ilma ta’ 1 kPa.

5.3.   Kundizzjonijiet atmosferiċi tat-test

Il-kundizzjonijiet atmosferiċi waqt it-test għandhom ikunu dawn li ġejjin:

5.3.1.   Temperatura (T)

Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs

288 K ≤ T ≤ 308 K

Għall-magni diżil

283 K ≤ T ≤ 313 K

5.3.2.   Pressjoni (Ps)

80 kPa ≤ Ps ≤ 110 kPa

5.4.   Determinazjoni tal-fatturi ta’ korrezzjoni αa u αd  (10)

5.4.1.   Il-fattur αa ta’ magni bi tqabbid bl-ispark plaggs, b’aspirazzjoni naturali jew sovvrakarikati

Il-fattur ta’ korrezzjoni αa jinkiseb billi tiġi applikata din il-formula:

Formula  (11)

Fejn

Ps hija l-pressjoni fin-niexef totali f’kilopascals (kPa); jiġifieri, il-pressjoni barometrika totali nieqes il-pressjoni tal-fwar tal-ilma

T hija t-temperatura assoluta f’Kelvins (K) tal-arja miġbuda mill-magna.

Kundizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa fil-laboratorju

Biex it-test ikun validu, il-fattur ta’ korrezzjoni αa irid ikun tali li 0,93 ≤ αa ≤ 1,07

Jekk dawn il-limiti jinqabżu, għandu jingħata l-valur ikkoreġut miksub u l-kundizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) għandhom jiġu indikati b’mod preċiż fir-rapport tat-test.

5.4.2.   Magni diżil - Fattur αd

Il-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza (αd) għal magni diżil b’rata ta’ fjuwil kostanti jinkiseb billi tiġi applikata din il-formula:

αd = (fa) fm fejn:

fa huwa l-fattur atmosferiku

fm huwa l-parametru karatteristiku għal kull tip ta’ magna u aġġustament.

5.4.2.1.   Fattur atmosferiku fa

Dan il-fattur jindika l-effetti tal-kundizzjonijiet ambjentali (pressjoni, temperatura u umdità) fuq l-arja miġbuda mill-magna. Il-formula tal-fattur atmosferiku tinbidel skont it-tip tal-magna.

5.4.2.1.1.   Magni b’aspirazzjoni naturali u sovvrakarikati b’mod mekkaniku.

Formula

5.4.2.1.2.   Magni turbokarikati kemm jekk għandhom u kemm jekk m’għandhomx sistema ta’ tkessiħ tal-arja tad-dħul

Formula

5.4.2.2.   Fattur tal-magna fm

fm huwa funzjoni ta’ qc (il-fluss tal-fjuwil ikkoreġut) kif ġej:

fm = 0,036 qc – 1,14

Fejn: qc = q/r

Fejn:

q huwa l-fluss tal-fjuwil f’milligramm għal kull ċiklu għal kull litru ta’ ċilindrata totali (mg/(1.ċiklu))

r huwa l-proporzjoni tal-pressjoni fil-ħruġ tal-kumpressur u l-pressjoni fid-dħul tiegħu (r = 1 għal magni b’aspirazzjoni naturali)

Din il-formula hija valida għall-intervall ta’ valuri ta’ qc inkluż bejn 40 mg/(l.ċiklu) u 65 mg/(l.ċiklu).

Għal valuri ta’ qc ta’ inqas minn 40 mg/(l.ċiklu), għandu jittieħed valur kostanti ta’ fm li jkun ekwivalenti għal 0,3 (fm = 0,3).

Għal valuri ta’ qc ta’ aktar minn 65 mg/(l.ċiklu), għandu jittieħed valur kostanti ta’ fm li jkun ekwivalenti għal 1,2 (fm = 1,2) (ara l-figura):

Image

5.4.2.3.   Kundizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa fil-laboratorju

Biex it-test ikun validu; il-fattur ta’ korrezzjoni αd irid ikun tali li 0,9 ≤ αd ≤ 1,1

Jekk dawn il-limiti jinqabżu, għandu jingħata l-valur ikkoreġut miksub u l-kundizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) għandhom jiġu indikati b’mod preċiż fir-rapport tat-test.


(1)  

(la)

Is-sistema sħiħa ta’ aspirazzjoni għandha tiġi installata kif indikat għall-applikazzjoni li tkun ser issir:

Jekk ikun hemm riskju ta’ xi effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna;

Fil-każ ta’ magni żewġ strowks u bi tqabbid bl-ispark plagg;

Meta l-manifattur jitlob li dan isir.

Fil-każijiet l-oħra, tista’ tintuża sistema ekwivalenti u għandu jsir kontroll biex jiġi żgurat li l-pressjoni tad-dħul ma tvarjax b’iktar minn 100 Pa mil-limitu speċifikat mill-manifattur għal filtru tal-arja nadif.

(2)  

(1b)

Is-sistema sħiħa tal-egżost għandha tiġi installata kif indikat għall-applikazzjoni li tkun ser issir:

Jekk ikun hemm riskju ta’ xi effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna;

Fil-każ ta’ magni żewġ strowks u bi tqabbid bl-ispark plagg;

Meta l-manifattur jitlob li dan isir.

Fil-każijiet l-oħra, sistema ekwivalenti tista’ tiġi installata sakemm il-pressjoni mkejla fil-ħruġ tas-sistema tal-egżost tal-magna ma tvarjax b’iktar minn 1 000 Pa minn dik indikata mill-manifattur.

Il-ħruġ mis-sistema tal-egżost tal-magna huwa definit bħala punt 150 mm ‘l isfel mit-tmiem tal-parti tas-sistema tal-egżost immuntata fuq il-magna.

(1)  Jekk brejk tal-egżost jiġi inkorporat fil-magna, il-valv tal-aċċelleratur għandu jiġi ffissat fil-pożizzjoni miftuħa għalkollox.

(2)  Il-pressjoni tal-alimentazzjoni tal-fjuwil tista’ tiġi aġġustata, jekk ikun meħtieġ, sabiex tirriproduċi l-pressjonijiet eżistenti fl-applikazzjoni partikolari tal-magna (speċjalment meta tintuża sistema ta’ ritorn tal-fjuwil).

(3)  Il-valv tad-dħul tal-arja huwa valv ta’ kontroll għar-regolatur pnewmatiku tal-pompa ta’ injezzjoni. Ir-regolatur tat-tagħmir tal-injezzjoni tal-fjuwil jista’ jkollu apparati oħra li jaffettwaw l-ammont ta’ fjuwil injettat.

(4)  Ir-radjatur, il-fann, l-għata tal-fann, il-pompa tal-ilma u t-termostat għandhom jitqiegħdu fuq il-bank tat-test fl-istess pożizzjonijiet relattivi bħal fuq il-vettura. Iċ-ċirkolazzjoni tal-likwidu li jkessaħ għandha titħaddem mill-pompa tal-ilma tal-magna biss.

It-tkessiħ tal-likwidu jista’ jsir jew mir-radjatur tal-magna inkella b’ċirkwit fuq barra, sakemm it-telf ta’ pressjoni ta’ dan iċ-ċirkwit u l-pressjoni fid-dħul tal-pompa jibqgħu sostanzjalment l-istess bħal dawk tas-sistema ta’ tkessiħ tal-magna. Il-parti li tagħlaq ir-radjatur, jekk inkorporata, trid tkun miftuħa.

Jekk il-fann, ir-radjatur u sistema tal-għata tal-fann ma jistgħux jiġu installati b’mod konvenjenti fuq il-magna, il-potenza meħuda mill-fann meta jkun immuntat separatament fil-pożizzjoni tajba tiegħu fir-rigward tar-radjatur u tal-għata tal-fann (jekk użat), trid tiġi ddeterminata abbażi tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità tal-magna użata għall-kejl tal-potenza tal-magna permezz ta’ kalkoli li jużaw karatteristiċi standard jew permezz ta’ testijiet prattiċi. Din il-potenza, ikkoreġuta skont il-kundizzjonijiet atmosferiċi standard (293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa), għandha titnaqqas mill-potenza kkoreġuta.

(5)  Meta fann jew blower li jista’ jiġi skonnettjat jew li jkun progressiv ikun parti mis-sistema, it-test għandu jsir bil-fann (jew blower) li jista’ jiġi skonnettjat maqlugħ jew bil-fann jew blower progressiv li jkun qed jaħdem b’potenza massima.

(6)  It-termostat jista’ jkun miftuħ għalkollox.

(7)  Il-potenza minima tal-ġeneratur: il-potenza tal-ġeneratur għandha tkun limitata għal dik meħtieġa biex jitħaddmu l-aċċessorji li huma indispensabbli għat-tħaddim tal-magna. Jekk tinħtieġ konnessjoni ma’ batterija, għandha tintuża batterija kompletament iċċarġjata u fi stat tajjeb.

(8)  Magni kkargati mkessħa bl-arja għandhom jiġu ttestjati b’sistema ta’ tkessiħ tal-arja tal-karga, kemm jekk imkessħa b’likwidu jew bl-arja, iżda jekk il-manifattur tal-magna jippreferi hekk, tista’ tintuża sistema ta’ bank ta’ test minflok is-sistema ta’ tkessiħ bl-arja. Fiż-żewġ każijiet, il-kejl tal-potenza f’kull veloċità jrid isir bl-istess tnaqqis fil-pressjoni u fit-temperatura tal-arja tal-magna li tgħaddi minn ġol-apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati fuq is-sistema tal-bank tat-test bħal dawk indikati mill-manifattur għas-sistema fuq il-vettura sħiħa.

(9)  Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, sistema EGR, konvertitur katalitiku, reattur termali, sistema sekondarja li tforni l-arja u sistema kontra l-evaporazzjoni tal-fjuwil.

(10)  It-testijiet jistgħu jsiru fi kmamar tat-test b’arja kundizzjonata fejn il-kundizzjonijiet atmosferiċi jistgħu jiġu kkontrollati.

(11)  Fil-każ ta’ magni mgħammra b’kontroll awtomatiku tat-temperatura tal-arja, jekk l-apparat hu tat-tip li meta jkun b’tagħbija sħiħa u b’temperatura ta’ 25 °C ma tiżdied l-ebda arja msaħħna, it-test isir bl-apparat kompletament magħluq. Jekk l-apparat ikun għadu qiegħed jaħdem b’temperatura ta’ 25 °C it-test isir bl-apparat jaħdem normali u l-esponent tat-terminu tat-temperatura fil-fattur ta’ korrezzjoni għandu jittieħed bħala żero (l-ebda korrezzjoni tat-temperatura).

Appendiċi

Riżultati tat-testijiet għall-kejl tal-potenza netta tal-magna

Din il-formula għandha timtela mill-laboratorju li jagħmel it-test.

1.   Kundizzjonijiet tat-test

1.1.

Pressjonijiet imkejla b’potenza massima

1.1.1.

Pressjoni barometrika totali: … Pa

1.1.2.

Pressjoni tal-fwar tal-ilma: … Pa

1.1.3.

Pressjoni tal-egżost: … Pa

1.2.

Temperaturi mkejla b’potenza massima

1.2.1.

Tal-arja tad-dħul: … K

1.2.2.

Fil-ħruġ tal-intercooler tal-magna: … K

1.2.3.

Tal-likwidu li jkessaħ

1.2.3.1.

Fil-ħruġ tal-fluwidu li jkessaħ tal-magna: … K (1)

1.2.3.2.

Fil-punt ta’ referenza fil-każ tat-tkessiħ bl-arja: … K (1)

1.2.4.

Taż-żejt lubrikanti: … K (indika l-punt tal-kejl)

1.2.5.

Tal-fjuwil:

1.2.5.1.

Fid-dħul tal-pompa tal-fjuwil: … K

1.2.5.2.

Fl-apparat li jkejjel il-konsum tal-fjuwil: … K

1.2.6.

Fil-punt fil-pajp(ijiet) tal-egżost maġenb il-flanġ(ijiet) ta’ barra tal-manifold(s) tal-egżost

1.3.

Veloċità tal-magna mhux ingranata: … min–1

1.4.

Karatteristiċi tad-dinamometru:

1.4.1.

Għamla: … Mudell: …

1.4.2.

It-tip:…

1.5.

Karatteristiċi tal-opaċimetru:

1.5.1.

Għamla: …

1.5.2.

It-tip: …

2.   Fjuwil

2.1.

Għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bi fjuwil likwidu

2.1.1.

Għamla: …

2.1.2.

Speċifikazzjoni: …

2.1.3.

Addittiv kontra l-ippinkjar (ċomb, eċċ): …

2.1.3.1.

It-tip: …

2.1.3.2.

Kontenut: … mg/1

2.1.4.

Numrun tal-ottan RON: … (ASTM D 26 99-70)

2.1.4.1.

Nru MON: …

2.1.4.2.

Densità speċifika: … g/cm3 f’temperatura ta’ 288 K

2.1.4.3.

Il-valur kalorifiku baxx: … kJ/kg

 

Veloċità tal-magna (min–1)

Fluss nominali G (litri/sekonda)

Valuri limitu ta’ assorbiment (m–1)

Valuri mkejla ta’ assorbiment (m–1)

1.

 

 

 

 

2.

 

 

 

 

3.

 

 

 

 

4.

 

 

 

 

5.

 

 

 

 

6.

 

 

 

 

Il-potenza massima netta: … kW bi … min–1

Torque massimu nett: … Nm bi … min–1

2.2.

Għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jaħdmu bil-fjuwil gassuż

2.2.1.

Għamla: …

2.2.2.

Speċifikazzjoni: …

2.2.3.

Pressjoni tal-ħżin: … bar

2.2.4.

Pressjoni tal-utilizzazzjoni: … bar

2.2.5.

Il-valur kalorifiku baxx: … kJ/kg

2.3.

Għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni li jaħdmu bil-fjuwil gassuż

2.3.1.

Sistema ta’ alimentazzjoni: … gass

2.3.2.

Speċifikazzjoni tal-gass użat: …

2.3.3.

Proporzjon ta’ fjuwil żejt/gass …

2.3.4.

Il-valur kalorifiku baxx: …

2.4.

Għal magni bi startjar bil-kompressjoni u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jaħdmu bil-fjuwil tad-diżil

2.4.1.

Għamla: …

2.4.2.

Speċifikazzjoni tal-fjuwil użat: …

2.4.3.

Numru taċ-ċetan (ASTM D 976-71) …

2.4.4.

Densità speċifika: … g/cm3 f’temperatura ta’ 288 K

2.4.5.

Il-valur kalorifiku baxx: … kJ/kg

3.   Lubrikant

3.1.

Għamla: …

3.2.

Speċifikazzjoni: …

3.3.

Viskożità SAE: …

4.   Riżultati dettaljati tal-kejl (2)

Veloċità tal-magna, min–1

 

 

Torque imkejjel, Nm

 

 

Potenza mkejla, kW

 

 

Fluss tal-fjuwil imkejjel, g/h

 

 

Pressjoni barometrika, kPa

 

 

Pressjoni tal-fwar tal-ilma, kPa

 

 

Temperatura tal-arja tad-dħul, K

 

 

Potenza li trid tiżdied għal Nru 1

awżiljarji aktar minn Nru 2

tat-Tabella iktar ’il fuq, kW Nru 3

 

 

Fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza

 

 

Forza tal-ibbrejkjar ikkoreġuta, Kw (bil-/mingħajr (3) fann)

 

 

Potenza tal-fann, kW (li trid titnaqqsas jekk il-fann mhuwiex installat)

 

 

Potenza netta, kW

 

 

Torque nett, Nm

 

 

Konsum tal-fjuwil speċifiku kkoreġut g/(kWh) (4)

 

 

Temperatura tal-likwidu li jkessaħ fil-ħruġ, K

 

 

Temperatura taż-żejt lubrikanti fil-punt tal-kejl, K

 

 

Temperatura tal-arja wara l-karikatur tal-pressjoni, K (5)

 

 

Temperatura tal-fjuwil fid-dħul tal-pompa ta’ injezzjoni, K

 

 

Temperatura tal-arja wara l-apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati, K (5)

 

 

Pressjoni wara l-karikatur tal-pressjoni, kPa (5)

 

 

Pressjoni wara l-apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati, kPa

 

 


(1)  Aqta’ barra kif xieraq.

(2)  Il-kurvi karatteristiċi tal-potenza netta u t-torque nett għandhom jitpinġew