ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 320

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
6 ta' Novembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/762/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom (notifikata bid-dokument C(2014) 7489)  ( 1 )

1

 

 

2014/763/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene (notifikata bid-dokument C(2014) 7735)  ( 1 )

46

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

6.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/1


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Ottubru 2014

li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom

(notifikata bid-dokument C(2014) 7489)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/762/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-objettiv ġenerali tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (il-“Mekkaniżmu tal-Unjoni”) huwa dak li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u li jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex tittejjeb l-effikaċja tas-sistemi għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.

(2)

Hekk kif id-diżastri jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin, iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenzaa (ERCC) stabbilit bl-Artikolu 7 tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE għandu jiżgura f'kull ħin li jkun hemm kuntatt mill-qrib mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri.

(3)

Is-Sistema Komuni ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni ta' Emerġenza (CECIS) hija element essenzali tal-mekkaniżmu tal-Unjoni għaliex għandha tiggarantixxi l-awtentiċità, l-integrita' u l-kunfidenzalità tal-informazzjoni skambjata bejn l-Istati Membri f'kundizzjonijiet ta' rutina kif ukoll f'emerġenzi. Għandha tinħoloq verżjoni separata tas-CECIS li tipprovdi aċċess għas-segretarjati tal-konvenzjonijiet reġjonali tal-baħar u pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar reġjonali mal-Unjoni fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tar-reazzjoni għal inċidenti ta' tniġġis tal-baħar.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja operazzjonali, għandhom jiġu identifikati rekwiżiti minimi għall-moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni kif ukoll esperti skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, kif ukoll għar-rekwiżiti operattivi tagħhom, il-funzjonament, u l-interoperabbiltà, kif previst fl- Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. B'mod partikolari, il-moduli għandhom ikunu kapaċi jiffunzjonaw b'mod awtosuffiċjenti għal perjodu partikolari ta' żmien, ikunu jistgħu jiġu skjerati malajr, kif ukoll ikunu interoperabbli. Sabiex tittejjeb l-interoperabbiltà tal-moduli, huma meħtieġa miżuri fuq il-livelli tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

(5)

L-għanijiet ta' kapaċità għall-Kapaċità Ewropea għar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza (EERC) għandhom jiġu definiti u rieżaminati b'mod regolari sabiex ikollhom numru suffiċjenti tat-tipi kollha meħtieġa ta' moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti disponibbli biex jiġu skerati skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Ir-rekwiżiti ta' kwalità u ta' interoperabbiltà għandhom jiġu definiti u rieżaminati b'mod regolari sabiex jiġi jiżgurat livell uniformi minimu ta' kwalità u interoperabbiltà tal-kapaċitajiet kollha parteċipanti fl-EERC.

(6)

Proċedura ta' ċertifikazzjoni u ta' reġistrazzjoni, inklużi elementi ta' awtoevalwazzjoni, għandhom jiġu definiti sabiex jiġi kkonfermat li l-kapaċitajiet fil-konsorzju volontarju jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha neċessarji u, fejn meħtieġ, jibbenefikaw minn kofinanzjament limitat tal-Unjoni ta' “spejjeż ta' adattament”. Din il-proċedura u ċertifikazzjoni ta' reġistrazzjoni għandha, barra minn hekk, tiżgura li jkun hemm bilanċ ġeografiku adegwat tal-kapaċitajiet skont fejn ikunu r-riskji, u tqis il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha interessati.

(7)

L-identifikazzjoni ta' lakuni possibbli fil-kapaċità ta' reazzjoni tal-EERC għandha tippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiddeterminaw flimkien fejn ma jkunx hemm disponibbli kapaċitajiet adegwati ġewwa jew barra l-konsorzju volontarju. L-Istati Membri li jindirizzawhom individwalment jew permezz ta' korsorzji għandhom jibbenefikaw minn kofinanzjament limitat tal-Unjoni, sakemm dan ikun kosteffettiv u kkonfermat minn valutazzjonijiet tar-riskju.

(8)

Sabiex jiġi żviluppat il-funzjonament tal-EERC, ammonti limitati ta' kofinanzjament mill-Unjoni permezz ta' kuntratti qafas, ftehimiet qafas ta' sħubija jew arranġamenti simili għandhom ikunu ta' appoġġ għall-aċċess tal-Istati Membri għal kapaċitajiet addizzjonali biex jiġu indirizzati nuqqasijiet temporanji f'każ ta' diżastri straordinarji, jiġifieri diżastri ta' natura u daqs li jmorru lil hinn minn dak li wieħed b'mod raġjonevoli jkun qed jistenna u jħejji għalihom. Dawn il-kapaċitajiet għandhom jiġu inklużi fil-konsorzju volontarju għal missjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

(9)

Il-programm ta' taħriġ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għadu jirrappreżenta element essenzjali għall-istat ta' tħejjija tal-persunal tal-protezzjoni ċivili u l-ġestjoni tad-diżastri użati fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. F'konformità mal-ambitu ddefinit fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, għandu jkopri l-fażijiet ta' prevenzjoni, it-tħejjija, u r-reazzjoni.

(10)

Il-programm ta' eżerċizzju tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jkompli r-rwol essenzjali tiegħu għat-tħejjija prattika ta' missjonijiet li jkunu jinvolvu l-Mekkaniżmu tal-Unjoni u l-kondiviżjoni ta' tagħlimiet meħuda mill-azzjonijiet tal-protezzjoni ċivili mwettqa fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Il-programm ta' eżerċizzju għandu jkun iggwidat minn qafas strateġiku, li jistabbilixxi l-objettivi u r-rwoli tal-eżerċizzji skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, kif ukoll permezz ta' prijoritajiet speċifiċi inklużi fil-programmi ta' ħidma annwali.

(11)

Għandu jiġi stabbilit approċċ sistematiku, iffukat u koerenti għall-ġbir, l-analiżi, it-tixrid u l-implimentazzjoni tat-tagħlimiet miksuba, li jkopri ċ-ċiklu sħiħ tal-ġestjoni tad-diżastri.

(12)

Fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, huwa importanti li jkun hemm proċeduri operazzjonali ċari għar-reazzjoni għad-diżastri skont il-Mekkaniżmu sabiex jiġi żgurat li tingħata għajnuna effiċjenti f'każ ta' diżastri, inkluż lill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti identifikati skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(13)

Sabiex jintlaħaq il-massimu ta' effettività u effiċjenza tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, it-talbiet kollha għall-assistenza, u l-offerti tagħha, għandhom ikunu speċifiċi kemm jista' jkun, u jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa.

(14)

Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva tal-assistenza, l-ERCC għandha tikkondividi l-valutazzjoni tagħha tal-bżonnijiet kritiċi u r-rakkomandazzjonijiet tagħha għal missjonijiet mill-konsorzju volontarju mal-Istati Membri kollha u tiżviluppa pjanijiet adegwati ta' missjonijiet għal kull talba għall-assistenza. L-għażla ta' kapaċitajiet minn fost il-konsorzju volontarju għandha tkun ibbażata fuq kriterji speċifiċi u oġġettivi, li l-prijorità tagħhom tkun evalwata fid-dawl tal-ħtiġijiet operattivi attwali.

(15)

Sabiex jitjiebu, fejn xieraq, il-ħinijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti miftiehma minn qabel għall-iskjerament tal-kapaċitajiet tagħhom reġistrati fil-konsorzju volontarju.

(16)

Id-disponibbiltà ta' esperti tekniċi, ta' valutazzjoni, u ta' koordinazzjoni, inkluż il-kapijiet ta' skwadra, tirrappreżenta element importanti tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Għandhom jiġu stabbiliti l-kompiti u l-funzjonijiet tal-esperti u l-proċedura biex jiġu skjerati.

(17)

L-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali għall-provvista ta' appoġġ ta' trasport f'każ ta' diżastru sabiex tiġi ffaċilitata reazzjoni malajr u effettiva bl-għajnuna tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli u l-proċeduri dwar it-talbiet magħmula mill-Istati parteċipanti biex jiksbu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni sabiex jittrasportaw l-assistenza lill-pajjiż effettwat u t-trattament ta' dawn it-talbiet mill-Kummissjoni.

(18)

Għal raġunijiet ta' trasparenza, koerenza u effettività, jeħtieġ lil tiġi stabbilita l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fit-talbiet għall-appoġġ tat-trasport u t-tweġibiet relatati mill-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(19)

Fejn tista' tiġi pprovduta assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jitlobu jew għotja jew inkella servizz ta' trasport.

(20)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom (2) 2007/606/KE, Euratom (3) għandhom jitħassru.

(21)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Protezzjoni Ċivili,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, fir-rigward ta':

(a)

l-interazzjoni taċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza (“ERCC”) mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri;

(b)

Il-komponenti tas-Sistema Komuni ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni f'każ ta' Emerġenza (“CECIS”) kif ukoll l-organizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz taċ-CECIS;

(c)

l-identifikazzjoni ta' moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u ta' esperti, kif ukoll ir-rekwiżiti operazzjonali għall-funzjonament u l-interoperabbiltà tal-moduli, inklużi l-kompiti, il-kapaċitajiet, il-komponenti ewlenin, l-awtosuffiċjenza u l-iskjerament;

(d)

il-miri tal-kapaċità, ir-rekwiżiti rigward kwalità u l-interoperabbiltà u l-proċedura ta' ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-EERC, inkluż l-arranġamenti finanzjarji;

(e)

l-identifikazzjoni u t-tnaqqis tal-lakuni fl-EERC;

(f)

l-organizzazzjoni ta' programm ta' taħriġ, qafas ta' eżerċizzju u programm tat-tagħlimiet meħuda;

(g)

il-proċeduri operazzjonali għar-reazzjoni għad-diżastri kemm fi ħdan kif ukoll 'il barra mill-Unjoni, inkluża l-identifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;

(h)

il-proċess għall-istazzjonar ta' skwadri ta' esperti;

(i)

u l-organizzazzjoni tal-appoġġ għat-trasport ta' assistenza.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“min jagħmel it-talba għall-għajnuna” tfisser l-Istat Membru jew pajjiż terz milqut minn diżastru jew diżastru imminenti jew li qed jistenna li jiġi affettwat minn diżastru imminenti, kif ukoll in-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn kif speċifikat fl-Anness VII;

(2)

“assistenza ta' protezzjoni ċivili” tfisser skwadri, esperti jew moduli intiżi għall-protezzjoni ċivili, bit-tagħmir tagħhom, kif ukoll materjal jew provvisti ta' għajnuna meħtieġa biex jittaffew il-konsegwenzi ta' diżastru;

(3)

“kapaċitajiet ta' riserva” tfisser il-kapaċitajiet ta' reazzjoni għad-diżastri, id-disponibilità u l-aċċess rapidu, li huma kofinanzjati skont l- Artikolu 21(2)(d) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE;

(4)

“skwadri ta' intervent” tfisser ir-riżorsi umani u materjali inkluż il-moduli, stabbiliti minn Stat Membru wieħed jew aktar għall-interventi ta' protezzjoni ċivili;

(5)

“skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ” tfisser ir-riżorsi umani u materjali stabbiliti minn Stat Membru wieħed jew aktar biex iwettqu kompiti ta' appoġġ, kif imsemmi fl-Anness II.

KAPITOLU 2

IĊ-ĊENTRU TA' KOORDINAZZJONI TAR-REAZZJONI F'KAŻ TA' EMERĠENZA (ERCC)

Artikolu 3

L-interazzjoni tal-ERCC mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina punt ta' kuntatt nazzjonali għall-ERCC li jkun disponibbli 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. In-nomina għandha ssir bl-użu tal-formula tal-pajjiż kif stabbilit fl-Anness I.

2.   L-ERCC iżomm kuntatt mill-qrib mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri sabiex iwettqu d-dmirijiet regolari tagħhom u l-operazzjonijiet ta' reazzjoni stipulati f'din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

KAPITOLU 3

SISTEMA KOMUNI TA' KOMUNIKAZZJONI U INFORMAZZJONI F'KAŻ TA' EMERĠENZA (CECIS)

Artikolu 4

Saffi ta' CECIS

Iċ-CECIS jinkludi t-tliet komponenti li ġejjin:

(a)

saff tan-netwerk, li jgħaqqad l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri u l-ERCC;

(b)

saff ta' applikazzjoni, li jikkonsisti minn dejtabejżis u min sistemi oħra ta' informazzjoni neċessarji għall-funzjonament tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u b'mod partikolari dawk meħtieġa:

(i)

għall-komunikazzjoni tan-notifikazzjonijiet,

(ii)

biex tiġi żgurata komunikazzjoni u tixrid ta' informazzjoni bejn l-ERCC u l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt,

(iii)

għat-tixrid ta' tagħlimiet meħuda mill-interventi;

(c)

saff ta' sigurta, li jikkonsisti minn grupp ta' sistemi, regoli u proċeduri necessarji biex jiżguraw l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzalità tad-dejta merfugħa fiċ-CECIS u skambjata permezz tagħha.

Artikolu 5

Sigurtà tal-informazzjoni

1.   Iċ-CECIS ikollu l-kapaċità li jimmaniġġa dokumenti, dejtabejżis u sistemi ta' informazzjoni b'mod sikur permezz tas-Servizzi Trans-Ewropej sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (sTESTA) jew xi netwerk bħalu.

2.   Id-dokumenti u l-informazzjoni klassifikata bħala “EU CONFIDENTIAL” jew ogħla, tiġi trasmessa skont arranġamenti speċjali bejn l-oriġinatur u r-reċipjent(i) kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (4).

Artikolu 6

Informazzjoni u aġġornament

1.   L-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni xierqa billi jużaw il-formula tal-pajjiż li tinsab fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar il-punti ta' kuntatt u, fejn ikun meħtieġ, dwar servizzi oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' diżastri naturali, teknoloġiċi u radjoloġiċi jew ma aċċidenti ambjentali, inkluż tniġġis aċċidentali tal-baħar.

3.   L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar xi tibdil fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Id-dejtabejż taċ-CECIS ikun fih taqsima partikolari b'informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni u d-disponibbiltà ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni fl-EERC. Il-Kummissjoni tiżgura aċċess kontinwu għall-punti ta' kuntatt nazzjonali tal-protezzjoni ċivili.

5.   L-Istati Membri jiżguraw li t-taqsima nnominata fid-dejtabejż taċ-CECIS tkun dejjem aġġornata fir-rigward tal-istat ta' disponibbiltà u tad-dejta fattwali neċessarja kollha dwar il-karatteristiċi relevanti tal-kapaċitajiet kollha ta' reazzjoni rreġistrati fl-EERC.

6.   Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess ta' qari biss fiċ-CECIS lill-awtoritajiet nazzjonali relevanti.

Artikolu 7

Grupp tal-utenti taċ-CECIS

Grupp ta' utenti li jikkonsisti minn rappreżentanti nominati mill-Istati Membri jassisti lill-Kummissjoni fil-validazzjoni, l-ittestjar, u l-iżvilupp ulterjuri taċ-CECIS.

Artikolu 8

Implimentazzjoni u żvilupp ulterjuri

1.   Il-Kummissjoni tiġġestixxi u tkompli tiżviluppa ċ-CECIS, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri jimplimentaw l-ambjent ta' teknoloġija tal-informazzjoni xierqa taċ-CECIS fit-territorju tagħhom f'konformità mal-impenji magħmula bl-użu tal-formola tal-pajjiż li tinsab fl-Anness I.

Artikolu 9

CECIS għat-tniġġis tal-baħar

1.   Il-Kummissjoni tiżgura li applikazzjoni CECIS speċjalizzata aċċessibbli għall-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima permezz tal-Internet tkun disponibbli għal tniġġis tal-baħar biex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet tar-reazzjoni għal inċidenti marittimi.

2.   L-applikazzjoni, permezz tal-Internet, tkun miftuħa wkoll għal pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar reġjonali mal-Unjoni. L-aċċess jista' jingħata wkoll fuq bażi ad hoc lis-segretarjati tal-konvenzjonijiet tal-baħar reġjonali relevanti.

KAPITOLU 4

MODULI, ASSISTENZA TEKNIKA U SKWADRI TA' ASSISTENZA TEKNIKA U APPOĠĠ, KAPAĊITAJIET OĦRA TA' REAZZJONI U ESPERTI

Artikolu 10

Reġistrazzjoni ta' moduli, skwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti

1.   L-Istati Membri jirreġistraw il-moduli, l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ tagħhom, xi kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni kif ukoll l-esperti identifikati skont l-Artikolu 9(6) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE fid-dejtabejż taċ-CECIS.

2.   Il-moduli, l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u l-esperti impenjati minn qabel fl-EERC jibqgħu reġistrati fit-taqsima apposta tad-dejtabejż taċ-CECIS.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi aġġornata skont kif ikun meħtieġ.

Artikolu 11

Għamla ta' moduli, skwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti

1.   Il-moduli kif ukoll l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ jistgħu jkunu magħmula minn riżorsi pprovduti minn Stat Membru wieħed jew aktar.

2.   Meta modulu jew skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ ikunu magħmula minn aktar minn element wieħed, l-iskjerament ta' dak il-modulu jew skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ f'intervent jista' jkun limitat għall-elementi neċessarji għal dak l-intervent.

Artikolu 12

Awtosuffiċjenza tal-moduli

1.   L-elementi li ġejjin ta' awtosuffiċjeza japplikaw għal kull modulu kif speċifikat fl-Anness II:

(a)

kenn xieraq mit-temp prevalenti;

(b)

ġenerazzjoni ta' enerġija u dawl li jkopri l-konsum tal-bażi tal-operazzjoni u tat-tagħmir meħtieġ biex titwettaq il-missjoni;

(c)

faċilitajiet sanitarji u ta' iġjene għall-użu mill-persunal tal-modulu;

(d)

disponibbiltà ta' ikel u ilma għall-persunal tal-modulu;

(e)

persunal, faċilitajiet u provvisti mediċi jew para mediċi għall-persunal tal-modulu;

(f)

ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu;

(g)

tagħmir għall-komunikazzjoni mas-sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fil-post;

(h)

trasport lokali;

(i)

loġistika, tagħmir u persunal li jippermettu l-istabbiliment ta' bażi ta' operazzjonijiet u l-bidu tal-missjoni mingħajr dewmien mal-wasla fuq il-post.

2.   Konformità mar-rekwiżiti ta' awtosuffiċjenza jiġu ggarantiti mill-Istat Membru li qed joffri, permezz ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(a)

l-inklużjoni fil-modulu tal-persunal, it-tagħmir u oġġetti konsumabbli neċessarji;

(b)

li jsiru l-arranġamenti neċessarji fil-post tal-operazzjonijiet;

(c)

li jsiru l-prearranġamenti neċessarji biex jiġu kkombinati skwadra ta' intervent mhux awtosuffiċjenti ma' skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 13 qabel ir-reġistrazzjoni tal-modulu kkonċernat skont l-Artikolu 10(1).

3.   Il-perjodu li għalih l-awtosuffiċjenza trid tkun iggarantita mill-bidu tal-missjoni ma jistax ikun iqsar minn wieħed milli ġej:

(a)

96 siegħa;

(b)

il-perjodi stipulati fl-Anness II.

Artikolu 13

Rekwiżiti għall-moduli u l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ

1.   Il-moduli jkunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Anness II.

2.   L-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ ikunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Anness II.

3.   Ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Anness II jiġu riveduti minn żmien għal żmien.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a)

il-moduli għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw ma' moduli oħra;

(b)

l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw ma' skwadri oħra ta' assistenza teknika u appoġġ u mal-atturi relevanti fuq il-post;

(c)

il-komponenti ta' modulu għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw flimkien bħala modulu wieħed;

(d)

il-komponenti ta' skwadra ta' assitenza teknika u appoġġ għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw flimkien bħala skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ waħda;

(e)

il-moduli u l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, meta skjerati barra l-Unjoni, jistgħu jiffunzjonaw ma' kapaċitajiet internazzjonali ta' rispons għad-diżastri b'appoġġ għall-pajjiż milqut;

(f)

il-kapijiet tal-iskwadri, il-viċi kapijiet tal-iskwadri u l-uffiċjali ta' kooperazzjoni ta' moduli u skwadri ta' assistenza teknika u appoġġ jipparteċipaw f'korsijiet u eżerċizzji xierqa ta' taħriġ organizzati mill-Kummissjoni, kif stipulati fl-Artikoli 26 sa 32.

KAPITOLU 5

L-IŻVILUPP TAL-KAPAĊITÀ EWROPEA GĦAR-REAZZJONI GĦALL-EMERĠENZA (EERC) FIL-FORMA TA' KONSORZJU VOLONTARJU

Artikolu 14

Miri ta' kapaċità

1.   Il-miri ta' kapaċità tal-EERC ikunu kif speċifikat fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri tivvaluta l-adegwatezza tal-għanijiet ta' kapaċità, mill-inqas sena iva u sena le u, jekk neċessarju, tirrevedihom abbażi ta' riskji identifikati f'valutazzjonijiet nazzjonali ta' riskju jew sorsi oħra nazzjonali jew internazzjonali ta' informazzjoni.

3.   L-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni rilevanti dwar ir-riskji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għanijiet ta' kapaċità.

Artikolu 15

Rekwiżiti ta' kwalità u ta' interoperabbiltà

1.   Ir-rekwiżiti ta' kwalità u interoperabbiltà speċifikati fl-Anness IV japplikaw għal moduli, skwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti fl-EERC.

2.   Il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri jivvalutaw l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta' kwalità u interoperabbiltà mill-inqas sena iva u sena le u, jekk neċessarju, tirrevedihom. Ir-rekwiżiti ta' kwalità jkunu bbażati fuq standards internazzjonali stabbiliti, fejn dawn diġà jeżistu.

Artikolu 16

Proċedura ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni

1.   Il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni speċifikati fil-paragrafi 2 sa 8 japplikaw għal moduli, l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti fl-EERC.

2.   Iċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ikunu soġġetti għall-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Anness IV, ħlief għal kapaċitajiet ta' riserva, li għalihom għandu japplika l-Artikolu 25(3).

3.   L-Istati Membri li joffru modulu partikolari, skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, kapaċità ta' reazzjoni oħra, jew esperti għall-inklużjoni fl-EERC, jipprovdu l-informazzjoni elementi stabbiliti fl-Anness V.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-modulu, l-iskwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċita ta' reazzjoni oħra, jew l-espert in kwistjoni jistgħux jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-EERC u tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha mingħajr dewmien lill-Istat Membru rilevanti. F'din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra b'mod partikolari li jintlaħqu l-ħtiġiet ta' kwalità, il-miri ta' kapaċità, il-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta, il-qrubija ġeografika u l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha, kif ukoll fatturi rilevanti oħra li hija għandha tiddetermina bil-quddiem u li jkunu applikabbli għal moduli, l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni, jew esperti kollha kumparabbli.

5.   Jekk jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-EERC, il-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura ta' ċertifikazzjoni għall-modulu, l-iskwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċita oħra ta' reazzjoni, jew esperti abbażi tal-informazzjoni pprovduta, u xi informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tista' titlob mingħand l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru. F'każijiet fejn, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li r-rekwiżiti ta' kwalità u ta' interoperabbiltà ikunu ssodisfati, tista' tirreġistra l-modulu, l-iskwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċità oħra ta' reazzjoni jew l-espert fil-konsorzju volontarju.

6.   Il-Kummissjoni tikkomunika bil-miktub lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru l-evalwazzjoni tagħha tat-taħriġ, l-eżerċizzji, u/jew il-workshops meħtieġa, u xi kundizzjonijiet oħra relevanti ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni.

7.   Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni kollha l-Kummissjoni tiddikjara l-modulu, l-iskwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċità oħra ta' reazzjoni jew l-espert bħala ċċertifikati għall-EERC u tikkomunika dan lill-Istat Membru.

8.   Iċ-ċertifikazzjoni ta' modulu, skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċità oħra ta' reazzjoni jew espert għandha tiġi evalwata mill-ġdid mhux aktar tard wara li jkunu għaddew tliet (3) snin, jekk l-assi jiġi sottomess għar-reġistrazzjoni mill-ġdid fl-EERC.

9.   Il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri tivvaluta l-adegwatezza tal-proċedura taċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni mill-anqas sena iva u sena le u, jekk neċessarju, tirrevediha.

Artikolu 17

Arranġamenti finanzjarji għall-ispejjeż ta' adattament

1.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu għotja għall-ispejjeż ta' finanzjament tal-adattament individwalment għal kull modulu, skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, jew xi-kapaċità oħra ta' reazzjoni, mingħajr ma l-Kummissjoni tippubblika sejħa għall-proposti. L-ispejjeż ta' adattament jinkludu l-elementi ta' spiża speċifikati fl-Artikolu 21(2)(c) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

2.   Sabiex jissostanzjaw din it-talba, l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni pjani ta' implimentazzjoni għall-ispejjeż ta' adattament, inklużi stimi ta' spejjeż u skeda ta' żmien.

3.   Il-Kummissjoni tevalwa u, fejn ir-rekwiżiti relevanti ikunu ġew issodisfati, tapprova il-pjani ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, u tispeċifika liema fost l-ispejjeż rispettivi jkunu eliġibbli bħala spejjeż ta' adattament.

4.   Wara evalwazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tal-għotja.

5.   L-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar id-dettalji tal-ispejjeż li jkunu ġarrbu għall-ispejjeż ta' adattament.

KAPITOLU 6

L-INDIRIZZAR TA' LAKUNI FIL-KAPAĊITÀ TA' REAZZJONI

Artikolu 18

Monitoraġġ tal-progress lejn il-miri ta' kapaċità

Il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kontinwament timmonitorja l-progress lejn l-iskopijiet ta' kapaċità, filwaqt li tqis il-kapaċitajiet identifikati skont l-Artikolu 20, u regolarment tinforma lill-Istati Membri dwar il-valutazzjoni tagħha tal-progress li jkun sar. Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri fid-dettall meħtieġ dwar xi lakuni li jkun fasal fil-kapaċità ta' reazzjoni.

Artikolu 19

Proċedura biex jiġu identifikati lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni

1.   Bħala parti mill-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri ta' kapaċità, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tivvaluta d-differenza bejn il-kapaċitajiet reġistrati tal-Istati Membri fl-EERC u l-miri ta' kapaċità stabbiliti fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkunsidraw bħala l-kapaċitajiet impenjati għall-EERC biss dawk il-kapaċitajiet li jkunu ġew reġistrati bħala magħmula disponibbli mill-Istati Membri għall-EERC, skont l-Artikolu 16.

Artikolu 20

Proċedura biex jiġu identifikati kapaċitajiet ta' reazzjoni barra l-EERC

1.   Meta l-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri tkun identifikat lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta' reazzjoni skont l-Artikolu 19 ta' din id-Deċiżjoni, hija, f'koperazzjoni mal-Istati Membri, teżamina jekk il-kapaċitajiet ikunux disponibbli minn barra l-EERC, skont l- Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

2.   Il-Kummissjoni tikkunsidra bħala disponibbli minn barra l-EERC il-kapaċitajiet li ġejjin biss:

(a)

kapaċitajiet reġistrati fiċ-CECIS;

(b)

kapaċitajiet ta' riżerva; jew

(c)

kapaċitajiet mhux koperti mill-punti (a) u (b) iżda li jkunu jistgħu faċilment jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru jew l-Istati Membri bil-kwantitajiet meħtieġa, fejn ikunu meħtieġa, fi ħdan il-perjodu ta' żmien meħtieġħ, għat-tul ta' żmien meħtieġ.

3.   Għall-finijiet tal-garanzija tal-kapaċitajiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni tindirizza talba lill-punti ta' kuntatt nazzjonali u tistipula d-dettalji tal-valutazzjoni ta' lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta' reazzjoni u tistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar xi kapaċitajiet disponibbli minn barra l-EERC kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

4.   Il-Kummissjoni għandha tispeċifika fit-talba skadenza biex jidħlu r-risposti ta' massimu ta' 60 jum kalendarju, li t-tul eżatt tagħha jkun jiddependi fuq kemm ikun mistenni li jkun kumpless il-proċess biex jiġu aċċertati l-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 mill-Istati Membri.

5.   L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miktub fi żmien l-iskadenza stabbilita bid-dettalji ta' kull kapaċità msemmija fil-paragrafu 2.

6.   Meta Stat Membru ma jweġibx bil-miktub fi żmien l-iskadenza speċifikata, il-Kummissjoni tassumi għall-finijiet ta' din il-valutazzjoni li l-ebda kapaċità msemmija fil-paragrafu 2 ma tkun disponibbli f'dak l-Istat Membru.

7.   Abbażi tal-informazzjoni li tkun waslet mingħand l-Istati Membri u filwaqt li jitqiesu biss dawk il-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tivvaluta jekk dawk il-kapaċitajiet jimlewx il-lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni identifikati skont l-Artikolu 19 ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni tikkunsidra l-lakuni fil-kapaċità bħala mimlija biss meta n-numru ta' kapaċitajiet fi ħdan l-EERC u dawk il-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, f'daqqa, ikunu ugwali jew jeċċedu, il-miri ta' kapaċità stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 21

Proċedura biex jiġu indirizzati lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni

1.   Meta l-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri tidentifika lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta' reazzjoni skont l-Artikolu 19, li ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati skont l-Artikolu 20, hija tinnotifika bil-miktub lill-Istati Membri, u tagħti dettalji dwar dawk li hija tqis li huma lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni strateġika.

2.   Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri bil-miktub biex jindirizzaw il-lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni strateġika, skont l-Artikolu 12(3) tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

3.   L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni jekk, meta, u kif ikunu qed jippjanaw li jindirizzaw il-lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni strateġika, individwalment jew permezz ta' kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra.

Artikolu 22

Appoġġ mill-Kummissjoni fl-indirizzar tal-lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni strateġika

1.   Meta l-finanzjament tal-Unjoni jkun meħtieġ biex jiġu indirizzati lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni strateġika skont l-Artikoli 12(3) u 21(1)(j) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, il-Kummissjoni tippubblika sejħa għal proposti biex tappoġġja lill-Istati Membri.

2.   B'reazzjoni għas-sejħa għall-proposti, l-Istati Membri iżommu ruħhom konformi mal-Artikolu 21(1)(j)(iii) u (iv) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

3.   L-Istati Membri jindikaw, fost affarijiet oħra, il-persentaġġ meħtieġ ta' kofinanzjament mill-Unjoni.

Artikolu 23

Spejjeż eliġibbli għall-appoġġ għall-indirizzar tal-lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni

1.   L-ispejjeż kollha tat-tagħmir, is-servizzi jew ir-riżorsi umani meħtieġa għall-istabbiliment inizjali tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni jkunu eliġibbli.

2.   L-ispejjeż ta' manutenzjoni li għaddejjin jew l-ispejjeż operattivi mhumiex eliġibbli.

KAPITOLU 7

L-INDIRIZZAR TA' NUQQASIJIET TEMPORANJI F'DIŻASTRI STRAORDINARJI

Artikolu 24

Arranġamenti finanzjarji

1.   Il-Kummissjoni tiddefinixxi fil-programm ta' ħidma annwali t-tipi u l-ammonti meħtieġa ta' kapaċitajiet ta' riserva f'termini ġenerali, filwaqt li tqis il-possibbiltà ta' ċerti tipi straordinarji ta' diżastri fl-Istati Membri, kif ukoll intensità straordinarja, jew fatturi oħra li jagħmlu diżastru straordinarju, bħall-koinċidenza ma' diżastru ieħor, kif ukoll il-potenzjal għal nuqqasijiet temporanji f'xenarji bħal dawn.

2.   Il-Kummissjoni regolarment tniedi l-proċeduri finanzjarji meħtieġa biex tkopri l-ispejjeż definiti fl-Artikolu 21(2)(d) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE sabiex tiżgura aċċess rapidu għall-kapaċitajiet ta' riserva definiti fil-programm ta' ħidma annwali.

3.   Il-kapaċitajiet ta' riżerva kofinanzjati mill-Kummissjoni jżidu fuq il-kapaċitajiet ta' reazzjoni eżistenti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri bħala parti mit-tħejjija nazzjonali tagħhom, u mhumiex sostituzzjoni għal kapaċitajiet ta' reazzjoni eżistenti.

Artikolu 25

Il-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tkun bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jaċċettaw li jieħdu sehem fil-proċeduri finanzjarji kif previsti fl-Artikolu 24(2) tal-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 2 sa 9. Il-Kummissjoni tista' tispeċifika kundizzjonijiet ulterjuri fil-proċeduri finanzjarji.

2.   L-Istati Membri jagħmlu disponibbli kapaċitajiet ta' riżerva bħala parti mill-konsorzju volontarju.

3.   Il-kapaċitajiet ta' riżerva jkollhom ir-rekwiżiti ta' kwalità u ta' ċertifikazzjoni neċessarji speċifikati fil-proċeduri finanzjnarji previsti fl-Artikolu 24(2).

4.   Jiġu rreġistrati kapaċitajiet ta' riserva fil-konsorzju volontarju għall-perjodu kollu fil-kuntratti ta' qafas relevanti, ftehimiet qafas ta' sħubija jew arranġamenti simili. Kull kundizzjoni u limitazzjoni imposti mill-Istat Membru(i) li jirreġistra(w) il-kapaċitajiet jiġu ġustifikati kif dovut mill-ħtiġiet tal-operat.

5.   Il-kapaċitajiet ta' riżerva ma jkunux eliġibbli għall-assistenza finanzjarja li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 17.

6.   Immedjatament, il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri kollha permezz taċ-CECIS bil-kapaċitajiet ta' riżerva reġistrati fil-konsorzju volontarju.

7.   Il-kapaċitajiet ta' riżerva reġistrati fil-konsorzju volontarju jkunu disponibbli għal skjeramenti tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni bl-istess kundizzjonijiet ġenerali bħal kapaċitajiet oħra reġistrati fil-konsorzju volontarju, skont l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

8.   Wara talba għall-assitenza permezz tal-ERCC, l-iskjerament ta' kapaċitajiet ta' riżerva reġistrati fil-konsorzju volontarju jsegwi l-proċeduri operattivi għar-reazzjoni għad-diżastri deskritti fil-Kapitolu 11.

9.   Il-kapaċitajiet ta' riżerva reġistrati fil-konsorzju volontarju jkunu disponibbli għall-użu domestiku fl-Istati Membri li jkunu ħadu sehem fil-kofinanzjament tad-disponibbiltà tal-kapaċitajiet. Qabel l-użu domestiku, dawn l-Istati Membri jikkonsultaw mal-ERCC biex jikkonfermaw li:

(i)

ma jkun hemm l-ebda diżastru simultanju jew straordinarju imminenti li jkun jista' jwassal għal talba għall-iskjerament tal-kapaċità ta' riżerva;

(ii)

l-użu domestiku ma jxekkilx indebitament l-aċċess rapidu ta' Stati Membri oħra f'każ ta' diżastri straordinarji ġodda li jinqalgħu.

KAPITOLU 8

PROGRAMM TA' TAĦRIĠ

Artikolu 26

Programm ta' taħriġ

1.   Għandu jiġi stabbilit programm ta' taħriġ li jkopri l-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri. Il-programm ikun jinkludi korsijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll sistema ta' skambju ta' esperti. Il-programm għandu jkun immirat għall-gruppi apposta msemmija fl-Artikolu 27.

2.   Il-Kummissjoni tkun risponsabbli għall-kordinazzjoni u l-organizzazzjoni u biex tistabbilixxi l-kontenut u l-iskeda tal-programm ta' taħriġ.

Artikolu 27

Il-Parteċipanti

1.   Il-gruppi li għalihom il-programm ta' taħriġ ser ikun immirat ser ikunu:

(a)

Il-persunal tal-Istati Membri tal-protezzjoni ċivili u l-ġestjoni tad-diżastri, b'mod partikolari l-mexxejja tal-iskwadri, id-deputati tagħhom u l-uffiċjali ta' kollegament, l-esperti tal-Istati Membri kif stipulat fl-Artikolu 41, inkluż l-esperti fejn jidħlu l-prevenzjoni u t-tħejjija, kif ukoll il-persunal ewlieni tal-punti ta' kuntatt nazzjonali;

(b)

Il-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-aġenziji;

(c)

esperti magħżula minn pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.

2.   Il-parteċipazzjoni fil-korsijiet ta' taħriġ tkun ukoll miftuħa għal esperti magħżula li ġejjin minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha;

(b)

l-organizzazzjonijiet internazzjonali speċifikati fl-Anness VII;

(c)

pajjiżi terzi u, fejn xieraq, atturi rilevanti oħra.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni jinnominaw lil dawk li jkunu se jingħataw taħriġ f'kull sessjoni.

Artikolu 28

Korsijiet ta' taħriġ

1.   Il-programm jikkonsisti f'sett ta' korsijiet fi tliet livelli: introduttiv, operattiv u ta' ġestjoni.

2.   Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni mal-Istati Membri tistabbilixxi il-ġabra ta' korsijiet, il-kontenut, il-kurrikuli u l-iskedi tas-sistema ta' korsijiet, inklużi ħtiġijiet ta' aċċess.

3.   Il-Kummissjoni tiżgura li l-għalliema u l-lecturers ikunu aġġornati dwar l-iżviluppi rilevanti tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Artikolu 29

Skambju ta' esperti

Is-sistema għall-iskambju ta' esperti bejn l-Istati Membri jew mal-Kummissjoni tippermetti lill-esperti biex:

(a)

jiksbu u jikkondividu l-esperjenza;

(b)

isiru familjari ma' tekniċi oħra u proċeduri operazzjonali użati;

(c)

jistudjaw approċi meħuda minn servizzi ta' emerġenza parteċipanti u istituzzjonijiet oħra.

Artikolu 30

Azzjonijiet oħra ta' taħriġ

Fejn xieraq u skont il-programm ta' ħidma annwali, jingħataw opportunitajiet ta' taħriġ addizzjonali sabiex jintlaħqu bżonnijiet identifikati għall-implimentazzjoni effiċjenti u mingħajr xkiel ta' azzjonijiet ta' protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri.

Artikolu 31

Sistema ta' evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza tal-livell ta' taħrig u l-kontenut tiegħu. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni torganizza sistema xierqa ta' evalwazzjoni għall-azzjonijiet ta' taħriġ organizzati.

KAPITOLU 9

QAFAS TA' EŻERĊIZZJU

Artikolu 32

Programm ta' eżerċizzju, qafas strateġiku u prijoritajiet

1.   Jiġi stabbilit programm ta' eżerċizzji ta' protezzjoni ċivili, ġestit mill-Kummissjoni.

2.   Il-programm ta' eżerċizzji ta' protezzjoni ċivili għandha tkun iggwidata minn qafas strateġiku li jistabbilixxi l-objettivi u r-rwol tal-eżerċizzji taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

3.   Il-programm ta' eżerċizzji b'mod partikolari jkun immirat lejn:

(a)

it-titjib tal-kapaċità ta' reazzjoni tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward ta' skwadri u assi oħra pprovduti f'interventi ta' assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(b)

it-titjib u l-verifika tal-proċeduri u l-istabbiliment ta' approċċ komuni għall-kordinazzjoni ta' interventi ta' assistentza taħt il-mekkaniżmu tal-Unjoni u t-tnaqqis tal-ħin ta' reazzjoni f'każ ta' diżastri maġġuri;

(c)

it-titjib tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri u l-Kummissjoni;

(d)

l-identifikazzjoni u tal-qsim ta' tagħlimiet meħuda;

(e)

l-ittestjar tal-implimentazzjoni tat-tagħlimiet meħuda.

4.   Il-prijoritajiet ġenerali tal-programm ta' eżerċizzji jiġu mfissra fi pjan komprensiv għat-tul. Dan ikun jinkludi elementi ta' xenarji relevant ta' diżastru u kapaċitajiet.

5.   Il-Kummissjoni:

(a)

tiżviluppa l-qafas strateġiku u l-pjan komprensiv fit-tul, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, filwaqt li tqis it-tagħlimiet meħuda mill-programm u informazzjoni rilevanti oħra;

(b)

tistabbilixxi l-għanijiet tal-eżerċizzji kif ukoll ir-rwol tagħhom f'komponenti oħra tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni; kif ukoll

(c)

tressaq proposta kull sena fil-programm ta' ħidma għal prijoritajiet speċifiċi ta' eżerċizzju f'konformità mal-pjan komprensiv għat-tul.

KAPITOLU 10

PROGRAMMI TA' TAGĦLIMIET MEĦUDA

Artikolu 33

Monitoraġġ, analiżi u evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkondividu d-dejta, l-informazzjoni u l-valutazzjonijiet neċessarji għalihom biex ikunu jistgħu jissorveljaw, janalizzaw u jivvalutaw l-azzjonijiet kollha rilevanti ta' protezzjoni ċivili fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni tistabbilixxi u tamministra dejtabejż li jkun jista' jintuża mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-ġbir u l-kondiviżjoni tad-dejta, għat-tixrid tat-tagħlimiet meħuda, u biex l-istat ta' implimentazzjoni tagħhom ikun sorveljat.

3.   Il-Kummissjoni tiffaċilita l-identifikazzjoni tat-tagħlimiet mal-partijiet interessati rilevanti, inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta' laqgħat.

Artikolu 34

Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tiżgura li t-tagħlimiet li jkunu ġew identifikati mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti jkunu ta' kontribut fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-iżvilupp ulterjuri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

2.   B'mod partikolari, it-tagħlimiet identifikati jkunu ta' kontribut fl-istabbiliment ta':

(a)

il-prijoritajiet tal-programm ta' taħriġ, inkluż fejn xieraq il-kontenut u l-kurrikuli tal-korsijiet ta' taħriġ, u l-programm ta' eżerċizzji;

(b)

il-prijoritajiet tas-sejħiet annwali għal proġetti ta' prevenzjoni u l-istat ta' tħejjija; kif ukoll

(c)

il-prijoritajiet tal-attivitajiet ta' ppjanar li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 10 tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

3.   Il-Kummissjoni tirrapporta regolarment dwar il-programm tat-tagħlimiet meħuda, billi telenka tagħlimiet identifikati relevanti, l-azzjonijiet ta' rimedju previsti, ir-responsabbiltajiet u l-iskedi, kif ukoll l-istat tal-implimentazzjoni tat-tagħlimiet.

4.   Minn żmien għal żmien l-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tat-tagħlimiet identifikati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà nazzjonali tagħhom.

KAPITOLU 11

IL-PROĊEDURI OPERAZZJONALI GĦAR-REAZZJONI GĦAD-DIŻASTRI

Artikolu 35

Talbiet għal assistenza u reazzjoni

1.   Meta jseħħ diżastru ġewwa l-Unjoni, jew meta jkun imminenti, hekk kif tidħol talba għall-assistenza permezz taċ-CECIS, il-Kummissjoni, kif xieraq u mingħajr dewmien, twettaq l-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

2.   Meta jseħħ diżastru barra l-Unjoni, jew meta jkun imminenti, li jista' jeħtieġ assistenza ta' protezzjoni ċivili, il-Kummissjoni tista' tinforma lill-pajjiż terz bil-possibilitajiet li tintalab l-assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

3.   Stat Membru jew pajjiż terz milqut minn diżastru jew mhedded minn diżastru imminenti, jekk ikun jixtieq jitlob għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, jindirizza talba bil-miktub għal assistenza ta' protezzjoni ċivili lill-ERCC permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Jekk ikunu jixtiequ jitolbu assistenza permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, in-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha, jew kull organizzazzjoni internazzjonali speċifikata fl-Anness VII, jindirizzaw talba bil-miktub għall-assistenza ta' protezzjoni ċivili lill-ERCC.

4.   Min jitlob l-assistenza jagħti lill-ERCC kull informazzjoni relevanti li tikkonċerna s-sitwazzjoni, u b'mod partikolari, il-bżonnijiet speċifiċi, l-appoġġ mitlub u l-lokalità.

5.   Min jitlob l-assistenza jinforma lill-ERCC dwar iż-żmien, punt ta' dħul, u l-lokalità fejn tkun qed tintalab l-assistenza, u dwar il-punt ta' kuntatt operattiv fuq il-post li jkun qed jiġġestixxi d-diżastru.

6.   L-ERCC iħejji, sa fejn hu possibbli, pjanijiet speċifiċi ta' skjerament għal kull talba għal assistenza. Dawn ikunu jinkludu rakkomandazzjonijiet għall-forniment tal-assistenza, inkluż talbiet biex jintużaw moduli, skwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti rreġistrati fl-EERC, kif ukoll valutazzjoni tal-ħtiġijiet kritiċi possibbli. Il-pjanijiet speċifiċi ta' skjerament iridu jkunu skont l-istruttura u l-għamla speċifikati fl-Anness VI, u jkunu bbażati fuq il-pjanijiet ġenerali żviluppati minn qabel fl-Artikoli 15(3)(c) u 16(3)(b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, li tkopri l-aktar tipi relevanti tar-riskji ta' diżastru u jqisu x-xenarji ta' riskju identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istati Membri. Il-pjani speċifiċi tal-iskjerament jiġu trażmessi lill-Istati Membri kollha.

7.   Fil-proċess tas-selezzjoni minn fost il-kapaċitajiet tal-ERCC jitqiesu l-kriterji li ġejjin, li l-prijorità tagħhom tista' tkun tiddependi fuq l-element speċifiċi tat-talba għall-assistenza:

(a)

id-disponibilità;

(b)

l-adegwatezza;

(c)

il-lokalità/il-qrubija;

(d)

il-ħin stmat meħtieġ għat-trasport u l-ispejjeż stmati;

(e)

l-esperjenza preċedenti;

(f)

l-użu preċedenti tal-assi;

(g)

kriterji rilevanti oħra, bħalma huma l-kapaċitajiet lingwistiċi, il-qrubija kulturali.

8.   Sakemm ma jsirx ftehim mod ieħor mal-Istati Membri, l-ERCC ma jistidinx lill-Istati Membri biex jiskjeraw kapaċitajiet speċifiċi mill-EERC f'żoni fejn hemm kunflitti armati, theddid tiegħu, jew kundizzjonijiet oħra fejn is-sikurezza u s-sigurtà tal-iskwadri tkun f'riskju.

9.   L-Istati Membri li lejhom tkun indirizzata stedina biex jiskjeraw il-kapaċitajiet mill-EERC, skont l-Artikolu 11(7) tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, jikkomunikaw id-deċiżjoni aħħarija tagħhom dwar l-iskjerament lill-ERCC. L-ERCC jispeċifika l-perjodu ta' żmien li fih l-Istat Membru fil-prinċipju irid jagħti risposta. Din l-iskadenza tkun ibbażata fuq in-natura tad-diżastru u fi kwalunkwe każ ma tkunx anqas minn sagħtejn.

10.   Min jitlob l-assistenza jinforma lill-ERCC liema offerti ta' assistenza ikun aċċetta.

11.   Meta l-assistenza tkun neċessarja biex tiġi indirizzata ħtieġa kritika u l-assistenza ma tkunx disponibbli, jew ma tkunx disponibbli biżżejjed, fl-EERC, il-Kummissjoni minnufih tinforma lill-punti nazzjonali ta' kuntatt kollha permezz taċ-CECIS dwar l-appoġġ finanzjarju disponibbli mill-Unjoni għat-trasport, skont l-Artikolu 23(3)(b) tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

12.   Fir-rigward tat-talbiet għall-iskwadri u l-mezzi ta' intervent, l-ERCC jinforma lill-Istati Membri dwar is-selezzjoni ta' min ikun għamel it-talba għall-assistenza. L-Istati Membri li jipprovdu l-assistenza jinfurmaw b'mod regolari lill-ERCC dwar l-iskwadri ta' intervent u l-mezzi mibgħuta, inklużi l-kapaċitajiet kollha li huma parti mill-EERC.

13.   Il-Kummissjoni tista' tagħżel, taħtar u tibgħat skwadra ta' esperti għall-appoġġ fuq il-post skont l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

Artikolu 36

Missjonijiet ta' esperti

1.   L-esperti mibgħuta jwettqu l-kompiti stipulati fl-Artikolu 8(d) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Huma jirrappurtaw b'mod regolari lill-awtoritajiet tal-Istat li jkun qed jagħmel it-talba u lill-ERCC.

2.   L-ERCC iżomm lill-Istati Membri infurmati dwar il-progress tal-missjoni tal-esperti.

3.   Min jitlob l-assistenza jinforma lill-ERCC fuq bażi regolari dwar l-evoluzzjoni tal-attivitajiet li jkunu għaddejjin fuq il-post.

4.   Fil-każ ta' interventi f'pajjiżi terzi, il-kap tal-iskwadra jinforma lill-ERCC fuq bażi regolari dwar l-izvilupp tal-attivitajiet li jkunu ghaddejin fuq il-post.

5.   L-ERCC jikkompila l-informazzjoni kollha li jkun irċieva u jqassamha lill-punti ta' kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Artikolu 37

Diżingaġġ operattiv

1.   L-Istat Membru li jkun għamel it-talba, jew kwalunkwe Stat Membru li jkun qed jipprovi l-assistenza, jinforma kemm jista' jkun malajr lill-ERCC u lill-esperti u l-iskwadri ta' intervent mibgħuta f'każ li jkunu jqisu li l-assistenza tagħhom ma tkun aktar meħtieġa jew ma tkunx tista' tibqa' tingħata. Id-disingaġġ effettiv jiġi organizzat b'mod xieraq minn min jitlob l-assistenza u mill-Istati Membri. L-ERCC jinżamm infurmat b'dan.

2.   F'pajjiżi terzi, il-kap tal-iskwadra jirrapporta kemm jista' jkun malajr lill-ERCC fil-każ li dan jikkunsidra, wara konsultazzjonijiet xierqa ma' min ikun għamel it-talba għall-assistenza, li l-assistenza ma tkunx għadha meħtieġa jew meta l-ostakoli ma jippermettux l-għoti effettiv tal-assistenza. L-ERCC jgħaddi din l-informazzjoni lid-delegazzjoni tal-Unjoni f'dak il-pajjiż kif ukoll lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, is-SEAE u l-Istati Membri. L-ERCC, f'koordinazzjoni ma' min jitlob l-assistenza, jara li jkun hemm diżingaġġ effettiv tal-esperti u tal-iskwadri ta' intervent mibgħuta.

Artikolu 38

Rappurtaġġ u tagħlimiet identifikati

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' min jitlob l-għajnuna u tal-Istati Membri li jkunu pprovdew l-assistenza, kif ukoll l-esperti mibgħuta, ikollhom il-possibilità li jippreżentaw il-konklużjonijet tagħhom fuq kull aspett tal-intervent lill-ERCC. L-ERCC iħejji rapport sommarju dwar l-assistenza pprovduta u kull tagħlima rilevanti identifikata.

2.   Minbarra l-Artikoli 33 u 34, l-ERCC flimkien mal-Istati Membri jagħmlu segwitu tal-implimentazzjoni tat-tagħlimiet identifikati sabiex itejbu l-interventi ta' assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Artikolu 39

Spejjeż

1.   Jekk ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-Istat li jkun qed jitlob l-għajnuna iġorr l-ispejjeż tal-assistenz mogħtija mill-Istati Membri.

2.   Kull Stat Membru li jipprovdi l-assistenza jista', filwaqt li titqies in-natura partikolari tad-diżastru u l-firxa tad-danni, joffri l-assistenza tiegħu totalment jew parzjalment mingħajr ħlas. Dak l-Istat Membru jista' wkoll jirrinunzja għar-rimborż kollu, jew parti minnu, tal-ispejjeż tiegħu fi kwalunkwe ħin.

3.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, għal kemm idum l-intervent, l-Istat li jitlob l-għajnuna jiffaċilita l-għajxien u l-akkomodazzjoni lill-iskwadri ta' assitenza u jtihom riforniment u provvisti bla ħlas. Madanakollu, l-iskwadri ta' assistenza jkunu loġistikament indipendenti u awtosuffiċjenti għal perjodu raġonevoli, skont l-assi użati u jinfurmaw lill-ERCC kif xieraq.

4.   L-Ispejjeż sabiex jintbagħtu l-esperti u l-appoġġ loġistiku rilevanti jiġu ttrattati skont l-Artikolu 22(a) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Dawn l-ispejjeż ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni.

Artikolu 40

Kumpens għad-danni

1.   L-Istat Membri li jagħmlu talba għall-assistenza ma jagħmlu l-ebda talba għall-kumpens mill-Istati Membri f'każ ta' danni kkawżati meta tali danni jkunu b'konsegwenza tal-intervent ta' assistenza pprovdut skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u ta' din id-Deċiżjoni, sakemm ma jiġix ippruvat li dan ikun ir-riżultat ta' frodi jew ta' mġiba ħażina serja.

2.   Fl-eventwalità ta' danni mġarrba minn partijiet terzi b'riżultat ta' interventi ta' assistenza, l-Istati Membri li jkunu għamlu t-talba u l-Istat membru li jkun ipprovda l-assistenza jikkooperaw biex jiffaċilitaw l-għoti ta' kumpens għat-tali danni skont il-liġijiet applikabbli u l-oqsfa relevanti.

KAPITOLU 12

IL-PROĊESS TAL-ISKJERAMENT TAL-ISKWADRI TA' ESPERTI

Artikolu 41

Kategoriji ta' esperti

L-Istati Membri jikklassifikaw l-esperti fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

esperti tekniċi;

(b)

esperti ta' valutazzjoni;

(c)

esperti ta' koordinamenti;

(d)

kapijiet ta' skwadri.

Artikolu 42

Kompiti u funzjonijiet

1.   L-esperti tekniċi għandu jkollhom il-ħila li jagħtu parir fuq affarijiet speċifiċi u ta' teknika għolja u fuq ir-riskji nvoluti u jkunu disponibbli għal missjonijiet.

2.   L-esperti li jagħmlu stima għandhom ikunu kapaci li jipprovdu stima tas-sitwazzjoni u jagħtu parir fuq l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed u jkunu disponibbli għal missjonijiet.

3.   L-esperti ta' koordinament jistgħu jkunu jinkudu deputati kapijiet ta' skwadri, persuni responsabbli għal-loġistika u l-komunikazzjonijiet, u persunal ieħor skont kif ikun meħtieġ. Jekk ikun hekk mitlub, l-esperti tekniċi u l-esperti ta' valutazzjoni jistgħu jiġu nkorporati fl-iskwadra ta' koordinament sabiex jassistu lill-kap tal-iskwadra matul il-peerjodu kollu tal-missjoni.

4.   Il-kap tal-iskwadra ikun responsabbli għat-tmexxija tal-iskwadri ta' valutazzjoni u ta' koordinament matul l-intervent. Il-kap tal-iskwadra jżomm kuntatt kif xieraq mal-awtoritajiet tal-pajjiż affettwat, mal-ERCC, inkluż mal-uffiċjal ta' kollegament tal-ERCC, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, u fil-każ ta' xi interventi ta' assistenza skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni barra l-Istati Membri, ukoll mad-delegazzjoni tal-Unjoni f'dak il-pajjiż.

5.   L-esperti skjerati fuq missjonijiet ta' tħejjija jistgħu jingħataw mandat mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Istat Membru li jinnominahom biex jassumu xi waħda mill-funzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 41 u jkunu jistgħu jipprovdu pariri u jirrapportaw dwar miżuri ta' tħejija xierqa, inkluża l-kapaċità amministrattiva, il-ħtiġijiet għal twissija bikrija, it-taħriġ, eżerċizzji, u sensibilizzazzjoni.

6.   L-esperti skjerati fuq missjonijiet ta' prevenzjoni jistgħu jingħataw mandat mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Istat Membru li jinnominahom biex jassumu xi waħda mill-funzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 41 u jkunu jistgħu jipprovdu pariri u jirrapportaw dwar miżuri xierqa ta' prevenzjoni u l-kapaċità tal-immaniġġjar tar-risjku.

Artikolu 43

Dejtabejż tal-esperti

1.   L-informazzjoni fuq l-esperti għandha tinġabar mill-Kummissjoni f'database kompetenti u li tkun disponibbli permezz taċ-CECIS.

2.   L-esperti inklużi fl-EERC ikunu speċifikament identifikati fid-dejtabejż imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 44

Korsijiet ta' taħriġ

L-esperti għandhom, fejn neċessarju, isegwu l-program ta' taħrig stabbilit skont l-Artikolu 26.

Artikolu 45

Nomina

Fl-eventwalità ta' talba għall-għajnuna, l-Istati Membri ikunu responsabbli biex jinnominaw l-esperti disponibbli u għall-iskambju tad-dettalji ta' kuntatt tagħhom mal-ERCC.

Artikolu 46

Il-mobilizzazzjoni u l-ftehim ta' servizz

1.   L-ERCC ikollu l-kapaċità li jimmobilizza u jibgħat l-esperti nominati fi żmien qasir ħafna wara li l-esperti jkunu ġew nominati għall-missjoni speċifika mill-Istati Membri.

2.   Il-Kummissjoni tiffirma ma' kull espert ftehim ta' servizz, li jkopri l-elementi li ġejjin:

(a)

l-għanijiet tal-missjoni;

(b)

it-termini ta' referenza;

(c)

kemm il-missjoni hi ppjanata li ddum;

(d)

l-informazzjoni dwar il-persuna li hi l-kuntatt lokali;

(e)

il-kopertura ta' kundizzjoni tal-assigurazzjoni;

(f)

il-kumpens ta' kuljum li jkopri l-ispejjeż;

(g)

il-kundizzjonijiet speċifiċi ta' ħlas;

(h)

il-linji gwida għal esperti tekniċi, l-esperti ta' valutazzjoni, l-esperti ta' koordinament u l-kapijiet tal-iskwadri.

KAPITOLU 13

APPOĠĠ TA' TRASPORT

Artikolu 47

Forom ta' appoġġ ta' trasport

L-appoġġ ta' trasport jista' jieħu l-forma ta':

(a)

il-ġbir flimkien jew il-kondiviżjoni ta' kapaċitajiet ta' trasport;

(b)

l-identifikazzjoni, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-Istati Membri għar-riżorsi tat-trasport fis-suq kummerċjali u/jew minn sorsi oħra; jew

(c)

l-għoti ta' appoġġ mill-Unjoni lill-Istati Membri permezz ta' għotjiet jew permezz ta' servizzi ta' trasport akkwistati minn entitajiet privati jew oħrajn.

Artikolu 48

Proċedura għal appoġġ għat-trasport permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni

1.   Il-proċeduri pprovduti fl-Artikoli 49 u 50 japplikaw kull meta ssir talba għall-appoġġ ta' trasport.

2.   It-talbiet jinħarġu mill-awtorità kompetenti li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 56 u jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-miktub. Għandhom jinkludu l-informazzjoni li ssir provediment għaliha fil-Parti A tal-Anness VIII.

3.   Fil-każ tal-ġbir flimkien ta' kapaċitajiet ta' trasport, Stat Membru wieħed jista' jieħu r-riedni billi jitlob għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għall-operazzjoni kollha.

4.   Kull talba għall-apoġġ ta' trasport skont din id-Deċiżjoni u t-tweġibiet u l-iskambji ta' informazzjoni relatati bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu trażmessi lill-ERCC u pproċessati minnha.

5.   It-talbiet jiġu trasmessi permezz taċ-CECIS jew bil-posta elettronika. It-trasmissjoni ta' talbiet li jinvolvu l-finanzjament mill-Unjoni biċ-CECIS, it-telefaks, jew bil-posta elettronika jiġu aċċettati sakemm l-oriġinali ffirmati mill-awtorità kompetenti jiġu aktar tard pprovduti lill-Kummissjoni mill-aktar fis.

6.   Madankollu, il-Kummissjoni tista' timplimenta sistema elettronika ta' skambju għall-iskambji kollha mal-benefiċjarji, fosthom il-konklużjoni ta' ftehimiet dwar għoti, in-notifika tad-deċiżjonijiet ta' għoti u kwalunkwe emendi fihom, skont l-Artikolu 179 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (5).

Artikolu 49

Talbiet għall-appoġġ ta' trasport

1.   Malli tirċievi talba għall-appoġġ, il-Kummissjoni tinnotifika minnufih lill-punti ta' kuntatt nominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(7) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

2.   Fin-notifika, il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, tistieden lill-Istati Membri biex jipprovdulha dettalji dwar kull riżorsa ta' trasport li jistgħu jagħmlu disponibbli għall-Istat Membru li jagħmel it-talba jew xi soluzzjoni alternattiva oħra li jistgħu jipproponu biex jintlaħqu l-bżonnijiet espressi mill-pajjiż affettwat. Il-Kummissjoni tista' tindika perjodu massimu ta' żmien li fih tkun trid tingħata din l-informazzjoni.

3.   Man-notifika tal-punti ta' kuntatt mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-appoġġ għat-trasport mitlub isir eliġibbli għall-kofinanzjament mill-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall- Artikolu 53.

Artikolu 50

Tweġibiet għal talbiet għall-appoġġ ta' trasport

1.   L-Istati Membri li jkunu jistgħu jipprovdu appoġġ ta' trasport jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkunu rċevew in-notifika li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 49 sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fin-notifika, dwar kull riżorsa ta' trasport li jistgħu jagħmlu disponibbli fuq bażi volontarja bħala reazzjoni għat-talba għall-appoġġ għall-ġbir flimkien jew l-identifikazzjoni tar-riżorsi ta' trasport. Din l-informazzjoni jkollha l-elementi li jsir provvedement għalihom fil-Parti B tal-Anness VIII u tinkludi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet finanzjarji jew restrizzjonijiet oħra, jekk ikun hemm.

2.   Il-Kummissjoni, malajr kemm jista' jkun, tikkumpila l-informazzjoni dwar ir-riżorsi tat-trasport disponibbli u tibgħatha lill-Istat Membru li jagħmel it-talba.

3.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tibgħat lill-Istati Membri kull informazzjoni oħra li għandha dwar riżorsi tat-trasport disponibbli minn sorsi oħra, inkluż is-suq kummerċjali u tiffaċilita l-aċċess tal-Istati Membri għal dawk ir-riżorsi addizzjonali.

4.   L-Istat Membru li jagħmel it-talba jgħarraf lill-Kummissjoni bis-soluzzjonijiet tat-trasport li jkun għażel u jikkoordina mal-Istati Membri li jipprovdu tali appoġġ jew mal-operatur identifikat mill-Kummissjoni.

5.   Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar l-għażla li jkun għamel l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Dak l-Istat Membru jżomm lill-Kummissjoni regolarment mgħarrfa dwar il-progress fil-għoti tal-assistenza ta' protezzjoni ċivili tiegħu.

Artikolu 51

Talbiet għal għotja

1.   Meta tkun ġiet identifikata soluzzjoni possibbli ta' trasport minn Stat Membru iżda jkun meħtieġ finanzjament mill-Unjoni biex ikun jista' jsir it-trasport tal-assistenza ta' protezzjoni ċivili, l-Istat Membru jista' jitlob għotja mill-Unjoni.

2.   L-Istat Membru jindika fit-talba tiegħu il-perċentwali tal-kofinanzjament mill-Unjoni li jkun qed japplika għaliha, li ma tistax teċċedi 55 % tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u ma teċċedix massimu ta' 85 % tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(3)(a) u (b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Il-Kummissjoni minnufih tgħarraf lill-Istati Membru kollha b'din it-talba.

3.   Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi sħubiji ta' qafas mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 178 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.

Artikolu 52

Talbiet għal servizz ta' trasport

1.   F'każijiet fejn ma tkun ġiet identifikata l-ebda soluzzjoni ta' trasport mill-Istat Membru li jitlob appoġġ ta' trasport, jista' jitlob lill-Kummissjoni toħroġ kuntratt ta' servizz ta' trasport lil entitajiet privati jew oħrajn sabiex jittrasportaw l-assistenza tal-protezzjoni ċivili tagħha lill-pajjiż affettwat.

2.   Malli taslilha talba kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tgħarraf minnufih lill-Istati Membri bit-talba u tgħarraf lill-Istat Membru li jagħmel it-talba għal servizz ta' trasport b'kull soluzzjoni ta' trasport disponibbli u bl-ispejjeż tagħhom.

3.   Fuq il-bażi tal-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru jikkonferma bil-miktub it-talba tiegħu għal servizz ta' trasport u l-impenn tiegħu li jħallas lill-Kummissjoni lura skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 54. L-Istat Membru jindika liema perċentwal tal-ispejjeż se jħallas bħala rimborż. Il-persentaġġ ma jkunx anqas minn 45 % fil-każ ta' azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u 15 % fil-każ ta' azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(3)(a) u (b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

4.   L-Istat Membru minnufih jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull tibdil fit-talba għal servizz ta' trasport.

Artikolu 53

Deċiżjoni dwar finanzjament mill-Unjoni għal appoġġ ta' trasport

1.   Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji stipulati fl-Artikolu 23(1)(d) tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u l-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ikunux ġew sodisfatti, jittieħed kont ta' dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni li jkun hemm fit-talba għall-finanzjament mill-Unjoni ppreżentata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 48(2);

(b)

il-ħtiġijiet espressi mill-pajjiż affettwat;

(c)

kull valutazzjoni tal-ħtiġijiet imwettqa minn esperti li jirrapurtaw lill-Kummissjoni waqt id-diżastru;

(d)

kull informazzjoni oħra rilevanti u affidabbli disponibbli lill-Kummissjoni fil-mument tad-deċiżjoni pprovduta mill-Istati Membri u minn organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e)

l-effiċjenza u l-effettività tas-soluzzjonijiet ta' trasport imfassla biex jiżguraw it-twassil f'waqtu tal-assistenza ta' protezzjoni ċivili;

(f)

il-possibbiltajiet għal akkwist lokali;

(g)

azzjonijiet oħra meħuda mill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri jagħtu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex jiġi vvalutat it-twettiq tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 23(1)(d) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. L-Istati Mermbri jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli malli jirċievu talba mill-Kummissjoni għal informazzjoni bħal din.

3.   Il-Kummissjoni għandha tindika kemm għandu jitħallas prefinanzjament, li jista' jkun sa 85 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba mill-Unjoni, suġġett għad-disponibbiltà ta' riżorsi baġitarji. Ma jiġi pprovdut l-ebda prefinanzjament għal għotjiet taħt il-livell limitu stabbilit għal għotjiet ta' valur baxx kif definiti fl-Artikolu 185 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, sakemm l-Istat Membru li jagħmel it-talba għal appoġġ finanzjarju jkun jista' jagħti prova li n-nuqqas ta' finanzjament minn qabel jikkomprometti l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

4.   Id-deċiżjonii dwar l-appoġġ finanzjarju tiġi kkomunikata minnufih lill-Istat Membru li jitlob l-appoġġ finanzjarju. Tiġi wkoll ikkomunikata lill-Istati Membri l-oħra kollha.

5.   L-applikazzjonijiet individwali għal għotja ta' trasport li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li tintalab tkun anqas minn EUR 2 500 mhumiex eliġibbli għal kofinanzjament mill-Unjoni, ħlief jekk koperti mill-isħubijiet ta' qafas li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 51(3).

Artikolu 54

Ħlas lura ta' finanzjament mill-Unjoni għal appoġġ ta' trasport

Għall-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 52, il-Kummissjoni toħroġ, fi żmien 90 jum minn meta tkun tlestiet l-operazzjoni ta' trasport li għaliha jkun ingħata appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, nota ta' debitu lill-Istati Membri li jkunu bbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni għal ammont li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni magħmula mill-Kummissjoni fuq talba għal servizz ta' trasport u li tirrappreżenta mill-inqas 15 % tal-ispejjeż għat-trasport għal azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u 45 % għal azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

Artikolu 55

Kumpens għad-danni

L-Istat Membru li jitlob appoġġ ta' trasport m'għandu jagħmel l-ebda talba għal kumpens mill-Unjoni għal danni kkawżati lill-proprjetà tiegħu jew lill-persunal tas-servizz tiegħu meta tali danni jkunu konsegwenza tal-għoti ta' appoġġ ta' trasport irregolat minn din id-Deċiżjoni, sakemm ma jiġix ippruvat li dan ikun riżultat ta' frodi jew każ serju ta' mġiba ħażina.

Artikolu 56

Nomina tal-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jitolbu u jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni b'applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan fi żmien 60 jum wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni. Kull bidla f'din l-informazzjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-Kummissjoni.

Madankollu, in-notifiki ta' awtoritajiet kompetenti magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2007/606/KE, Euratom, jibqgħu validi sakemm joħroġ avviż ieħor mill-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU 14

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 57

Revoka

Id-Deċiżjonijiet 2004/277/KE, Euratom 2007/606/KE, Euratom huma mħassra. Ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet imħassra jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u moqrija skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 58

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Kristalina GEORGIEVA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom tad-29 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom li tistabilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-koperazzjoni rrinfurzata fl-interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili (ĠU L 87, 25.3.2004, p. 20).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/606/KE, Euratom tat-8 ta' Awwissu 2007 li tistipula regoli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom li tistabbilixxi Strument Finanzjarju tal-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 241, 14.9.2007, p. 17).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS I

CECIS

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

REKWIŻITI ĠENERALI GĦAL MODULI U TIMIJIET TEKNIĊI TA' ASSISTENZA U APPOĠĠ

1.   Ippumpjar b'kapaċità qawwija

Kompiti

Forniment ta' ppumpjar:

f'żoni mgħarrqa,

biex jiġi assistit it-tifi tan-nar bit-twassil tal-ilma.

Kapaċitajiet

Forniment ta' ppumpjar b'mezz mobbli u pompi b'kapaċità qawwija:

b' kapaċità totali tal-anqas 1 000 m3/siegħa u;

b'kapaċità mnaqqsa ta' ppumpjar għal differenza ta' 40 metru fl-għoli.

Ħila biex:

jiffunzjona f'żoni u art li mhumiex faċilment aċċessibbli,

jippompja ilma bit-tajn, li fih mhux aktar minn 5 fil-mija ta' elementi solidi bid-daqs tagħom ikun sa 40 mm,

jippompja ilma sa 40 grad °C għal operazzjonijiet itwal,

iwassal l-ilma fuq distanza ta' 1 000  metru.

Elementi prinċipali

Pompi b'kapaċità medja u qawwija.

Manek u rbit tal-pajpijiet kompatibbli ma' standards differenti, inkluż l-istandard Storz.

Biżżejjed persunal biex iwettaq il-kompitu, fejn meħtieġ, fuq bażi kontinwa.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq f'massimu ta' 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Ħila li jintuża għal perjodu sa' 21 jum.

2.   Tisfija tal-ilma

Kompiti

Forniment ta' ilma għax-xorb, minn sorsi ta' ilma tal-wiċċ, skont l-istandards applikabbli u tal-anqas skont il-livell tal-istandards tal-WHO.

Twettieq ta' kontroll tal-kwalità tal-ilma mill-punt tas-sors tat-tagħmir tal-purifikazzjoni.

Kapaċitajiet

Purifikazzjoni ta' 225 000  litru ilma kuljum.

Kapaċità ta' ħżin ekwivalenti għall-produzzjoni ta'nofs jum.

Elementi prinċipali

Faċilità mobbli tal-purifikazzjoni tal-ilma.

Faċilità mobbli tal-ħżin tal-ilma.

Laboratorju mobbli tal-post.

Irbit tal-pajpijiet kompatibbli ma' standards differenti, inkluż l-istandard Storz.

Biżżejjed persunal biex iwettaq il-kompitu, fejn meħtieġ, fuq bażi kontinwa.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq f'massimu ta' 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Ħila li jintuża għal perjodu sa' 12-il ġimgħa.

3.   Tiftix u salvataġġ medju urban

Kompiti

Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (1) lokalizzati taħt it-terrapien (bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport).

Forniment tal-ewwel għajnuna ta' salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

Kapaċitajiet

Il-modulu għandu jkollu l-ħila jwettaq li ġej, filwaqt li jqis il-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali, bħal-linji gwida tal-Grupp Internazzjonali għall-Pariri dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ (INSARAG):

tiftix bil-klieb tat-tiftix u/jew tagħmir tekniku tat-tfittix,

salvataġġ, inkluż irfigħ,

qtugħ ta' konkos,

irbit tekniku bil-ħbula,

irfid bażiku,

detezzjoni u iżolament ta' materjal ta' periklu (hazmat) (2),

għajnuna avvanzata ta' salvataġġ tal-ħajja (3).

Ħila li jiffunzjona fuq sit wieħed 24 siegħa kull jum għal sebat ijiem.

Elementi prinċipali

Ġestjoni (kmand, kooperazzjoni/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtaġġ, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

Tiftix (tiftix tekniku u/jew tiftix bil-klieb, detezzjoni ta' hazmat, iżolament ta' hazmat).

Salvataġġ (tkissir u ksur, qtugħ, irfigħ u ċaqliq, irfid, irbit tekniku bil-ħbula).

Mediku, inkluż kura tal-pazjienti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tfittxija.

Awtosuffiċjenza

Tal-anqas sebat ijiem ta' operazzjonijiet.

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Operattiv fi żmien 32 siegħa fil-pajjiż milqut.

4.   Tiftix u salvataġġ urban intensiv

Kompiti

Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (4) lokalizzati taħt it-terrapien (bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport).

Forniment tal-ewwel għajnuna ta' salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

Kapaċitajiet

Il-modulu jkollu l-ħila jwettaq li ġej, filwaqt li jqis il-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali, bħal-linji gwida INSARAG:

tiftix bil-klieb tat-tiftix u tagħmir tekniku tat-tfittix,

salvataġġ, inkluż irfigħ tqil,

qtugħ tal-konkos rinfurzat u strutturi tal-ħadid,

irbit tekniku bil-ħbula,

irfid avvanzat,

detezzjoni u iżolament ta' hazmat (5),

għajnuna avvanzata ta' salvataġġ tal-ħajja (6).

Ħila li jiffunzjona fuq aktar minn sit wieħed 24 siegħa kuljum għal 10 ijiem.

Elementi prinċipali

Ġestjoni (kmand, kooperazzjoni/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtaġġ, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

Tiftix (tiftix tekniku, tiftix bil-klieb, detezzjoni ta' hazmat, iżolament ta' hazmat).

Salvataġġ (tkissir u ksur, qtugħ, irfigħ u ċaqliq, irfid, irbit tekniku bil-ħbula).

Mediku, inkluż kura tal-pazjienti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tfittxija (7).

Awtosuffiċjenza

Tal-anqas 10 tijiem ta' operazzjoni.

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Operattiv fi żmien 48 siegħa fil-pajjiż milqut.

5.   Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ħelikopters

Kompiti

Jgħin fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' tifi tan-nar mill-ajru.

Kapaċitajiet

Tliet ħelikopters b'kapaċità ta' 1 000  litru kull wieħed.

Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

Elementi prinċipali

Tliet ħelikopters bl-ekwipaġġ, biex jiġi ggarantit li tal-anqas żewġ ħelikopters huma operattivi fi kwalunkwe ħin.

Persunal tekniku.

erba' bramel tal-ilma jew tliet kits tar-rilaxx.

Sett tal-manutenzjoni.

Sett ta' spare parts.

Żewġ winċijiet għas-salvataġġ.

Tagħmir tal-komunikazzjoni.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 12(1).

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn tliet sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

6.   Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani

Kompiti

Jgħin fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' tifi tan-nar mill-ajru.

Kapaċitajiet

Żewġ ajruplani b'kapaċitàta' 3 000  litru kull wieħed.

Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

Elementi prinċipali

Żewġ ajruplani.

Minimu ta' erba' gruppi ta' persunal.

Persunal tekniku.

Apparat għall-manutenzjoni fuq il-post.

Tagħmir tal-komunikazzjoni.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 12(1).

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn tliet sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

7.   Kariga medika avvanzata

Kompiti

Jagħmel il-profil (bil-livell tal-gravità tal-ġrieħi) tal-pazjenti fuq is-sit tad-diżastru.

Jistabbilizza l-kundizzjoni tal-pazjent u jħejjih għat-trasport lejn l-aktar faċilità tas-saħħa adegwata għat-trattament aħħari.

Kapaċitajiet

Iwettaq analiżi tal-gravità tal-ġrieħi għal tal-anqas 20 pazjent fis-siegħa.

Skwadra medika kapaċi tistabbilizza 50 pazjent kull 24 siegħa ta' attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

Disponibbiltà ta' provvisti għat-trattament ta' 100 pazjent bi ġrieħi minuri kull 24 siegħa.

Elementi prinċipali

Skwadra medika kull xift ta' 12-il siegħa:

analiżi tal-gravità tal-ġrieħi: infermier u/jew tabib,

kura intensiva: tabib u infermier,

ġrieħi gravi, imma mhux periklu tal-mewt: tabib u żewġ infermiera,

evakwazzjoni: infermier;

persunal speċjalizzat ta' appoġġ: 4.

Tined:

tinda/tined b'żoni interkonnessi għall-analiżi tal-gravità tal-ġrieħi, il-kura medika u l-evakwazzjoni,

tinda/tined għall-persunal.

Post ta' kontroll.

Depożitu ta' provvista loġistika u medika.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Operattiv siegħa wara l-wasla fuq il-post.

8.   Kariga medika avvanzata bil-kirurġija

Kompiti

Jagħmel il-profil (bil-livell tal-gravità tal-ġrieħi) tal-pazjenti fuq is-sit tad-diżastru.

Iwettaq kirurġija biex jikkontrolla d-dannu.

Jistabbilizza l-kundizzjoni tal-pazjent u jħejjih għat-trasport lejn l-aktar faċilità tas-saħħa adegwata għat-trattament aħħari.

Kapaċitajiet

Iwettaq analiżi tal-gravità tal-ġrieħi għal tal-anqas 20 pazjent fis-siegħa.

Skwadra medika kapaċi tistabbilizza 50 pazjent kull 24 siegħa ta' attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

Skwadra kirurġika kapaċi twettaq kirurġija għall-kontroll tal-ħsara fuq 12-il pazjent kull 24 siegħa ta' attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

Disponibbiltà ta' provvisti għat-trattament ta' 100 pazjent bi ġrieħi minuri kull 24 siegħa.

Elementi prinċipali

Skwadra medika kull xift ta' 12-il siegħa:

analiżi tal-gravità tal-ġrieħi: infermier u/jew tabib,

kura intensiva: tabib u infermier,

kirurġija: tliet kirurgi, żewġ infermiera għall-operazzjonijiet, anestetista, infermier anestetista,

ġrieħi gravi, imma mhux periklu tal-mewt: tabib u żewġ infermiera,

evakwazzjoni: infermier;

persunal ta' appoġġ speċjalizzat: 4.

Tined:

tinda/tined b'żoni interkonnessi għall-analiżi tal-gravità tal-ġrieħi, il-kura medika u l-evakwazzjoni,

tinda/tined għall-persunal,

tinda/tined għall-persunal.

Post ta' kontroll.

Depożitu ta' provvista loġistika u medika.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Operattiv siegħa wara l-wasla fuq il-post.

9.   Sptar fil-post

Kompiti

Forniment ta' kura, inizjali u/jew ta' segwiment, medika u għat-trawma, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida internazzjonali rikonoxxuti għall-użu ta' sptar fil-post, bħal-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew tar-Red Cross.

Kapaċitajiet

10 sodod għall-pazjenti bi trawma qawwija, bil-possibbiltà li titkabbar il-kapaċità.

Elementi prinċipali

Skwadra medika għal:

analiżi tal-gravità tal-ġrieħi,

kura intensiva,

kirurġija,

ġrieħi gravi, imma mhux periklu tal-mewt,

evakwazzjoni,

persunal speċjalizzat ta' appoġġ,

u tal-anqas tkopri li ġej: ġeneralista, tobba tal-emerġenza, ortopedista, pedjatra, anestetista, spiżjar, ostetriku, uffiċjal tas-saħħa, tekniku tal-laboratorju, tekniku tar-raġġi X.

Tined:

tined xierqa għall-attivitajiet mediċi,

tined għall-persunal.

Post ta' kontroll.

Depożitu ta' provvista loġistika u medika.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq f'massimu ta' sebat ijiem wara t-talba.

Operattiv fuq is-sit 12-il siegħa mill-wasla fis-sit.

Operattiv tal-anqas għal 15-il jum.

10.   Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastru

Kompiti

Trasport tal-vittmi tad-diżastru lejn faċilitajiet tas-saħħa għall-kura medika.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta' trasport ta' 50 pazjent kull 24 siegħa.

Kapaċità ta' titjiriet lejl u nhar.

Elementi prinċipali

Ħelikopters/ajruplani bi streċers.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 12(1).

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

11.   Kamp temporanju ta' emerġenza

Kompiti

Forniment ta' kenn temporanju ta' emerġenza, inkluż persunal biex jarma l-kamp, prinċipalment fil-fażijiet inizjali ta' diżastru b'koordinazzjoni mal-istrutturi eżistenti, l-awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali, sakemm l-inkarigu jiġi ttrasferit lill-awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet umanitarji, fejn il-kapaċità tibqa' tkun neċessarja għal perjodi itwal.

Meta jsir it-trasferiment, jitħarreġ il-persunal rilevanti (lokali u/jew internazzjonali) qabel ma jitlaq dan il-modulu.

Kapaċitajiet

Kamp tat-tinda mgħammar għal 250 persuna (50 tinda).

Elementi prinċipali

Tittieħed kunsiderazzjoni ta' linjigwida rikonoxxuti kemm internazzjonali kif ukoll tal-UE,:

tined bit-tisħin (għall-kundizzjonijiet xitwin) u sodod tal-kampjiet bi sleeping bag u/jew kutra,

ġeneraturi tal-enerġija u tagħmir għat-tidwil,

faċilitajiet sanitarji u ta' iġjene,

distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb, skont l-istandards tal-WHO,

kenn għal attivitajiet soċjali bażiċi (posibbiltà ta' armar).

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Ġeneralment, il-missjoni għandha ddum l-aktar erba' ġimgħat, jew meta meħtieġ ikun inbeda proċess ta' trasferiment tal-inkarigu.

12.   Detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN)

Kompiti

Twettiq/konferma tal-valutazzjoni inizjali, inkluż:

id-deskrizzjoni tal-perikli jew ir-riskji,

id-determinazzjoni taż-żona kontaminata,

il-valutazzjoni jew konferma tal-miżuri protettivi diġà meħuda.

Twettiq ta' kampjunar kwalifikat.

Immarkar taż-żona kontaminata.

Previżjoni tas-sitwazzjoni, monitoraġġ, valutazzjoni dinamika tar-riskji, inkluż rakkomandazzjonijiet għal twissija u miżuri oħra.

Forniment ta' appoġġ għal tnaqqis immedjat tar-riskju.

Kapaċitajiet

L-identifikazzjoni u detezzjoni ta' perikli kimiċi u radjoloġiċi permezz ta' kombinazzjoni ta' tagħmir li jinżamm fl-idejn, mobbli jew ibbażat fil-laboratorji:

kapaċità ta' detezzjoni ta' radjazzjoni alfa, beta u gamma u ta' identifikazzjoni ta' iżotopi komuni,

kapaċità ta' identifikazzjoni, u fejn possibbli, ta' twettiq ta' analiżi semikwantitattiva ta' kimiċi komuni industrijali tossiċi u aġenti rikonoxxuti użati għall-gwerer.

Kapaċità tal-ġbir, ipproċessar u tħejjija ta' kampjuni bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi għal aktar analiżi fi bnadi oħra (8).

Kapaċità li jiġu applikati mudelli xjentifiċi xierqa għall-previżjoni tal-perikli u li jiġu kkonfermati mudelli permezz ta' monitoraġġ kontinwu.

Forniment ta' appoġġ għal tnaqqis immedjat tar-riskju:

limitar tal-periklu,

newtralizzar tal-periklu,

forniment ta' appoġġ tekniku lil skwadri jew moduli oħra.

Elementi prinċipali

Laboratorju kimiku u radjoloġiku, mobbli fuq il-post.

Tagħmir ta' detezzjoni li jinżamm fl-idejn jew mobbli.

Tagħmir għall-kampjunar fuq il-post.

Sistemi ta' mmudellar għat-tifrix.

Stazzjon mobbli meteoroloġiku.

Materjal għall-immarkar.

Dokumentazzjoni ta' referenza u aċċess għal sorsi deżinjati ta' għarfien espert xjentifiku.

Kontroll sikur għall-kampjuni u l-iskart.

Faċilitajiet ta' dikontaminazzjoni għall-persunal.

Persunal u tagħmir protettiv adegwat għas-sostenn ta' operazzjoni f'ambjent kontaminat u/jew nieqes mill-ossiġenu, inkluż tuti xierqa li jissiġillaw kontra l-gass.

Provvista ta' tagħmir tekniku għat-trażżin u n-newtralizzazzjoni ta' periklu.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

13.   Tiftix u salvataġġ f'kundizzjonijiet CBRN

Kompiti

Tiftix u salvataġġ speċjali bl-użu ta' ilbies protettiv.

Kapaċitajiet

Tiftix u salvataġġ speċjali bl-użu ta' tuti protettivi, skont ir-rekwiżiti tal-moduli ta' tiftix u salvataġġ urban medju u qawwi kif xieraq.

Tliet persuni li jaħdmu simultanjament f'żona ta' periklu.

Intervent kontinwu għal 24 siegħa.

Elementi prinċipali

Materjal għall-immarkar.

Kontroll sigur u sikur għall-iskart.

Faċilitajiet ta' dekontaminazzjoni għall-persunal u għall-vittmi salvati.

Persunal u tagħmir protettiv adegwat għas-sostenn ta' operazzjoni ta' tiftix u salvataġġ f'ambjent ikkontaminat, skont ir-rekwiżiti tal-moduli ta' tiftix u salvataġġ urban medju u qawwi kif xieraq.

Provvista ta' tagħmir tekniku għat-trażżin u n-newtralizzazzjoni ta' periklu.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

14.   Tifi tan-nar mill-art fil-foresti

Kompiti

Jikkontribwixxi fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' mezzi mill-art.

Kapaċitajiet

Riżorsi umani suffiċjenti għal operazzjoni kontinwa matul sebat ijiem.

Kapaċità li jopera f'żoni b'aċċess ristrett.

Kapaċità li jintramaw linji twal ta' pajpijiet bil-pompi, minimu 2 km, u/jew jagħmlu linji ta' difiża kontinwament.

Elementi prinċipali

Persunal tat-tifi tan-nar imħarreġ biex iwettaq il-ħidmiet imsemmija hawn fuq u b'taħriġ addizzjonali fis-sigurtà u s-sikurezza li jieħu kont tat-tipi differenti ta' nirien li l-modulu jista' jissejjaħ għalih.

Għodda manwali biex isiru l-linji ta' difiża.

Pajpijiet, tankijiet portabbli u pompi biex tiġi stabbilita l-linja.

Adaptors biex jiġu mqabbda l-pajpijiet inkluż l-istandard Storz.

Tankijiet tal-ilma li jinġarru fuq id-dahar.

Tagħmir li jista' jintrabat jew jiġi mniżżel minn ħelikopter.

Proċeduri ta' evakwazzjoni għall-persunal tat-tifi tan-nar iridu jiġu miftiehma mal-Istat li jirċevihom.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn sitt sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li jaħdmu kontinwament matul sebat ijiem.

15.   Tifi tan-nar mill-art fil-foresti bl-użu tal-vetturi

Kompiti

Jikkontribwixxi fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' vetturi.

Kapaċitajiet

Riżorsi umani u vetturi suffiċjenti għal operazzjonijiet kontinwi b'minimu ta' 20 persunal tat-tifi tan-nar f'kull ħin.

Elementi prinċipali

Persunal tat-tifi tan-nar imħarreġ fil-ħidmiet imsemmija hawn fuq.

erba' vetturi b'kapaċità ta' off-road.

Tankijiet ta' kull vettura li jesgħu mill-anqas 2 000  litru.

Adaptors biex jiġu mqabbda l-pajpijiet inkluż l-istandard Storz.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn sitt sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li jaħdmu kontinwament matul sebat ijiem.

Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu jitwasslu biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

16.   Kontroll ta' għargħar

Kompiti

Rinfurzar ta' strutturi eżistenti u bini ta' barrieri ġodda biex jiġi evitat aktar għargħar mix-xmajjar, baċiri u kanali b'livell tal-ilma li jkun qed jiżdied.

Kapaċitajiet

Kapaċità li l-ilma jitwaqqaf permezz ta' barrieri b'għoli minimu ta' 0,8 metru bl-użu ta':

materjali li jippermettu l-bini ta' barriera twila 1 000  metru,

aktar materjali jsiru disponibbli fis-sit.

Kapaċità ta' rinfurzar ta' barrieri eżistenti.

Kapaċità li jopera f'minimu ta' tliet postijiet fl-istess ħin f'żona aċċessibbli mit-trakkijiet.

Operattiv 24/7.

Superviżjoni u manutenzjoni ta' barrieri u digi.

Kapaċità li jaħdem mal-persunal lokali.

Elementi prinċipali

Materjal biex jinbnew barrieri li minnhom ma jgħaddix l-ilma għal distanza totali ta' 1 000  metru (ir-ramel għandu jsir disponibbli mill-awtoritajiet lokali).

Biċċiet tal-fojl/plastik (jekk meħtieġa sabiex l-ilma ma jgħaddix minn barriera eżistenti, jiddependi mill-kostruzzjoni tal-barriera).

Magna li timla l-ixkejjer tar-ramel.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu jitwasslu biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

Kapaċità li jkun operattiv tal-anqas għal 10 ijiem.

17.   Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes

Kompiti

Tiftix u salvataġġ mill-ilma u assistenza lil persuni maqbuda fl-għargħar bl-użu ta' dgħajjes.

Għoti tal-ewwel għajnuna u twassil tal-ewwel neċessitajiet kif meħtieġ.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta' tiftix ta' persuni f'żoni urbani u rurali.

Kapaċità ta' salvataġġ ta' persuni f'żoni mgħarrqa inkluża kura medika fil-livell tal-ewwel rispons.

Kapaċità li jaħdmu flimkien f'tiftix mill-ajru (ħelikopters u ajruplani).

Kapaċità li jwasslu l-ewwel neċessitajiet tal-ħajja f'żoni mgħarrqa:

trasport ta' tobba, mediċini eċċ.

ikel u ilma.

Il-modulu jrid ikollu mill-anqas ħames dgħajjes u l-kapaċità li jġorr 50 persuna b'total, eskluż il-persunal tal-Modulu.

Id-dgħajjes ikunu mfassla għall-użu f'kundizzjonijiet ta' klima kiesħa u jridu jkunu kapaċi jimxu kontra l-kurrent bi fluss ta' mill-anqas 10 mili nawtiċi.

Operattiv 24/7.

Elementi prinċipali

Id-dgħajjes iridu jkunu mfassla għal:

kundizzjonijiet ta' ilma baxx (> 0,5 m),

użu f'kundizzjonijiet ta' riħ qawwi,

użu bi nhar u bil-lejl,

ikunu mgħammra skont l-istandards ta' sigurtà internazzjonali inklużi ġkieket tas-salvataġġ għall-passiġġieri.

Persunal imħarreġ għal salvataġġ mgħaġġel mill-ilma. (Ma hemmx bżonn ta' għaddasa, salvataġġ mill-wiċċ biss).

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu biss jitwasslu bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

Kapaċità li jkun operattiv tal-anqas għal 10 ijiem.

Timijiet tekniċi ta' assistenza u sostenn

Rekwiżiti minimi għal timijiet tekniċi ta' assistenza u appoġġ

Kompiti

Għoti ta' jew arranġament għal:

appoġġ għat-twaqqif u t-tmexxija ta' uffiċċju,

appoġġ tal-ICT,

appoġġ ta' loġistika u ta' sussistenza,

appoġġ għat-trasport fil-post.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta' appoġġ lil skwadra tal-valutazzjoni u/jew tal-koordinazzjoni, ċentru fuq il-post għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet, jew li tkun kkombinata ma' modulu tal-protezzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(c).

Elementi prinċipali

L-elementi ta' appoġġ li ġejjin, li jippermettu li jintlaħqu l-funzjonijiet kollha ta' ċentru fuq il-post għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet, filwaqt li jqisu l-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali bħal-linji gwida tan-NU:

appoġġ għat-twaqqif u t-tmexxija ta' uffiċċju,

appoġġ għat-tagħmir tal-ICT,

tagħmir għall-appoġġ ta' loġistika u ta' sussistenza,

appoġġ għat-trasport fil-post.

Il-komponenti jkunu jistgħu jinqasmu f'unitajiet differenti biex jiżguraw flessibilità meta jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta' intervent speċifiku.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa massimu ta' 12-il siegħa wara t-talba.


(1)  Każwalitajiet ħajjin.

(2)  Kapaċità bażika, mezzi aktar estensivi inkluż fil-modulu “tad-detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari”.

(3)  Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.

(4)  Każwalitajiet ħajjin.

(5)  Kapaċità bażika, mezzi aktar estensivi inkluż fil-modulu “tad-detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari”.

(6)  Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.

(7)  Suġġett għat-termini ta' liċenzja medika u veterinarja.

(8)  Dan il-proċess, fejn possibli, iqis ir-rekwiżiti evidenzjarji tal-Istat li jagħmel it-talba.


ANNESS III

KONFIGURAZZJONI TAL-BIDU TAL-EERC

Moduli

Modulu

Numru ta' moduli disponibbli fl-istess ħin għall-iskjerament (1)

HCP(Ippumpjar b'kapaċità qawwija)

6

MUSAR (Tfittix u salvataġġ urban medju — 1 għal kundizzjonijiet kesħin)

6

WP(purifikazzjoni tal-ilma)

2

FFFP(Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ajruplani)

2

AMP(Kariga medika avvanzata)

2

ETC(Kamp Temporanju ta' Emerġenza)

2

HUSAR (Tiftix u salvataġġ urban intensiv)

2

CBRNDET (Detezzjoni u kampjunar tas-CBRN)

2

GFFF (Tifi tan-nar fil-foresti mill-art)

2

GFFF-V (Tifi tan-nar fil-foresti mill-art bl-użu tal-vetturi)

2

CBRNUSAR (USAR f'kundizzjonijiet CBRN)

1

AMP-S (Kariga medika avvanzata bil-kirurġija)

1

FC (Kontroll ta' għargħar)

2

FRB (Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes)

2

MEVAC (Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastru)

1

FHOS (Sptar fuq il-post)

2

FFFF (Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ħelikopters)

2


Timijiet Tekniċi ta' Assistenza u Appoġġ

Timijiet Tekniċi ta' Assistenza u Appoġġ

Numru ta' TAST disponibbli fl-istess ħin għall-iskjerament (1)

TAST (Timijiet Tekniċi ta' Assistenza u Appoġġ)

2


Kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni

Kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni

Numru ta' mezzi oħra ta' reazzjoni disponibbli fl-istess ħin għall-iskjerament (1)

Timijiet ta' tiftix u salvataġġ fil-muntanji

2

Timijiet ta' tiftix u salvataġġ fl-ilma

2

Timijiet ta' tiftix u salvataġġ fl-għerien

2

Timijiet b'tagħmir ta' tiftix u salvataġġ speċjalizzati, eż. robots ta' tiftix

2

It-timijiet b'vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ

2

Skwadri ta' rispons għal inċidenti marittimi

2

Timijiet tal-inġinerija strutturali, li jwettqu valutazzjonijiet tal-ħsara u s-sikurezza, il-valutazzjoni ta' bini li għandu jitwaqqa/jissewwa, il-valutazzjoni ta' infrastruttura, irfid għal żmien qasir

2

Appoġġ fl-evakwazzjonijiet: jinkludi timijiet għall-ġestjoni tal-informazzjoni u l-loġistika

2

Tifi tan-nar: timijiet konsultattivi/ta' valutazzjoni

2

Timijiet ta' dekontaminazzjoni tas-CBRN

2

Laboratorji mobbli għal emerġenzi ambjentali

2

Timijiet jew pjattaformi ta' komunikazzjoni biex jerġgħu jkunu stabbiliti l-komunikazzjonijiet f'żoni remoti

2

Mezzi separati għall-Evakwazzjoni Medika bl-ajru permezz ta' Ajruplani u Ħelikopter fl-Ewropa jew madwar id-dinja

2

Kapaċità Miżjuda ta' Kenn: unitajiet għal 250 persuna (50 tinda); inkl. l-unità awtosuffiċjenti għall-ġestjoni tal-persunal

100

Kit ta' kenn b'Kapaċità miżjuda: unitajiet għal 2500 persuna (500 għatja); b'għodod li jistgħu jiġu akkwistati lokalment

6

Pompi tal-ilma li kapaċi ippumpjaw mill-anqas 800 litru/min

100

Ġeneraturi ta' qawwa ta' 5-150 kW.

ġeneraturi ta' qawwa ta' aktar minn 150 kW

100

10

Mezzi ta' kontra t-tniġġiż tal-baħar

kif meħtieġ

Mezzi oħra ta' reazzjoni meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskji identifikati

kif meħtieġ


(1)  Biex tiġi żgurata din id-disponibbiltà, tkun possibbli l-għażla li wieħed jirreġistra għadd ogħla ta' mezzi fl-EERC (eż. f'każ ta' rotazzjoni). Bl-istess mod, f'każ li l-Istati Membri jagħmlu aktar mezzi disponibbli, jista' jiġi reġistrat numru ogħla fl-EERC.


ANNESS IV

REKWIŻITI TA' KWALITÀ U INTEROPERABILITÀ TAL-EERC

Għall-moduli, kif ukoll għal timijiet tekniċi ta' assistenza u sostenn, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II japplikaw fil-konfigurazzjoni tal-bidu. Għall-ġejjieni, ir-rekwiżiti ta' kwalità u interoperabbiltà jiġu riveduti mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, bil-għan li jkomplu jtejbu d-disponibbiltà ta' mezzi ta' reazzjoni fl-EERC, inkluż il-ħinijiet ta' reazzjoni tagħhom.

Għal mezzi oħra ta' reazzjoni u esperti, jiġu definiti wkoll rekwiżiti ta' kwalita u interoperabilità mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri.


ANNESS V

PROĊEDURA TA' ĊERTIFIKAZZJONI U REĠISTRAZZJONI GĦALL-ELEMENTI TA' INFORMAZZJONI TAL-EERC — ELEMENTI TA' INFORMAZZJONI

ELEMENTI TA' INFORMAZZJONI

L-elementi ta' informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti biex japplikaw għal proċedura ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' assi partikolari fl-EERC jinkludu l-elementi li ġejjin, u kull informazzjoni oħra li l-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġa:

1.

Awtovalutazzjoni li tistabbilixxi li assi jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti għal dan it-tip ta' assi;

2.

Skeda informattiva tal-modulu, li tinkludi, t-tim tekniku ta' assistenza u sostenn, mezzi oħra ta' rispons, jew esperti oħra (l-iskedi informattivi CECIS);

3.

Konferma tal-arranġamenti neċessarji stabbiliti biex jiżguraw li l-awtorità rilevanti u l-punti ta' kuntatt nazzjonali huma kontinwament kapaċi jindirizzaw it-talbiet għall-mobilizzazzjoni rigward l-assi tagħhom irreġistrati fl-EERC mingħajr dewmien;

4.

Konferma li ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi l-arranġamenti ta' finanzjament meħtieġa, biex jiżguraw li l-assi registrati fl-EERC jkunu jistgħu jiġu skjerati immedjatament wara stedina biex isir dan mill-Kummissjoni;

5.

It-tul ta' żmien eżatt tal-impenn minn qabel fl-EERC [minimu ta' sena, massimu ta' tliet snin, ħlief għal esperti, meta t-tul jistgħu jkunu baxxi sa sitt xhur];

6.

Informazzjoni dwar il-ħin ta' mobilizzazzjoni massima ggarantita [massimu ta' 12-il siegħa wara li l-offerta tiġi aċċettata];

7.

Il-post ġeografiku tal-assi, il-post indikattiv ta' mobilizzazzjoni (l-ajruport, eċċ.), il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku normali ta' skjerament, kif ukoll restrizzjonijiet ġeografiċi, jekk ikun hemm;

8.

Proċeduri Operattivi Standard tal-modulu, inkluż assistenza teknika u tim ta' appoġġ, jew mezzi oħra ta' rispons (eż. Linjigwida tal-moduli tal-SOPs);

9.

L-informazzjoni kollha rilevanti dwar it-trattament tat-trasport, bħal miżuri, piżijiet, ir-restrizzjonijiet fit-titjiriet eċċ., mezzi preferuti ta' trasport; jekk rilevanti: aċċess għal portijiet;

10.

Kull restrizzjonijiet oħra jew kondizzjonijiet prevedibbli ta' skjerament;

11.

“Fajl ta' Esperjenzi”, b'ġabra fil-qosor ta' skjeramenti preċedenti tal-modulu, mezzi ta' rispons, jew ta' esperti oħra; parteċipazzjoni f'eżerċizzji tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, taħriġ ta' persunal ewlieni (Kap tat-tim, Deputat Kap tat-Tim) permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, konformità mal-istandards internazzjonali fejn rilevanti (eż. INSARAG, WHO, IFRC, eċċ.);

12.

Awtovalutazzjoni ta' ħtiġijiet ta' adattament u l-ispejjeż assoċjati;

13.

L-informazzjoni ta' kuntatt kollha meħtieġa;

14.

Attestazzjoni li tistabbilixxi li l-modulu, inklużi t-tim tekniku ta' assistenza u appoġġ, mezzi oħra ta' rispons, jew esperti f'konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità [u għaddiet b'suċċess il-proċedura ta' ċertifikazzjoni];

Modulu

Skedi informattivi, SOPs, Taħriġ

Moduli — Eżerċizzju fuq il-Post

Moduli — Eżerċizzju ta' Simulazzjoni

HCP (Ippumpjar b'kapaċità qawwija)

x

x

x

MUSAR (Tiftix u salvataġġ medji urbani)

x

(x) jekk mhux IEC (*)

x

WP (Purifikazzjoni tal-ilma)

x

x

x

FFFP (Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ajruplani)

x

 

x

AMP (Kariga medika avvanzata)

x

x

x

ETC (Kamp Temporanju ta' Emerġenza)

x

 

x

HUSAR (Tiftix u salvataġġ urban intensiv)

x

(x) jekk mhux IEC (*)

x

CBRNDET (Detezzjoni u kampjunar tas-CBRN)

x

x

x

GFFF (Tifi tan-nar mill-art fil-foresti)

x

 

x

GFFF-V (Tifi tan-nar mill-art fil-foresti bl-użu tal-vetturi)

x

 

x

CBRNUSAR (USAR f'kundizzjonijiet CBRN)

x

x

x

AMP-S (Kariga medika avvanzata bil-kirurġija)

x

 

x

FC (kontroll ta' għargħar)

x

 

x

FRB (Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes)

x

x

x

MEVAC (Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastru)

x

 

x

FHOS (Sptar fuq il-post)

x

 

x

FFFH (Modulu tat-tifi tan-nar mill-ajru fil-foresti bl-użu ta' ħelikopters)

x

 

x

TAST (Timijiet Tekniċi ta' Assistenza u Appoġġ)

x

x

x


(*)  IEC tirrappreżenta l-Klassifikazzjoni Esterna INSARAG.


ANNESS VI

DESKRIZZJONI GĦALL-PJANIJIET TA' SKJERAMENT SPEĊIFIĊI

Il-pjan ta' skjerament speċifiku tal-ĊKRE għal [diżastru]

Deskrizzjoni tax-xenarju tal-intervent

Analiżi tas-sitwazzjoni — koordinazzjoni fuq il-post

Referenza għal xenarji ta' intervent ġenerali żviluppati minn qabel

Xenarji ta' rtirar

Kriterji ta' għażla għal assi tal-EERC

Referenza għas-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post

Referenza għal kriterji ta' għażla definiti minn qabel: disponibilità, adegwatezza, lokalizzazzjoni/prossimità, ħinijiet u spejjeż tat-trasport, eċċ.

Indikazzjoni ta' urġenza

Limiti ġeografiċi u limiti oħra definiti minn qabel

Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus mill-mekkaniżmu

Talbiet, offerti, tim tal-protezzjoni ċivili tal-UE, ġbir tat-trasport

Rakkomandazzjonijiet dwar

L-għoti ta' assistenza

Bżonnijiet kritiċi

Elementi oħra rilevanti, kif disponibbli, bħal-loġistika, id-dwana, id-destinatarji


ANNESS VII

ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI RILEVANTI

Dan l-Anness jelenka l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. L-assistenza tal-protezzjoni ċivili tal-Unjoni tista' tintalab minn jew permezz ta' kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti minn dawn.

1.

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM)

2.

Il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar (IFRC)

3.

Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi (OPCW)


ANNESS VIII

APPOĠĠ GĦAT-TRASPORT

PARTI A

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri li jitolbu appoġġ għat-trasport

1.

Diżastru/Emerġenza; pajjiż affettwat.

2.

Referenzi għal messaġġi maħruġa miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni għall-Emerġenzi (ĊKRE)

3.

Stat/l-awtoritajiet li jitolbu l-appoġġ tat-trasport.

4.

Forma ta' appoġġ tat-trasport mitluba: (agħżel waħda jew aktar minn hawn taħt):

A.   Identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport disponibbli minn Stati Membri oħra (ġbir)

IVA/LE

B.   identifikazzjoni tal-mezzi ta' trasport disponibbli fis-suq kummerċjali (kuntrattur tat-trasport tal-Kummissjoni Ewropea) jew sorsi oħra

IVA/LE

C.   Appoġġ finanzjarju fil-forma ta' għotja tat-trasport

IVA/LE

5.

Riċevitur/benefiċjarju aħħari tal-assistenza ttrasportata.

6.

Dettalji tal-assistenza tal-protezzjoni ċivili li għandha tiġi ttrasportata inkluż deskrizzjoni preċiża ta' oġġetti, il-piż, id-daqs, il-volum, l-ispazju ta' art, imballaġġ b'referenza kif xieraq għal standards ta' imballaġġ tal-ajru, tal-art, marittimi, kull oġġett perikoluż, karatteristiċi tal-vetturi kif ukoll piż, daqs, volum, spazju tal-art u ħtiġijiet oħra legali, doganali, tas-saħħa jew sanitarji rilevanti għat-trasport u t-twassil tal-assistenza.

Informazzjoni dwar l-għadd ta' persunal li jivvjaġġaw/passiġġieri li għandhom jiġu ttrasportati.

7.

Informazzjoni dwar kif l-assistenza tissodisfa il-ħtiġijiet tal-pajjiż effettwat b'referenza għat-talba jew il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-pajjiż effettwat, b'mod partikolari l-bżonnijiet kritiċi identifikati.

8.

Informazzjoni dwar l-istat ta' aċċettazzjoni ta' din l-assistenza mill-istat effettwat jew l-awtorità li qed tikkordina. (aċċettata/aċċettazzjoni pendenti)

9.

Rotta meħtieġa/jew previstia għat-trasport.

10.

Post/port ta' imbark u punt ta' kuntatt lokali.

11.

Post/port ta' żbark u punt ta' kuntatt lokali. Jekk tkun disponibbli informazzjoni dwar min se jieħu ħsieb il-ħatt u l-approvazzjoni doganali fil-post/port ta' żbark.

12.

Punt ta' kuntatt għal dokumentazzjoni/formalitajiet doganali.

13.

Data/Ħin meta l-assistenza jew il-passiġġieri jkunu lesti għat-trasportazzjoni mill-port tal-imbark.

14.

Informazzjoni dwar kull possibbiltà biex l-assistenza/il-passiġġieri jitressqu lejn post/port alternattiv ta' imbark/hub għall-vjaġġ li jmiss.

15.

Informazzjoni addizzjonali (kif xieraq), jekk disponibbli, il-post tat-twassil, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-kunsinnatarju.

16.

Informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet possibbli għall-ispejjeż tat-trasport

17.

Informazzjoni dwar soluzzjonijiet oħra ta' trasport li huma diġà identifikati.

18.

Informazzjoni dwar talba għal kofinanzjamet tal-UE (fejn applikabbli).

19.

Isem u dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentant ta' organizzazzjoni li titlob l-appoġġ tat-trasport.

PARTI B

Informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni meta joffru l-appoġġ għat-trasport

1.

Diżastru/Emerġenza, il-pajjiż affettwat.

2.

Stat/organizzazzjoni li qed twieġeb.

3.

Referenzi għal messaġġi maħruġa miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni għall-Emerġenzi (ĊKRE) u tal-Istat Membru/organizzazzjoni li jitolbu l-appoġġ tat-trasport.

4.

Dettalji tekniċi tal-offerta għat-trasport li tinkludi tipi ta' riżorsi ta' trasport disponibbli, dati u ħinjiet tat-trasportazzjoni, l-għadd ta' ċaqliqiet jew ħarġiet meħtieġa.

5.

Dettalji partikolari, limitazzjonijiet u modalitajiet li jikkonċernaw l-assistenza tal-protezzjoni ċivili li għandha tiġi ttrasportata inkluż il-piż, id-daqs, il-volum, l-ispazju ta' art, imballaġġ, oġġetti perikolużi eventwali, tħejjija tal-vetturi, ħtiġijiet tal-handling, vjaġġar tal-persunal u ħtiġijiet oħra legali, doganali, tas-saħħa jew sanitarji rilevanti għat-trasport.

6.

Rotta proposta għat-trasport.

7.

Post/port ta' imbark u punt ta' kuntatt lokali.

8.

Post/port ta' żbark u punt ta' kuntatt lokali.

9.

Punt ta' kuntatt għal dokumentazzjoni/formalitajiet doganali.

10.

Data/Ħin meta l-assistenza/il-passiġġieri jridu jkunu lesti għat-trasportazzjoni mill-port tal-imbark.

11.

Informazzjoni dwar kull possibbiltà biex l-assistenza titressaq lejn post/port alternattiv ta' imbark/hub għall-vjaġġ li jmiss.

12.

Data/Ħin meta l-assistenza/il-passiġġieri jkunu ppjanati li jaslu fil-post/port tal-imbark.

13.

Informazzjoni addizzjonali (kif xieraq)

14.

Informazzjoni dwar talbiet possibbli għal kontribuzzjonjiet għall-ispejjeż tat-trasport, kontribuzzjonijiet finanzjarji u dettalji dwar kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet partikolari marbuta mal-offerta.

15.

Isem u dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentant ta' organizzazzjoni li toffri l-appoġġ tat-trasport.


ANNESS IX

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Id-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom

Id-Deċiżjoni 2007/606/KE, Euratom

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

 

Artikolu 1

Artikolu 2

 

Artikolu 2

Artikolu 3(1) (1)

Artikolu 3(2),

Artikolu 3(3),

Artikolu 3(4),

 

Artikolu 10(1),

Artikolu 10(3),

Artikolu 3a(1)

Artikolu 3a(2)

Artikolu 3a(3)

Artikolu 3a(4)

 

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 3b

 

Artikolu 12

Artikolu 3c

 

Artikolu 13(4)

Artikolu 4

 

Artikolu 5

 

Artikolu 3(2)

Artikolu 6

 

Artikolu 7

 

Artikolu 8

 

Artikolu 4

Artikolu 9

 

Artikolu 10

 

Artikolu 5

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3)

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 12

 

Artikolu 7

Artikolu 13

 

Artikolu 14

 

Artikolu 10(1) u 10(3)

Artikolu 15

 

Artikolu 41

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 16(4)

 

Artikolu 42(1)

Artikolu 42(2)

Artikolu 42(3)

Artikolu 42(4)

Artikolu 17

 

Artikolu 43

Artikolu 18

 

Artikolu 44

Artikolu 19

 

Artikolu 45

Artikolu 20

 

Artikolu 46

Artikolu 21

 

Artikolu 26

Artikolu 22

 

Artikolu 27.1

Artikolu 23

 

Artikolu 26(1), it-tielet sentenza

Artikolu 24

 

Artikolu 32(3)

Artikolu 25

 

Artikolu 29

Artikolu 26

 

Artikolu 30

Artikolu 27(1)

Artikolu 27(2)

Artikolu 27(3)

 

Artikolu 31, l-ewwel sentenza

Artikolu 27(3)

Artikolu 31, it-tieni sentenza

Artikolu 28

 

Artikolu 29(1)

Artikolu 29(2)

Artikolu 29(3)

Artikolu 29(4)

Artikolu 29(5)

Artikolu 29(6)

Artikolu 29(7)

Artikolu 29(8)

Artikolu 29(9)

Artikolu 29(10)

Artikolu 29(11)

 

Artikolu 35(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 35(2)

Artikolu 35(4) u 35(5)

Artikoli 35(1)

Artikolu 35(10)

Artikolu 35(12)

Artikolu 46(1)

Artikolu 30

 

Artikolu 31

 

Artikolu 32(1)

Artikolu 32(2)

Artikolu 32(3)

Artikolu 32(4)

Artikolu 32(5)

Artikolu 32(6)

 

Artikolu 36(1)

Artikolu 36(2)

Artikolu 36(2)

Artikolu 36(3)

Artikolu 36(4)

Artikolu 36(5)

Artikolu 33

 

Artikolu 37

Artikolu 34

 

Artikolu 38

Artikolu 35

 

Artikolu 39

Artikolu 36

 

Artikolu 40

Artikolu 37

 

Artikolu 58

 

Artikolu 1

Artikolu 1

 

Artikolu 2

Artikolu 2

 

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

Artikolu 48(1)

Artikolu 48(2)

Artikolu 48(4)

Artikolu 48(5)

 

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 49(1)

Artikolu 49(2)

Artikolu 49(2), it-tieni sentenza; Artikolu 50(1), l-ewwel sentenza

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(6)

Artikolu 50(1)

Artikolu 50(2)

Artikolu 50(3)

Artikolu 50(4)

Artikolu 50(5)

 

Artikolu 6

Artikolu 51

 

Artikolu 7

Artikolu 52

 

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 8(5)

Artikolu 53(1)

Artikolu 53(2)

Artikolu 53(3)

Artikolu 53(4)

 

Artikolu 9

 

Artikolu 10

Artikolu 54

 

Artikolu 11

Artikolu 55

 

Artikolu 12

Artikolu 56

 

Artikolu 13

Artikolu 58

 

Anness

Anness VIII

Anness I (2)

 

Anness I

Anness II (3)

 

Anness II

Anness III (4)

 

Anness II, fl-aħħar


(1)  L-Artikoli 3a, 3b u 3c ġew miżjuda permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/73/KE, Euratom (ĠU L 20, 24.1.2008, p. 23) li jemendaw id-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom.

(2)  L-Anness I kif introdott mid-Deċiżjoni 2008/73/KE, Euratom li temenda d-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom.

(3)  L-Anness II kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/481/UE, Euratom (ĠU L 236, 7.9.2010, p. 5) li temenda d-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom.

(4)  L-Anness III kif introdott mid-Deċiżjoni 2008/73/KE, Euratom li temenda d-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom.


6.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta' Ottubru 2014

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene

(notifikata bid-dokument C(2014) 7735)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/763/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta' prodotti.

(3)

Il-kriterji u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati magħhom għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

(4)

Billi l-konsum tal-materjali jista' jgħin sew fl-impatti ambjentali ġenerali tal-prodotti assorbenti tal-iġjene, jixraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għal dan il-grupp ta' prodotti. B'mod partikolari, il-kriterji għandhom jippromwovu l-ksib sostenibbli tal-materjali, l-użu limitat ta' sustanzi perikolużi u prodotti ta' kwalità għolja u ta' prestazzjoni għolja li jkunu adegwati għall-użu u ddisinjati b'tali mod li jnaqqsu kemm jista' jkun il-produzzjoni tal-iskart.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta' prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” għandu jinkludi ħrieqi tat-trabi, assorbenti iġjeniċi tan-nisa, tampuni u assorbenti tat-treddigħ (magħrufa wkoll bħala assorbenti tas-sider), li jintremew wara li jintużaw, u magħmulin minn taħlita ta' fibri naturali u polimeri, b'kontenut tal-fibra inqas minn 90 % bil-piż (ħlief għat-tampuni).

2.   Il-grupp ta' prodotti ma għandux jinkludi prodotti ta' inkontinenza u xi tip ieħor ta' prodotti li jkun fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (2).

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“polpa taċ-ċelluloża” tfisser materjal fibruż primarjament taċ-ċelluloża li jinkiseb mit-trattament ta' materjali linjoċellulożiċi b'soluzzjoni milwiema waħda jew aktar ta' sustanzi kimiċi għall-ippolpar u/jew l-ibbliċjar;

(2)

“brillatur ottiku” u “aġent bjankatur fluworexxenti” jfissru kull addittiv użat biss sabiex “jitbajjad” jew “jiddawwal” il-materjal;

(3)

“materjali tal-plastik”, li jissejħu wkoll “plastik”, tfisser polimeri sintetiċi li jaf ikollhom addittivi jew sustanzi oħra miżjuda magħhom u li jistgħu jingħataw forma u jintużaw bħala l-komponent strutturali ewlieni f'materjali u oġġetti finali;

(4)

“polimeri sintetiċi” tfisser sustanzi makromolekulari, minbarra l-polpa taċ-ċelluloża, miksuba apposta bi proċess ta' polimerizzazzjoni jew permezz ta' modifika kimika tal-makromolekuli naturali jew sintetiċi jew permezz tal-fermentazzjoni tal-mikrobi;

(5)

“polimeri super-assorbenti” tfisser polimeri sintetiċi ddisinjati biex jassorbu u jżommu ammont kbir ta' likwidu meta mqabbla mal-massa tagħhom stess.

Artikolu 3

Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, dan għandu jkun jifforma parti mill-grupp ta' prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” kif jiddefinixxi l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati li jistabbilixxi l-Anness.

Artikolu 4

Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom jibqgħu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” għandu jkun “047”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).


ANNESS

IR-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U TAL-VERIFIKA

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.

Kull meta l-applikant ikun jeħtieġlu jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant jew mingħand il-fornitur tiegħu jew mingħand it-tnejn li huma.

Meta jiġu biex jirrikonoxxu t-testijiet, il-korpi kompetenti għandhom jagħtu preferenza lil testijiet akkreditati skont l-istandard ISO 17025 u l-verifiki li jagħmlu l-korpi akkreditati skont l-istandard EN 45011 jew standard internazzjonali ekwivalenti.

Meta jixraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħra minbarra dawk indikati għal kull kriterju, dejjem jekk il-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Meta jixraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.

Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa kull rekwiżit legali rispettiv tal-pajjiż(i) fejn il-prodott ikun maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti assorbenti tal-iġjene:

1.

Deskrizzjoni tal-prodott

2.

Polpa fluff

3.

Fibri taċ-ċellulożi magħmula mill-bniedem (inklużi l-visk, il-modal, il-lijoċell, il-kupru, u t-triaċetat)

4.

Il-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żrieragħ

5.

Materjali tal-plastik u polimeri super-assorbenti

6.

Materjali u komponenti oħrajn

7.

Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati

8.

L-effiċjenza tal-materjali fil-manifattura

9.

Gwida dwar ir-rimi tal-prodotti

10.

L-adegwatezza għall-użu u l-kwalità tal-prodott

11.

Aspetti soċjali

12.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jixhdu l-prodotti bl-aqwa prestazzjoni ambjentali fis-suq tal-prodotti assorbenti tal-iġjene.

Kriterju 1. Deskrizzjoni tal-prodott

Għandha tingħata deskrizzjoni tal-prodott u tal-ippakkjar (isem il-prodott, il-klassifikazzjoni, il-funzjonalitajiet) u informazzjoni dwar dawn il-karatteristiċi kollha:

il-piż totali tal-prodott u tal-ippakkjar,

il-komponenti, il-materjali u l-addittivi użati fil-prodott bil-piżijiet rispettivi tagħhom u, meta applikabbli, in-numri tal-CAS rispettivi tagħhom.

Fuq l-ippakkjar għandha tingħata wkoll informazzjoni dwar il-piż tal-prodott.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-prodott u rapport li jkun fih deskrizzjoni teknika u l-piż tal-prodott u ta' kull komponent, materjal u addittiv użat fih.

Kriterju 2. Polpa fluff

2.1   Il-ksib

Kull fibra tal-polpa għandha tkun koperta b'ċertifikati validi tal-katina tal-kustodja maħruġin minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.

Għallinqas 25 % tal-fibri tal-polpa għandhom ikunu koperti b'ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġin minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.

Il-bqija tal-fibri tal-polpa għandhom ikunu koperti b'sistema ta' verifika li tiżgura li dawn ikunu ġejjin minn sorsi legali u jkunu jissodisfaw kull rekwiżit ieħor tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni fejn jidħol il-materjal mhux iċċertifikat.

Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-foresti u/jew iċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati/irrikonoxxuti minn dik l-iskema taċ-ċertifikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika:

Mingħand il-manifattur(i) tal-polpa, l-applikant għandu jikseb ċertifikati tal-katina tal-kustodja validi u ċċertifikati indipendentement, li jkunu juru li l-fibri tal-injam tkabbru skont il-prinċipji tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija u/jew li dawn ġejjin minn sorsi legali u kkontrollati. L-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala ċertifikazzjoni aċċettabbli ta' parti terza indipendenti.

2.2   L-ibbliċjar

Il-polpa użata fil-prodott m'għandhiex tkun ibbliċjata permezz tal-gass tal-kloru. B'kollox, l-ammont ta' emissjonijiet tal-aloġeni organiċi assorbibbli (AOX) mill-manifattura tal-polpa m'għandux jaqbeż iż-0.170 kg/ADT.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tal-polpa li ma ntużax gass tal-klorin u rapport tat-test li juri l-konformità mal-valur ta' limitu tal-AOX. L-ISO 9562 jew l-EPA 1650C ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala metodi aċċettabbli ta' ttestjar, u għandu jkollhom magħhom kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma' dan ir-rekwiżit flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta' sostenn.

Id-dokumentazzjoni ta' sostenn għandu jkun fiha indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. L-AOX għandhom jitkejlu biss fi proċessi fejn jintużaw il-komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa.

Il-kejl għandu jsir fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta' trattament pubbliku.

Il-perjodu tal-kejl għandu jkun ta' 12-il xahar ta' produzzjoni. Il-kejl għandu jsir kull xahar minn kampjuni komposti rappreżentattivi (komposti ta' 24 siegħa).

F'impjant ġdid jew mibni mill-ġdid jew meta jinbidel il-proċess fl-impjant tal-produzzjoni, il-kejl għandu jsir kull ġimgħa għal tmien (8) ġimgħat konsekuttivi wara li l-impjant jibda jitħaddem b'mod stabbli. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.

2.3   Brillaturi ottiċi u koloranti

Il-brillaturi ottiċi u l-koloranti, inklużi l-aġenti bjankaturi fluworexxenti, m'għandhomx jiżdiedu mal-popla bi ħsieb.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li turi li r-rekwiżiti ġew issodisfati.

2.4   Emissjoni ta' COD u fosfru (P) fl-ilma u ta' komposti tal-kubrit (S) u ossidi tan-nitroġenu (NOx) fl-arja mill-produzzjoni

L-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma mill-produzzjoni tal-polpa għandhom jingħataw f'termini tal-punti (PCOD, PP, PS u PNOx). Il-punti huma kkalkulati billi l-emissjoni attwali tiġi diviża bil-valuri ta' referenza msemmija fit-Tabella 1.

L-ebda punt individwali mill-punti PCOD, PP, PS u PNOx, m'għandu jaqbeż il-1,5.

L-għadd totali tal-punti (Ptotal = PCOD + PP + PS + PNOx) m'għandux jaqbeż l-4,0.

Għal kull polpa “i” miksuba, l-emissjonijiet relatati mkejla (mogħtija f'kg/tunnellata mnixxfa bl-arja — ADT) għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta' kull polpa miksuba (il-polpa “i” fir-rigward ta' tunnellata ta' polpa mnixxfa bl-arja), u għandhom jingħaddu flimkien. Il-valuri ta' referenza għal kull tip ta' polpa użata u għall-produzzjoni tal-karta jingħataw fit-Tabella 1. Fl-aħħar nett, l-emissjonijiet totali għandhom jiġu diviżi bil-valuri ta' referenza totali kif jidher f'din il-formola għas-COD:

Formula

Tabella 1

Il-valuri ta' referenza għall-emissjonijiet minn tipi differenti ta' polpa

Grad ta' polpa

Valuri ta' referenza (f'kg/ADT)

CODref

Pref

Sref

NOxref

Polpa kimika bbliċjata (ħlief is-sulfit)

18,0

0,045 (*)

0,6

1,6

Polpa kimika bbliċjata (is-sulfit)

25,0

0,045

0,6

1,6

CTMP

15,0

0,01

0,2

0,3

Jekk l-istess impjant jikkoġenera s-sħana u l-elettriku, l-emissjonijiet ta' S u NOx li toħloq il-ġenerazzjoni tal-elettriku jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali. Biex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-emissjonijiet li toħloq il-ġenerazzjoni tas-sħana għandha tintuża din l-ekwazzjoni: [MWh(sħana) — MWh(sħana)mibjugħa]/[MWh(sħana) + 2 × MWh(elettriku)]

fejn,

MWh(elettriku) hu l-elettriku ġġenerat fl-impjant ta' koġenerazzjoni.

MWh(sħana) hi s-sħana utli ġġenerata fi proċess ta' koġenerazzjoni.

MWh(sħana)mibjugħa hi s-sħana utli li tintuża barra mill-impjant tal-manifattura tal-polpa.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni relatata ta' sostenn li għandu jkun fiha r-rapporti tat-testijiet li għalihom ikunu ntużaw dawn il-metodi ta' ttestjar:

għas-COD: ISO 6060, EPA SM 5220D jew HACH 8000;

għall-P: ISO 6878, SM 4500, APAT IRSA CNR 4110 jew Dr Lange LCK 349.

għas-S(ossidizzat): EPA 8 jew ekwivalenti;

għas-S(imnaqqas): EPA 8, EPA 16 A jew ekwivalenti;

għall-kontentut ta' S fiż-żejt: ISO 8754 jew EPA 8;

għall-kontentut ta' S fil-faħam: ISO 351 jew EPA 8;

għan-NOx: ISO 11564 jew EPA 7E.

Id-dokumentazzjoni ta' sostenn għandu jkun fiha indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għas-COD, il-P, is-S u n-NOx. Din għandha tinkludi kull emissjoni ta' S u NOx li sseħħ waqt il-produzzjoni tal-polpa, inkluż il-fwar iġġenerat barra mill-post tal-produzzjoni, ħlief għal dawk l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku.

Il-kejl għandu jinkludi lill-bojlers tal-irkupru, il-kalkari tal-ġir, il-bojlers tal-fwar u l-fran għall-qerda ta' gassijiet jintnu ħafna. Għandhom jitqiesu l-emissjonijiet diffużi.

Il-valuri tal-emissjonijiet irrappurtati għal S fl-arja għandhom jinkludu kemm l-emissjonijiet ossidizzati kif ukoll dawk imnaqqsa ta' S (is-sulfur tad-dimetil, il-merkaptan tal-metil, is-sulfur tal-idroġenu u emissjonijiet simili). Minflok jitkejlu, jistgħu jiġu kkalkulati u jitqiesu l-emissjonijiet ta' S li għandhom x'jaqsmu mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, mill-faħam u minn fjuwils esterni oħra b'kontenut magħruf ta' S.

Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jsir fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta' trattament pubbliku.

Il-perjodu tal-kejl għandu jkun ta' 12-il xahar ta' produzzjoni. Għal COD u P, il-kejl għandu jsir kull xahar u għal S u NOx il-kejl għandu jsir kull sena. Inkella, hu aċċettabbli li jsir kejl kontinwu jekk dan tivverifikah parti terza mill-inqas darba fis-sena.

F'impjant ġdid jew mibni mill-ġdid jew meta jinbidel il-proċess fl-impjant tal-produzzjoni, il-kejl għandu jsir kull ġimgħa għal tmien (8) ġimgħat konsekuttivi wara li l-impjant jibda jitħaddem b'mod stabbli. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.

2.5   Emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni

L-emissjonijiet tas-CO2 mis-sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli ma għandhomx jaqbżu l-450 kg għal kull tunnellata ta' polpa prodotta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra mill-post). Fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils għandhom jintużaw il-valuri tal-emissjonijiet ta' referenza mogħtija fit-Tabella 2.

Tabella 2

Il-valuri ta' referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 minn sorsi differenti tal-enerġija

Fjuwil

Emissjonijiet fossili tas-CO2

Unità

Faħam

95

g CO2 fossili/MJ

Żejt mhux raffinat

73

g CO2 fossili/MJ

Żejt tal-fjuwil 1

74

g CO2 fossili/MJ

Żejt tal-fjuwil 2-5

77

g CO2 fossili/MJ

LPG

69

g CO2 fossili/MJ

Gass naturali

56

g CO2 fossili/MJ

Elettriku mis-sistema

400

g CO2 fossili/kWh

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma' dan ir-rekwiżit, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta' sostenn.

L-applikant għandu jipprovdi dejta dwar l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fl-arja. Din għandha tinkludi kull sors ta' fjuwils mhux rinnovabbli waqt il-produzzjoni tal-polpa, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra mill-post).

Il-perjodu tal-kejl għandu jkun ta' 12-il xahar ta' produzzjoni. Il-kejl għandu jsir kull sena.

F'impjant ġdid jew mibni mill-ġdid jew meta jinbidel il-proċess fl-impjant tal-produzzjoni, il-kejl għandu jsir kull ġimgħa għal tmien (8) ġimgħat konsekuttivi wara li l-impjant jibda jitħaddem b'mod stabbli. Ir-riżultati għandhom jintwerew ukoll wara 12-il xahar ta' produzzjoni. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.

L-ammont ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli (1) li jinxtara u jintuża għall-proċessi tal-produzzjoni mhux se jitqies fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li turi li fil-fatt fl-impjant qed tintuża din it-tip ta' enerġija jew li l-applikant ikun qed jixtriha minn barra.

Kriterju 3. Fibri taċ-ċellulożi magħmulin mill-bniedem (inklużi l-visk, il-modal, il-lijoċell, il-kupru, u t-triaċetat)

3.1   Il-ksib

(a)

Kull fibra tal-polpa għandha tkun koperta b'ċertifikati tal-katina tal-kustodja validi maħruġin minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.

Għallinqas 25 % tal-fibri tal-polpa għandhom ikunu koperti b'ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġin minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.

Il-bqija tal-fibri tal-polpa għandhom ikunu koperti b'sistema ta' verifika li tiżgura li dawn ikunu ġejjin minn sorsi legali u jkunu jissodisfaw kull rekwiżit ieħor tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni fejn jidħol il-materjal mhux iċċertifikat.

Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-foresti u/jew iċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati/irrikonoxxuti minn dik l-iskema taċ-ċertifikazzjoni.

(b)

Il-polpa solubbli magħmula mil-linters tal-qoton għandha tissodisfa l-kriterju 4.1 għall-qoton (tal-ksib u t-traċċabilità).

Valutazzjoni u verifika:

(a)

Mingħand il-manifattur(i) tal-polpa, l-applikant għandu jikseb ċertifikati tal-katina tal-kustodja validi u ċċertifikati indipendentement, li jkunu juru li l-fibri tal-injam tkabbru skont il-prinċipji tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija u/jew li dawn ġejjin minn sorsi legali u kkontrollati. L-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala ċertifikazzjoni aċċettabbli ta' parti terza indipendenti.

(b)

L-applikazzjoni għandha turi l-konformità mal-kriterju 4.1 għall-qoton (tal-ksib u t-traċċabilità).

3.2   L-ibbliċjar

Il-polpa użata fil-manifattura tal-fibri m'għandhiex tkun ibbliċjata permezz tal-gass tal-kloru. L-ammont totali ta' aloġeni organiċi assorbibbli (AOX) u ta' kloru organiku (OCl) li jirriżulta m'għandux jaqbeż wieħed minn dawn:

0,170 kg/ADT, jekk jitkejjel fl-ilma mormi mill-produzzjoni tal-polpa (AOX), jew

150 ppm, jekk jitkejjel f'fibri lest (OCl).

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur tal-polpa li ma ntużax gass tal-kloru u rapport tat-test li juri l-konformità mar-rekwiżit tal-AOX jew tal-OCl, li jkun sar bil-metodu ta' ttestjar xieraq:

l-ISO 9562 jew l-EPA 1650C ekwivalenti għall-AOX;

u l-ISO 11480 għall-OCl.

Il-frekwenza tal-kejl għall-AOX għandha tkun stabbilita skont il-kriterju 2.2 għall-polpa fluff.

3.3   Brillaturi ottiċi u koloranti

Il-brillaturi ottiċi u l-koloranti, inklużi l-aġenti bjankaturi fluworexxenti, m'għandhomx jiżdiedu mal-fibri bi ħsieb.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li r-rekwiżiti ġew issodisfati.

3.4   Produzzjoni tal-fibri

(a)

Aktar minn 50 % tal-polpa użata fil-manifattura tal-fibri għandha tinkiseb minn impjanti tal-polpa solubbli li jirkupraw il-valur mil-likur tal-proċess użat tagħhom, permezz ta':

il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-fwar fuq il-post, jew

il-manifattura ta' koprodotti kimiċi.

(b)

Dawn il-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet tal-komposti tal-kubrit fl-arja għandhom jiġu rrispettati fil-proċess tal-produzzjoni tal-fibri modali u tal-visk

Tabella 3

Il-valuri tal-emissjonijiet tal-kubrit tal-fibri modali u tal-visk

Tip ta' fibra

Emissjonijiet tal-kubrit fl-arja — Valur ta' limitu (fi g/kg)

Fibra diskontinwa

30

Fibra tal-filament

 

Ħasil f'lottijiet

40

Ħasil integrat

170

Nota: Il-valuri ta' limitu huma mogħtija bħala medja annwali.

Valutazzjoni u verifika:

(a)

L-applikant għandu jġiegħel lill-manifatturi tal-fibri jipprovdu lista tal-fornituri tal-polpa li ntużaw biex jipproduċu l-fibri u l-proporzjon li dawn fornew. Għandha tingħata dokumentazzjoni ta' sostenn u evidenza li turi li l-proporzjon meħtieġ ta' fornituri għandhom it-tagħmir ix-xieraq li jiġġenera l-elettriku jew is-sistemi x-xierqa tal-irkupru u tal-manifattura tal-koprodotti installati fis-siti tal-produzzjoni relatati.

(b)

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità.

Kriterju 4. Il-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħrajn miż-żrieragħ

4.1   Il-ksib u t-traċċabbiltà

(a)

Il-qoton għandu jitkabbar skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (2), jew fil-Programm Organiku Nazzjonali tal-Istati Uniti (NOP) jew skont obbligi legali ekwivalenti stabbiliti minn sħab kummerċjali tal-Unjoni. Il-kontenut tal-qoton organiku jista' jkun fih il-qoton imkabbar b'mod organiku u l-qoton organiku tranżizzjonali.

(b)

Il-qoton imkabbar skont il-kriterju 4.1(a) u li jintuża fil-manifattura tal-prodotti assorbenti tal-iġjene għandu jkun traċċabbli mill-punt tal-verifika tal-produzzjoni standard.

Valutazzjoni u verifika:

(a)

Korp tal-kontroll indipendenti għandu jiċċertifika li l-kontenut tal-qoton organiku jkun magħmul skont ir-rekwiżiti tal-produzzjoni u l-ispezzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew fil-Programm Organiku Nazzjonali tal-Istati Uniti (NOP) jew dawk stabbiliti minn sħab kummerċjali oħra. Il-verifika għandha tingħata kull sena għal kull pajjiż tal-oriġini.

(b)

L-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżit tal-kontenut tal-qoton għall-volum annwali ta' qoton mixtri għall-manifattura tal-prodott(i) finali u skont kull linja tal-prodotti fuq bażi annwali: Għandhom jingħataw rekords tat-tranżazzjonijiet jew fatturi li juru l-kwantità ta' qoton mixtri fis-sena mingħand il-bdiewa jew il-gruppi tal-produtturi, u l-piż totali tal-balal iċċertifikati.

4.2   L-ibbliċjar

Il-qoton m'għandux jiġi bbliċjat permezz tal-gass tal-kloru.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li ma ntużax gass tal-kloru.

4.3   Il-brillaturi ottiċi u l-koloranti

Il-brillaturi ottiċi u l-koloranti, inklużi l-aġenti bjankaturi fluworexxenti, m'għandhomx jiżdiedu mal-qoton bi ħsieb.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li r-rekwiżiti ġew issodisfati.

Kriterju 5. Materjali tal-plastik u polimeri superassorbenti

5.1   Produzzjoni ta' polimeri sintetiċi u ta' materjali tal-plastik

Kull impjant li jipproduċi l-polimeri sintetiċi u l-materjali tal-plastik użati fil-prodott għandu jkun implimenta sistemi li:

jiffrankaw l-ilma (eż: il-monitoraġġ tal-flussi tal-ilma f'faċilità u ċ-ċirkolazzjoni tal-ilma f'sistemi magħluqa);

jkollhom pjan integrat għall-immaniġġjar tal-iskart biex isiru l-aqwa prevenzjoni, użu mill-ġdid, riċiklaġġ, irkupru u rimi finali tal-iskart (eż: is-separazzjoni ta' tipi differenti tal-iskart);

jkollhom ottimizzazzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija u l-ġestjoni tal-enerġija (eż: bl-użu mill-ġdid tal-fwar iġġenerat waqt il-manifattura tas-SAPs).

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornituri li turi l-konformità mar-rekwiżit. Id-dikjarazzjoni teħtieġ is-sostenn ta' rapport li jiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri li adottaw il-fornituri biex jissodisfaw ir-rekwiżit għal kull wieħed mis-siti kkonċernati.

5.2   Addittivi fil-materjali tal-plastik

(a)

Il-kontenut taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-kromju eżavalenti u tal-komposti relatati għandu jkun ta' inqas minn 0,01 % (100 ppm) tal-massa ta' kull materjal tal-plastik u polimeru sintetiku li jintuża fil-prodott.

(b)

L-addittivi użati fil-plastik b'konċentrazzjoni ta' aktar minn 0,10 % bil-piż m'għandhomx jiġu kklassifikati bi kwalunkwe waħda mid-dikjarazzjonijiet ta' periklu mniżżlin hawn taħt, skont ir-regoli tal-klassifika mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3):

karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni, il-kategoriji 1a, 1b u 2 (H340, H350, H350i, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H340Df);

tossiċi akuti, il-kategoriji 1 u 2 (H300, H310, H330, H304);

tossiċi għal organi fil-mira speċifiċi (STOT), il-kategorija 1: (H370, H372);

perikolużi għall-ambjent akkwatiku, il-kategoriji 1 u 2 (H400, H410, H411).

Valutazzjoni u verifika:

(a), (b) L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornituri li turi l-konformità mar-rekwiżiti. Għandha tingħata wkoll lista tas-sustanzi miżjuda, inklużi l-konċentrazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet ta' periklu jew il-frażijiet ta' riskju relatati, sostnuti bi skedi tad-dejta dwar is-sikurezza.

Sabiex jeħfiefu s-segwitu u l-monitoraġġ tad-dokumentazzjoni mogħtija, jista' jiġi eżaminat kampjun aleatorju tal-fornituri. Il-fornitur għandu jipprovdi aċċess għall-faċilitajiet tal-produzzjoni, l-imħażen u l-installazzjonijiet simili. Il-kunfidenzjalità tapplika għal kull dokumentazzjoni u informazzjoni mressqa u kondiviża.

5.3   Polimeri superassorbenti

(a)

L-akrilamida (bin-numru tal-CAS: 79-06-1) m'għandhiex tiżdied mal-prodott bi ħsieb.

(b)

Il-polimeri superassorbenti li jintużaw fil-prodott jista' jkun fihom mhux aktar minn 1 000 ppm ta' monomeri residwi li huma kklassifikati bid-dikjarazzjonijiet ta' periklu rrappurtati fil-kriterju 7 dwar is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati. Għall-poliakrilat tas-sodju, dawn jirrappreżentaw total ta' aċidu akriliku li ma jkunx irreaġixxa u retikolanti.

(c)

Il-polimeri superassorbenti li jintużaw fil-prodott jista' jkun fihom mhux aktar minn 10 % ta' estratti li jinħallu fl-ilma (f'piż skont il-piż) u dawn għandhom ikunu konformi mal-kriterju 7 dwar is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati. Għall-poliakrilat tas-sodju, dawn jirrappreżentaw monomeri u oligomeri ta' aċidu akriliku b'inqas piż molekulari mill-polimeru superassorbenti skont l-istandard ISO 17190.

Valutazzjoni u verifika:

(a)

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li din is-sustanza ma ntużatx.

(b)

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li tiddokumenta l-kompożizzjoni tal-polimeri superassorbenti li ntużaw fil-prodott. Dan għandu jsir fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodott billi jissemmew l-isem sħiħ, in-numru tal-CAS u l-monomeri residwi li jkun fih il-prodott, ikklassifikati skont ir-rekwiżit u l-kwantitajiet tagħhom. Il-metodi ta' ttestjar irrakkomandati huma l-ISO 17190 u d-WSP 210. Għandhom jiġu deskritti l-metodi użati għall-analiżi u għandhom jissemmew l-ismijiet tal-laboratorji użati għall-analiżi.

(c)

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li tispeċifika l-kwantità tal-estratti li jinħallu fl-ilma li jkun fihom il-polimeri superassorbenti. Il-metodi ta' ttestjar irrakkomandati huma ISO 17190 u WSP 270. Għandhom jiġu deskritti l-metodi użati għall-analiżi u għandhom jissemmew il-laboratorji użati għall-analiżi.

Kriterju 6. Materjali u komponenti oħrajn

6.1   Materjali adeżivi

Il-materjali adeżivi m'għandux ikun fihom xi waħda minn dawn is-sustanzi:

reżini tal-kolofoniji (in-numri tal-CAS 8050-09-7, 8052-10-6, 73138-82-6),

il-ftalat tad-diisobutil (DIBP, in-numru tal-CAS 84-69-5),

il-ftalat tad-diisononil (DINP, in-numru tal-CAS 28553-12-0),

il-formaldeid (in-numru tal-CAS 50-00-0).

Dan ir-rekwiżit m'għandux japplika meta dawk is-sustanzi ma jiżdidux mal-materjal jew mal-prodott finali bi ħsieb, u meta jkunu qegħdin fil-materjali adeżivi b'konċentrazzjoni ta' inqas minn 100 ppm (0,010 % skont il-piż).

Għall-formaldeid, il-limitu massimu għall-kontenut ta' formaldeid iġġenerat waqt il-produzzjoni adeżiva għandu jkun ta' 250 ppm, imkejjel fid-dispersjoni tal-polimeru maħluq ġdid. Il-kontenut ta' formaldeid liberu fl-adeżiv imwebbes (il-kolla) m'għandux jaqbeż l-10 ppm. L-adeżivi mdewba bis-sħana għandhom ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li r-rekwiżiti ġew issodisfati. L-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza jistgħu jintużaw bħala evidenza ta' dan. Ir-riżultati tat-testijiet għall-formaldeid għandhom jiġu pprovduti, ħlief għall-adeżivi mdewba bis-sħana.

6.2   Linki u koloranti

Il-prodott u kull parti omoġenja minnu m'għandhomx jinżebgħu bil-koloranti. Id-derogi għal dan ir-rekwiżit għandhom japplikaw għal:

l-ispaga tat-tampuni, il-materjali tal-imballaġġ u t-tejps;

id-diossidu tat-titanju fil-polimeri u l-visk;

il-materjali li ma jmissux direttament mal-ġilda jistgħu jinżebgħu bil-kolorant jekk iż-żebgħa tkun tissodisfa ċertu funzjonijiet speċifiċi (eż: biex il-prodott ikun jidher inqas mill-ilbies bajdani jew ċar, biex jintwera fejn għandu jeħel it-tejp, biex ikun jidher li l-prodott ikun imxarrab).

Il-linki u l-koloranti użati għandhom ikunu konformi wkoll mal-kriterju 7 dwar is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni u jġiegħel lill-fornituri jipprovdu dikjarazzjoni li r-rekwiżiti ġew issodisfati. Meta jintużaw il-koloranti, il-preżenza tagħhom għandha tiġġustifikaha xi waħda mill-funzjonijiet speċifiċi pprovduti.

6.3   Fwejjaħ

(a)

Il-prodotti kkummerċjalizzati kif imfassal u maħsubin għat-tfal, kif ukoll it-tampuni u l-assorbenti tat-treddigħ m'għandux ikollhom fwejjaħ.

(b)

Kull sustanza jew taħlita mdaħħla u miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tiġi mmanifatturata u mmaniġġjata skont il-kodiċi tal-prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (IFRA). Il-kodiċi jinsab fis-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org. Il-manifattur għandu jirrispetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA dwar il-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji tal-purità speċifikati għall-materjali.

(c)

Kull fwieħa li tintuża għandha tkun konformi wkoll mal-kriterju 7 dwar is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati, irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħha fil-prodott finali.

(d)

M'għandhomx jintużaw il-fwejjaħ u l-ingredjenti tat-taħlitiet tal-fwejjaħ li l-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (4) jidentifika bħala allerġeni tal-kuntatt ta' tħassib speċjali, u lanqas m'għandhom jintużaw fwejjaħ li l-preżenza tagħhom, skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ikun jeħtiġilha titniżżel fil-lista tal-ingredjenti. Barra minn hekk, in-nitromiski u l-miski poliċikliċi mhumiex permessi jintużaw.

(e)

Fuq l-imballaġġ tal-prodotti għandu jitniżżel li ntużaw xi fwejjaħ. Barra minn hekk, il-fwejjaħ u/jew l-ingredjenti tat-taħlitiet tal-fwejjaħ li l-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur jidentifika bħala allerġeni stabbiliti tal-kuntatt fil-bnedmin u li ma jkunux limitati bil-kriterju 6.3(c) u (d), għandhom jissemmew apparti.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità għal kull rekwiżit stipulat fil-punti (a) sa (e), sostnuta b'dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tal-fwieħa, jekk ikun xieraq. Meta jintużaw il-fwejjaħ għandha tingħata wkoll il-lista tal-fwejjaħ użati u evidenza viżwali li l-informazzjoni tniżżlet fuq l-imballaġġ.

6.4   Il-likwidi tad-dlik

(a)

Il-likwidi tad-dlik m'għandhomx jintużaw fl-assorbenti iġjeniċi tan-nisa, fit-tampuni u fl-assorbenti tat-treddigħ. Meta fi prodotti oħrajn jintużaw il-likwidi tad-dlik, dan għandu jitniżżel fuq l-imballaġġ.

(b)

Kull likwidu tad-dlik li jintuża fi prodotti oħrajn ħlief fl-assorbenti iġjeniċi tan-nisa, fit-tampuni u fl-assorbenti tat-treddigħ, għandu jkun konformi mal-kriterju 6.3 dwar il-fwejjaħ u mal-kriterju 7 dwar is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati, irrispettivament mill-konċentrazzjoni tiegħu fil-prodott finali.

(c)

Dawn is-sustanzi m'għandhomx jintużaw: it-triklożan, il-parabeni, il-formaldeid u r-rilaxxaturi tal-formaldeid.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità, sostnuta b'dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tal-likwidu tad-dlik, jekk ikun xieraq. Meta jintużaw il-likwidi tad-dlik għandha tingħata wkoll evidenza viżwali li l-informazzjoni tniżżlet fuq l-imballaġġ.

6.5   Silikon

(a)

Meta l-komponenti tal-prodott jiġu ttrattati bis-silikon, il-manifattur għandu jiżgura li l-impjegati jkunu protetti mis-solventi.

(b)

La ċ-ċiklotetrasilossan tal-ottametil D4 (bin-numru tal-CAS 556-67-2) u lanqas iċ-ċiklopentasilossan tad-dekametil D5 (bin-numru tal-CAS 541-02-6) m'għandhom ikunu fil-prodotti kimiċi li jintużaw fit-trattament tal-komponenti bis-silikon. Dan ir-rekwiżit m'għandux japplika meta s-sustanzi D4 u D5 jiżdiedu mal-materjal jew mal-prodott finali bi ħsieb, u meta dawn is-sustanzi jkunu qegħdin fis-silikon b'konċentrazzjoni ta' inqas minn 100 ppm (0,01 % skont il-piż).

Valutazzjoni u verifika:

(a)

L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-metodu użat għat-trattament tas-silikon u dokumentazzjoni li tiċċertifika li l-impjegati jkunu ġew protetti.

(b)

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur li dan ir-rekwiżit ġie ssodisfat.

6.6   Partiċelli tan-nanofidda

Partiċelli tan-nanofidda ma għandhomx jiżdiedu mal-prodott bi ħsieb, jew ma' xi parti jew materjal omoġenji minnu.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet u jġiegħel lill-fornituri jipprovdu dikjarazzjoni li dan ir-rekwiżit ġie ssodisfat.

Kriterju 7. Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati

7.1   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

L-Ekotikketta tal-UE tista' ma tingħatax jekk il-prodott jew xi oġġetti fih, kif jiddefinixxi l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jew xi parti omoġenja minnu jkun fihom sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji tal-klassifikazzjoni li jagħmlu mad-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew mal-frażijiet tar-riskju speċifikati fit-tabella 4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (7), u lanqas jekk ikun fihom sustanzi jew taħlitiet li jissemmew fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ħlief meta tkun ingħatat deroga speċifika.

L-aktar regoli riċenti tal-klassifikazzjoni li adottat l-Unjoni għandhom jieħdu preċedenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju elenkati. Għalhekk l-applikanti għandhom jiżguraw li kull klassifikazzjoni tkun ibbażata fuq l-aktar regoli riċenti ta' klassifikazzjoni.

Ħafna drabi d-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju f'tabella 4 jkunu jirreferu għal sustanzi. Madankollu, meta ma tkunx tista' tinkiseb informazzjoni dwar is-sustanzi, għandhom japplikaw ir-regoli ta' klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

Is-sustanzi jew it-taħlitiet li jibdlu l-proprjetajiet tagħhom bl-ipproċessar u allura ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew jinbidlu kimikament b'tali mod li jitneħħa l-periklu identifikat qabel, għandhom ikunu eżentati mill-kriterju 7.1. Pereżempju, dan għandu jinkludi polimeri u monomeri jew addittivi modifikati li jintrabtu b'mod kovalenti ġol-plastik.

Il-limiti ta' konċentrazzjoni għal sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li jkunu ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew il-frażi tar-riskju elenkati f'tabella 4, li jkunu jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew fil-kategoriji tal-periklu, u għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta' konċentrazzjoni ġeneriċi jew speċifiċi jinstabu skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Meta jinstabu limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi.

Tabella 4

Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju

Dikjarazzjoni tal-Periklu (1)

Frażi tar-Riskju (2)

H300 Fatali jekk jinbela'

R28

H301 Tossiku jekk jinbela'

R25

H304 Jaf ikun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs

R23/26

H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs

R23

H340 Jaf joħloq difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li joħloq difetti ġenetiċi

R68

H350 Jaf iġib il-kanċer

R45

H350i Jaf iġib il-kanċer jekk jinġibed man-nifs

R49

H351 Suspettat li jġib il-kanċer

R40

H360F Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

R61

H360FD Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

R60/61/60-61

H360Fd Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

R60/63

H360Df Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf.

R62-63

H362 Jaf jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa

R64

H370 Jagħmel ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jaf jagħmel ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta

R48/25/24/23

H373 Jista' jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b'effetti għal ħafna żmien

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b'effetti għal ħafna żmien

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'effetti għal ħafna żmien

R52-53

H413 Jaf jaffettwa lill-organiżmi akkwatiċi għal ħafna żmien

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jmiss mal-ilma jerħi gass tossiku

R29

EUH031 Meta jmiss mal-aċidu jerħi gass tossiku

R31

EUH032 Meta jmiss mal-aċidu jerħi gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn

R39-41

H317 (is-Sottokategorija 1 A): Jaf joħloq reazzjoni allerġika tal-ġilda (konċentrazzjoni ta' xkattar ≥ 0,1 % piż/piż) (3)

R43

H317 (is-Sottokategorija 1 B): Jaf joħloq reazzjoni allerġika tal-ġilda (konċentrazzjoni ta' xkattar ≥ 1,0 % piż/piż) (3)

H334: Jaf joħloq sintomi ta' allerġija jew tal-ażma jew diffikultajiet fin-nifs jekk jinġibed man-nifs

R42

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi l-lista tal-materjali tal-prodott, inkluża lista bl-oġġetti kollha u kull parti omoġenja minnu.

L-applikant għandu jgħarrex għall-preżenza ta' sustanzi u taħlitiet li jaf ikunu klassifikati fid-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew fil-frażijiet tar-riskju rrappurtati f'dan il-kriterju. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan ir-rekwiżit għall-prodott, kull oġġett fih jew kull parti omoġenja minnu.

L-applikanti għandhom jagħżlu għamliet xierqa ta' verifika. L-għamliet ewlenin ta' verifika huma previsti kif ġej:

Partijiet omoġenji u kull trattament jew impurtià assoċjata (eż: saff tal-polimeru superassorbenti): għandhom jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza għall-materjali li jsawru dik il-parti tal-prodott u għas-sustanzi u t-taħlitiet li ntużaw fit-tiswir u t-trattament tal-materjali li jibqa' fil-parti aħħarija 'l fuq mil-limitu tal-qtugħ ta' 0,10 % piż/piż diment li ma jkunx japplika limitu ta' konċentrazzjoni ġeneriku jew speċifiku skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

Ir-riċetti kimiċi li jintużaw biex joħolqu funzjoni speċifika tal-prodott jew tal-komponenti tal-prodott (eż: kolol u adeżivi, koloranti): għandhom jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza għas-sustanzi u t-taħlitiet li ntużaw fit-tgħaqqid tal-prodott finali jew għas-sustanzi u t-taħlitiet applikati għall-komponenti tal-prodott u l-bqija tal-komponenti tal-prodott.

Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha dokumentazzjoni relatata, bħal ngħidu aħna dikjarazzjonijiet tal-konformità bil-firma tal-fornituri, dwar in-nuqqas ta' klassifikazzjoni tas-sustanzi, it-taħlitiet jew materjali b'xi klassi tal-perikolu assoċjata mad-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew mal-frażijiet tar-riskju msemmija fil-lista ta' tabella 4 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, diment li dan ikun jista' jiġi stabbilit, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

L-informazzjoni mogħtija għandha tkun relatata mal-għamliet jew mal-qagħdiet fiżiċi tas-sustanzi jew tat-taħlitiet użati fil-prodott finali.

Għandha tingħata din l-informazzjoni teknika biex issostni d-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni għal kull sustanza u taħlita:

(i)

għas-sustanzi li ma ġewx irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew li għad ma għandhomx klassifikazzjoni CLP armonizzata, trid tingħata informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament;

(ii)

għas-sustanzi rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni CLP, trid tingħata informazzjoni bbażata fuq id-dossier tar-reġistrazzjoni REACH li tikkonferma l-istatus ta' nuqqas ta' klassifikazzjoni tas-sustanza;

(iii)

għas-sustanzi bi klassifikazzjoni armonizzata jew awtoklassifikati, iridu jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza meta dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli jew is-sustanza tkun awtoklassifikata, għandha tingħata informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(iv)

fil-każ tat-taħlitiet, iridu jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza meta dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli allura għandu jingħata kalkolu tal-klassifikazzjoni tat-taħlita skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 flimkien ma' informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-perikolu tat-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

L-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) għandhom jimtlew skont il-gwida stabbilita fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ir-rekwiżiti għall-kumpilazzjoni tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza). SDS mhux kompluta tkun trid tiġi sostnuta b'aktar informazzjoni minn dikjarazzjonijiet tal-fornituri tal-kimika.

L-informazzjoni dwar il-karatteristiċi intrinsiċi tas-sustanzi ma hemmx għalfejn bilfors tinħoloq b'testijiet. Tista' tinstab b'metodi oħra bħal dawk in vitro, mudelli ta' attività bi struttura kwantitattiva, jew ta' ggruppar jew ta' read-across skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-użu kondiviż tad-dejta rilevanti fil-katina tal-provvista hu mħeġġeġ bil-qawwa.

7.2   Is-sustanzi mniżżlin skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma għandha tingħata l-ebda deroga għall-esklużjoni mill-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fejn jidħlu sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, meta jkunu preżenti fit-taħlitiet, f'oġġett jew f'xi parti omoġenja tal-prodott b'konċentrazzjonijiet > 0,10 % bil-piż.

Valutazzjoni u verifika:

Għandha ssir referenza għall-aħħar aġġornament tal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna fid-data tal-applikazzjoni. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterju 7.2, u dokumentazzjoni relatata, inklużi dikjarazzjonijiet tal-konformità bil-firma tal-fornituri tal-materjali u kopji tal-SDSs għas-sustanzi jew it-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi jew it-taħlitiet. Għas-sustanzi u t-taħlitiet, il-limiti ta' konċentrazzjoni għandhom jitniżżlu fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Kriterju 8. L-effiċjenza tal-materjali fil-manifattura

Il-kwantità tal-iskart iġġenerata fil-manifattura u fl-imballaġġ tal-prodotti, bil-frazzjoni tal-iskart li jintuża mill-ġdid jew li jsir materjal utli u/jew jissarraf f'enerġija, ma għandhiex taqbeż:

l-10 % bil-piż tal-prodotti finali għat-tampuni,

il-5 % bil-piż tal-prodotti finali għal kull prodott ieħor.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi evidenza tal-kwantità tal-iskart li ma reġax intuża fil-proċess tal-manifattura jew li ma sarx materjali u/jew li ma ssarrafx f'enerġija.

Il-kalkoli għandhom isiru skont ISO 14025 u l-applikant għandu jippreżenta kull wieħed minn dawn il-parametri:

il-piż totali tal-prodott u tal-imballaġġ,

il-flussi kollha tal-iskart iġġenerati fil-manifattura, u

l-ipproċessar tat-trattament rispettiv (pereżempju r-riċiklaġġ, l-inċinerazzjoni), inkluż il-frazzjoni tal-iskart irkuprat u mormi.

L-iskart nett għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn l-ammont ta' skart iġġenerat u l-ammont ta' skart irkuprat.

Kriterju 9. Gwida dwar ir-rimi tal-prodotti

Fuq l-imballaġġ, il-produtturi għandhom jiktbu jew juru b'simboli viżwali:

li l-prodott ma għandux jintrema fit-tojlits, u

l-mod korrett kif il-prodott għandu jintrema.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ.

Kriterju 10. L-adegwatezza għall-użu u l-kwalità tal-prodott

L-effiċjenza/kwalità tal-prodott għandha tkun sodisfaċenti u tal-anqas ekwivalenti għall-prodotti li diġà hemm fis-suq. L-adegwatezza għall-użu għandha tiġi ttestjata fir-rigward tal-karatteristiċi u l-parametri mniżżla f'Tabella 5. Meta jkunu ġew identifikati, il-limiti tal-prestazzjoni għandhom jitqabblu.

Tabella 5

Il-karatteristiċi u l-parametri li jiddeskrivu l-adegwatezza għall-użu tal-prodott li se jiġi ttestjat

Karatteristika

Il-prattika tal-ittestjar meħtieġa (il-limitu tal-prestazzjoni)

Ħrieqi tat-trabi

Assorbenti iġjeniċi tan-nisa

Tampuni

Assorbenti tat-treddigħ

Testijiet waqt l-użu

U1.

Assorbiment u protezzjoni mit-tnixxija (**)

Test tal-konsumatur (It-tnixxija tokkorri f'mhux aktar minn 5 % tal-prodotti)

U2.

It-tnixxif tal-ġilda

Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti)

Mhux applikabbli

Għall-ħrieqi tat-trabi

U3.

Tajbin u komdi

Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti)

U4.

Prestazzjoni ġenerali

Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti)

Testijiet tekniċi

T1.

Assorbiment u protezzjoni mit-tnixxija

Ir-rata ta' assorbiment u l-assorbiment qabel it-tnixxija

Il-metodu sinġina

Mhu rakkomandat l-ebda metodu

T2.

It-tnixxif tal-ġilda

TEWL, il-metodu msejjaħ “rewet” jew ittestjar korneometriku

Mhux applikabbli

Mhu rakkomandat l-ebda metodu

Valutazzjoni u verifika:

Għandu jingħata rapport tat-test għat-testijiet waqt l-użu u għat-testijiet tekniċi li jiddeskrivu l-metodi ta' ttestjar, ir-riżultati tat-test u d-dejta użata. It-testijiet għandhom jagħmluhom laboratorji ċċertifikati biex jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità, irrispettivament jekk hux interni jew esterni.

It-testijiet għandhom isiru għat-tip speċifiku u d-daqs tal-prodotti li japplikaw għall-Ekotikketta tal-UE. Madankollu, jekk jintwera li l-prodotti għandhom l-istess prestazzjoni, ikun biżżejjed li jiġi ttestjat daqs wieħed biss jew taħlita rappreżentattiva ta' qisien għal kull disinn tal-prodott. Għandha tingħata attenzjoni speċjali rigward it-teħid tal-kampjuni, it-trasport u l-ħażna tal-prodotti ħalli jkunu żgurati riżultati riproduċibbli. Huwa rakkomandat li l-prodotti ma jinsatrux jew jerġgħu jiġu ppakkjati f'imballaġġ newtrali minħabba r-riskju li tinbidel il-prestazzjoni tal-prodotti u/jew tal-imballaġġ.

Informazzjoni dwar l-ittestjar għandha ssir disponibbli għall-korpi kompetenti b'tali mod li tkun rispettata l-kunfidenzjalità. Ir-riżultati tat-test għandhom jitfissru ċar u tond u jitniżżlu bil-lingwa, l-unitajiet u s-simboli li jifhem l-utent tad-dejta. Għandhom jitniżżlu dawn id-dettalji: il-post u d-data tat-testijiet; il-kriterji użati biex jingħażlu l-prodotti ttestjati u r-rappreżentattività tagħhom; il-karatteristiċi magħżula tal-ittestjar u, jekk ikunu japplikaw, ir-raġunijiet għalfejn ċerti karatteristiċi ma tħaddmux; il-metodi ta' ttestjar użati u l-limitazzjonijiet tagħhom, jekk għandhom. Għandhom jingħataw linji gwida ċari dwar l-użu tar-riżultati tat-test.

Linji gwida oħrajn għat-testijiet tal-utent:

It-teħid tal-kampjuni, id-disinn esperimentali, il-panel tar-reklutaġġ u l-analiżi tar-riżultati tat-test għandhom ikunu konformi mal-prattiċi tal-istatistika standard (AFNOR Q 34-019, ASTM E1958-07e1 jew ekwivalenti).

Kull prodott għandu jiġi vvalutat skont kwestjonarju. It-test għandu jdum mill-inqas 72 siegħa, ġimgħa sħiħa meta possibbli, u għandu jsir f'kundizzjonijiet normali tal-użu tal-prodott;

L-għadd rakkomandat ta' testers għandu jkun tal-inqas 30. Kull individwu li jieħu sehem fl-istħarriġ għandu jkun utent attwali tat-tip/daqs speċifiku tal-prodott ittestjat.

Meta l-prodott ma jkunx maħsub b'mod speċifiku għal sess wieħed, il-proporzjon tal-irġiel u n-nisa għandu jkun ta' 1:1.

Fl-istħarriġ għandhom jieħdu sehem taħlita ta' individwi li jirrappreżentaw proporzjonalment gruppi differenti ta' konsumaturi disponibbli fis-suq. Għandhom jitniżżlu ċar u tond, l-etajiet, il-pajjiżi u s-sessi.

Individwi morda u persuni b'kundizzjoni kronika fil-ġilda m'għandhomx jieħdu sehem fit-test. Meta xi individwi jimirdu waqt il-prova tal-utenti, dan għandu jitniżżel fil-kwestjonarju u t-tweġibiet m'għandhomx jitqiesu fl-evalwazzjoni.

Għat-tnixxif tal-ġilda, għal prodotti tajbin u komdi, u għall-prestazzjoni ġenerali, 80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti, li pereżempju tkun tfisser li konsumatur jagħti rata ogħla minn 60 (fi skala kwantitattiva bejn 1 u 100) jew li l-prodott ġie klassifikat bħala tajjeb jew tajjeb ħafna (fost il-ħames għażliet kwalitattivi: dgħajjef ħafna, dgħajjef, mhux ħażin, tajjeb, tajjeb ħafna). Għall-assorbiment u l-protezzjoni mit-tnixxija, it-tnixxija għandha ssir f'inqas minn 5 % tal-prodotti ttestjati.

Ir-riżultati għandhom jiġu evalwati statistikament wara li titlesta l-prova tal-utenti.

Għandhom jiġu kkomunikati wkoll fatturi esterni bħal marki kummerċjali, ishma mis-suq u reklamar li jaf ikollhom impatt fuq l-impressjoni tal-prestazzjoni tal-prodott.

Rekwiżiti oħrajn għat-testijiet tekniċi:

Il-metodi ta' ttestjar għandhom jissejsu kemm jista' jkun fuq metodi rilevanti għall-prodott, riproduċibbli u rigorużi.

Għandhom jiġu ttestjati mill-inqas ħames kampjuni. Ir-riżultati medji għandhom jiġu rrappurtati flimkien ma' indikazzjoni tad-devjazzjoni standard.

Il-piż, il-qisien u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott għandhom jiġu deskritti u mogħtija skont il-kriterju 1.

Kriterju 11. Aspetti soċjali

L-applikanti għandhom jiżguraw li l-impjanti tal-produzzjoni fil-katina tal-provvista li jintużaw fil-manifattura tal-prodotti liċenjzati, josservaw il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol li jiddeskrivu l-Istandards Ewlenin tax-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-Global Compact tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali. Għal finijiet ta' verifika, għandha ssir referenza għal dawn l-Istandards Ewlenin tax-Xogħol tal-ILO:

029

Xogħol bil-forza

087

Libertà tal-Assoċjazzjoni u t-Tħaris tad-Dritt tal-Organizzazzjoni

098

Id-Dritt tal-Organizzazzjoni u tan-Negozjar Kollettiv

100

Ħlas indaqs

105

L-Abolizzjoni tax-Xogħol bil-Forza

111

Id-Diskriminazzjoni (L-Impjiegi u l-Kariga)

138

Il-Konvenzjoni tal-Età Minima

155

Is-sikurezza u s-saħħa fuq ix-xogħol

182

L-eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta' Xogħol mit-Tfal

Dawn l-istandards għandhom jiġu kkomunikati lill-impjanti tal-produzzjoni fil-katina tal-provvista li jintużaw fil-manifattura tal-prodott finali.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu juri li saret verifika tal-konformità minn parti terza, premezz ta' verifika indipendenti jew evidenza dokumentarja, inklużi żjajjar fuq il-post minn awdituri waqt il-proċess ta' verifika tal-Ekotikketta għal impjanti tal-produzzjoni fil-katina tal-provvista tal-prodotti liċenzjati. Dan għandu jsir mal-applikazzjoni u, jekk jibdew jintużaw impjanti ġodda tal-produzzjoni, sussegwentement waqt il-perjodu tal-liċenzja.

Kriterju 12. L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-logo tal-Ekotikketta tal-UE jista' jidher kemm fuq l-imballaġġ kif ukoll fuq il-prodott. Kaxxa 2 tal-Ekotikketta tal-UE għandu jkun fiha dan it-test:

“Impatti mnaqqsa mill-konsum tar-riżorsi”

“Użu ristrett ta' sustanzi perikolużi.”

“It-testijiet tal-prestazzjoni u tal-kwalità ġew issodisfati”

Barra minn hekk, dan it-test għandu jidher fuq l-imballaġġ: “Biex tkun taf aktar għala dan il-prodott ingħata l-Ekotikketta tal-UE, żur http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/”.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li turi konformità mar-rekwiżit u mal-evidenza viżwali.


(*)  Fil-kalkolu jitqiesu l-emissjonijiet netti ta' P. Il-P li jkun jinsab b'mod naturali fil-materja prima tal-injam u fl-ilma jista' jitnaqqas mill-emissjonijiet totali ta' P. Għandu jiġi aċċettat tnaqqis sa 0,010 kg/ADT.

(1)  Bħalma tiddefinixxi d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  L-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur dwar l-allerġeni tal-fwejjaħ fil-prodotti kożmetiċi, adottata f'Ġunju tal-2012: http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_102.pdf.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).

(1)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(2)  Skont id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).

(3)  Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011 tal-10 ta' Marzu 2011 li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet.

(**)  Panty liners mingħajr qalba maħsuba biex jipproteġu l-ilbies ta' taħt tan-nisa (panty liners ħfief) huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.