ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 309

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
30 ta' Ottubru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata meta jeżerċitaw id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti biex jiġu kkalkulati r-rati speċifiċi għall-istituzzjoni tal-bafer tal-kapital kontroċikliku ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1153/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 198/2006 fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, u r-rekwiżiti ta' teħid ta' kampjuni, il-preċiżjoni u l-kwalità ( 1 )

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1154/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti ta' prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1155/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Svediża tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2013 dwar it-tariffi u l-imposti dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali ( 1 )

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1156/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jikkoreġi l-verżjoni Slovena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/2009 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina, u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE ( 1 )

29

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1157/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jikkoreġi l-verżjoni Slovena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti kummerċjali tal-għalf li jimmanifatturaw jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija koċċidjostati u istomonostati ( 1 )

30

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/747/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2014 li taħtar membru Daniż u membru supplenti Daniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

34

 

 

2014/748/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2014 dwar miżura meħuda mill-Ġermanja f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS (notifikata bid-dokument C(2014) 7757)

35

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti ( ĠU L 173, 12.6.2014 )

37

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel ( ĠU L 168, 7.6.2014 )

37

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1151/2014

tal-4 ta' Ġunju 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata meta jeżerċitaw id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(5), l-Artikolu 36(5) u l-Artikolu 39(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-informazzjoni fin-notifiki pprovduta minn istituzzjonijiet ta' kreditu għandha tkun iddettaljata biżżejjed sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun tista' tivvaluta jekk l-istruttura amministrattiva u s-sitwazzjoni finanzjarja ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu humiex adegwati biex itwettqu l-attivitajiet previsti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor li fih huma jixtiequ joperaw, filwaqt li jippreparaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għas-superviżjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu.

(2)

Għall-finijiet li ssir distinzjoni ċara bejn in-notifiki tal-bidu, in-notifiki li jirriżultaw mill-bidliet fid-dettalji tan-notifiki tal-bidu u dawk relatati ma' terminazzjoni ppjanata tal-operat ta' fergħa, huwa meħtieġ li jiġu definiti ċerti termini tekniċi użati.

(3)

Sabiex l-ammont ta' informazzjoni li għandha tiġi notifikata jibqa' f'limiti raġonevoli, l-informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni ta' notifika inizjali biss għandha tiġi trażmessa lill-awtoritajiet kompetenti. Notifika inizjali għandha tinkludi dettalji għall-identifikazzjoni tal-fergħa u l-istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq tistabbilixxi din il-fergħa kif ukoll id-dettalji sabiex jiġi eżaminat il-programm ta' operazzjonijiet tal-fergħa previst mill-istituzzjoni ta' kreditu. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu tbassir finanzjarju għat-tliet snin li ġejjin sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw li l-attivitajiet tal-fergħa mhux se jdgħajjfu l-istabbiltà tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu fil-futur. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar il-livelli u l-iskop tal-protezzjoni offruta lill-klijenti tal-fergħa.

(4)

Meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkun beħsiebhom iwettqu wieħed jew aktar servizzi ta' investiment u attivitajiet definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad- Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi nnotifikata informazzjoni speċifika dwar l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju. Din l-informazzjoni għandha tagħti dettalji dwar l-arranġamenti interni biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dik id-Direttiva, sabiex l-awtoritajiet kompetenti ikunu f'qagħda li jivvalutaw l-adegwatezza tal-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa għas-servizzi u attivitajiet ta' investiment previsti.

(5)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti għandhom bżonn jirċievu informazzjoni aġġornata f'każ ta' notifika ta' passaport ta' fergħa, inkluż l-għeluq ta' fergħa, sabiex ikunu f'pożizzjoni li jieħdu deċiżjoni infurmata skont is-setgħat u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

(6)

Dan ir-Regolament għandu jindirizza wkoll notifika minn istituzzjonijiet ta' kreditu relatata mat-twettiq ta' attivitajiet fi Stat Membru ospitanti bħala l-forniment ta' servizzi transfruntieri. Minħabba n-natura tas-servizzi transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ta' spiss iħabbtu wiċċhom ma' nuqqas ta' informazzjoni dwar operazzjonijiet li jkunu qed jitmexxew fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, u li għalhekk huwa essenzjali li jiġi speċifikat fid-dettall liema informazzjoni trid tiġi nnotifikata.

(7)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw notifiki relatati mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, inklużi investituri li mhumiex residenti fl-Unjoni, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mid-Direttiva 2013/36/UE f'Regolament wieħed.

(8)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament għandhom jinqraw flimkien mad-dispożizzjonijiet fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2014 (3).

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) lill-Kummissjoni.

(10)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata meta jiġi eżerċitat id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 35(5), l-Artikolu 36(5) u l-Artikolu 39(4) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“notifika ta' passaport ta' fergħa” tfisser notifika li ssir skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2013/36/UE mill-istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tiegħu;

(2)

“notifika ta' bidla fid-dettalji ta' fergħa” tfisser notifika skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE minn istituzzjoni tal-kreditu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti ta' bidla fid-dettalji kkomunikati skont l-Artikolu 35(2)(b), (c) jew (d) ta' dik id-Direttiva;

(3)

“notifika ta' passaport ta' fergħa” tfisser notifika li ssir skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2013/36/UE minn istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq teżerċita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi billi twettaq l-attivitajiet tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tagħha.

Artikolu 3

Notifika ta' passaport ta' fergħa

1.   L-informazzjoni li għandha tiġi notifikata f'notifika ta' passaport ta' fergħa għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-istituzzjoni ta' kreditu u l-isem u l-post prinċipali ta' negozju intiż tal-fergħa;

(b)

il-programm ta' operazzjonijiet kif speċifikat fil-paragrafu 2;

2.   Il-programm ta' operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tipi ta' negozju maħsub, li jinkludi l-informazzjoni li ġejja;

(i)

l-għanijiet ewlenin u l-istrateġija tan-negozju tal-fergħa u spjegazzjoni ta' kif il-fergħa se tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, tal-grupp tagħha;

(ii)

lista ta' attivitajiet fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti;

(iii)

indikazzjoni tal-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju fl-Istat Membru ospitanti, inkluż id-data tal-bidu maħsuba għal kull attività ewlenija;

(iv)

deskrizzjoni tal-klijenti fil-miri u l-kontropartijiet;

(b)

l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa, li tinkludi l-informazzjoni li ġejja;

(i)

deskrizzjoni tal-istruttura organizzativa tal-fergħa, inklużi l-linji ta' rappurtar ġuridiċi u funzjonali u l-pożizzjoni u r-rwol tal-fergħa fi ħdan l-istruttura korporattiva tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, tal-grupp tagħha;

(ii)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll tal-fergħa, inkluża l-informazzjoni li ġejja:

proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-fergħa u dettalji dwar l-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-istituzzjoni, u fejn applikabbli, tal-grupp tagħha;

kull limitu li japplika għall-attivitajiet tal-fergħa, b'mod partikolari għall-attivitajiet ta' self tagħha;

dettalji ta' arranġamenti ta' awditjar intern tal-fergħa, inklużi d-dettalji tal-persuna responsabbli għal dawn l-arranġamenti u, fejn applikabbli, dettalji tal-awditur estern;

arranġamenti kontra l-ħasil tal-flus tal-fergħa inklużi dettalji dwar il-persuna maħtura biex tiżgura konformità ma' dawn l-arranġamenti;

kontrolli fuq l-esternalizzazzjoni u arranġamenti oħra ma' partijiet terzi b'rabta mal-attivitajiet imwettqa fil-fergħa li huma koperti mill-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni;

(iii)

fejn il-fergħa hija mistennija twettaq wieħed jew aktar mis-servizzi ta' investiment u attivitajiet definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, deskrizzjoni tal-arranġamenti li ġejjin:

l-arranġamenti għall-ħarsien tal-flus u l-assi tal-klijent

l-arranġamenti għall-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 19, 21, 22, 25, 27 u 28 tad-Direttiva 2004/39/KE u l-miżuri adottati skont dawn mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru ospitanti

il-kodiċi ta' kondotta interna inklużi l-kontrolli fuq negozjar fil-kont propju

dettalji tal-persuna responsabbli biex tittratta ilmenti dwar is-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment tal-fergħa

id-dettalji tal-persuna maħtura sabiex tassigura l-konformità mal-arranġamenti tal-fergħa li jirrelataw ma' servizzi ta' investiment u attivitajiet;

(c)

dettalji ta' esperjenza professjonali tal-persuni responsabbli għall-immaniġġjar tal-fergħa;

(d)

informazzjoni oħra, li tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i)

pjan finanzjarju li fih tbassir għal karta bilanċjali u kont tal-qligħ u t-telf li jkopri perjodu ta' tliet snin;

(ii)

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-garanzija tad-depożiti tal-Unjoni u tal-iskemi ta' protezzjoni tal-investitur li tagħhom l-istituzzjoni hija membru u li jkopru l-attivitajiet u s-servizzi tal-fergħa, flimkien mal-kopertura massima tal-iskema ta' protezzjoni tal-investitur;

(iii)

dettalji tal-arranġamenti tal-IT tal-fergħa.

Artikolu 4

Notifika ta' bidla fid-dettalji ta' fergħa u notifika tat-tmiem tal-operat ta' fergħa

1.   Notifika ta' bidla fid-dettalji fergħa li mhix relatata ma' terminazzjoni ppjanata tal-attività ta' fergħa għandha tiġi nnotifikata meta jkun hemm bidla fl-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 3(1)(a) u (b), minbarra dik speċifikata fl-Artikolu 3(2)(d) billi l-aħħar notifika mill-istituzzjoni ta' kreditu, jew, jekk dik l-informazzjoni ma kinetx ġiet notifikata, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni li trid tiġi notifikata meta istituzzjoni tal-kreditu tippjana li ttemm l-operazzjoni ta' fergħa għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuni li ser ikunu responsabbli għall-proċess tat-tmiem tal-operat tal-fergħa;

(b)

l-iskeda stmata għat-tmiem ppjanat tal-operat u kull aġġornament rilevanti kif jevolvi l-proċess;

(c)

informazzjoni dwar il-proċess ta' tmiem tar-relazzjonijiet kummerċjali mal-klijenti tal-fergħa.

Artikolu 5

Notifika ta' servizzi ta' passaport

L-informazzjoni li għandha tiġi notifikata f'notifika ta' servizzi ta' passaport għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

il-lista ta' attivitajiet fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti;

(b)

l-attivitajiet li ser jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju fl-Istat Membru ospitanti;

(c)

id-data tal-bidu għal kull attività tas-servizz ċentrali fejn applikabbli.

Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2014 tas-27 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 254, 28.8.2014, p. 2).

(4)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/5


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1152/2014

tal-4 ta' Ġunju 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti biex jiġu kkalkulati r-rati speċifiċi għall-istituzzjoni tal-bafer tal-kapital kontroċikliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment (1), u b'mod partikolari, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 140(7) tagħha.

Billi:

(1)

Il-kalkolu tar-rati tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiċi għall-istituzzjonijiet jeħtieġ li l-post tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi kollha ta' kreditu ta' istituzzjoni speċifika, inklużi l-iskoperturi miżmuma tal-portafoll tan-negozjar u l-iskoperturi ta' titolizzazzjoni kollha, jiġu identifikati ġeografikament.

(2)

Il-pożizzjoni ġeografika għandha tiġi stabbilita skont il-pożizzjoni tar-riskju tal-iskoperturi. Dan jiżgura li l-bini ta' riservi addizzjonali mill-implimentazzjoni tal-bafer kontroċikliku jiġi allokat lis-sistema finanzjarja bi tkabbir ta' kreditu eċċessiv.

(3)

Il-post tar-residenza ta' min hu marbut bl-obbligazzjoni jew tad-debitur għandu jkun użat għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tal-esponimenti ta' kreditu kollha peress li dan huwa kkunsidrat li l-aħjar jirrifletti l-post fejn ikun jinsab ir-riskju u li, għalhekk, huwa ta' importanza għas-sistema finanzjarja. Madanakollu, il-pożizzjoni ġeografika tal-iskoperturi tal-kreditu identifikati bħala skoperturi speċjalizzati ta' għoti ta' self skont l-Artikolu 147(8) tar-Regolament (EU) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tkun ibbażata fuq il-pożizzjoni tal-assi li jiġġeneraw il-qligħ li huwa s-sors primarju tar-rimborż tal-obbligu (virgola mħassra).

(4)

Għal fehim ċar u mhux ambigwu tal-miżuri għall-identifikazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tal-iskoperturi rilevanti tal-kreditu, huwa essenzjali li tiġi speċifikata lista ta' definizzjonijiet tat-termini tekniċi użati f'dan ir-Regolament.

(5)

Skoperturi għal persuna ġuridika għandhom, fil-prinċipju, jiġu allokati lill-Istat Membru jew lill-pajjiż terz, fejn dik il-persuna jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Madankollu, il-post taċ-ċentru ta' amministrazzjoni u l-post tal-uffiċċju rreġistrat ta' persuna ġuridika jistgħu jvarjaw. Dan ġie rikonoxxut mill-Qorti fis-sentenzi tagħha fil-kawżi C-81/87 (Daily Mail), C-212/97 (Centros), C-208/00 (Überseering), C-167/01 (Inspire Art), C-411/03 (SEVIC) u C-210/06 (Cartesio). Biex tiġi żgurata allokazzjoni xierqa tal-bafer kapitali kontroċikliku f'dawk il-każijiet, istituzzjonijiet, li huma konxji li tali diskrepanza teżisti fir-rigward ta' obbligant, għandhom jallokaw l-iskoperturi rilevanti lill-post taċ-ċentru attwali tal-amministrazzjoni ta' persuna ġuridika rilevanti.

(6)

Għall-iskoperturi ta' impriżi ta' investiment kollettiv (CIU), huwa xieraq illi jiġu allokati fil-post tal-obbligant tal-iskopertura sottostanti kif imfissra f'dan ir-Regolament. Fejn id-definizzjoni tal-obbligant tal-iskopertura sottostanti tinvolvi piż li ma jkunx raġonevoli, l-iskopertura lill-CIU tista' tiġi allokata lill-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni.

(7)

Skoperturi għal assi oħra għandhom jiġu allokati lil tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni, jekk l-obbligant tagħhom ma jistax jiġi identifikat.

(8)

Għandhom jitqiesu kunsiderazzjonijiet ta' proporzjonalità u materjalità għal istituzzjonijiet bi skopertura barranija limitata jew attività limitata tal-portafoll tan-negozjar, billi jkun permess l-użu ta' metodi ta' allokazzjoni aktar sempliċi għal dawn l-istituzzjonijiet. Dan huwa maħsub biex itaffi l-piż għal istituzzjonijiet iżgħar li għandhom it-tendenza li jkollhom attività limitata barranija u tal-portafoll tan-negozjar.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni Ewropea.

(10)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu jissejjes dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati mwaqqaf skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skopertura ġenerali ta' kreditu” tfisser l-ammont tal-iskopertura għar-riskju ikkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ta' skopertura msemmija fl-Artikolu 140(4)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(2)

“skopertura tal-portafoll tan-negozjar” tfisser l-ammont tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ta' skopertura msemmija fl-Artikolu 140(4)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(3)

“skoperturi tat-titolizzazzjoni” tfisser l-ammont tal-iskopertura għar-riskju ikkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ta' skopertura msemmija fl-Artikolu 140(4)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(4)

“sede tal-obbligant” tfisser l-Istat Membru jew pajjiż terz, fejn il-persuna fiżika jew ġuridika, li hija l-kontroparti tal-istituzzjoni għal iskopertura ta' kreditu ġenerali jew l-emittent ta' strument finanzjarju mhux inkluż tal-portafoll tan-negozjar jew il-kontroparti għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, hija ordinarjament residenti (fil-każ ta' persuna naturali), jew għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta' persuna ġuridika); għal persuna ġuridika li ċ-ċentru ta' amministrazzjoni attwali tagħha huwa fi Stat Membru jew f'pajjiż terz ieħor li mhuwiex l-Istat jew il-pajjiż tal-uffiċċju reġistrat tagħha, “sede tal-obbligant” ifisser l-Istat Membru jew pajjiż terz tal-post attwali ta' amministrazzjoni tagħha;

(5)

“sede tal-obbligant” tfisser l-Istat Membru jew pajjiż terz, fejn il-persuna fiżika jew ġuridika, li hija l-emittent tal-istrument finanzjarju tal-portafoll tan-negozjar jew il-kontroparti għal skopertura tal-portafoll tan-negozjar, hija ordinarjament residenti (fil-każ ta' persuna fiżika), jew għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta' persuna ġuridika); għal persuna ġuridika li ċ-ċentru ta' amministrazzjoni attwali tagħha huwa fi Stat Membru jew f'pajjiż terz ieħor li mhuwiex l-Istat jew il-pajjiż tal-uffiċċju reġistrat tagħha, “sede tal-obbligant” ifisser l-Istat Membru jew pajjiż terz tal-post attwali ta' amministrazzjoni tagħha;

(6)

“il-post tal-fatturat” tfisser l-Istat Membru jew pajjiż terz fejn jinsabu l-assi li jiġġeneraw id-dħul li huwa s-sors primarju tar-rimborż tal-obbligu fir-rigward ta' skopertura speċjalizzata ta' għoti ta' self;

(7)

“skopertura barranija” tfisser skopertura ta' kreditu barranija ġenerali fejn l-obbligant ma jkunx fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni;

(8)

“skopertura speċjalizzata ta' għoti ta' self” tfisser l-iskoperturi ta' kreditu ġenerali li jkollhom il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 147(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 2

Post ta' Skoperturi ta' Kreditu Ġenerali

(1)   L-iskoperturi ta' kreditu ġenerali kollha, li ma jaqgħux taħt il-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu allokati lill-post tal-obbligant.

(2)   Skoperturi ta' kreditu ġenerali għal CIUs kif imsemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom ikunu allokati għall-post tal-obbligant tal-iskoperturi sottostanti. Jekk ikun hemm aktar minn post wieħed li jikkorrispondi mal-obbliganti tal-iskoperturi sottostanti ta' skopertura ta' CIU partikolari, l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament jista' japplika wkoll għal dik l-iskopertura CIU.

(3)   Skopertura speċjalizzata ta' għoti ta' self kif imsemmija fl-Artikolu 147(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 se tiġi allokata lill-post tal-fatturat.

(4)   Skoperturi ta' kreditu ġenerali għal CIUs kif imsemmi fil-punt (q) tal-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom ikunu allokati lill-Istat Membru ta' domiċilju tal-istituzzjoni jekk l-istituzzjoni ma tistax tidentifika l-obbligant.

(5)   L-iskoperturi ta' kreditu ġenerali li ġejjin jistgħu jiġu allokati lill-Istat Membru ta' domiċilju tal-istituzzjoni:

(a)

skoperturi għal CIUs kif imsemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn l-istituzzjoni ma tistax tidentifika l-post fejn jinsab l-obbligant jew l-obbliganti tal-iskoperturi sottostanti msejsa fuq informazzjoni eżistenti disponibbli internament jew esternament mingħajr sforz sproporzjonat;

(b)

skoperturi barranin, li l-aggregat tagħhom ma jaqbiżx 2 % tal-aggregat tal-kreditu ġenerali, il-portafoll tan-negozjar u l-iskoperturi tat-titolizzazzjoni ta' dik l-istituzzjoni. L-aggregat tal-kreditu ġenerali, il-portafoll tan-negozjar u l-iskoperturi tat-titolizzazzjoni jiġi kkalkulat billi jiġu esklużi l-iskoperturi ta' kreditu ġenerali fil-post skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu u mal-paragrafu 4.

(6)   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-perċentwal imsemmi f'punt (b) ta' paragrafu 5, kemm fuq bażi annwali u fuq bażi ad hoc. Huwa meħtieġ kalkolu ad hoc meta jseħħ avveniment li jaffettwa s-sitwazzjoni ekonomika jew finanzjarja tal-istituzzjoni.

Artikolu 3

Il-lokazzjoni ġeografika tal-iskoperturi tal-portafoll tan-negozjar

(1)   Suġġett għall-paragrafi 2 u 3, l-iskoperturi tal-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu allokati lill-post tad-debitur.

(2)   Għall-iskoperturi tal-portafoll tan-negozjar soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-pożizzjoni ġeografika tagħhom billi jimmultiplikaw l-ammont ta' skopertura għar-riskju aggregat tagħhom bil-proporzjon hawn taħt:

(a)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għas-subportafolli maqsuma skont il-pożizzjoni ġeografika determinata skont il-mudell previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għas-

(b)

somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbilita taħt il-punt (a) mifruxa fuq il-postijiet ġeografiċi kollha.

(3)   L-istituzzjonijiet li l-iskoperturi totali tagħhom tal-portafoll tan-negozjar ma jaqbżux 2 % tat-total ġenerali tal-kreditu tagħhom, u l-iskoperturi ta' titolizzazzjoni u tal-portafoll tan-negozjar, jistgħu jallokaw dawk l-iskoperturi lill-Istat Membru ta' domiċilju tal-istituzzjoni.

(4)   L-istituzzjonijiet se jikkalkulaw il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 3, kemm fuq bażi annwali u bażi ad hoc. Huwa meħtieġ kalkolu ad hoc meta jseħħ avveniment li jaffettwa s-sitwazzjoni ekonomika jew finanzjarja tal-istituzzjoni.

Artikolu 4

Il-lokazzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' titolizzazzjoni

(1)   L-iskopertura tat-titolizzazzjoni għandu jiġi allokat għall-post tal-obbligant tal-iskoperturi sottostanti.

(2)   Fejn ikun hemm aktar minn post wieħed li jikkorrispondi mal-obbligant tal-iskoperturi sottostanti ta' skopertura ta' titolizzazzjoni partikolari, dik l-iskopertura tista' tiġi allokata lill-post tal-obbligant tal-iskoperturi sottostanti bl-ogħla proporzjon fl-iskoperturi ta' titolizzazzjoni sottostanti.

(3)   Skoperturi ta' titolizzazzjoni li informazzjoni dwar l-iskoperturi ta' titolizzazzjoni sottostanti ma tkunx disponibbli, jistgħu jiġu allokati lill-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni jekk l-istituzzjoni ma tistax tidentifika l-obbligant sottostanti eżistenti abbażi fuq informazzjoni disponibbli minn sorsi interni jew esterni jew mingħajr ma jsir sforz sproporzjonat biex tinkiseb l-informazzjoni.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12)


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1153/2014

tad-29 ta' Ottubru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 198/2006 fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, u r-rekwiżiti ta' teħid ta' kampjuni, il-preċiżjoni u l-kwalità

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar statistika li tirrigwarda t-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3), 8(2) u 9(4), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2006 (2) jiddefinixxi d-dejta speċifika li trid tinġabar fir-rigward tal-intrapriżi li joffru taħriġ u dawk li ma joffrux u tal-forom differenti ta' taħriġ vokazzjonali, ir-rekwiżiti dwar teħid ta' kampjuni u l-preċiżjoni, ir-rekwiżiti dwar il-kwalità fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, u l-istruttura tar-rapporti dwar il-kwalità.

(3)

Għandhom jiġu adottati r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalità tad-dejta li trid tinġabar u tintbagħat għall-istatistika Ewropea dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, ir-rapport ta' kwalità standard u kull miżura meħtieġa biex tkun evalwata jew imtejba l-kwalità tad-dejta.

(4)

Huwa xieraq li tiġi modifikata l-iskema ta' kodifikazzjoni u r-rekwiżiti ta' teħid ta' kampjuni, tal-preċiżjoni u tal-kwalità sabiex fil-futur jitħaffef il-piż tal-ġbir tad-dejta dwar l-istatistika li għandha x'taqsam mat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 198/2006 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidlu bit-testi stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 255, 30.9.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2006 tad-3 ta' Frar 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 15).


ANNESS

1.   

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS I

Fatturi varjabbli

Nota dwar it-tabella:

It-tifsira tal-valuri ‘core’ u ‘key’ fil-kolonna ‘grupp tal-varjabbli’ tingħata fl-Anness III. Il-valur ‘ID’ ifisser li l-varjabbli huwa ‘varjabbli ta' identifikazzjoni’(dejta nieqsa mhux aċċettata). Fil-kolonna ‘tip ta' varjabbli’ il-valur ‘QL’ jirreferi għal ‘varjabbli kwalitattiv’ tat-tip iva/le, ‘QM’ għal ‘varjabbli kwalitattiv’ b'kategoriji multipli kif deskritt fit-tabella u ‘QT’ tirreferi għal ‘varjabbli kwantitattiv’. TVS (CVT — continuning vocational training) tfisser taħriġ vokazzjonali ssoktat. TVI (IVT — initial vocational training) tfisser taħriġ vokazzjonali inizjali. NACE tirreferi għall-attività ekonomika skont NACE Rev 2.

1.   Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: karatteristiċi tal-kampjun

Isem il-varjabbli

Grupp tal-varjabbli

Tip ta' varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

PAJJIŻ

ID

 

Kodiċi tal-pajjiż

ENTERPR

ID

 

ID tal-intrapriża

REFYEAR

ID

 

Sena ta' referenza

PIŻ

ID

 

Fattur ta' ponderazzjoni Żewġ pożizzjonijiet deċimali — uża ‘.’ biex tifred id-deċimali

NACE_SP

ID

 

Pjan ta' teħid ta' kampjuni — kategorija ta' attività ekonomika

SIZE_SP

ID

 

Daqs tal-grupp tal-pjan ta' teħid ta' kampjuni

NSTRA_SP

ID

 

Pjan ta' teħid ta' kampjun — Għadd ta' intrapriżi fis-saff iddefinit min-NACE_SP u SIZE_SP, jiġifieri l-popolazzjoni

N_SP

ID

 

Pjan ta' teħid ta' kampjuni — Għadd ta' intrapriżi mill-kampjun qafas ta' kampjuni fis-saff iddefinit min-NACE_SP u SIZE_SP

SUB_SP

ID

 

Indikatur ta' sottokampjun, juri jekk l-intrapriża tagħmilx parti mis-sottokampjun

N_RESPST

ID

 

Għadd ta' intrapriżi li jwieġbu fis-saff iddefinit min-NACE_SP u SIZE_SP

N_EMPREG

ID

 

Għadd ta' persuni impjegati skont ir-reġistru

REAZZJONI

ID

 

Indikatur tat-tweġib (tip ta' unità ta' kampjonatura)

PROC

ID

 

Mod ta' ġbir ta' dejta

IDLANGUA

ID

 

Lingwa tal-ġbir ta' dejta

IDREGION

ID

 

Identifikazzjoni tar-reġjun NUTS — livell 1

EXTRA1

ID

 

Varjabbli extra 1 (ara l-Anness III)

EXTRA2

ID

 

Varjabbli extra 2 (ara l-Anness III)

EXTRA3

ID

 

Varjabbli extra 3 (ara l-Anness III)

2.   Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: dejta kontestwali

Isem il-varjabbli

Grupp tal-varjabbli

Tip tal-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

A1

Core

QM

KODIĊI NACE Attwali

A2tot

Core

QT

Għadd totali ta' persuni impjegati fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' referenza

A2 m

 

QT

Għadd totali ta' rġiel impjegati fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' referenza

A2f

 

QT

Għadd totali ta' nisa impjegati fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' referenza

A4

Key

QT

Għadd totali ta' sigħat maħduma fis-sena ta' referenza mill-persuni impjegati

A5

Key

QT

Spejjeż totali tax-xogħol (diretti + indiretti) tal-persuni impjegati kollha fis-sena ta'referenza

3.   Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: Strateġiji ta' TVS

Isem il-varjabbli

Grupp tal-varjabbli

Tip tal-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

A8

 

QL

Persuna jew unità ġewwa l-intrapriża responsabbli għall-organizzazzjoni tat-TVS

A9

 

QM

Valutazzjoni ta' ħtiġjiet ta' ħiliet fil-ġejjieni tal-intrapriża

 

 

 

Iva iżda mhux regolarment (prinċipalment marbuta ma' bidliet fil-persunal)

 

 

 

Iva, huwa parti mill-proċess ta' ppjanar ġenerali fl-intrapriża

 

 

 

Le

A10

 

QM

Reazzjoni għall-ħtiġijiet tal-ġejjieni permezz ta'

 

 

 

Issoktar ta' taħriġ vokazzjonali tal-persunal attwali

 

 

 

Ingaġġ ta' persunal ġdid bi kwalifiki, ħiliet u kompetenzi xierqa

 

 

 

Ingaġġ ta' persunal ġdid flimkien ma' taħriġ speċifiku

 

 

 

Riorganizzazzjoni interna biex jintużaw aħjar il-ħiliet u l-kompetenzi attwali

A12

 

QM

Ħiliet u kompetenzi importanti fl-ewwel snin li ġejjin (l-aktar tlieta importanti)

 

 

 

Ħiliet ġenerali fl-IT

 

 

 

Ħiliet professjonali fl-IT

 

 

 

Ħiliet ta' ġestjoni

 

 

 

Ħiliet ta' xogħol bħala grupp

 

 

 

Ħiliet ta' kif wieħed jimxi mal-klijenti

 

 

 

Ħiliet ta' soluzzjoni ta' problemi

 

 

 

Ħiliet ta' amministrazzjoni ta' uffiċċju

 

 

 

Ħiliet fil-lingwi barranin

 

 

 

Ħiliet tekniċi, prattiċi jew speċifiċi għax-xogħol

 

 

 

Ħiliet ta' komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub

 

 

 

Ħiliet numeriċi u/jew fil-kitba

 

 

 

Ebda waħda minn dawn

 

 

 

Ma nafx

A13

 

QL

L-ippjanar ta' TVS fl-intrapriża jwassal għal pjan jew programm ta' taħriġ bil-miktub

A14

 

QL

Baġit għal taħriġ annwali, li jinkludi t-TVS

A15

 

QL

Ftehim nazzjonali, settorjali jew ftehim ieħor bejn l-imsieħba soċjali, li jkopri t-TVS

A16a

 

QL

Rappreżentanti/kumitati tal-persunal involuti fil-proċess ta' ġestjoni ta' TVS

A16b

 

QM

Aspetti koperti mir-rappreżentanti/kumitati tal-persunal

 

 

 

Issettjar oġġettiv tat-taħriġ

 

 

 

Twaqqif ta' kriterji għall-għażla ta' parteċipanti jew gruppi speċifiċi fil-mira

 

 

 

Forma/tip ta' taħriġ (pereżempju korsijiet interni/esterni; forom oħra bħal taħriġ fuq ix-xogħol iggwidat)

 

 

 

Kontenut ta' taħriġ

 

 

 

Baġit għal taħriġ

 

 

 

Għażla ta' fornituri ta' taħriġ estern

 

 

 

Valutazzjoni/stima ta' riżultati ta' taħriġ

4.   Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: Karatteristiċi tat-TVS

Isem il-varjabbli

Grupp tal-varjabbli

Tip tal-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

B1a

Core

QL

Offerta ta' korsijiet interni ta' TVS fis-sena ta' referenza

B1b

Core

QL

Offerta ta' korsijiet esterni ta' TVS fis-sena ta' referenza

B2a

Core

QL

Offerta ta' taħriġ iggwidat fuq ix-xogħol fis-sena ta' referenza

 

 

QM

Parteċipazzjoni f'taħriġ iggwidat fuq ix-xogħol

 

 

 

Inqas minn 10 % tal-persuni impjegati kollha

 

 

 

Minn 10 % għal inqas minn 50 %,mill-persuni impjegati kollha

 

 

 

50 % jew aktar mill-persuni impjegati kollha

B2b

Core

QL

Offerta ta' rotazzjoni ta' xogħol, skambji, issekondar jew mawriet ta' studju fis-sena ta' referenza

 

 

QM

Parteċipazzjoni fir-rotazzjoni ta' xogħol, skambji, issekondar jew mawriet ta' studju

 

 

 

Inqas minn 10 % tal-persuni impjegati kollha

 

 

 

Minn 10 % għal inqas minn 50 %,mill-persuni impjegati kollha

 

 

 

50 % jew aktar mill-persuni impjegati kollha

B2c

Core

QL

Attendenza f'konferenzi/werkxops fis-sena ta' referenza

 

 

QM

Attendenza f'konferenzi/werkxops

 

 

 

Inqas minn 10 % tal-persuni impjegati kollha

 

 

 

Minn 10 % għal inqas minn 50 %,mill-persuni impjegati kollha

 

 

 

50 % jew aktar mill-persuni impjegati kollha

B2d

Core

QL

Parteċipazzjoni fi ċrieki ta' tagħlim u ta' kwalità fis-sena ta' referenza

 

 

QM

Għadd ta' parteċipanti fi ċrieki ta' tagħlim jew ta' kwalità

 

 

 

Inqas minn 10 % tal-persuni impjegati kollha

 

 

 

Minn 10 % għal inqas minn 50 %,mill-persuni impjegati kollha

 

 

 

50 % jew aktar mill-persuni impjegati kollha

B2e

Core

QL

Taħriġ ippjanat b'tagħlim/e-tagħlim awtodirett fis-sena ta' referenza

 

 

QM

Parteċipazzjoni f'tagħlim/e-tagħlim awtodirett

 

 

 

Inqas minn 10 % tal-persuni impjegati kollha

 

 

 

Minn 10 % għal inqas minn 50 %,mill-persuni impjegati kollha

 

 

 

50 % jew aktar mill-persuni impjegati kollha

B3

 

QL

Offerta ta' korsijiet ta' TVS fis-sena ta' qabel is-sena ta' referenza

B4

 

QL

Offerta ta' forom oħra ta' TVS fis-sena ta' qabel is-sena ta' referenza

B5a

 

QL

Eżistenza ta' kontributi ta' TVS fis-sena ta' referenza

 

 

QT

Ammont ta' dħul ta' TVS (f'euro)

B5b

 

QL

Eżistenza ta' dħul ta' TVS fis-sena ta' referenza

 

 

QT

Ammont ta' dħul ta' TVS (f'euro)

B6

 

QM

Miżuri li minnhom tibbenefika l-intrapriża

 

 

 

Inċentivi fiskali (konċessjonijiet fiskali, eżenzjonijiet fiskali, krediti fiskali, differimenti fiskali)

 

 

 

Dħul minn fondi għat-taħriġ (nazzjonali, reġjonali, tas-settur)

 

 

 

Sussidji tal-UE (pereżempju il-Fond Soċjali Ewropew)

 

 

 

Sussidji tal-gvern

 

 

 

Sorsi oħrajn

 

 

 

Ebda waħda minn dawn

It-Taqsimiet 5 u 6 li ġejjin għandhom jiġu indirizzati lill-intrapriżi li jipprovdu korsijiet ta' TVS fis-sena ta' referenza [(B1a jew B1b) = iva].

It-Taqsima 7 għandha tiġi indirizzata lill-intrapriżi kollha ta' taħriġ fis-sena ta' referenza, jiġifieri:

intrapriżi li jipprovdu korsijiet ta' TVS fl-2015 [(B1a jew B1b) = IVA], jew

intrapriżi li jipprovdu forom oħra ta' TVS fl-2015 [(B2a jew B2b jew B2c jew B2d jew B2e) = IVA].

It-Taqsima 8 għandha tiġi indirizzata biss lill-intrapriżi li ma jipprovdux taħriġ.

5.   Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li pprovdew korsijiet ta' TVS: parteċipanti, suġġetti u organizzaturi TVS

Isem il-varjabbli

Grupp tal-varjabbli

Tip tal-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

C1tot

Key

QT

Għadd totali ta' parteċipanti fil-korsijiet ta' TVS

C2m

 

QT

Għadd ta' parteċipanti fil-korsijiet ta' TVS — irġiel

C2f

 

QT

Għadd ta' parteċipanti fil-korsijiet ta' TVS — nisa

C3tot

Key

QT

Sigħat ta' xogħol imħallsa maħduma fil-korsijiet kollha ta' TVS

C3i

 

QT

Sigħat ta' xogħol imħallsa fuq korsijiet interni ta' TVS

C3e

 

QT

Sigħat ta' xogħol imħallsa fuq korsijiet esterni ta' TVS

C4

 

QT

Sehem ta' sigħat ta' taħriġ magħmula fuq korsijiet obbligatorji għas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol

C5

 

QM

Suġġetti koperti (l-aktar tlieta importanti)

 

 

 

Ħiliet ġenerali ta' IT

 

 

 

Ħiliet professjonali IT

 

 

 

Ħiliet ta' ġestjoni

 

 

 

Ħiliet ta' xogħol bħala grupp

 

 

 

Ħiliet ta' kif wieħed jimxi mal-klijenti

 

 

 

Ħiliet ta' soluzzjoni ta' problemi

 

 

 

Ħiliet ta' amministrazzjoni ta' uffiċċju

 

 

 

Ħiliet fil-lingwi barranin

 

 

 

Ħiliet tekniċi, prattiċi jew speċifiċi għax-xogħol

 

 

 

Ħiliet ta' komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub

 

 

 

Ħiliet numeriċi u/jew fil-kitba

 

 

 

Ebda waħda minn dawn

C6

 

QM

Organizzaturi (korsijiet esterni ta' TVS) (l-aktar tlieta importanti)

 

 

 

Skejjel, kulleġġi, universitajiet u istituzzjonijiet oħra ta' edukazzjoni ogħla

 

 

 

Istituzzjonijiet ta' taħriġ pubbliku (ffinanzjati jew immexxija mill-gvern; eż. ċentri ta' edukazzjoni għall-adulti)

 

 

 

Kumpaniji ta' taħriġ privat

 

 

 

Kumpaniji privati li t-taħriġ mhux l-attività ewlenija tagħhom

 

 

 

Għaqdiet ta' min iħaddem, kmamar tal-kummerċ, entitajiet tas-settur

 

 

 

It-trejdjunjins

 

 

 

Fornituri ta' taħriġ ieħor

6.   Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS: spejjeż tat-TVS

Isem il-varjabbli

Grupp tal-varjabbli

Tip tal-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

C7a

 

QL

Eżistenza ta' miżati jew ħlasijiet għall-korsijiet

 

 

QT

Spejjeż għall-korsijiet ta' TVS — miżati u ħlasijiet għall-korsijiet għall-impjegati (f'euro)

C7b

 

QL

Eżistenza ta' vjaġġar jew għall-ħlas tal-indennizzi

 

 

QT

Spejjeż għall-korsijiet ta' TVS — ħlasijiet ta' vjaġġar u ta' spejjeż għall-ħajja (f'euro)

C7c

 

QL

Eżistenza ta' spejjeż ta' xogħol ta' ħarrieġa interni

 

 

QT

Spejjeż għall-korsijiet ta' TVS — Spejjeż tax-xogħol ta' ħarrieġa interni (f'euro)

C7d

 

QL

Eżistenza ta' spejjeż taċ-ċentru jew kmamar għat-taħriġ jew ta' materjal għat-tagħlim

 

 

QT

Spejjeż għall-korsijiet ta' TVS — ċentru jew kmamar għat-taħriġ, u materjal għat-tagħlim għall-korsijiet ta' TVS (f'euro)

C7sub

 

QL

Eżistenza ta' ‘Subtotal tal-ispejjeż ta' TVS’ biss (ebda subkategoriji)

 

Key

QT

Subtotal tal-ispejjeż ta' TVS (f'euro)

PAC

Key

QT

Valur tal-assenza tal-persunal — irid jiġi kkalkulat (PAC = C3tot × A5/A4 f'euro)

C7tot

Key

QT

Spejjeż totali ta' TVS — irid jiġi kkalkulat (C7tot = C7sub + B5a – B5b f'euro)

7.   Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS jew forom oħra ta' TVS: kwalità, riżultati u diffikultajiet ta' TVS

Isem il-varjabbli

Grupp tal-varjabbli

Tip tal-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

D2a

 

QM

Stima tar-riżultati tal-attivitajiet ta' TVS

 

 

 

Iva, għall-attivitajiet kollha

 

 

 

Iva, għal uħud mill-attivitajiet

 

 

 

Le, il-prova tal-parteċipazzjoni hija biżżejjed

D2b

 

QM

Metodi ta' valutazzjoni

 

 

 

Ċertifikazzjoni wara test bil-miktub jew test prattiku

 

 

 

Stħarriġ dwar is-sodisfazzjon fost il-parteċipanti

 

 

 

Stima tal-aġir jew il-prestazzjoni tal-parteċipanti fir-rigward tal-għanijiet ta' taħriġ

 

 

 

Stima/kejl tal-impatt tat-taħriġ fuq il-prestazzjoni tad-dipartimenti rilevanti jew l-intrapriża sħiħa

 

 

 

Oħrajn

D3

 

QM

Fatturi li jillimitaw l-offerta ta' TVS fis-sena ta' referenza

 

 

 

Ebda fattur ta' limitazzjoni:il- livell ta' taħriġ offrut kien xieraq għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi

 

 

 

Ingaġġ ta' individwi bil-kwalifiki, ħiliet u kompetenzi meħtieġa

 

 

 

Diffikultajiet fl-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta' taħriġ fl-intrapriża

 

 

 

Nuqqas ta' offerti ta' korsijiet ta' TVS xierqa fis-suq

 

 

 

Spejjeż għoljin tal-korsijiet ta' TVS

 

 

 

Aktar attenzjoni fuq l-offerta ta' TVI milli fuq ta' TVS

 

 

 

Sforzi ewlenin f'TVS imwettqa f'dawn l-aħħar snin

 

 

 

Ħin limitat disponibbli għall-persunal biex jipparteċipa f'TVS

 

 

 

Raġunijiet oħra

8.   Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li ma joffrux taħriġ: raġunijiet għaliex ma joffrux attivitajiet ta' TVS

Isem il-varjabbli

Grupp tal-varjabbli

Tip tal-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

E1

 

QM

Raġunijiet għaliex ma joffrux TVS fis-sena ta' referenza

 

 

 

Il-kwalifiki, ħiliet u kompetenzi eżistenti jikkorrispondu mal-ħtiġijiet kurrenti tal-intrapriża

 

 

 

L-ingaġġ ta' individwi bil-kwalifiki, ħiliet u kompetenzi meħtieġa kien ippreferut

 

 

 

Diffikultajiet fl-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta' taħriġ fl-intrapriża

 

 

 

Nuqqas ta' offerti ta' korsijiet ta' TVS xierqa fis-suq

 

 

 

Spejjeż għoljin tal-korsijiet ta' TVS

 

 

 

Aktar attenzjoni fuq l-offerta ta' TVI milli fuq TVS

 

 

 

Sforzi ewlenin f'TVS imwettqa f'dawn l-aħħar snin

 

 

 

Ebda ħin disponibbli għall-persunal biex jipparteċipa f'TVS

 

 

 

Raġunijiet oħra

9.   Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: taħriġ vokazzjonali inizjali (TVI)

Isem il-varjabbli

Grupp tal-varjabbli

Tip tal-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

F1

Core

QL

Parteċipanti f'TVI li normalment jiġu impjegati fl-intrapriża

F2

 

QM

Raġunijiet għall-offerta ta' TVI (jekk F1 = IVA)

 

 

 

Biex l-impjegati tal-ġejjieni jkunu kwalifikati skont il-ħtiġijiet tal-intrapriża

 

 

 

Biex jintgħażlu l-aqwa apprendisti għall-impjieg fil-ġejjieni wara t-tlestija tat-taħriġ vokazzjonali inizjali

 

 

 

Biex tiġi evitata l-possibbiltà ta' abbinament ħażin mal-ħtiġijiet tal-intrapriża f'każ ta' inġagg estern

 

 

 

Biex isir użu mill-kapaċitajiet produttivi tal-parteċipanti TVI diġà matul it-taħriġ vokazzjonali inizjali tagħhom

 

 

 

Raġunijiet oħra”

2.   

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS II

Kampjun

1.   

Ir-reġistri kummerċjali msemmija fir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika (1) għandhom jittieħdu bħala s-sors ewlieni tal-qafas ta' teħid ta ' kampjuni. Minn dan il-qafas għandu jittieħed kampjun każwali stratifikat tal-intrapriżi li jkun rappreżentattiv fuq livell nazzjonali.

2.   

Il-kampjun għandu jkun stratifikat skont il-kategorija NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont l-ispeċifikazzjonijiet minimi li ġejjin:

20 NACE Rev. 2 kategoriji [B, C10-C12, C13-C15, C17-C18, C19-C23, C24-C25, C26-C28+C33, C29-C30, C16+C31-C32, D-E, F, G45, G46, G47, H, I, J, K64-K65, K66, L+M+N+R+S],

3 kategoriji ta' daqs ta' intrapriżi, skont in-numru tal-impjegati tagħhom: (10-49) (50-249) (250 u iktar) għal pajjiżi b'anqas minn 50 miljun ruħ,

sitt (6) kategoriji ta' daqs ta' intrapriżi, skont in-numru tal-impjegati tagħhom: (10-19) (20-49) (50-249) (250-499) (500-999) (1 000 u iktar) għall-Istati Membri b'50 miljun ruħ u iktar.

3.   

Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi kkalkulat biex jiġi żgurat massimu ta' nofs l-estensjoni tal-95 % tal-marġni ta' fiduċja ta' 0,2 għall-parametri vvalutati, li huma proporzjon tal-'intrapriżi li joffru t-taħriġ' (wara li ssir konċessjoni għar-rata ta' nuqqas ta' risposti fil-kampjun) għal kull wieħed mis-60 element stratifikat identifikat hawn fuq (120 element stratifikat għall-Istati Membri b'50 miljun ruħ u iżjed).

4.   

Il-formula li ġejja tista' tintuża biex ikun iddeterminat id-daqs tal-kampjun:

Formula

Meta:

rh

=

ir-rata ta' risposti mistennija fiċ-ċellula tal-istrat, h

c

=

l-estensjoni massima ta' nofs il-marġni ta' fiduċja

teh

=

il-proporzjon mistenni ta' intrapriżi li joffru taħriġ fiċ-ċellula tal-istrat, h

Nh

=

in-numru totali ta' intrapriżi (li joffru u li ma joffrux taħriġ) fiċ-ċellula tal-istrat, h”

3.   

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Prinċipji ta' attribuzzjoni u differenzjazzjoni ta' reġistrazzjonijiet

Il-pajjiżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ma jkunx hemm nuqqas ta' risposti għal xi parti jew unità. Qabel l-attribuzzjoni l-pajjiżi għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġjonevoli biex jużaw sorsi oħra ta' dejta.

Il-varjabbli bażiċi (core variables) li għalihom la se jiġi aċċettat valur nieqes u lanqas mhi se tkun permessal-attribuzzjoni huma:

A1, A2tot, B1a, B1b, B2a(QL), B2b(QL) B2c(QL), B2d(QL) B2e(QL), F1.

Il-varjabbli ‘key’, li għalihom għandu jsir kull sforz biex ikunu evitati valuri nieqsa u li għalihom hija rrakkomandata l-attribuzzjoni huma:

A4, A5, C1tot, C3tot, C7sub(QT), PAC, C7tot.

L-attribuzzjoni għan-nuqqas ta' risposti ta' parti għandha tkun rrakkomandata ġewwa l-limiti ġenerali li ġejjin:

1.

Meta reġistrazzjoni jkun fiha inqas minn 50 % tal-varjabbli ppreżentati, din ir-reġistrazzjoni għandha normalment titqies bħala unità bla risposta

2.

Għal ċellula waħedha tan-NACE Rev.2/daqs, l-ebda attribuzzjoni ma tkun permessa jekk iżjed minn 50 % tal-intrapriżi li jwieġbu jkollhom dejta nieqsa għal aktar minn 25 % tal-varjabbli kwantitattivi.

3.

Għal ċellula waħedha tan-NACE Rev.2/daqs, ma għandha ssir l-ebda attribuzzjoni fuq varjabbli kwantitattiva jekk il-proporzjon tal-intrapriżi li jwieġbu għal dik il-varjabbli partikolari jkun inqas minn 50 %.

4.

Għal ċellula waħedha tan-NACE Rev.2/daqs, ma għandha ssir l-ebda attribuzzjoni fuq varjabbli kwantitattiva jekk il-proporzjon tal-intrapriżi li jwieġbu għal dik il-varjabbli partikolari jkun inqas minn 80 %.

Il-varjabbli kwalitattivi u kwantitattivi huma identifikati fl-Anness I.

Ir-regoli għall-attribuzzjoni huma pprovduti fil-manwal imsemmi fl-Artikolu 8.

L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw u jittrażmettu fattur ta' ponderazzjoni — li jrid jiġi applikat għal kull reġistrazzjoni ta' dejta — flimkien mal-varjabbli awżiljari, li setgħu ntużaw fil-kalkolu ta' dan il-valur. Dawn il-fatturi varjabbli awżiljari għandhom ikunu ddokumentati bħala l-fatturi varjabbli EXTRA1, EXTRA2, EXTRA3 kif ikun meħtieġ. Il-metodoloġija adottata għall-iffissar tal-valuri għandha tingħata fid-dettall fir-rapport dwar il-kwalità.”

4.   

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS V

Rapport tal-kwalità standard

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport ta' kwalità standard skont l-Istruttura tar-Rapport dwar il-Kwalità Standard tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika. Kopja tal-kwestjonarju nazzjonali għandha tkun mehmuża mar-rapport dwar il-kwalità standard.

Il-kriterji dwar il-kwalità standard għandhom japplikaw kif ġej:

1.   RILEVANZA

L-implimentazzjoni tal-istħarriġ u l-livell sa fejn l-istatistika tilħaq il-ħtiġjiet attwali u potenzjali tal-utenti. Dan ikopri deskrizzjoni tal-utenti u l-ħtiġijiet individwali tagħhom kif ukoll valutazzjoni dwar sa liema livell intlaħqu dawn il-ħtiġijiet.

2.   PREĊIŻJONI

2.1.   Żbalji fit-teħid ta' kampjuni

Dan l-aspett ikopri:

Deskrizzjoni tal-pjan kampjun u l-kampjun effettiv.

Deskrizzjoni tal-kalkolu tal-fatturi ta' ponderazzjoni finali inklużi l-mudell tan-nuqqas ta' risposti u l-fatturi varjabbli awżiljari użati, l-istimatur użat, eż. l-istimatur Horvitz-Thompson, differenza tal-istimi skont l-istrati tal-kampjun, softwer biex issir stima tad-differenza. B'mod partikulari, għandha tkun irrappurtata d-deskrizzjoni tal-fatturi varjabbli jew tal-informazzjoni użata sabiex ikunu kkalkulati mill-ġdid il-fatturi ta' ponderazzjoni finali ġewwa l-Eurostat billi din tkun meħtieġa biex tiġi stmata id-differenza.

F'każ ta' analiżi ta' nuqqas ta' risposti, deskrizzjoni tax-xaqlib fil-kampjun u r-riżultati.

Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni):

Għadd ta' intrapriżi fil-qafas tat-teħid ta' kampjuni.

Għadd ta' intrapriżi fil-kampjun gross u fil-kampjun effettiv.

Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni):

Koeffiċjenti ta' varjazzjoni (2) għall-istatistika ewlenija li ġejja.

Għadd totali ta' persuni impjegati, għadd totali ta' intrapriżi li pprovdew TVS, proporzjon tal-għadd totali ta' intrapriżi li pprovdew TVS mill-għadd totali ta' intrapriżi.

Għadd totali ta' intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS, proporzjon tal-għadd totali ta' intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS mill-għadd totali ta' intrapriżi.

Għadd totali ta' persuni impjegati f'intrapriżi li pprovdew TVS, għadd totali ta' parteċipanti f'korsijiet TVS, proporzjon tal-għadd totali ta' parteċipanti f'korsijiet TVS mill-għadd totali ta' persuni impjegati, proporzjon tal-għadd totali ta' parteċipanti fil-korsijiet TVS mill-għadd totali ta' persuni impjegati f'intrapriżi li pprovdew TVS.

Spejjeż totali tal-korsijiet TVS.

Għadd totali ta' intrapriżi li jipprovdu TVS, għadd totali ta' parteċipanti f'TVS, proporzjon tal-għadd totali ta' intrapriżi li jipprovdu TVS mill-għadd totali ta' intrapriżi.

2.2.   Żbalji mhux fit-teħid ta' kampjuni

2.2.1.   Żbalji fil-kopertura

Dan l-aspett ikopri:

Deskrizzjoni tar-reġistru użat tat-teħid ta' kampjuni u l-kwalità ġenerali tiegħu, tagħrif inkluż fir-reġistru, u kull kemm żmien jiġi aġġornat.

Żbalji minħabba d-diskrepanzi bejn il-qafas tat-teħid ta' kampjuni u l-popolazzjoni u t-taqsimiet tagħha li jkunu fil-mira (kopertura żejda, kopertura nieqsa, klassifikazzjonijiet ħżiena).

Metodi użati biex jinkiseb dan it-tagħrif u kummenti dwar l-ipproċessar tal-klassifikazzjonijiet ħżiena.

Skedi li jridu jkunu pprovduti għall-kampjun effettiv osservat (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni):

Għadd ta' intrapriżi.

Proporzjon tal-għadd ta' intrapriżi li l-istrati osservati tagħhom huma daqs l-istrati tat-teħid ta' kampjuni.

2.2.2.   Żbalji ta' qies

Fejn xieraq issir valutazzjoni tal-iżbalji li seħħew fl-istadju tal-ġbir tad-dejta minħabba, pereżempju:

Il-format tal-kwestjonarju (ir-riżultati tat-testijiet ta' qabel jew il-metodi tal-laboratorju; strateġiji ta' tqegħid ta' mistoqsiji).

Unità li tirrapporta/persuna li twieġeb skont il-mod ta' ġbir ta' dejta użat (eż. problemi u strateġiji biex tinstab/jinstabu persuna/i li twieġeb/jwieġbu adattati fl-intrapriża, problemi ta' memorja, żbalji fil-mili tal-formoli, għajnuna lill-persuna li tirrispondi). Dan jinkludi deskrizzjoni u valutazzjoni tal-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-kwalità għolja tal-informazzjoni dwar il-‘parteċipanti’ u biex ikun żgurat li l-‘avvenimenti frekwentati mill-parteċipanti’ ma kinux inġabru.

Eżistenza/użu ta' sistemi ta' informazzjoni rilevanti u reġistri amministrattivi fl-intrapriża, pereżempju korrispondenza bejn il-kunċett amministrattiv u dak tal-istħarriġ (perjodu ta' referenza, disponibbiltà ta' dejta individwali).

Metodi użati biex jonqsu dawn it-tip ta' żbalji, problemi minħabba l-kwestjonarju kollu kemm hu jew minħabba mistoqsijiet individwali.

2.2.3.   Żbalji ta' pproċessar

Dan l-aspett ikopri deskrizzjoni tal-proċess ta' editjar tad-dejta bħas-sistema ta' pproċessar u strumenti użati, żbalji minħabba kodifikazzjoni, editjar, differenzjazzjoni jew tabulazzjoni, kontrolli tal-kwalità fil-livell makro/mikro u korrezzjonijiet/editjar li falla.

2.2.4.   Żbalji minħabba nuqqas ta' risposti

Dan l-aspett ikopri valutazzjoni ta' nuqqas ta' risposti ta' unità u nuqqas ta' tweġib ta' parti u deskrizzjoni tal-miżuri meħuda dwar ‘kuntatti mill-ġdid’ kif ukoll:

Rapport sħiħ dwar il-proċeduri ta' attribuzzjoni inklużi l-metodi użati għall-attribuzzjoni u/jew differenzjazzjoni mill-ġdid.

Noti ta' metodoloġija u riżultati tal-analiżi tan-nuqqas ta' risposti jew metodi oħra biex ikunu vvalutati l-effetti tan-nuqqas ta' tweġib.

Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni):

Rati ta' risposti ta' unità (3).

Ir-rati ta' risposti ta' parti (4) għal dawn li ġejjin għal dawk li kollha li jwieġbu: għadd totali ta' sigħat maħduma għal dawk kollha li jwieġbu u l-ispiża tax-xogħol totali għal dawk k

Rati ta' risposti ta' parti b'referenza għal dawk l-intrapriżi li joffru korsijiet TVS, għal dan li ġej:

Għadd totali ta' parteċipanti f'korsijiet TVS għal intrapriżi li joffru korsijiet TVS.

Għadd totali ta' sigħat fuq il-korsijiet TVS kollha għal intrapriżi li joffru korsijiet TVS, għadd ta' sigħat fuq korsijiet TVS interni għal intrapriżi li joffru korsijiet TVS, għadd ta' sigħat fuq korsijiet TVS esterni għall-intrapriżi li joffru l-korsijiet TVS.

Spejjeż totali tal-korsijiet TVS għall-intrapriżi li joffru korsijiet TVS.

3.   ŻMIEN OPPORTUN U PUNTWALITÀ

Dan l-aspett ikopri tabella ta' dati ta' meta bdiet u waslet fit-tmiemha kull waħda mill-fażijiet li ġejjin tal-proġett bħall-ħidma diretta fuq il-post (meqjusal-modi differenti ta' ġbir ta' dejta), it-tfakkiriet u s-segwitu, l-iċċekkjar u l-editjar ta' dejta, aktar validazzjoni u attribuzzjoni, stħarriġ dwar nuqqas ta' risposti (skont il-każ) u stimi kif ukoll trażmissjoni ta' dejta lill-Eurostat u xandir ta' riżultati nazzjonali.

4.   AĊĊESSIBILITÀ U ĊAREZZA

Dan l-aspett ikopri t-tip ta' riżultati mibgħuta lill-intrapriżi, skema ta' xandir ta' riżultati u kopja ta' kwalunkwe dokument metodoloġiku marbut mal-istatistika pprovduta.

5.   KOMPARABILITÀ

Dan l-aspett ikopri d-devjazzjonijiet mill-kwestjonarju standard Ewropew u definizzjonijiet pprovduti fil-manwal imsemmi fl-Artikolu 8 u deskrizzjoni ta' rbit ma' għejjun statistiċi oħrajn (użu ta' ċerta dejta disponibbli fir-reġistri, stħarriġ marbut ma' stħarriġ nazzjonali ieħor).

6.   KOERENZA

Dan l-aspett ikopri tqabbil tal-istatistika għall-istess fenomenu jew parti minn stħarriġ jew sorsi oħrajn u valutazzjoni ta' koerenza mal-istatistika dwar l-istruttura tal-impriżi għall-għadd ta' persuni impjegati bħala funzjoni tal-kategorija NACE Rev.2 u klassijiet ta' daqs.

Skedi li jridu jkunu pprovduti għall-kampjun effettiv osservat (maqsuma skont il-kategorija NACE Rev.2 u l-klassijiet ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni):

Għadd ta' persuni impjegati skont l-istatistika dwar l-istruttura tal-intrapriżi u għadd ta' persuni impjegati skont it-TVSI.

Perċentwal ta' differenzi (SBS — TVSI)/SBS.

7.   SPEJJEŻ U PIŻ

Dan l-aspett ikopri analiżi tal-piż u l-benefiċċju fil-livell nazzjonali pereżempju, konsiderazzjoni tal-ħin medju għat-tweġib ta' kull kwestjonarju, mistoqsijiet u varjabbli problematiċi, l-aktar/l-anqas varjabbli utli fid-deskrizzjoni tat-TVS fil-livell nazzjonali, l-istima tal-livell jew il-livell attwali ta' sodisfazzjon tal-utenti tad-dejta fil-livell nazzjonali, id-differenza ta' piż bejn l-intrapriżi żgħar u kbar u l-isforzi li jitwettqu biex jonqos il-piż.”


(1)   ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.

(2)  Il-koeffiċjent ta' varjazzjoni huwa l-proporzjon tar-radiċi kwadrata tal-varjanza tal-istimatur mal-valur mistenni. L-istima tiegħu tinħadem permezz tal-proporzjon tal-għerq kwadrat tal-istima tal-varjanza tal-kampjun mal-istima tal-valur. L-istima tal-varjanza tal-kampjun trid tqis il-pjan tal-kampjun u l-bidliet fl-istrati.

(3)  Ir-rata ta' risposti ta' unità hija l-proporzjon tal-għadd ta' dawk li wieġbu li jinsabu fl-ambitu tal-istħarriġ mill-għadd ta' kwestjonarji mibgħuta lil dawk magħżula.

(4)  Ir-rata ta' risposti ta' parti għal varjabbli partikolari hija l-proporzjon tal-għadd ta' dejta disponibbli mal-għadd ta' dejta disponibbli u nieqsa (ugwali għall-għadd ta' dawk li ntalbu jwieġbu fl-ambitu tal-istħarriġ)


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1154/2014

tad-29 ta' Ottubru 2014

li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti ta' prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 id-dikjarazzjonijiet sanitarji fuq l-ikel huma projbiti diment ma tkunx awtorizzathom il-Kummissjoni skont dak ir-Regolament u ddaħħlu f'lista ta' dikjarazzjonijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet sanitarji jistgħu jressquhom l-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tibgħat l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA), minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, għal valutazzjoni xjentifika, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-informazzjoni.

(3)

L-Awtorità għandha tagħti opinjoni dwar id-dikjarazzjoni sanitarja kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjonijiet sanitarji filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni mill-kumpanija EJP Pharmaceutical ApS, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti taż-żingu u l-prevenzjoni tal-alitożi (il-mistoqsija bin-numru EFSA-Q-2010-01092) (2). Id-dikjarazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Jipprevjeni l-alitożi billi jinnewtralizza il-komposti volatili tal-kubrit (VSC) fil-ħalq u l-kavità orali”.

(6)

Fl-1 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità, li kkonkludiet li d-dikjarazzjoni “jipprevjeni l-alitożi billi jinnewtralizza l-komposti volatili tal-kubrit (VSC) fil-ħalq u l-kavità orali” hija relatata mar-riħa tan-nifs aktar milli mal-funzjoni tal-ġisem kif meħtieġ mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. Matul l-evalwazzjoni tad-dikjarazzjoni, l-applikant intalab sabiex jikkjarifika kif id-dikjarazzjoni hija marbuta ma' funzjoni tal-ġisem. L-applikant argumenta li l-produzzjoni ta' komposti volatili tal-kubrit u l-alitożi bħala parti tal-flora batterjali tal-ħalq u l-kavità orali huma relatati mal-funzjoni tal-ħalq u l-kavità orali, u b'hekk mal-funzjoni tal-ġisem. Madankollu, l-Awtorità nnutat li l-evidenza pprovduta ma wrietx li n-newtralizzazzjoni kimika tal-komposti volatili tal-kubrit fil-ħalq, intiża biex ittejjeb l-alitożi, tikkostitwixxi effett fiżjoloġiku fir-rigward tal-funzjoni tal-ġisem. Għalhekk, l-applikant ma pprovdiex evidenza li ż-żingu għandu effett fiżjoloġiku fir-rigward ta' xi funzjoni tal-ġisem kif mitlub mill-Artikolu 13(1)(a) tar- Regolament (KE) Nru 1924/2006. Għaldaqstant, billi d-dikjarazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(7)

Wara applikazzjoni mingħand Leiber GmbH imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar dikjarazzjoni sanitarja relatata mal-effetti tal-Yestimun® u d-difiża mill-paroġeni fil-passaġġ respiratorju ta' fuq (Il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2012-00761) (3). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Jekk tamministra l-Yestimun® kuljum, tgħin biex il-ġisem ikollu difiża mill-patoġeni”.

(8)

Fit-8 ta' April 2013 il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità li kkonkludiet li, skont id-dejta mressqa, ma setgħetx tinstab rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' Yestimun® ((1,3)-(1,6)-β-D-glukani mill-qoxra taċ-ċellola tal-ħmira tal-birra) u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi d-dikjarazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(9)

Wara applikazzjoni mingħand Vivatech imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar dikjarazzjoni sanitarja relatata mal-effetti ta' Transitech® u t-titjib tal-funzjonament tal-musrana li jinżamm wara li jieqaf il-konsum tal-ikel (Il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00087) (4). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Jitjieb it-tranżitu u jiġi regolat fit-tul”.

(10)

Fl-13 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum tal-prodott imsejjaħ Transitech® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi d-dikjarazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(11)

Wara applikazzjoni mingħand Clasado Limited imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar dikjarazzjoni sanitarja relatata mal-effetti ta' Bimuno® GOS u t-tnaqqis tal-iskumdità gastro-intestinali (Il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2012-01007) (5). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Jekk b'mod regolari tikkonsma 1,37 g galakto-oligosakkaridi ta' Bimuno® kuljum, jaf tnaqqas l-iskumdità abdominali”.

(12)

Fit-18 ta' Ġunju 2013 il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità li kkonkludiet li l-Awtorità diġà kienet ivvalutat dikjarazzjoni sanitarja dwar Bimuno® GOS u t-tnaqqis tal-iskumdità gastro-intestinali, konformi mal-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u d-deċiżjoni ma kinitx favorevoli (6) u li l-informazzjoni supplimentari li ressaq l-applikant ma tatx evidenza biżżejjed li setgħet tintuża bħala prova xjentifika għal din id-dikjarazzjoni,. Għaldaqstant, billi d-dikjarazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(13)

Wara applikazzjoni mingħand Fuko Pharma Ltd imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar dikjarazzjoni sanitarja relatata mal-effetti ta' Lactobacillus rhamnosus GG u ż-żamma ta' ppurgar normali waqt trattament antibijotiku (Il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00015) (7). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Lactobacillus rhamnosus GG biex jinżamm ippurgar normali waqt trattament antibijotiku orali”.

(14)

Fit-18 ta' Ġunju 2013 il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità li kkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma setgħetx tinstab rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum tal-Lactobacillus rhamnosus GG u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi d-dikjarazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(15)

Wara applikazzjoni mingħand Gelita AG imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar dikjarazzjoni sanitarja relatata mal-effetti ta' VeriSol®P u bidla fl-elastiċità tal-ġilda li twassal biex jitjieb il-funzjonament tal-ġilda (Il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2012-00839) (8). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Taħlita karatteristika ta' peptida tal-kollaġen (l-idroliżat tal-kollaġen) għandha effett fiżjoloġiku ta' benefiċċju fuq iż-żamma tas-saħħa tal-ġilda, kif turi b'aktar elastiċità tal-ġilda u b'inqas tikmix, billi tikkontribwixxi għal sinteżi normali tal-kollaġen u tal-elastin”.

(16)

Fl-20 ta' Ġunju 2013 il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità li kkonkludiet li, skont id-dejta mressqa, ma setgħetx tinstab rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' Verisol®P u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi d-dikjarazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(17)

Wara applikazzjoni minn Pharmatoka S.A.S., sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tal-proantoċjanidini fl-Urell® u t-tnaqqis tal-kolonizzazzjoni mill-batterji tal-apparat tal-awrina (Il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2012-00700) (9). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid, fost l-oħrajn, dan li ġej: “Proantoċjanidini mill-Urell® jistgħu jgħinu biex isostnu d-difiża kontra l-patoġeni batterjali fil-kanal saflieni tal-awrina”.

(18)

Fis-26 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mill-Awtorità, li kkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma setgħetx tiġi stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum tal-proantoċjanidini fl-Urell® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi d-dikjarazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(19)

Wara applikazzjoni mill-Institute of Cellular Pharmacology (ICP) Ltd, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta' indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tal-Preservation® u l-irkupru rapidu tal-attività ċellulari wara l-istress (Il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00021) (10). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “ittejjeb ir-reazzjoni fiżjoloġika għall-istress bili tgħaġġel id-dehra ta' proteini ta' xokk termiku (HSPs) u żżomm livell effettiv ta' HSPs biex ikun żgurat li l-organiżmu jkun imħejji f'każ li ċ-ċellola tgħaddi minn iktar stress”.

(20)

Fis-26 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mill-Awtorità, li kkonkludiet li l-effett mistqarr indikat mill-applikant huwa ġenerali u mhux speċifiku, u li r-referenzi mogħtija mill-applikant ma pprovdewx tagħrif li seta' jintuża biex ikun definit effett fiżjoloġiku speċifiku ta' benefiċċju. Għaldaqstant, billi d-dikjarazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(21)

L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa l-oħra li huma soġġetti għal dan ir-Regolament huma indikazzjonijiet dwar is-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li huma soġġetti għall-perjodu tranżizzjonali stabbilit fl-Artikolu 28(5) ta' dak ir-Regolament sa ma jiġi adottat l-elenku tal-indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa, dejjem jekk ikunu konformi ma' dak ir-Regolament.

(22)

Il-lista ta' dikjarazzjonijiet sanitarji permessi ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 (11) u ilha tapplika mill-14 ta' Diċembru 2012. Fejn jidħlu d-dikjarazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li l-evalwazzjoni tagħhom mill-Awtorità jew il-kunsiderazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni kienet għadha ma tlestietx sal-14 ta' Diċembru 2012 u li bis-saħħa ta' dan ir-Regolament ma ddaħħlux fil-lista ta' dikjarazzjonijeit sanitarji permessi, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw, ħalli l-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jadattaw għall-projbizzjoni ta' dawn id-dikjarazzjonijiet.

(23)

Waqt li kienet qed tfassal il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset il-kummenti li rċeviet mingħand l-applikanti u mingħand il-membri tal-pubbliku skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(24)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dikjarazzjonijiet sanitarji mniżżlin fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jiddaħħlu fil-lista tal-Unjoni ta' dikjarazzjonijiet permessi kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

2.   Madankollu, id-dikjarazzjonijiet sanitarji msemmija fil-paragrafu 1 li jintużaw qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jintużaw għal perjodu massimu ta' sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)   EFSA Journal 2011;9(6):2169.

(3)   EFSA Journal 2013;11(4):3159.

(4)   EFSA Journal 2013;11(6):3258.

(5)   EFSA Journal 2013;11(6):3259.

(6)   EFSA Journal 2011;9(12):2472.

(7)   EFSA Journal 2013;11(6):3256.

(8)   EFSA Journal 2013;11(6):3257.

(9)   EFSA Journal 2013;11(7):3326.

(10)   EFSA Journal 2013;11(7):3330.

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta' Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1).


ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET SANITARJI RIFJUTATI

Applikazzjoni — Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel

Dikjarazzjoni

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Dikjarazzjoni sanitarja skont l-Artikolu 13(5) ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li titlob għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Iż-żingu

Jipprevjeni l-alitożi billi jinnewtralizza il-komposti volatili tal-kubrit (VSC) fil-ħalq u l-kavità orali.

Q-2010-01092

Dikjarazzjoni sanitarja skont l-Artikolu 13(5) ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li titlob għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Yestimun®

Jekk tamministra Yestimun® kuljum, tkun qed tgħin biex il-ġisem ikollu difiża mill-patoġeni.

Q-2012-00761

Dikjarazzjoni sanitarja skont l-Artikolu 13(5) ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li titlob għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Transitech®

Itejjeb it-tranżitu u jirregolah fit-tul.

Q-2013-00087

Dikjarazzjoni sanitarja skont l-Artikolu 13(5) ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li titlob għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Bimuno® GOS

Jekk b'mod regolari tikkonsma 1,37 g galakto-oligosakkaridi ta' Bimuno® kuljum, jaf tnaqqas l-iskumdità abdominali.

Q-2012-01007

Dikjarazzjoni sanitarja skont l-Artikolu 13(5) ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li titlob għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Lactobacillus rhamnosus GG

Lactobacillus rhamnosus GG biex l-ippurgar jibqa' normali waqt trattament antibijotiku orali.

Q-2013-00015

Dikjarazzjoni sanitarja skont l-Artikolu 13(5) ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li titlob għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

VeriSol®P

Taħlita karatteristika ta' peptida tal-kollaġen (l-idroliżat tal-kollaġen) għandha effett fiżjoloġiku ta' benefiċċju fuq iż-żamma tas-saħħa tal-ġilda, kif turi b'aktar elastiċità tal-ġilda u b'inqas tikmix, għax tgħin għal sinteżi normali tal-kollaġen u tal-elastin.

Q-2012-00839

Dikjarazzjoni sanitarja skont l-Artikolu 13(5) ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li titlob għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Proantokjanidini fl-Urell®

Il-proantokjanidini mill-Urell® jikkontribwixxu biex isostnu d-difiża kontra l-patoġeni batteriċi fil-passaġġ ta' isfel tal-awrina.

Q-2012-00700

Dikjarazzjoni sanitarja skont l-Artikolu 13(5) ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li titlob għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Preservation®

Itejjeb ir-rispns fiżjoloġiku għall-istress billi jaċċellera l-apparenza tal-proteini mix-xokk termali (HSPs) u jżomm livell effettiv ta' HSPs biex jiżgura li l-organiżmu jkun imħejji f'każ li ċ-ċellola tħabbat wiċċha ma' aktar stress.

Q-2013-00021


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1155/2014

tad-29 ta' Ottubru 2014

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Svediża tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2013 dwar it-tariffi u l-imposti dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 80(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Hemm żball fil-verżjoni bil-lingwa Svediża tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2013 (2) li għandu jiġi kkoreġut. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma ġewx affettwati.

(2)

Għaldaqstant ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 564/2013 għandu jigi kkorreġut.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Svediża.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2013 tat-18 ta' Ġunju 2013 dwar it-tariffi u l-imposti dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 19.6.2013, p. 17).


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1156/2014

tad-29 ta' Ottubru 2014

li jikkoreġi l-verżjoni Slovena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/2009 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina, u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Slovena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/2009 (2) fiha żball ripetut, jiġifieri, it-terminu “l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel” huwa żbaljat. Għaldaqstant hemm bżonn ta' korrezzjoni fil-verżjoni tal-lingwa Slovena. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1135/2009 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif xieraq.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni tal-lingwa Slovena.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/2009 tal-25 ta' Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina, u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE (ĠU L 311, 26.11.2009, p. 3).


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1157/2014

tad-29 ta' Ottubru 2014

li jikkoreġi l-verżjoni Slovena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti kummerċjali tal-għalf li jimmanifatturaw jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija “koċċidjostati u istomonostati”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-verżjoni tal-lingwa Slovena tar-Regolament il-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 (2) it-termini “l-operaturi tan-negozji tal-għalf”“l-istabbilimenti tan-negozji tal-għalf”, “it-tqegħid fis-suq” u “kategorija” huma żbaljati. Għaldaqstant hemm bżonn ta' korrezzjoni fil-verżjoni tal-lingwa Slovena. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 141/2007 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif xieraq.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni tal-lingwa Slovena.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 ta' l-14 ta' Frar 2007 dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti kummerċjali ta' l-għalf li jimmanifatturaw jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija coccidiostats u histomonostats (ĠU L 43, 15.2.2007, p. 9).


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1158/2014

tad-29 ta' Ottubru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

57,9

MA

92,9

MK

54,8

ZZ

68,5

0707 00 05

AL

65,0

MK

80,7

TR

123,3

ZZ

89,7

0709 93 10

MA

82,8

TR

109,6

ZZ

96,2

0805 50 10

AR

72,8

TR

96,4

UY

29,5

ZA

84,3

ZZ

70,8

0806 10 10

BR

278,0

MD

36,9

PE

362,4

TR

144,8

US

411,7

ZZ

246,8

0808 10 80

BR

53,4

CL

86,8

MD

27,7

NZ

148,1

ZA

148,8

ZZ

93,0

0808 30 90

CN

68,8

TR

99,6

ZZ

84,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Ottubru 2014

li taħtar membru Daniż u membru supplenti Daniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/747/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fit-8 ta' Lulju 2014, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/445/UE (3), is-Sur Marc PERERA CHRISTENSEN inħatar membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Søren PAPE POULSEN, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Marc PERERA CHRISTENSEN bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni ser isir vakanti siġġu ta' membru supplenti.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Marc PERERA CHRISTENSEN, Anden Viceborgmester, Aarhus City Council

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Martin HULGAARD, Viceborgmester, Municipality of Struer.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. L. GALLETTI


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.

(3)   ĠU L 201, 10.7.2014, p. 25.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Ottubru 2014

dwar miżura meħuda mill-Ġermanja f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS

(notifikata bid-dokument C(2014) 7757)

(2014/748/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

F'Awwissu tal-2013, l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar miżura ta' projbizzjoni ta' tqegħid fis-suq ta' ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS manifatturati minn Dietrich&Co. GmbH, Rossauer Strasse 49a, 09661 Rossau, OT Seifersbach (il-Ġermanja). Il-prodotti kellhom it-tikketta CE, skont id-Direttava 89/686/KEE, peress li kienu ġew ittestjati u eżaminati skont it-tip f'konformità mal-istandard armonizzat EN 358:1999 Personal protective equipment for work positioning and prevention of falls from a heightBelts for work positioning and restraint and work positioning lanyards.

(2)

Iċ-ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar huma tagħmir protettiv personali (TPP) kklassifikati bħala Kategorija taċ-Ċertifikazzjoni III. TPP ta' dan it-tip, li huwa ddisinjat biex iħares kontra perikli fatali jew riskji serji u irriversibli għas-saħħa, li l-manifattur jassumi li l-utent mhux se jkun kapaċi li jagħraf l-effetti diretti tagħhom fil-ħin, huma soġġetti għal eżaminazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip EC u sistema ta' kontroll tal-kwalità EC mill-korp notifikat ikkummissjonat mill-manifattur.

(3)

L-awditu mwettaq mill-awtoritajiet Ġermaniżi fl-impjant tal-produzzjoni tal-manifattur imsemmi hawn fuq kixef li ċertifikati għall-approvazzjoni tat-tip preżentati għaċ-ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS ma kinux validi, peress li parti mit-tagħmir — il-materjal taċ-ċinga — tbiddel, filwaqt li l-eżaminazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip EC kienet marbuta biss mal-oġġetti mressqa għall-ittestjar. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti li ġejjin tad-Direttiva 89/686/KEE ma ntlaħqux:

L-Artikolu 8(2) (Eżaminazzjoni tat-tip EC): il-prodotti ma kinux identiċi għall-mudelli li għalihom inħarġet eżaminazzjoni tat-tip EC;

L-Artikolu 12 (id-Dikjarazzjoni ta' Konformità EC): Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità ma kinitx valida peress li saret referenza għas-sistema ta' kontroll tal-kwalità f'konformità mal-Artikolu 11, li ma twettqitx;

L-Artikolu 13 (1) (it-Tikketta CE): in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat, DEKRA EXAM (NB 0158) intuża ħażin peress li ma twettqet l-ebda sistema ta' kontroll tal-kwalità.

(4)

Barra minn hekk, iċ-ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-Tip FHB ma laħqux ir-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 358:199, il-klawżola § 4.2.1 dwar is-saħħa statika u b'hekk ir-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sigurtà 1.3.2. Lightness and design strength stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 89/686/KEE. Is-saħħa statika għaċ- ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar manifatturati minn Dietrich&Co. GmbH kienu mkejla li huma bejn 7.2 kN u 9.4 kN, minflok minimu ta' 15 kN, kif previst fl-istandard.

(5)

Il-Kummissjoni kitbet lill-manifattur u stednitu jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi.

(6)

Fit-22 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Ġermaniżi dwar ir-riżultat tal-azzjoni. Skont id-dokumenti li waslu mingħand il-manifattur, l-awtoritajiet Ġermaniżi stabbilixxew li n-nuqqas ta' lħieq mar-rekwiżiti tad-Direttiva 89/686/KEE kien jikkonċerna biss il-produzzjoni tal-2011 u l-2012. L-azzjoni korrettiva ttieħdet mill-manifattur u sa mill-bidu tal-2013 il-produzzjoni kienet f'konformità ma' dik id-Direttiva. Il-manifattur Dietrich & Co wettaq sejħa lura volontarja li kienet tkopri it-tip FHB ta' ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar:

numru tas-serja 0439 sa 0738, manifatturati fl-2011;

numru tas-serja 0739 sa 1078, manifatturati fl-2012.

(7)

Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli, il-kummenti espressi u l-azzjoni meħuda mill-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tqis li ċ-ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS manifatturati fl-2011 u fl-2012 naqsu milli jikkonformaw mal-klawżola § 4.2.1 tal-istandard armonizzat EN 358:1999 msemmi fir-rekwiżit bażiku tas-saħħa u s-sigurtà 1.3.2 Lightness and design strength stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 89/686/KEE. Il-manifattur diġà ħa l-miżura meħtieġa kollha biex ineħħi mis-suq tali prodotti li ma jikkonformawx u biex jikkoreġi l-iżbilanċi biex jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 89/686/KEE, f'konformità mal-ordni tal-awtoritajiet Ġermaniżi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' ċinturini tas-sikurezza tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar tat-tipi FHA, FHB u FSmS manifatturati minn Dietrich&Co. GmbH, hija ġustifikata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda esklussivament il-prodotti manifatturati fl-2011 u l-2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Ferdinando NELLI FEROCI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.


Rettifika

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/37


Rettifika għad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 173 tat-12 ta' Ġunju 2014 )

F'paġna 172, l-Artikolu 21, l-ewwel paragrafu:

minflok:

“… 4 Lulju 2019 …”;

aqra:

“… 4 Lulju 2015 …”.


30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/37


Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 168 tas-7 ta' Ġunju 2014 )

F'paġna 60, fl-Artikolu 7(2):

minflok:

“2.   Kull organizzazzjoni benefiċjarja approvata bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tista' tippreżenta, sa data li għandha tiġi deċiża mill-Istat Membru u sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar ta' kull sena, applikazzjoni għall-approvazzjoni għal programm ta' ħidma wieħed.”

;

aqra:

“2.   Kull organizzazzjoni benefiċjarja rikonoxxuta skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tista' tippreżenta, sa data li għandha tiġi deċiża mill-Istat Membru u sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar ta' kull sena, applikazzjoni għall-approvazzjoni għal programm ta' ħidma wieħed.”

.