ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2014/691/UE |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2014/692/UE, Euratom |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2014 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill |
|
|
|
2014/693/UE |
|
|
* |
||
|
|
2014/694/UE |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
3.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta' Settembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2014/668/UE dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tagħha, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati
(2014/691/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Flit-23 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/668/UE (1). |
(2) |
Wara konsultazzjonijiet li saru man-naħa tal-Ukraina u fil-kuntest tal-isforzi ġenerali għall-implimentazzjoni tal-proċess tal-paċi fl-Ukraina, il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill sabiex jipposponi sal-31 ta' Diċembru 2015 l-applikazzjoni proviżorja tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni”) (Titolu IV), u fl-istess ħin li titkompla l-applikazzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi tal-UE għall-benefiċċju tal-Ukraina. |
(3) |
L-applikazzjoni proviżorja tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titoli III, IV, V, VI u VII, u l-Annessi u l-Protokolli relatati għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fi stadji. Rigward it-Titoli III, V, VI u VII, u l-Annessi u l-Protokolli relatati għandha ssir notifika skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mingħajr dewmien, flimkien man-notifika ta' dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/295/UE (2). Rigward it-Titolu IV, u l-Annessi u Protokolli relatati, għandha ssir notifika b'mod li l-applikazzjoni proviżorja tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/668/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2014/668/UE, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
“Rigward id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titoli III, V, VI u VII, u l-Annessi u l-Protokolli relatati, għandha ssir notifika skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim mingħajr dewmien b'mod li l-applikazzjoni proviżorja tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.
Rigward id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titolu IV, u l-Annessi u l-Protokolli relatati, għandha ssir notifika skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim mingħajr dewmien b'mod li l-applikazzjoni proviżorja tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/295/UE tas-17 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Preambolu, Artikolu 1, u Titoli I, II u VII tiegħu (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 1).
REGOLAMENTI
3.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/3 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1042/2014
tal-25 ta' Lulju 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 fir-rigward tar-responsabbiltajiet tan-nomina u tal-ġestjoni u tal-kontroll ta' Awtoritajiet Responsabbli u fir-rigward tal-istatus u tal-obbligi tal-Awtoritajiet tal-Awditjar
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 26(4) u 29(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità bejn l-implimentazzjoni tal-Fondi preċedenti skont il-Programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” il-qafas 2007-2013 u tar-Regolamenti Speċifiċi skont il-qafas 2014-2020, ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 ġie mfassal fil-biċċa l-kbira fuq ir-regoli fis-seħħ għall-Fondi preċedenti, iżda b'kunsiderazzjoni tat-tibdil introdott fil-ġestjoni konġunta mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-korpi li jimplimentaw il-programmi nazzjonali għandhom il-kapaċità li jissodisfaw il-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti u skont l-objettivi u l-prijoritajiet stabbiliti fir-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti biex jiġu nnominati, għas-superviżjoni tan-nominazzjoni tagħhom u jtemmuha fejn meħtieġ. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ambitu tar-responsabbiltajiet tagħhom jippermettilhom jimplimentaw il-programm nazzjonali, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jiddefinixxu r-responsabbiltajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Awtoritajiet Responsabbli, b'mod partikolari l-kundizzjonijiet li skonthom huma jistgħu jiddelegaw jew jesternalizzaw ftit mill-kompiti tagħhom. |
(4) |
Il-proċedura ta' selezzjoni u tal-għoti għall-għoti tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni skont programmi nazzjonali għandu jikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament ugwali. Huwa meħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-azzjonijiet skont il-programmi nazzjonali, b'mod partikolari biex jidentifikaw taħt liema ċirkostanzi l-Awtorità Responsabbli tista' timplimenta proġetti b'mod dirett. |
(5) |
Fl-Istati Membri kollha, l-awditjar għandu jkun effettiv, ikollu l-ambitu xieraq u jitwettaq b'konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar. Għal dan il-għan, l-istandards tal-istatus u tal-awditjar tal-Awtoritajiet tal-Awditjar għandhom jiġu definiti b'mod ċar. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-awditjar tal-Awtoritajiet tal-Awditjar jippermettulhom isostnu l-opinjonijiet tal-awditjar tagħhom, it-tipi differenti ta' attivitajiet tal-awditjar għandhom jiġu definiti. |
(7) |
Huwa importanti li r-riżultati tal-attività tal-Awtorità tal-Awditjar huma rappurtati f'waqthom u b'mod adegwat lill-awtorità nnominata kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea. B'mod partikolari, huwa importanti li d-dikjarazzjoni ta' ġestjoni u s-sommarju annwali tar-rapporti finali ta' awditjar u ta' kontrolli mwettqa trażmessi bħala parti mit-talba annwali għal ħlas tirrifletti tajjeb ir-riżultat tax-xogħol u tal-konklużjonijiet tal-Awtorità tal-Awditjar. Għalhekk, l-Awtorità tal-Awditjar għandha, bħala parti mix-xogħol tagħha tal-awditjar, tiżgura li informazzjoni relatata mal-attività tagħha tal-awditjar hija rapportata b'mod xieraq f'dawn id-dokumenti. |
(8) |
Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien fl-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(9) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u konsegwentement huma marbuta b'dan ir-Regolament. |
(10) |
Id-Danimarka la hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u lanqas b'dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 514/2014. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“awtorità ta' nomina” tfisser l-awtorità ministerjali ta' Stat Membru msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 li tinnomina l-Awtorità Responsabbli; |
(b) |
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-Awtorità Responsabbli, l-Awtorità tal-Awditjar u, fejn xieraq, l-Awtorità Delegata msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014; |
(c) |
“SFC2014” tfisser is-sistema tal-informazzjoni elettronika stabbilita mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 (3); |
(d) |
“ftehim ta' għotja” tfisser ftehim jew forma ekwivalenti ta' strument ġuridiku abbażi li fuqu l-Awtorità Responsabbli tipprovdi għotjiet lill-benefiċjarju għall-għan biex jimplimenta proġett skont il-programm nazzjonali. |
KAPITOLU II
L-AWTORITÀ RESPONSABBLI
TAQSIMA I
In-nomina tal-awtorità responsabbli
Artikolu 2
Kriterji u proċedura għan-nomina tal-Awtorità Responsabbli
1. Il-korp li għandu jiġi nnominat bħala l-Awtorità Responsabbli jkollu organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament (“kriterji ta' nomina”). Il-kriterji ta' nomina jikkonċernaw:
(a) |
ambjent intern, |
(b) |
attivitajiet ta' kontroll; |
(c) |
informazzjoni u komunikazzjoni interna; |
(d) |
monitoraġġ u rapportar intern. |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar kriterji ta' nomina biex jiġu kkunsidrati d-daqs, ir-responsabbiltajiet u karatteristiċi oħrajn tal-Awtorità Responsabbli.
2. Il-korp tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jivvaluta jekk l-Awtorità Responsabbli prospettiva hijiex konformi mal-kriterji ta' nomina fl-Anness u jiddokumenta s-sejbiet, il-konklużjonijiet u l-opinjoni tal-awditjar tagħha, f'rapport tal-awditjar indirizzat lill-awtorità ta' nomina.
3. Jekk l-awtorità ta' nomina mhix sodisfatta li l-Awtorità Responsabbli prospettiva hija konformi mal-kriterji ta' nomina, tagħti lil dan il-korp struzzjonijiet speċifiċi biex tirrimedja n-nuqqasijiet ta' konformità u skadenza għal konformità qabel hi tkun tista' tiġi nominata bħala l-Awtorità Responsabbli.
Bil-konformità tkun pendenti, il-korp jista' jingħata nomina provviżorja bħala Awtorità Responsabbli għal mhux iktar minn 12-il xahar. It-tul ta' dan il-perjodu provviżorju jkun proporzjonali man-nuqqasijiet ta' konformità identifikati.
4. Fuq nomina għall-Awtorità Responsabbli, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien permezz tal-SFC 2014. Permezz ta' din in-notifika, l-Istat Membru jittrażmetti dokumentazzjoni li tistabbilixxi:
(a) |
id-diviżjoni ewlenija ta' responsabbiltajiet bejn l-unitajiet organizzazzjonali tal-Awtorità Responsabbli; |
(b) |
fejn xieraq, ir-relazzjoni tagħha ma' awtoritajiet delegati, l-attivitajiet li għandhom jiġu delegati, u l-proċeduri ewlenin għas-superviżjoni ta' dawn l-attivitajiet delegati; kif ukoll |
(c) |
sommarju tal-proċeduri ewlenin għall-ipproċessar ta' talbiet finanzjarji minn benefiċjarji u għall-awtorizzazzjoni u l-irrekordjar tan-nefqa. |
Artikolu 3
Superviżjoni tal-Awtorità Responsabbli u rieżaminazzjoni tan-nomina.
1. L-awtorità ta' nomina tissorvelja l-Awtorità Responsabbli, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament, u ssegwi kull nuqqas li jiġi identifikat.
2. L-Istat Membru jiżgura li informazzjoni li tindika li l-Awtorità Responsabbli ma tikkonformax iżjed mal-kriterji ta' nomina hija rapportata lill-awtorità ta' nomina mingħajr dewmien.
3. Meta l-Awtorità Responsabbli ma tikkonformax iktar bis-sħiħ mal-kriterji tan-nomina, jew is-sistema tagħha ta' kontroll intern huwa tant defiċitarju li jxekkel l-abbiltà tagħha li tissodisfa l-kompiti tagħha, l-awtorità ta' nomina tpoġġi lill-Awtorità ta' Responsabbiltà taħt perjodu ta' prova. F'tali każijiet, l-awtorità ta' nomina tħejji pjan rimedjali għall-Awtorità Responsabbli biex timplimenta f'perjodu proporzjonat mal-gravità tan-nuqqasijiet ta' konformità jew ta' defiċjenza. Dan il-perjodu ma jaqbiżx it-12-il xahar mill-bidu tal-perjodu ta' prova.
4. L-awtorità ta' nomina tinforma fil-pront lill-Kummissjoni dwar kull pjan rimedjali mħejji skont il-paragrafu 3 u żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tiegħu.
5. Jekk in-nomina tal-Awtorità Responsabbli tiġi mitmuma, l-awtorità ta' nomina tinnomina fil-pront Awtorità Responsabbli oħra skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament biex tiżgura li ħlasijiet lill-benefiċjarji jibqgħu mingħajr interruzzjoni.
6. Meta l-Kummissjoni ssib li Stat Membru ma kkonformax mal-obbligu tiegħu li jħejji pjan rimedjali skont il-paragrafu 3 jew li l-Awtorità Responsabbli żżomm in-nomina tagħha filwaqt li tonqos milli timplimenta l-pjan rimedjali fil-perjodu ta' żmien impost, il-Kummissjoni tindirizza kull nuqqas li jibqa' permezz tal-proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità prevista fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
TAQSIMA II
Responsabbiltajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Awtorità Responsabbli
Artikolu 4
Kompiti tal-Awtorità Responsabbli
L-Awtorità Responsabbli timmaniġġja u timplimenta l-programm nazzjonali skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Hi:
(a) |
tikkonsulta l-imsieħba skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014; |
(b) |
tiżgura l-funzjonament korrett tal-kumitat ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014; |
(c) |
tissottometti proposta lill-Kummissjoni għall-programm nazzjonali msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u kull reviżjoni sussegwenti billi tuża l-SFC2014; |
(d) |
tiddefinixxi u tistabbilixxi r-regoli ta' eliġibilità għal proġetti u kostijiet ta' proġetti għall-attivitajiet kollha, billi tiżgura trattament ugwali u tevita kull kunflitt ta' interess, skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba. |
(e) |
torganizza u tirreklama sejħiet għal offerti u proposti, u torganizza u tirreklama s-selezzjoni sussegwenti u l-għoti ta' proġetti għal finanzjament skont il-programm nazzjonali, skont l-ambitu u l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u bil-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament; |
(f) |
tiżgura li hemm sistemi fis-seħħ biex tiġbor id-dejta meħtieġa biex tirrapporta l-indikaturi komuni u għal dawk speċifiċi għall-programm lill-Kummissjoni, flimkien ma' dejta oħra dwar l-implimentazzjoni tal-programm u ta' proġetti; |
(g) |
tirċievi ħlasijiet mill-Kummissjoni, u tħallas lill-benefiċjarji; |
(h) |
tiżgura konsistenza u komplementarjetà bejn kofinanzjament skont ir-Regolamenti Speċifiċi u bejn strumenti rilevanti oħra nazzjonali u tal-Unjoni; |
(i) |
tissorvelja l-proġetti u tiċċekkja li n-nefqa ddikjarata għal proġetti tkun saret fil-fatt u tkun konformi mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali; |
(j) |
tiżgura li jkun hemm sistema ta' reġistrazzjoni u ħażna f'rekords ta' kontabilità ta' forma kompjuterizzata għal kull proġett skont il-programmi nazzjonali u li d-dejta dwar l-implimentazzjoni li tkun meħtieġa għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-evalwazzjoni finanzjarja tinġabar; |
(k) |
mingħajr preġudizzju għal regoli nazzjonali tal-kontabilità, tiżgura li l-benefiċjarji u korpi oħrajn involuti fi proġetti ta' implimentazzjoni iffinanzjati skont il-programm nazzjonali jżommu jew sistema ta' kontabilità separata jew kodiċi ta' kontabilità adegwat għat-tranżazzjonijiet kollha relatati mal-proġett; |
(l) |
tiżgura li l-evalwazzjonijiet tal-programm nazzjonali msemmija fl-Artikolu 56 u fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jiġu mwettqa fil-limiti ta' żmien rilevanti; |
(m) |
tiżgura li l-evalwaturi indipendenti jirċievu, għall-finijiet biex iwettqu l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56 u fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u tifformula l-opinjoni ta' evalwazzjoni, l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-ġestjoni tal-programm nazzjonali; |
(n) |
tistabbilixxi proċeduri biex tiżgura li d-dokumenti kollha dwar l-attivitajiet tan-nefqa, tad-deċiżjonijiet u ta' kontroll jkollhom rekord adegwat għall-awditjar u jinżammu skont ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottati abbażi tal-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. |
(o) |
tiżgura li l-Awtorità tal-Awditjar tirċievi, għall-finijiet biex twettaq l-awditjar imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u tifformula l-opinjoni tal-awditjar, l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-proċeduri ta' ġestjoni u ta' kontroll applikati u n-nefqa ffinanzjata skont ir-Regolamenti Speċifiċi. |
(p) |
tħejji r-rapporti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u tissottomettihom lill-Kummissjoni billi tuża l-SFC2014; |
(q) |
tħejji t-talba għal ħlas skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u tissottomettiha lill-Kummissjoni billi tuża l-SFC2014; |
(r) |
twettaq attivitajiet ta' informazzjoni u ta' pubbliċità u xxerred ir-riżultati tal-programm, skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014; |
(s) |
twettaq kontrolli amministrattivi u kontrolli fuq il-post skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014; |
(t) |
tikkoopera mal-Kummissjoni u mal-Awtoritajiet Responsabbli fi Stati Membri oħrajn; kif ukoll |
(u) |
twieġeb għas-sejbiet tal-Awtorità tal-Awditjar jew billi tindirizzahom jew, meta s-sejbiet tal-Awtorità tal-Awditjar mhumiex aċċettati, billi tipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata. |
Artikolu 5
Awtorità Delegata
1. L-Awtorità Rsponsabbli tista' tiddelega xi ftit jew il-kompiti kollha tagħha lil awtorità delegata skont l-Artikolu 25(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. Kull delegazzjoni ta' kompiti tikkonforma mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u tiżgura konformita mal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u ta' viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni. Il-kompiti delegati ma jikkawżawx kunflitti ta' interess.
2. L-ambitu tal-kompiti delegati mill-Awtorità Responsabbli għall-Awtorità Delegata u l-proċeduri dettaljati biex jiġu ssodisfati jiġu stabbiliti f'dokument iffirmat mill-Awtorità Responsabbli u mill-Awtorità Delegata. Dan l-Att ta' Delega jsemmi għall-inqas:
(a) |
ir-Regolament Speċifiku rilevanti; |
(b) |
il-kompitu/i delegat(i) lill-Awtorità Delegata; |
(c) |
l-obbligu tal-Awtorità Delegata biex tivverifika l-konformità tal-benefiċjarji mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni; |
(d) |
l-obbligu tal-Awtorità Delegata biex tistabbilixxi u żżomm struttura ta' organizzazzjoni u sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll xierqa għall-kompiti tagħha; |
(e) |
l-informazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn li l-Awtorità Delegata għandha tissottometti lill-Awtorità Responsabbli u l-limiti taż-żmien li għandhom jiġu osservati; kif ukoll |
(f) |
il-mekkaniżmu tal-Awtorità Responsabbli għas-superviżjoni tal-Awtorità Delegata. |
3. Skont l-Artikolu 25(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, komunikazzjoni mal-Kummissjoni ma għandhiex tiġi delegata. L-Awtorità Delegata tikkomunika mal-Kummissjoni permezz tal-Awtorità Responsabbli.
4. Jekk l-Awtorità Delegata mhix korp privat jew ta' amministrazzjoni pubblika b'missjoni ta' servizz pubbliku mmexxi mil-liġi nazzjonali, l-Awtorità Responsabbli ma tiddelegax għaliha setgħat eżekuttivi li jinvolvu miżura kbira ta' diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi.
5. L-Awtorità Responsabbli tibqa' responsabbli għall-kompiti li hi tkun iddelegat. L-Awtorità Responsabbli tirrevedi regolarment il-kompiti delegati biex tikkonferma li x-xogħol imwettaq huwa sodisfaċenti u b'konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni.
6. Għal kompiti delegati, dan ir-Regolament japplika għall-Awtorità Delegata b'analoġija.
Artikolu 6
Kompiti ta' esternalizzazzjoni
L-Awtorità Responsabbli tista' testernalizza ftit mill-kompiti tagħha. Madankollu, hi tibqa' responsabbli għalihom.
L-Awtorità Responsabbli tirrevedi regolarment il-kompiti esternalizzati biex tikkonferma li x-xogħol imwettaq huwa sodisfaċenti u b'konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni.
TAQSIMA III
Obbligi tal-Awtorità Responsabbli fir-rigward ta' intervent pubbliku
Artikolu 7
Ir-rwol tal-Awtorità Responsabbli bħala korp tal-għoti
1. Bħala regola ġenerali, l-Awtorità Responsabbli tagħti għotjiet għal proġetti skont il-programm nazzjonali abbażi ta' sejħiet għal proposti.
2. L-Awtorità Responsabbli tista' tagħti għotjiet għal proġetti abbażi ta' sejħa ristretta għall-proposti.
Sejħiet ristretti għal proposti huma miftuħin biss għal organizzazzjonijiet magħżula minħabba n-natura speċifika tal-proġett jew il-kompetenza amministrattiva jew teknika tal-korpi mistiedna biex jissottomettu l-proposti.
Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu ta' sejħa ristretta għal proposti tiġi stabbilita fis-sejħa għall-proposti.
3. L-Awtorità Responsabbli tista' tagħti għotjiet direttament meta n-natura speċifika tal-proġett jew il-kompetenza amministrattiva jew teknika tal-korpi rilevanti ma tħalli ebda għażla oħra, bħal fil-każ ta' monopolji de jure jew de facto.
Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu ta' għotja diretta tiġi stabbilita fis-sejħa għall-proposti.
4. F'każijiet motivati b'mod xieraq, inkluża l-kontinwazzjoni ta' proġetti pluriennali li ġew magħżula wara sejħa għall-proposti preċedenti jew f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għal proposti.
Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw li l-għotja ingħatat mingħajr sejħa għal proposti tiġi stabbilita fid-deċiżjoni tal-għoti.
5. Meta l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala korp tal-għoti, la l-Awtorità Responsabbli u l-ebda Awtorità Delegata ma tista' tkun benefiċjarju ta' għotja mogħtija skont dan l-Artikolu.
6. L-Awtorità Responsabbli tiddetermina min jagħti għotjiet u tiżgura li kunflitti ta' interess jiġu evitati, b'mod partikolari meta l-applikanti huma korpi nazzjonali.
Artikolu 8
Il-kundizzjonijiet li fihom l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala korp eżekuttiv
1. L-Awtorità Responsabbli tista' tiddeċiedi li timplimenta proġetti direttament, jew waħedha jew f'assoċjazzjoni ma' kull awtorità nazzjonali oħra, minħabba setgħat amministrattivi, kompetenza teknika, jew għax il-karatteristiċi tal-proġett ma jħallu ebda għażla oħra għall-implimentazzjoni, bħal monopolju de jure jew rekwiżiti ta' sigurtà. F'tali każijiet, l-Awtorità Responsabbli tkun il-benefiċjarju tal-għotja.
2. Ir-raġunijiet tal-Awtorità Responsabbli biex taġixxi bħala korp eżekuttiv u tagħżel kull awtorità nazzjonali assoċjata kif deskritt fil-paragrafu 1 jiġu rappurtati lill-Kummissjoni fir-rapport ta' implimentazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
3. Meta timplimenta proġetti bħala korp eżekuttiv, l-Awtorità Responsabbli tosserva l-prinċipju tal-valur tal-flus u tipprevjeni kunflitti ta' interess.
4. Id-deċiżjoni amministrattiva għall-kofinanzjament ta' proġett skont il-programm nazzjonali tinkludi kull informazzjni meħtieġa biex tissorvelja l-implimentazzjoni ta' prodotti u servizzi kofinanzjati u biex tiċċekkja n-nefqa li tkun saret.
5. Jekk l-Awtorità Responsabbli aktarx li taġixxi bħala korp eżekuttiv fuq bażi regolari:
(a) |
l-Awtorità Responsabbli u l-Awtorità tal-Awditjar mhux se tkun parti mill-istess korp, sakemm l-Awtorità tal-Awditjar tirrapporta lil korp barrani u l-indipendenza tagħha tal-awditjar hija garantita; kif ukoll |
(b) |
il-kompiti tal-Awtorità Responsabbli kif stabbilita fl-Artikolu 4 ma tiġix affettwata. |
Artikolu 9
Proċedura ta' selezzjoni u tal-għoti
1. Is-sejħiet għal proposti msemmija fl-Artikolu 7(1) jiġu reklamati b'tali mod li jiżgura kompetizzjoni u pubbliċita xierqa fost benefiċjarji potenzjali. Kull bidla sostanzjali għas-sejħiet tiġi reklamata bl-istess mod.
Is-sejħiet għal proposti msemmija fl-Artikolu 7(1) u (2) jispeċifikaw għall-inqas li ġej:
(a) |
objettivi; |
(b) |
Kriterji ta' selezzjoni u tal-għoti; |
(c) |
arranġamenti għall-Unjoni u, jekk applikabbli, finanzjament nazzjonali, inkluż, fejn applikabbli, il-possibbiltà biex tiġi applikata rata ogħla ta' kofinanzjament skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014; |
(d) |
l-arranġamenti u d-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti; |
(e) |
ir-regoli ta' eliġibbiltà għan-nefqa; |
(f) |
it-tul ta' żmien tal-proġett; kif ukoll |
(g) |
informazzjoni finanzjarja u oħra li għandha tinżamm u tiġi rappurtata. |
2. Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-għoti, l-Awtorità Responsabbli tissodisfa lilha nfisha li l-benefiċjarji fil-proġett għandhom il-kapaċità li jilħqu l-kriterji ta' selezzjoni u tal-għoti.
3. L-Awtorità Responsabbli tiddefinixxi l-proċeduri għall-wasla tal-proposti. Hi tissoġġetta proposti għal analiżi formali, teknika u baġitarja u valutazzjoni kwalitattiva li tapplika l-kriterji stabbiliti fis-sejħa għal proposti b'mod trasparenti u nondiskriminatorju. L-Awtorità Responsabbli tirrikordja bil-kitba r-raġunijiet għar-rifjut tal-proposti l-oħrajn.
4. Id-deċiżjoni tal-għoti tindika mill-inqas l-isem tal-benefiċjarji, id-dettalji essenzjali tal-proġett u l-objettivi operattivi tagħha, l-ammont massimu ta' kontribut tal-Unjoni u r-rata massima ta' kofinanzjament tal-kostijiet totali eliġibbli.
5. L-Awtorità Responsabbli tinforma bil-miktub lill-applikanti kollha bid-deċiżjoni tagħha. Tagħti lil kandidati li ma jirnexxux ir-raġunijiet għar-rifjut tagħhom b'referenza għall-kriterji ta' selezzjoni u tal-għoti.
Artikolu 10
Dokumenti li jifformalizzaw l-għoti meta l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala korp tal-għoti
1. F'każijiet meta l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala korp tal-għoti, tistabbilixxi proċeduri ta' ġestjoni ta' proġetti li jeħtieġu, għall-inqas li:
(a) |
jiġu ffirmati ftehimiet ta' għotja mal-benefiċjarji u |
(b) |
jiġu sorveljati l-ftehimiet ta' għotja, inkluża kull emenda tagħhom, permezz ta' mezzi amministrattivi bħal pereżempju skambji ta' korrispondenza jew ta' rapporti bil-miktub. |
2. Il-ftehim tal-għotja jinkludi jew jindika dan li ġej:
(a) |
ammont massimu ta' kontribuzzjoni mill-Unjoni; |
(b) |
perċentwal massimu ta' kontribuzzjoni mill-Unjoni skont ir-Regolament Speċifiku rilevanti; |
(c) |
deskrizzjoni u skeda dettaljata tal-proġett; |
(d) |
jekk applikabbli, kull kompitu maġġuri li l-benefiċjarju beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi; flimkien mal-kostijiet relatati; |
(e) |
il-pjan miftiehem tal-baġit bikri u ta' finanzjament għall-proġett, inkluż in-nefqa u d-dħul skont ir-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti; |
(f) |
metodu għall-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni mat-tmiem tal-proġett; |
(g) |
skeda u dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-ftehim, inklużi dispożizzjonijiet dwar obbligi ta' rapportar, emendi għall-ftehim u t-tmiem tal-ftehim; |
(h) |
objettivi operattivi tal-proġett, inklużi objettivi kkwantifikati u l-indikaturi li għandhom jiġu rrapportati; |
(i) |
dispożizzjoni li teħtieġ li l-benefiċjarju jiġbor, fil-mument opportun, id-dejta rekwiżita għall-indikaturi komuni stabbiliti fir-Regolament Speċifiku, u kull indikaturi speċifiċi għall-programmi, u li din id-dejta tiġi rrapportata tal-inqas darba fis-sena; |
(j) |
definizzjoni tal-kostijiet eliġibbli, inkluż, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-metodoloġija biex ikunu determinati l-ispejjeż tal-iskala ta' unità, u l-finanzjament tas-somom f'daqqa (lump sums) u tar-rati fissi; |
(k) |
ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet taż-żamma tal-kotba relatati mal-ħlasijiet tal-għotja; |
(l) |
kundizzjonijiet relatati mar-rendikont tal-awditjar; |
(m) |
dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-dejta u |
(n) |
dispożizzjonijiet relatati mal-pubbliċità. |
3. Bħala regola ġenerali, il-ftehim ta' għotja jiġi ffirmat qabel tibda kull attivita ta' proġett imposta lill-programm nazzjonali.
4. Il-ftehim ta' għotja jikkjarifika b'mod espliċitu li l-Kummissjoni, jew ir-rappreżentanti tagħha, u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw setgħat ta' awditjar fuq il-benefiċjarji kollha ta' għotjiet, kuntratturi u sottokuntratturi li jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont il-programm nazzjonali, u se jibqgħu jagħmlu hekk abbażi ta' dokumentazzjoni u kontrolli fuq il-post.
Artikolu 11
Dokumenti li jifformalizzaw l-għotjiet meta l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala entità eżekuttiva
1. F'każijiet fejn l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala entità eżekuttiva, tistabbilixxi proċeduri ta' ġestjoni tal-proġett li jeħtieġu tal-inqas li:
(a) |
tiġi fformalizzata deċiżjoni amministrattiva li tikkofinanzja proġetti u |
(b) |
jiġu sorveljati d-deċiżjoni amministrattiva u kull emendi tagħhom permezz ta' mezzi amministrattivi bħal pereżempju skambji ta' korrispondenza jew ta' rapporti bil-miktub. |
2. Id-deċiżjoni amministrattiva tinkludi jew tindika dan li ġej:
(a) |
ammont massimu ta' kontribuzzjoni mill-Unjoni; |
(b) |
perċentwal massimu ta' kontribuzzjoni mill-Unjoni skont ir-Regolament Speċifiku rilevanti; |
(c) |
deskrizzjoni u skeda ta' żmien dettaljata tal-proġett; |
(d) |
jekk applikabbli, kull kompitu maġġuri li l-benefiċjarju beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi, flimkien mal-kostijiet relatati; |
(e) |
il-pjan miftiehem tal-baġit bikri u ta' finanzjament għall-proġett, inkluż in-nefqa u d-dħul skont ir-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti; |
(f) |
metodu għall-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni mat-tmiem tal-proġett; |
(g) |
objettivi operattivi tal-proġett, inklużi objettivi kkwantifikati u l-indikaturi li għandhom jintużaw; |
(h) |
dispożizzjoni li teħtieġ li l-Awtorità Responsabbli tiġbor, u tirrapporta tal-inqas darba fis-sena, id-dejta rekwiżita għall-indikaturi komuni stabbiliti fir-Regolament Speċifiku, u kull indikaturi speċifiċi għall-programm, u li din id-dejta tiġi rrappurtata tal-inqas darba fis-sena; |
(i) |
definizzjoni tal-kostijiet eliġibbli, inkluż, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-metodoloġija biex ikunu determinati l-ispejjeż tal-iskala ta' unità, u s-somom f'daqqa (lump sums) u l-finanzjament tar-rati fissi; |
(j) |
ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet taż-żamma tal-kotba relatati mal-pagament tal-għotja; |
(k) |
kundizzjonijiet relatati mar-rendikont tal-awditjar; |
(l) |
dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-dejta u |
(m) |
dispożizzjonijiet relatati mal-pubbliċità. |
3. Bħala regola ġenerali, id-deċiżjoni amministrattiva tittieħed qabel tibda kull attivita ta' proġett imposta lill-programm nazzjonali.
4. Id-deċiżjoni amministrattiva tikkjarifika b'mod espliċitu li l-Kummissjoni, jew ir-rappreżentanti tagħha, u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw setgħat ta' awditjar fuq il-benefiċjarji kollha ta' għotjiet, kuntratturi u sottokuntratturi li jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont il-programm nazzjonali, u se jibqgħu jagħmlu hekk abbażi ta' dokumentazzjoni u kontrolli fuq il-post.
KAPITOLU III
L-ISTATUS TAL-AWTORITÀ TAL-AWDITJAR U L-OBBLIĠI FIR-RIGWARD TA' AWDITJAR
Artikolu 12
L-istatus tal-Awtorità tal-Awditjar
1. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, l-Awtorità tal-Awditjar tiffunzjona b'mod indipendenti mill-Awtorità Responsabbli. Indipendenza funzjonali tiġi kkunsidrata li teżisti meta ma jkun hemm l-ebda relazzjoni ġerarkika diretta bejn l-Awtorità tal-Awditjar u l-Awtorità Responsabbli, u l-Awtorità tal-Awditjar jkollha awtonomija sħiħa fl-opinjonijiet u fid-dikjarazzjonijiet tagħha.
2. Ix-xogħol kollu tal-awditjar jitwettaq skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.
Artikolu 13
Esternalizzazzjoni ta' xogħol tal-awditjar
L-Awtorità tal-Awditjar tista' testernalizza parti mix-xogħol tal-awditjar tagħha lil-korp ieħor tal-awditjar, sakemm dan il-korp huwa funzjonalment indipendenti mill-Awtorità Responsabbli. L-Awtorità tal-Awditjar tibqa' responsabbli għax-xogħol li hi testernalizza.
Awditjar esternalizzat jitwettaq skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment u skont monitoraġġ u superviżjoni mill-qrib tal-Awtorità tal-Awditjar.
Artikolu 14
Awditjar
1. Biex tingħata l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 l-Awtorità tal-Awditjar twettaq awditjar ta' sistema u ta' finanzjament.
2. Awditi tas-sistema jivverifikaw jekk is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Awtorità Responsabbli ħadmux effettivament b'tali mod li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li n-nefqa inkluża fil-kontijiet annwali hija legali u regolari.Ibbażat fuq dan l-awditjar, l-Awtorità tal-Awditjar tiddetermina jekk l-Awtorità Responsabbli tkomplix tikkonforma mal-kriterji tan-nomina stabbilita fl-Anness.
3. Awditjar finanzjarju jiġi mwettaq biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali jagħtu stampa reali u ekwa tan-nefqa ddikkjarata mill-Awtorità Responsabbli.
Sabiex jiġi konkluż jekk il-kontijiet jagħtux stampa reali u ekwa, l-Awtorità tal-Awditjar tivverifika li l-elementi kollha tan-nefqa mħallsa u l-kontribuzzjonijiet pubbliċi riċevuti u mdaħħla fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli fis-sena finanzjarja huma rrekordjati korrettament fis-sistema tal-kontabilità u jikkorrispondu għar-rekords tal-kontabilità ta' sostenn miżmuma mill-Awtorità Responsabbli. L-Awtorità tal-Awditjar b'mod partikolari, abbażi ta' dawn il-kontijiet:
(a) |
tivverifika li l-ammont totali ta' nefqa eliġibbli ddikjarata fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali sottomess lill-Kummissjoni jaqbel man-nefqa fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli u, jekk ikun hemm differenzi, li spjegazzjonijiet adegwati jkunu ġew provduti fil-kontijiet għall-ammonti ta' rikonċiljazzjoni; |
(b) |
tivverifika li l-ammonti miġbuda u rkuprati, l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati, u l-ammonti irrekuperabbli sa tmiem is-sena finanzjarja, jikkorrispondu għall-ammonti imdaħħla fis-sistema tal-kontabilità tal-Awtorità Responsabbli u huma appoġġati minn deċiżjonijiet dokumentati tal-Awtorità Responsabbli; |
(c) |
taċċerta li l-Awtorità Responsabbli tkun wettqet il-kontrolli amministrattivi u fuq il-post skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. |
Il-verifiki msemmija fil-punti (a), (b) u (c) jistgħu jitwettqu fuq bażi ta' kampjun.
4. Bħala parti mis-sistema u mill-awditjar finanzjarju tagħha, l-Awtorità tal-Awditjar twettaq mill-ġdid ftit mill-kontrolli amministrattivi u fuq il-post li kienu mwettqa mill-Awtorità Responsabbli. L-Awtorità tal-Awditjar tiddetermina l-punt tat-twettiq mill-ġdid tax-xogħol ta' awditjar ibbażat fuq il-valutazzjoni tagħha ta' riskju.
5. Jekk l-awditjar ta' sistema jew finanzjarju tal-Awtorità tal-Awditjar jidentifika dgħufijiet materjali fit-tħaddim effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Awtorità Responsabbli, l-Awtorità tal-Awditjar:
(a) |
tevalwa l-impatt finanzjarju u operattiv ta' dawn id-dgħufijiet; |
(b) |
tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Awtorità Responsabbli għal miżuri korrettivi u preventivi; |
(c) |
tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Awtorità Responsabbli ta' dawn il-miżuri u tivvaluta jekk hux fis-seħħ pjan ta' azzjoni biex jerġa' jkun hemm funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll. |
6. Hekk kif ittemm l-attivitajiet ta' awditjar tagħha msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, l-Awtorità tal-Awditjar tirrapporta is-sejbiet tagħha lill-awtorità ta' nomina, tinkludi jekk, fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità Responsabbli tkomplix tikkonforma mal-kriterji ta' nomina.
7. L-Awtorità tal-Awditjar tiżgura li l-informazzjoni kollha relatata mal-attivitajiet ta' awditjar tagħha msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 hija rappurtata adegwatament mill-Awtorità Responsabbli lill-Kummissjoni Ewropea.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONI FINALI
Artikolu 15
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 22).
ANNESS
Il-kriterji ta' Nomina għall-Awtorità Responsabbli
1. L-ambjent Intern
(A) L-istruttura organizzazzjonali
(1) |
L-istruttura organizzazzjonali li tippermetti lill-Awtorità Responsabbli biex tesegwixxi l-kompiti tagħha stabbiliti fl-Artikolu 4. |
(2) |
L-istruttura organizzazzjonali, definita fit-tabella tal-organizzazzjoni, li turi tqassim ċar tar-rwoli u r-responsabbiltajiet. |
(B) L-istandard tar-riżorsi umani
(1) |
Ir-riżorsi umani xierqa biex jitwettqu l-kompiti deskritti fl-Artikolu 4. |
(2) |
Is-segregazzjoni tad-dmirijiet hekk li l-ebda membru tal-persunal ma jkollu responsabbiltà għal aktar minn waħda fost awtorizzazzjoni, pagamenti jew kontabbilità tas-somom imposti lill-programm nazzjonali, u l-ebda membru tal-persunal ma jwettaq wieħed minn dawk il-kompiti mingħajr ma jkun sorveljat minn membru ieħor tal-persunal. |
(3) |
Id-definizzjoni bil-miktub tar-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-persunal, inklużi l-limiti fuq l-awtorità finanzjarja tiegħu jew tagħha. |
(4) |
Taħriġ xieraq għall-persunal. |
(5) |
Il-proċeduri biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi, inkluż fejn membru tal-persunal li jokkupa pożizzjoni ta' responsabbiltà jew pożizzjoni sensittiva fir-rigward tal-verifika, l-awtorizzazzjoni, l-pagamenti u tal-għoti ta' rendikont tat-talbiet iwettaq ukoll funzjonijiet oħrajn barra mill-Awtorità Responsabbli. |
2. L-Attivitajiet ta' Kontroll
(A) L-Għażla ta' proġetti
(1) |
Il-proċeduri dwar l-għażla u l-għoti ta' għotjiet skont l-Artikolu 9. |
(2) |
Il-proċeduri rigward il-kontenut u l-iffirmar ta' ftehimiet tal-għotja u deċiżjonijiet amministrattivi skont l-Artikoli 10 u 11. |
(B) Il-proċeduri għal kontrolli amministrattivi u fuq il-post
(1) |
Il-proċeduri għall-infurmar tal-maniġment tal-Awtorità Responsabbli f'livell xieraq, fuq bażi regolari u f'waqtha bir-riżultati tal-kontrolli mwettqa, sabiex tippermetti rieżami tal-istrateġija ta' kontroll u l-proċeduri ta' kontroll intern meta jiġu identifikati nuqqasijiet sistemiċi jew kif meħtieġ. |
(2) |
Id-deskrizzjoni tal-metodu tat-teħid ta' kampjuni użat meta l-kontrolli fuq il-post jew amministrattivi ma jkunux eżawrenti iżda jiġu mwettqa fuq bażi ta' kampjun, u proċedura biex tirrapporta d-diskrepanzi u l-irregolaritajiet. |
(3) |
Fejn dokumenti (fuq karta jew f'forma elettronika) relatati mal-kontrolli mwettqa fuq pretensjonijiet finanzjarji huma miżmuma minn korpi oħra, il-proċeduri stabbiliti minn dawn il-korpi u l-Awtorità Responsabbli biex tiżgura li l-Awtorità Responsabbli għandha aċċess għal dawn id-dokumenti. |
(C) Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni ta' pagamenti ta' talbiet finanzjarji sottomessi minn benefiċjarju
(1) |
Il-proċeduri li jiżguraw il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' għotja, deċiżjonijiet amministrattivi u kuntratti skont it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali. |
(2) |
Il-proċeduri sabiex tirċievi, tirreġistra u tipproċessa t-talbiet finanzjarji sottomessi minn benefiċjarju, li jiddefinixxu b'mod partikolari d-deskrizzjoni tad-dokumenti li għandhom jintużaw u l-proċedura ta' rieżami tax-xogħol imwettaq. |
(3) |
Lista ta' kontroll tal-verifiki meħtieġa minn kull membru tal-persunal responsabbli għall-awtorizzazzjoni, inkluż rieżami tax-xogħol imwettaq. |
(4) |
Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' pagament, inkluża l-verifika tal-konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni u inklużi l-kontrolli meħtieġa mill-Artikoli 5(2) u 27 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 sabiex jipprevjenu u jidentifikaw il-frodi u l-irregolarità b'rigward partikolari għar-riskji ffaċċjati. |
(D) Il-proċeduri għall-pagament
(1) |
Il-proċeduri sabiex ikun żgurat li l-pagamenti jsiru biss f'kontijiet bankarji li jappartjenu għall-benefiċjarju u li l-ebda pagamenti ma jsiru fi flus. |
(2) |
Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-pagamenti kollha li għalihom ma jsirux trasferimenti jkunu kkreditati mill-ġdid fil-baġit tal-programm nazzjonali. |
(E) Il-proċeduri għall-kontabbiltà
Il-proċeduri tal-kontabbiltà sabiex jiġi assigurat li kontijiet annwali jkunu sħaħ, preċiżi u f'waqthom, u li kwalunkwe żball jew ommissjoni jiġi identifikat u kkorreġut, b'mod partikolari permezz ta' kontrolli u rikonċiljazzjonijiet perjodiċi.
(F) Il-proċeduri għall-pagament bil-quddiem
(1) |
Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-pagamenti bil-quddiem lill-benefiċjarji huma identifikati b'mod separat fir-rekords tal-kontabbiltà. |
(2) |
Il-proċeduri sabiex ikun żgurat li l-pagamenti bil-quddiem jiġu approvati fil-limiti ta' żmien stipulati u dawk li misshom diġà ġew approvati għandhom jiġu identifikati. |
(G) Il-proċeduri għad-djun
(1) |
Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-kriterji previsti fil-punti (A) sa (D) japplikaw, mutatis mutandis, għal ammonti li l-Awtorità Responsabbli tkun meħtieġa li tirkupra f'konformità mal-Artikolu 21(h) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. |
(2) |
Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat segwitu xieraq fuq ordnijiet ta' rkupru maħruġa u, jekk ikun applikabbli, dwar l-interessi moratorji. |
(3) |
Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li jekk l-irkupru ma jistax isir, il-kawża hija identifikata, sabiex tevalwa jekk l-Istat Membru għandux jagħmel rimborż fil-baġit tal-Unjoni. |
(4) |
Is-sistema għar-rikonoxximent tal-ammonti kollha dovuti u għar-reġistrar tad-djun kollha bħal dawn qabel jiġu riċevuti fil-ktieb tad-debituri. |
(5) |
Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li dan il-ktieb tad-debituri hu vverifikat f'intervalli regolari sabiex tiġi żgurata l-affidabilità u l-kompletezza tiegħu. |
(H) Il-proċeduri għall-identifikazzjoni ta' irregolaritajiet u kontra l-frodi
(1) |
Definizzjonijiet ta' irregolaritajiet f'konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni. |
(2) |
Mekkaniżmi sabiex jiżguraw li l-irregolaritajiet jistgħu jiġu identifikati fil-ħin u li jistgħu jittieħdu miżuri korrettivi immedjati. |
(3) |
Il-proċeduri sabiex jiġu stabbiliti miżuri proporzjonati kontra l-frodi. |
(4) |
Il-proċeduri sabiex jiżguraw li l-Kummissjoni tinżamm infurmata bl-irregolaritajiet li jinstabu, u jekk ikun xieraq, bi kwalunkwe miżuri korrettivi li jittieħdu fil-kontijiet annwali. |
(I) Ir-rekord tal-awditjar
Il-proċedura sabiex jiġi żgurat rekord tal-awditjar adegwat skont ir-Regolament ta' implimentazzjoni adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, billi tiġi provvista evidenza dokumentarja, li tinżamm fil-bini tal-Awtorità Responsabbli, li tirrigwarda l-għażla ta' proġetti, l-awtorizzazzjoni, il-kontabbiltà u l-pagament ta' talbiet finanzjarji sottomessi minn benefiċjarju u l-immaniġġjar tal-pagamenti bil-quddiem u tad-djun.
3. L-Informazzjoni u Komunikazzjoni Interna
(A) Il-Komunikazzjoni
(1) |
Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li:
|
(2) |
Proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-benefiċjarji kollha jkollhom l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom u jimplimentaw l-operazzjonijiet. |
(3) |
Il-proċeduri sabiex jiżguraw informazzjoni adegwata ex post dwar ir-riżultati tal-proċess tal-għażla hi mogħtija lill-applikanti. |
(B) Is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni
(1) |
Is-sigurtà tas-sistema(i) tal-informazzjoni użata(i) hijiex konformi mal-istandards aċċettati internazzjonalment l-aktar riċenti. |
(2) |
Il-proċeduri li jiżguraw li l-miżuri finanzjarji u teknoloġiċi huma fi proporzjon mar-riskji. |
4. Il-Monitoraġġ u r-rapportar intern
(A) Id-Dokumenti interni u rapporti
(1) |
Il-proċeduri ddokumentati u listi ta' kontroll korrispondenti li għandhom jitwettqu sabiex:
|
(2) |
Il-proċeduri dokumentati għar-rappurtar u l-monitoraġġ, jekk l-Awtorità Responsabbli tkun fdata bit-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor. |
(B) Il-monitoraġġ ta' kompiti oħrajn mhux imwettqa mill-awtoritajiet infushom
(1) |
Fejn il-korpi jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Responsabbli, bl-esklużjoni tal-awtoritajiet delegati, il-proċeduri sabiex jiżguraw li hemm fis-seħħ mekkaniżmi ta' sorveljanza sabiex jiżguraw ġestjoni finanzjarja soda. |
(2) |
Meta l-attivitajiet ta' kontroll huma esternalizzati, il-proċeduri sabiex jiżguraw li hemm fis-seħħ mekkaniżmi ta' sorveljanza sabiex jiżguraw metodoloġija ta' kontroll komuni u l-konsistenza tal-ħidma. |
(3) |
Fejn l-Awtorità Responsabbli tiddelega l-attivitajiet, il-proċeduri sabiex jiżguraw li jitħares l-Artikolu 5(4) ta' dan ir-Regolament. |
3.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1043/2014
tat-2 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
57,9 |
MA |
139,0 |
|
MK |
69,6 |
|
TR |
47,7 |
|
XS |
74,9 |
|
ZZ |
77,8 |
|
0707 00 05 |
MK |
29,8 |
TR |
100,0 |
|
ZZ |
64,9 |
|
0709 93 10 |
TR |
109,0 |
ZZ |
109,0 |
|
0805 50 10 |
AR |
128,6 |
CL |
128,6 |
|
IL |
107,2 |
|
TR |
114,0 |
|
UY |
127,3 |
|
ZA |
141,7 |
|
ZZ |
124,6 |
|
0806 10 10 |
BR |
151,2 |
MK |
29,8 |
|
TR |
121,7 |
|
ZZ |
100,9 |
|
0808 10 80 |
BA |
41,5 |
BR |
52,6 |
|
CL |
118,7 |
|
NZ |
139,7 |
|
ZA |
120,4 |
|
ZZ |
94,6 |
|
0808 30 90 |
CN |
104,2 |
TR |
122,4 |
|
ZZ |
113,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
3.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta' Settembru 2014
li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
(2014/692/UE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Mill-1 ta' Novembru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
Sal-31 ta' Marzu 2017, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li dan jiġi adottat f'konformità mal-maġġoranza kwalifikata kif definita fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. F'dak il-każ, membru tal-Kunsill jista' jitlob li ssir verifika biex jiġi żgurat li l-Istati Membri li jiffurmaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tat-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni. Biex din tiġi rreġistrata adegwatament, talba magħmula minn membru tal-Kunsill skont l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36 għandha tiġi kkomunikata bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali jew issir bil-fomm f'laqgħa tal-Coreper jew tal-Kunsill. Kwalunkwe talba magħmula bil-fomm għandha tiġi rreġistrata fil-minuti tal-laqgħa. |
(3) |
Għall-kalkolu ta' dawn il-persentaġġi, iċ-ċifri tal-popolazzjoni u l-persentaġġi li jirrappreżentaw fir-rigward tal-popolazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Regoli ta' Proċedura”). |
(4) |
Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Regoli ta' Proċedura huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 11(5) huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Meta deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni jew, fejn mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fil-votazzjoni, tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, u l-għadd minimu ta' membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti għandhom jiġu kkalkulati skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stabbiliti fl-Anness III. Dawn iċ-ċifri għandhom ukoll japplikaw bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 fejn, skont l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, membru tal-Kunsill jitlob li att jiġi adottat skont il-maġġoranza kwalifikata kif definit fil-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu u membru tal-Kunsill jitlob li jiġi verifikat li l-Istati Membri li jiffurmaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni.” . |
(2) |
Fl-Artikolu 11 il-paragrafu li ġej huwa miżjud: “6. B'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu, skont id-data disponibbli lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel, jemenda ċ-ċifri stabbiliti fl-Anness III. Dik id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” |
(3) |
L-Anness III jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS III Iċ-ċifri rigward il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) TUE, l-Artikolu 238(2) u (3) tat-TFUE u l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-persentaġġ tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru meta mqabbel mal-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014, għandhom ikunu kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2014.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
3.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta' Settembru 2014
li taħtar membru Pollakk fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2014/693/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-GvernPollakk,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Marzena MENDZA-DROZD, sar vakanti siġġu ta' membrufil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Michal Grzegorz MODRZEJEWSKI huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.
3.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta' Settembru 2014
li taħtar tliet membri Franċiżi u żewġ membri supplenti Franċiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2014/694/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-GvernFranċiż,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Bruno BOURG-BROC, is-Sur Michel DELEBARRE u s-Sur Jean-Louis JOSEPH saru vakanti s-siġġijiet ta' tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Jean-Michel DACLIN u s-Sinjura Claudine LEDOUX saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:
(a) |
bħala membri:
u |
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.