ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 244

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
19 ta' Awwissu 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 893/2014 tal-14 ta' Awwissu 2014 li jipprojbixxi attivitajiet tas-sajd bi xbieki rreġistrati l-Italja, il-Portugall u Spanja biex jinqabad it-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 894/2014 tal-14 ta' Awwissu 2014 li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera tal-Kroazja, Franza, l-Italja, Malta u Spanja jew li huma rreġistrati hemmhekk u li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 895/2014 tal-14 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) ( 1 )

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 896/2014 tat-18 ta' Awwissu 2014 li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 793/2013 li jistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-Gżejjer Faroe biex tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-istokk tal-aringa Atlantu-Skandjana

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 897/2014 tat-18 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera ffinanzjati bir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 898/2014 tat-18 ta' Awwissu 2014 li jħassar id-dazju definittiv ta' antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' karbonju attivat mitħun li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

55

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 899/2014 tat-18 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

57

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/532/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat C 28/10 implimentata mill-Portugall għall-Iskema ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7756)  ( 1 )

59

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 893/2014

tal-14 ta' Awwissu 2014

li jipprojbixxi attivitajiet tas-sajd bi xbieki rreġistrati l-Italja, il-Portugall u Spanja biex jinqabad it-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċertu stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċertu ilmijiet mhux tal-Unjoni (2), jistabbilixxi l-ammont ta' tonn li jistgħu jaqbdu x-xbieki u l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-2014 fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta' April 2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (3), jeżiġi li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwota individwali allokata lill-bastimenti tagħhom li huma akbar minn 24 metru. Għall-bastimenti tal-qbid iżgħar minn 24 metru u għax-xbieki, l-Istati Membri jridu minn tal-inqas jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwota allokata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew lill-gruppi ta' bastimenti bi rkaptu simili.

(3)

Il-Politika Komuni tas-Sajd tfasslet b'tali mod li tiżgura l-vijabbiltà fit-tul tas-settur tas-sajd bi sfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin imsejjes fuq il-prekawzjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 36(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni ssib li mill-informazzjoni li taw l-Istati Membri u minn informazzjoni rilevanti oħra li jkollha, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Unjoni Ewropea, għal Stat Membru jew għal grupp ta' Stati Membri jkunu ntużaw kollha għal irkaptu wieħed jew iktar jew għal flotta waħda jew aktar, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati b'dan u tipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għal dik iż-żona, l-irkaptu, l-istokk, il-grupp ta' stokkijiet jew il-flotta partikolari li huma involuti f'dawk l-attivitajiet tas-sajd speċifiċi.

(5)

L-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni turi li l-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran allokati lix-xbieki rreġistrati l-Italja, il-Portugall u Spanja ntużaw kollha.

(6)

Fis-7 ta' Lulju, l-Italja għarrfet lill-Kummissjoni li, b'seħħ mid-29 ta' Ġunju 2014 fit-15:00, imponiet waqfien fl-attivitajiet tas-sajd tat-tliet xbieki attivi tagħha għas-sajd tat-tonn fl-2014.

(7)

Fis-16 ta' Lulju, il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni li, b'seħħ mill-15 ta' Lulju 2014 f'00:00, impona waqfien fl-attivitajiet tas-sajd tat-tliet xbieki attivi tagħha għas-sajd tat-tonn fl-2014.

(8)

Fl-10, fit-18 u fl-20 ta' Ġunju, Spanja għarrfet lill-Kummissjoni li imponiet waqfien fl-attivitajiet tas-sajd tal-erba' xbieki attivi tagħha għas-sajd tat-tonn fl-2014, b'seħħ mill-10 ta' Ġunju għal żewġ xbieki, midt-19 ta' Ġunju għal xibka oħra u mill-20 ta' Ġunju għall-aħħar xibka, u allura mill-20 ta' Ġunju 2014 f'00:00 twaqqfu l-attivitajiet kollha.

(9)

Mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet tal-Italja, tal-Portugall u ta' Spanja msemmija hawn fuq, hemm bżonn li l-Kummissjoni tikkonferma l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W u fil-Baħar Mediterran bix-xbieki rreġistrati l-Italja b'seħħ mid-29 ta' Ġunju fit-15:00, bix-xbieki rreġistrati l-Portugall b'seħħ mill-15 ta' Lulju f'00:00, u bix-xbieki rreġistrati Spanja b'seħħ mhux aktar tard mill-20 ta' Ġunju 2014 f'00:00.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mid-29 ta' Ġunju 2014 fit-15:00 għandu jiġi pprojbit is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W u fil-Baħar Mediterran bix-xbieki rreġistrati l-Italja.

It-tonn li nqabad b'dawk ix-xbieki wara dik id-data ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed fil-gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi trażbordat, trasferit, maħsud jew żbarkat.

Artikolu 2

Mill-15 ta' Lulju 2014 f'00:00 għandu jiġi pprojbit is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W u fil-Baħar Mediterran bix-xbieki rreġistrati l-Portugall.

It-tonn li nqabad b'dawk ix-xbieki wara dik id-data ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed fil-gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi trażbordat, trasferit, miġbur jew żbarkat.

Artikolu 3

Mill-20 ta' Ġunju 2014 f'00:00 għandu jiġi pprojbit is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran bix-xbieki rreġistrati Spanja.

It-tonn li nqabad b'dawk ix-xbieki wara dik id-data ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed fil-gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi trażbordat, trasferit, miġbur jew żbarkat.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Michel BARNIER

Viċi President


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 894/2014

tal-14 ta' Awwissu 2014

li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera tal-Kroazja, Franza, l-Italja, Malta u Spanja jew li huma rreġistrati hemmhekk u li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċertu stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċertu ilmijiet mhux tal-Unjoni (2), jistabbilixxi l-ammont ta' tonn li jistgħu jaqbdu n-nases u l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-2014 fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta' April 2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (3), jeżiġi li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwota individwali allokata lill-bastimenti tagħhom li huma akbar minn 24 metru. Għall-bastimenti tal-qbid iżgħar minn 24 metru u għan-nases, l-Istati Membri jridu minn tal-inqas jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwota allokata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew lill-gruppi ta' bastimenti bi rkaptu simili.

(3)

Il-Politika Komuni tas-Sajd tfasslet b'tali mod li tiżgura l-vijabbiltà fit-tul tas-settur tas-sajd bi sfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin imsejjes fuq il-prekawzjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 36(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni ssib li mill-informazzjoni li taw l-Istati Membri u minn informazzjoni rilevanti oħra li jkollha, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Unjoni Ewropea, għal Stat Membru jew għal grupp ta' Stati Membri jkunu ntużaw kollha għal irkaptu wieħed jew iktar jew għal flotta waħda jew aktar, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati b'dan u tipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għal dik iż-żona, l-irkaptu, l-istokk, il-grupp ta' stokkijiet jew il-flotta partikolari li huma involuti f'dawk l-attivitajiet tas-sajd speċifiċi.

(5)

L-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni turi li l-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran allokati lill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine, li jtajru l-bandiera tal-Kroazja, Franza, l-Italja, Malta u Spanja jew li huma rreġistrati hemmhekk intużaw kollha.

(6)

Fl-24 ta' Ġunju, il-Kroazja għarrfet lill-Kummissjoni li b'seħħ mill-24 ta' Ġunju 2014 f'00:00 imponiet waqfien tal-attivitajiet tas-sajd tat-tmien bastimenti tas-sajd bil-purse seine tagħha attivi fis-sajd tat-tonn fl-2014.

(7)

Fit-28 ta' Mejju, u fid-9 u fit-12 ta' Ġunju, Franza għarrfet lill-Kummissjoni li imponiet waqfien fl-attivitajiet tas-sajd tas-17-il bastiment tas-sajd bil-purse seine tagħha attivi fis-sajd tat-tonn fl-2014, b'seħħ mit-28 ta' Mejju għal 11-il bastiment tas-sajd, mid-9 ta' Ġunju għal żewġ bastiment tas-sajd oħra u mit-12 ta' Ġunju għall-aħħar erba' bastimenti tas-sajd, u allura mit-12 ta' Ġunju 2014 fid-09:04 twaqqfu l-attivitajiet kollha.

(8)

Fl-1, fit-2, fid-9 u fit-13 ta' Ġunju, l-Italja għarrfet lill-Kummissjoni li imponiet waqfien fl-attivitajiet tas-sajd tat-12-il bastiment tas-sajd bil-purse seine tagħha attivi fis-sajd tat-tonn fl-2014, b'seħħ mill-1 ta' Ġunju għal tliet bastimenti tas-sajd, mit-2 ta' Ġunju għal erba' bastiment tas-sajd, mit-8 ta' Ġunju għal erba' bastiment tas-sajd oħra u mit-13 ta' Ġunju għall-bqija tal-bastimenti tas-sajd, u allura mit-13 ta' Ġunju 2014 fil-23:02 twaqqfu l-attivitajiet kollha.

(9)

Fit-12 ta' Ġunju, Malta għarrfet lill-Kummissjoni li b'seħħ mill-10 ta' Ġunju 2014 fis-14:39 imponiet waqfien tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment tas-sajd bil-purse seine tagħha attiv fis-sajd tat-tonn fl-2014.

(10)

Fit-28 ta' Mejju, Spanja għarrfet lill-Kummissjoni li b'seħħ mit-28 ta' Mejju 2014 f'00:00 imponiet waqfien tal-attivitajiet tas-sajd tas-sitt bastimenti tas-sajd bil-purse seine tagħha attivi fis-sajd tat-tonn fl-2014.

(11)

Mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet tal-Kroazja, ta' Franza, tal-Italja, ta' Malta u ta' Spanja msemmija hawn fuq, hemm bżonn li l-Kummissjoni tikkonferma l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti tas-sajd bil-purse seine ikkonċernati li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri tal-UE jew irreġistrati fihom, b'seħħ mill-24 ta' Ġunju 2014 f'00:00 għall-Kroazja, mit-12 ta' Ġunju 2014 fid-09:04 għal Franza, mit-13 ta' Ġunju 2014 fil-23:02 għall-Italja, mill-10 ta' Ġunju 2014 fis-14:39 għal Malta u mit-28 ta' Mejju 2014 f'00:00 għal Spanja.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-24 ta' Ġunju 2014 f'00:00 għandu jiġi pprojbit is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera tal-Kroazja jew irreġistrati hemmhekk.

It-tonn li nqabad b'dawk il-bastimenti wara dik id-data ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed fil-gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi trażbordat, trasferit jew żbarkat.

Artikolu 2

Mit-12 ta' Ġunju 2014 fid-09:04 għandu jiġi pprojbit is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera ta' Franza jew irreġistrati hemmhekk.

It-tonn li nqabad b'dawk il-bastimenti wara dik id-data ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed fil-gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi trażbordat, trasferit jew żbarkat.

Artikolu 3

Mit-13 ta' Ġunju 2014 fil-23:02 għandu jiġi pprojbit is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera tal-Italja jew irreġistrati hemmhekk.

It-tonn li nqabad b'dawk il-bastimenti wara dik id-data ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed fil-gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi trażbordat, trasferit jew żbarkat.

Artikolu 4

Mill-10 ta' Ġunju 2014 fis-14:39 għandu jiġi pprojbit is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera ta' Malta jew irreġistrati hemmhekk.

It-tonn li nqabad b'dawk il-bastimenti wara dik id-data ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed fil-gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi trażbordat, trasferit jew żbarkat.

Artikolu 5

Mit-28 ta' Mejju 2014 f'00:00 għandu jiġi pprojbit is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera ta' Spanja jew irreġistrati hemmhekk.

It-tonn li nqabad b'dawk il-bastimenti wara dik id-data ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed fil-gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi trażbordat, trasferit jew żbarkat.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Michel BARNIER

Viċi President


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 895/2014

tal-14 ta' Awwissu 2014

li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Dicembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza formaldeid, prodotti ta' reazzjoni oligomerika mal-anilina (AMD tekniku) tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(2)

L-aċidu arseniku jissodisfa l-kriterji biex ikun ikklassifikat bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jissodisfa l-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Is-sustanza bis(2-metossietil) etere (diglim) tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(c) ta' dak ir-Regolament.

(4)

Is-sustanza 1,2-dikloroetan (EDC) tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(5)

Is-sustanza 2,2′-dikloro-4,4′-metilendianilina (MOCA) tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(6)

Is-sustanza tris(kromat) tad-dikromu tissodisfa l-kriterji biex ikun ikklassifikata bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(7)

Is-sustanza kromat tal-istronzju tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġena (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(8)

Is-sustanza idrossiottaossodiżinkatdikromat tal-potassju tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġena (tal-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(9)

Is-sustanza ottaidrossidu kromat tal-pentażingu tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala karċinoġenu (tal-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(a) ta' dak ir-Regolament.

(10)

Dawk is-sustanzi ġew identifikati u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Barra minn hekk, dawn ingħataw prijorità għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) fir-rakkomandazzjoni tagħha tas-17 ta' Jannar 2013 (3) skont l-Artikolu 58 ta' dak ir-Regolament. Għalhekk huwa xieraq li dawk is-sustanzi jiddaħħlu f'dak l-Anness.

(11)

Is-sustanza N,N dimetilaċetammina (DMAC) tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (tal-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulat fl-Artikolu 57(c) ta' dak ir-Regolament. Din is-sustanza ġiet identifikata u inkluża fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u ngħatat prijorità għall-inklużjoni fl-Anness XIV ta' dak ir-Regolament fir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija tas-17 ta' Jannar 2013 skont l-Artikolu 58 ta' dak ir-Regolament. Is-sustanza DMAC għandha propjetajiet intrinsiċi simili għal dawk tas-sustanza N-Metil-2-pirrolidon (NMP) u ż-żewġ sustanzi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala alternattivi potenzjali għal uħud mill-użi ewlenin tagħhom. Bħalissa s-sustanza kimika NMP hija suġġetta għal proċedura ta' restrizzjoni skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Minħabba x-xebh taż-żewġ sustanzi, kemm fir-rigward tal-propjetajiet intrinsiċi tagħhom u kemm fl-applikazzjonijiet industrijali tagħhom, u sabiex tiżgura l-garanzija ta' approċċ regolatorju konsistenti, il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq li tipposponi d-deċiżjoni dwar l-inklużjoni tas-sustanza DMAC fl-Anness XIV.

(12)

Huwa xieraq li fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġu speċifikati l-aħħar dati tal-applikazzjoni u d-dati tat-terminazzjoni msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 58(1)(c) ta' dak ir-Regolament.

(13)

Fir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija tas-17 ta' Jannar 2013 ġew identifikati d-dati msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, sa meta jridu jaslu l-applikazzjonijiet jekk l-applikant jixtieq li jkompli juża sustanza jew iqegħedha fis-suq għal ċerti użi, għal kull sustanza mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Dawn id-dati ġew identifikati abbażi tat-tul ta' żmien li huwa maħsub li jkun meħtieġ biex titħejja applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, b'kunsiderazzjoni tat-tagħrif disponibbli dwar is-sustanzi differenti u t-tagħrif imwassal waqt il-konsultazzjoni pubblika mwettqa skont l-Artikolu 58(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Ġiet ikkunsidrata wkoll il-kapaċità tal-Aġenzija li tittratta l-applikazzjonijiet fiż-żmien stipulat kif stabbilit fl-Artikolu 58(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(14)

Rigward is-sustanzi tris(kromat) tad-dikromu, kromat tal-istronzju, idrossiottaossodiżinkatdikromat tal-potassju u ottaidrossidu kromat tal-pentażingu, li huma kollha komposti tal-kromju (VI), l-Aġenzija pproponiet li l-aħħar data għall-applikazzjonijet tkun 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-aħħar data għall-applikazzjoni għandha tkun 35 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex issegwi l-approċċ użat għas-seba' komposti tal-kromju VI li diġà huma mniżżla fl-annotazzjonijiet 16 sa 22 tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(15)

Għal kull waħda mis-sustanzi elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tkun 18-il xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) ta' dak ir-Regolament.

(16)

L-Artikolu 58(1)(e) flimkien mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi l-possibbiltà ta' eżenzjonijiet għal użi jew kategoriji ta' użi f'każijiet fejn il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni timponi rekwiżiti minimi marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent sabiex tiżgura kontroll xieraq tar-riskji. Skont it-tagħrif disponibbli bħalissa mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti eżenzjonijiet ibbażati fuq dawn id-dispożizzjonijiet.

(17)

Abbażi tat-tagħrif li huwa disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti eżenzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodott u l-proċess.

(18)

Abbażi tat-tagħrif li huwa disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti perjodi ta' reviżjoni għal ċerti użi.

(19)

Għalhekk ir-Regolment (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(20)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  http://echa.europa.eu/documents/10162/13640/4th_a_xiv_recommendation_17jan2013_en.pdf


ANNESS

Fit-tabella tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jiddaħħlu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

In-Nru tal-annotazzjoni

Sustanza

Proprjetà(jiet) Intrinsiċi msemmija fl-Artikolu 57

Arranġamenti tranżitorji

(Kategoriji ta') użi eżentati

Perjodi ta' reviżjoni

L-aħħar data tal-applikazzjoni (*)

Data tat-terminazzjoni (**)

“23.

Formaldeid, prodotti ta' reazzjoni oligomerika mal-anilina (AMD Tekniku)

Nru KE: 500-036-1

Nru CAS: 25214-70-4

Karċinoġenu

(kategorija 1B)

it-22 ta' Frar 2016

it-22 ta' Awwissu 2017

24.

Aċidu arseniku

Nru KE: 231-901-9

Nru CAS: 7778-39-4

Karċinoġenu

(kategorija 1 A)

it-22 ta' Frar 2016

it-22 ta' Awwissu 2017

25.

Bis(2-metossietil) etere (diglim)

Nru KE: 203-924-4

Nru CAS: 111-96-6

Tossiku għar-riproduzzjoni

(kategorija 1B)

it-22 ta' Frar 2016

it-22 ta' Awwissu 2017

26.

1,2-dikloroetan (EDC)

Nru KE: 203-458-1

Nru CAS: 107-06-2

Karċinoġenu

(kategorija 1B)

it-22 ta' Mejju 2016

it-22 ta' Novembru 2017

27.

2,2′-dikloro-4,4′-metilendianilina (MOCA)

Nru KE: 202-918-9

Nru CAS: 101-14-4

Karċinoġenu

(kategorija 1B)

it-22 ta' Mejju 2016

it-22 ta' Novembru 2017

28.

Tris(kromat) tad-dikromu

Nru KE: 246-356-2

Nru CAS: 24613-89-6

Karċinoġenu

(kategorija 1B)

it-22 ta' Lulju 2017

it-22 ta' Jannar 2019

29.

Kromat tal-istronzju

Nru KE: 232-142-6

Nru CAS: 7789-06-2

Karċinoġenu

(kategorija 1B)

it-22 ta' Lulju 2017

it-22 ta' Jannar 2019

30.

Idrossiottaossodiżinkatdikromat tal-potassju

Nru KE: 234-329-8

Nru CAS: 11103-86-9

Karċinoġenu

(kategorija 1 A)

it-22 ta' Lulju 2017

it-22 ta' Jannar 2019

31.

Ottaidrossidu kromat tal-pentażingu

Nru KE: 256-418-0

Nru CAS: 49663-84-5

Karċinoġenu

(kategorija 1 A)

it-22 ta' Lulju 2017

it-22 ta' Jannar 2019

—”


(*)  Id-data msemmijja fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(**)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 896/2014

tat-18 ta' Awwissu 2014

li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 793/2013 li jistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-Gżejjer Faroe biex tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-istokk tal-aringa Atlantu-Skandjana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta' pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 793/2013 tal-20 ta' Awwissu 2013 li jistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-Gżejjer Faroe biex tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-istokk tal-aringa Atlantu-Skandjana (2) jidentifika l-Gżejjer Faroe bħala pajjiż li jippermetti sajd mhux sostenibbli u jadotta ċerti miżuri rigward is-sajd għall-aringa Atlantu-Skandjani u speċijiet assoċjati magħha, skont ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012.

(2)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012 jipprovdi li tali miżuri għandhom jieqfu milli japplikaw meta l-pajjiż li jippermetti sajd mhux sostenibbli jadotta, b'mod awtonomu jew f'konsultazzjonijiet, miżuri korrettivi xierqa għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk ta' interess komuni li ma jimminawx l-effett tal-miżuri meħuda mill-Unjoni

(3)

Permezz ta' tħabbira tat-12 ta' Ġunju 2014 il-Ministru tas-Sajd tal-Gżejjer Faroe, il-Gżejjer Faeroe adottaw limitu ta' qbid ta' 40 000 tunnellata ta' aringi għall-2014, ċifra li, f'termini assoluti u relattivi, hija ferm taħt il-limitu tal-qbid ta' 105 230 tunnellata adottat għall-2013. Dan se jżid b' 4,4 % t-TAC globali għall-2014 propost mill-Istati kostali l-oħrajn skont il-pjan eżistenti ta' ġestjoni fit-tul.

(4)

Skont il-pariri xjentifiċi l-aktar reċenti, l-effett stmat ta' din iż-żieda fil-qbid fl-2014 fuq il-bijomassa tal-aringi sal-bidu tal-2015 se jkun biss ta' 0,4 %, ċifra li tista' titqies bħala mhux sinifikanti f'termini ta' konservazzjoni tal-istokk.

(5)

Il-miżura korrettiva adottata mill-Gżejjer Faroe, meta meħuda flimkien mal-ishma adottati b'mod konġunt mill-Istati kostali l-oħrajn, jiġifieri, il-Federazzjoni Russa, in-Norveġja, l-Islanda u l-Unjoni, għalhekk ma ddgħajjefx l-isforzi ta' konservazzjoni miftiehma bejn l-UE u l-Istati kostali l-oħrajn.

(6)

Bħala konsegwenza, il-miżuri adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 793/2013 għandhom jieqfu japplikaw skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1026/2012. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 793/2013 għandu għalhekk jitħassar.

(7)

Billi l-kontinwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri mhix meħtieġa, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(8)

Dan huwa mingħajr preġudizzju lejn il-kwoti futuri li se jiġu ffissati mill-Gżejjer Faroe jew il-konsultazzjonijiet tal-Istati kostali dwar il-ġestjoni konġunta tal-aringi Atlantu-Skandjani.

(9)

Il-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura ma ħariġx opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 793/2013 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 34.

(2)  ĠU L 223, 21.8.2013, p. 1


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 897/2014

tat-18 ta' Awwissu 2014

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera ffinanzjati bir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 291 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Waħda mill-fergħat tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 tinvolvi kooperazzjoni bejn minn naħa Stat Membru wieħed jew aktar tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, pajjiż sieħeb wieħed jew aktar kif definit fl-Anness I tiegħu u/jew il-Federazzjoni Russa li sseħħ fil-parti kondiviża tagħhom tal-fruntiera esterna tal-Unjoni bil-għan li tiġi msaħħa l-kooperazzjoni transfruntiera (“CBC”).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni ta' assistenza li huma komuni għall-istrumenti kollha għal azzjoni esterna.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 jistipula li jiġu adottati regoli ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntieri. Dawn ir-regoli jinkludu dispożizzjonijiet dwar, fost l-oħrajn, ir-rata u l-metodi ta' kofinanzjament; il-kontenut, it-tħejjija, il-modifika u l-għeluq ta' programmi operattivi konġunti; ir-rwol u l-funzjoni tal-istrutturi tal-programmi, inkluż il-pożizzjoni, l-identifikazzjoni effettiva, il-kontabbiltà u r-responsabbiltà, deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, u l-kondizzjonijiet dwar il-ġestjoni teknika u finanzjarja tal-appoġġ tal-Unjoni; il-proċeduri ta' rkupru fil-pajjiżi parteċipanti kollha; il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; l-attivitajiet ta' viżibilità u ta' informazzjoni; il-ġestjoni kondiviża u indiretta tagħhom.

(4)

Id-dokument ta' programmazzjoni previst fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 jistabbilixxi l-objettivi strateġiċi li għandhom jiġu segwiti permezz tal-kooperazzjoni transfruntiera u l-objettivi tematiċi u r-riżultati indikattivi mistennija ta' dik il-kooperazzjoni u fih il-lista ta' programmi operattivi konġunti li għandhom jiġu stabbiliti.

(5)

Il-kooperazzjoni transfruntiera għandha tiġi implimentata permezz ta' programmi operazzjonali konġunti pluriennali li jkopru koperazzjoni għal fruntiera jew għal grupp ta' fruntieri u jinkludu prijoritajiet pluriennali li jsegwu sett konsistenti ta' objettivi tematiċi u li jistgħu jiġu implimentati bl-appoġġ tal-Unjoni.

(6)

Huwa neċessarju li jiġu mfassla r-regoli ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera ffinanzjati taħt ir-Regolament (UE) Nru 232/2014, filwaqt li l-pajjiżi parteċipanti jiġu permessi ċertu ammont ta' flessibbiltà fir-rigward tal-arranġamenti dettaljati fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi speċifiċi b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta' kull programm. Fuq il-bażi ta' dan il-prinċipju u f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-pajjiżi parteċipanti għandhom konġuntament jippreżentaw proposti għal programmi operazzjonali konġunti lill-Kummissjoni għall-adozzjoni skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014.

(7)

Meta jitqies li l-pajjiżi parteċipanti kollha għandhom ikunu involuti fl-istrutturi deċiżjonali tal-programm filwaqt li normalment il-kompiti ta' implimentazzjoni jiġu fdati lil awtorità maniġerjali bbażata fi Stat Membru, hemm il-ħtieġa ta' regoli li jirregolaw l-istruttura organizzattiva li tkopri l-funzjonijiet tal-awtorità maniġerjali u d-diviżjoni tal-funzjonijiet bejn u f'kull korp li jagħmel parti mill-istrutturi tal-programm.

(8)

Fuq il-bażi tat-tagħlimiet meħuda mill-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, il-Kummissjoni mhijiex sejra awtomatikament tassumi r-responsabbiltà finali għall-irkupri fil-pajjiżi msieħba. Għalhekk fir-regoli ta' implimentazzjoni ġew stabbiliti dispożizzjonijiet ġodda li jagħtu aktar responsabbiltajiet lill-pajjiżi parteċipanti f'termini ta' ġestjoni, kontroll u awditjar. Il-programmi se jkollhom jiddefinixxu s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tagħhom stess fuq il-bażi ta' dawn ir-regoli. Il-pajjiżi msieħba se jkollhom jassistu lill-awtoritajiet maniġerjali fl-implimentazzjoni tal-programmi billi jistabbilixxu awtoritajiet nazzjonali, punti ta' kuntatt għall-kontroll u grupp ta' awdituri.

(9)

Skont l-Artikolu 10(8) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 fejn ikun meħtieġ, jiġu ffirmati ftehimiet bejn il-pajjiżi parteċipanti u l-awtorità maniġerjali sabiex jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet li mhumiex inklużi fil-ftehimiet finanzjarji ffirmati mal-pajjiżi msieħba jew mal-Federazzjoni Russa.

(10)

Fuq il-bażi tat-tagħlimiet mitgħallma mill-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, il-proċeduri għall-għoti u r-regoli żviluppati mill-Kummissjoni għal azzjonijiet esterni mhumiex se jibqgħu obbligatorji. Il-programmi għandhom jitħallew japplikaw proċeduri li jiġu żviluppati mill-pajjiżi parteċipanti sakemm jiġu sodisfatti ċerti standards stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(11)

Skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 il-finanzjament taħt dan ir-Regolament jista' jinġabar flimkien ma' finanzjament taħt Regolamenti rilevanti oħra tal-Unjoni. Dan se jippermetti trasferiment ta' fondi mir-Regolament (UE) Nru 232/2014 lejn programmi ffinanzjati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Ir-regola ekwivalenti teżisti fir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) biex il-finanzjament jiġi trasferit lir-Regolament (UE) Nru 232/2014 u biex tiġi koperta l-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji ta' dan tal-aħħar fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera soġġett għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli l-ġodda għandhom jissimplifikaw il-proċeduri ta' ġestjoni għall-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fil-programmi.

(12)

Billi ġeneralment il-programmi għandhom jiġu implimentati permezz ta' ġestjoni kondiviża, is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (6), kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (7). Il-Kummissjoni għandha tiżgura li matul l-implimentazzjoni tal-programmi l-fondi tal-Unjoni jintużaw skont ir-regoli applikabbli.

(13)

Dawn il-miżuri huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 232/2014.

(14)

Sabiex jippermetti l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni f'waqtha tal-programmi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-EWWEL PARTI

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2014.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“programm” tfisser programm operattiv konġunt skont it-tifsira tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 232/2014;

(b)

“pajjiżi parteċipanti” tfisser l-Istati Membri kollha, il-pajjiżi msieħba fis-CBC u kull pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea li jkun qed jieħu sehem fi programm;

(c)

“dokument ta' programmazzjoni” tfisser id-dokument imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 u li jistabbilixxi l-objettivi strateġiċi, il-lista ta' programmi, l-allokazzjoni pluriennali indikattiva tagħhom u l-eliġibbiltà ġeografika;

(d)

“żona tal-programm” tfisser ir-reġjuni ewlenin, ir-reġjuni kontigwi, iċ-ċentri soċjali, ekonomiċi jew kulturali ewlenin u l-unitajiet territorjali msemmija fl-Artikolu 8(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 rispettivament;

(e)

“reġjuni ewlenin” tfisser l-unitajiet territorjali msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 u ż-żoni konfinali f'entitajiet ġeografiċi fi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni u f'pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea kif stabbilit fid-dokument ta' programmazzjoni;

(f)

“reġjuni kontigwi” tfisser l-unitajiet territorjali msemmija fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 u dawk li jmissu mar-reġjuni ewlenin f'entitajiet ġeografiċi fi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni u f'pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(g)

“Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ” tfisser il-kumitat konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm;

(h)

“Awtorità Maniġerjali” tfisser l-awtorità jew il-korp maħtur mill-pajjiżi parteċipanti bħala responsabbli għall-ġestjoni tal-programm;

(i)

“awtorità nazzjonali” tfisser l-entità maħtura minn kull pajjiż parteċipanti li għandha r-responsabbiltà aħħarija li tappoġġa lill-Awtorità Maniġerjali fl-implimentazzjoni tal-programm fit-territorju tagħha stess;

(j)

“Segretarjat Tekniku Konġunt” tfisser il-korp imwaqqaf mill-pajjiżi parteċipanti biex jassisti l-korpi tal-programm;

(k)

“strumenti finanzjarji” tfisser il-miżuri ta' appoġġ finanzjarju tal-Unjoni pprovduti fuq bażi komplementari sabiex jiġi indirizzat għan wieħed jew aktar ta' politika speċifika tal-Unjoni. Dawn l-istrumenti jistgħu jieħdu l-forma ta' investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità, self jew garanziji, jew strumenti oħra għall-kondiviżjoni tar-riskji, u jistgħu, fejn xieraq, jiġu kkombinati ma' għotjiet;

(l)

“pajjiżi msieħba fis-CBC” tfisser il-pajjiżi u t-territorji elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 232/2014, il-Federazzjoni Russa u l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 231/2014 meta jkun hemm kofinanzjament taħt dan tal-aħħar;

(m)

“irregolaritajiet” tfisser kull ksur ta' ftehim ta' finanzjament, kuntratt jew ta' liġi applikabbli b'riżultat ta' att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku involut fl-implimentazzjoni tal-programm, li għandu, jew se jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni billi nefqa mhux iġġustifikata tiġi addebitata lill-baġit tal-Unjoni;

(n)

“kontribuzzjoni tal-Unjoni” tfisser il-parti tan-nefqa eliġibbli tal-programm jew tal-proġett li hija ffinanzjata mill-Unjoni;

(o)

“kuntratt” tfisser kwalunkwe kuntratt ta' akkwist jew ta' għotja konkluż fil-qafas ta' programm;

(p)

“proġetti infrastrutturali kbar” tfisser proġetti li jinkludu sett ta' xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi li huma maħsuba biex jissodisfaw funzjoni indiviżibbli ta' natura preċiża li jsegwu għanijiet identifikati b'mod ċar ta' interess komuni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' investimenti li jwasslu għal impatt u benefiċċji transfruntieri u fejn fil-baġit ikun hemm allokat sehem ta' mill-inqas EUR 2,5 miljuni għall-akkwist ta' infrastruttura;

(q)

“korp intermedju” tfisser kull korp pubbliku jew privat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta' Awtorità Maniġerjali, jew li jwettaq dmirijiet f'isimhom u fir-rigward tal-benefiċjarji li jkunu qed jimplimentaw il-proġetti;

(r)

“kuntrattur” tfisser persuna naturali jew ġuridika li magħha jkun ġie konkluż kuntratt ta' akkwist;

(s)

“benefiċjarju” tfisser persuna naturali jew ġuridika li magħha jkun ġie ffirmat kuntratt ta' għotja;

(t)

“sena ta' kontabbiltà” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju, ħlief għall-ewwel sena ta' kontabbiltà, li jfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għall-eliġibbiltà tan-nefqa sat-30 ta' Ġunju 2015. Is-sena finali ta' kontabbiltà tkun mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2024. Fil-każ ta' ġestjoni indiretta ma' organizzazzjoni internazzjonali fis-sens tal-Artikolu 80, is-sena ta' kontabbiltà tkun is-sena finanzjarja;

(u)

“sena finanzjarja” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.

IT-TIENI PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

TITOLU I

QAFAS ĠENERALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

KAPITOLU 1

Programmi

Artikolu 3

Tħejjija

Kull programm jitħejja permezz ta' ftehim komuni tal-pajjiżi parteċipanti kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 232/2014, id-dokument ta' programmazzjoni u dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Kontenut

Kull programm b'mod partikolari jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

1.

Introduzzjoni: deskrizzjoni qasira tal-passi għat-tħejjija tal-programm inkluż tagħrif dwar il-konsultazzjonijiet u l-azzjonijiet li ttieħdu biex il-pajjiżi parteċipanti u l-partijiet interessati oħrajn jiġu involuti fit-tħejjija tal-programm.

2.

Deskrizzjoni taż-żona tal-programm:

(a)

Reġjuni ewlenin: lista tal-unitajiet territorjali eliġibbli kif stabbilit fid-dokument ta' programmazzjoni u, fejn rilevanti, kull estensjoni skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 u f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dokument ta' programmazzjoni;

(b)

Reġjuni kontigwi, fejn rilevanti: lista ta' reġjuni kontigwi, il-ġustifikazzjoni għall-inklużjoni tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dokument ta' programmazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm, kif deċiż mill-pajjiżi parteċipanti;

(c)

Ċentri soċjali, ekonomiċi jew kulturali maġġuri msemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014, fejn rilevanti: lista ta' ċentri identifikati skont il-prijorità, il-ġustifikazzjoni għall-inklużjoni tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dokument ta' programmazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm, kif deċiż mill-pajjiżi parteċipanti;

(d)

Mappa taż-żona tal-programm, li ssemmi l-isem ta' kull unità territorjali u, fejn rilevanti, tagħmel distinzjoni bejn l-unitajiet territorjali msemmija f'(a), (b) u (c);

(e)

Minbarra d-deskrizzjoni taż-żona tal-programm, fejn rilevanti, fil-programm tiġi indikata l-intenzjoni li jsir użu mill-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dokument ta' programmazzjoni.

3.

L-istrateġija tal-programm:

(a)

deskrizzjoni tal-istrateġija tal-programm inkluża l-għażla ta' objettivi tematiċi u l-prijoritajiet korrispondenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dokument ta' programmazzjoni;

(b)

ġustifikazzjoni għall-istrateġija magħżula fuq il-bażi ta':

analiżi tas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika u ambjentali taż-żona tal-programm f'termini ta' saħħiet u nuqqasijiet u l-ħtiġijiet fuq terminu medju b'riżultat ta' dik l-analiżi.

deskrizzjoni tal-lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi preċedenti fi programmi transfruntieri;

fuq il-bażi ta' konsultazzjoni usa' mal-partijiet interessati, informazzjoni dwar il-koerenza ma' programmi oħra ffinanzjati mill-Unjoni fil-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati, flimkien ma' analiżi tal-koerenza mal-istrateġiji u l-politiki nazzjonali u reġjonali;

analiżi tar-riskju u miżuri ta' mitigazzjoni;

(c)

deskrizzjoni ta' indikaturi oġġettivament verifikabbli, b'mod partikolari:

ir-riżultati mistennija għal kull prijorità, u l-indikaturi tar-riżultati korrispondenti, b'valur bażi u valur fil-mira;

l-indikaturi tar-riżultati għal kull prijorità, inkluż il-valur kwantifikat fil-mira, li huma mistennija li jikkontribwixxu għar-riżultati.

(d)

deskrizzjoni tal-modi kif se jiġu integrati l-kwistjonijiet trasversali li ġejjin, fejn rilevanti: id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, is-sostenibbiltà ambjentali, l-ugwaljanza tas-sessi u l-HIV/AIDS.

4.

L-istrutturi u l-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u l-korpi maniġerjali:

(a)

il-kompożizzjoni tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ u l-kompiti;

(b)

l-Awtorità Maniġerjali u l-proċess tal-ħatra tagħha;

(c)

l-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti kollha, b'mod partikolari, l-awtorità f'kull pajjiż parteċipant msemmija fl-Artikoli 20 u 31 u fejn rilevanti l-istrutturi ta' appoġġ, minbarra dawk imsemmija fil-punti (e) u (f);

(d)

il-proċedura għat-twaqqif tas-Segretarjat Tekniku Konġunt, u l-uffiċċji tal-fergħat u l-kompiti, fejn relevanti;

(e)

l-awtorità tal-awditjar u l-membri tal-grupp tal-awdituri;

(f)

il-korp jew il-korpi maħtura bħala punti ta' kuntatt għall-kontroll fil-pajjiżi parteċipanti kollha u l-kompiti tiegħu/tagħhom skont l-Artikolu 32;

5.

L-implimentazzjoni tal-programm:

(a)

deskrizzjoni fil-qosor tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll skont l-Artikolu 30;

(b)

il-qafas ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-programm;

(c)

deskrizzjoni tal-proċeduri tal-għażla tal-proġett skont l-Artikolu 30;

(d)

deskrizzjoni skont il-prijorità tan-natura tal-appoġġ skont l-Artikolu 38, inkluża lista ta' proġetti li għandhom jintgħażlu permezz ta' proċedura ta' għoti dirett jew kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji. Hija tinkludi wkoll skeda indikattiva għall-għażla tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati skont l-Artikolu 41;

(e)

deskrizzjoni tal-użu ppjanat tal-assistenza teknika u l-proċeduri applikabbli tal-għoti ta' kuntratti;

(f)

deskrizzjoni tas-sistemi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni, flimkien ma' pjan indikattiv ta' kontroll u ta' valutazzjoni għat-tul kollu tal-programm;

(g)

l-istrateġija ta' komunikazzjoni għall-perjodu kollu tal-programm u pjan indikattiv ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għall-ewwel sena;

(h)

informazzjoni dwar it-twettiq tal-ħtiġiet regolatorji stabbiliti fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(i)

pjan finanzjarju indikattiv li jkun fih żewġ tabelli (mingħajr ebda diviżjoni għal kull pajjiż parteċipanti):

tabella li tispeċifika l-approprjazzjonijiet finanzjarji proviżorji annwali għall-impenji u l-ħlasijiet previsti għall-appoġġ mill-Unjoni għal kull objettiv tematiku u assistenza teknika. L-approprjazzjonijiet tal-ewwel sena jinkludu l-ispejjeż għall-azzjonijiet preparatorji skont l-Artikolu 16,

tabella li tispeċifika l-ammonti proviżorji tal-approprjazzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ mill-Unjoni u l-kofinanzjament għall-perjodu kollu ta' programmazzjoni għal kull objettiv tematiku u assistenza teknika.

(j)

regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa msemmija fl-Artikoli 48 u 49;

(k)

it-tqassim tar-responsabbiltajiet fost il-pajjiżi parteċipanti skont l-Artikolu 74;

(l)

ir-regoli għat-trasferiment, l-użu u l-monitoraġġ tal-kofinanzjament;

(m)

deskrizzjoni tas-sistemi tal-IT għar-rappurtar u l-iskambju ta' data kkomputerizzata bejn l-Awtorità Maniġerjali u l-Kummissjoni;

(n)

il-lingwa(i) addottata(i) mill-programm f'konformità mal-Artikolu 7.

Artikolu 5

Adozzjoni

1.   Fi żmien sena mill-approvazzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni, il-pajjiżi parteċipanti jippreżentaw b'mod konġunt proposta għal programm lill-Kummissjoni li jkun fih l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 4. Il-pajjiżi parteċipanti jikkonfermaw bil-miktub il-qbil tagħhom mal-kontenut tal-programm qabel ma jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni tivverifika li l-programm ikun fih l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni tivvaluta l-konsistenza tal-programm mar-Regolament (UE) Nru 232/2014, id-dokument ta' programmazzjoni, dan ir-Regolament u kull liġi rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-valutazzjoni b'mod partikulari tindirizza:

(a)

il-kwalità tal-analiżi, il-konsistenza tagħha mal-prijoritajiet proposti u ma' programmi oħra ffinanzjati mill-Unjoni;

(b)

il-preċiżjoni tal-pjan finanzjarju;

(c)

il-konformità mad-Direttiva 2001/42/KE.

3.   Fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-programm il-Kummissjoni tagħmel l-osservazzjonijiet u titlob ir-reviżjonijiet meħtieġa. Fi żmien xahrejn mit-talba tal-Kummissjoni l-pajjiżi parteċipanti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa. Fi żmien sitt xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-programm il-Kummissjoni tapprova l-programm sakemm l-osservazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni jkunu ġew debitament ikkunsidrati. Il-Kummissjoni tista' testendi dawn l-iskadenzi skont in-natura tar-reviżjonijiet meħtieġa.

4.   Kull programm jiġi adottat b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għat-tul kollu tal-programm skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014.

Artikolu 6

Aġġustamenti u reviżjoni

1.   Aġġustamenti tal-programm li ma jaffettwawx b'mod sinifikanti n-natura u l-objettivi tal-programm jitqiesu bħala mhux sostanzjali. B'mod partikolari:

(a)

bidliet kumulattivi sa 20 % tal-kontribuzzjoni oriġinarjament allokata tal-Unjoni għal kull objettiv tematiku jew assistenza teknika jew kif emendata skont il-paragrafu 2 li tinvolvi trasferiment bejn l-objettivi tematiċi jew minn assistenza teknika għal objettivi tematiċi;

(b)

bidliet kumulattivi sa 20 % tal-kontribuzzjoni oriġinarjament allokata tal-Unjoni għal kull objettiv tematiku jew kif emendata skont il-paragrafu 2 li tinvolvi trasferiment minn objettivi tematiċi għal assistenza teknika.

Il-bidliet tal-pjan finanzjarju tal-programm imsemmija fil-punt (a) jistgħu jsiru direttament mill-Awtorità Maniġerjali, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ. L-Awtorità Maniġerjali tinforma lill-Kummissjoni dwar kull bidla bħal din, mhux aktar tard mir-rapport annwali li jmiss, u tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa.

F'każ ta' bidliet tal-pjan finanzjarju tal-programm imsemmija fil-punt (b), l-Awtorità Maniġerjali tfittex l-approvazzjoni minn qabel kemm tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ u tal-Kummissjoni.

2.   Wara talba motivata mill-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni wara li tkun ikkonsultat il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ, il-programmi jistgħu jiġu riveduti bħala riżultat ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

reviżjoni tad-dokument ta' programmazzjoni;

(b)

bidliet soċjo-ekonomiċi maġġuri jew bidliet sostanzjali fiż-żona tal-programm;

(c)

diffikultajiet fl-implimentazzjoni;

(d)

bidliet fil-pjan finanzjarju lil hinn mill-marġni ta' flessibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 jew kull bidla li taffettwa b'mod sinifikanti n-natura u l-objettivi tal-programm;

(e)

eżerċizzji tal-awditjar, monitoraġġ u evalwazzjonijiet.

3.   It-talbiet għal reviżjoni tal-programmi jiġu debitament sostanzjati u jirriflettu l-impatt mistenni tal-bidliet lill-programm.

4.   Il-Kummissjoni tivvaluta l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafi 2 u 3. Jekk il-Kummissjoni jkollha xi osservazzjonijiet l-Awtorità Maniġerjali tippreżenta l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa lill-Kummissjoni. Fi żmien ħames xhur mis-sottomissjoni tat-talba għal reviżjoni, il-Kummissjoni tapprovaha sakemm l-osservazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni jkunu ġew debitament ikkunsidrati.

5.   Kull reviżjoni ta' programm fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jew fl-Artikolu 66(5) tiġi adottata b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u tista' teħtieġ il-modifika tal-ftehimiet ta' finanzjament imsemmija fl-Artikoli 8 u 9.

Artikolu 7

Użu tal-Lingwi

1.   Bħala lingwa operattiva kull programm juża lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-pajjiżi parteċipanti jistgħu anki jiddeċiedu li bħala lingwa operattiva jużaw lingwi oħra mhux uffiċjali tal-Unjoni. L-għażla tal-lingwa(i) operattiva(i) tiġi deskritta fil-programm skont l-Artikolu 4.

2.   Biex titqies in-natura tal-programmi li tippromwovi s-sħubija, il-benefiċjarji jistgħu jippreżentaw dokumenti lill-Awtorità Maniġerjali dwar il-proġett tagħhom fil-lingwa nazzjonali tagħhom, bil-kundizzjoni li din il-possibbiltà tiġi speċifikament imsemmija fil-programm u li l-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jipprevedi, permezz tal-Awtorità Maniġerjali, għal kull interpretazzjoni u traduzzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa.

3.   L-ispejjeż tal-interpretazzjoni u tat-traduzzjoni għal-lingwi kollha magħżula mill-programm ikunu koperti jew mill-baġit tal-assistenza teknika fil-livell tal-programm jew mill-baġit ta' kull proġett individwali fil-livell tal-proġett.

KAPITOLU 2

Ftehimiet ta' Finanzjament

Artikolu 8

Ftehimiet ta' finanzjament ma' pajjiżi msieħba fis-CBC

1.   Il-Kummissjoni tikkonkludi ftehimiet ta' finanzjament ma' kull pajjiż imsieħeb fis-CBC. Ftehimiet ta' finanzjament jistgħu jiġu ffirmati wkoll mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra u mill-Awtorità Maniġerjali jew mill-pajjiż li jkun qed jospita l-Awtorità Maniġerjali.

2.   Il-ftehimiet ta' finanzjament jiġu ffirmati mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena ta' wara s-sena tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm. Madankollu, meta programm jinvolvi aktar minn pajjiż wieħed imsieħeb fis-CBC, qabel dik id-data l-partijiet kollha jiffirmaw tal-inqas ftehim wieħed ta' finanzjament. Il-pajjiżi l-oħra msieħba fis-CBC jistgħu jiffirmaw il-ftehimiet ta' finanzjament rispettivi tagħhom wara dan. Sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim ta' finanzjament tiegħu, il-komponent estern tal-programm ma' dak il-pajjiż imsieħeb fis-CBC ma jistax jiġi mniedi. Meta programm ikun qed jiġi kofinanzjat skont ir-Regolament (UE) Nru 231/2014, u jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed imsieħeb fis-CBC, il-partijiet kollha jiffirmaw tal-anqas ftehim wieħed ta' finanzjament ma' pajjiż parteċipanti msieħeb elenkat fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 232/2014 jew mal-Federazzjoni Russa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena ta' wara s-sena tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm.

Artikolu 9

Ftehimiet ta' finanzjament ma' pajjiżi msieħba fis-CBC li qed jipprovdu kofinanzjament

1.   Meta l-kofinanzjament ta' pajjiż imsieħeb fis-CBC jiġi trasferit lill-Awtorità Maniġerjali, il-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 8 jiġi wkoll iffirmat mill-Istati Membri parteċipanti l-oħra u mill-pajjiżi msieħba fis-CBC u mill-Awtorità Maniġerjali jew mill-pajjiż li jkun qed jospita l-Awtorità Maniġerjali.

2.   Dan il-ftehim ta' finanzjament ikun fih dispożizzjonijiet dwar il-kofinanzjament tal-pajjiż imsieħeb fis-CBC, bħal:

(a)

l-ammont;

(b)

l-użu maħsub u l-kondizzjonijiet għall-użu, inklużi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni;

(c)

il-modalitajiet tal-ħlasijiet;

(d)

il-ġestjoni finanzjarja;

(e)

iż-żamma ta' rekords;

(f)

l-obbligi ta' rappurtar;

(g)

il-verifiki u l-kontrolli;

(h)

l-irregolaritajiet u l-irkupri.

KAPITOLU 3

Ftehimiet oħra jew Memoranda ta' Ftehim

Artikolu 10

Kontenut

L-Awtorità Maniġerjali tista' tikkonkludi Memoranda ta' Ftehim jew kull ftehim ieħor ma' pajjiżi parteċipanti li jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet tal-programm, b'mod partikolari l-kofinanzjament nazzjonali, ir-responsabbiltajiet finanzjarji speċifiċi, l-eżerċizzji ta' awditjar u l-irkupri.

Il-kontenut ta' dawn il-Memoranda ta' Ftehim jew kull ftehim ieħor ikun f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u fil-ftehim(iet) finanzjarju(i).

KAPITOLU 4

Implimentazzjoni

Artikolu 11

Metodi ta' implimentazzjoni

Normalment il-programmi jiġu implimentati f'ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu jipproponu l-implimentazzjoni f'ġestjoni indiretta minn pajjiż imsieħeb fis-CBC jew minn organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Il-programmi li jiġu implimentati f'ġestjoni indiretta jkunu regolati mit-Tielet Parti ta' dan ir-Regolament.

TITOLU II

KOFINANZJAMENT

Artikolu 12

Rata ta' kofinanzjament

1.   Il-kofinanzjament jammonta għal mill-inqas 10 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

2.   Fejn ikun possibbli, il-kofinanzjament jitqassam b'mod bilanċjat matul it-tul tal-programm biex jiġi żgurat li sal-aħħar tal-programm jintlaħaq l-objettiv minimu ta' 10 %.

3.   L-għajnuna li tingħata bil-programm tkun konformi mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Sorsi ta' kofinanzjament

1.   Il-kofinanzjament jiġi minn sorsi oħra minbarra mill-Unjoni.

2.   F'kull programm il-pajjiżi parteċipanti jkunu liberi li jistabbilixxu s-sors, l-ammont u d-distribuzzjoni tal-kofinanzjament.

3.   Jekk pajjiż imsieħeb fis-CBC jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-kofinanzjament tiegħu lill-Awtorità Maniġerjali, l-arranġamenti għall-għoti, l-użu u l-monitoraġġ tal-kofinanzjament jiġu stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 9 u, jekk rilevanti fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 10.

4.   Fil-każijiet l-oħra kollha, l-arranġamenti applikabbli għall-kofinanzjament jistgħu jiġu stabbiliti fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 10.

Artikolu 14

Kontribuzzjonijiet in natura

1.   Kull provvista ta' riżorsi mhux finanzjarji mingħajr ħlas minn parti terza titqies bħala kontribuzzjonijiet in natura fil-livell tal-programm jew tal-proġett. L-ispiża tal-persunal assenjat għal proġett jew programm ma titqisx bħala kontribuzzjoni in natura iżda tista' titqies bħala parti mill-kofinanzjament minimu ta' 10 % msemmi fl-Artikolu 12 meta din tiġi mħallsa minn benefiċjarji jew pajjiżi parteċipanti.

2.   Kontribuzzjonijiet in natura mhumiex spejjeż eliġibbli u ma jistgħux jitqiesu parti mill-kofinanzjament minimu ta' 10 % msemmi fl-Artikolu 12.

TITOLU III

PERJODU TA' EŻEKUZZJONI

Artikolu 15

Perjodu ta' eżekuzzjoni

Il-perijodu ta' eżekuzzjoni ta' kull programm jibda l-aktar kmieni fid-data tal-adozzjoni tal-programm mill-Kummissjoni u jintemm mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024.

Artikolu 16

Il-fażi tal-bidu tal-programm

1.   B'ġestjoni kondiviża, fl-Istati Membri parteċipanti l-programm jibda mal-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 25(4) li permezz tagħha l-Kummissjoni tgħarraf li mhijiex biħsiebha titlob id-dokumenti msemmija f'dak l-Artikolu jew li ma għandha l-ebda osservazzjonijiet. Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu jniedu l-azzjonijiet preparatorji meħtieġa biex iwaqqfu s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll minn qabel. L-ispejjeż relatati jkunu eliġibbli skont l-Artikolu 36.

2.   B'ġestjoni indiretta msemmija fl-Artikoli 80 u 82, fl-Istati Membri parteċipanti l-programm jibda wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jafda l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit f'idejn organizzazzjoni internazzjonali jew pajjiż imsieħeb fis-CBC.

3.   Barra minn hekk, jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet preparatorji ulterjuri li ġejjin li huma meħtieġa biex jitwettaq il-programm:

(a)

l-istabbiliment tal-Awtorità Maniġerjali u, fejn rilevanti, tas-Segretarjat Tekniku Konġunt;

(b)

l-ewwel laqgħat tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ, inklużi wkoll rappreżentanti tal-pajjiżi msieħba fis-CBC li jkunu għadhom ma ffirmawx ftehim ta' finanzjament jew fejn il-ftehim ta' finanzjament ma jkunx għadu daħal fis-seħħ;

(c)

it-tħejjija u t-tnedija ta' proċeduri tal-għażla tal-proġett jew tal-għoti tal-kuntratt bi klawżola ta' sospensjoni marbuta mad-dħul fis-seħħ tal-ftehimiet ta' finanzjament.

4.   Sakemm jidħlu fis-seħħ il-ftehimiet rispettivi ta' finanzjament, jistgħu jiġu mnedija biss l-azzjonijiet preparatorji msemmija fil-paragrafi 1 u 3 mal-pajjiż rilevanti msieħeb fis-CBC.

Artikolu 17

Twaqqif tal-programm

1.   Meta l-ebda pajjiż imsieħeb fis-CBC ma jkun iffirma l-ftehim rilevanti ta' finanzjament qabel id-data msemmija fl-Artikolu 8(2), il-programm jitwaqqaf.

Pagamenti annwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali diġà impenjati jibqgħu disponibbli għall-ħajja normali tagħhom, iżda jistgħu jintużaw biss għal attivitajiet li jseħħu esklussivament fl-Istati Membri kkonċernati u li jkunu ġew kuntrattati qabel id-deċiżjoni ta' twaqqif mill-Kummissjoni. L-Awtorità Maniġerjali tibgħat ir-rapport finali lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-għeluq tal-kuntratti u tal-aħħar tipproċedi skont il-paragrafi 2 u 3.

2.   Meta l-programm ma jkunx jista' jiġi implimentat minħabba problemi b'riżultat ta' relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti u f'każijiet oħrajn debitament iġġustifikati, b'talba tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jew b'inizjattiva tagħha stess wara li tkun ikkonsultat mal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li twaqqaf il-programm qabel id-data ta' skadenza tal-perjodu tal-eżekuzzjoni.

3.   Meta l-programm jitwaqqaf, l-Awtorità Maniġerjali tibgħat ir-rapport finali fi żmien sitt xhur wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Wara li tikklerja l-ħlasijiet preċedenti ta' prefinanzjament, il-Kummissjoni tħallas il-bilanċ finali jew, fejn xieraq, toħroġ ordni ta' rkupru. Il-Kummissjoni tiddiżimpenja wkoll il-bilanċ tal-impenji.

Bħala alternattiva, jista' jiġi deċiż li l-allokazzjoni tal-baġit għall-programm tiġi mnaqqsa skont il-punt (c) tal-Artikolu 6(2).

4.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali li jikkorrispondi għal pagamenti annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati jew pagamenti annwali impenjati u totalment jew parzjalment diżimpenjati matul l-istess sena baġitarja, li ma jkunux ġew allokati mill-ġdid għal programm ieħor tal-istess kategorija ta' programmi ta' kooperazzjoni esterna jiġi allokat lill-programmi interni ta' kooperazzjoni transfruntiera skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.

L-appoġġ mir-Regolament (UE) Nru 232/2014 li jikkorrispondi għal pagamenti annwali li għadhom ma ġewx impenjati jew pagamenti annwali impenjati u totalment jew parzjalment diżimpenjati matul l-istess sena baġitarja jintuża biex jiffinanzja programmi jew proġetti eliġibbli oħra taħt ir-Regolament (UE) Nru 232/2014.

Artikolu 18

Proġetti

1.   Kuntratti għal proġetti infrastrutturali kbar magħżula permezz ta' għotja diretta jiġu ffirmati u l-kontribuzzjoni għal strumenti finanzjarji tiġi pprovduta qabel it-30 ta' Ġunju 2019. =

2.   Il-kuntratti l-oħra kollha jiġu ffirmati qabel il-31 ta' Diċembru 2021.

3.   L-attivitajiet kollha tal-proġett iffinanzjati mill-programm jintemmu sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2022.

Artikolu 19

Għeluq tal-programm

1.   Bejn l-1 ta' Jannar 2023 u t-30 ta' Settembru 2024 jistgħu jitwettqu biss l-attivitajiet marbuta mal-għeluq tal-programm. =

2.   Programm jitqies magħluq meta:

(a)

il-kuntratti kollha konklużi skont il-programm ikunu ngħalqu;

(b)

il-bilanċ finali jkun tħallas jew ġie rimborsat;

(c)

l-approprjazzjonijiet pendenti jkunu ġew diżimpenjati mill-Kummissjoni.

3.   L-għeluq tal-programm ma jippreġudikax id-dritt tal-Kummissjoni li, fi stadju aktar tard, twettaq korrezzjonijiet finanzjarji fil-konfront tal-Awtorità Maniġerjali jew tal-benefiċjarji jekk l-ammont finali tal-programm jew tal-proġetti jkollu jiġi aġġustat b'riżultat ta' kontrolli jew eżerċizzi ta' awditjar li jsiru wara d-data tal-għeluq.

TITOLU IV

STRUTTURI TAL-PROGRAMM

Artikolu 20

Ħatra tal-awtoritajiet u l-korpi maniġerjali

1.   Awtorità jew korp pubbliku, lokali, reġjonali jew nazzjonali, jew korp legali privat b'missjoni ta' servizz pubbliku jintgħażlu bħala Awtorità Maniġerjali mill-pajjiżi parteċipanti. L-istess Awtorità Maniġerjali tista' tintgħażel għal aktar minn programm wieħed.

2.   Il-pajjiżi parteċipanti jaħtru awtorità jew korp pubbliku, lokali, reġjonali jew nazzjonali, funzjonalment indipendenti mill-Awtorità Maniġerjali, bħala l-unika Awtorità tal-Awditjar. L-Awtorità tal-Awditjar tkun tinsab fl-Istat Membru li jkun qed jospita l-Awtorità Maniġerjali. L-istess Awtorità tal-Awditjar tista' tinħatar għal aktar minn programm wieħed.

3.   Jista' jinħatar korp intermedju wieħed jew aktar biex iwettaq ċerti kompiti tal-Awtorità Maniġerjali taħt ir-responsabbiltà ta' din tal-aħħar. L-arranġamenti rilevanti bejn l-Awtorità Maniġerjali u l-korpi intermedji jiġu rreġistrati formalment bil-miktub. Il-korp intermedju jiggarantixxi s-solvenza u l-kompetenza tiegħu fil-qasam ikkonċernat, kif ukoll il-kapaċità ta' ġestjoni amministrattiva u finanzjarja tiegħu.

4.   Fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll u fejn rilevanti fil-ftehimiet finanzjarji msemmija fl-Artikoli 8 u 9 u/jew fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 10, il-pajjiżi parteċipanti jistabbilixxu r-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet tagħhom mal-Awtorità Maniġerjali u mal-Awtorità tal-Awditjar, ir-relazzjonijiet bejn dawn l-awtoritajiet u r-relazzjonijiet bejn dawn l-awtoritajiet u l-Kummissjoni.

5.   L-Istat Membru li fih l-Awtorità Maniġerjali tkun tinsab jista', b'inizjattiva tiegħu stess, jaħtar korp ta' koordinazzjoni li r-responsabbiltà tiegħu tkun li jikkomunika ma' u jinforma lill-Kummissjoni, jikkordina l-attivitajiet tal-korpi maħtura rilevanti l-oħra u jippromwovi l-applikazzjoni armonizzata tal-liġi applikabbli.

6.   Kull pajjiż parteċipanti jaħtar:

(a)

awtorità nazzjonali biex tappoġġa lill-Awtorità Maniġerjali fil-ġestjoni tal-programm skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

(b)

punt ta' kuntatt ta' kontroll biex jappoġġa lill-Awtorità Maniġerjali biex tikkontrolla l-obbligi tal-programm;

(c)

rappreżentant għall-grupp ta' awdituri msemmi fl-Artikolu 28(2);

(d)

rappreżentanti għall-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 21.

KAPITOLU 1

Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ

Artikolu 21

Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ

Fi żmien tliet xhur mid-data tal-adozzjoni tal-programm mill-Kummissjoni, il-pajjiżi parteċipanti jistabbilixxu l-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ.

Artikolu 22

Kompożizzjoni tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ

1.   Il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ ikun magħmul minn rappreżentant wieħed jew aktar maħtur minn kull pajjiż parteċipanti. Ir-rappreżentanti jinħatru fuq bażi funzjonali u mhux fuq bażi personali. Persuni oħra jistgħu jinħatru mill-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ bħala osservaturi.

2.   Kull meta jkun possibbli u xieraq, il-pajjiżi parteċipanti jiżguraw il-parteċipazzjoni xierqa tal-atturi kollha kkonċernati u b'mod partikolari l-partijiet interessati lokali, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tagħhom fl-implementazzjoni tal-programm.

3.   Il-Kummissjoni tkun involuta fil-ħidma tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ bħala osservatur. Hija tiġi mistiedna għal-laqgħat kollha tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ flimkien mar-rappreżentanti tal-pajjiżi parteċipanti. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi jekk tipparteċipax fil-laqgħat kollha tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jew f'parti minnhom.

4.   Il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ ikun presedut minn wieħed mill-membri tiegħu, rappreżentant tal-Awtorità Maniġerjali jew kull persuna oħra, kif stabbilit fir-regoli proċedurali.

5.   Bħala segretarju tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jinħatar rappreżentant tal-Awtorità Maniġerjali, tas-Segretarjat Tekniku Konġunt jew tal-korp intermedju msemmi fl-Artikolu 20(3).

Artikolu 23

Funzjonament

1.   Il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ ifassal u jadotta r-regoli proċedurali tiegħu b'unanimità.

2.   Il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ ifittex li jieħu d-deċiżjonijiet b'kunsens. Jista' jpoġġi ċerti deċiżjonijiet għal votazzjoni, b'mod partikolari dawk relatati mal-għażla finali ta' proġetti u l-ammonti ta' għotjiet allokati lilhom skont ir-regoli proċedurali tiegħu.

3.   Kull pajjiż parteċipanti jkollu drittijiet ugwali ta' votazzjoni rrispettivament min-numru ta' rappreżentanti li jkun ħatar.

4.   Is-segretarju, il-Kummissjoni jew kull osservatur ieħor ma għandhomx dritt għall-vot.

5.   Il-president tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jaġixxi bħala moderatur u jmexxi d-diskussjonijiet. Il-president ikollu d-dritt tal-vot meta jkun/tkun rappreżentant ta' pajjiż parteċipanti.

6.   Il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jiltaqa' tal-anqas darba fis-sena. Huwa jitlaqqa' mill-president tiegħu wara talba tal-Awtorità Maniġerjali jew wara talba debitament ġustifikata ta' xi pajjiż parteċipanti jew tal-Kummissjoni. Bl-inizjattiva tal-president tiegħu, tal-Awtorità Maniġerjali jew ta' kwalunkwe pajjiż parteċipanti jista' anki jieħu deċiżjonijiet permezz ta' proċedura bil-miktub f'konformità mar-regoli proċedurali tiegħu.

7.   Il-minuti jitfasslu wara kull laqgħa tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ għall-firma mill-president u s-segretarju. Kopja ta' dawn il-minuti titqassam lir-rappreżentanti tal-pajjiżi parteċipanti, lill-Kummissjoni u lil kwalunkwe osservatur ieħor.

Artikolu 24

Funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ

1.   Il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jsegwi l-implimentazzjoni tal-programm u l-progress lejn il-prijoritajiet tiegħu billi juża l-indikaturi oġġettivament verifikabbli u l-valuri fil-mira relatati definiti fil-programm. Il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jeżamina l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm.

2.   Il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jista' joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Awtorità Maniġerjali dwar l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-programm. Huwa jimmonitorja l-azzjonijiet li ttieħdu bħala riżultat tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

3.   B'mod partikulari l-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ:

(a)

japprova l-programm ta' ħidma u l-pjan finanzjarju tal-Awtorità Maniġerjali, inkluż l-użu ppjanat tal-assistenza teknika;

(b)

jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma u l-pjan finanzjarju mill-Awtorità Maniġerjali;

(c)

japprova l-kriterji għall-għażla tal-proġetti li se jiġu ffinanzjati mill-programm;

(d)

ikun responsabbli għall-proċedura tal-evalwazzjoni u tal-għażla applikabbli għall-proġetti li se jiġu ffinanzjati mill-programm;

(e)

japprova kull proposta biex jiġi rivedut il-programm;

(f)

jeżamina r-rapporti kollha ppreżentati mill-Awtorità Maniġerjali u, jekk meħtieġ, jieħu l-miżuri adegwati;

(g)

jeżamina kull każ kontenzjuż li jinġieb għall-attenzjoni tiegħu mill-Awtorità Maniġerjali.

(h)

jeżamina u japprova r-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 77;

(i)

jeżamina u japprova l-pjan annwali ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 78;

(j)

jeżamina u japprova l-pjanijiet annwali ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 79.

4.   Minkejja l-punt (d) tal-paragrafu 3, il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jista' jwaqqaf kumitat tal-għażla tal-proġetti li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

KAPITOLU 2

Awtorità Maniġerjali

Artikolu 25

Ħatra

1.   L-Awtorità Maniġerjali li tkun ġiet magħżula mill-pajjiżi parteċipanti tal-programm tgħaddi minn proċedura ta' ħatra fl-Istat Membru li fih tkun tinsab b'deċiżjoni fil-livell xieraq.

2.   Il-proċedura tal-ħatra tkun ibbażata fuq rapport u opinjoni ta' korp indipendenti tal-awditjar li jivvaluta l-konformità tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, inkluż ir-rwol tal-korpi intermedji fihom, mal-kriterji tal-ħatra stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Il-korp tal-awditjar iqis, fejn ikun relevanti, jekk is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-programm humiex simili għal dawk fis-seħħ għall-perjodu preċedenti ta' programmazzjoni, kif ukoll kull evidenza tal-funzjonament effettiv tagħhom.

Il-korp indipendenti tal-awditjar ikun l-Awtorità tal-Awditjar, jew korp legali pubbliku jew privat ieħor bil-kapaċità neċessarja ta' awditjar, li jkun funzjonalment indipendenti mill-Awtorità Maniġerjali. Huwa jwettaq il-ħidma tiegħu skont normi dwar il-verifika internazzjonalment aċċettati.

3.   L-Istat Membru jippreżenta d-deċiżjoni formali msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni tal-programm mill-Kummissjoni.

4.   Fi żmien xahrejn mill-wasla tad-deċiżjoni formali msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob ir-rapport u l-opinjoni tal-korp indipendenti tal-awditjar u d-deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll, b'mod partikolari, fir-rigward ta' dawk il-partijiet li jittrattaw l-għażla tal-proġett. Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex l-intenzjoni li titlob dawn id-dokumenti, hija tinnotifika lill-Istat Membru malajr kemm jista' jkun. Jekk il-Kummissjoni titlob dawn id-dokumenti, tista' jagħmel osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mill-wasla ta' dawn id-dokumenti li jiġu riveduti b'kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet. Meta l-Kummissjoni ma jkollha l-ebda osservazzjonijiet inizjali jew ulterjuri hija tinnotifika lill-Istat Membru malajr kemm jista' jkun.

5.   Meta r-riżultati eżistenti tal-awditjar u ta' kontroll juru li l-awtorità nominata ma għadhiex konformi mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru, f'livell xieraq, jistabbilixxi l-azzjoni ta' rimedju meħtieġa u jiffissa perjodu ta' prova skont is-severità tal-problema, li matulu tittieħed din l-azzjoni ta' rimedju.

Meta l-awtorità maħtura tonqos milli timplimenta l-azzjoni ta' rimedju meħtieġa matul il-perjodu ta' prova determinat mill-Istat Membru, l-Istat Membru, fil-livell xieraq, itemm il-ħatra tagħha.

L-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien meta:

awtorità maħtura titqiegħed taħt prova, u jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta' rimedju u l-perijodu rispettiv ta' prova; jew

wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' rimedju l-prova tkun intemmet; jew

il-ħatra ta' awtorità tkun intemmet.

In-notifika li korp maħtur ikun tqiegħed taħt prova mill-Istat Membru, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 61, ma tinterrompix l-immaniġġar ta' talbiet għall-ħlas.

Meta l-ħatra ta' Awtorità Maniġerjali tkun intemmet, il-pajjiżi parteċipanti jaħtru awtorità jew korp ġdid, kif imsemmi fl-Artikolu 20(1), biex jieħu f'idejh il-funzjonijiet tal-Awtorità Maniġerjali. Dan il-korp jew l-awtorità jgħaddu mill-proċedura tal-għażla prevista fil-paragrafu 2 u l-Kummissjoni tiġi notifikata dwar dan f'konformità mal-paragrafu 4. Din il-bidla teħtieġ reviżjoni tal-programm skont l-Artikolu 6.

Artikolu 26

Funzjonijiet tal-Awtorità Maniġerjali

1.   L-Awtorità Maniġerjali tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-programm skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u biex tiżgura li d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ ikunu konformi mal-liġi u d-dispożizzjonijiet applikabbli.

2.   Fir-rigward tal-ġestjoni tal-programm, l-Awtorità Maniġerjali:

(a)

tappoġġa l-ħidma tal-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ u tipprovdilu l-informazzjoni li jeħtieġ biex iwettaq il-kompiti tiegħu, b'mod partikolari dejta relatata mal-progress tal-programm fil-kisba tar-riżultati u l-miri mistennija;

(b)

tfassal u, wara approvazzjoni mill-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ, tippreżenta r-rapport annwali u r-rapport finali lill-Kummissjoni;

(c)

taqsam l-informazzjoni mal-korpi intermedji, is-Segretarjat Tekniku Konġunt, l-Awtorità tal-Awditjar u l-benefiċjarji li hija rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom jew għall-implimentazzjoni tal-proġett;

(d)

tistabbilixxi u żżomm sistema kompjuterizzata biex tiġi rreġistrata u tinħażen data dwar kull proġett meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-kontroll u l-eżerċizzji ta' awditjar, inkluż data dwar parteċipanti individwali fi proġetti, fejn applikabbli. B'mod partikolari, hija tirreġistra u taħżen rapporti tekniċi u finanzjarji għal kull proġett. Is-sistema tipprovdi d-dejta kollha meħtieġa għat-tħejjija ta' talbiet għall-ħlasijiet u kontijiet annwali, inklużi rekords ta' ammonti rkuprabbli, ammonti rkuprati u ammonti li ġew imnaqqsa wara l-kanċellazzjoni ta' kontribuzzjoni kollha jew parti minnha għal proġett jew programm;

(e)

twettaq fejn rilevanti studji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali fil-livell tal-programm;

(f)

timplimenta l-pjanijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni skont l-Artikolu 79;

(g)

timplimenta l-pjanijiet ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 78.

3.   Fir-rigward tal-għażla u l-ġestjoni tal-proġetti, l-Awtorità Maniġerjali:

(a)

tfassal u tniedi l-proċeduri tal-għażla;

(b)

tmexxi l-proċeduri tal-għażla tal-proġett;

(c)

tipprovdi lill-benefiċjarju ewlieni b'dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għal kull proġett inkluż il-pjan ta' finanzjament u l-iskadenzi tal-eżekuzzjoni;

(d)

tiffirma kuntratti mal-benefiċjarji;

(e)

tmexxi l-proġetti.

4.   Fir-rigward tal-assistenza teknika, l-Awtorità Maniġerjali:

(a)

tmexxi l-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti;

(b)

tiffirma kuntratti mal-kuntratturi;

(c)

tamministra l-kuntratti.

5.   Fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-programm, l-Awtorità Maniġerjali:

(a)

tivverifika li s-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet ikunu twettqu, twasslu u/jew ġew installati u jekk in-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji tkunx tħallset minnhom u li dan jikkonforma mal-liġi applikabbli, mar-regoli tal-programm u l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-proġetti;

(b)

tiżgura li benefiċjarji involuti fl-implimentazzjoni tal-proġett iżommu jew sistema separata ta' kontabbiltà jew kodiċi adegwat ta' kontabbiltà għat-tranżazzjonijiet kollha relatati ma' proġett;

(c)

tistabbilixxi miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi filwaqt li tqis ir-riskji identifikati;

(d)

tistabbilixxi proċeduri biex jiġi żgurat li d-dokumenti kollha dwar l-infiq u l-eżerċizzji tal-awditjar meħtieġa biex jiġi żgurat rekord xieraq tal-awditjar jinżammu skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 30;

(e)

tfassal id-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni u s-sommarju annwali msemmi fl-Artikolu 68;

(f)

tfassal u tippreżenta talbiet għall-ħlas lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 60;

(g)

tfassal il-kontijiet annwali;

(h)

tqis ir-riżultati tal-eżerċizzji kollha tal-awditjar imwettqa minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Awditjar meta tfassal u tippreżenta t-talbiet għall-ħlas;

(i)

iżżomm rekords kompjuterizzati ta' kontabbiltà għan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni u għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji;

(j)

iżżomm kont tal-ammonti rkuprabbli u tal-ammonti mnaqqsa wara l-kanċellazzjoni tal-għotja kollha jew ta' parti minnha.

6.   Il-verifiki skont il-punt (a) tal-paragrafu 5 jinkludu l-proċeduri li ġejjin:

(a)

verifiki amministrattivi għal kull talba għall-ħlas mill-benefiċjarji;

(b)

verifiki tal-proġetti fuq il-post.

Il-frekwenza u l-kopertura tal-verifiki fuq il-post ikunu proporzjonali mal-ammont tal-għotja lil proġett u mal-livell tar-riskju identifikat minn dawn il-verifiki u l-eżerċizzji tal-awditjar mill-Awtorità tal-Awditjar għas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fl-intier tagħhom.

7.   Il-verifiki fil-post tal-proġetti skont il-punt (b) tal-paragrafu 6 jistgħu jitwettqu fuq bażi ta' kampjun.

8.   Meta l-istituzzjoni li tkun qed tospita lill-Awtorità Maniġerjali tkun ukoll benefiċjarju tal-programm, l-arranġamenti għall-verifiki msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 jiżguraw is-segregazzjoni xierqa tal-funzjonijiet.

Artikolu 27

Segretarjat Tekniku Konġunt u l-uffiċċji tal-fergħat

1.   Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu Segretarjat Tekniku Konġunt li għandu jiġi deskritt fil-programm skont l-Artikolu 4.

2.   Is-Segretarjat Tekniku Konġunt jassisti lill-Awtorità Maniġerjali, lill-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ u, fejn rilevanti, lill-Awtorità tal-Awditjar, fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. B'mod partikolari, huwa jinforma lill-benefiċjarji potenzjali dwar opportunitajiet ta' finanzjament bil-programmi u jassisti lill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-proġett. Jista' wkoll jinħatar bħala korp intermedju msemmi fl-Artikolu 20(3).

3.   Wara deċiżjoni tal-pajjiżi parteċipanti, jistgħu jitwaqqfu uffiċċji tal-fergħat fil-pajjiżi parteċipanti. Ir-rwol tagħhom jiġi deskritt fil-programm u jista' jinkludi komunikazzjoni, informazzjoni, għajnuna lill-Awtorità Maniġerjali fl-evalwazzjoni tal-proġett u s-segwitu tal-implimentazzjoni. Fl-ebda każ, l-uffiċċju tal-fergħa ma jista' jiġi fdat b'kompitu li jinvolvi l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika jew l-użu ta' setgħat diskrezzjonali ta' ġudizzju fir-rigward tal-proġetti.

4.   Il-baġit tal-assistenza teknika jiffinanzja l-operat tas-Segretarjat Tekniku Konġunt u tal-uffiċċji tal-fergħat.

KAPITOLU 3

Awtorità tal-Awditjar

Artikolu 28

Funzjonijiet tal-Awtorità tal-Awditjar

1.   L-Awtorità tal-Awditjar tal-programm tiżgura li l-verifiki jsiru fuq is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, fuq kampjun xieraq ta' proġetti u fuq il-kontijiet annwali tal-programm.

2.   L-Awtorità tal-Awditjar tiġi assistita minn grupp ta' awdituri li jinkludu rappreżentant ta' kull pajjiż parteċipanti fil-programm.

3.   Meta l-eżerċizzji tal-awditjar jitwettqu minn korp li mhuwiex l-Awtorità tal-Awditjar, l-Awtorità tal-Awditjar tiżgura li dan il-korp ikollu l-indipendenza funzjonali meħtieġa.

4.   L-Awtorità tal-Awditjar tiżgura li x-xogħol ta' awditjar jikkonforma ma' normi dwar il-verifika internazzjonalment aċċettati.

5.   Fi żmien disa' xhur mill-iffirmar tal-ewwel ftehim ta' finanzjament skont l-Artikolu 8(2), l-Awtorità tal-Awditjar tippreżenta strateġija tal-awditjar għall-prestazzjoni tal-eżerċizzji tal-awditjar lill-Kummissjoni. L-istrateġija tal-awditjar tistabbilixxi l-metodoloġija tal-awditjar fuq il-kontijiet annwali u fuq il-proġetti, il-metodu ta' kampjunar għall-eżerċizzji tal-awditjar fuq il-proġetti u l-ippjanar tal-eżerċizzji tal-awditjar għas-sena kurrenti ta' kontabbiltà u għas-sentejn sussegwenti ta' kontabbiltà. L-istrateġija tal-awditjar tiġi aġġornata kull sena mill-2017 sa tmiem l-2024. Fejn ikun hemm sistema komuni ta' ġestjoni u ta' kontroll li tapplika għal aktar minn programm wieħed, tista' titħejja strateġija waħda tal-awditjar għall-programmi kkonċernati. L-istrateġija aġġornata tal-awditjar tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni flimkien mar-rapport annwali tal-programm.

6.   L-Awtorità tal-Awditjar tfassal f'konformità mal-Artikolu 68:

(a)

opinjoni tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali għas-sena preċedenti ta' kontabbiltà;

(b)

rapport annwali tal-awditjar.

Fejn ikun hemm sistema komuni ta' ġestjoni u ta' kontroll li tapplika għal aktar minn programm wieħed, l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (b) tista' tiġi koperta b'rapport wieħed.

Artikolu 29

Kooperazzjoni mal-Awtorità tal-Awditjar

Il-Kummissjoni tikkoopera mal-Awtorità tal-Awditjar biex tikkoordina l-pjanijiet u l-metodi tal-awditjar u taqsam ir-riżultati tal-eżerċizzji tal-awditjar li twettqu fuq is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm ikkonċernat.

TITOLU V

SISTEMI TA' ĠESTJONI U TA' KONTROLL

Artikolu 30

Prinċipji ġenerali tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

1.   Is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll jinkludu:

(a)

il-funzjonijiet ta' kull korp involut fil-ġestjoni u l-kontroll, inkluża d-diviżjoni tal-funzjonijiet f'kull korp, l-organizzazzjoni interna tagħhom f'konformità mal-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet bejn u f'dawn il-korpi;

(b)

il-proċeduri biex tiġi żgurata l-korrettezza u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata;

(c)

is-sistemi ta' dejta elettronika għall-kontabbiltà, il-ħażna, il-monitoraġġ u r-rappurtar;

(d)

is-sistemi għall-monitoraġġ u r-rappurtar fejn il-korp responsabbli jafda l-eżekuzzjoni tal-kompiti lil korp ieħor;

(e)

l-arranġamenti għall-awditjar tal-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll;

(f)

is-sistemi u l-proċeduri biex jiġi żgurat rekord adegwat tal-awditjar;

(g)

il-proċeduri għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta' irregolaritajiet, inkluż frodi u l-irkupru ta' ammonti li ma kellhomx jitħallsu, flimkien ma' kwalunkwe imgħax;

(h)

il-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal assistenza teknika u l-proċeduri għall-għażla ta' proġetti;

(i)

ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali u r-responsabbiltajiet tal-pajjiżi parteċipanti skont l-Artikolu 31.

2.   L-Awtorità Maniġerjali tiżgura li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-programmi jiġu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u li dawn is-sistemi jiffunzjonaw b'mod effettiv.

Artikolu 31

Awtoritajiet nazzjonali u r-responsabbiltajiet tal-pajjiżi parteċipanti

1.   L-awtorità nazzjonali li tkun inħatret skont il-punt (a) tal-Artikolu 20(6) fost oħrajn:

(a)

tkun responsabbli għat-twaqqif u l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fil-livell nazzjonali;

(b)

tiżgura l-koordinazzjoni globali tal-istituzzjonijiet involuti fil-livell nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-programm, inkluż fost oħrajn, l-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala punti ta' kuntatt għall-kontroll u bħala membru tal-grupp tal-awdituri;

(c)

tirrappreżenta l-pajjiż tagħha fil-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ.

Għall-pajjiżi msieħba fis-CBC, l-awtorità nazzjonali hija l-korp li fl-aħħar nett huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikoli 8 u 9.

2.   Il-pajjiżi parteċipanti jappoġġaw lill-Awtorità Maniġerjali fl-obbligu tagħha msemmi fl-Artikolu 30(2).

3.   Il-pajjiżi parteċipanti jimpedixxu, jidentifikaw u jikkoreġu irregolaritajiet, inklużi frodi u l-irkupru ta' ammonti li ma kellhomx jitħallsu, flimkien ma' kwalunkwe imgħax skont l-Artikolu 74 fit-territorji tagħhom. Huma jinnotifikaw dawn l-irregolaritajiet mingħajr dewmien lill-Awtorità Maniġerjali u lill-Kummissjoni u jżommuhom informati bil-progress tal-proċedimenti amministrattivi u legali relatati.

4.   Ir-responsabbiltajiet tal-pajjiżi parteċipanti għal ammonti li ma kellhomx jitħallsu lil benefiċjarju huma stabbiliti fl-Artikolu 74.

5.   Korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni ma tippreġudikax l-obbligu tal-Awtorità Maniġerjali li tfittex li tissokta bl-irkupri skont l-Artikoli 74 u 75 u lanqas l-obbligu mill-Istati Membri biex jirkupraw għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (9).

Artikolu 32

Strutturi ta' Verifika u Kontroll

1.   Nefqa ddikjarata mill-benefiċjarju b'appoġġ ta' talba għall-ħlas tiġi eżaminata minn awditur jew minn uffiċjal pubbliku kompetenti li jkun indipendenti mill-benefiċjarju. L-awditur jew l-uffiċjal pubbliku kompetenti jeżamina jekk l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju u d-dħul tal-proġett humiex reali, ġewx irreġistrati b'mod preċiż u humiex eliġibbli skont il-kuntratt.

Dan l-eżami jsir fuq il-bażi ta' proċedura miftiehma li ssir f'konformità ma':

(a)

l-Istandard Internazzjonali dwar Servizzi Relatati 4400 Ingaġġi biex jitwettqu Proċeduri Miftiehma li jikkonċernaw Informazzjoni Finanzjarja promulgata mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Accountants (IFAC);

(b)

il-Kodiċi ta' Etika għall-Kontabilisti Professjonali tal-IFAC, żviluppati u maħruġa mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Etika għall-Kontabilisti tal-IFAC.

Għall-uffiċjali pubbliċi, dawn il-proċeduri u l-istandards jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali b'kunsiderazzjoni ta' standards internazzjonali.

L-awditur jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun membru ta' korp jew istituzzjoni nazzjonali ta' kontabbiltà jew tal-awditjar li min-naħa tagħha tkun membru tal-IFAC;

(b)

ikun membru ta' korp nazzjonali jew istituzzjoni ta' kontabbiltà jew tal-awditjar. Meta din l-organizzazzjoni ma tkunx membru tal-IFAC, l-awditur jikkommetti ruħu li jwettaq il-ħidma skont l-istandards u l-etika tal-IFAC;

(c)

ikun reġistrat bħala awditur statutorju fir-reġistru pubbliku ta' korp ta' sorveljanza pubblika fi Stat Membru skont il-prinċipji ta' sorveljanza pubblika stabbiliti fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(d)

ikun reġistrat bħala awditur statutorju fir-reġistru pubbliku ta' korp ta' sorveljanza pubblika f'pajjiż imsieħeb fis-CBC, sakemm dan ir-reġistru ikun soġġett għal prinċipji ta' sorveljanza pubblika kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat.

L-uffiċjal pubbliku jkollu l-kompetenza teknika meħtieġa biex iwettaq il-ħidma investigattiva tiegħu.

2.   Barra minn hekk, l-Awtorità Maniġerjali twettaq il-verifiki tagħha stess skont il-punt (a) tal-Artikolu 26(5) u l-Artikolu 26(6). Għall-finijiet tat-twettiq tal-verifiki madwar iż-żona kollha tal-programm, l-Awtorità Maniġerjali tista' tiġi assistita mill-punti ta' kuntatt għall-kontroll.

Il-pajjiżi parteċipanti jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jappoġġaw lill-Awtorità Maniġerjali fil-kompiti ta' kontroll tagħha.

3.   L-Awtorità tal-Awditjar tiżgura li jsiru eżerċizzji tal-awditjar fuq is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, fuq kampjun xieraq tal-proġetti u fuq il-kontijiet annwali tal-programm kif imsemmi fl-Artikolu 28. Il-grupp ta' awdituri msemmi fl-Artikolu 28(2) jitwaqqaf fi żmien tliet xhur mill-ħatra tal-Awtorità Maniġerjali. Huwa jfassal ir-regoli proċedurali tiegħu stess. Huwa jiġi presedut mill-Awtorità tal-Awditjar maħtura għall-programm.

Kull pajjiż parteċipanti jista' jawtorizza lill-Awtorità tal-Awditjar biex twettaq id-doveri tagħha direttament fit-territorju tiegħu.

4.   L-indipendenza tal-korp(i) imsemmi(jin) fil-paragrafi 1, 2 u 3 tkun garantita.

Artikolu 33

Kontrolli mill-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u kull awditur estern awtorizzat minn dawn l-istituzzjonijiet u l-korpi jistgħu jivverifikaw l-użu tal-fondi tal-Unjoni mill-Awtorità Maniġerjali, il-benefiċjarji, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u mill-partijiet terzi li jirċievu appoġġ finanzjarju billi jeżaminaw id-dokumenti u/jew iwettqu kontrolli fuq il-post. Kull kuntratt espressament jistipula li dawn l-istituzzjonijiet u l-korpi jistgħu jeżerċitaw is-setgħa ta' kontroll tagħhom, dwar bini, dokumenti u informazzjoni, irrispettivament mill-mezz li fih ikunu maħżuna.

2.   Il-Kummissjoni tkun sodisfatta li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra, id-dikjarazzjoni annwali tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni, ir-rapporti annwali ta' kontroll, l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali u l-eżerċizzji tal-awditjar li jsiru mill-korpi nazzjonali u tal-Unjoni, is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u li dawn jiffunzjonaw b'mod effettiv.

3.   Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Awtorità Maniġerjali biex tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-effikaċja tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll u l-korrettezza tal-infiq.

TITOLU VI

ASSISTENZA TEKNIKA

Artikolu 34

Baġit tal-Assistenza Teknika

1.   Jista' jiġi allokat massimu ta' 10 % tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-assistenza teknika. F'każijiet debitament ġustifikati bi ftehim mal-Kummissjoni jista' jiġi allokat ammont ogħla.

2.   Il-livell ta' assistenza teknika għandu jirrifletti l-ħtiġijiet reali tal-programm, b'mod partikolari billi jitqiesu fatturi bħall-baġit totali tal-programm, id-daqs taż-żona ġeografika koperta minn programm u l-għadd ta' pajjiżi parteċipanti.

Artikolu 35

Għan

1.   L-attivitajiet ta' assistenza teknika jinkludu t-tħejjija, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-informazzjoni, il-komunikazzjoni, in-netwerking, ir-riżoluzzjoni ta' ilment, l-attivitajiet ta' kontroll u ta' awditjar relatati mal-implimentazzjoni tal-programm u l-attivitajiet sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programm.

2.   L-assistenza teknika għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw għall-ħtiġijiet, kemm tal-istrutturi u tal-benefiċjarji tal-programm.

3.   In-nefqa għall-attivitajiet li jikkonċernaw il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet li tiġi sostnuta barra miż-żona tal-programm tista' tiġi koperta skont il-limitu indikat fl-Artikolu 39(2) u sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fih jintlaħqu.

Artikolu 36

Eliġibbiltà

1.   Ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 48 japplikaw mutatis mutandis għall-ispejjeż ta' assistenza teknika. L-ispejjeż għall-uffiċjali tal-pajjiżi parteċipanti assenjati lill-programm jistgħu jitqiesu eliġibbli bħala spejjeż ta' assistenza teknika. Sistemi ta' remunerazzjoni paralleli u żidiet jiġu evitati. L-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 49 ma jitqisux eliġibbli bħala spejjeż ta' assistenza teknika.

2.   L-ispejjeż għall-azzjonijiet preparatorji msemmija fl-Artikolu 16 ikunu eliġibbli wara l-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2014 sakemm il-programm jiġi approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5.

Artikolu 37

Regoli dwar l-akkwisti

1.   Jekk l-implimentazzjoni tal-pjan annwali għall-użu tal-baġit ta' assistenza teknika teħtieġ li jsiru l-akkwisti, il-kuntratt għandu jingħata skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

fejn tkun entità stabbilita fi Stat Membru hija jew tapplika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet nazzjonali amministrattivi adottati b'konnessjoni ma' leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-akkwisti pubbliċi jew tapplika r-regoli dwar l-akkwisti stabbiliti fit-Titolu IV tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u t-Titolu II tat-Tieni Parti tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012;

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha, ir-regoli rilevanti dwar l-akkwisti jiġu deskritti fil-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikoli 8 u 9 jew fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 81 u 82.

2.   Fil-każijiet kollha, japplikaw ir-regoli dwar in-nazzjonalità u l-oriġini stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014.

3.   Akkwisti minn fergħat ikunu limitati għal spejjeż kontinwi ordinarji u spejjeż għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni u viżibilità.

TITOLU VII

PROĠETTI

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 38

Natura tal-appoġġ

1.   Proġett huwa serje ta' attivitajiet definiti u ġestiti b'rabta mal-objettivi, l-eżiti, ir-riżultati u l-impatti li l-għan tiegħu huwa li jiksibhom f'perjodu ta' żmien u baġit definit. L-objettivi, l-eżiti, ir-riżultati u l-impatti jikkontribwixxu għall-prijoritajiet identifikati fil-programm.

2.   Kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programm għall-proġetti jiġu pprovduti permezz ta' għotjiet u eċċezzjonalment permezz ta' trasferimenti għal strumenti finanzjarji. Il-proġetti ffinanzjati permezz ta' għotjiet ikunu soġġetti għall-Kapitoli minn 2 sa 4.

3.   L-għotjiet jingħataw lill-proġetti li jintgħażlu permezz ta' sejħiet għall-proposti skont ir-regoli stabbiliti fil-programm, ħlief fil-każijiet eċċezzjonali debitament sostanzjati tal-Artikolu 41.

4.   Is-sehem tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni allokat għal proġetti infrastrutturali kbar u l-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 42 ma jistgħux jaqbżu t-30 %.

Artikolu 39

Kondizzjonijiet għall-finanzjament

1.   Il-proġetti jistgħu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja minn programm sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jipprovdu impatt u benefiċċji ċari ta' kooperazzjoni transfruntiera kif deskritt fid-dokument ta' programmazzjoni u juru l-valur miżjud tal-istrateġiji u l-programmi tal-Unjoni;

(b)

jiġu implimentati fiż-żona tal-programm;

(c)

jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i)

proġetti integrati fejn kull benefiċjarju jimplimenta parti mill-attivitajiet tal-proġett fit-territorju tiegħu stess;

(ii)

proġetti simetriċi fejn attivitajiet simili jiġu implimentati b'mod parallel fil-pajjiżi parteċipanti;

(iii)

proġetti ta' pajjiż uniku fejn il-proġetti jiġu implimentati prinċipalment jew kompletament f'wieħed mill-pajjiżi parteċipanti iżda għall-benefiċċju tal-pajjiżi parteċipanti kollha jew għal xi wħud minnhom u fejn l-impatti u l-benefiċċji transfruntieri huma identifikati.

2.   Il-proġetti li jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 1 jistgħu jiġu parzjalment implimentati barra miż-żona tal-programm, sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfati:

(a)

il-proġetti huma meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-programm u huma ta' benefiċċju għaż-żona tal-programm;

(b)

l-ammont totali allokat skont il-programm għall-attivitajiet barra miż-żona tal-programm ma jaqbiżx l-20 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-livell tal-programm;

(c)

l-obbligi tal-awtoritajiet Maniġerjali u tal-Awditjar fir-rigward tal-ġestjoni, il-kontroll u l-awditjar li jikkonċerna l-proġett jiġu sodisfati jew mill-awtoritajiet tal-programm jew permezz ta' ftehimiet konklużi mal-awtoritajiet fil-pajjiżi fejn tiġi implimentata l-attività.

3.   Kull proġett li jinkludi komponent infrastrutturali jħallas lura l-kontribuzzjoni tal-Unjoni jekk, fi żmien ħames snin mill-għeluq tal-proġett jew fil-perjodu ta' żmien stabbilit fir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli, ikun soġġett għal bidla sostanzjali li taffettwa n-natura, l-objettivi jew il-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu li jwasslu biex jiġu kompromessi l-objettivi oriġinali tiegħu. Somom li ma kellhomx jitħallsu fir-rigward tal-proġett jiġu rkuprati mill-Awtorità Maniġerjali b'mod proporzjonali għall-perjodu li għalih il-ħtieġa ma tkun ġiet sodisfata.

4.   L-Awtorità Maniġerjali taħseb biex tipprevjeni d-duplikazzjoni ta' attivitajiet fost il-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Awtorità Maniġerjali tista' tagħmel kull konsultazzjoni li tqis xierqa u l-entitajiet ikkonsultati, inkluża l-Kummissjoni, jipprovdu l-appoġġ meħtieġ.

5.   L-Awtorità Maniġerjali tipprovdi lill-benefiċjarju ewlieni għal kull proġett magħżul b'dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-proġett, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-prodotti jew is-servizzi li għandhom jitwasslu mill-proġett, il-pjan finanzjarju u l-perjodu ta' żmien għall-eżekuzzjoni.

Artikolu 40

Sejħiet għall-proposti

Għal kull sejħa għall-proposti l-Awtorità Maniġerjali tipprovdi lill-applikanti b'dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fis-sejħa, l-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġett. Dan id-dokument ikun jinkludi wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw ir-riżultati taħt il-proġett, il-pjan finanzjarju, u l-limitu ta' żmien għall-eżekuzzjoni.

Artikolu 41

Għotja diretta

1.   Proġetti jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti fil-każijiet li ġejjin biss u sakemm dan ikun issostanzjat kif imiss fid-deċiżjoni tal-għoti:

(a)

il-korp li jingħata proġett igawdi minn monopolju de jure jew de facto;

(b)

il-proġett ikun relatat ma' azzjonijiet b'karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġ tip partikulari ta' korp fuq il-bażi tal-kompetenza teknika, il-grad għoli ta' speċjalizzazzjoni jew is-setgħa amministrattiva tiegħu.

2.   Fil-programm tiġi inkluża lista finali ta' proġetti infrastrutturali kbar proposti li jintgħażlu mingħajr sejħa għall-proposti. Wara l-adozzjoni tal-programm, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, l-Awtorità Maniġerjali tipprovdi lill-Kummissjoni bl-applikazzjonijiet sħaħ tal-proġetti inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 43 flimkien mal-ġustifikazzjoni għal għotja diretta.

3.   Fil-programm tiġi inkluża lista indikattiva ta' proġetti minbarra l-proġetti infrastrutturali kbar proposti li jintgħażlu mingħajr sejħa għall-proposti. Il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ jista' jiddeċiedi li jagħżel proġetti addizzjonali mingħajr sejħa għall-proposti f'kullħin wara l-adozzjoni tal-programm. Fiż-żewġ każijiet, tinkiseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Għal dan il-għan, l-Awtorità Maniġerjali tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 43 flimkien mal-ġustifikazzjoni għal għotja diretta.

4.   Il-proġetti proposti li jintgħażlu mingħajr sejħa għall-proposti jiġu approvati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' proċedura f'żewġ stadji, li tikkonsisti fil-preżentazzjoni ta' sommarju tal-proġett segwit minn applikazzjoni sħiħa tal-proġett. Għal kull stadju, il-Kummissjoni tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Awtorità Maniġerjali fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tad-dokument. Din l-iskadenza tista' tiġi estiża fejn ikun meħtieġ. Meta l-Kummissjoni tirrifjuta proġett propost, hija tinnotifika lill-Awtorità Maniġerjali bir-raġunijiet tagħha.

Artikolu 42

Kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji

1.   Il-programm jista' jikkontribwixxi għal strument finanzjarju sakemm dan tal-aħħar ikun konformi mal-prijoritajiet tal-programm.

2.   Fil-programm ikun hemm deskrizzjoni tal-lista finali ta' kontribuzzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji. Wara l-adozzjoni tal-programm, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, l-Awtorità Maniġerjali tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 43.

3.   Il-Kummissjoni teżamina l-kontribuzzjoni proposta biex jiġi determinat il-valur miżjud u l-konsistenza tagħha mal-programm.

4.   Il-proċess ta' approvazzjoni jsegwi r-regoli ta' dawn l-istrumenti finanzjarji. Meta l-Kummissjoni tirrifjuta kontribuzzjoni proposta, hija tinnotifika lill-Awtorità Maniġerjali bir-raġunijiet tagħha.

5.   Kontribuzzjonijiet għal dawn l-istrumenti finanzjarji jkunu soġġetti għar-regoli applikabbli għal dawn l-istrumenti finanzjarji.

Artikolu 43

Kontenut tal-proġetti

1.   Id-dokumenti tal-applikazzjoni tal-proġett jinkludu mill-inqas:

(a)

analiżi tal-problemi u l-ħtiġijiet li jiġġustifikaw il-proġett, b'kunsiderazzjoni tal-istrateġija tal-programm u l-kontribuzzjoni mistennija tiegħu biex jindirizza l-prijorità korrispondenti;

(b)

valutazzjoni tal-impatt transfruntier tiegħu;

(c)

il-qafas loġiku;

(d)

valutazzjoni tas-sostenibbiltà tar-riżultati mistennija tal-proġett wara t-tlestija tal-proġett;

(e)

indikaturi oġġettivament verifikabbli;

(f)

informazzjoni dwar il-kopertura ġeografika u l-gruppi fil-mira tal-proġett;

(g)

informazzjoni dwar il-kopertura ġeografika u l-gruppi fil-mira tal-proġett;

(h)

analiżi tal-effetti tal-proġett fuq il-kwistjonijiet trasversali msemmija fil-punt 3(d) tal-Artikolu 4 fejn relevanti;

(i)

ir-rekwiżiti tal-implimentazzjoni tal-proġett, inklużi dawn li ġejjin:

(i)

identifikazzjoni tal-benefiċjarji u l-isem tal-benefiċjarju ewlieni, b'garanziji tal-kompetenza tiegħu fil-qasam ikkonċernat kif ukoll il-kapaċità amministrattiva u tal-ġestjoni finanzjarja tiegħu;

(ii)

deskrizzjoni tal-ġestjoni tal-proġett u l-istruttura ta' implimentazzjoni;

(iii)

arranġamenti fost il-benefiċjarji skont l-Artikolu 46;

(iv)

arranġamenti ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni;

(v)

pjanijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, b'mod partikolari, miżuri biex jiġi rikonoxxut l-appoġġ tal-Unjoni għall-proġett;

(j)

pjan finanzjarju dettaljat u l-baġit.

2.   Applikazzjonijiet għal proġett għal proġetti li jinkludu komponent infrastrutturali ta' mill-inqas EUR 1 miljun jinkludu wkoll:

(a)

deskrizzjoni dettaljata tal-investiment fl-infrastruttura u l-lokazzjoni tagħha;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-komponent tal-bini tal-kapaċità tal-proġett, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati;

(c)

it-twettiq ta' studju sħiħ ta' fattibilità jew l-ekwivalenti, inkluża l-analiżi tal-għażliet, ir-riżultati, u r-reviżjoni indipendenti tal-kwalità;

(d)

valutazzjoni tal-impatt ambjentali tiegħu f'konformità mad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u, għall-pajjiżi parteċipanti li huma partijiet għalih, mal-Konvenzjoni ta' Espoo tal-UN/ECE dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transfruntier tal-25 ta' Frar 1991;

(e)

evidenza ta' sjieda mill-benefiċjarji jew aċċess għall-art;

(f)

permess tal-bini.

3.   B'mod eċċezzjonali u f'każijiet debitament ġustifikati, l-Awtorità Maniġerjali tista' taċċetta li d-dokumenti msemmija fil-punt (f) jiġu ppreżentati f'data aktar tard.

Artikolu 44

Pubblikazzjoni ta' lista ta' proġetti

1.   Biex tiġi żgurata trasparenza fir-rigward tal-proġetti appoġġati mill-programm, l-Awtorità Maniġerjali żżomm lista tal-proġetti li jkunu ngħataw f'format ta' spread-sheet, li jippermetti l-klassifikazzjoni, it-tfittxija, l-estrazzjoni u t-tqabbil tad-data u l-pubblikazzjoni faċli tagħha fuq l-Internet. Il-lista tal-proġetti tkun aċċessibbli fuq il-websajt tal-programm u tiġi aġġornata mill-inqas kull sitt xhur. Biex is-settur privat, is-soċjetà ċivili jew l-amministrazzjoni pubblika nazzjonali jiġu mħeġġa jerġgħu jużaw il-lista tal-proġetti, il-websajt tista' tinkludi referenza ċara għar-regoli applikabbli ta' liċenzjar li taħthom id-dejta tkun ippubblikata.

2.   Il-lista mill-inqas ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

L-isem tal-benefiċjarju (entitajiet legali biss; ma jissemmewx persuni naturali);

L-isem tal-proġett;

Is-sommarju tal-proġett;

Il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-proġett;

In-nefqa totali eliġibbli;

Ir-rata ta' kofinanzjament mill-Unjoni;

Il-kodiċi postali tal-proġett; jew indikatur ieħor xieraq tal-lokazzjoni;

Il-kopertura ġeografika;

Id-data tal-aħħar aġġornament tal-lista tal-proġetti.

3.   Il-lista tal-proġetti tiġi pprovduta lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja li fiha l-proġetti jkunu ġew magħżula. Din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq sit tal-Internet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

KAPITOLU 2

Benefiċjarji

Artikolu 45

Parteċipazzjoni fil-proġetti

1.   Il-proġetti jinvolvu benefiċjarji minn tal-inqas wieħed mill-Istati Membri parteċipanti u wieħed mill-pajjiżi sħab parteċipanti elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 232/2014 jew il-Federazzjoni Russa.

2.   Il-benefiċjarji huma persuni naturali jew ġuridiċi li lilhom tkun ingħatat għotja għal proġett. Persuni naturali jistgħu jkunu benefiċjarji, jekk dan ikun meħtieġ minħabba n-natura jew il-karatteristiċi tal-azzjoni jew l-objettiv segwit mill-applikant. Il-parteċipazzjoni ta' persuni naturali tiġi deċiża fil-livell tal-programm.

3.   Il-benefiċjarji msemmija fil-paragrafu 1 jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikunu ċittadini ta' xi wieħed mill-pajjiżi parteċipanti, jew persuni ġuridiċi li jkunu effettivament stabbiliti fiż-żona tal-programm jew organizzazzjonijiet internazzjonali li l-bażi tal-operazzjonijiet tagħhom tkun fiż-żona tal-programm. Raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali jista' jkun benefiċjarju, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tiegħu, sakemm il-kopertura ġeografika tiegħu tkun fiż-żona tal-programm;

(b)

ikunu konformi mal-kriterji ta' eliġibbiltà definiti għal kull proċedura ta' għażla;

(c)

ma jkunu jaqgħu f'ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni stabbiliti fl-Artikolu 106(1) u l-Artikolu 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

4.   Minbarra l-benefiċjarji msemmija fil-paragrafu 1, il-benefiċjarji li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 jistgħu jipparteċipaw, sakemm ikunu sodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jistgħu jipparteċipaw skont l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014;

(b)

il-parteċipazzjoni tagħhom tkun meħtieġa min-natura u mill-għanijiet tal-proġett u kif meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva tiegħu;

(c)

l-ammont totali allokat bil-programm lill-benefiċjarji li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ikun fil-limitu indikat fil-punt (b) tal-Artikolu 39(2).

Artikolu 46

Obbligi tal-benefiċjarji

1.   Kull proġett jaħtar benefiċjarju ewlieni biex jirrappreżenta s-sħubija.

2.   Il-benefiċjarji kollha jikkooperaw b'mod attiv fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti. Barra minn hekk, huma jikkooperaw fil-provvista ta' persunal u/jew tal-finanzjament tal-proġetti. Kull benefiċjarju jkun legalment u finanzjarjament responsabbli għall-attivitajiet li jkun qed jimplimenta u għas-sehem tal-fondi tal-Unjoni li jirċievi. L-obbligi speċifiċi kif ukoll ir-responsabbiltajiet finanzjarji tal-benefiċjarji jiġu stabbiliti fil-ftehim imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3.

3.   Il-benefiċjarju ewlieni:

(a)

jirċievi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Awtorità Maniġerjali għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġett;

(b)

jiżgura li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali tal-għotja malajr kemm jista' jkun u b'mod sħiħ skont l-arranġamenti msemmija f' (c). L-ebda ammont ma jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda imposta speċifika b'effett ekwivalenti ma tiġi imposta li tnaqqas dawn l-ammonti għall-benefiċjarji;

(c)

jistabbilixxi l-arranġamenti ta' sħubija mal-benefiċjarji fi ftehim li jkun jinkludi, dispożizzjonijiet li fost oħrajn, jiggarantixxu l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi allokati lill-proġett inklużi l-arranġamenti għall-irkupru ta' fondi li ma kellhomx jitħallsu;

(d)

jassumi r-responsabbiltà biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-proġett kollu;

(e)

jiżgura li n-nefqa ppreżentata mill-benefiċjarji tkun ġiet sostnuta biex jiġi implimentat il-proġett u tkun tikkorrispondi għall-attivitajiet stabbiliti fil-kuntratt u miftiehma bejn il-benefiċjarji kollha;

(f)

jivverifika li n-nefqa ppreżentata mill-benefiċjarji tkun ġiet eżaminata skont l-Artikolu 32(1).

KAPITOLU 3

Eliġibbiltà tan-nefqa

Artikolu 47

Forom ta' għotjiet

1.   L-għotjiet jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

rimborż ta' proporzjon speċifikat tal-ispejjeż eliġibbli msemmija fl-Artikolu 48 li effettivament ikunu ġew imġarrba;

(b)

finanzjament b'rata fissa, iddeterminat bl-applikazzjoni ta' perċentwali għal kategorija definita waħda jew aktar ta' spejjeż;

(c)

somom f'daqqa;

(d)

rimborż fuq il-bażi ta' spejjeż għal kull unità;

(e)

kombinazzjoni tal-forom imsemmija fil-punti minn (a) sa (d), biss sakemm kull waħda tkun tkopri kategoriji differenti ta' spejjeż.

2.   Għotjiet fil-forma msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli li attwalment ikunu ġew imġarrba mill-benefiċjarju, soġġett għal stima baġitarja preliminari kif ippreżentata mal-proposta u li tkun ġiet inkluża fil-kuntratt. Finanzjament b'rata fissa kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ikopri kategoriji speċifiċi ta' spejjeż eliġibbli li jkunu ġew identifikati b'mod ċar minn qabel billi jiġi applikat persentaġġ. Somom f'daqqa kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 f'termini globali jkopru l-kategoriji kollha jew ċerti kategoriji speċifiċi ta' spejjeż eliġibbli li jkunu ġew identifikati b'mod ċar minn qabel. L-ispejjeż għal kull unità kif imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ikopru kategorija sħiħa jew ċerti kategoriji speċifiċi ta' spejjeż eliġibbli li jkunu ġew identifikati b'mod ċar minn qabel permezz ta' referenza għal ammont għal kull unità.

3.   L-għotjiet ma jkollhomx l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt fil-qafas tal-proġett. Japplikaw l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 125(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 48

Eliġibbiltà tal-ispejjeż

1.   L-għotjiet ma jaqbżux limitu massimu globali espress bħala perċentwali u valur assolut li għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' stima tal-ispejjeż eliġibbli. L-għotjiet ma jaqbżux l-ispejjeż eliġibbli.

2.   L-ispejjeż eliġibbli huma spejjeż li effettivament ikunu ġew imġarrba mill-benefiċjarju li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

jiġu mġarrba matul il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-proġett. B'mod partikolari:

(i)

Spejjeż relatati ma' servizzi u xogħlijiet ikunu relatati mal-attivitajiet imwettqa matul il-perjodu ta' implimentazzjoni. Spejjeż relatati ma' provvisti jkunu relatati mal-kunsinna u l-installazzjoni ta' oġġetti matul il-perjodu ta' implimentazzjoni. L-iffirmar ta' kuntratt, it-tqegħid ta' ordni, jew l-irbit f'xi obbligu għal nefqa matul il-perjodu ta' implimentazzjoni għal kunsinna futura ta' servizzi, xogħlijiet jew provvisti wara l-iskadenza tal-perjodu ta' implimentazzjoni ma jissodisfawx dan ir-rekwiżit; it-trasferimenti ta' flus bejn il-benefiċjarju ewlieni u l-benefiċjarji l-oħra ma jistax jitqies bħala spejjeż imġarrba.

(ii)

L-ispejjeż imġarrba jitħallsu qabel ma jiġu ppreżentati r-rapporti finali. Jistgħu jitħallsu wara, sakemm jiġu elenkati fir-rapport finali flimkien mad-data stmata tal-ħlas.

(iii)

Qed issir eċċezzjoni għall-ispejjeż relatati mar-rapporti finali, inkluża l-verifika tan-nefqa, l-awditjar u l-evalwazzjoni finali tal-proġett, li jistgħu jiġu mġarrba wara l-perjodu ta' implimentazzjoni tal-proġett.

(iv)

Qabel il-bidu tal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-proġett il-benefiċjarju(i) seta'(setgħu) kien(u) beda(bdew) proċeduri għall-għoti ta' kuntratti, kif imsemmi fl-Artikolu 52 u ta' wara u seta'(setgħu) jikkonkludi(u) kuntratti, sakemm id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52 u ta' wara jkunu ġew rispettati;

(b)

jiġu indikati fl-istima tal-baġit globali tal-proġett;

(c)

huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett;

(d)

huma identifikabbli u verifikabbli, u b'mod partikolari ġew irreġistrati fir-rekords tal-kontabbiltà tal-benefiċjarju u determinati skont l-istandards tal-kontabbiltà u tal-prattiċi tas-soltu tal-kontabbiltà tal-ispejjeż applikabbli għall-benefiċjarju;

(e)

huma konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni fiskali u soċjali applikabbli;

(f)

huma raġonevoli, ġustifikati u konformi mar-rekwiżiti ta' ġestjoni finanzjarja tajba, b'mod partikolari fir-rigward tal-ekonomija u l-effiċjenza;

(g)

huma mġarrba minn fatturi jew dokumenti ta' valur probatorju ekwivalenti;

3.   Għotja tista' tingħata b'mod retroattiv fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-applikant jista' juri l-ħtieġa li l-proġett jinbeda qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt. Madankollu l-ispejjeż eliġibbli għal finanzjament ma jiġux imġarrba qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja; jew

(b)

għal spejjeż relatati ma' studji u dokumentazzjoni għal proġetti li jinkludu komponent infrastrutturali.

L-ebda għotja ma tista' tingħata b'mod retroattiv għal proġetti li diġà tlestew.

4.   Biex tiġi permessa t-tħejjija ta' sħubiji b'saħħithom, l-ispejjeż imġarrba qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja minn proġetti li jkunu ngħataw għotja huma eliġibbli sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti wkoll:

(a)

jiġu mġarrba wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti;

(b)

ikunu limitati għal spejjeż ta' vjaġġar u ta' sussistenza tal-persunal impjegat mill-benefiċjarji, sakemm dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 5;

(c)

ma jaqbżux l-ammont massimu ffissat fil-livell tal-programm.

5.   Soġġett għall-paragrafi 1 u 2, l-ispejjeż diretti li ġejjin tal-benefiċjarju jkunu eliġibbli:

(a)

l-ispejjeż tal-persunal assenjat għall-proġett bil-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

ikunu relatati mal-ispejjeż ta' attivitajiet li l-benefiċjarju ma kienx iwettaq kieku ma ttiħditx ir-responsabbiltà tal-proġett,

ma għandhomx jaqbżu dawk li normalment jiġu mġarrba mill-benefiċjarju sakemm ma jintweriex li dan huwa essenzjali biex jitwettaq il-proġett,

ikunu relatati ma' salarji grossi reali inklużi spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż oħra relatati mar-remunerazzjoni.

(b)

spejjeż ta' vjaġġar u ta' sussistenza tal-persunal u ta' persuni oħra li jkunu qed jieħdu sehem fil-proġett, sakemm ma jaqbżux la l-ispejjeż li normalment jitħallsu mill-benefiċjarju skont ir-regoli u r-regolamenti tiegħu u lanqas ir-rati ppubblikati mill-Kummissjoni fil-ħin tal-missjoni jekk se jiġu rimborsati fuq il-bażi ta' somom f'daqqa, spejjeż għal kull unità jew finanzjament b'rata fissa;

(c)

spejjeż ta' xiri jew ta' kiri għal tagħmir (ġdid jew użat) u provvisti speċifikament għall-fini tal-proġett, sakemm jikkorrispondu mal-prezzijiet tas-suq;

(d)

l-ispiża ta' konsumabbli li jkunu speċifikament inxtraw għall-proġett;

(e)

spejjeż imġarrba minn kuntratti li ngħataw mill-benefiċjarji għall-finijiet tal-proġett;

(f)

spejjeż li jkunu direttament ġejjin mir-rekwiżiti imposti minn dan ir-Regolament u l-proġett (bħal informazzjoni u operazzjonijiet ta' viżibilità, evalwazzjonijiet, eżerċizzji esterni tal-awditjar, traduzzjonijiet) inklużi spejjeż ta' servizzi finanzjarji (bħal spejjeż ta' trasferimenti bankarji u garanziji finanzjarji).

6.   Skont l-Artikolu 4 programm jista' jistabbilixxi regoli addizzjonali ta' eliġibbiltà għall-programm kollu kemm hu.

Artikolu 49

Spejjeż mhux eliġibbli

1.   L-ispejjeż li ġejjin li huma relatati mal-implimentazzjoni tal-proġett ma jitqisux bħala eliġibbli:

(a)

djun u imposti fuq ħlas ta' dejn (imgħax);

(b)

dispożizzjonijiet għal telf jew obbligazzjonijiet;

(c)

spejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju u li diġà ġew iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

(d)

xiri ta' art jew bini għal ammont li jaqbeż l-10 % tan-nefqa eliġibbli tal-proġett ikkonċernat;

(e)

telf tal-kambju;

(f)

dazji, taxxi u imposti, inkluża l-VAT, ħlief fejn ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati skont il-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, sakemm ma jiġix previst b'mod ieħor f'dispożizzjonijiet xierqa nnegozjati mal-pajjiżi msieħba fis-CBC;

(g)

self lil partijiet terzi;

(h)

multi, penali finanzjarji u spejjeż ta' litigazzjoni;

(i)

kontribuzzjonijiet in natura kif definiti fl-Artikolu 14(1).

2.   Skont l-Artikolu 4 programm jista' jiddikjara kategoriji oħra ta' spejjeż bħala mhux eliġibbli.

Artikolu 50

Somom f'daqqa, spejjeż għal kull unità u finanzjament b'rata fissa

1.   L-ammont totali ta' finanzjament fuq il-bażi ta' somom f'daqqa, spejjeż għal kull unità u finanzjament b'rata fissa ma jistax jaqbeż EUR 60 000 għal kull benefiċjarju u għal kull proġett, sakemm il-programm ma jistabbilixxix b'mod ieħor skont l-Artikolu 4, iżda li ma jaqbiżx EUR 100 000.

2.   L-użu ta' somom f'daqqa, spejjeż għal kull unità u finanzjament b'rata fissa jiġi mill-inqas appoġġat b'dan li ġej:

(a)

ġustifikazzjoni dwar l-adegwatezza ta' dawn il-forom ta' finanzjament fir-rigward tan-natura tal-proġetti kif ukoll tar-riskji ta' irregolaritajiet u frodi u l-kontroll tal-ispejjeż;

(b)

identifikazzjoni tal-ispejjeż jew tal-kategoriji ta' spejjeż koperti minn somom f'daqqa, spejjeż għal kull unità jew finanzjament b'rata fissa, li jeskludu spejjeż mhux eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 49.

(c)

deskrizzjoni tal-metodi biex jiġu determinati somom f'daqqa, spejjeż għal kull unità jew finanzjament b'rata fissa, u tal-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li r-regola ta' ebda profitt u l-prinċipji ta' kofinanzjament jiġu ssodisfati u biex jiġi evitat il-finanzjament doppju. Dawn il-metodi jkunu bbażati fuq:

(i)

dejta statistika jew mezzi oġġettivi simili; jew

(ii)

approċċ għal kull benefiċjarju, b'referenza għal dejta storika ċertifikata jew verifikabbli tal-benefiċjarju jew għall-prattiki komuni ta' kontabbiltà tal-ispejjeż.

3.   Ladarba l-ammonti jkunu ġew ivvalutati u approvati mill-Awtorità Maniġerjali, ma jiġux ikkontestati minn kontrolli ex post.

Artikolu 51

Spejjeż indiretti

1.   L-ispejjeż indiretti jistgħu jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta' rata fissa sa 7 % tal-ispejjeż diretti eliġibbli, esklużi l-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-provvista tal-infrastruttura, sakemm ir-rata tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' metodu ta' kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli.

2.   Billi l-ispejjeż indiretti għal proġett jitqiesu dawk l-ispejjeż eliġibbli li ma jistgħux jiġu identifikati bħala spejjeż speċifiċi direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-proġett u ma jistgħux jiġu direttament attribwiti lilu skont il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà kif definiti fl-Artikolu 48. Ma jistgħux jinkludu spejjeż mhux eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 49 jew spejjeż diġà ddikjarati taħt element ieħor ta' kost jew intestatura baġitarja tal-proġett.

KAPITOLU 4

Taqsima 1

Akkwisti

Artikolu 52

Regoli applikabbli

1.   Jekk l-implimentazzjoni ta' proġett teħtieġ li benefiċjarju jagħmel akkwisti ta' oġġetti, xogħlijiet jew servizzi, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

meta l-benefiċjarju jkun awtorità kontraenti jew entità kontraenti skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-proċeduri ta' akkwist, jista' japplika liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati b'konnessjoni mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mar-regoli tal-paragrafu 2;

(b)

meta l-benefiċjarju jkun organizzazzjoni internazzjonali, jista' japplika r-regoli tal-akkwist tiegħu stess jekk joffru garanziji ekwivalenti għal standards internazzjonalment aċċettati;

(c)

meta l-benefiċjarju jkun awtorità pubblika ta' pajjiż imsieħeb fis-CBC li l-kofinanzjament tiegħu jiġi trasferit lill-Awtorità Maniġerjali, jista' japplika liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, sakemm il-ftehim ta' finanzjament jippermetti dan u li l-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ikunu rispettati.

2.   Fil-każijiet l-oħra kollha jkun hemm konformità mal-obbligi li ġejjin:

(a)

il-kuntratt jingħata lill-offerta li toffri l-aħjar valur għall-flus, jew kif xieraq, lill-offerta li toffri l-aktar prezz baxx, filwaqt li jiġi evitat kull kunflitt ta' interess;

(b)

għal kuntratti b'valur ta' aktar minn EUR 60 000, japplikaw ukoll ir-regoli li ġejjin:

(i)

jiġi stabbilit kumitat ta' evalwazzjoni biex jevalwa l-applikazzjonijiet u/jew l-offerti fuq il-bażi tal-kriterji ta' esklużjoni, għażla u għotja ppubblikati mill-benefiċjarju bil-quddiem fid-dokumenti tal-offerti. Il-kumitat għandu jkollu numru fard ta' membri bil-kapaċitajiet tekniċi u amministrattivi kollha meħtieġa biex jagħtu opinjoni infurmata dwar l-offerti/applikazzjonijiet;

(ii)

għandha tiġi żgurata trasparenza suffiċjenti, kompetizzjoni ġusta u pubbliċità ex ante adegwata;

(iii)

jiġi żgurat trattament ugwali, proporzjonalità u ebda diskriminazzjoni;

(iv)

id-dokumenti tal-offerti għandhom jiġu mfassla skont l-aħjar prattika internazzjonali;

(v)

l-iskadenzi għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet jew tal-offerti għandhom ikunu twal biżżejjed biex jagħtu lill-partijiet interessati perjodu raġonevoli biex iħejju l-offerti tagħhom;

(vi)

il-kandidati jew l-offerenti jiġu esklużi milli jipparteċipaw fi proċedura ta' akkwist jekk jaqgħu f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 106(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-kandidati jew l-offerenti għandhom jiċċertifikaw li ma huma f'ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet. Barra minn hekk, il-kuntratti ma jistgħux jingħataw lil kandidati jew offerenti li, matul il-proċedura ta' akkwist jaqgħu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(vii)

jiġu segwiti l-proċeduri ta' akkwist stabbiliti fl-Artikoli minn 53 sa 56.

3.   Fil-każijiet kollha, japplikaw ir-regoli tan-nazzjonalità u l-oriġini stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014.

Artikolu 53

Proċeduri ta' akkwist għal kuntratti ta' servizz

1.   Kuntratti ta' servizz b'valur ta' EUR 300 000 jew aktar jingħataw permezz ta' proċedura ta' offerti internazzjonali ristretta wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' akkwist. L-avviż ta' akkwist jiġi ppubblikat fil-midja xierqa kollha lil hinn miż-żona tal-programm, u jiddikjara n-numru ta' kandidati li se jiġu mistiedna jitfgħu offerti f'firxa ta' erba' sa tmien kandidati biex b'hekk tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

2.   Kuntratti ta' servizz b'valur ta' aktar minn EUR 60 000 iżda anqas minn EUR 300 000 jingħataw permezz ta' proċedura kompetittiva nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni. Il-benefiċjarju jikkonsulta mill-anqas tliet fornituri ta' servizzi tal-għażla tiegħu u jinnegozja t-termini tal-kuntratt ma' wieħed jew aktar minnhom.

Artikolu 54

Proċeduri ta' akkwist għal kuntratti ta' provvisti

1.   Kuntratti ta' provvisti b'valur ta' EUR 300 000 jew aktar jingħataw permezz ta' proċedura internazzjonali miftuħa wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' akkwist, li jiġi ppubblikat fil-midja xierqa kollha lil hinn miż-żona tal-programm.

2.   Kuntratti ta' provvisti b'valur ta' EUR 100 000 jew aktar iżda anqas minn EUR 300 000 jingħataw permezz ta' proċedura miftuħa ta' offerti ppubblikata fiż-żona tal-programm. Kull offerent eliġibbli jiġi pprovdut bl-istess opportunitajiet bħal ditti lokali.

3.   Kuntratti ta' provvisti b'valur ta' aktar minn EUR 60 000 iżda anqas minn EUR 100 000 jingħataw permezz ta' proċedura kompetittiva nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni. Il-benefiċjarju jikkonsulta mill-anqas tliet fornituri tal-għażla tiegħu u jinnegozja t-termini tal-kuntratt ma' wieħed jew aktar minnhom.

Artikolu 55

Proċeduri ta' akkwist għal kuntratti ta' xogħlijiet

1.   Kuntratti ta' xogħlijiet b'valur ta' EUR 5 000 000 jew aktar jingħataw permezz ta' proċedura internazzjonali miftuħa, jew minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti xogħlijiet permezz ta' proċedura ristretta ta' offerti, wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' akkwist li jiġi ppubblikat fil-midja xierqa kollha lil hinn miż-żona tal-programm.

2.   Kuntratti ta' xogħlijiet b'valur ta' EUR 300 000 jew aktar iżda anqas minn EUR 5 000 000 jingħataw permezz ta' proċedura miftuħa ta' offerti ppubblikata fiż-żona tal-programm. Kull offerent eliġibbli jiġi pprovdut bl-istess opportunitajiet bħal ditti lokali.

3.   Kuntratti ta' xogħlijiet b'valur ta' aktar minn EUR 60 000 iżda anqas minn EUR 300 000 jingħataw permezz ta' proċedura kompetittiva nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni. Il-benefiċjarju jikkonsulta mill-anqas tliet kuntratturi tal-għażla tiegħu u jinnegozja t-termini tal-kuntratt ma' wieħed jew aktar minnhom.

Artikolu 56

Użu ta' Proċedura Negozjata

Il-benefiċjarju jista' jiddeċiedi li juża proċedura nnegozjata fuq il-bażi ta' offerta waħda fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 266, 268, 270 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.

Taqsima 2

Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

Artikolu 57

Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

1.   Jekk il-proġett jeħtieġ l-għoti ta' appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, dan jista' jingħata bil-kundizzjoni li:

(a)

kull parti terza toffri garanziji adegwati fir-rigward tal-irkupru tal-ammonti;

(b)

ikun hemm konformità mal-prinċipji ta' proporzjonalità, trasparenza, ġestjoni finanzjarja tajba, trattament ugwali u ebda diskriminazzjoni;

(c)

jiġu evitati l-kunflitti ta' interessi;

(d)

l-appoġġ finanzjarju ma jistax ikun kumulattiv jew jingħata retrospettivament, fil-prinċipju, jinvolvi kofinanzjament u ma jistax ikollu l-għan jew l-effett li jipproduċi profitt għal kull parti terza;

(e)

il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju jiġu strettament definiti fil-kuntratt biex jiġi evitat l-eżerċizzju ta' diskrezzjoni mill-benefiċjarju. B'mod partikolari, il-kuntratt jispeċifika l-kategoriji ta' persuni li huma eliġibbli għall-appoġġ, il-kriterji għall-għoti (inklużi l-kriterji biex jiġi determinat l-ammont eżatt) u lista fissa tat-tipi differenti ta' attività li jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju bħal dan;

(f)

l-ammont massimu ta' appoġġ finanzjarju li jista' jitħallas ma jaqbiżx EUR 60 000 għal kull parti terza, ħlief meta l-appoġġ finanzjarju ikun l-għan ewlieni tal-proġett.

2.   Japplikaw ir-regoli dwar in-nazzjonalità u l-oriġini stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014. Meta sub-għotja taqbeż EUR 60 000 japplikaw mutatis mutandis ir-regoli ta' parteċipazzjoni stabbiliti fil-punt (b)(vi) tal-Artikolu 52.

TITOLU VIII

ĦLASIJIET, PREŻENTAZZJONI U AĊĊETTAZZJONI TAL-KONTIJIET, KORREZZJONIJIET FINANZJARJI U RKUPRI

KAPITOLU 1

Ħlasijiet

Artikolu 58

Impenji annwali

1.   B'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni tagħmel l-impenji inizjali wara l-adozzjoni tal-programm mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5.

2.   B'ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni tagħmel l-impenji inizjali wara l-adozzjoni tal-programm, wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jiddelega l-kompiti tal-eżekuzzjoni tal-baġit lil organizzazzjoni internazzjonali jew lil pajjiż imsieħeb fis-CBC imsemmija fl-Artikoli 81 u 82.

3.   Sussegwentement il-Kummissjoni tagħmel l-impenn korrispondenti kull sena finanzjarja mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju. L-ammont tal-impenji annwali jiġi determinat skont il-pjan finanzjarju b'kunsiderazzjoni tal-progress tal-programm u d-disponibbiltà ta' fondi. Il-Kummissjoni tinforma lill-Awtorità Maniġerjali meta jsir l-impenn annwali.

Artikolu 59

Regoli komuni għall-ħlasijiet

1.   Ħlasijiet lill-awtoritajiet maniġerjali jistgħu jieħdu l-forma ta' prefinanzjament jew ħlas tal-bilanċ finali.

2.   Jinfetaħ kont bankarju f'euro, speċifikament iddedikat għall-programm. Meta l-ħlasijiet mill-Kummissjoni jgħaddu minn kont bankarju ieħor li mhuwiex dak tal-programm, l-ammonti relatati u kull imgħax akkumulat jiġi trasferit lill-kont bankarju tal-programm mingħajr dewmien u b'mod sħiħ.

3.   L-ebda ammont ma jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda imposta speċifika jew imposta oħra b'effett ekwivalenti ma tiġi imposta fuq dawn l-ammonti jew fuq kull imgħax akkumulat.

Artikolu 60

Regoli komuni għall-kalkolu tal-prefinanzjament

1.   Kull sena finanzjarja, ladarba l-Awtorità Maniġerjali tkun ġiet innotifikata bl-impenn annwali, bħala prefinanzjament tista' titlob it-trasferiment sa 80 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għas-sena finanzjarja in kwistjoni. Mit-tieni sena finanzjarja, it-talbiet għal prefinanzjament ikunu akkumpanjati mill-baġit proviżorju li jipprovdi dettalji dwar l-impenji tal-Awtorità Maniġerjali u l-ħlasijiet għas-sentejn ta' kontabbiltà wara l-aħħar opinjoni tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 68. Wara li tirrevedi dak il-baġit proviżorju, tivvaluta l-ħtiġijiet attwali ta' finanzjament tal-programm u tivverifika d-disponibbiltà tal-fondi, il-Kummissjoni tipproċedi bil-ħlas tal-prefinanzjament mitlub kollu jew parti minnu mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data li fiha t-talba għall-ħlas tiġi rreġistrata mal-Kummissjoni.

2.   Fil-kors tas-sena finanzjarja, l-Awtorità Maniġerjali tista' titlob għat-trasferiment tal-fondi kollha diġà impenjati jew ta' parti minnhom, bħala prefinanzjament addizzjonali. B'sostenn tat-talba tagħha, l-Awtorità Maniġerjali tippreżenta rapport finanzjarju interim li juri li l-ispiża li tkun ġiet imġarrba jew li probabbli se tiġi mġarrba qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja taqbeż l-ammont ta' prefinanzjament li diġà tħallas. Dawn it-trasferimenti sussegwenti jikkostitwixxi prefinanzjament addizzjonali sakemm ma jiġux appoġġati minn opinjoni tal-awditjar msemmija fl-Artikolu 68.

3.   Kull sena finanzjarja tal-implimentazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni tikklerja l-ħlasijiet preċedenti ta' prefinanzjament fuq il-bażi tan-nefqa eliġibbli li tkun ġiet imġarrba, appoġġata mill-opinjoni tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 68 wara li l-kontijiet ikunu ġew aċċettati kif deskritt fl-Artikolu 69(2). Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din l-approvazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproċedi bl-aġġustamenti finanzjarji neċessarji.

Artikolu 61

Interruzzjoni tad-data tal-iskadenza għall-ħlas

1.   L-uffiċjal awtorizzanti b'delega skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jista' jinterrompi l-iskadenza għall-ħlas għal talba għall-ħlas għal perjodu massimu ta' sitt xhur f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

wara li tiġi provduta informazzjoni minn korp tal-awditjar nazzjonali jew tal-Unjoni, ikun hemm evidenza ċara li tissuġġerixxi nuqqas sinifikattiv fil-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll;

(b)

l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jkollu jwettaq verifiki addizzjonali wara li ċerta informazzjoni tkun waslet għall-attenzjoni tiegħu li tinformah li n-nefqa hija marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji;

(c)

ma jiġix ippreżentat wieħed mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 77;

(d)

ma jiġix ippreżentat wieħed mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikoli 60 u 64.

L-Awtorità Maniġerjali tista' taqbel li l-perjodu ta' interruzzjoni jiġi estiż għal tliet xhur oħra.

2.   L-uffiċjal awtorizzanti b'delega jillimita l-interruzzjoni għall-parti tan-nefqa koperta mit-talba għall-ħlas affettwata mill-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, sakemm ma jkunx possibbli li tiġi identifikata l-parti tan-nefqa affettwata. L-uffiċjal awtorizzanti b'delega jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jospita l-Awtorità Maniġerjali u lill-Awtorità Maniġerjali minnufih bir-raġunijiet għall-interruzzjoni u jitlobhom jirrimedjaw is-sitwazzjoni. L-interruzzjoni titwaqqaf mill-uffiċjal awtorizzanti b'delega hekk kif ikunu ttieħdu l-miżuri neċessarji. Din l-interruzzjoni tista' tiġi estiża għal aktar minn sitt xhur jekk ma jkunux ittieħdu l-miżuri meħtieġa.

Artikolu 62

Sospensjoni ta' ħlasijiet

1.   Il-Kummissjoni tista' tissospendi l-ħlasijiet kollha jew parti minnhom f'kullwaħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

ikun hemm nuqqas serju fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm li jkun poġġa l-kontribuzzjoni tal-Unjoni f'riskju u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;

(b)

ikun hemm ksur gravi minn pajjiżi parteċipanti tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 31;

(c)

in-nefqa tkun marbuta ma' irregolarità li ma tkunx ġiet ikkorreġuta u li jkollha konsegwenzi finanzjarji serji;

(d)

ikun hemm nuqqas serju fil-kwalità u fl-affidabbiltà tas-sistema ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ;

(e)

ikun hemm evidenza li tirriżulta minn monitoraġġ, evalwazzjoni jew eżerċizzju tal-awditjar li l-programm ma jkunx qed jitwettaq skont l-iskadenzi indikati fl-Artikolu 4 u kif irrapportat skont l-Artikolu 77.

2.   Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tissospendi l-ħlasijiet kollha ta' prefinanzjament jew parti minnhom jew wara li tkun tat lill-Awtorità Maniġerjali l-opportunità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.

3.   Il-Kummissjoni ttemm is-sospensjoni tal-ħlasijiet kollha jew ta' parti minnhom fejn l-Awtorità Maniġerjali tkun ħadet il-miżuri meħtieġa sabiex is-sospensjoni tkun tista' titneħħa.

Artikolu 63

Ħlas lill-benefiċjarji ewlenin

1.   Ħlasijiet lill-benefiċjarji ewlenin jistgħu jieħdu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

prefinanzjament;

(b)

ħlas interim;

(c)

ħlas tal-bilanċ finali.

2.   L-Awtorità Maniġerjali tiżgura li l-ħlasijiet lill-benefiċjarji ewlenin jiġu proċessati malajr kemm jista' jkun skont il-kuntratt iffirmat. L-ebda ammont ma jitnaqqas jew jinżamm, sakemm ma jkunx appoġġat mill-kuntratt iffirmat u l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti ma tiġi imposta li tnaqqas dawn il-ħlasijiet.

Artikolu 64

Ħlas tal-bilanċ finali

1.   Sat-30 ta' Settembru 2024 l-Awtorità Maniġerjali tippreżenta t-talba għall-ħlas tal-bilanċ finali li tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 77(5).

2.   Il-bilanċ finali jitħallas mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-ikklerjar tal-kontijiet tas-sena finali ta' kontabbiltà jew xahar wara d-data tal-aċċettazzjoni tar-rapport finali ta' implimentazzjoni, skont liema data tiġi l-aħħar.

Artikolu 65

Eċċezzjoni għad-diżimpenn

1.   L-ammont ikkonċernat minn diżimpenn jitnaqqas bl-ammonti li l-Awtorità Maniġerjali ma tkunx setgħet tiddikjara lill-Kummissjoni minħabba:

(a)

proġetti li jkunu ġew sospiżi minn proċedura legali jew minn appell amministrattiv li jkollhom effett ta' sospensjoni; jew

(b)

raġunijiet ta'forza maġġurili jaffettwaw b'mod serju l-implimentazzjoni tal-programm kollu jew ta' parti minnu;

(c)

l-applikazzjoni tal-Artikoli 61 jew 62;

2.   L-Awtorità Maniġerjali li tiddikjara forza maġġuri skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 turi l-konsegwenzi diretti tal-forza maġġuri fuq l-implimentazzjoni tal-programm kollu jew ta' parti minnu. Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 it-tnaqqis jista' jintalab darba jekk is-sospensjoni jew il-forza maġġuri ma tkunx damet aktar minn sena, jew għadd ta' drabi li jikkorrispondu mat-tul tal-forza maġġuri jew l-għadd ta' snin bejn id-data tad-deċiżjoni legali jew amministrattiva li tissospendi l-implimentazzjoni tal-proġett u d-data tad-deċiżjoni legali jew amministrattiva finali.

3.   Sal-15 ta' Frar, l-Awtorità Maniġerjali tibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-ammont li għandu jiġi ddikjarat sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja preċedenti.

Artikolu 66

Proċedura ta' diżimpenn

1.   Il-Kummissjoni tinforma fi żmien xieraq lill-Awtorità Maniġerjali kull meta jkun hemm riskju ta' diżimpenn skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014.

2.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun irċeviet mill-15 ta' Frar, il-Kummissjoni tinforma lill-Awtorità Maniġerjali bl-ammont tad-diżimpenn b'riżultat ta' dik l-informazzjoni.

3.   L-Awtorità Maniġerjali jkollha xahrejn biex taqbel mal-ammont li għandu jiġi diżimpenjat jew biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.

4.   Sat-30 ta' Ġunju, l-Awtorità Maniġerjali tippreżenta pjan finanzjarju rivedut lill-Kummissjoni li jirrifletti l-impatt tal-ammont imnaqqas ta' appoġġ fuq l-objettivi tematiċi jew l-assistenza teknika tal-programm għas-sena finanzjarja kkonċernata. Fin-nuqqas li ssir tali preżentazzjoni, il-Kummissjoni tirrevedi l-pjan finanzjarju billi tnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għas-sena finanzjarja kkonċernata. It-tnaqqis jaffettwa l-objettivi tematiċi u l-assistenza teknika b'mod proporzjonali.

5.   Il-Kummissjoni temenda d-deċiżjoni li tadotta l-programm.

Artikolu 67

Użu tal-euro

1.   L-Awtorità Maniġerjali u l-benefiċjarju jikkonvertu f'euro n-nefqa li tiġi sostnuta f'munita oħra minbarra l-euro permezz tar-rata tal-kambju tal-kontabbiltà mensili tal-Kummissjoni ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ix-xahar li matulu ġiet sostnuta n-nefqa;

(b)

ix-xahar li matulu n-nefqa ġiet ippreżentata għall-eżami skont l-Artikolu 32(1);

(c)

ix-xahar li matulu n-nefqa ġiet irrapportata lill-benefiċjarju ewlieni.

2.   Il-metodu magħżul jiġi stabbilit fil-programm u japplika għat-tul kollu tal-programm. Jistgħu jiġu applikati metodi differenti għall-assistenza teknika u għall-proġetti.

KAPITOLU 2

Preżentazzjoni u aċċettazzjoni tal-kontijiet

Artikolu 68

Preżentazzjoni tal-kontijiet

1.   Il-kontijiet tal-programm jitħejjew mill-Awtorità Maniġerjali. Dawn il-kontijiet ikunu indipendenti u separati u jinkludu biss it-tranżazzjonijiet relatati mal-programm. Huma jinżammu b'tali mod li jiġi permess li jsir monitoraġġ analitiku tal-programm skont il-prijorità u l-assistenza teknika.

2.   Fir-rapport annwali tagħha, l-Awtorità Maniġerjali tipprovdi lill-Kummissjoni sal-15 ta' Frar, l-informazzjoni finanzjarja li ġejja:

(a)

il-kontijiet għas-sena ta' kontabbiltà preċedenti;

(b)

dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni ffirmata mir-rappreżentant tal-Awtorità Maniġerjali li tikkonferma li:

(i)

l-informazzjoni ġiet ippreżentata kif suppost, hija kompluta u preċiża;

(ii)

in-nefqa ntużat għall-iskop maħsub tagħha;

(iii)

is-sistemi ta' kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji dwar il-legalità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

(c)

sommarju annwali tal-kontrolli li twettqu mill-Awtorità Maniġerjali, inkluża analiżi tan-natura u l-firxa ta' żbalji u nuqqasijiet identifikati fis-sistemi, kif ukoll l-azzjoni korrettiva li ttieħdet jew li hija ppjanata;

(d)

opinjoni tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali;

(e)

rapport annwali tal-awditjar imħejji mill-Awtorità tal-Awditjar li jipprovdi sommarju tal-eżerċizzji tal-awditjar li twettqu, inkluża analiżi tan-natura u l-firxa tal-iżbalji u n-nuqqasijiet identifikati, kemm fil-livell tas-sistema u għall-proġetti, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu jew li huma ppjanati;

(f)

stima tal-ispejjeż imġarrba mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti;

(g)

il-lista tal-proġetti li ngħalqu matul is-sena ta' kontabbiltà.

3.   Il-kontijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 jiġu ppreżentati għal kull programm u jinkludu fil-livell ta' kull prijorità u assistenza teknika:

(a)

in-nefqa mġarrba u mħallsa u d-dħul miksub u riċevut mill-Awtorità Maniġerjali;

(b)

l-ammonti rinunzjati u rkuprati matul is-sena ta' kontabbiltà, l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati sal-aħħar tas-sena tal-kontabbiltà u l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati.

4.   L-opinjoni tal-awditjar imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 tistabbilixxi jekk il-kontijiet jagħtux stampa vera u ġusta, it-tranżazzjonijiet relatati humiex legali u regolari u li s-sistemi ta' kontroll ġewx implimentati sew u jiffunzjonawx. L-opinjoni tiddikjara wkoll jekk ix-xogħol ta' awditjar jitfax dubji fuq l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

Artikolu 69

Aċċettazzjoni tal-kontijiet

1.   Il-Kummissjoni teżamina l-kontijiet u tgħarraf lill-Awtorità Maniġerjali sal-31 ta' Mejju tas-sena wara t-tmiem tas-sena tal-kontabbiltà jekk taċċettax li l-kontijiet humiex kompluti, preċiżi u veri.

2.   Fuq il-bażi tan-nefqa eliġibbli sostnuta, kif ċertifikat mill-opinjoni tal-awditjar imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 68(2), il-Kummissjoni tikklerja l-prefinanzjament.

3.   L-aċċettazzjoni tal-kontijiet tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji sussegwenti skont l-Artikolu 72.

Artikolu 70

Perjodu għaż-żamma tar-rekords

1.   L-Awtorità Maniġerjali u l-benefiċjarji jżommu d-dokumenti kollha relatati mal-programm jew ma' proġett għal ħames snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ għall-programm. B'mod partikolari huma jżommu r-rapporti, id-dokumenti ta' sostenn, kif ukoll il-kontijiet, id-dokumenti tal-kontabbiltà u kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-finanzjament tal-programm (inklużi d-dokumenti kollha relatati mal-għoti tal-kuntratt) u tal-proġetti.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, ir-rekords li jappartjenu għall-eżerċizzji tal-awditjar, l-appelli, il-litigazzjoni jew l-insegwiment ta' pretensjonijiet b'riżultat tal-programm jew tal-prestazzjoni tal-proġett jinżammu sakemm dawn l-eżerċizzji tal-awditjar, appelli, litigazzjoni jew talbiet ikunu tlestew.

KAPITOLU 3

Korrezzjonijiet finanzjarji u Rkupri

Taqsima 1

Korrezzjonijiet Finanzjarji

Artikolu 71

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Awtorità Maniġerjali

1.   L-Awtorità Maniġerjali l-ewwel nett tkun responsabbli għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u biex tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa u biex issegwi l-irkupri. Fil-każ ta' irregolarità sistematika, l-Awtorità Maniġerjali testendi l-investigazzjoni tagħha biex tkopri l-operazzjonijiet kollha potenzjalment affettwati.

L-Awtorità Maniġerjali tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa b'rabta ma' irregolaritajiet individwali jew sistematiċi li jkunu nstabu fil-proġetti, fl-assistenza teknika jew fil-programm. Il-korrezzjonijiet finanzjarji jikkonsistu f'kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha tal-Unjoni jew ta' parti minnha għal proġett jew għal assistenza teknika. L-Awtorità Maniġerjali tqis in-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju u tapplika korrezzjoni finanzjarja proporzjonata. Il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu rreġistrati fil-kontijiet annwali mill-Awtorità Maniġerjali għas-sena ta' kontabbiltà li fiha tiġi deċiża l-kanċellazzjoni.

2.   Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni li tkun ġiet ikkanċellata skont il-paragrafu 1 tista' terġa' tintuża fil-programm ikkonċernat, soġġett għall-paragrafu 3.

3.   Il-kontribuzzjoni li tiġi kkanċellata skont il-paragrafu 1 ma tistax terġa' tintuża għall-proġett li kien soġġett ta' korrezzjoni finanzjarja jew, fejn tkun saret korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistemika u għal xi proġett affettwat mill-irregolarità sistemika.

Artikolu 72

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji billi tikkanċella kontribuzzjoni kollha tal-Unjoni jew parti minnha għal programm u twettaq l-irkupru mill-Awtorità Maniġerjali biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li tkun bi ksur tal-liġi applikabbli jew li tkun relatata ma' nuqqasijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm li jkunu ġew skoperti mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

2.   Ksur tal-liġi nazzjonali applikabbli jwassal għal korrezzjoni finanzjarja biss fir-rigward ta' nefqa li tkun ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni u meta tkun sodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ksur ikun affettwa l-għażla ta' proġett jew ta' kuntratt ta' assistenza teknika jew f'każijiet fejn, minħabba n-natura tal-ksur, ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit dak l-impatt iżda jkun hemm riskju sostanzjat li l-ksur kellu effett bħal dan;

(b)

il-ksur ikun affettwa l-ammont tan-nefqa ddikjarata mill-programm jew f'każijiet fejn, minħabba n-natura tal-ksur, ma jkunx possibbli li jiġi kkwantifikat l-impatt finanzjarju tiegħu, iżda jkun hemm riskju sostanzjat li l-ksur kellu effett bħal dan.

3.   B'mod partikolari l-Kummissjoni tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji fejn, wara li twettaq l-eżami meħtieġ, tasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun hemm nuqqas serju fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm li jkun poġġa f'riskju l-kontribuzzjoni tal-Unjoni li diġà tħallset;

(b)

l-Awtorità Maniġerjali ma tkunx ikkonformat mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 71 qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni finanzjarja skont dan il-paragrafu;

(c)

in-nefqa ddikjarata fir-rapport annwali jew finali tkun irregolari u ma tkunx ġiet ikkorreġuta mill-Awtorità Maniġerjali qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni finanzjarja skont dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni tibbaża l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq każijiet individwali ta' irregolaritajiet identifikati u tqis jekk irregolarità hijiex sistemika. Meta ma jkunx possibbli li l-ammont ta' nefqa irregolari jiġi preċiżament kkwantifikat, il-Kummissjoni tapplika rata fissa jew korrezzjoni finanzjarja estrapolata.

4.   Meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-ammont ta' korrezzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità billi tqis in-natura u l-gravità tal-irregolarità u l-firxa u l-implikazzjonijiet finanzjarji tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll li jkunu nstabu fil-programm.

5.   Meta l-Kummissjoni tibbaża l-pożizzjoni tagħha fuq rapporti tal-awdituri li ma jkunux dawk tas-servizzi tagħha stess, hija tasal għall-konklużjonijiet tagħha dwar il-konsegwenzi finanzjarji wara li tkun semgħet l-Awtorità Maniġerjali u lill-awdituri.

6.   L-għeluq tal-programm ma jippreġudikax id-dritt tal-Kummissjoni li, fi stadju aktar tard, twettaq korrezzjonijiet finanzjarji fil-konfront tal-Awtorità Maniġerjali.

7.   Il-kriterji biex jiġi stabbilit il-livell tal-korrezzjoni finanzjarja li għandha tiġi applikata u l-kriterji biex jiġu applikati rati fissi jew korrezzjoni finanzjarja estrapolata huma dawk adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (12), b'mod partikulari l-Artikolu 144, kif ukoll dawk li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2013 (13).

Artikolu 73

Proċedura

1.   Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni tinforma lill-Awtorità Maniġerjali bil-konklużjonijiet proviżorji tal-eżami tagħha u titlob lill-Awtorità Maniġerjali tippreżenta l-kummenti tagħha fi żmien xahrejn.

2.   Meta l-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja fuq il-bażi ta' estrapolazzjoni jew rata fissa, l-Awtorità Maniġerjali tingħata l-opportunità li turi permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni kkonċernata li l-limitu attwali ta' irregolarità huwa inqas mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Awtorità Maniġerjali tista' tillimita l-kamp ta' applikazzjoni ta' dak l-eżami għal proporzjon jew għal kampjun xieraq tad-dokumentazzjoni kkonċernata. Ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, iż-żmien permess għal dak l-eżami ma jaqbiżx perjodu ieħor ta' xahrejn wara l-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni tqis kull evidenza pprovduta mill-Awtorità Maniġerjali fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Meta l-Awtorità Maniġerjali ma taċċettax il-konklużjonijiet proviżorji tal-Kummissjoni, l-Awtorità Maniġerjali tiġi mistiedna għal smigħ mill-Kummissjoni, biex jiġi żgurat li informazzjoni u l-osservazzjonijiet rilevanti kollha jkunu disponibbli għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja.

5.   Fil-każ ta' ftehim u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, l-Awtorità Maniġerjali tista' terġa' tuża l-kontribuzzjoni li tkun ġiet ikkanċellata għall-programm ikkonċernat skont l-Artikolu 71(2).

6.   Biex tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni fi żmien sitt xhur mid-data tas-smigħ jew mid-data tal-wasla tal-informazzjoni addizzjonali meta l-Awtorità Maniġerjali taqbel li tippreżenta din l-informazzjoni addizzjonali wara s-smigħ. Il-Kummissjoni tqis l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet kollha ppreżentati matul il-proċedura. Jekk ma jsir l-ebda smigħ, il-perjodu ta' sitt xhur jibda jiddekorri xahrejn wara d-data tal-ittra ta' stedina għas-smigħ mibgħuta mill-Kummissjoni.

7.   Meta l-Kummissjoni jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jiskopru irregolaritajiet li juru nuqqas serju fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta tnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax fil-każ ta' nuqqas serju fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll li, qabel id-data tal-iskoperta mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri:

(a)

kien ġie identifikat fid-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni, fir-rapport annwali ta' kontroll jew fl-opinjoni tal-awditjar ippreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68, jew f'rapporti oħra ta' awditjar tal-Awtorità tal-Awditjar ippreżentati lill-Kummissjoni u jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa; jew

(b)

kien is-suġġett ta' miżuri xierqa ta' rimedju mill-Awtorità Maniġerjali.

Il-valutazzjoni ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tkun ibbażata fuq il-liġi applikabbli meta ġew ippreżentati d-dikjarazzjonijiet tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni rilevanti, ir-rapporti annwali u l-opinjonijiet tal-awditjar.

Meta tkun qed tiddeċiedi dwar korrezzjoni finanzjarja l-Kummissjoni:

(a)

tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità billi tqis in-natura u l-gravità tan-nuqqas serju fil-funzjonament effettiv ta' sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll u l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-baġit tal-Unjoni;

(b)

għall-iskop tal-applikazzjoni ta' rata fissa jew korrezzjoni estrapolata, teskludi infiq irregolari li preċedentement ikun ġie skopert mill-Awtorità Maniġerjali li kien is-suġġett ta' aġġustament fil-kontijiet u l-infiq kien soġġett għal valutazzjoni kontinwa tal-legalità u r-regolarità tiegħu;

(c)

meta tkun qed tiddetermina r-riskju residwu għall-baġit tal-Unjoni għandha tqis il-korrezzjonijiet b'rata fissa jew estrapolati li ġew applikati għan-nefqa mill-Awtorità Maniġerjali għal nuqqasijiet serji oħra li jkunu ġew skoperti mill-Awtorità Maniġerjali.

Taqsima 2

Irkupri

Artikolu 74

Responsabbiltajiet finanzjarji u Rkupri

1.   L-Awtorità Maniġerjali tkun responsabbli biex issegwi l-irkupru ta' ammonti li ma kellhomx jitħallsu.

2.   Meta l-irkupru jkun relatat ma' ksur ta' obbligi legali min-naħa tal-Awtorità Maniġerjali li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 l-Awtorità Maniġerjali tkun responsabbli li tirrimborża l-ammonti kkonċernati lill-Kummissjoni.

3.   Meta l-irkupru jkun relatat ma' nuqqasijiet sistemiċi fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm, l-Awtorità Maniġerjali tkun responsabbli li tirrimborża l-ammonti kkonċernati lill-Kummissjoni skont it-tqassim tal-obbligazzjonijiet fost il-pajjiżi parteċipanti kif stabbilit fil-programm.

4.   Meta l-irkupru jkun relatat ma' talba kontra benefiċjarju stabbilit fi Stat Membru u l-Awtorità Maniġerjali ma tkunx tista' tirkupra d-dejn, l-Istat Membru li fih il-benefiċjarju jkun stabbilit iħallas l-ammont dovut lill-Awtorità Maniġerjali u jitolbu lura mill-benefiċjarju.

5.   Meta l-irkupru jkun relatat ma' talba kontra benefiċjarju stabbilit f'pajjiż imsieħeb fis-CBC u l-Awtorità Maniġerjali ma tkunx tista' tirkupra d-dejn, il-livell ta' responsabbiltà tal-pajjiż imsieħeb fis-CBC li fih il-benefiċjarju jkun stabbilit ikun tali kif stabbilit fil-ftehimiet finanzjarji relevanti msemmija fl-Artikoli 8 u 9.

Artikolu 75

Ħlas lura lill-Awtorità Maniġerjali

1.   L-Awtorità Maniġerjali tirkupra l-ammonti li ma kellhomx jitħallsu flimkien ma' kull imgħax fuq ħlasijiet tard mill-benefiċjarju ewlieni. Il-benefiċjarji konċernati jħallsu lura lill-benefiċjarju ewlieni l-ammonti li ma kellhomx jitħallsu skont il-ftehim ta' sħubija ffirmat bejniethom. Jekk il-benefiċjarju ewlieni ma jirnexxilux jikseb lura l-ħlas mill-benefiċjarju kkonċernat, l-Awtorità Maniġerjali tinnotifika formalment lil dan tal-aħħar biex iħallas lura lill-benefiċjarju ewlieni. Jekk il-benefiċjarju kkonċernat ma jħallasx lura, l-Awtorità Maniġerjali titlob lill-pajjiż parteċipanti li fih il-benefiċjarju kkonċernat jkun stabbilit iħallas lura l-ammonti skont l-Artikolu 74 minn (2) sa (5).

2.   L-Awtorità Maniġerjali teżerċita diliġenza xierqa sabiex tiżgura r-rimborż tal-ordnijiet ta' rkupru bl-appoġġ mill-pajjiżi parteċipanti. B'mod partikolari l-Awtorità Maniġerjali tiżgura li t-talba hija ċerta, ta' ammont fiss u hija dovuta. Meta l-Awtorità Maniġerjali tkun qed tippjana li tirrinunzja l-irkupru ta' dejn stabbilit, hija tiżgura li r-rinunzja tkun kif suppost u tkun konformi mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u ta' proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ għall-approvazzjoni minn qabel.

3.   L-Awtorità Maniġerjali żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-passi kollha li jkunu ttieħdu biex jiġu rkuprati l-ammonti dovuti. Il-Kummissjoni tista' f'kull ħin tieħu f'idejha l-kompitu li tirkupra l-ammonti b'mod dirett jew mill-benefiċjarju jew mill-pajjiż parteċipanti kkonċernat.

4.   Fajls li jiġu trasferiti lil pajjiż parteċipanti jew lill-Kummissjoni jinkludu d-dokumenti kollha meħtieġa għall-irkupru kif ukoll prova tal-passi li jkunu ttieħdu mill-Awtorità Maniġerjali biex jiġu rkuprati l-ammonti dovuti.

5.   Kuntratti konklużi mill-Awtorità Maniġerjali jkun fihom klawżola li tippermetti lill-Kummissjoni jew il-pajjiż parteċipanti li fih il-benefiċjarju jkun stabbilit li jirkupraw kwalunkwe ammonti dovuti lill-Awtorità Maniġerjali li din tal-aħħar ma setgħatx tirkupra.

Artikolu 76

Ħlas lura lill-Kummissjoni

1.   Kull ħlas lura dovut lill-Kummissjoni jsir qabel id-data ta' skadenza indikata fl-ordni ta' rkupru. Id-data ta' skadenza tkun 45 jum mid-data tal-ħruġ tan-nota ta' debitu.

2.   Kull dewmien tar-rimborż jagħti lok għal imgħax minħabba ħlas tard, li jibda fid-data ta' skadenza u jintemm fid-data tal-ħlas attwali. Ir-rata ta' dan l-imgħax tkun ta' tliet punti perċentwali u nofs aktar mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tiegħu fl-ewwel jum tax-xogħol tax-xahar li fih taqa' d-data ta' skadenza. L-ammonti li għandhom jitħallsu lura jistgħu jiġu paċuti kontra ammonti ta' kull tip dovuti lill-benefiċjarju jew lill-pajjiż parteċipanti. Dan ma jaffettwax id-dritt tal-partijiet li jiftiehmu dwar ħlas bin-nifs.

TITOLU IX

RAPPURTAR, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 77

Rapporti annwali tal-Awtorità Maniġerjali

1.   Sal-15 ta' Frar l-Awtorità Maniġerjali tippreżenta rapport annwali approvat mill-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ lill-Kummissjoni. Dan ir-rapport annwali jinkludi parti teknika u parti finanzjarja li jkopri s-sena ta' kontabbiltà preċedenti.

2.   Il-parti teknika tiddeskrivi:

(a)

il-progress li nkiseb fl-implimentazzjoni tal-programm u l-prijoritajiet tiegħu;

(b)

il-lista dettaljata ta' kuntratti li ġew iffirmati kif ukoll il-lista ta' proġetti magħżula li għadhom ma ġewx ikkuntrattati, inklużi l-listi ta' riżerva;

(c)

l-attivitajiet ta' assistenza teknika mwettqa;

(d)

il-miżuri li ttieħdu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti, ir-riżultati tagħhom u l-azzjonijiet li ttieħdu biex jiġu rimedjati l-problemi identifikati;

(e)

l-attivitajiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni li ġew implimentati.

3.   Il-parti finanzjarja titħejja skont l-Artikolu 68(2).

4.   Barra minn hekk, ir-rapport annwali jkun fih il-previżjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġi implimentati fis-sena ta' kontabbiltà segwenti. Huwa jinkludi:

(a)

strateġija aġġornata tal-awditjar;

(b)

il-programm ta' ħidma, il-pjan finanzjarju u l-użu ppjanat tal-assistenza teknika;

(c)

il-pjan annwali ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 78(2);

(d)

il-pjan annwali ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni skont l-Artikolu 79(4).

5.   Sat-30 ta' Settembru 2024 l-Awtorità Maniġerjali tippreżenta rapport finali approvat mill-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ lill-Kummissjoni. Dan ir-rapport finali jinkludi mutatis mutandis l-informazzjoni mitluba skont il-paragrafi 2 u 3 hawn fuq għall-aħħar sena ta' kontabbiltà u għat-tul kollu tal-programm.

Artikolu 78

Monitoraġġ u Evalwazzjoni

1.   Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm ikollhom il-għan li jtejbu l-kwalità tad-disinn u tal-implimentazzjoni, kif ukoll biex jevalwaw u jtejbu l-konsistenza, l-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt tiegħu. Is-sejbiet tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjonijiet jitqiesu fiċ-ċiklu ta' programmar u ta' implimentazzjoni.

2.   Fil-programm jiġi inkluż pjan indikattiv ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni għat-tul kollu tiegħu. Sussegwentement kull programm iħejji pjan annwali ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni li jrid jitwettaq mill-Awtorità Maniġerjali skont il-gwida u l-metodoloġija ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Il-pjan annwali jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar.

3.   Minbarra l-monitoraġġ ta' kuljum, l-Awtorità Maniġerjali twettaq monitoraġġ tal-programm u tal-proġetti li jkunu orjentati lejn ir-riżultati.

4.   Il-Kummissjoni jkollha aċċess għar-rapporti kollha ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ.

5.   Il-Kummissjoni tista' f'kull ħin, tniedi evalwazzjoni jew monitoraġġ tal-programm jew ta' parti minnu. Ir-riżultati ta' dawn l-eżerċizzji, li jiġu komunikati lill-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ u lill-Awtorità Maniġerjali tal-programm, jistgħu jwasslu għal aġġustamenti fil-programm.

TITOLU X

VIŻIBBILTÀ

Artikolu 79

Viżibbiltà

1.   Ir-responsabbiltà li tiġi żgurata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni xierqa lill-pubbliku tkun kemm tal-Awtorità Maniġerjali kif ukoll tal-benefiċjarji

2.   L-Awtorità Maniġerjali u l-benefiċjarji jiżguraw viżibbiltà adegwata tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi u l-proġetti sabiex jissaħħaħ l-għarfien pubbliku tal-azzjoni tal-Unjoni u tinħoloq dehra konsistenti tal-appoġġ tal-Unjoni fil-pajjiżi parteċipanti kollha.

3.   L-Awtorità Maniġerjali tiżgura li l-istrateġija tagħha ta' viżibbiltà u l-miżuri ta' viżibbiltà li jitwettqu mill-benefiċjarji jikkonformaw mal-gwida tal-Kummissjoni.

4.   Il-programm jinkludi l-istrateġija ta' komunikazzjoni għat-tul kollu tiegħu u pjan indikattiv ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għall-ewwel sena, inklużi l-miżuri ta' viżibbiltà. Sussegwentement kull programm jfassal pjan annwali ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni li għandu jitwettaq mill-Awtorità Maniġerjali. Dan il-pjan jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar.

IT-TIELET PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI

TITOLU I

ĠESTJONI INDIRETTA MA' ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

Artikolu 80

Organizzazzjonijiet internazzjonali bħala Awtorità Maniġerjali

1.   Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu jipproponu li l-programm jiġi ġestit minn organizzazzjoni internazzjonali.

2.   Bħala Awtorità Maniġerjali jistgħu jiġu proposti biss organizzazzjonijiet internazzjonali fis-sens tal-Artikolu 43 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.

3.   Organizzazzjoni internazzjonali tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 966/2012.

4.   Qabel ma l-Kummissjoni tadotta programm hija tikseb evidenza li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 jkunu sodisfati.

Artikolu 81

Regoli applikabbli għal programmi ġestiti minn organizzazzjoni internazzjonali

1.   Il-Kummissjoni u l-organizzazzjoni internazzjonali jikkonkludu ftehim li jispjega l-arranġamenti applikabbli għall-programm. F'każ li l-programm jagħmel kontribuzzjoni lil strument finanzjarju skont l-Artikolu 42, jiġu rispettati l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 140 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

2.   Id-dispożizzjonijiet fit-Tieni Parti japplikaw għall-programmi ġestiti minn organizzazzjoni internazzjonali sakemm il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 ma jipprovdix mod ieħor.

TITOLU II

ĠESTJONI INDIRETTA MA' PAJJIŻ IMSIEĦEB TAS-CBC

Artikolu 82

Pajjiżi msieħba fis-CBC bħala Awtorità Maniġerjali

1.   Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu jipproponu li l-programm jiġi ġestit minn pajjiż imsieħeb fis-CBC.

2.   In-natura tal-kompiti fdati lill-pajjiż maħtur imsieħeb fis-CBC tiġi stabbilita fil-ftehim iffirmat bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż imsieħeb fis-CBC skont id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni indiretta li jinsabu fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.

3.   Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 jispjega l-arranġamenti applikabbli għall-programm. B'mod partikolari, fid-dawl tan-natura tal-kompiti fdati lill-Awtorità Maniġerjali u l-ammonti involuti, huwa jistabbilixxi liema dispożizzjonijiet tat-Tieni Parti japplikaw.

IR-RABA' PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 83

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2007 (14) jkompli japplika għal atti legali u impenji li jimplimentaw is-snin baġitarji ta' qabel l-2014.

Artikolu 84

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament gjidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27.

(2)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

(11)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26 of 28.1.2012, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom isiru mill-Kummissjoni lill nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża għal nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku (C(2013) 9527).

(14)  Ir-Regolament ta-Kummissjoni (KE) Nru 951/2007 tad-9 ta' Awwissu 2007 li jistabbilixxi r-regoli tal-implimentazzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali ffinanzjati fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjoni ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sbuħija (ĠU L 210, 10.8.2007, p. 10).


ANNESS

Il-Kriterji għall-Ħatra ta' Awtorità ta' Ġestjoni

Il-proċedura tal-ħatra hija bbażata fuq il-komponenti ta' kontroll intern li ġejjin:

1.   L-ambjent ta' kontroll intern

(i)

Struttura organizzattiva li tkopri l-funzjonijiet ta' awtorità ta' ġestjoni u l-allokazzjoni tal-funzjonijiet bejn u f'kull korp kif deskritt fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tnejn, filwaqt li jiġi żgurat li l-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet, fejn xieraq, ikun rispettat.

(ii)

Jekk jiġu delegati kompiti lil korpi intermedji, qafas għall-iżgurar tad-definizzjoni tar-responsabbiltajiet u l-obbligi rispettivi tagħhom, il-verifika tal-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu l-kompiti delegati u l-eżistenza ta' proċeduri ta' rappurtar.

(iii)

Proċeduri ta' rappurtar u monitoraġġ biex jipprevjenu, jindividwaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet u jirkupraw ammonti li mhux suppost tħallsu.

(iv)

Pjan għall-allokazzjoni tar-riżorsi umani xierqa bil-ħiliet meħtieġa, f'livelli differenti u għal funzjonijiet differenti fl-organizzazzjoni.

2.   Il-ġestjoni tar-riskju

Filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità, sistema biex jiġi żgurat li jitwettaq eżerċizzju xieraq ta' ġestjoni tar-riskju tal-anqas darba f'sena, u b'mod partikolari, jekk isiru modifiki kbar tal-attivitajiet.

3.   L-attivitajiet ta' Ġestjoni u ta' Kontroll

(i)

Proċeduri tal-għażla ta' proġetti, l-iżgurar tal-prinċipji tat-trasparenza, it-trattament indaqs, tal-ebda diskriminazzjoni, l-oġġettività u l-kompetizzjoni ġusta. Bil-għan li dawn il-prinċipji jiġu rrispettati:

(a)

il-proġetti jintgħażlu u jingħataw fuq il-bażi ta' kriterji ta' għażla u ta' għoti mħabbra minn qabel li huma definiti fit-tabella ta' evalwazzjoni. Il-kriterji tal-għażla jservu biex tiġi valutata l-kapaċità tal-applikant li jlesti l-azzjoni jew il-programm ta' ħidma proposti. Il-kriterji tal-għoti jintużaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta' proposta għall-proġett meta mqabbel mal-għanijiet u l-prijoritajiet stabbiliti;

(b)

l-għotjiet ikunu soġġetti għal regoli ta' pubbliċità ex ante u ex post;

(c)

l-applikanti jiġu infurmati bil-miktub dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni. Jekk l-għotja mitluba ma tingħatax, l-Awtorità ta' Ġestjoni tipprovdi r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni b'referenza għall-kriterji tal-għażla u tal-għoti li ma jintlaħqux mill-applikazzjoni;

(d)

kull kunflitt ta' interess jiġi evitat;

(e)

l-istess regoli u kundizzjonijiet japplikaw għall-applikanti kollha.

(ii)

Proċeduri ta' ġestjoni tal-kuntratti.

(iii)

Proċeduri għall-verifiki inklużi verifiki amministrattivi fir-rigward ta' kull talba għal pagament mill-benefiċjarji u verifiki fuq il-post tal-proġetti;

(iv)

Proċeduri għall-ipproċessar u l-awtorizzazzjoni tal-pagamenti.

(v)

Proċeduri li jistabbilixxu sistema li tiġbor, tirreġistra u taħżen elettronikament id-dejta dwar kull proġett u li jiżguraw li s-sistemi tal-IT ikunu sikuri b'konformità ma' standards aċċettati internazzjonalment.

(vi)

Proċeduri stabbiliti mill-awtorità ta' ġestjoni biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jżommu sistema ta' kontabilità separata jew kodiċi adegwat ta' kontabilità għat-transazzjonijiet kollha marbuta ma' proġett.

(vii)

Proċeduri biex jiġu stabbiliti miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi.

(viii)

Proċeduri għat-tfassil tal-kontijiet u l-iżgurar li huma veri, kompleti u preċiżi u li n-nefqa tikkonforma mar-regoli;

(ix)

Proċeduri biex jiġu żgurati sekwenza ta' awditjar u sistema ta' arkivjar adegwati.

(x)

Proċeduri biex jitfasslu d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni dwar l-assigurazzjoni, ir-rapport dwar il-kontrolli mwettqa u d-dgħufijiet identifikati, u s-sommarju annwali tal-awditjar u l-kontrolli finali.

(xi)

Fejn jiġu delegati kompiti lil korpi intermedji, il-kriterji għall-ħatra għandhom jinkludu valutazzjoni tal-proċeduri fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-Awtorità ta' Ġestjoni tivverifika l-kapaċità tal-korpi intermedji li jwettqu l-kompiti u jissorveljaw li dawn il-kompiti qed jiġu implimentati sewwa.

4.   L-informazzjoni u l-komunikazzjoni

(i)

L-Awtorità ta' Ġestjoni tikseb jew tiġġenera u tuża informazzjoni rilevanti biex tappoġġa l-funzjonament ta' komponenti oħra tal-kontroll intern.

(ii)

L-Awtorità ta' Ġestjoni xxerred l-informazzjoni internament, inklużi l-objettivi u r-responsabbiltajiet għall-kontroll intern, meħtieġa biex jappoġġaw il-funzjonament ta' komponenti oħra tal-kontroll intern.

(iii)

L-Awtorità ta' Ġestjoni tikkomunika mal-partijiet esterni dwar kwistjonijiet li jaffettwaw il-funzjonament ta' komponenti oħra tal-kontroll intern.

5.   Il-monitoraġġ

Proċeduri, verifiki u evalwazzjonijiet dokumentati mwettqa biex jiżguraw li l-komponenti tal-kontroll intern jeżistu u qed jaħdmu sew.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/55


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 898/2014

tat-18 ta' Awwissu 2014

li jħassar id-dazju definittiv ta' antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' karbonju attivat mitħun li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni tal-antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona dazju definittiv ta' antidumping fuq il-karbonju attivat mitħun (“KAM”) li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 3802 10 00 li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) (“il-miżuri antidumping definittivi”) bir-Regolament (KE) Nru 1006/96 (2). Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju fiss ta' EUR 323 kull tunnellata (piż nett).

(2)

Wara żewġ rieżamijiet ta' skadenza, il-Kunsill ħalla l-miżuri fis-seħħ bir-Regolament (KE) Nru 1011/2002 (3) (“l-ewwel rieżami ta' skadenza”) u r-Regolament (KE) Nru 649/2008 (4) (“it-tieni rieżami ta' skadenza”) rispettivament.

2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (5) tal-miżuri antidumping definittivi fis-seħħ, fid-9 ta' April 2013 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet minn Cabot Norit Nederland BV u Cabot Norit (UK) Ltd. (“l-applikanti”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-KAM, f'dan il-każ aktar minn 25 %.

(4)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta' dumping u r-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(5)

Billi ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fis-6 ta' Lulju 2013 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (“in-Notifika ta' bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

B.   IRTIRAR TAT-TALBA GĦAL RIEŻAMI TA' SKADENZA U TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT

(6)

Permezz ta' ittra indirizzata lill-Kummissjoni, datata 7 ta' Mejju 2014, l-applikanti rtiraw formalment it-talba tagħhom għal rieżami ta' skadenza.

(7)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, proċediment jista' jitwaqqaf meta t-talba għal rieżami tiġi rtirata sakemm dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(8)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kunsiderazzjoni li turi li dan it-twaqqif imur kontra l-interess tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandi jitwaqqaf u d-dazju antidumping fis-seħħ jiġi rtirat.

(9)

Il-partijiet interessati ġew infurmati b'dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu, ma waslu l-ebda kummenti.

(10)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċediment ta' antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-KAM, li joriġinaw mir-RPĊ, għandu jitwaqqaf u d-dazju antidumping jiġi rtirat.

(11)

L-irtirar tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-karbon attivat mitħun li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 3802 10 00 (kodiċi TARIC 3802100020) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa b'dan irtirat u l-proċediment rilevanti jitwaqqaf.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 134, 5.6.1996, p. 20.

(3)  ĠU L 155, 14.6.2002, p. 1, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 931/2003 (ĠU L 133, 29.5.2003, p. 36)

(4)  ĠU L 181, 10.7.2008, p. 1.

(5)  ĠU C 349, 15.11.2012, p. 19.

(6)  ĠU C 195, 6.7.2013, p. 4.


19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/57


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 899/2014

tat-18 ta’ Awwissu 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

81,4

ZZ

81,4

0709 93 10

TR

100,6

ZZ

100,6

0805 50 10

AR

141,5

CL

209,1

TR

164,2

UY

166,5

ZA

124,1

ZZ

161,1

0806 10 10

BR

182,9

EG

208,5

MA

170,5

MX

246,5

TR

144,4

ZZ

190,6

0808 10 80

AR

93,4

BR

91,6

CL

100,6

CN

120,3

NZ

120,6

US

131,1

ZA

112,2

ZZ

110,0

0808 30 90

AR

78,8

CL

72,3

TR

141,6

ZA

101,6

ZZ

98,6

0809 30

MK

69,0

TR

133,7

ZZ

101,4

0809 40 05

BA

44,3

MK

49,3

ZA

207,0

ZZ

100,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

19.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Novembru 2011

dwar l-għajnuna mill-Istat C 28/10 implimentata mill-Portugall għall-Iskema ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7756)

(It-test Portugiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/532/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet, (1)

Billi:

(1)

Din id-deċiżjoni tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Portugall fil-forma ta' skema ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir (li minn hawn 'il quddiem se tissejjaħ “l-iskema”).

1.   ASPETTI PROĊEDURALI

(2)

Fit-12 ta' Jannar 2009, il-Portugall innotifika skema ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir taħt it-taqsima 5.1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Qafas temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali' (2) (li minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ 'il-Qafas Temporanju').

(3)

Għad li l-iskema kienet oriġinarjament notifikata bħala assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir għall-pajjiżi tal-OECD, l-iskema tkopri wkoll tranżazzjonijiet tal-kummerċ domestiku.

(4)

Peress li l-awtoritajiet Portugiżi kkonfermaw li l-iskema ilha implimentata minn Jannar 2009, il-Kummissjoni għarrfet lill-Portugall permezz ta' ittra datata d-19 ta' April 2010 li l-iskema ġiet trasferita fir-reġistru ta' għajnuniet Mhux Notifikati.

(5)

Permezz tal-ittra tas-27 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni għarrfet lill-Portugall dwar il-ftuħ ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-iskema.

(6)

Permezz tal-ittra tad-29 ta' Novembru 2010, l-awtoritajiet Portugiżi bagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2010. Huma ehmżu żewġ ittri minn assiguraturi tal-kreditu (CESCE u COSEC) datati t-22 ta' Novembru 2010 u t-23 ta' Novembru 2010 rispettivament.

(7)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta' April 2011. (3) Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu kummenti dwar l-iskema. Ma daħal l-ebda kumment.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

2.1.   OBJETTIV

(8)

L-awtoritajiet Portugiżi allegaw li l-kriżi finanzjarja attwali rriżultat f'riskju miżjud għall-operazzjonijiet kummerċjali. Min-naħa tagħhom, dawn wasslu għal attitudni dejjem aktar konservattiva min-naħa tal-assiguraturi tal-kreditu, u dan huwa rifless fil-livell ta' kopertura tal-assigurazzjoni għar-riskji inerenti fl-operazzjonijiet kummerċjali.

(9)

L-objettiv tal-iskema huwa li tindirizza nuqqas tas-suq minħabba l-indisponibbiltà ta' assigurazzjoni ta' kreditu u li tgħin sabiex terġa' tiġi stabbilita l-kunfidenza fis-suq tal-assigurazzjoni ta' kreditu.

(10)

Dawk l-għanijiet qed jippruvaw jintlaħqu permezz ta' forniment ta' kopertura ta' assigurazzjoni ta' kreditu lil esportaturi u lil kumpaniji li temporanjament qed jaffaċċjaw l-indisponibbiltà ta' kopertura tal-assigurazzjoni tal-esportazzjoni fis-suq privat għal tranżazzjonijiet b'xerrejja f'pajjiżi tal-OECD jew għal tranżazzjoni domestika.

(11)

Skont l-awtoritajiet Portugiżi, is-settur tal-assigurazzjoni ċkien b'mod konsiderevoli mill-2008 'l hawn, u dan irriżulta fl-indisponibbiltà ta' kopertura. Fit-30 ta' Settembru 2010, il-valur totali tal-portafoll assigurat naqas bi 32,84 % bejn il-31 ta' Diċembru 2009 u l-31 ta' Diċembru 2009 u bi 22,4 % ulterjuri mill-31 ta' Diċembru 2009 sat-30 ta' Settembru 2010. Il-valur totali tal-portafoll ta' assigurazzjoni naqas għal EUR 15,9 biljun fl-2010 minn EUR 30,6 biljun fi tmiem l-2008. In-numru ta' impriżi assigurati naqas minn 3 709 fi tmiem l-2008 għal 2 290 f'Settembru 2010. Ġew ipprovduti wkoll ittri mingħand assiguraturi sabiex l-awtoritajiet jiġġustifikaw il-ħtieġa għat-tkomplija tal-iskema sa tmiem l-2010, minkejja allegazzjonijiet fl-ittri li l-ammont ta' kopertura massima mogħti mill-iskema ma kienx se jintlaħaq. Dawk l-ittri spjegaw il-ħtieġa għall-iskema billi rreferew għar-riskju miżjud tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni minħabba s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali fiż-żminijiet ta' rkupru mill-kriżi, b'żieda sussegwenti fil-prezzijiet u tnaqqis tal-kopertura minn assiguraturi privati f'ċerti setturi.

2.2.   BAŻI ĠURIDIKA

(12)

Il-bażi ġuridika nazzjonali għall-iskema hija d-Digriet-Liġi Nru 175/2008 li jistabbilixxi l-Finova tas-26 ta' Awwissu 2008 u d-Digriet-Liġi Nru 211/1998 tas-16 ta' Lulju 1998 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għas-soċjetajiet ta' garanzija reċiproka (kif emendat mid-Digriet-Liġijiet Nru 19/2001 tat-30 ta' Jannar 2001 u Nru 309-A/2007 tas-7 ta' Settembru 2007).

2.3.   KORP TA' IMPLIMENTAZZJONI

(13)

L-iskema hija implimentata permezz tal-assiguraturi tal-kreditu privati attivi fis-suq Portugiż li ġejjin: COSEC, CESCE, COFACE u Credito y Caución.

2.4.   BENEFIĊJARJI

(14)

Skont it-tagħrif imressaq fis-26 ta' Novembru 2010 mill-awtoritajiet Portugiżi, kien hemm 399 benefiċjarju abbonat għall-iskema f'Ottubru 2010.

(15)

Is-segmentazzjoni tal-limiti tal-kreditu mogħtija f'Ottubru 2010 hija pprovduta mill-ġdid fit-tabelli li ġejjin:

(16)

Użu mill-assiguratur intermedjarju:

Kumpanija tal-assigurazzjoni

Benefiċjarji

Limitu ta' kreditu f'euro

Numru

(%)

Valur

(%)

COSEC

273

68,42

151 693 571

71,68

Credito y Caución

43

10,78

28 259 171

13,35

CESCE

55

13,78

24 747 850

11,69

COFACE

28

7,02

6 929 700

3,27

Total

399

100

211 630 292

100

(17)

Analiżi disaggregata skont id-daqs tas-suq f'euro skont jekk it-tranżazzjoni hiex waħda domestika jew ta' esportazzjoni f'Ottubru 2010:

 

Limitu ta' kreditu effettivament użat (4)

Valur (Eur)

(%)

Tranżazzjonijiet tal-kummerċ domestiku

137 175 542

73,20

Tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni

50 221 841

26,80

Total

187 397 383

100

(18)

Analiżi disaggregata skont id-daqs tal-benefiċjarju:

Daqs tal-benefiċjarju

Benefiċjarji

Limitu ta' kreditu f'euro

Numru

(%)

Valur (Eur)

(%)

Impriżi kbar

126

31,58

101 135 009

47,79

Impriżi medji

158

39,60

71 507 618

33,79

Mikro-impriżi/Impriżi żgħar

115

28,82

38 987 665

18,42

Total

399

100

211 630 292

100

2.5.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET TAL-APPLIKAZZJONI TAL-ISKEMA

(19)

L-iskema tkopri riskji kummerċjali (bħal insolvenza u inadempjenza mtawla) marbutin ma' tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni għal perjodi ta' inqas minn sentejn ma' pajjiżi tal-OECD, u r-riskji marbutin ma' tranżazzjonijiet tal-kummerċ domestiku.

(20)

L-assigurazzjoni pubblika topera bħala faċilità ta' kondiviżjoni tar-riskji (“assigurazzjoni miżjuda”) ma' assiguraturi privati. Tigħata biss bħala suppliment għall-kopertura pprovduta minn assiguratur privat.

(21)

Skont l-awtoritajiet Portugiżi, l-assigurazzjoni pubblika tingħata bl-istess termini u kundizzjonijiet eżatti bħall-assigurazzjoni privata. Għalhekk, l-ammont kopert mill-assigurazzjoni pubblika qatt ma jista' jaqbeż l-ammont kopert mill-assiguratur privat. Madanakollu, il-primjum tal-assigurazzjoni applikabbli huwa ta' 60 % tal-primjum mitlub mill-assiguratur privat. Ir-rata medja applikabbli taħt l-iskema rrappreżentat 0,21 % tal-fatturat, filwaqt li fl-2009, ir-rata tas-suq mitluba mill-assiguraturi privati rrappreżentat medja ta' 0,36 % tal-fatturat. Anki r-rati medji tas-suq — ta' 0,23 % u 0,24 % fl-2007 u l-2008 rispettivament — kienu ogħla mir-rata medja applikabbli taħt l-iskema mill-2009 'l quddiem.

(22)

F'każ li jseħħ l-avveniment assigurat, kwalunkwe ammonti rkuprati jinqasmu bejn l-Istat u l-assiguratur privat li jipprovdi l-kopertura bażika, b'mod proporzjonat għas-sehem tal-kopertura totali garantita, jiġifieri s-sehem tal-kwota. Il-proċedura ta' rkupru hija amministrata mill-assiguratur privat.

2.6.   DURATA

(23)

L-iskema ġiet notifikata fit-12 ta' Jannar 2009 u testendi bejn l-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2010. Ma ġiet notifikata l-ebda estensjoni lill-Kummissjoni.

2.7.   BAĠIT

(24)

Skont it-tagħrif sottomess mill-awtoritajiet Portugiżi lill-Kummissjoni, il-garanzija massima għal kull benefiċjarju individwali hija ta' EUR 1,5 miljun.

(25)

Skont it-tagħrif sottomess mill-awtoritajiet Portugiżi lill-Kummissjoni, il-baġit globali għall-iskema kemm għat-tranżazzjonijiet domestiċi kif ukoll għal dawk ta' esportazzjoni huwa ta' EUR 2 biljun. (5)

3.   DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(26)

Fid-deċiżjoni tagħha tas-27 ta' Ottubru 2010 sabiex tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni fasslet il-valutazzjoni preliminari tagħha u esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-iskema mas-suq intern. Id-dubji espressi f'dik id-deċiżjoni kkonċernaw:

L-applikazzjoni tal-iskema għall-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir, li fiha l-ipprezzar tal-garanzija kien aktar baxx mil-livell normalment meħtieġ skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar assigurazzjoni ta' esportazzjoni bi kreditu fuq żmien qasir (6) (li minn hawn 'il quddiem se tissejjaħ “il-Komunikazzjoni”). Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-fatt li r-remunerazzjoni kienet meħtieġa u proporzjonata sabiex jinkiseb l-objettiv, meta wieħed iqis id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni li din timplika.

L-applikazzoni tal-iskema għal tranżazzjonijiet domestiċi. Il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-kompatibbiltà fir-rigward tal-miżura u mill-ġdid xeħtet dubji dwar l-ipprezzar tal-garanzija pprovduta.

4.   KUMMENTI MILL-PORTUGALL

(27)

Fil-kummenti tagħhom dwar il-ftuħ tal-proċedura formali ta' investigazzjoni, l-awtoritajiet Portugiżi jargumentaw li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-kumpaniji taħt l-iskema jibbenefikaw minn vantaġġ li ma kienx ikun disponibbli mhijiex konsistenti mal-objettivi espressi fil-Qafas Temporanju. Sabiex jixhdu l-falliment tas-suq, l-awtoritajiet Portugiżi jirreferu għall-proporzjon tat-telf, li laħaq rekord ta' 102 % fl-2008, minkejja l-fatt li n-numru ta' impriżi koperti mill-assigurazzjoni kien naqas b'29,41 % fi tmiem l-2009 meta mqabbel ma' tmiem l-2008 u bi 12,53 % ulterjuri sa tmiem Settembru 2010. Il-valur tal-portafoll assigurat kien naqas bi 32,84 % fi tmiem l-2009 meta mqabbel ma' tmiem l-2008 u b'22,36 % ulterjuri f'Settembru 2010. Il-Portugall jargumenta li anki Stati Membri oħrajn adottaw skemi bħal dawn.

(28)

Fir-rigward tan-natura selettiva tal-vantaġġ, il-Portugall jargumenta li l-iskema mhijiex selettiva, iżda tikkostitwixxi miżura ta' karattru ġenerali li ma tinvolvix diskriminazzoni intra-settorjali jew trans-settorjali. Il-Portugall jikkritika wkoll in-nuqqas ta' definizzjoni mill-Kummissjoni ta' x'jiddefinixxi miżura ġenerali. Skont il-Portugall, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni tintwera permezz ta': (i) l-applikazzjoni tal-iskema anki għal kumpaniji minn Stati Membri oħrajn li huma attivi fil-Portugall; (ii) l-aċċettazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-iskema mill-erba' assiguraturi kollha attivi fil-Portugall, li tal-inqas f'parti minnhom kollha kemm huma għandhom entitajiet barranin bħala proprjetarji tagħhom; (iii) in-nuqqas ta' bidla tal-ħtiġijiet ta' finanzjament matul il-kriżi; (iv) il-benefiċjarju ewlieni tal-iskema, li f'Ottubru 2010 kien is-segment tal-operazzjonijiet relatati mas-suq nazzjonali (73,2 %); (v) il-possibbiltà li l-impriżi kollha li joperaw fil-Portugall jużaw l-iskema, indipendentement minn jekk in-natura tal-attivitajiet tagħhom hijiex marbuta mal-kummerċ fi prodotti (is-setturi tal-“kostruzzjoni”, “trasport” u “servizzi oħrajn — ħlief il-kummerċ” ibbenefikaw mill-iskema b'ammonti ta' EUR 2 155 000, EUR 471 500 u EUR 4 580 000 rispettivament), għad li fin-natura tagħhom, il-krediti għall-esportazzjoni huwa relatat l-aktar mat-tranżazzjonijiet fi prodotti. Barra minn hekk, skont il-Portugall, il-mudell ta' assigurazzjoni miżjuda mhuwiex sors ta' diskriminazzjoni peress li ma jipprevjeni lill-ebda impriża milli tinnegozja polza bħal din ma' assiguratur privat. L-awtoritajiet pubbliċi jiddependu kompletament mill-valutazzjoni tar-riskji tal-assiguraturi privati. Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Portugiżi, il-limitu massimu stabbilit għal kull assigurazzjoni ma jipprevjenix aċċess għaliha mill-impriżi l-kbar, li bbenefikaw mill-iskema (sa 47,79 % f'termini ta' valur ta' operazzjonijiet, meta mqabbla ma' 33,79 % għall-impriżi ta' daqs medju u 18,42 % għall-impriżi ż-żgħar, iżda li jitilgħu għal 31,58 % biss f'termini ta' numru ta' benefiċjarji, meta mqabbla ma' 39,60 % għall-impriżi ta' daqs medju u 28,82 % għall-impriżi ż-żgħar). Dak il-limitu massimu huwa mfassal sabiex jiżgura li r-riżorsi tal-Istat involuti jkunu proporzjonati għall-objettivi mixtieqa, u li r-riskju jkun diversifikat sew, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat aċċess għall-iskema għal numru akbar ta' impriżi. Skont l-awtoritajiet Portugiżi, il-fatt li ma ntużax l-ammont massimu tal-iskema huwa prova tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni għall-impriżi l-kbar. Fl-aħħar nett, il-Portugall jixħet dubju dwar ir-rabta bejn il-ġurisprudenza indikata mill-Kummissjoni fil-punt 36 tad-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali u d-diskriminazzjoni. L-awtoritajiet Portugiżi jiddispjaċihom li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx kriterji li miżura tkun trid tilħaq sabiex tkun definita bħala ta' natura ġenerali.

(29)

Il-Portugall iġġustifika l-ipprezzar aktar baxx tal-iskema meta mqabbla mal-assigurazzjoni privata, billi jargumenta li tista' tiġi osservata għażla avversa hekk kif l-impriżi jagħżlu li jassiguraw l-inqas operazzjonijiet riskjużi taħt l-iskema, filwaqt li jħallu l-operazzjonijiet aktar riskjużi għall-kopertura mill-assigurazzjoni privata. F'dan ir-rigward, skont l-awtoritajiet Portugiżi, ir-raġunament tal-Kummissjoni ma jkunx relevanti fis-settur tal-krediti għall-esportazzjoni, fejn ir-riskju ma jikbirx mal-ammont ta' kreditu kif jagħmel għall-kreditu tal-banek. Skont l-awtoritajiet Portugiżi, ir-riskju baxx jintwera wkoll mill-fatt li f'Ottubru 2010 l-volum ta' pretensjonijiet akkumulati fl-iskema żdiedu b'0,26 % biss tal-valur totali ta' kuntratti ta' assigurazzjoni. Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Portugiżi, l-ipprezzar applikat għall-garanzija mill-Istat jikkorrispondi għall-ipprezzar tas-suq qabel il-kriżi u għaldaqstant, ma jinvolvix vantaġġ għall-benefiċjarji tiegħu.

(30)

Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Portugiżi, l-iskema ma twassalx għal distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri għaliex: (i) hija tkopri wkoll operazzjonijiet nazzjonali; (ii) il-kostijiet tal-assigurazzjoni huma differenti fl-Istati Membri, kif muri mill-ipprezzar differenti ta-assigurazzjoni; u (iii) dak it-tip ta' servizz huwa indisponibbli fis-suq.

5.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI OĦRAJN

(31)

Wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali fil-Ġurnal Uffiċjali tad-9 ta' April 2011, il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kummenti minn partijiet terzi.

6.   VALUTAZZJONI

6.1.   KWALIFIKA TAL-MIŻURI BĦALA GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(32)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jiddikjara:

Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(33)

Sabiex l-Artikolu 107(1) tat-TFUE jkun applikabbli, hemm bżonn ta' miżura ta' għajnuna imputabbli għall-Istat li tingħata mir-riżorsi tal-Istat, taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq intern billi tagħti vantaġġ selettiv lil ċerti intrapriżi.

Riżorsi tal-Istat

(34)

Kif spjegat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2010 li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali, l-assigurazzjoni hija direttament ipprovduta mill-Istat u kwalunkwe telf li joħroġ mill-iskema jaffettwa l-baġit nazzjonali. Għaldaqstant, l-iskema tinvolvi riżorsi tal-Istat. L-involviment tar-riżorsi tal-Istat mhuwiex ikkontestat mill-Portugall.

Vantaġġ selettiv għall-utenti

(35)

Il-Kummissjoni analizzat is-swieq tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fid-deċiżjonijiet tagħha dwar l-iskemi ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir. (7) Tipikament, ir-rati tal-primjum fis-suq tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni għal perjodu ta' żmien qasir huma stabbiliti f'kuntratti għal perjodi b'minimu ta' sena. Għaldaqstant, kull bidla fl-ipprezzar tal-kopertura hija effettiva biss wara ċertu żmien. Barra minn hekk, il-prattika tas-suq hija li tiġi aġġustata l-provvista tal-assigurazzjoni ta' kreditu billi jiżdiedu jew jonqsu l-ammonti ta' kreditu offruti u mhux billi tinbidel ir-rata imposta fuq il-kopertura. Din il-prattika ilha titħaddem sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja, kif muri mill-ittri ta' ċaħda ta' kopertura mibgħuta mill-Portugall u l-ittri ta' ċaħda mibgħuta f'każijiet oħrajn ta' skemi ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir. (8) B'mod ġenerali, l-ittri ta' ċaħda mill-assiguraturi ma joffrux lill-esportaturi l-alternattiv ta' prezz ogħla għall-kopertura ta' ċerti xerrejja. L-evidenza turi li bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja, l-assiguraturi privati naqqsu b'mod sinifikanti l-kopertura offruta, spiss billi rtirawha kollha kemm hi. Dejta oħra pprovduta mill-operaturi tas-suq tikkonferma dak li ntqal sa issa. (9) Għalhekk, il-kompetizzjoni bejn l-assiguraturi hija bbażata l-aktar fuq il-kwantitajiet u mhux fuq il-prezzijiet. Permezz tal-miżura, l-Istat wieġeb għad-domanda mhux koperta mill-operaturi privati eżistenti. Madanakollu, f'suq kompetittiv mingħajr interventi mill-Istat, operatur ġdid kien iwieġeb għad-domanda billi jagħti kopertura tal-assigurazzjoni addizzjonali. Konsegwentement, l-effett tal-intervent tal-Istat kien li jipproteġi l-pożizzjonijiet tas-suq tal-operaturi privati diġà attivi fis-suq Portugiż.

(36)

L-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir hija prodott li fih l-assiguratur jieħu fuqu r-riskju kummerċjali u politiku ta' inadempjenza mix-xerrej fi tranżazzjoni kummerċjali. Il-banek ukoll joffru li jieħdu fuqhom riskji kummerċjali ta' tranżazzjonijiet kummerċjali permezz ta' kreditu dokumentarju u fatturament mingħajr id-dritt ta' rikors. Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir offruta minn kumpaniji tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni u kreditu dokumentarju offrut minn banek huma sostituti min-naħa tad-domanda fis-suq għal protezzjoni kontra r-riskju kummerċjali fit-tranżazzjonijiet kummerċjali. Tal-inqas sa ċertu punt, fin-nuqqas ta' interventi tal-Istat, l-esportaturi setgħu rrikorrew għal kreditu dokumentarju (ittra ta' kreditu) offrut mill-banek. (10) Minħabba s-sostitwibbiltà possibbli bejn l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir offruta mill-assiguraturi u l-kreditu dokumentarju offrut mill-banek, il-miżura tinvolvi vantaġġ favur is-settur tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir, għax tikkontribwixxi għaż-żamma tas-sehem mis-suq tal-assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni fis-suq għall-protezzjoni kontra r-riskji kummerċjali u politiċi tat-tranżazzjonijiet kummerċjali. Peress li l-banek mhumiex eliġibbli li japplikaw għall-iskema, li fiha l-assigurazzjoni pubblika hija offruta biss bħala suppliment għall-kopertura mogħtija mill-assiguraturi privati, il-vantaġġ huwa selettiv.

(37)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura tagħti vantaġġ selettiv lill-assiguraturi.

Vantaġġ selettiv għall-esportaturi u l-kumpaniji tal-kummerċ domestiku

(38)

L-esportaturi u l-kumpaniji ta' kummerċ li jissottoskrivu għall-iskema jħallsu primjum li huwa aktar baxx mill-primjum tas-suq. Dan iwassal għal tisħiħ tal-pożizzjoni tal-kumpaniji li jibbenefikaw mill-iskema meta mqabbla ma' dawk li potenzjalment jirċievu l-kopertura mill-assiguraturi privati biss bi prezz tas-suq. Is-sempliċi tisħiħ, permezz ta' miżuri ta' skema, tal-pożizzjoni ta' uħud mill-atturi fis-suq meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom f'sitwazzjoni komparabbli, tqies li jikkostitwixxi vantaġġ. (11) F'dan il-każ, it-tisħiħ tal-pożizzjoni ta' dawk il-benefiċjarji ma kienx ikun possibbli bl-istess mod mingħajr l-intervent tal-Istat.

(39)

Barra minn hekk, kif iddikkjarat mill-Portugall, il-kopertura mhijiex disponibbli fis-suq, tal-inqas sal-istess punt, għar-riskji koperti bl-iskema. Għalhekk, il-kumpaniji li jibbenefikaw mill-iskema jirċievu vantaġġ doppju fil-forma ta' aċċess għal kopertura tal-assigurazzjoni li ma kinitx tkun disponibbli: mhux biss jibbenefikaw minn primjum aktar baxx mill-prezz tas-suq, iżda jibbenefikaw ukoll mill-eżistenza ta' kopertura addizzjonali.

(40)

L-iskema tal-Portugall hija de facto selettiva.

(41)

Indikazzjoni inizjali li l-iskema hija selettiva hija li l-kumpaniji li jibbenfikaw mill-miżura huma kważi esklussivament kumpaniji li jinnegozjaw fi prodotti, filwaqt li l-kumpaniji li jipprovdu servizzi jibbenefikaw ferm inqas minnha. Fil-kuntest tal-proċeduri ta' investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Portugiżi jiddikkjaraw li ma hemm l-ebda xkiel legali li jipprevjeni lill-kumpaniji mhux involuti f'attivitajiet kummerċjali milli jibbenefikaw mill-iskema u li s-setturi tal-“kostruzzjoni”, “trasport” u “servizzi oħrajn — ħlief il-kummerċ” ibbenefikaw mill-iskema. Madanakollu, il-Portugall jammetti wkoll li fin-natura tagħha, l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni tikkonċerna l-aktar it-tranżazzjonijiet fi prodotti. Il-kumpaniji li jipprovdu trasport u servizzi oħrajn ammontaw biss għal 2,4 % mill-assigurazzjoni pprovduta mill-iskema f'Ottubru 2010. Peress li l-intrapriżi li pprovdew servizzi kienu 8 biss minn total ta' 361 intrapriża li bbenefikaw mill-iskema u madwar 1,25 % tas-sehem tal-limiti ta' kreditu, jidher biċ-ċar li essenzjalment, il-miżura inkwistjoni għenet lill-kumpaniji li jinnegozjaw fi prodotti.

(42)

Hemm elementi oħrajn li juru li l-iskema hija de facto selettiva.

(43)

L-ewwel nett, minkejja d-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Portugiżi li l-iskema hija ta' karattru ġenerali għaliex il-benefiċjarji huma definiti minn kriterji oġġettivi li ma jinvolvux diskriminazzjoni kontra entitajiet minn Stati Membri oħrajn, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-iskema jagħtu ċerta marġni ta' diskrezzjoni fl-għażla tal-benefiċjarji. L-iskema ssegwi mudell ta' “assigurazzjoni miżjuda”, li skontu huma biss dawk il-kumpaniji li għandhom limitu ta' kreditu ma' assiguratur privat li jkunu eliġibbli għall-iskema, filwaqt li l-kumpaniji li l-assiguraturi tal-kreditu privati jiċħdu milli jkopruhom kompletament ma jkunux eliġibbli għall-“assigurazzjoni miżjuda”. L-iskema tħalli kompletament f'idejn il-kumpaniji privati sabiex jiddeċiedu dwar l-eliġibbiltà għall-kopertura. Fin-nuqqas ta' kriterji uniformi u oġġettivi għad-determinazzjoni tar-riskju involut fit-tranżazzjonijiet li jwettaq kull esportatur jew negozjant, l-iskema tagħti lill-operaturi privati grad ta' latitudni meta jiddeċiedu dwar l-affidabbiltà kreditizja tal-kumpaniji li huma eliġibbli sabiex japplikaw għall-kopertura. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li sabiex titqies bħala mhux selettiva, miżura għandha tkun ibbażata fuq kriterju ta' applikazzjoni li huwa oġġettiv, li ma jkollu l-ebda konnotazzjoni ġeografika jew settorjali, u li jkun konformi mal-objettiv tal-miżura. (12) F'dan il-każ, in-nuqqas ta' kriterji oġġettivi għad-deċiżjoni ta' għoti ta' kopertura privata iwassal għal diskriminazzjoni potenzjali bejn il-benefiċjarji li huma f'sitwazzjoni fattwali komparabbli. (13)

(44)

It-tieni nett, anki jekk il-kriterji ta' aċċess għall-iskema kellhom jitqiesu oġġettivi, il-Qorti ddeċidiet li s-sempliċi eżistenza ta' kriterji oġġettivi ma tippreġudikax in-natura selettiva tal-miżura fejn il-miżura jkollha l-effett li tagħti vantaġġ lil ċerti intrapriżi għad-detriment ta' oħrajn. Għalhekk, il-Qorti ddikkjarat li 'il-fatt li, fil-mira tagħha, l-għajnuna ma għandhiex riċevitur speċifiku wieħed jew aktar definiti minn qabel, iżda hija soġġetta għal serje ta' kriterji oġġettivi li skonthom tista' tingħata, fi ħdan il-qafas ta' allokazzjoni ta' baġit ġenerali predeterminata, lil numru indefinit ta' benefiċjarji li mhumiex inizjalment identifikati b'mod individwali, ma jistax ikun biżżejjed sabiex jinxteħet dubju dwar in-natura selettiva tal-miżura u, konsegwentement, il-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 92 tat-Trattat [107(1) TFUE].L-aktar, dik iċ-ċirkustanza tfisser li l-miżura inkwistjoni mhijiex għajnuna individwali.Madanakollu, ma tipprekludix lil dik il-miżura pubblika milli titqies bħala sistema ta' għajnuna li tikkostitwixxi miżura selettiva, u għaldaqstant, speċifika, jekk minħabba l-kriterji li jirregolaw l-applikazzjoni tagħha, din tipprovdi vantaġġ lil ċerti intrapriżi jew għall-produzzjoni ta' ċerti prodotti, b'esklużjoni ta' oħrajn'. (14) Għalhekk, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-interventi tal-Istat ma għandhomx jiġu ġġudikati fuq il-kawżi jew il-miri tagħhom, iżda fuq l-effetti tagħhom. (15) F'dan il-każ ikkonċernat, l-iskema hija de facto selettiva.

(45)

It-tielet, sabiex tkun ta' natura ġenerali, miżura ma tridx tkun ibbażata biss fuq kriterji oġġettivi u orizzontali, iżda lanqas ma trid tkun limitata fiż-żmien u fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Minkejja l-insistenza tal-Portugall dwar il-karattru ġenerali tagħha, l-iskema hija limitata kemm fiż-żmien kif ukoll fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, anki minħabba n-natura essenzjali tal-mudell ta' assigurazzjoni miżjuda, kif ġie spjegat aktar 'il fuq fil-premessa 43.

(46)

Fl-aħħar nett, il-kriterji taħt l-iskema mhumiex konformi mal-għan u l-loġika tal-miżura. (16) Anki li kieku l-iskema kellha tiġi applikata b'mod oġġettiv mill-assiguraturi privati, għall-iskema ikunu eliġibbli biss dawk il-kumpaniji li kellhom il-kopertura tagħhom imnaqqsa matul il-kriżi. Dawn il-kumpaniji li l-assiguraturi privati neħħewlhom kompletament il-limiti ta' kreditu huma esklużi mill-iskema. Għaldaqstant, minkejja l-għan tal-iskema li tindirizza indisponibbiltà allegata ta' kopertura fis-suq privat, din ma tkoprix il-kumpaniji li huma l-aktar affettwati mit-tnaqqis tal-kapaċità tal-assigurazzjoni privata fis-suq. F'dan ir-rigward, it-tfassil tal-miżura mhuwiex xieraq sabiex jindirizza n-nuqqas tas-suq identifikat

(47)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet li nġiebu sa issa, il-vantaġġi mogħtija lill-esportaturi u lill-kumpaniji ta' negozjar li jissottoskrivu mal-iskema huma ta' natura selettiva.

Effett fuq il-kummerċ u distorsjoni tal-kompetizzjoni

(48)

Rigward l-effett fuq il-kummerċ, l-iskema tkopri tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni u tranżazzjonijiet domestiċi fi prodotti negozjabbli.

(49)

Billi tkopri t-tranżazzjonijiet domestiċi, l-iskema tista' potenzjalment tħalli effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri sal-punt li tista' tgħawweġ sew il-flussi tal-kummerċ, pereżempju billi ċċaqlaq l-attivitajiet ekonomiċi mill-esportazzjoni għal tranżazzjonijiet domestiċi.

(50)

Fir-rigward tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sempliċi fatt li l-pożizzjoni kompetittiva ta' intrapriża tissaħħaħ meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu, billi tingħata benefiċċju ekonomiku li ma kinitx tirċievi fil-perkors normali tan-negozju taħha, jindika possibbiltà ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni. (17)

(51)

Peress li l-iskema tapplika għall-esportazzjoni, anki għal Stati Membri oħrajn, il-miżura taffettwa biċ-ċar il-flussi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, hekk kif tiffaċilita l-eżerċizzju tal-attività ta' esportazzjoni mill-benefiċjarji.

(52)

L-iskema taffettwa wkoll il-kummerċ peress li tkopri tranżazzjonijiet domestiċi. Hija ġurisprudenza stabbilita sew li fejn għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' kumpanija meta mqabbla ma' kumpaniji oħra f'kompetizzjoni fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu affettwati mill-għajnuna. F'dan ir-rigward, il-fatt li settur ekonomiku ġie liberalizzat fil-livell tal-Unjoni jista' jservi sabiex jiddetermina li l-għajnuna għandha effett reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, mhuwiex bilfors li l-kumpanija benefiċjarja stess tkun involuta fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. L-għajnuna minn Stat Membru lil kumpanija tista' tikkontribwixxi għaż-żamma jew għaż-żieda tal-attività fis-suq domestiku, bir-riżultat li l-kumpaniji mwaqqfa fi Stati Membri oħrajn ikollhom inqas opportunitajiet sabiex jidħlu fis-suq tal-Istat Membru inkwistjoni. Barra minn hekk, it-tisħiħ ta' intrapriża li, sa dak iż-żmien, ma kinitx involuta f'kummerċ ġewwa l-Unjoni jista' jqiegħed lil dik l-intrapriża f'pożizzjoni li tippermettilha tidħol fis-suq ta' Stat Membru ieħor. (18)

(53)

F'dan il-każ, il-miżura tibbenefika lil kumpaniji attivi f'diversi setturi miftuħa għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, anki l-vantaġġi mogħtija lil tranżazzjonijiet domestiċi ta' kumpaniji attivi biss fis-suq tal-Portugall jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(54)

Barra minn hekk, l-iskop tal-miżura huwa li tappoġġja l-attivitajiet ta' negozjar kummerċjali tal-kumpaniji stabbiliti fil-Portugall u mhux impriżi mwaqqfa fi Stati Membri oħrajn. Għaldaqstant, din il-miżura tista' tgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq intern.

Konklużjoni

(55)

Konsegwentement, dan il-proġett jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-għajnuna tista' titqies kompatibbli mas-suq komuni jekk tista' tikkwalifika għal waħda mill-eċċezzjonijiet stipulati fit-Trattat.

6.2.   KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA LILL-ASSIGURATURI

(56)

Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni stabbilixxiet kundizzjonijiet li skonthom, l-għajnuna lill-assiguraturi fil-forma ta' skemi ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir appoġġjati mill-Istat titqies kompatibbli. Fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, il-Qafas Temporanju jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni.

(57)

Il-punt 2.5 tal-Komunikazzjoni kif emendata (19) jiddefinixxi “riskji kummerċjabbli” bħala r-riskji kummerċjali u politiċi relatati mad-debituri pubbliċi u dawk mhux pubbliċi stabbiliti fil-pajjiżi elenkati fl-Anness (20) għall-Komunikazzjoni. Normalment, il-vantaġġi finanzjarji favur l-assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni li jidħlu jew li jkopru tranżazzjoni kwalifikata bħala riskju kummerċjabbli (“marketable”) huma projbiti.

(58)

Il-punt 3.1 tal-Komunikazzjoni jistabbilixxi li l-fatturi li jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni bejn assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni privati u pubbliċi jew dawk appoġġjati pubblikament u li jassiguraw riskji kummerċjabbli jinkludu garanziji tal-Istat de jure u de facto tat-teħid b'self u t-telf. Dawn il-garanziji jippermettu lill-assiguraturi sabiex jieħdu b'self b'rati aktar baxxi mir-rati normali tas-suq jew jagħtu lil dawn l-assiguraturi l-possibbiltà li jieħdu flus b'self. Barra minn hekk, dawn irendu inutli l-ħtieġa li l-assiguraturi jassiguraw lilhom infushom mill-ġdid fis-suq privat,

(59)

F'dak li jikkonċerna lill-pajjiżi mhux elenkati fl-Anness għall-Komunikazzjoni, dawn ir-riskji huma “mhux kummerċjabbli” fit-tifsira tal-Komunikazzjoni u l-appoġġ pubbliku sabiex jiġu assigurati mhuwiex kopert mill-Komunikazzjoni.

(60)

Il-punt 4.2 tal-Komunikazzjoni jistipula li r-'riskji kummerċjabbli' ma jistgħux jiġu koperti mill-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni b'għajnuna mill-Istati Membri. Madanakollu, il-punt 4.4 tal-Komunikazzjoni jistipula li f'ċerti kundizzjonijiet, dawn ir-riskji jistgħu jiġu temporanjament koperti mill-assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni pubbliċi jew dawk pubblikament appoġġjati. B'mod partikolari, jiddikkjara li r-riskji mġarrba fir-rigward tad-debituri stabbiliti fil-pajjiżi elenkati fl-Anness għall-Komunikazzjoni huma meqjusa bħala temporanjament mhux kummerċjabbli biss jekk ikun jista' jintwera li mhijiex disponibbli l-kopertura tal-assigurazzjoni privata għar-riskji ġeneralment meqjusa bħala kummerċjabbli. L-Istati Membri li jixtiequ jinvokaw dik il-klawżola ta' eċċezzjoni jridu jipprovdu rapport tas-suq u provi minn żewġ assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni ewlenin u internazzjonalment rikonoxxuti kif ukoll minn assiguratur tal-kreditu nazzjonali, fejn fit-tnejn li huma juru l-indisponibbiltà tal-kopertura għar-riskji fis-suq tal-assigurazzjoni privata. Barra minn hekk, sa fejn dan ikun possibbli, l-assiguratur tal-kreditu għall-esportazzjoni appoġġjat pubblikament irid jallinja r-rati tal-primjum tiegħu għal dawn ir-riskji mhux kummerċjabbli mar-rati mitluba xi mkien ieħor minn assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni privati għat-tip ta' riskju inkwistjoni u jipprovdi spjegazzjoni tal-kundizzjonijiet li l-assiguratur tal-kreditu għall-esportazzjoni pubbliku jkun beħsiebu japplika fir-rigward ta' dawn ir-riskji.

(61)

Sabiex titħaffef il-proċedura, sal-31 ta' Diċembru 2010, il-Qafas Temporanju ssimplifika l-provi li l-Istati Membri jridu jipprovdu sabiex juru l-indisponibbiltà tal-kopertura. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kellhom jipprovdu provi forniti minn assiguratur tal-kreditu għall-esportazzjoni privat, kbir u rikonoxxut internazzjonalment u assiguratur tal-kreditu nazzjonali jew minn tal-inqas erba' esportaturi stabbiliti sew fis-suq domestiku. Il-Qafas Temporanju ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2011. (21)

Indisponibbiltà tal-kopertura

(62)

Il-Portugall issottometta numru ta' ittri minn espotaturi li juru li huma ġew miċħuda kopertura għal għadd ta' tranżazzjonijiet. Minkejja dan, il-Kummissjoni ma sabitx biżżejjed provi ta' indisponibbiltà tal-kopertura fl-ittri pprovduti mill-awtoritajiet tal-Portugall. Ir-raġunijiet ipprovduti f'dawk l-ittri għaċ-ċaħda jew huma kunfidenzjali jew inkella jiddikjaraw b'mod speċifiku li ċ-ċaħda hija dovuta għal-likwidità baxxa u l-pożizzjoni finanzjarja tal-klijent, jiġifieri prattika tan-negozju normali f'suq tal-assigurazzjoni li jaħdem sew. Fit-tweġiba tiegħu għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2010 li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Portugall ipprovda dejta li turi tnaqqis fin-numru ta' impriżi li jagħmlu assigurazzjoni (hemm nuqqas ta' 29,41 % sa tmiem l-2009 meta mqabbla mas-sena preċedenti, u ta' 12,53 % ulterjuri sa Settembru 2010), kif ukoll tnaqqis fil-valur tal-portafoll assigurat (tnaqqis ta' 32,84 % fi tmiem l-2009 meta mqabbla mas-sena preċedenti, u ta' 22,36 % ulterjuri sa' Settembru 2010). Madanakollu, miż-żewġ ittri mill-assiguraturi privati pprovduti mill-Portugall li jindikaw l-indisponibbiltà ta' kopertura fis-suq privat, waħda minnhom (minn CESCE, datata t-22 ta' Novembru 2010) tiddikkjara li l-ħtiġijiet finanzjarji tal-impriżi naqsu wkoll minħabba tnaqqis fis-swieq ta' xiri. Għaldaqstant, tnaqqis allegat ta' volumi assigurati mhijiex prova biżżejjed tal-indisponibbiltà ta' kopertura fis-suq.

(63)

Barra minn hekk, jekk tabilħaqq il-kopertura ma tkunx disponibbli fis-suq privat u mbagħad issir disponibbli meta l-Istat jagħti kopertura parzjali, dan jista' jindika li l-assiguraturi rċivew għajnuna mill-Istat. Peress li dak is-suq jaġġusta l-aktar bil-kwantità u mhux bil-prezzijiet, kif spjegat fil-premessa 35, id-disponibbiltà tal-kreditu mill-għajnuna mill-Istat tippermetti lill-operaturi diġà preżenti fis-suq sabiex iżommu l-pożizzjoni tagħhom.

Allinjament tar-rati tal-primjum mar-rati mitluba mill-assiguraturi tal-kreditu privati

(64)

Ir-rati mitluba fl-iskema jirrappreżentaw 60 % tar-rata mitluba minn assiguratur privat għall-kopertura lill-istess klijent. Barra minn hekk, kuntrarju għall-allegazzjonijiet tal-Portugall, ir-riskju trasferit fl-Istat bl-iskema jista' jitqies ogħla mir-riskju kopert mill-assiguratur privat fuq bażi awtonoma. Għandu jiġi mfakkar li r-riskju ta' inadempjenza jiżdied meta jiżdied l-ammont assigurat. Għalhekk, b'ammont akbar ta' kopertura tal-assigurazzjoni, l-esportatur ikun jaċċetta li jwettaq aktar operazzjonijiet kummerċjali ma' xerrej partikolari. Il-volum totali ta' tranżazzjonijiet jista' jaqbeż il-kapaċità li x-xerrej iħallas lura.

(65)

L-awtoritajiet Portugiżi jqisu li r-riskju ta' tranżazzjonijiet addizzjonali huwa aktar baxx, meta wieħed iqis li l-ewwel nett, esportatur li kiseb kopertura limitata jassigura l-ewwel lix-xerrejja l-aktar riskjużi; b'kopertura miżjuda, l-esportatur ikompli jassigura progressivament lil xerrejja li huma inqas riskjużi. Madanakollu, dak l-argument jinjora l-fatt li l-limiti ta' kreditu jingħataw lil kull xerrej, u għaldaqstant, l-esportatur ma għandux l-għażla li juża b'mod esklussiv il-limitu kollu mogħti lix-xerrejja bl-inqas affidabbiltà kreditizja.

(66)

Barra minn hekk, l-argument tal-awtoritajiet Portugiżi li t-tranżazzjonijiet addizzjonali assigurati huma ta' riskju aktar baxx mit-tranżazzjonijiet assigurati mill-assiguratur privat iwassal għall-konklużjoni li l-assiguraturi privati jaċċettaw, għal livell partikolari ta' primjum, riskju ogħla, filwaqt li jirrifjutaw li jkopru tranżazzjonijiet b'riskju aktar baxx għall-istess livell ta' primjum. Li kieku dan l-argument kien korrett, assiguratur privat razzjonali jassigura aktar tranżazzjonijiet, xi ħaġa li tkun twassal għal żieda fl-introjtu mill-primjum filwaqt li jnaqqas ir-riskju. Fi kliem ieħor, l-argument tal-awtoritajiet Portugiżi jkun qed juri imġiba irrazzjonali tal-assiguraturi privati, li jkunu jaqblu li jassiguraw parti aktar riskjuża tal-portafoll minflok l-inqas parti riskjuża. Għaldaqstant, dan l-argument ma jistax jintlaqa'.

(67)

Minħabba r-riskju akbar kopert mill-miżura, l-Istat qiegħed jieħu fuqu skopertura ogħla għal telf finali mistenni meta mqabbel mal-assiguratur privat, meta jagħti u jipprezza l-kopertura inizjali fuq bażi awtonoma. Għaldaqstant, fil-każ ta' skema ta' assigurazzjoni miżjuda fejn id-deċiżjoni ta' estensjoni tal-kopertura tittieħed biss wara li jitfassal il-primjum għal-limitu inizjali tal-assigurazzjoni ta' kreditu, il-prezz tal-assigurazzjoni miżjuda jrid jirrifletti riskju ogħla ta' eċċess ta' kopertura possibbli. L-argument tal-awtoritajiet Portugiżi, li skonthom l-impriżi joperaw għażla avversa li tkun tiżgura li l-aktar operazzjonijiet riskjużi jiġu koperti minn assigurazzjoni privata, ma huwa appoġġjat mill-ebda dejta konkreta u lanqas mill-prattika magħrufa tas-suq. L-aktar forma komuni ta' assigurazzjoni ta' kreditu privata fuq perjodu ta' żmien qasir (politika tal-fatturat sħiħ) teħtieġ li l-portafoll sħiħ ta' bejgħ kreditat ikun kopert mill-politika. Għalhekk, il-kumpanija assigurata ma tkunx tista' tassigura r-riskji tagħha b'mod selettiv. Il-Kummissjoni tqis li l-prezz tal-assigurazzjoni supplementari kellu jieħu f'kunsiderazzjoni l-livell ogħla ta' riskju assunt. Għaldaqstant, il-prezz kellu jkun ogħla mill-prezz mitlub għall-kopertura bażi mill-assiguraturi privati.

(68)

F'dan il-każ, ir-rati mitluba fl-iskema huma aktar baxxi mir-rati attwali fis-suq tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, u dan huwa kkonfermat mill-Portugall fit-tweġiba tiegħu għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2010 li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali. Dak il-prezz huwa wkoll aktar baxx mir-rati tas-suq tal-2007 u tal-2008. Għal dik ir-raġuni, lanqas ma huwa kkonfermat l-argument imressaq mill-awtoritajiet Portugiżi, li skonthom il-prezz jikkorrispondi għar-rati tas-suq ta' qabel il-kriżi. Barra minn hekk, il-prezz għandu jieħu f'kunsiderazzjoni anki l-livell ta' riskju assunt. Għaldaqstant, fil-fatt, il-prezz għandu jkun ogħla mill-prezz tas-suq.

(69)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-iskema kif applikata għall-assiguraturi hija inkompatibbli mal-Komunikazzjoni u l-Qafas Temporanju.

6.3.   KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA LILL-ESPORTATURI U LILL-KUMPANIJI TAL-KUMMERĊ DOMESTIKU

6.3.1.   Kompatibbiltà tal-miżura mmirata lejn l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir

(70)

L-Artikolu 107(3)(c), applikabbli fiċ-ċirkostanzi normali tas-suq, u l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, applikabbli f'perjodi ta' taqlib serju fl-ekonomija, jippermettu li l-għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern f'ċerti kundizzjonijiet.

(71)

Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-ġurisprudenza, l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE jrid jiġi applikat b'mod restrittiv u jrid jindirizza taqlib fl-ekonomija sħiħa ta' Stat Membru. (22)

    Proprjetà L-għajnuna trid tkun immirata sew sabiex tkun tista' tilħaq l-objettivi ta' rimedju tat-taqlib serju fl-ekonomija b'mod effikaċji. Dan ma jkunx il-każ jekk il-miżura ma tkunx xierqa sabiex tirrimedja t-taqlib.

    Ħtieġa Il-miżura tal-għajnuna, fl-ammont u l-forma tagħha, trid tkun meħtieġa sabiex tilħaq l-objettiv. Għalhekk, trid tkun tal-inqas ammont meħtieġ sabiex tilħaq l-objettiv, u tieħu l-aktar forma xierqa sabiex tirrimedja t-taqlib. Fi kliem ieħor, jekk ammont inqas ta' għajnuna jew miżura f'forma li tikkawża inqas taqlib kienu biżżejjed sabiex jiġi rimedjat taqlib serju fl-ekonomija sħiħa, il-miżura inkwistjoni ma kinitx tkun meħtieġa. Dik l-analiżi hija kkonfermata minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja. (23)

    Proporzjonalità L-effetti pożittivi tal-miżuri jridu jiġu mwieżna sew kontra d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, sabiex id-distorsjonijiet ikunu limitati għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-miżuri. L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprojbixxi kull miżura pubblika selettiva li tkun kapaċi tgħawweġ il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Kull deroga fl-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE li tawtorizza l-għajnuna mill-Istat trid tiżgura li din l-għajnuna tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan iddikkjarat tagħha.

(72)

B'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Qafas Temporanju (paragrafu 5.1), kif estiż sal-31 ta' Diċembru 2012, sabiex il-miżuri tal-għajnuna jitqiesu kompatibbli, dawn iridu jissodisfaw ċerti kriterji:

a.

b.

c.

Proprjetà

(73)

Kif spjegat fil-premessa 46, it-tfassil tal-iskema jeskludi lill-kumpaniji l-aktar milquta mill-kriżi u għaldaqstant, mhiex xierqa biex tindirizza l-allegat nuqqas tas-suq ta' indisponibbiltà ta' kopertura privata.

Neċessità u proporzjonalità: allinjament tar-rati tal-primjum mar-rati mitluba mill-assiguraturi tal-kreditu privati

(74)

Kif iddikkjarat aktar 'il fuq fil-premessa 62, għad li t-tagħrif ipprovdut mill-Portugall jindika pressjoni fuq is-suq tal-assigurazzjoni ta' kreditu privat, dan jonqos milli juri indisponibbiltà ta' kopertura. Għaldaqstant, ma tistax tiġi stabbilita l-ħtieġa tal-intervent tal-Istat.

(75)

Kif spjegat fil-premessi 21 u 64, ir-rati mitluba fl-iskema jirrappreżentaw 60 % tar-rati mitluba mill-assiguraturi privati għal kopertura tal-istess klijent.

(76)

Kif spjegat aktar 'il fuq fil-premessi 65 sa 67, fil-każ ta' skema ta' assigurazzjoni miżjuda fejn id-deċiżjoni ta' estensjoni tal-kopertura tittieħed biss wara li jiġi stabbilit il-primjum għal-limitu inizjali tal-assigurazzjoni ta' kreditu, il-prezz tal-assigurazzjoni miżjuda jrid jirrifletti riskju ogħla ta' eċċess ta' kopertura possibbli.

(77)

L-objettiv li tiġi pprovduta l-kopertura tal-assigurazzjoni allegatament indisponibbli jista' jinkiseb ukoll permezz ta' skema pprezzata b'tali mod li tirrifletti r-riskju sottostanti mġarrab mill-Istat. Għaldaqstant, l-ipprezzar tal-iskema bbażat fuq primjum aktar baxx mill-primjum li jintalab mis-suq għal riskji simili mhuwiex proporzjonat għall-objettiv tal-iskema.

(78)

Minħabba dak li ntqal hawn fuq, il-parti tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni tal-iskema ma tistax titqies bħala għajnuna kompatibbli għall-esportaturi skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE u l-Qafas Temporanju.

(79)

Rigward l-Artikolu 107(3)(c), l-argumenti kollha fir-rigward tal-proprjetà:, il-ħtieġa u l-proporzjonalità huma pertinenti indaqs fl-analiżi tal-kompatibbiltà fl-Artikolu 107(3)(b). Għaldaqstant, l-għajnuna lill-assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni fl-iskema taffettwa l-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li tkun kuntrarja għall-interess komuni.

6.3.2.   Kompatibbiltà tal-iskema fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' assigurazzjoni tal-kummerċ domestiku

(80)

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-iskema għal tranżazzjonijiet domestiċi, l-assigurazzjoni tal-kummerċ domestiku bi prezz inqas minn dak tas-suq tista' ċċaqlaq it-tranżazzjonijiet mill-esportazzjoni favur tranżazzjonijiet domestiċi u jkollha impatt kbir fuq l-importazzjoni. Għaldaqstant, f'kundizzjonijiet normali tas-suq, l-appoġġ tal-Istat favur l-operazzjonijiet ta' kummerċ domestiku huwa strettament projbit. Madanakollu, is-subparagrafi (c) u (b) tal-Artikoli 107(3) tat-TFUE jippermettu li l-għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern f'ċerti ċirkustanzi. F'dak il-kuntest, il-Komunikazzjoni u l-Qafas Temporanju jistabbilixxu kriterji għall-kompatibbiltà tal-miżuri tal-għajnuna għal assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir. Madanakollu, dawk it-testi ma jkoprux tranżazzjonijiet tal-kummerċ domestiku.

(81)

Minkejja dan, il-Portugall innotifika l-iskema fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali taħt il-Qafas Temporanju. Għaldaqstant, irid jiġi stabbilit jekk fir-rigward tal-konsegwenzi b'effetti kbar tal-kriżi ekonomika attwali, l-iskema tistax titqies kompatibbli direttament skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE. Jekk le, f'dak il-każ irid jiġi analizzat jekk il-miżura tistax titqies kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c).

(82)

Rigward il-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, dik id-dispożizzjoni tippermetti lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara għajnuna kompatibbli mas-suq intern jekk ikollha l-għan “sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta' Stat Membru”.

(83)

Il-Kummissjoni ttenni li l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE jrid jiġi applikat b'mod ristrettiv u jrid jindirizza taqlib li jaffettwa l-ekonomija sħiħa ta' Stat Membru. (24) Tfakkar ukoll li, kif sptipulat aktar 'il fuq fil-premessa 73, il-miżura trid tissodisfa l-prinċipji ta' proprjetà, ħtieġa u proporzjonalità. Il-miżura ġiet implimentata fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali u hija limitata fiż-żmien.

(84)

Il-Kummissjoni rċiviet ittri minn esportaturi u assiguraturi privati li jindikaw tnaqqis fil-kopertura tal-assigurazzjoni għat-tranżazzjonijiet domestiċi.

(85)

L-awtoritajiet Portugiżi jargumentaw li l-proporzjon tat-telf żdied għal 102 %. Madanakollu, dik l-osservazzjoni mhijiex konklussiva peress li ż-żieda ilha ssegwi xejra kostanti sa mill-2004, kif muri fl-osservazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet Portugiżi. Dik iż-żieda kostanti fil-proporzjon ta' telf anki qabel ma bdiet il-kriżi finanzjarja tista' tindika, mhux nuqqas tas-suq fil-finanzjament tal-kummerċ domestiku, iżda problema strutturali fis-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma sabitx provi li l-iskema hija adattata sabiex tindirizza taqlib serju fl-ekonomija u tqis li l-iskema ma tistax tiġi ddikkjarata kompatibbli skont il-Qafas Temporanju jew l-Artikolu 107(3)(b).

(86)

Rigward il-kompatibbiltà tal-miżura skont il-Komunikazzjoni u l-Artikolu 107(3)(c), l-għan tal-iskema huwa li tindirizza l-indisponibbiltà ta' kopertura fis-suq tal-assigurazzjoni. Madanakollu, peress li hija skema ta' assigurazzjoni miżjuda li tagħti ċertu grad ta' latitudni fl-għażla tal-benefiċjarju f'idejn l-assiguraturi privati, l-iskema potenzjalment teskludi mill-kopertura kumpaniji li huma f'sitwazzjoni fattwali komparabbli mal-kumpaniji koperti, iżda li ġew affettwati aktar mill-kriżi. Kumpaniji esklużi bħal dawn kellhom il-kopertura tal-assigurazzjoni kompletament irtirata u mhux parzjalment koperta bħal fil-każijiet l-oħrajn. Barra minn hekk, il-miżura mhux biss tipprovdi kopertura addizzjonali lill-benefiċjarji, iżda tipprovdi wkoll vantaġġ f'termini ta' pprezzar, peress li l-primjums huma aktar baxxi mir-rati tas-suq. Kif diġà ġie osservat, ir-rati mitluba fl-iskema jirrappreżentaw 60 % tar-rati mitluba minn assiguratur privat għal kopertura tal-istess klijent, filwaqt li l-fatt li l-limitu tal-kopertura huwa estiż sad-doppju tal-limitu inzijali jimplika riskju ogħla li mhuwiex rifless mill-primjum. Il-livell tal-ipprezzar fl-iskema mhuwiex ġustifikat fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi indirizzata l-indisponibbiltà ta' kopertura tal-assigurazzjoni. L-iskema mhijiex proporzjonata sabiex tilħaq l-objettiv li ddikkjarat minħabba d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni.

(87)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat mogħtija għal operazzjonijiet ta' assigurazzjoni tal-kummerċ domestiku ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tas-subparagrafi (b) jew (c) tal-Artikoli 107(3) tat-TFUE u hija inkompatibbli mas-suq intern.

7.   KONKLUŻJONI

(88)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema tagħti għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE li ma tistax tiġi ddikkjarata kompatibbli mas-suq intern.

8.   IRKUPRU

(89)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (25), fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarji. Għandha tiġi rkuprata biss dik l-għajnuna li hija inkompatibbli mas-suq intern.

(90)

L-iskop tal-irkupru huwa li jreġġa' lura s-sitwazzjoni lejn dik li kien hemm qabel l-għoti tal-għajnuna. Dan jinkiseb ladarba l-għajnuniet inkompatibbli jitroddu lura mill-benefiċjarji, li għaldaqstant, jirrinunzjaw għall-vantaġġi li gawdew fuq il-kompetituri tagħhom. L-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jkun tali li jelimina l-vantaġġ ekonomiku mogħti lill-benefiċjarji.

(91)

Għall-kwantifikazzjoni eżatta tal-ammont tal-għajnuna, peress li ma huwa disponibbli l-ebda prezz tas-suq għal remunerazzjoni tal-kopertura tal-Istat, irid jiġi definit punt ta' riferiment xieraq. Kif stabbilit fl-ewwel inċiż tal-punt 4.2 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-garanziji, (26) l-'ekwivalenti fi flus' ta' garanzija ta' self f'sena partikolari li jista' jiġi kkalkolat bl-istess mod bħall-ekwivalenti fi flus ta' self b'kundizzjonijiet favorevoli. Għalhekk, l-ammont tal-għajnuna jista' jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn rata tas-suq teorika u r-rata miksuba grazzi għall-garanzija tal-Istat wara li jkunu tnaqqsu kwalunkwe primjums imħallsa.

(92)

Fir-rigward tal-għajnuna lill-assiguraturi, il-vantaġġ jieħu l-forma tal-preservazzjoni tas-sehem mis-suq tal-assiguraturi. Fin-nuqqas tal-għajnuna, il-kopertura setgħet tiġi pprovduta minn attur ieħor tas-suq. B'mod partikolari, kif spjegat aktar 'il fuq fil-premessa 35, il-kompetizzjoni fis-suq hija bbażata l-aktar fuq il-kwantitajiet u mhux fuq il-prezzijiet. Barra minn hekk, il-prattika tas-suq hija li jiġi ffissat prezz medju għall-portafoll sħiħ li mbagħad għandu jiġi assigurat mal-istess assiguratur (27) sabiex jiġi evitat li l-kumpanija assigurata tagħżel biss dak li jkun jaqblilha. L-għażla ta' dak li jaqblilha tista' sseħħ jekk il-kumpanija assigurata tkun ħallset prezz medju biss għal klijenti b'riskju għoli u ma tassigurax lill-klijenti b'riskju aktar baxx jew tassigura lil klijenti b'riskju baxx ma' assiguratur ieħor. Għaldaqstant, jekk attur ieħor tas-suq ikun ipprovda kopertura lill-esportaturi għal-limiti ta' kreditu mitluba sħaħ anki bi prezz ogħla, l-esportaturi aktarx li jkunu ħadu l-poloz tal-assigurazzjoni sħaħ tagħhom tal-fornitur ta' kopertura alternattiv. Il-vantaġġ f'termini monetarji huwa l-marġni ta' profitt li jkun sar fuq il-volum assigurat minn kull assiguratur privat mingħajr il-kostijiet assoċjati ma' dan il-volum. Dawn l-elementi, mibdula fi profitti li l-assiguraturi privati jaqilgħu billi jieħdu sehem fl-iskema matul il-perjodu li fih il-kopertura tal-assigurazzjoni miżjuda kienet ipprovduta mill-Istat, ikunu ġew irreġistrati minn attur ieħor tas-suq fin-nuqqas tal-iskema. Għaldaqstant, l-għajnuna favur l-assiguraturi hija kwantifikata bħala l-profitti li l-assiguraturi jkunu qalgħu billi ħadu sehem fl-iskema matul il-perjodu li kienet implimentata bħala riżultat tal-kopertura tagħhom tal-esportaturi individwali u l-kumpaniji tal-kummerċ domestiku li jabbonaw għall-iskema. Il-vantaġġ għall-klijenti li jabbonaw għall-iskema għandu jiġi kkalkolat fil-livell ta' kull assiguratur individwali li jieħu sehem fl-iskema u fil-każ ta' profitt li jaqbeż l-ammont de minimis, dan għandu jiġi rkuprat.

(93)

Fir-rigward tal-esportaturi, il-benefiċjarji kellhom iħallsu remunerazzjoni għall-kopertura tal-Istat fil-kundizzjonijiet tas-suq. Għaldaqstant, l-ammont tal-għajnuna għandu jkun ikkalolata bħala d-differenza bejn ir-rata tas-suq attwali, adattata għall-bidla fil-livell ta' riskju. Il-Kummissjoni żviluppat metodu għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat (spjegat fl-Anness għal din id-deċiżjoni) ibbażat fuq suppożizzjonijiet raġonevoli u fuq prattika komuni tas-suq. B'dan il-metodu, prezz tas-suq teoriku għal kopertura mogħtija mill-Istat huwa ekwivalenti għal 110 % tal-prezz (f'termini ta' rata tal-primjum) mitlub mill-assiguratur privat fil-każ ta' kull esportatur individwali. Peress li l-prezz mitlub fl-iskema huwa 60 % tal-primjums mitluba mill-assiguratur privat, l-ammont li għandu jiġi rkuprat f'kull tranżazzjoni huwa ekwivalenti għall-ammont mitlub mill-Istat fl-iskema multiplikat b'5/6.

(94)

L-ammont imsemmi fil-premessa 93 jikkostitwixxi l-ammont li għandu jiġi rkuprat, miżjud bl-imgħax ta' rkupru effettivament dovut fuq dak l-ammont mid-data li fiha l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji (data tal-garanziji individwali) sad-data ta' rkupru attwali tiegħu. L-imgħax ta' rkupru għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (28), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 271/2008 (29).

(95)

Din id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata minnufih, b'mod partikolari fir-rigward tal-irkupru tal-għajnuniet individwali kollha mogħtija fl-iskema ħlief għall-għajnuniet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti adottati skont l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (30) jew minn kwalunkwe skema ta' għajnuna approvata oħra sal-intensità tal-għajnuna massima jew il-limiti de minimis applikabbli għal dan it-tip ta' għajnuna.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat involuta fl-iskema ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir fl-applikazzjoni tad-Digriet-Liġi Nru 175/2008 li jistabbilixxi l-Finova tas-26 ta' Awwissu 2008 u d-Digriet-Liġi Nru 211/1998 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għas-soċjetajiet ta' garanzija reċiproka tas-16 ta' Lulju 1998 (kif emendat mid- Digriet-Liġi Nru 19/2001 tat-30 ta' Jannar 2001 u d-Digriet-Liġi Nru 309-A/2007 tas-7 ta' Settembru 2007), mogħtija illegalment mill-Portugall, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

L-għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 li, fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn Regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 jew minn kwalunkwe skema ta' għajnuna oħra approvata, hija kompatibbli mas-suq intern sal-intensitajiet tal-għajnuna massimi jew il-limiti de minimis applikabbli għal din it-tip ta' għajnuna.

Artikolu 3

1.   Il-Portugall għandu jirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1 mill-benefiċjarji.

2.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħax mid-data li fiha saru disponibbli għall-benefiċjarji sal-irkupru attawli tagħhom.

3.   3. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 271/2008.

4.   Minnufih, il-Portugall għandu jabolixxi l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u jikkanċella kull pagament pendenti tal-għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data ta' notifika ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   1. L-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 ikun immedjat u effikaċji.

2.   Il-Portugall għandu jiżgura li din id-deċiżjoni tkun implimentata fi żmien erba' xhur mid-data ta' notifika ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-deċiżjoni, il-Portugall għandu jissottometti t-tagħrif li ġej lill-Kummissjoni:

(a)

Il-lista ta' benefiċjarji li rċivew l-għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali ta' għajnuna rċevuta minn kull wieħed minnhom;

(b)

L-ammont totali (prinċipali u l-imgħax ta' rkupru) li għandu jiġi rkuprat minn kull benefiċjarju;

(c)

Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati sabiex tinkiseb konformità ma' din id-deċiżjoni;

(d)

Dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jroddu lura l-għajnuna.

2.   Il-Portugall għandu jżomm lill-Kummissjoni aġġornata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda għall-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmi fl-Artikolu 1. Fuq talba sempliċi mill-Kummissjoni, għandu jissottometti minnufih tagħrif dwar il-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati sabiex jikkonforma ma' din id-deċiżjoni. Għandu jipprovdi wkoll tagħrif dettaljat rigward l-ammonti ta' għajnuna u imgħax ta' rkupru diġà rkuprat mill-benefiċjarji.

Artikolu 6

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni,

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 111, 9.4.2011, p. 46.

(2)  ĠU C 16, 22.1.2009, p. 1. Il-Kummissjoni applikat il-Qafas Temporanju mis-17 ta' Diċembru 2008 u awtorizzat l-iskema ta' “Ammonti limitati ta' għajnuna” tal-Portugall (każ N 13/09) fid-19 ta' Jannar 2009 fuq il-bażi tal-Qafas Temporanju.

(3)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(4)  L-ammont totali tal-limitu ta' kreditu mogħti huwa ta' EUR 211,6 miljun, filwaqt li l-limitu ta' kreditu effettivament użat sabiex jiġu koperti l-operazzjonijeit kummerċjali kien ta' EUR 187,3 miljun.

(5)  Skont in-notifika tat-12 ta' Jannar 2009.

(6)  ĠU C 281, 17.9.1997, p. 4.

(7)  Ara, b'mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Awstrija fil-każ N 434/09 (ĠU C 25, 2010, 2.2.2010, p. 4), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Kreditu għall-esportazzjonijiet tad-Danimarka fil-Każ N 198/09 (ĠU C 179, 1.8.2009, p. 2) id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Belġju fil-Każ N 532/09 (ĠU C 19, 26.1.2010, p. 7), fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Finlandja fil-Każ N 258/09 (ĠU C 227, 22.9.2009, p. 1), id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Ġermanja fil-Każ N 384/09 (ĠU C 212, 5.9.2009, p. 11), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Ungerija fil-Każ N 187/10 (ĠU C 259, 15.9.2010, p. 6), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Lussemburgu fil-Każ N 50/09 (ĠU C 143, 24.6.2009, p. 6), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Litwanja fil-Każ N 659/09 (ĠU C 33, 10.2.2010, p. 5), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Latvja fil-Każ N 84/10, (ĠU C 213, 6.8.2010, p. 11), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu tal-esportazzjonijietskema ta' riassigurazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-Każ N 409/09 (ĠU C 270, 11.11.2009, p. 11), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tas-Slovenja fil-Każ N 713/09 (ĠU C 108, 28.4.2010, p. 3).

(8)  Ara, b'mod partikolari, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Belġju fil-każ N 532/09, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Finlandja fil-każ N 258/09,, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Ġermanja fil-każ N 384/09, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Lussemburgu fil-każ N 50/09, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Latvja fil-każ N 84/10, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu tal-esportazzjonijietskema ta' riassigurazzjoni tad-Danimarka fil-każ N 409/09, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tas-Slovenja fil-każ N 713/09.

(9)  Ara Credit insurance in support of international trade, Fabrice Morel, Berne Union, 2010, (“Assigurazzjoni ta' kreditu b'appoġġ għall-kummerċ internazzjonali”) http://www.berneunion.org.uk/pdf/Credit%20insurance%20in%20support%20of%20international%20trade.pdf.

(10)  Ara The Report on Market Trends of Private Reinsurance in the Field of Export Credit Insurance, il-KummissjoniEwropea (“Ir-Rapport dwar it-Tendenzi tas-Suq tar-Riassigurazzjoni privata fil-Qasam tal-Assigurazzjoni ta' kreditu għall-Esportazzjonijiet”), http://ec.europa.eu/competition/state_aid/studies_reports/export_credit_insurance_report.pdf.

(11)  Ara s-sentenza tal-Qorti (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Settembru 2011 fil-każ C-279/08 P, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, għadha ma ġietx ippubblikata.

(12)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' April 2008 fil-każ T-233/04 ir-Renju tal-Olanda vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2008] Ġabra II-00591, punt 88.

(13)  Sentenza fil-każ C-143/99 Adria-Wien Pipeline GmbH u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke GmbH vs Finanzlandesdirektion für Kärnten[2001] Ġabra I-08365, punt 41.

(14)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tielet Awla Estiża) tad-29 ta' Settembru 2000 fil-każ T55/99, Confederación Española de Transporte de Mercancias vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ġabra II-3207, punt 40 (Mhux disponibbli bil-Malti).

(15)  Sentenza fil-każ C-173/73 ir-Repubblika Taljana vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1974] Ġabra 00709, punt 13.

(16)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla Estiża) tal-10 ta' April 2008 fil-każ T233/04 ir-Renju tal-Olanda vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2008] Ġabra II-00591, punt 88.

(17)  Ara s-Sentenza fil-każ 730/79 Philip Morris Holland BV vs Il-Kummissjoni [1980] Ġabra 2671, punt 11.

(18)  Ara, b'mod partikolari, il-Każ C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze, Ġabra2006, p. I-289, paragrafi 141-143, u l-ġurisprudenza ċitata hemmhekk.

(19)  Ara r-rettifika ppubblikata fil-ĠU C 217, 2.8.2001, p. 2.

(20)  Il-lista tinkludi pajjiżi tal-UE u tal-OECD.

(21)  ĠU C 6, 11.1.2011, p. 5.

(22)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla Estiża) fil-każijiet magħquda T-132/96 u T-143/96 Freistaat Sachsen, Volkswagen AG u Volkswagen Sachsen GmbH vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1999] Ġabra II-3663, punt 167.

(23)  Ara s-Sentenza fil-każ 730/79 Philip Morris Holland BV vs Il-Kummissjoni [1980] Ġabra 2671, punt 17. Dan il-prinċipju ġie reġa' ġie kkonfermat mis-sentenza fil-każ C-390/06 Nuova Agricast Srl vs Ministero delle Attività Produttive [2008] Ġabra I-02577, punt 68.

(24)  Ara, pereżempju, s-Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla Estiża) fil-każijiet magħquda T-132/96 u T-143/96 Freistaat Sachsen, Volkswagen AG u Volkswagen Sachsen GmbH vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1999] Ġabra II-3663, punt 167.

(25)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(26)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

(27)  Din il-prattika tas-suq hija bbażata fuq l-użu predominanti tal-prodotti tal-fatturat sħiħ minflok il-prodotti ta' riskju individwali.

(28)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(29)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat- 30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).

(30)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta' għajnuna Statali orizzontali (ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1).


ANNESS

IPPREZZAR TAL-KOPERTURA TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ TA' ASSIGURAZZJONI MIŻJUDA

Il-primjums għall-kopertura tal-assigurazzjoni huma stabbiliti b'tali mod li tal-inqas ikopru t-telf mistenni u l-kostijiet amministrattivi. Għaldaqstant, il-primjum minimu aċċettabbli għal operatur ekonomiku solidu jista' jiġi espress kif ġej: PR = Prob × telf previst + amm = Prob × (Skopertura f'każ ta' inadempjenza — Ammont ta' Rkupru) + amm

Formula, fejn:

PR – primjum mitlub mill-assiguraturi privati fuq il-bażi awtonoma;

Prob – probabbiltà tal-avveniment assigurat;

Ammont ta' Rkupru – ammont mistenni ta' rkupru, ibbażat fuq id-dejta storika tas-suq;

Adm – kostijiet amministrattivi. Għall-finijiet ta' sempliċità, f'din l-analiżi huwa ssopponut li l-kostijiet amministrattivi huma żero (). Din is-suppożizzjoni ma taffettwax l-eżitu tal-analiżi għax il-kostijiet amministrattivi mhumiex komponent deċiżiv għat-tfassil tal-livell tal-primjum. Jekk tkun disponibbli dejta affidabbli dwar il-kostijiet amministrattivi, il-varjabbli faċilment jista' jiġi inkluż fl-analiżi.

(Skopertura f'każ ta' inadempjenza — l-ammont ta' telf massimu li għalih istituzzjoni tkun skoperta f'każ tal-inadempjenza tal-kontroparti tagħha.)

F'dan li ġej, is-sottoskrizzjoni “0” jirrappreżenta varjabbli fin-nuqqas ta' (jew qabel) intervent tal-Istat, u is-sottoskrizzjoni “S” taħt il-vers jirrappreżenta varjabbli mal-intervent tal-Istat.

Mill-formula ta' hawn fuq, jista' jidher li:

Formula

Skont id-definizzjoni:

Formula

Jew Formula

L-espressjoni hija trasformata kif ġej:

Formula

Karatteristika tal-miżura taħt skrutinju hija li l-kopertura taħt l-iskema, bħala massimu, hija ugwali jew inkella hija inqas mill-kopertura pprovduta mill-assiguratur (bażi) privat fin-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat (jiġifieri, il-kopertura appoġġjata mill-Istat hija l-aktar ekwivalenti għall-kopertura pprovduta mill-assiguratur privat). Jekk għalissa jiġi supponut li l-kopertura appoġġjata mill-Istat hija eżattament daqs il-kopertura pprovduta mill-assiguratur privat, tirriżulta r-relazzjoni li ġejja: Formula.

F'dak il-każ, l-espressjoni hija trasformata kif ġej:

Formula

Il-konsegwenzi ta' x'inhu magħruf fl-industrija bħala “sovrakkreditar” fuq l-ipprezzar korrett ta' kopertura tal-assigurazzjoni tal-kummerċ huma spjegati hawn taħt. Is-sovrakkreditar huwa osservat kemm fil-livell tal-probabbiltà ta' inadempjenza kif ukoll fil-livell tar-rata ta' rkupru.

Probabbiltà ta' inadempjenza

Il-probabbiltà ta' inadempjenza tiżdied mal-attività kummerċjali tax-xerrej. Il-kreditu tal-kummerċ u s-self tal-bank huma sostituti imperfetti: b'mod partikolari, it-tnejn li huma jistgħu jintużaw sabiex jespandu l-attività tax-xerrej/mutwatarju. Għaldaqstant, bħal fil-każ ta' self mill-bank, kreditu tal-kummerċ miżjud joħloq riskju ta' sovrakkreditar, jiġifieri x-xerrej jespandi l-attività tiegħu lil hinn minn dak li huwa ekonomikament effiċjenti. Fit-termini tal-formulas ippreżentati, is-sovrakkerditar jista' jiġi espress bħala:

ProbS Image Prob 0

B'mod partikolari, dik is-sitwazzjoni tfeġġ f'każijiet fejn l-esportatur ikun il-fornitur ewlieni tax-xerrej. F'dak il-każ, l-attività ekonomika tax-xerrej tiżdied b'mod proporzjonat mat-tranżazzjoni tal-kummerċ konkluża mal-esportatur assiguratur u għaldaqstant, tiżdied b'mod proporzjonat mal-ammont ta' kopertura tal-kreditu mogħtija.

Proporzjon ta' rkupru

Minħabba ż-żieda fl-iskopertura tal-kreditu, l-ammont li għandu jiġi rkuprat jiżdied ukoll. Madanakollu, peress li l-ammont rekuperabbli jiddependi fuq ir-rikavat mil-likwidazzjoni ipotetika, dan l-ammont teorikament rekuperabbli huwa limitat mill-ammont tal-assi li x-xerrej (jew l-amministratur tal-likwidazzjoni) jista' jbigħ sabiex ikopri l-obbligazzjoni tal-kreditu tal-kummerċ u, peress li l-ammont tal-assi jkun limitat, ir-rata ta' rkupru tiżdied b'inqas minn kemm huwa proporzjonali meta mqabbla maż-żieda tal-kopertura tal-kreditu.

Formula, fejn:

0.5 ≤ a ≤ 1 ( a = 0,5, jekk l-ammont ta' rkupru ma jiżdiedx affattu fejn l-esportatur jingħata l-assigurazzjoni miżjuda tal-Istat għal tranżazzjoni ma' ċertu xerrej; a = 1 fil-każ teoriku fejn l-ammont ta' rkupru jiżdied bl-istess pass bħal-limitu totali ta' kreditu riċevut mill-esportatur għat-tranżazzjoni ma' ċertu xerrej.)

Meta jitqies dak li ntqal hawn fuq, jista' jiġi konkluż li PRS Image 2PR 0.

Għaldaqstant, il-primjum li għandu jitħallas fuq il-kopertura tal-Istat huwa ogħla mill-primjum imħallas lill-assiguratur privat għall-kopertura inizjali.

Primjum ta' 110 % tal-primjum imħallas għall-kopertura inizjali jista' jiġi kkunsidrat li sa ċertu punt adegwat iqis iż-żieda fil-probabbiltà ta' inadempjenza u n-nuqqas fir-rata ta' rkupru. Livell ta' primjum bħal dan ikun konsistenti mal-ipprezzar fis-suq. Taħt skemi ta' kreditu għall-esportazzjoni approvati, iż-żidiet fil-primjums minn kategorija waħda ta' riskju għal oħra kienu fil-medda ta' 25-50 %. (1)

Jekk, Exposure S Image 2 × Exposure 0, PR Sjonqos b'mod proporzjonali (iżda dejjem jibqa' ogħla minn PR 0). Sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni dak il-fattur, il-premessa 93 tad-Deċiżjoni tipprevedi kwantifikazzjoni tal-ammont li għandu jiġi rkuprat f'kull tranżazzjoni bħala l-ammont mitlub mill-Istat multiplikat b'5/6, fuq il-bażi tar-raġunament li ġej. F'kull tranżazzjoni, l-Istat jitlob 60 % tar-rata mitluba mill-assiguratur privat, filwaqt li l-prezz tas-suq kien ikun 110 % tar-rata mitluba mill-assiguratur privat. Għaldaqstant, il-primjum tas-suq huwa kkalkolat billi l-primjum effettivament imħallas lill-Istat jiġi diviż b'60 % u jiġi moltiplikat b'110 %. Minn dak il-primjum, għandu jitnaqqas l-ammont diġà mħallas lill-Istat sabiex jinkiseb l-ammont li għandu jiġi rkuprat.

Formula


(1)  Ara, pereżempju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Finlandja fil-każ N 258/09 (ĠU C 227, 22.9.2009, p. 1).