ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 242

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
14 ta' Awwissu 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 882/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Torrone di Bagnara (IĠP))

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 883/2014 tal-5 ta' Awwissu 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Jamón de Serón (IĠP))

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 tat-13 ta' Awwissu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 ( 1 )

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2014 tat-13 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjoni tal-okra u tal-weraq tal-kari mill-Indja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013 ( 1 )

20

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2014 tat-13 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/529/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Awwissu 2014 dwar miżura meħuda mill-Belġju skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE li titlob l-irtirar mingħand l-utent finali ta' tip ta' plaggijiet protettivi għall-widnejn (notifikata bid-dokument C(2014) 5670)

29

 

 

2014/530/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Awwissu 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Latvja (notifikata bid-dokument C(2014) 5915)  ( 1 )

31

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 305/13/COL tal-10 ta' Lulju 2013 dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Sjóvá (L-Islanda)

33

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 882/2014

tal-31 ta' Lulju 2014

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Torrone di Bagnara (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Torrone di Bagnara” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Torrone di Bagnara” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Torrone di Bagnara” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Ferdinando NELLI FEROCI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 89, 28.3.2014, p. 62.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


14.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 883/2014

tal-5 ta' Awwissu 2014

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Jamón de Serón (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Jamón de Serón” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Jamón de Serón” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Jamón de Serón” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti abbażi tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Martine REICHERTS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 101, 5.4.2014, p. 10.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


14.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 884/2014

tat-13 ta' Awwissu 2014

li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 (2) għandu jiġi emendat sostanzjalment u l-kamp ta' applikazzjoni għandu jiġi estiż għall-għalf.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (3) jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta' aflatossini fil-prodotti tal-ikel għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Wieħed jista' jinnota li dawn il-livelli massimi ta' aflatossini ta' spiss jinqabżu f'ċerti oġġetti tal-ikel li ġejjin minn ċerti pajjiżi. Din il-kontaminazzjoni tikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u għaldaqstant huwa xieraq li jiġu adottati miżuri speċjali fil-livell tal-Unjoni.

(3)

Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi livelli massimi permessi ta' aflatossini B1 fl-għalf għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali. Wieħed jista' josserva li l-livelli massimi tal-aflatossini B1 ta' spiss jinqabżu f'ċerti oġġetti tal-ikel li ġejjin minn ċerti pajjiżi. Din il-kontaminazzjoni tikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa pubblika u tal-annimali tal-Unjoni u huwa għaldaqstant xieraq li jiġu adottati miżuri speċjali f'livell tal-Unjoni.

(4)

Għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali huwa importanti li l-għalf u l-ikel komposti li fihom ammont sinifikanti mill-għalf u l-ikel koperti b'dan ir-Regolament, jidħlu wkoll taħt l-ambitu ta' dan ir-Regolament. Huwa xieraq li jiġi stabbilit livell ta' limitu sabiex jiġi żgurat l-infurzar armonizzat tal-kontrolli fl-UE kollha tal-għalf u l-ikel pproċessati u komposti. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu esklużi kunsinni mhux kummerċjali mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-kunsinni għandhom jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

(5)

Id-dispożizzjonijiet dwar teħid tal-kampjuni u l-analiżi għall-kontroll tal-aflatossini fl-għalf huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (5) u fl-ikel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (6).

(6)

Peress li l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini jeħtieġu dispożizzjonijiet tal-applikazzjoni simili għal dawk tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini, huwa xieraq li l-għalf u l-ikel, li għalihom huma imposti kundizzjonijiet speċjali minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni tal-aflatossini, jiġu inklużi f'Regolament wieħed. Għalhekk huwa xieraq li jkunu inklużi f'dan ir-Regolament id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-karawett mill-Indja u mill-Gana u ż-żrieragħ tad-dulliegħ min-Niġerja previsti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2013 (7). Simultanjament, ir-Regolament (UE) Nru 91/2013 għandu jinbidel b'Regolament ġdid li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet rigward l-okra u l-weraq tal-kari mill-Indja.

(7)

Abbażi tar-riżultati tal-kontroll u l-eżitu tal-awditjar tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO), il-bidliet li ġejjin fil-prodotti li huma soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifiċi u/jew frekwenzi ta' kontroll huma xierqa:

jitħassru l-kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' lewż mill-Istati Uniti minħabba riżultati favorevoli ta' kontroll u l-eżitu favorevoli tal-ispezzjoni tal-awditjar tal-FVO,

titnaqqas il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni tal-ġellewż mit-Turkija minħabba r-riżultati favorevoli ta' kontroll u l-eżitu favorevoli tal-ispezzjoni tal-awditjar tal-FVO,

titnaqqas il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni tal-ġewż tal-Brażil bil-qoxra mill-Brażil peress li m'hemmx nuqqas ta' konformità marbuta wkoll mal-kwantitajiet żgħar ħafna importati fl-UE.

(8)

Is-sistema ta' kontroll prevista għall-għalf u l-ikel koperti b'dan ir-Regolament ġiet applikata għal ħafna snin u ttejbet kontinwament abbażi tal-esperjenzi miksuba. Armonizzazzjoni sħiħa tal-kontrolli fuq l-importazzjoni tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali mhix possibbli minħabba li ma jistgħux jitwettqu l-kontrolli fiżiċi kollha meħtieġa fuq l-aflatossini fil-punt tad-dħul magħżul. Il-kontroll fuq il-preżenza tal-aflatossini skont ir-Regolament (KE) Nru 401/2006 jieħu ħafna ħin u jeħtieġ li tinħatt il-kunsinna. Barra minn hekk, bosta komoditajiet koperti minn dan ir-Regolament huma trasportati f'ippakkjar tal-vakwu u l-qerda tal-ippakkjar tal-vakwu, ikkawżata minħabba t-teħid tal-kampjuni, tista' jirriżulta f'telf ta' kwalità f'każ li l-kunsinna trid tiġi ttrasportata għal distanza twila wara l-kontroll fiżiku. Madankollu, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, huwa xieraq li d-dokumenti amministrattivi marbutin mal-kontrolli tal-għalf u l-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali jiġu armonizzati. Għalhekk, filwaqt li l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tal-għalf u l-ikel koperti b'dan ir-Regolament mhumiex identiċi għall-għalf u l-ikel koperti bir-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 669/2009 (8), huwa xieraq li jintuża l-istess Dokument Komuni tad-Dħul (DKD) bil-ħsieb li jkun hemm simplifikazzjoni amministrattiva għall-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel. Madankollu, huwa meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dak id-DKD għal dan ir-Regolament, jiġu pprovduti noti addizzjonali ta' spjega fin-noti ta' gwida biex jiġu indirizzati d-differenzi fis-sistemi ta' kontroll.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (9), dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li ġejjin li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM u l-klassifikazzjonijiet tat-TARIC stabbiliti fl-Anness I:

(a)

Ġewż tal-Brażil bil-qoxra u taħlitiet ta' ġewż jew frott imnixxef li fihom il-ġewż tal-Brażil bil-qoxra (ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Brażil;

(b)

Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu miċ-Ċina;

(c)

Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Eġittu;

(d)

Pistaċċi bil-qoxra u bla qoxra, pistaċċi ppreparat jew ippreservat mod ieħor (ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Iran;

(e)

L-ikel li ġej, li joriġina mit-Turkija jew li jasal minn hemm:

(i)

tin imnixxef;

(ii)

ġellewż (Corylus spp.) bil-qoxra u bla qoxra;

(iii)

pistaċċi bil-qoxra u bla qoxra;

(iv)

taħlitiet ta' ġewż jew frott imnixxef li fihom it-tin, il-ġellewż jew il-pistaċċi;

(v)

pejst tat-tin, pejst tal-pistaċċi u pejst tal-ġellewż;

(vi)

ġellewż, tin u pistaċċi, ippreparati jew ippreservati, inklużi taħlitiet;

(vii)

dqiq, pasta u trab tal-ġellewż u pistaċċi;

(viii)

ġellewż imqatta', imfellel u mkisser;

(ix)

żejt tal-ġellewż;

(f)

Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Gana;

(g)

Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Indja;

(h)

Żrieragħ tad-dulliegħ u prodotti dderivati minnu (ikel) li joriġinaw jew li jaslu min-Niġerja.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal għalf u ikel ipproċessat mill-għalf u l-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 u l-għalf u l-ikel kompost, li fihom kull għalf jew ikel imsemmi fil-paragrafu 1 fi kwantità ta' 'l fuq minn 20 %.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-kunsinni tal-ikel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li huma ddestinati għal persuna privata għall-konsum u l-użu personali biss. F'każ ta' dubju, il-piż tal-provi huwa tar-riċevitur tal-kunsinna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“il-punti magħżula għall-importazzjoni (PMI)” tfisser kull punt, magħżul mill-awtorità kompetenti, li minnu jistgħu jiġu importati fl-Unjoni l-għalf u l-ikel imsemmijin fl-Artikolu 1.

(b)

“il-punt tad-dħul magħżul (PDM)” tfisser il-punt tad-dħul kif definit fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kunsinna tikkorrispondi għal lott kif imsemmi fir-Regolamenti (KE) Nru 401/2006/KE u (KE) Nru 152/2009.

Artikolu 3

Importazzjoni fl-Unjoni

Il-kunsinni tal-għalf u l-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala għalf u ikel) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi

1.   Kull kunsinna ta' għalf u ikel għandhom ikunu akkumpanjati mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, jew tal-pajjiż minn fejn ġejja l-kunsinna jekk dak il-pajjiż huwa differenti mill-pajjiż tal-oriġini, sabiex tkun aċċertata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-livelli massimi tal-aflossini.

2.   It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 għall-aflatossini fl-għalf u skont ir-Regolament (KE) Nru 401/2006 għall-aflatossini fl-ikel.

Artikolu 5

Ċertifikat tas-saħħa

1.   Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata wkoll minn ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness II.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jimtela, jiġi ffirmat u vverifikat minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż minn fejn ġejja l-kunsinna jekk dan il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini.

L-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini hija

(a)

il-Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento (MAPA) għall-ikel mill-Brażil;

(b)

l-Amministrazzjoni Statali għall-Ispezzjoni tad-Dħul-Ħruġ u tal-Kwarantina tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-għalf u l-ikel miċ-Ċina;

(c)

il-Ministeru tal-Agrikoltura Eġizzjan għall-għalf u l-ikel mill-Eġittu;

(d)

il-Ministeru tas-Saħħa Iranjan għall-ikel mill-Iran;

(e)

id-Direttorat Ġenerali tal-Protezzjoni u l-Kontroll tal-Ministeru tal-Agrikoltura u Affarijiet Rurali tar-Repubblika tat-Turkija għall-ikel mit-Turkija;

(f)

l-Awtorità tal-Istandards tal-Gana għall-għalf u l-ikel mill-Gana;

(g)

il-Kunsill tal-Ispezzjoni tal-Esportazzjoni tal-Indja tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija għall-għalf u l-ikel mill-Indja;

(h)

l-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni u l-Kontroll tal-Ikel u l-Mediċinali (NAFDAC) għall-ikel min-Niġerja.

3.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-punt tad-dħul magħżul. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li ċ-ċertifikati tas-saħħa jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.

4.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun validu biss għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.

Artikolu 6

Identifikazzjoni

Kull kunsinna ta' għalf u ikel għandha tiġi identifikata b'kodiċi ta' identifikazzjoni (il-kodiċi tal-kunsinna) li jikkorrispondi mal-kodiċi tal-identifikazzjoni miktub fuq ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5. Kull borża individwali, jew forma oħra ta' imballaġġar, tal-kunsinna għandha tiġi identifikata b'dan il-kodiċi ta' identifikazzjoni.

Artikolu 7

Notifika bil-quddiem tal-wasla tal-kunsinni

1.   L-operaturi tan-negozju tal-għalf jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw bil-quddiem id-data u l-ħin mistennija tal-wasla fiżika tal-għalf u l-ikel lill-awtoritajiet kompetenti fil-PDM, u dwar in-natura tal-kunsinna.

2.   Għall-fini tan-notifika minn qabel, għandhom jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) imsemmi fl-Artikolu 3 (a) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-PDM, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna.

3.   Biex jimlew id-DKD fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jirreferu għan-noti ta' gwida stabbiliti fl-Anness III.

4.   F'każ li l-PMI hu differenti mill-PDM, l-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti fil-PMI, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna.. In-notifika għandha ssir billi l-operatur tan-negozju tal-ikel u l-għalf jibgħat kopja tad-DKD mimli fir-rigward tal-kontroll dokumentat mill-awtorità kompetenti fil-PDM.

5.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-PDM. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li d-DKDi jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.

Artikolu 8

Il-punti magħżula għall-importazzjoni (PMI)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-PMI jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li jkun hemm staff imħarreġ biex iwettaq il-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-għalf u l-ikel;

(b)

li jkun hemm disponibbli struzzjonijiet dettaljati dwar it-teħid tal-kampjuni u kif dawn għandhom jintbagħtu lil-laboratorju, skont id-dispożizzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 għall-għalf u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006 għall-ikel;

(c)

li jkun possibbli li jitwettqu l-ħatt u t-teħid tal-kampjuni f'post protett fil-punt magħżul għall-importazzjoni; għandu jkun possibbli li l-kunsinna tal-għalf u l-ikel titqiegħed taħt il-kontroll uffiċjali tal-awtorità kompetenti mill-PMI 'il quddiem f'każijiet fejn, wara qbil mal-awtorità kompetenti, il-kunsinna trid tiġi trasportata għal post fl-akkwati viċin tal-PMI sabiex jitwettaq it-teħid tal-kampjuni;

(d)

li jkun hemm disponibbli kmamar għall-ħżin, imħażen fejn il-kunsinni tal-għalf u l-ikel jistgħu jinżammu f'kundizzjonijiet tajba fl-istennija għar-riżultati tal-analiżi;

(e)

li jkun hemm disponibbli tagħmir tal-ħatt u tagħmir xieraq għat-teħid tal-kampjuni;

(f)

li jkun hemm disponibbli laboratorju uffiċjali għall-analiżi tal-aflatossina, lokat f'post fejn il-kampjuni jistgħu jittieħdu f'perjodu ta' żmien qasir u li hu kapaċi jwettaq l-analiżi fiż-żmien limitat xieraq.

L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata tal-PMIs u jagħmluha disponibbli lill-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din il-lista lill-Kummissjoni.

Fuq is-sit tal-Internet tagħha, il-Kummissjoni għandha turi l-ħoloq elettroniċi nazzjonali li jwasslu għal dawn il-listi, għal skopijiet ta' informazzjoni.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf u l-ikel għandhom jiżguraw il-ħatt tal-kunsinna tal-għalf u l-ikel meħtieġa biex ikun jista' jseħħ it-teħid rappreżentattiv tal-kampjuni.

F'każi ta' trasport speċjali jew forom speċifiċi ta' imballaġġar, l-operatur għandu jagħmel disponibbli lill-ispettur uffiċjali t-tagħmir xieraq tat-teħid tal-kampjuni jekk dan it-teħid tal-kampjuni ma jkunx jista' jitwettaq b'mod rappreżentattiv bit-tagħmir normali tat-teħid tal-kampjuni.

Artikolu 9

Kontrolli uffiċjali

1.   Il-kontrolli kollha uffiċjali u l-mili tad-DKD għandhom jitwettqu fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol mill-mument li l-kunsinna tiġi offerta għall-importazzjoni u tkun fiżikament disponibbli għat-teħid tal-kampjuni fil-PMI.

2.   Il-kunsinni tal-għalf u l-ikel jistgħu jidħlu biss fl-Unjoni mill-PDM. L-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tagħmel verifiki dokumentati fuq kull kunsinna tal-għalf u l-ikel intiża għall-importazzjoni fl-Unjoni biex taċċerta konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, dawk il-Punti tad-Dħul magħżula biss huma awtorizzati biex iwettqu l-verifiki dokumentati. F'dak il-każ dawn il-PDM ma għandhomx jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

3.   Meta l-kunsinna tal-għalf u l-ikel ma tkunx akkumpanjata mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi u ċ-ċertifikat tas-saħħa jew fejn ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi jew iċ-ċertifikat tas-saħħa ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, il-kunsinna ma tkunx tista' tidħol fl-Unjoni u għandha tintbagħat lura lejn il-pajjiż tal-oriġini jew tinqered.

4.   L-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tawtorizza t-trasferiment tal-kunsinna għall-PMI wara li jitlestew b'mod favorevoli l-verifiki msemmija fil-paragrafu 2. Iċ-ċertifikat oriġinali, ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u d-DKD għandhom jakkumpanjaw il-kunsinna fit-trasferiment. L-awtorità kompetenti tal-PDM għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti fil-PMI bit-trasferiment tal-kunsinna u l-operatur tan-negozju għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-PMI bil-wasla tal-kunsinna mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna. F'każ li l-operatur tan-negozju jiddeċiedi li jbiddel il-PMI wara li l-kunsinna tkun telqet mill-PDM, id-dokumenti għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti tal-PDM biex taqbel u twettaq il-bidliet neċessarji fid-DKD u għaldaqstant, l-awtorità kompetenti tal-PDM tinforma lill-PMI b'dawn il-bidliet rilevanti.

5.   L-awtorità kompetenti fil-PMI għandha twettaq verifika tal-identità u verifika fiżika billi jittieħed kampjun għall-analiżi tal-aflatossina B1 għall-għalf jew l-aflatossina B1 u għall-kontaminazzjoni totali tal-aflatossini għall-ikel fuq kunsinni bi frekwenza stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament qabel ma taċċetta r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. It-teħid tal-kampjuni jitwettaq għall-għalf skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 u għall-ikel skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006.

6.   L-awtoritajiet kompetenti, wara li jtemmu l-verifiki, għal dawk li jkunu għamlu huma stess, għandhom:

(a)

jimlew l-annotazzjonijiet rilevanti tal-Parti II tad-DKD;

(b)

jgħaqqdu r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa;

(c)

jipprovdu u jimlew in-numru ta' referenza tad-DKD fuq id-DKD;

(d)

jittimbraw u jiffirmaw l-oriġinali tad-DKD;

(e)

jagħmlu u jżommu kopja tad-DKD iffirmat u ttimbrat.

Biex id-DKD jimtela fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tirreferi għan-noti ta' gwida stabbiliti fl-Anness III.

7.   L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5, ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmijin fl-Artikolu 4 u d-DKD għandhom jakkumpanjaw il-kunsinna matul it-trasferiment tagħha, sa ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 10

Qsim tal-kunsinna

1.   Il-kunsinni ma għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu tlestew il-kontrolli uffiċjali kollha, u jkun imtela kompletament id-DKD mill-awtoritàjiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 9.

2.   Fil-każ li wara dan, il-kunsinna tinqasam, għandha tintbagħat kopja awtentikata tad-DKD ma' kull parti tal-kunsinna matul it-trasport tagħha sakemm din tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 11

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kunsinni għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni (b'mod fiżiku jew elettroniku) mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel jew mir-rappreżentant tagħhom lill-awtoritajiet tad-dwana ta' DKD mimli mill-awtorità kompetenti ladarba jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-kunsinna għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk l-awtorità kompetenti tindika deċiżjoni favorevoli għal dan fil-kaxxa II.14 u ffirmata fil-kaxxa II.21 tad-DKD.

Artikolu 12

Nuqqas ta' konformità

Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha timla l-Parti III tad-DKD u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 13

Rapporti

Kull tliet xhur, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni bir-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-għalf u l-ikel skont dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat matul ix-xahar li jaħbat wara kull tliet xhur fis-sena.

Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

l-għadd ta' kunsinni importati;

l-għadd ta' kunsinni li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

ir-riżultati tal-verfiki kif stipulat fl-Artikolu 9(5);

Artikolu 14

Spejjeż

L-ispejjeż kollha tal-kontrolli uffiċjali, inkluż it-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed wara r-riżultat ta' nuqqas ta' konformità, għandhom jitħallsu mill-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel.

Artikolu 15

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 huwa b'dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet straordinarji għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar id-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 40).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(4)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2013 tal-31 ta' Jannar 2013 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-importazzjoni ta' karawett mill-Gana u l-Indja, okra u weraq tal-kari mill-Indja u żrieragħ tad-dulliegħ min-Niġerja u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 u (KE) Nru 1152/2009 (ĠU L 33, 2.2.2013, p. 2).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż- żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS I

Għalf u ikel soġġetti għall-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament:

Għalf u ikel

(użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

TARIC sottodiviżjoni

Il-pajjiż tal-oriġini jew il-pajjiż tal-kunsinna

Frekwenza ta' verifiki fiżiċi u tal-identità (%) waqt l-importazzjoni

Ġewż tal-Brażil bil-qoxra

0801 21 00

 

Il-Brażil (BR)

Aleatorju

Taħlitiet ta' ġewż jew frott imnixxef u li fihom il-ġewż tal-Brażil bil-qoxra.

ex 0813 50

(Ikel)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 41 00

 

Iċ-Ċina (CN)

20

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 41 00

 

L-Eġittu (EG)

20

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 

Pistaċċi, bil-qoxra

0802 51 00

 

L-Iran (IR)

50

Pistaċċi, bla qoxra

0802 52 00

Taħlitiet ta' ġewż jew frott imnixxef li fihom il-pistaċċi

ex 0813 50

Pejst tal-pistaċċi

ex 2007 10 jew 2007 99

Pistaċċi, ippreparati jew ippreservati, inklużi t-taħlitiet

2008 19 13 ;

2008 19 93 ;

ex 2008 97

Dqiq, pasta u trab tal-pistaċċi

ex 1106 30 90

(Ikel)

 

Tin imnixxef

0804 20 90

 

It-Turkija (TR)

20

Taħlitiet ta' ġewż jew frott imnixxef li fihom it-tin

ex 0813 50

Pejst tat-tin

ex 2007 10 jew 2007 99

Tin, ippreparat jew ippreservat, inklużi taħlitiet

ex 2008 99

ex 2008 97

(Ikel)

 

Ġellewż (Corylus sp.) bil-qoxra

0802 21 00

 

It-Turkija (TR)

Aleatorju

Ġellewż (Corylus sp) bla qoxra

0802 22 00

Taħlitiet ta' ġewż jew frott imnixxef li fihom il-ġellewż

ex 0813 50

Pejst tal-ġellewż

ex 2007 10 jew 2007 99

Ġellewż, ippreparat jew ippreservat, inklużi t-taħlitiet

ex 2008 19

ex 2008 97

Dqiq, pasta u trab tal-ġellewż

ex 1106 30 90

Ġellewż imqatta', imfellel u mkisser

ex 0802 22 00 ; 2008 19

Żejt tal-ġellewż

ex 1515 9099

(Ikel)

 

Pistaċċi, bil-qoxra

0802 51 00

 

It-Turkija (TR)

50

Pistaċċi, bla qoxra

0802 52 00

Taħlitiet ta' ġewż jew frott imnixxef li fihom il-pistaċċi

ex 0813 50

Pejst tal-pistaċċi

ex 2007 10 jew 2007 99

Pistaċċi, ippreparati jew ippreservati, inklużi t-taħlitiet

2008 19 13 ;

2008 19 93 ;

ex 2008 97

Dqiq, pasta u trab tal-pistaċċi

ex 1106 30 90

(Ikel)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Gana (GH)

50

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 41 00

 

L-Indja (IN)

20

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Żerriegħa tad-dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) u l-prodotti dderivati minnha

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99 ;

10

30

50

In-Niġerja (NG)

50

(Ikel)

 


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Noti ta' gwida għad-DKD fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-każ ta' għalf u ikel importati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-aflatossini fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Ġenerali

Għall-użu tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, meta jissemma d-“PDM”, dan għandu jinftiehem bħala “il-punt tad-dħul magħżul” jew “il-punt magħżul għall-importazzjoni (PMI)” kif stipulat fin-noti speċifiċi għal kull kaxxa. Kull fejn ikun imsemmi l-“punt ta' kontroll”, dan għandu jinftiehem bħala “punt magħżul għall-importazzjoni”.

Imla d-dokument b'ittri kbar. In-noti jidhru ħdejn in-numru tal-kaxxa rilevanti.

Parti I

Din it-taqsima għandha timtela mill-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, fejn mhux indikat mod ieħor.

Kaxxa I.1.

Il-kunsinnatur: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (l-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel) li qed tibgħat il-kunsinna. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks.

Kaxxa I.2.

It-tliet spazji kollha f'din il-kaxxa għandhom jimtlew mill-awtoritajiet tal-PMI kif inhu ddefinit fl-Artikolu 2. Alloka numru ta' referenza tad-DKD fl-ewwel kaxxa. In-numru ta' referenza tad-DKD jista' jimtela mill-awtoritajiet tal-PDM. Indika l-isem tal-PMI u n-numru tiegħu fit-tieni u t-tielet kaxxa rispettivament.

Kaxxa I.3.

Id-destinatarju: indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (l-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel) li lilha l-kunsinna hija indirizzata. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks.

Kaxxa I.4.

Il-persuna responsabbli għall-kunsinna: (l-aġent, id-dikjarant jew l-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel ukoll) indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna li hi responsabbli għall-kunsinna meta din ġiet ippreżentata fil-PDM u li għamlet id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti f'isem l-importatur. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks.

Kaxxa I.5.

Il-pajjiż tal-oriġini: indika l-pajjiż minn fejn oriġina l-prodott bażiku, fejn kien imkabbar, fejn inħasad jew fejn kien magħmul.

Kaxxa I.6.

Il-pajjiż minn fejn intbagħtet il-kunsinna: indika l-pajjiż terz minn fejn ġiet mgħobbija l-kunsinna fuq il-mezz tat-trasport għall-aħħar parti tal-vjaġġ lejn l-Unjoni.

Kaxxa I.7.

L-importatur: indika l-isem u l-indirizz sħiħ. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks.

Kaxxa I.8.

Il-post tad-destinazzjoni: indika l-indirizz tal-kunsinna fl-Unjoni. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks.

Kaxxa I.9.

Il-wasla fil-PDM (id-data mistennija): daħħal id-data ta' meta hu mistenni li tasal il-kunsinna fil-PDM.

Kaxxa I.10.

Id-dokumenti: indika d-data ta' meta nħarġu d-dokumenti u n-numru tad-dokumenti uffiċjali li ntbagħtu mal-kunsinna, skont il-każ.

Kaxxa I.11.

Il-mezz tat-trasport: immarka l-kaxxa biex tindika l-mezz tat-trasport li bih waslet il-kunsinna.

Identifikazzjoni: agħti d-dettalji kollha tal-mezz ta' trasport. Fil-każ ta' inġenju tal-ajru, indika n-numru tat-titjira. Fil-każ ta' vapuri, indika l-isem tal-bastiment. Għal vetturi tat-triq: indika n-numru tar-reġistrazzjoni li hemm fuq il-pjanċa u, fejn jeħtieġ, in-numru tal-karru. Għatl trasport bil-ferrovija: indika n-numru tal-identità tat-tren u n-numru tal-vagun.

Referenzi dokumentati: in-numru tal-polza tal-ajru, il-polza ta' kargu jew in-numru kummerċjali għall-ferrovija jew għat-trakk.

Kaxxa I.12.

Deskrizzjoni tal-prodott bażiku: agħti deskrizzjoni ddettaljata tal-prodott bażiku bit-terminoloġija tal-Artikolu 1.

Kaxxa I.13.

Il-kodiċi tal-prodott bażiku: uża l-kodiċi li jidentifika l-prodott bażiku kif elenkat fl-Anness I (inkluża s-sottodiviżjoni tat-TARIC, jekk applikabbli).

Kaxxa I.14.

Il-piż gross: speċifika l-piż totali f'kilogrammi jew f'tunnellati. Dan huwa definit bħala l-massa globali tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġar tagħhom, imma mingħajr il-piż tal-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport.

Il-piż nett: speċifika l-piż tal-prodott innifsu, mingħajr dak tal-imballaġġar, f'kilogrammi jew f'tunnellati. Dan huwa definit bħala l-massa tal-prodotti biss, mingħajr il-kontenituri jew l-imballaġġar.

Kaxxa I.15.

In-numru tal-imballaġġi: ikteb kemm hemm imballaġġi fil-kunsinna.

Kaxxa I.16.

Temperatura: immarka l-kaxxa li turi t-temperatura adegwata tat-trasport/tal-ħażna.

Kaxxa I.17.

It-tip ta' imballaġġar: identifika t-tip ta' imballaġġar tal-prodotti.

Kaxxa I.18.

Il-prodott bażiku maħsub għal: immarka l-kaxxa xierqa skont, jekk il-prodott huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem mingħajr klassifikazzjoni minn qabel jew trattament fiżiku ieħor (f'dan il-każ immarka “għall-konsum mill-bniedem”) jew huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem wara dan it-trattament (f'dan il-każ immarka “għall-aktar ipproċessar”), jew jekk hu maħsub bħala “għalf” (f'dan il-każ immarka “għalf”).

Kaxxa I.19.

In-numru tas-siġill u n-numru tal-kontejner: fejn rilevanti, agħti n-numri kollha ta' identifikazzjoni tas-siġill u tal-kontejner.

Kaxxa I.20.

Għat-trasferiment għall-Punt ta' Kontroll: f'każ li l-kunsinna hija maħsuba għall-importazzjoni (ara l-Kaxxa I.22) u l-operatur juża l-għażla li jitwettaqlu l-kontroll fiżiku u tal-identifikazzjoni f'PMI speċifiku, immarka l-kaxxa u identifika fid-dettal il-PMI.

Kaxxa I.21.

Ma japplikax.

Kaxxa I.22.

Għall-importazzjoni: immarka l-kaxxa jekk il-kunsinna hi maħsuba għall-importazzjoni.

Kaxxa I.23.

Ma japplikax.

Kaxxa I.24.

Mezz ta' trasport għall-Punt ta' Kontroll: immakra l-mezz xieraq ta' trasport użat għat-trasferiment lejn il-PMI.

Parti II

Din it-taqsima għandha timtela mill-awtorità kompetenti.

Ġenerali

Il-Kaxxa II.1 għandha timtela mill-awtorità kompetenti tal-PMI. Il-Kaxex minn II.2 sa II.9 bl-eċċezzjoni ta' II.4 għandhom jimtlew mis-servizzi doganali jew l-awtoritajiet kompetenti għall-kontroll tad-dokumenti. Il-Kaxex minn II.10 sa II.21 għandhom jimtlew mill-awtoritàjiet kompetenti tal-PMI.

Kaxxa II.1.

In-numru ta' referenza tad-DKD: uża l-istess numru ta' referenza tad-DKD li jidher fil-Kaxxa I.2.

Kaxxa II.2.

Ir-Referenza tad-Dokument Doganali: għall-użu tas-servizzi doganali fejn meħtieġ.

Kaxxa II.3.

Verifika tad-dokumenti: trid timtela għall-kunsinni kollha.

Kaxxa II.4.

Il-kunsinni magħżula għall-verifiki fiżiċi: mhux applikabbli fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

Kaxxa II.5.

AĊĊETTABBLI għat-trasferiment: fil-każ li l-kunsinna tkun aċċettabbli għat-trasferiment lejn PMI wara verifika dokumentata sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti tal-PDM għandha timmarka l-kaxxa u tindika lejn liema PDM għandha tiġi ttrasferita l-kunsinna għall-possibbiltà ta' verifika fiżika (skont l-informazzjoni mogħtija fil-Kaxxa I.20).

It-trasport ulterjuri ma japplikax għal dan ir-Regolament.

Kaxxa II.6.

MHUX AĊĊETTABBLI: f'każ li l-kunsinna mhijiex aċċettabbli għat-trasferiment lejn PMI minħabba li l-verifiki tad-dokumenti ma jagħtux eżitu sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti fil-PDM għandha timmarka l-kaxxa u tindika b'mod ċar x'għandu jsir fil-każ li l-kunsinna ma tintlaqax. L-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni għandu jitniżżel fil-Kaxxa II.7 fil-każ ta' “Għad-dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” u “Għal użu ieħor”.

Kaxxa II.7.

Dettlaji tad-Destinazzjonijiet Ikkontrollati (II.6): indika n-numru tal-approvazzjoni xieraq u l-indirizz (jew isem il-bastiment u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn huma meħtieġa aktar kontrolli tal-kunsinna, pereżempju għall-Kaxxa II.6, “Għad-dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”.

Kaxxa II.8.

Identifikazzjoni sħiħa tal-PDM u t-timbru uffiċjali: indika hawn l-identifikazzjoni sħiħa tal-PDM u t-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti f'dan il-punt.

Kaxxa II.9.

L-ispettur uffiċjali: firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDM.

Kaxxa II.10.

Ma japplikax.

Kaxxa II.11.

Verifika tal-Identità: immarka l-kaxex biex tindika jekk sarux il-verifiki tal-identità u r-riżultati tagħhom.

Kaxxa II.12.

Verifika Fiżika: indika hawn ir-riżultati tal-verifiki fiżiċi f'każ li tkun twettqet il-verifika fiżika.

Kaxxa II.13.

It-testijiet tal-laboratorju: immarka l-kaxxa biex tindika jekk il-kunsinna ntgħażlitx biex jittieħdu l-kampjuni minnha għall-analiżi.

Ittestjat għal: indika għal liema sustanzi (aflatossina B1 u/jew għat-total) u b'liema mod analitiku sar it-test fil-laboratorju.

Ir-riżultati: indika x'kienu r-riżultati tat-test fil-laboratorju u mmarka l-kaxxa rilevanti.

Kaxxa II.14.

AĊĊETTABBLI għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera: immarka l-kaxxa jekk il-kunsinna se tkun rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

Immarka waħda mill-kaxex (“Għall-konsum mill-bniedem”, “Għal aktar ipproċessar”, “Għalf” jew “Oħrajn”) biex tindika l-użu ulterjuri.

Kaxxa II.15.

Ma japplikax.

Kaxxa II.16.

MHUX AĊĊETTABBLI: immarka l-kaxxa jekk il-kunsinna tkun rifjutata minħabba eżitu mhux sodisfaċenti tal-verifiki fiżiċi jew tal-identità.

Indika b'mod ċar x'għandu jsir f'dan il-każ billi timmarka waħda mill-kaxxi (“Għad-dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”). L-indirizz tal-istabbiliment destinatarju għandu jinkiteb fil-Kaxxa II.18.

Kaxxa II.17.

Raġunijiet għar-rifjut: immarka l-kaxxa xierqa Uża kif meħtieġ biex iżżid l-informazzjoni rilevanti.

Kaxxa II.18.

Dettalji tad-destinazzjonijiet kkontrollati (II.16): agħti, skont ir-rilevanza, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-bastiment u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn huma meħtieġa iktar kontrolli tal-kunsinna wara l-informazzjoni fil-Kaxxa II.16.

Kaxxa II.19.

Il-kunsinna ssiġillata mill-ġdid: imla din il-kaxxa meta mal-ftuħ tal-kontejner jinkiser is-siġill originali rreġistrat mal-kunsinna. Trid tinżamm lista sħiħa tas-siġilli kollha li ntużaw għal dan l-iskop.

Kaxxa II.20.

Identifikazzjoni sħiħa tal-PDM/il-Punt ta' Kontroll u t-timbru uffiċjali: indika hawn l-identifikazzjoni sħiħa tal-PMI u t-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti f'dan il-PMI.

Kaxxa II.21.

L-ispettur uffiċjali: daħħal (b'ittri kbar) l-isem, id-data tal-ħruġ u l-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti fil-PMI.

Parti III

Din it-taqsima għandha timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa III.1.

Detalji dwar id-dispaċċ mill-ġdid: l-awtorità tal-PDM jew fil-PMI għandha tindika l-mezz tat-trasport li ntuża, l-identifikazzjoni, il-pajjiż destinatarju u d-data tad-dispaċċ mill-ġdid, malli dawn ikunu magħrufin.

Kaxxa III.2.

Is-segwitu: indika l-unità risponsabbli tal-awtorità kompetenti lokali, kif meħtieġ, għas-sorveljanza f'każ ta' “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. L-awtorità kompetenti għandha tirraporta r-riżultat tal-wasla tal-kunsinna u l-korrispondenza.

Kaxxa III.3.

L-ispettur uffiċjali: il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti fil-PMI fil-każ ta' “Għad-dispaċċ mill-ġdid”. Firma tal-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti lokali, f'każi fejn l-istruzzjonijiet ikunu:“Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”.


ANNESS IV

Tabella ta' korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 15

Ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1 u l-Anness I

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4(1)

L-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2).

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 5(3)

L-Artikolu 4(3)

L-Artikolu 5(4)

L-Artikolu 4(4)

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 4(5)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7

L-Artikolu 6

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 7(2)

L-Artikoli 9(2) u (3)

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 9(4)

L-Artikolu 7(4)

L-Artikolu 9(5)

L-L-Artikolu 7(5)

L-Anness I

L-Artikolu 7(6)

L-Artikolu 9(6)

L-Artikolu 7(7)

L-Artikolu 9(7)

L-Artikolu 7(8)

L-Artikolu 11

L-Artikolu 7(9)

L-Artikolu 13

L-Artikolu 8

L-Artikolu 10

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 14

L-Artikolu 11

L-Artikolu 15

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13

L-Artikolu 16

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II

L-Anness III


14.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 885/2014

tat-13 ta' Awwissu 2014

li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjoni tal-okra u tal-weraq tal-kari mill-Indja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent, meta r-riskju ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li jieħdu l-Istati Membri individwali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3) jistabbilixxi livell ogħla ta' kontrolli fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu ikel u għalf mhux ta' oriġini mill-annimali.

(3)

Fost affarijiet oħra, aktar minn sentejn ilu ġiet stabbilita żieda fil-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet mill-Indja tal-weraq tal-kari, u sar l-istess għall-okra kważi sentejn ilu rigward ir-residwi tal-pestiċidi.

(4)

Ir-riżultati miż-żieda fil-frekwenza tal-kontrolli juru frekwenza għolja kontinwa ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ħafna drabi ġew osservati livelli għoljin ħafna. Dawn ir-riżultati juru li l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti tal-ikel tikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem. Wara dan il-perjodu ta' żieda fil-frekwenza tal-kontrolli fil-fruntieri tal-Unjoni ma ġie osservat l-ebda titjib fis-sitwazzjoni. Barra minn hekk, ma sar ebda pjan ta' azzjoni konkret u sodisfaċenti biex jissewwew l-iżbalji u n-nuqqasijiet fil-produzzjoni u fis-sistemi ta' kontroll min-naħa tal-awtoritajiet Indjani, minkejja t-talba espliċita tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)

Għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni, kien meħtieġ li jiġu previsti garanziji addizzjonali fir-rigward ta' dan l-ikel li ġej mill-Indja. Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2013 (4) ippreveda li l-kunsinni kollha tal-weraq tal-kari u tal-okra mill-Indja, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jiddikjara li l-prodotti tteħdilhom kampjun li ġie analizzat għall-preżenza tar-residwi tal-pestiċidi, u li dan ikun instab konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(6)

Sabiex tkun żgurata organizzazzjoni effiċjenti u grad ta' uniformità fil-kontrolli fuq l-importazzjoni fil-livell tal-Unjoni rigward il-preżenza tal-aflatossini f'ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi, jixraq li l-ikel kollu li jkun ġej minn pajjiżi terzi jkun soġġett għal Regolament wieħed b'kundizzjonijiet speċifiċi minħabba l-preżenza tal-aflatossini. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet rigward il-karawett mill-Indja u mill-Gana, u ż-żerriegħa min-Niġerja għandhom jiġu integrati f'Regolament wieħed bid-dispożizzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 (5).

(7)

Sabiex tkun żgurata organizzazzjoni effiċjenti u jkun żgurat grad ta' uniformità fil-livell tal-Unjoni fil-kontrolli fuq l-importazzjoni, jixraq li f'dan ir-Regolament jiġu previsti proċeduri ta' kontroll għall-ittestjar fiżiku tal-weraq tal-kari u tal-okra li ġejjin mill-Indja, li jkunu ekwivalenti għall-miżuri eżistenti previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009.

(8)

It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-kunsinni għandhom isiru skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Il-livelli massimi tar-residwi għar-residwi tal-pestiċidi huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Id-dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali tar-residwi tal-pestiċidi huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (7).

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kunsinni tal-ikel u l-għalf li jaqgħu fil-kodiċijiet tan-NM u fil-klassifikazzjonijiet TARIC stabbiliti fl-Anness I:

(a)

Okra (ikel, frisk u ffriżat) li toriġina jew li ġejja mill-Indja;

(b)

Weraq tal-kari (ikel, ħxejjex aromatiċi) li joriġina jew li ġej mill-Indja.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-ikel kompost li fih kull ikel imsemmi fil-paragrafu 1 fi kwantità aktar minn 20 %.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kunsinni tal-ikel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li huma ddestinati għal persuna privata għall-konsum u l-użu personali biss. F'każ ta' dubju, il-piż tal-provi huwa tar-riċevitur tal-kunsinna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kunsinna tikkorrispondi għal lott kif imsemmi fid-Direttiva 2002/63/KE.

Artikolu 3

Importazzjoni fl-Unjoni

Il-kunsinni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Il-kunsinni ta' dan it-tip ta' ikel jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss mill-Punt tad-Dħul Magħżul (DPE).

Artikolu 4

Ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi

1.   Il-kunsinni tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) għandu jkollhom magħhom ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi li jagħmlu l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, jew tal-pajjiż minn fejn tkun ġejja l-kunsinna jekk dan tal-aħħar ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini, biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi, għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b), inkluż l-ikel kompost li jkun fih minn dan l-ikel fi kwantità aktar minn 20 %.

2.   It-teħid tal-kampjuni msemmi fil-paragrafu 1 irid isir skont id-Direttiva 2002/63/KE għar-residwi tal-pestiċidi.

Artikolu 5

Ċertifikat tas-saħħa

1.   Il-kunsinni għandu jkollhom amgħhom ukoll ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness II.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jimlieh, jiffirmah u jivverifikah rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż minn fejn tkun ġejja l-kunsinna jekk dan il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini.

3.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-Punt tad-Dħul Magħżul. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li ċ-ċertifikati tas-saħħa jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.

4.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa jkun validu biss għall-erba' xhur minn meta jinħareġ.

Artikolu 6

Identifikazzjoni

Kull kunsinna tal-ikel li jissemma fl-Artikolu 1(1) u (2) għandha tiġi identifikata b'kodiċi ta' identifikazzjoni li jikkorrispondi mal-kodiċi ta' identifikazzjoni miktub fuq ir-riżultati tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5. Kull borża individwali tal-kunsinna, jew kull forma oħra ta' imballaġġ tal-kunissina għandha tiġi identifikata b'dan il-kodiċi.

Artikolu 7

Notifika minn qabel dwar il-wasla tal-kunsinni

1.   L-operaturi kummerċjali tal-għalf jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel bid-data u l-ħin mistennija tal-wasla fiżika tal-kunsinni tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) lill-awtoritajiet kompetenti fil-Punt tad-Dħul Magħżul, u dwar in-natura tal-kunsinna.

2.   Għall-fini tan-notifika minn qabel, iridu jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-Punt tad-Dħul Magħżul, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel tasal il-kunsinna.

3.   Għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament inkluż l-ikel kompost li fih dan it-tip ta' ikel fi kwantità aktar minn 20 %, sabiex jimlew id-Dokument Komuni tad-Dħul fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-operaturi kummerċjali tal-ikel għandhom iqisu n-noti gwida għad-DKD stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

Artikolu 8

Kontrolli uffiċjali

1.   L-awtorità kompetenti fil-Punt tad-Dħul Magħżul għandha tagħmel verifiki dokumentati ta' kull kunsinna tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) u taċċerta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

2.   Il-verifiki fiżiċi u ta' identità li jsiru fuq l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) u fuq l-ikel kompost relatat, imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, għandhom isiru f'konformità mal-Artikoli 8, 9 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 bil-frekwenza stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3.   Malli jitlestew il-kontrolli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom

(a)

jimlew l-annotazzjonijiet relevanti tal-Parti II tad-DKD;

(b)

Jiġbru flimkien ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(c)

jipprovdu u jimlew in-numru ta' referenza tad-DKD fuq id-DKD;

(d)

jittimbraw u jiffirmaw id-DKD oriġinali;

(e)

iżommu kopja tad-DKD iffirmata u ttimbrata.

4.   L-oriġinali tad-DKD u taċ-ċertifikat tas-saħħa flimkien mar-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jibqgħu mal-kunsinna waqt it-trasportazzjoni tagħha, sakemm din tinħeles għaċ-ċirkulazzjoni libera. Għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2), f'każ ta' awtorizzazzjoni biex il-kunsinni jkomplu fil-vjaġġ tagħhom skont ir-riżultati tal-verifiki fiżiċi, għandha tinħareġ kopja ċċertifikata tal-oriġinali tad-DKD għal dak il-għan.

Artikolu 9

Qsim tal-kunsinna

1.   Il-kunsinni ma għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu tlestew l-ispezzjonijiet uffiċjali kollha, u qabel ma jkun imtela d-DKD kollu mill-awtoritàjiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 8.

2.   Fil-każ li wara dan, il-kunsinna tinqasam, trid tintbagħat kopja awtentika tad-DKD ma' kull parti tal-kunsinna sakemm dawn jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 10

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kunsinni għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni (fiżikament jew elettronikament) mill-kummerċjanti tal-għalf jew mir-rappreżentant tagħhom lill-awtoritajiet tad-dwana ta' DKD mimli mill-awtorità kompetenti ladarba jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-kunsinna għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk l-awtorità kompetenti tkun taqbel ma' dan fil-kaxxa II.14 u tiffirma fil-kaxxa II.21 tad-DKD.

Artikolu 11

Nuqqas ta' konformità

Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha timla l-Parti III tad-DKD u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 12

Ir-rapporti

Kull tliet xhur, l-Istati Membri għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni bir-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-ikel skont dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat fix-xahar wara kull tliet xhur tas-sena.

Ir-rapport għandu jinkludi din l-informazzjoni:

l-għadd ta' kunsinni importati;

l-għadd ta' kunsinni li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

ir-riżultati tal-kontrolli kif stipulat fl-Artikolu 8(2);

Artikolu 13

L-ispejjeż

L-ispejjeż kollha tal-ispezzjonijiet uffiċjali, inkluż it-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed wara riżultat ta' nuqqas ta' konformità, għandu jħallashom l-operatur kummerċjali tal-ikel.

Artikolu 14

Revoka

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013 qed jitħassar.

Artikolu 15

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta' kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2013 tal-31 ta' Jannar 2009 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-importazzjoni ta' karawett mill-Gana u l-Indja, okra u weraq tal-kari mill-Indja u żrieragħ tad-dulliegħ min-Niġerja u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 669/2009 u (KE) Nru 1152/2013 (ĠU L 33, 2.2.2013, p. 2).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet straordinarji għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar id-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 40).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).


ANNESS I

Ikel mhux ta' oriġini mill-annimali li hu soġġett għall-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament:

Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Il-kodiċi NM (1)

Sotto taqsima TARIC

Il-pajjiż tal-oriġini

Periklu

Il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) waqt l-importazzjoni

Okra

(Ikel — frisk u friżat)

ex 0709 99 90

20

L-Indja (IN)

Residwi ta' pestiċidi analizzati b'metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi li jużaw residwu wieħed (2)

20

Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

(Ikel — ħxejjex aromatiċi — friski, imnixxfin u friżati)

ex 1211 90 86

10

L-Indja (IN)

Residwi ta' pestiċidi analizzati b'metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi li jużaw residwu wieħed (3)

20


(1)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċertu prodotti b'xi kodiċi NM, u fin-nomenklatura tal-prodotti ma tkunx teżisti sottotaqsima speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat “ex”.

(2)  Ċertifikazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini u kontroll waqt l-importazzjoni mill-Istati Membri biex tkun żgurata konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) b'mod partikolari rigward dawn ir-residwi: l-aċefat, il-metamidofos, it-triażofos, l-endosulfan, il-monokrotofos, il-metomil, it-tijodikarb, id-diafentjuron, it-tijametossam, il-fipronil, l-ossamil, l-aċetamiprid, l-indossakarb, il-mandipropammid.

(3)  Ċertifikazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini u kontroll waqt l-importazzjoni mill-Istati Membri biex tkun żgurata konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005, b'mod partikolari rigward dawn ir-residwi: it-trijażofos, l-ossidemeton-metil, il-klorpirifos, l-aċetamiprid, it-tijametossam, il-klotjanidin, il-metamidofos, l-aċefat, il-propargit, il-monokrotofos.


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

14.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 886/2014

tat-13 ta’ Awwissu 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

81,4

ZZ

81,4

0709 93 10

TR

99,6

ZZ

99,6

0805 50 10

AR

158,9

CL

209,1

TR

74,0

UY

129,8

ZA

144,7

ZZ

143,3

0806 10 10

BR

184,0

EG

209,1

MA

171,3

MX

246,5

TR

156,9

ZZ

193,9

0808 10 80

AR

89,3

BR

96,2

CL

107,3

CN

120,6

NZ

117,6

US

142,8

ZA

113,5

ZZ

112,5

0808 30 90

AR

217,5

CL

84,2

TR

142,5

ZA

84,6

ZZ

132,2

0809 30

MK

67,3

TR

134,9

ZZ

101,1

0809 40 05

BA

43,4

MK

49,3

TR

127,6

ZA

204,6

ZZ

106,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Awwissu 2014

dwar miżura meħuda mill-Belġju skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE li titlob l-irtirar mingħand l-utent finali ta' tip ta' plaggijiet protettivi għall-widnejn

(notifikata bid-dokument C(2014) 5670)

(2014/529/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

F'Ġunju 2013, l-awtoritajiet Belġjani nnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea miżura li tordna l-irtirar mingħand l-utent finali ta' plaggijiet protettivi għall-widnejn tat-tip Climax 13 (mudell li jista' jerġa' jintuża), manifatturati minn Productos Climax S.A., Polígono Industrial Sector Mollet, c/Llobregat no 1, 08150 Parets del Valles (Barcelona), Spanja. Skont id-dokumenti mressqa lill-Kummissjoni, dan l-apparat personali protettiv kien soġġett għal proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Artikolu 11 A tad-Direttiva, iċċertifikata miċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE maħruġ mill-Korp Notifikat Spanjol “Centro Nacional de Medios de Protección — Instituto Nacional de Seguridad e Higiene en el Trabajo” (NB Nru 0159), li jagħmel referenza għall-klawżoli rilevanti tal-istandard armonizzat EN 352-2:1993.

(2)

Il-prodott ġie nnotifikat mill-awtoritajiet Belġjani f'RAPEX f'Jannar 2013 (notifika Nru A12/0039/13).

(3)

Ir-raġuni mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani għall-miżura hija n-nuqqas ta' konformità tal-prodott mal-klawżoli § 4.1.1, 4.2.2, 4.3.6, 5 u 6 tal-istandard armonizzat EN 352-2:1993 Protetturi tas-smigħRekwiżiti tas-sikurezza u ittestjarParti 2: Plaggijiet għall-widnejn, jirreferu għar-rekwiżiti bażiċi ta' saħħa u sikurezza (BHSR) li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad- Direttiva 89/686/KEE:

1.4. It-tagħrif provdut mill-manifattur: L-istruzzjonijiet mhumiex fil-lingwa nazzjonali tal-Belġju;

3.5. Protezzjoni kontra l-effetti perikolużi tal-istorbju: il-laboratorju li eżamina l-prodott għall-awtoritajiet Belġjani ma setax jivvalida l-ittestjar fuq il-livell ta' protezzjoni ddikjarat, minħabba n-nuqqas ta' omoġenejtà tal-prodott (differenzi fid-djametru tal-plaggijiet). Din il-varjazzjoni hija sinifikanti ħafna u taffettwa l-protezzjoni tal-utent.

(4)

L-awtoritajiet Belġjani kkonkludu li, billi l-livell ta' protezzjoni ma jistax jiġi ddeterminat, il-prodotti kienu kkunsidrati li huma perikolużi għax jistgħu jikkawżaw il-ħsara meta jintużaw. Dan huwa inkonsistenti mar-rekwiżiti ta' tagħmir personali protettiv (kategorija ta' riskju: ħsara għas-smigħ).

(5)

Il-Kummissjoni kitbet lill-manifattur u lid-distributur fil-Belġju u stednithom jibagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Belġjani. Fit-tweġiba tiegħu, il-manifattur indika li, wara li rċieva r-rapport mingħand l-awtoritajiet Belġjani u wara żjara ta' spettur mill-“Agència Catalana del Consum” (korp pubbliku marbut mal-Gvern Reġjonali ta' Catalonja, Spanja) li kkonfiska l-istokk li kien għad fadal tal-prodotti kkonċernati, il-prodott kien ġie rtirat mis-suq nazzjonali u internazzjonali. Il-klijenti kienu sussegwentement mogħtija struzzjonijiet kif xieraq. Ladarba ttieħdet azzjoni, l-istokk tal-prodott li kien għad fadal ġie meqrud.

(6)

Fir-risposta għan-notifika tal-awtoritajiet Belġjani, l-awtoritajiet Spanjoli kkomunikaw li ttieħdet miżura għall-irtirar tal-prodott mis-suq, u li l-kumpanija Productos Climax, S.A. ħabbret l-irtirar tal-prodott mis-suq.

(7)

Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli, il-kummenti espressi u l-azzjoni meħuda mill-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tqis li l-plaggijiet protettivi għall-widnejn tat-tip Climax 13 (mudell li jista' jerġa' jintuża) jonqsu milli jikkonformaw mal-klawżoli § 4.1.1, 4.2.2, 4.3.6, 5 u 6 tal-istandard armonizzat EN 352-2:1993 imsemmi għar-rekwiżiti bażiċi ta' saħħa u ta' sikurezza (BHSR) 1.4 u 3.5 stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 89/686/KEE, peress li jistgħu jikkawżaw ħsara meta jdaħħlu fil-widnejn,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Belġjani, li titlob l-irtirar tal-prodott mingħand l-utent finali ta' plaggijiet protettivi għall-widnejn tat-tip Climax 13 (mudell li jista' jerġa' jintuża), manifatturati minn Productos Climax S.A., hija ġġustifikata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Ferdinando NELLI FEROCI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.


14.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Awwissu 2014

li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Latvja

(notifikata bid-dokument C(2014) 5915)

(It-test bil-Latvjan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/530/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar spezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u salvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(2)

F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent patoġeniku jista' jinxtered ma' rziezet oħra u mal-ħnieżer salvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fi ħdan l-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 15 tad- Direttiva 2002/60/KE jipprovdi għall-istabbiliment ta' żona infettata wara l-konferma ta' każ wieħed jew iżjed ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer salvaġġi.

(4)

Il-Latvja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u b'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żona ta' infezzjoni fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva.

(5)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li tiġi identifikata fuq il-livell tal-Unjoni ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Latvja, f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

(6)

Skont dan, sakemm issir il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żona identifikata bħala żona infettata il-Latvja għandha tiġi stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' din ir-regjonalizzazzjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Latvja għandha tiżgura li ż-żona ta' infezzjoni stabbilita skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE tkun tinkludi tal-anqas iż-żona mniżżla bħala żona infettata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sa sas-15 ta' Settembru 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).


ANNESS

Żona stabbilita bħala Żona Infettata fil-Latvja msemmija fl- Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Fin-novads ta' Krustpils, il-pagasts ta' Varieši

Fin-novads ta' Pļaviņas, il-pagasts ta' Aiviekste

Fin-novads Madona, il-pagasti ta' Kalsnava u Ļaudona

Il-15 ta' Settembru 2014


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

14.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/33


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 305/13/COL

tal-10 ta' Lulju 2013

dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Sjóvá (L-Islanda)

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“L-AWTORITÀ”),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikolu 61(3)(b) u l-Protokoll 26,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(2) u 1(3) tal-Parti I u l-Artikoli 7(3) u 13 tal-Parti II,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   PROĊEDURI

(1)

L-Awtorità saret taf bl-intervent tal-Istat Islandiż fil-kumpanija tal-assigurazzjoni Sjóvá-Almennar tryggingar hf. (Sjóvá) fis-sajf tal-2009 permezz tal-midja tal-Islanda. Sussegwentement, l-awtorità inkludiet dan il-każ fl-aġenda ta' laqgħa annwali dwar każijiet pendenti fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Islandiżi li saret f'Reykjavik fil-5 ta' Novembru 2009. F'din il-laqgħa, l-awtoritajiet Islandiżi pprovdew informazzjoni fil-qosor dwar l-isfond u l-istorja tal-każ. Fl-istess laqgħa, minħabba l-kumplessità tal-intervent u ċ-ċirkostanzi li jiċċirkondawh, l-Awtorità talbet lill-awtoritajiet Islandiżi biex jipprovdu informazzjoni ddettaljata bil-miktub.

(2)

Fis-7 ta' Ġunju 2010, l-Awtorità rċeviet ilment (l-Avveniment Nru 559496) kontra għajnuna mill-Istat allegata mogħtija meta l-Istat Islandiż intervjena fi Sjóvá.

(3)

Wara li kienet bagħtet talbiet bil-miktub għall-informazzjoni u adottat deċiżjoni ta' inġunzjoni ta' informazzjoni li titlob l-informazzjoni dwar l-intervent mill-Istat fi Sjóvá, kif ukoll korrispondenza sussegwenti, permezz ta' ittra ddatata t-22 ta' Settembru 2010, l-Awtorità infurmat lill-awtoritajiet Islandiżi li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 fir-rigward tar-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 373/10/COL li tagħti bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali (id-Deċiżjoni tal-Ftuħ) tat-22 ta' Settembru 2010 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment ŻEE tiegħu (1) L-Awtorità talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'dan ir-rigward.

(5)

L-awtoritajiet Islandiżi, Sjóvá u Íslandsbanki ssottomettew il-kummenti tagħhom b'ittra ddatata l-14 ta' Jannar 2011 (Avveniment Nru 583507). L-Awtorità rċeviet ukoll kummenti mingħand żewġ kompetituri ta' Sjóvá. Permezz ta' ittra ddatata l-31 ta' Jannar 2011 (l-Avveniment Nru 584930), l-Awtorità ressqet dawn il-kummenti lill-awtoritajiet Islandiżi li kellhom l-opportunità li jwieġbu. Ir-reazzjoni waslet permezz ta' ittra ddatata l-25 ta' Frar 2011 (Avveniment Nru 588606).

(6)

Fit-3 ta' Ottubru 2011, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew l-ewwel pjan ta' ristrutturar għal Sjóvá (l-Avveniment Nru 610472), li ġie aġġornat fit-13 ta' April 2012 (l-Avveniment Nru 631003) u t-28 ta' Mejju 2013 (l-Avveniment Nru 673746), kif ukoll informazzjoni supplimentari fis-6 ta' Marzu 2013 (l-Avveniment Nru 665021). Proposti għall-impenji addizzjonali waslu fil-25 ta' Ġunju 2012 (l-Avveniment Nru 641330), l-4 ta' Ottubru 2012 (l-Avveniment Nru 648708), it-3 ta' Mejju 2013 (l-Avveniment Nru 671655), it-28 ta' Mejju 2013 (l-Avveniment Nru 673746) u t-2 ta' Lulju 2013 (l-Avveniment Nru 677440).

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Sfond

(7)

Fl-2005, il-grupp finanzjarju Moderna/Milestone Finance (Milestone) (2) xtara 66,6 % tal-ishma ta' Sjóvá mingħand Glitnir u kiseb sjieda sħiħa mill-2006. F'dan li ġej, Milestone iddeċieda b'mod partikolari li jbiddel il-mira tal-investimenti ta' Sjóvá lejn proġetti barranin ta' proprjetà immobbli b'ingranaġġ għoli, u ppermetta tpartit ta' assi u self mhux assigurat lill-azzjonisti għad-detriment tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' Sjóvá. Skont rapport (3) tal-Awtorità Islandiża għas-Sorveljanza Finanzjarja (FME), dawn l-investimenti wasslu għal diffikultajiet finanzjarji kbar, u ma kinux konformi mal-preskrizzjonijiet tal-Artikolu 34(2) tal-Att dwar l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni Nru 60/1994.

(8)

Minn Ottubru 2008 sa Settembru 2009, Sjóvá kienet suġġetta għal sorveljanza speċjali mill-FME skont l-Artikolu 90 tal-Att dwar l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni Nru 60/1994. Minn dak il-punt, il-kredituri ta' Sjóvá bdew jimmaniġġaw il-kumpanija, sakemm Glitnir — l-akbar kreditur tagħha — ħa kontroll tagħha f'Marzu 2009. Glitnir kiseb ukoll kontroll ta' Askar Capital, bank tal-investiment Islandiż li qabel kien ikkontrollat minn Milestone, kif ukoll is-sussidjarja tagħha, Avant hf. (Avant), li kienet attiva fis-suq tal-finanzjament tal-karozzi.

(9)

F'April 2009, Glitnir u Íslandsbanki, li kien ukoll kreditur maġġuri ta' Sjóvá, avviċinaw lill-Istat Islandiż u talbu l-għajnuna tiegħu fir-rifinanzjament u r-ristrutturar ta' Sjóvá, wara li kienu eżawrew is-soluzzjonijiet alternattivi kollha tas-suq biex isalvaw l-impriża.

(10)

Fl-20 ta' Ġunju 2009, Sjóvá fuq naħa waħda u Glitnir, Íslandsbanki, u SAT Eignarhaldsfélag hf. (kumpanija holding kollha kemm hi proprjetà ta' Glitnir, minn hawn 'il quddiem imsejħa SAT Holding) f'isem SA tryggingar hf. fuq in-naħa l-oħra ffirmaw Ftehim ta' Trasferiment ta' Assi, li skontu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta' Sjóvá relatati mal-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-kumpanija, inkluż il-portafoll tal-assigurazzjoni, ġew trasferiti lil SA tryggingar hf. skont l-Artikolu 86 tal-Att dwar l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni Nru 60/1994. L-assi li baqa' ta' Sjóvá tqiegħdu f'SJ Eignarhaldsfélag (SJE), kumpanija holding. SJE mbagħad kellha tiġi stralċjata bi proċess ta' proċedura regolari ta' insolvenza.

(11)

Wara t-tranżazzjoni, il-kumpanija l-ġdida, SA tryggingar hf., reġgħet issemmiet mill-ġdid Sjóvá. Skont l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tagħha, datati l-20 ta' Ġunju 2009, l-azzjonisti tal-kumpanija l-ġdida (Glitnir, Íslandsbanki u SAT holding) kellhom jikkontribwixxu ekwità ġdida ta' madwar ISK 16-il biljun, meħtieġa sabiex jitkomplew l-operazzjonijiet ta' assigurazzjoni, kif ġej: (4)

Kumpanija

Ammont

Forma tal-ħlas

Parteċipazzjoni azzjonarja

Glitnir

ISK 2,8 biljun

Bond maħruġ minn Avant b'imgħax ta' REIBOR b'żieda ta' 3,75 % bil-kollaterali li ġejjin:

Ir-raba' prijorità (aktar 'il quddiem mibdula għat-tielet prijorità, f'parallel ma' bond maħruġ minn Askar Capital, ara aktar 'l isfel) fil-portafoll ta' Avant

l-ewwel prijorità fil-pretensjoni ta' Glitnir kontra Milestone, ekwivalenti għal 54,9 % tal-pretensjonijiet totali kontra Milestone

17,67 %

Íslandsbanki

ISK 1,5 biljun

Diversi bonds maħruġa minn 10 kumpaniji u muniċipalitajiet differenti

9,30 %

SAT Holding

ISK 11,6 biljun

Bond maħruġ minn Askar Capital u bond maħruġ minn Landsvirkjun (Il-Kumpannija Elettrika tal-Istat) miksuba mill-Istat tal-Islanda (ara hawn taħt)

73,03 %

(12)

Fl-istess data, l-azzjonisti ta' Sjóvá għamlu wkoll ftehim li jbigħu l-ishma tagħhom fil-kumpanija fi żmien 18-il xahar. Ir-rikavati jintużaw sabiex l-assi stabbiliti bħala kapital azzjonarju jiġu ttrasferiti lura lill-azzjonisti. Għalhekk skont dan, tnieda proċess ta' bejgħ miftuħ għal Sjóvá fil-bidu tal-2010, bi pjanijiet li jiġi ffirmat Ftehim ta' Bejgħ u Xiri fl-aħħar ta' Marzu 2010. Madankollu, l-isforzi tal-bejgħ intemmu f'Novembru 2010 meta l-ogħla offerent irtira l-offerta tiegħu.

(13)

L-awtorità pprovdiet deskrizzjoni aktar dettaljata tal-avvenimenti, il-fatti u l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi relatati mal-kollass u r-rikostruzzjoni ta' Sjóvá fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

3.   DESKRIZZJONI TAL-INTERVENT MILL-ISTAT

3.1.   Il-benefiċjarju

(14)

Sjóvá ġiet stabbilita fl-1918 u kellha sehem ewlieni fis-suq tal-assigurazzjoni Islandiż minn dak iż-żmien' l hawn. Hija tipprovdi servizz lil individwi kif ukoll organizzazzjonijiet ta' kull daqs u toffri firxa wiesgħa ta' prodotti, permezz ta' netwerk kbir tas-servizzi madwar il-pajjiż. Sjóvá hija waħda mit-tliet kumpaniji tal-assigurazzjoni ewlenin fl-Islanda u tipprovdi lill-klijenti tagħha bil-firxa sħiħa ta' prodotti tal-assigurazzjoni kemm mhux tal-ħajja kif ukoll tal-ħajja.

(15)

Sjóvá ddefinixxiet sitt klassijiet ta' prodotti: proprjetà, muturi, inċidenti & mard, marittimu, avjazzjoni & merkanzija, responsabbiltà u ħajja. Madankollu, il-kumpanija tiffoka fuq l-għoti ta' servizzi tal-assigurazzjoni komprensivi minflok servizzi speċifiċi għall-prodott.

(16)

Sjóvá tippossjedi sussidjarja waħda, Sjóvá Life. Skont l-Art. 12 tal-Att dwar l-attivitajiet tal-assigurazzjoni Nru 56/2010, in-negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja ma jistax jitmexxa fl-istess kumpanija bħall-operazzjonijiet primarji tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja. Għalkemm Sjóvá Life hija entità legali separata minn Sjóvá, b'kontabilità u karta tal-bilanċ separati, Sjóva Life tixtri permezz ta' ftehim ma' Sjóvá l-operazzjonijiet ordinarji kollha u l-aċċess għas-sistemi tal-IT u appoġġ. Il-prodotti ta' Sjóvá Life huma integrati mal-firxa ta' prodotti ta' Sjóvá.

(17)

Kif stabbilit hawn fuq, Sjóvá hija attiva kemm fis-swieq tal-assigurazzjoni tal-ħajja tal-Islanda kif ukoll f'dawk mhux tal-ħajja. Fis-segment tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, Sjóvá għandha sehem tas-suq ta' madwar 28 %, filwaqt li l-kompetituri ewlenin tagħha għandhom l-ishma tas-suq approssimattivi li ġejjin: Vátryggingafélag Íslands hf. (VIS) 35 %, Tryggingamiðstöðin hf. (TM) 26 % u Vörður tryggingar hf. 11 %. Fis-segment tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-ishma tas-suq approssimattivi huma kif ġej: Sjóvá Life 35 %, Okkar (Arion Bank) 27 %, LÍS (parti minn VIS) 24 %, LM (parti minn TM) 10 % u Vörður Lif 4 %. (5)

3.2.   Ir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá

(18)

L-Istat Islandiż ħa żewġ miżuri sabiex jirrikapitalizza lil Sjóvá: ikkontribwixxa direttament għar-rikapitalizzazzjoni inizjali ta' Sjóvá fl-2009 billi ttrasferixxa żewġ bonds lil SAT Holding (ara l-paragrafi minn 19 sa 22 aktar 'l isfel) u kkontribwixxa minn ISK 683 sa 739 miljun għall-istabbilizzazzjoni ta' Sjóvá fl-2010 (ara l-paragrafi 24 u minn 29 sa 31 hawn taħt.

(19)

L-għajnuna mill-Istat għall-ewwel rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá ġiet implimentata permezz ta' ftehim tat-8 ta' Lulju 2009 dwar it-trasferiment ta' bonds (6) (“Samningur um kröfukaup”) proprjetà tal-Istat Islandiż lil SAT Holding.

(20)

F'dan il-punt, Sjóvá kellha ekwità negattiva ta' ISK 13,5 biljun. Ekwità pożittiva minima ta' ISK 2 biljun kienet meħtieġa skont il-liġi. Għaldaqstant, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' kapital minimu, kienet meħtieġa injezzjoni ta' kapital ta' mill-anqas ISK 15,5 biljun.

(21)

Il-ftehim bejn l-Istat u SAT Holding ikopri dawn iż-żewġ bonds li kienu fil-pussess tal-Istat, ivvalutati minn espert estern fis-16 ta' Ġunju 2009:

Assi

Valur stmat

Deskrizzjoni u titoli

Pretensjoni kontra Askar Capital

6 071 443 539 ISK

Ftehim ta' self indiċizzat b'imgħax ta' 3 %. Is-self kien ġie fil-pussess tal-Istat meta ħa f'idejh kollateral tal-Bank Ċentrali fl-2008. Is-self huwa garantit minn:

kollateral tat-tielet prijorità fil-portafoll ta' Avant (f'parallel ma' bond maħruġa minn Avant lil Glitnir, il-valur kontabbli tal-portafoll kien ta' ISK 26 biljun u kien tal-ewwel prijorità ta' Landsbanki Íslands ta' ISK 16-il biljun), u

kollateral tal-ewwel prijorità f'bonds indiċizzati maħruġa minn Landsvirkjun (il-Kumpanija Nazzjonali tal-Elettriku) ta' valur nominali ta' ISK 4,7 biljun.

Bond maħruġa minn Landsvirkjun (Il-Kumpanija tal-Elettriku tal-Istat)

5 558 479 575 ISK

Maħruġa fl-2005 pagabbli fl-2020, b'garanzija mill-Istat, indiċizzata u b'imgħax ta' 3 %. Il-bond ġie fil-pussess tal-Istat bħala kollateral għal self magħmul mill-Bank Ċentrali lil Landsbanki Íslands.

(22)

Il-prezz tax-xiri kien ta' ISK 11,6 biljun u SAT Holding kellha tħallas għall-bonds fi żmien 18-il xahar, jiġifieri qabel tmiem is-sena 2010, mingħajr ma jinżamm l-ebda imgħax matul dak il-perjodu. Bħala garanzija għall-ħlas tal-prezz tax-xiri tal-bonds, l-Istat ingħata kollateral tal-ewwel prijorità fl-ishma ta' SAT Holdings fi Sjóvá.

(23)

Il-ftehim stipula l-għażla ta' ħlas permezz tal-forniment tas-sehem oriġinali ta' SAT Holdings ta' 73,03 % fi Sjóvá lill-Istat, li kellu jitqies bħala ħlas sħiħ. SAT Holding setgħet teżerċita din l-għażla mingħajr kunsens minn qabel tal-Istat.

(24)

Minbarra dan, qabel il-ħolqien ta' SA tryggingar hf. (aktar 'il quddiem imsejħa Sjóvá) fl-20 ta' Ġunju 2009, l-Istat Islandiż aċċetta li jgħolli l-garanzija ta' Glitnir fil-bond maħruġa minn Avant mir-raba' għat-tielet prijorità, skont il-prijorità tal-kollateral fil-portafoll ta' Avant miżmum mill-Istat innifsu. Dan tqies neċessarju sabiex l-FME taċċetta l-kontribuzzjoni ta' Glitnir għall-ekwità ta' Sjóvá. Bi skambju, Glitnir ċediet 12,5 % tal-pretensjonijiet tagħha kontra SJE, li kellha l-portafoll tal-investiment preċedenti ta' Sjóvá, lill-Istat Islandiż.

3.2.1.   Glitnir tbigħ l-ishma tagħha fi Sjóvá lis-sussidjarja tagħha SAT Holding

(25)

L-FME kkunsidrat li Glitnir, li kienet f'moratorium u li kienet għadejja minn stralċ, ma kinitx eliġibbli li tkun sid ta' parteċipazzjoni kwalifikanti fi Sjóvá. Sussegwentement, fis-16 ta' Settembru 2009, Glitnir biegħet is-17,67 % tal-ishma fi Sjóvá lil SAT Holding. Wara l-operazzjoni ta' hawn fuq, l-azzjonisti fi Sjóvá kienu:

Kumpanija

Sjieda (%)

Íslandsbanki

9,30

SAT Holding

90,70

(26)

Fit-22 ta' Settembru 2009, l-FME fl-aħħar ħarġet liċenzja ta' operazzjoni tal-assigurazzjoni lil Sjóvá u neħħiet is-sorveljanza speċjali li Sjóvá kienet soġġetta għaliha minn Ottubru 2008. It-trasferiment tal-portafoll seħħ fl-1 ta' Ottubru 2009. (7)

3.2.2.   L-Istat sar l-akbar azzjonist ta' Sjóvá permezz ta' għażla eżerċitata minn SAT Holding

(27)

Fi tmiem is-sena 2009, l-imaniġġar tal-pretensjonijiet mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-Bank Ċentrali tal-Islanda (CBI) kien amalgamat, u trasferit lil entità ġdida; Ġestjoni tal-assi tas-CBI (ESI). Minn dak iż-żmien, ESI — li hija kkontrollata kollha kemm hi mill-Istat tal-Islanda — ħadet f'idejha l-immaniġġar tat-talbiet kontra SAT Holding.

(28)

Fit-3 ta' Mejju 2010, SAT Holding eżerċitat l-għażla li tittrasferixxi 73,03 % tal-ishma fi Sjóvá lill-Istat minflok li tħallas lura d-dejn. Minn dakinhar, l-azzjonisti fi Sjóvá kienu:

Kumpanija

Sjieda (%)

Íslandsbanki

9,30

SAT Holding

17,67

ESI (l-Istat)

73,03

(29)

Fis-16 ta' Ġunju 2010, il-Qorti Suprema Islandiża ddeċidiet li s-self mogħti f'ISK iżda marbut ma' basket ta' muniti barranin kien illegali. Dan affettwa l-valur tal-bonds maħruġa kemm minn Avant kif ukoll minn Askar Capital li kienu ntużaw għar-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá. Sabiex jinżamm il-kapital ta' Sjóvá, ftehim ta' trasferiment tal-assi ġie ffirmat fit-28 ta' Lulju 2010 bejn Sjóvá fuq naħa u SAT Holding, ESI u Íslandsbanki fuq in-naħa l-oħra. Dan il-Ftehim irriżulta f'dan li ġej (i) SAT Holding kisbet bond ta' Avant għal ISK 2,1 biljun (id-differenza mill-valutazzjoni oriġinali ta' ISK 2,8 koperti minn Sjóvá) u (ii) ESI ttrasferixxiet il-bond ta' Landsvirkjun, li kien intuża biex jikkollateralizza l-bond maħruġ minn Askar Capital, lil Sjóvá.

(30)

ESI sussegwentement akkwistat il-bond ta' Avant mingħand SAT Holding għal ISK 880 miljun. Dan il-bond kellu valur nominali ta' ISK 2 813 miljun, iżda kien ta' valur inċert billi d-detenturi tal-bonds ta' Avant kienu qed jistennew li jirkupraw biss minn 5-7 % tal-valur tal-bond wara l-likwidazzjoni ta' Avant. Dan ikun jikkorrispondi ma' valur tal-bond akkwistat minn ESI ta' bejn ISK 141 miljun u ISK 197 miljun. Bħala riżultat, l-ESI ikkontribwixxiet minn ISK 683 sa 739 miljun oħra biex tistabbilizza lil Sjóvá.

(31)

F'Diċembru 2010, il-kredituri ta' Avant approvaw ftehim ta' kompożizzjoni mal-kumpanija. F'dak il-punt, il-portafoll ta' Avant kien ivvalutat għal madwar ISK 13-il biljun. Il-pretensjoni tal-ewwel prijorità fuq il-portafoll kienet tammonta għal madwar ISK 15-il biljun. It-titolu tat-tielet prijorità fil-portafoll, li kien miżmum b'mod konġunt minn Glitnir u ESI, għalhekk ma kien jiswa xejn.

3.2.3.   Bejgħ lil SF1

(32)

Fit-18 ta' Jannar 2011, SF1 slhf (SF1), fond immaniġġat minn Stefnir hf., qabel li jakkwista 52,4 % ta' Sjóvá mingħand ESI għal ISK 4,9 biljun. Wara l-approvazzjoni regolatorja, it-tranżazzjoni seħħet fl-1 ta' Lulju 2011.

(33)

Barra minn hekk, SF1 ingħata l-għażla li jixtri l-20,63 % li jibqa' mingħand ESI għal ISK 2,4 biljun. Din l-għażla ġiet eżerċitata f'Lulju 2012.

(34)

Wara dik it-tranżazzjoni, il-parteċipazzjoni azzjonarja fi Sjóvá hija kif ġej:

Kumpanija

Sjieda (%)

Íslandsbanki

9,30

SAT Holding

17,67

SF1

73,03

(35)

L-awtoritajiet Islandiżi għalhekk irnexxielhom ibigħu l-parteċipazzjoni tagħhom fi Sjóvá għal ammont totali ta' ISK 7,3 biljun. Dan jitqabbel ma' valur inizjali ta' ISK 11,6 biljun tal-bonds li l-Islanda użat fil-kontribuzzjoni tagħha għar-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá.

4.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(36)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tagħha, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li l-parteċipazzjoni tal-Istat tal-Islanda fir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá tikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Barra minn hekk, l-Awtorità esprimiet dubji dwar jekk dawn il-miżuri jikkonformawx mal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fil-linji gwida tal-Awtorità dwar il-kriżi finanzjarja.

(37)

B'mod partikolari, l-Awtorità ddikjarat li l-awtoritajiet Islandiżi ma kinux ippreżentaw informazzjoni li turi li l-effetti sistemiċi li setgħu rriżultaw mill-falliment ta' Sjóvá setgħu laħqu daqs li jikkostitwixxi “taqlib serju fl-ekonomija” tal-Islanda skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE. Hija ddikjarat ukoll li kienet ġiet ippreżentata informazzjoni limitata biss fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' Sjóvá, dwar il-kawżi tad-diffikultajiet u dwar ir-ristrutturar innifsu. Din l-informazzjoni kienet biżżejjed biex tippermetti lill-Awtorità tivvaluta l-miżura skont l-Artikolu 61(3)(b) kif ukoll b'mod partikolari l-kapitolu dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta' miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar) tal-linji gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat. (8)

5.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(38)

L-Awtorità rċeviet sottomissjonijiet mill-partijiet interessati li ġejjin.

5.1.   Kummenti minn Sjóvá u Islandsbanki

(39)

Il-benefiċjarju, Sjóvá, kif ukoll Islandsbanki, wieħed mill-azzjonisti tagħha, ippreżentaw il-kummenti tagħhom lill-Awtorità.

(40)

Is-sottomissjoni ta' Sjóvá tipprovdi l-iktar informazzjoni dwar il-miżuri ta' ristrutturar imwettqa mill-maniġment il-ġdid tal-kumpanija kif ukoll dejta finanzjarja dwar l-operazzjonijiet tagħha.

(41)

Íslandsbanki jargumenta fil-kummenti tiegħu li l-Istat tal-Islanda aġixxa bħala investitur fl-ekonomija tas-suq meta pparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá. Jekk, madankollu, l-Awtorità waslet għall-opinjoni li t-tranżazzjoni kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat, Íslandsbanki jiddikjara li l-għajnuna għandha tkun ikkunsidrata kompatibbli skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-kummenti jenfasizzaw b'mod partikolari l-importanza tal-miżuri għas-suq finanzjarju tal-Islanda, il-kontribuzzjoni ta' partijiet privati (Glitnir u Íslandsbanki) għar-rikapitalizzazzjoni u s-suċċess tar-ristrutturar ta' Sjóvá s'issa.

5.2.   Kummenti mingħand il-kompetituri

(42)

L-Awtorità rċeviet ukoll kummenti mingħand VIS u TM. It-tnejn huma kumpaniji tal-assigurazzjoni Islandiżi u f'kompetizzjoni diretta ma' Sjóvá.

(43)

VIS targumenta fil-kummenti tagħha li l-intervent mill-Istat biex jippermetti r-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, VIS tinnota li l-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq ma għandux japplika għall-intervent, meta titqies is-sitwazzjoni ekonomika ta' Sjóvá u aktar ġeneralment fl-Islanda f'dak iż-żmien, kif ukoll minħabba t-termini tal-intervent. L-ebda investitur privat ma kien se jipparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni f'dawn iċ-ċirkostanzi. Barra minn hekk, VIS jargumenta li l-għajnuna ma għandhiex tiġi ddikjarata kompatibbli. B'mod partikolari, l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE ma japplikax billi l-falliment ta' Sjóvá ma kienx se jikkawża taqlib serju fl-ekonomija Islandiża. L-għajnuna għalhekk ma kenitx neċessarja. Fi kwalunkwe każ, VIS targumenta li l-għajnuna ma tikkonformax mal-Linji Gwida għar-Ristrutturar, kemm minħabba n-nuqqas ta' pjan ta' ristrutturar kif ukoll minħabba l-effett ta' tfixkil tal-kompetizzjoni, inkluż il-potenzjal għal imġiba aggressiva ta' pprezzar minn Sjóvá.

(44)

TM tinnota fil-kummenti tagħha li l-intervent tal-awtoritajiet tal-Islanda fir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá ma sarx bil-kundizzjonijiet tas-suq u għalhekk għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat. Dwar il-kompatibbiltà tal-miżura, TM targumenta li la l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 61(3)(b) u lanqas dawk fl-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE ma huma applikabbli għal dan il-każ. Fir-rigward tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE, TM targumenta li dan jeħtieġ li jiġi applikat b'mod restrittiv u ma jistax jintuża biex isolvi l-problemi ta' kumpanija waħda. Barra minn hekk, TM tissottometti li kumpanija tal-assigurazzjoni ma għandhiex titqies bħala sistemikament rilevanti, u għalhekk tista' tiġi xolta mingħajr periklu fil-qafas regolatorju eżistenti. Fi kwalunkwe każ, TM targumenta li l-għajnuna lil Sjóvá la kienet meħtieġa, la kienet immirata tajjeb u lanqas ma kienet proporzjonata. Hu nieqes ukoll pjan ta' ristrutturar li jipprovdi għal biżżejjed kondiviżjoni tal-piż u miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-imġiba fl-ippreżżar ta' Sjóvá.

6.   IL-KUMMENTI TAL-AWTORITAJIET ISLANDIŻI

(45)

L-awtoritajiet Islandiżi ma kkontestawx is-sejbiet preliminari tal-Awtorità li l-parteċipazzjoni tal-Istat tal-Islanda fil-kapitalizzazzjoni ta' Sjóvá tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. B'mod partikolari, huma ma kkontestawx il-konklużjoni preliminari tal-Awtorità li l-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq mhuwiex applikabbli. L-Islanda lanqas ma tikkontesta li x-xiri lura tal-bond ta' Avant mill-ESI — permezz ta' SAT Holding — seta' involva element ta' għajnuna mill-Istat lil Sjóvá.

(46)

L-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li l-għajnuna mill-Istat, madankollu, hija kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE, peress li l-intervent kien meħtieġ biex jirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Parti Kontraenti. Huma jispjegaw is-sitwazzjoni ekonomika diffiċli li l-Islanda kienet fiha fiż-żmien tal-miżura. Wara deprezzament qawwi tal-Króna Islandiża sa minn Settembru 2008 u l-kollass tat-tliet banek ewlenin kollha f'Ottubru 2008, l-Islanda ffaċċjat l-agħar kriżi ekonomika fl-istorja reċenti tagħha. Il-Gvern Islandiż kellu jieħu passi kuraġġużi biex jippreserva s-sistema finanzjarja tal-pajjiż minn kollass sħiħ b'konsegwenzi imprevedibbli għas-soċjetà tal-Islanda. Fiż-żmien tal-miżura, is-sistema finanzjarja tal-Islanda kienet fi stat ta' taqlib u kienet qed tbati minn nuqqas ġenerali ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet finanzjarji.

(47)

Sjóvá, bħala waħda mit-tliet kumpaniji prinċipali tal-assigurazzjoni fl-Islanda, hija sistemikament importanti għas-sistema finanzjarja tal-Islanda. Il-kollass ta' Sjóvá mhux biss kien iħalli parti kbira mill-popolazzjoni tal-Islanda mingħajr kopertura tal-assigurazzjoni u b'telf tal-pretensjonijiet tagħhom f'sitwazzjoni fejn is-soċjetà tal-Islanda diġà kienet qed tħabbat wiċċha ma' tbatija soċjali qawwija. Kien ukoll ikompli jdgħajjef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet tas-sistema finanzjarja u jxerred il-kontaġju tal-kriżi finanzjarja għas-settur tal-assigurazzjoni. Il-fiduċja pubblika fis-settur tal-assigurazzjoni tal-Islanda kienet diġà naqset ħafna fil-bidu tal-2009 minħabba li mhux biss Sjóvá iżda wkoll is-sidien taż-żewġ kumpaniji tal-assigurazzjoni ewlenin l-oħra kienu waqgħu f'idejn il-kredituri tal-kumpaniji prinċipali rispettivi tagħhom. Għalhekk, il-falliment ta' Sjóvá x'aktarx kien jirriżulta f'li l-kriżi tas-suq finanzjarju tinxtered mis-settur bankarju għal dak tal-assigurazzjoni.

(48)

Din l-analiżi hija kondiviża mill-FME, li tinnota li l-falliment ta' Sjóvá kien ikollu konsegwenzi serji fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Il-kredibilità tas-suq finanzjarju u l-ekonomija b'mod ġenerali sofrew ħsara kbira matul il-kollass tal-banek Islandiżi f'Ottubru 2008. L-istituzzjonijiet li kien fadal kienu fraġli, kif kienet il-kunfidenza fl-istituzzjonijiet finanzjarji. It-tkomplija tal-eżistenza ta' Sjóvá kienet importanti għall-funzjonament tas-suq finanzjarju Islandiż. Falliment kien ikollu effetti konsegwenzjali fuq is-swieq tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, b'mod ġenerali. Kien ifixkel il-ħidma li kienet tinsab għaddejja tal-awtoritajiet Islandiżi biex jirrikostruwixxu s-swieq finanzjarji.

(49)

Fir-rigward tad-dimensjoni tar-ristrutturazzjoni meħtieġa, l-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li l-Awtorità għandha tqis li d-diffikultajiet finanzjarji ta' Sjóvá kienu ġew ikkawżati esklussivament mill-attivitajiet irregolari ta' investiment tagħha u minn tranżazzjonijiet mas-sid preċedenti tagħha Milestone. Dawn kienu possibbli minħabba n-nuqqas ta' kontroll tar-riskju xieraq u governanza korporattiva xierqa. Ma għandhom l-ebda konnessjoni man-negozju tal-assigurazzjoni li qed titkompla minn Sjóvá illum. Il-vijabbiltà tan-negozju tal-assigurazzjoni ta' Sjóvá hija tintwera mhux biss fil-projezzjonijiet finanzjarji tal-pjan ta' ristrutturar, iżda hija wkoll ikkonfermata mill-FME. Barra minn hekk, ir-rieda ta' investitur privat ta' parti terza li jikseb sehem ta' maġġoranza fil-kumpanija mill-istat juri li s-suq iqis li Sjóvá hija vijabbli. Din it-tranżazzjoni rriżultat ukoll f'li l-maġġoranza tal-għajnuna tiġi rkuprata mill-Islanda.

(50)

L-awtoritajiet Islandiżi jenfasizzaw li s-sidien storiċi ta' Sjóvá tilfu l-investiment kollha, u li kemm Glitnir kif ukoll Íslandsbanki ħadu sehem fir-rikapitalizzazzjoni. Barra minn hekk, Sjóvá qed tikkontribwixxi għar-ristrutturar billi taqtal-ispejjeż u tibni mill-ġdid il-kapital tagħha minn profitti miżmuma. Għalhekk hemm qsim tal-piż sostanzjali kemm mill-azzjonisti fi Sjóvá kif ukoll mill-kumpanija nnifisha.

(51)

Dwar il-ħtieġa għal miżuri ta' kumpens, l-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw li miżuri strutturali ulterjuri ma għandhomx ikunu meħtieġa billi r-ristrutturar diġà wassal għal tnaqqis tal-karta bilanċjali ta' Sjóvá b'madwar 70 %, u kwalunkwe ċessjonijiet ta' segmenti tan-negozju prinċipali jipperikolaw il-vijabbiltà. L-awtoritajiet Islandiżi jinnutaw ukoll li Sjóvá tikkwalifika bħala SME, li jkompli jnaqqas il-ħtieġa għal miżuri ta' kumpens. Fl-aħħar nett, huma jargumentaw li l-impenji proposti, kemm dwar l-imġiba ta' Sjóvá kif ukoll dwar il-bidla regolatorja, huma xierqa biex jitnaqqas kemm jista' jkun it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(52)

B'reazzjoni għall-kummenti ta' partijiet terzi mill-VIS u t-TM, l-awtoritajiet Islandiżi prinċipalment jirreferu għal sottomissjonijiet ta' qabel u jipprovdu aktar data ekonomika.

7.   IL-PJAN GĦAR-RISTRUTTURAR

(53)

Fit-3 ta' Ottubru 2011, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew l-ewwel pjan ta' ristrutturar għal Sjóvá. Dan il-pjan ġie aġġornat għal darb' oħra fit-13 ta' April 2012 u t-28 ta' Mejju 2013.

(54)

Il-pjan ta' ristrutturar jindirizza l-kwistjonijiet sostantivi tal-vijabbiltà, il-qsim tal-piż u l-limitazzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Skont il-pjan ta' ristrutturar, Sjóvá se tnaqqas il-profil tar-riskju globali tal-portafoll tal-investiment tagħha, ittejjeb il-proċeduri tal-investiment u tal-immaniġġar tar-riskji tagħha, ittejjeb il-governanza korporattiva tagħha u ttejjeb il-profitabbiltà.

7.1.   Projezzjonijiet finanzjarji

(55)

L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew informazzjoni finanzjarja dettaljata u projezzjonijiet finanzjarji għal Sjóvá sal-2016, inkluż każ ta' bażi u tliet xenarji ta' każijiet ta' stress. Għalkemm il-perjodu tar-ristrutturar jasal biss sal-aħħar tal-2014, l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew dejta addizzjonali tal-ippjanar għall-2015 u l-2016. Dan jgħin lill-Awtorità b'mod partikolari fil-valutazzjoni ta' każijiet ta' stress, li jqisu avvenimenti ta' stress speċifiċi għas-suq Islandiż b'effetti li jkomplu wara tmiem il-perjodu tar-ristrutturar.

(56)

F'kull wieħed mill-erba' xenarji, kienu ppreżentati suppożizzjonijiet għall-perjodu 2013-2016 f'termini tat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), l-inflazzjoni, l-iżvilupp tas-sehem mis-suq, ir-redditu fuq bonds tal-gvern marbuta mal-indiċi, ir-redditu fuq flus kontanti, il-primjum tal-ekwità u l-allokazzjoni kif ukoll il-proporzjonijiet tal-pretensjonijiet/primjums u spejjeż/primjums ta' Sjóvá.

7.1.1.   Xenarju tal-każ bażi

(57)

Fix-xenarju tal-każ bażi, il-projezzjonijiet finanzjarji huma bbażati fuq pronjożi ta' ħames snin għat-tkabbir tal-PDG u l-inflazzjoni tal-ekonomija Islandiża ppubblikata minn Statistics Iceland fit-30 ta' Marzu 2012, u aġġornata fuq il-bażi tar-riżultati attwali ta' Sjóvá u d-dejta attwali dwar l-ekonomija Islandiża fl-2012 fit-28 ta' Mejju 2013. Il-każ bażi jassumi b'mod partikolari tkabbir ekonomiku moderat, tnaqqis fl-inflazzjoni u żvilupp fiss tar-rati tal-imgħax, kif ukoll ishma tas-suq kostanti għal Sjóvá.

Każ bażi: preżunzjonijiet

 

2012

2013

2014

2015

2016

Tkabbir tal-PDG

1,6 %

2,5 %

2,8 %

2,8 %

2,7 %

Inflazzjoni

4,2 %

3,4 %

2,5 %

2,5 %

2,5 %

Is-sehem tas-suq ta' Sjóvá

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bonds tal-gvern marbuta mal-indiċi

2,5 %

2,5 %

2,5 %

2,5 %

2,5 %

Rata tar-rendiment reali tal-flus likwidi

1 %

1 %

1 %

1 %

1 %

Primjum tal-ekwità

5 %

5 %

5 %

5 %

5 %

Allokazzjoni tal-ekwità

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Pretensjonijiet/primjums netti mir-riassigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż/primjums netti mir-riassigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(58)

Il-profitt u t-telf projettat kif ukoll il-karta bilanċjali fil-każ bażiku huma stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt.

Każ bażi: rapport tal-qligħ u t-telf (f'miljuni ta' ISK)

 

2012

2013

2014

2015

2016

Primjums maqlugħa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Pretensjonijiet dovuti

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul ieħor

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż operattivi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

P/L tal-operazzjonijiet ta' assigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul minn investiment

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Id-dħul qabel it-taxxa u d-deprezzament

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Amortizzazzjoni tal-avvjament

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Profitt qabel it-taxxa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Taxxi fuq l-introjtu

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Profitt

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)


Każ bażi: karta bilanċjarja (f'miljuni ta' ISK)

 

2012

2013

2014

2015

2016

Assi:

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Assi operattivi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Avvjament

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Intanġibbli oħra

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Tnaqqis fit-taxxa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Titoli

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Assi tar-riassigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Riċevibbli tal-kont

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Flus u ekwivalenti ta' flus

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Assi totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ekwità:

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ekwità fil-bidu tal-perjodu

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-profitt tas-sena

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dividendi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ekwità totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Obbligazzjonijiet:

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dispożizzjonijiet tekniċi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dispożizzjonijiet tekniċi għall-assigurazzjoni tal-ħajja

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kontijiet pagabbli

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Obbligi totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ekwità u obbligazzjonijiet

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(59)

Il-proporzjonijiet finanzjarji ewlenin kif projettati fil-każ bażi huma ppreżentati fit-tabella ta' hawn taħt.

Każ bażi: proporzjonijiet finanzjarji ewlenin

 

2012

2013

2014

2015

2016

Solvenza aġġustata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Redditu fuq l-ekwità

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(60)

Fi tmiem il-perjodu ta' ristrutturar, ir-redditu fuq l-ekwità projettat ta' Sjóvá se jilħaq madwar […] % fix-xenarju tal-każ bażi.

7.1.2.   Każ ta' stress: “double dip”

(61)

L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew simulazzjoni ta' xenarju ta' stress “double dip”. Is-suppożizzjonijiet tal-PDG tagħha għall-2013 sal-2016 jissimulaw riċessjoni oħra u livell ogħla ta' inflazzjoni. Bħala stress ulterjuri, huwa preżunt ukoll li r-rati tal-imgħax jibqgħu l-istess u li l-primjum tal-ekwità jsir negattiv. Ix-xenarju “double dip” b'hekk jistimula riċessjoni profonda flimkien ma' elementi oħra ta' stress.

Każ ta' stress “double dip”: preżunzjonijiet

 

2012

2013

2014

2015

2016

Tkabbir tal-PDG

1,6 %

1,2 %

– 6,6 %

– 4,0 %

2,6 %

Inflazzjoni

4,2 %

12,4 %

12,0 %

5,4 %

4,0 %

Is-sehem tas-suq ta' Sjóvá

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bonds tal-gvern marbuta mal-indiċi

2,5 %

2,5 %

2,5 %

2,5 %

2,5 %

Rata tar-rendiment reali tal-flus likwidi

1 %

1 %

1 %

1 %

1 %

Primjum tal-ekwità

5 %

5 %

– 70 %

– 7,9 %

5 %

Allokazzjoni tal-ekwità

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Pretensjonijiet/primjums netti mir-riassigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż/primjums netti mir-riassigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)


Każ ta' stress “double dip”: dejta finanzjarja (f'miljuni ta' ISK jekk mhux speċifikat mod ieħor)

 

2012

2013

2014

2015

2016

P/L tal-operazzjonijiet ta' assigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Profitt totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Solvenza aġġustata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Redditu fuq l-ekwità

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

7.1.3.   Każ ta' stress: “kontrolli tal-kapital”

(62)

L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew simulazzjoni ta' xenarju ta' stress ta' “kontrolli tal-kapital”. F'dan it-test tal-istress, huwa preżunt li l-kontrolli tal-kapital se jitneħħew fl-Islanda fl-2014. Bħala konsegwenza, l-ISK tiddevalwa għall-valur tagħha barra mill-pajjiż, li huwa madwar 30 % inqas mir-rata tal-kambju uffiċċjali. Dan ifisser żieda fir-rata tal-inflazzjoni. Konsegwentement, ir-rata ta' inflazzjoni ogħla żżid il-proporzjon tat-telf. Ir-rati tal-imgħax reali huma mistennija li jiżdiedu għal 6,5 %, u l-primjum tar-riskju tal-ekwità huwa mistenni jilħaq – 50 % minħabba l-ħruġ tal-kapital.

Każ ta' stress “double dip”: preżunzjonijiet

 

2012

2013

2014

2015

2016

Tkabbir tal-PDG

1,6 %

2,5 %

2,8 %

2,8 %

2,7 %

Inflazzjoni

4,2 %

3,4 %

2,5 %

10,5 %

5 %

Is-sehem tas-suq ta' Sjóvá

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bonds tal-gvern marbuta mal-indiċi

2,5 %

2,5 %

6,5 %

6,5 %

6,5 %

Rata tar-rendiment reali tal-flus likwidi

1 %

1 %

1 %

1 %

1 %

Primjum tal-ekwità

5 %

5 %

-50 %

5 %

5 %

Allokazzjoni tal-ekwità

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Pretensjonijiet/primjums netti mir-riassigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż/primjums netti mir-riassigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)


Każ ta' stress “kontrolli tal-kapital”: dejta finanzjarja (f'miljuni ta' ISK jekk mhux speċifikat mod ieħor)

 

2012

2013

2014

2015

2016

P/L tal-operazzjonijiet ta' assigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Profitt totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Solvenza aġġustata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Redditu fuq l-ekwità

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

7.1.4.   Każ ta' stress: “xitwa kiesħa II”

(63)

L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew simulazzjoni ta' xenarju ta' stress ta' “xitwa kiesħa II”. Dan il-każ ta' stress jimmodifika l-każ bażi bl-okkorrenza ta' żewġ xtiewi eċċezzjonalment kiesħa. Dan iwassal għal żieda sinifikanti fin-numru ta' telf (b'mod partikolari inċidenti stradali) li huma relattivament żgħar, u għalhekk ma jkunux koperti permezz tar-riassigurazzjoni. L-ammont ta' telf huwa preżunt li hu ta' 100 % tal-primjums.

Il-każ ta' stress “xitwa kiesħa II”: preżunzjonijiet

 

2012

2013

2014

2015

2016

Tkabbir tal-PDG

1,6 %

2,5 %

2,8 %

2,8 %

2,7 %

Inflazzjoni

4,2 %

3,4 %

2,5 %

2,5 %

2,5 %

Is-sehem tas-suq ta' Sjóvá

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bonds tal-gvern marbuta mal-indiċi

2,5 %

2,5 %

2,5 %

2,5 %

2,5 %

Rata tar-rendiment reali tal-flus likwidi

1 %

1 %

1 %

1 %

1 %

Primjum tal-ekwità

5 %

5 %

5 %

5 %

5 %

Allokazzjoni tal-ekwità

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Pretensjonijiet/primjums netti mir-riassigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż/primjums netti mir-riassigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)


Każ ta' stress “xitwa kiesħa II”: dejta finanzjarja (f'miljuni ta' ISK jekk mhux speċifikat mod ieħor)

 

2012

2013

2014

2015

2016

P/L tal-operazzjonijiet ta' assigurazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Profitt totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Solvenza aġġustata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Redditu fuq l-ekwità

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

7.1.5.   Każijiet ta' stress: konklużjoni

(64)

Fit-tliet xenarji ta' stress, il-proporzjon tas-solvenza jibqa' b'saħħtu matul il-perjodu ta' ristrutturar kollu, u Sjóvá tkun profittabbli bl-eċċezzjoni ta' avvenimenti ta' stress speċifiċi f'ċerti snin. Madankollu, skont id-dejta addizzjonali tal-ippjanar għall-2015 u l-2016, Sjóvá tirkupra l-profittabbiltà tagħha malajr anke f'dawn iċ-ċirkustanzi.

7.2.   Deskrizzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar

(65)

Ir-ristrutturar ta' Sjóvá jikkonsisti f'diversi miżuri strutturali u ta' mġiba, li huma deskritti hawn taħt.

7.2.1.   Separazzjoni ta' attivitajiet ta' assigurazzjoni u stralċ tal-investimenti

(66)

Kif stabbilit hawn fuq, il-problemi ewlenin li wasslu għad-diffikultajiet finanzjarji ta' Sjóvá rriżultaw minn deċiżjonijiet ta' investiment u self fi ħdan il-grupp ikkawżat mis-sid preċedenti tagħha, Milestone. Bħala riżultat, Sjóvá esperjenzat diffikultajiet serji fir-rigward tal-portafoll ta' investiment tagħha. Pass ewlieni fir-ristrutturar ta' Sjóvá kien għalhekk it-trasferiment fis-sajf tal-2009 tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni tagħha f'kumpanija ġdida (li aktar tard reġgħet ingħatat l-isem ta' Sjóvá) u l-għeluq tal-portafoll ta' investiment storiku.

7.2.2.   Bidla fil-governanza korporattiva u l-istrutturi tal-kontroll

(67)

Att Islandiż fuq l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni ġdid daħal fis-seħħ fl-2010. Dan jinkludi regoli aktar stretti dwar il-governanza korporattiva u mekkaniżmi oħra ta' kontroll fi ħdan kumpaniji tal-assigurazzjoni.

(68)

Il-bidliet rilevanti huma dawn li ġejjin:

Direttur ta' kumpanija tal-assigurazzjoni ma jistax ikun direttur ta' xi istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija tal-assigurazzjoni oħra. L-FME tista' tagħti eżenzjonijiet fil-każ ta' sussidjarji.

Kull kap eżekuttiv jew Direttur għandu jattendi l-eżamijiet imwettqa mill-FME sabiex jivvaluta l-kwalifika u l-għarfien ta' dawn l-individwi. L-FME tista' tirrifjuta li taċċetta individwi li ma jgħaddux minn din il-valutazzjoni bħala direttur jew kap eżekuttiv ta' kumpanija tal-assigurazzjoni.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jistabbilixxi regoli tal-immaniġġar, regoli ta' spezzjoni interna, regoli tal-awditjar intern, regoli dwar l-attività u l-proċedura finanzjarja, regoli u proċeduri dwar kwalunkwe tip ta' attività ta' self kif ukoll regoli u proċeduri dwar tranżazzjonijiet tan-negozju ma' partijiet relatati.

Il-bord tad-diretturi għandu jistabbilixxi regoli dwar in-negozjar ta' strumenti finanzjarji mill-kumpanija nnifisha u personalment mid-diretturi, il-kap eżekuttiv u persunal ewlieni definit fi ħdan il-kumpanija.

L-FME tistabbilixxi regoli applikabbli għal kull tip ta' skema ta' bonusijiet li tifforma parti mill-pakketti tas-salarju fi ħdan kumpaniji ta' assigurazzjoni.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jistabbilixxi regoli speċjali vinkolanti dwar il-proċeduri ta' investiment u dwar il-kondotta ta' attivitajiet ta' investiment fejn il-kumpanija jkollha l-ħsieb li tinvesti f'xi strument finanzjarju mhux elenkat f'borża rreġistrata.

Il-bord tad-diretturi għandu jistabbilixxi regoli vinkolanti dwar il-proprjetà immobbli maħsuba biss bħala investiment u mhux għall-użu proprju tal-kumpanija.

Ir-regoli interni kollha meħtieġa b'dan ir-Regolament kif stabbilit hawn fuq għandhom jiġu ppreżentati lill-FME għar-rieżami u l-konferma.

(69)

Sjóvá implimentat il-bidliet rilevanti fil-leġiżlazzjoni. Skont ir-rekwiżiti regolatorji ġodda, il-bord tad-diretturi ta' Sjóvá ddeċieda dwar regoli li jikkonċernaw l-investimenti; kull emenda ta' dawn ir-regoli għandha tkun approvata mill-FME. Il-bord tad-diretturi ta' Sjóvá stabbilixxa u ffirma r-regoli dwar il-governanza korporattiva fl-4 ta' April 2011 u ressaqhom quddiem l-FME. Minbarra dan, il-kap eżekuttiv stabbilixxa u ffirma regoli li jiddefinixxu u jiddeterminaw il-kwalifiki minimi għall-impjegati importanti.

(70)

Barra minn hekk, diviżjoni ġdida “Riskju u Analiżi” ġiet stabbilita minn Sjóvá f'April 2010. Din id-diviżjoni twieġeb direttament lill-kap eżekuttiv u titmexxa minn attwarju kkwalifikat u tinkludi sitt impjegati oħra. L-għan ta' din id-diviżjoni huwa:

li tkun responsabbli għall-kitba u l-infurzar ta' proċedura tal-immaniġġar tar-riskju regolatorja u prudenti fis-segmenti tan-negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja ta' Sjóvá;

li tanalizza r-riżultati tas-sottoskrizzjoni minn kull klassi ta' assigurazzjoni mwettqa fi Sjóvá;

li tipprovdi rapporti u tipproponi emendi għall-klassifikazzjoni tat-tariffi;

li tkun responsabbli għall-klassifikazzjoni preċiża tat-tariffi għall-klassijiet kollha ta' negozju ta' assigurazzjoni;

li tinforza l-proċeduri kollha fi Sjóvá relatati mal-immaniġġar tar-riskji;

li tanalizza dispożizzjonijiet tekniċi f'intervalli regolari u tkun responsabbli għal riżervi preċiżi għall-pretensjonijiet;

li twettaq testijiet tal-istress u Vatutazzjoni tar-Riskju u tas-Solvenza Proprji (ORSA);

li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' Solvenza II u l-infurzar tar-rekwiżiti ta' Solvenza II fi Sjóvá;

li tagħti rapporti regolari dwar kull kwistjoni relatata mal-immaniġġar tar-riskju lis-CEO u lill-bord tad-diretturi; kif ukoll

li tikkomunika u li tirrapporta lill-Awtorità Superviżorja Finanzjarja dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-immaniġġar tar-riskju u r-riżultati u r-rapporti tekniċi kif statutorjament meħtieġ.

(71)

Fl-aħħar nett, twaqqaf kumitat tal-awditjar intern mill-bord tad-diretturi skont ir-rekwiżiti statutorji.

7.2.3.   Miżuri oħra ta' vijabbiltà

(72)

Sjóvá implimentat miżuri biex iżżid il-marġni fin-negozju tagħha tal-assigurazzjoni u biex tnaqqas l-ispejjeż. Dawn il-miżuri jinkludu tnaqqis fis-salarji, tnaqqis fil-bejgħ u spejjeż operattivi oħra kif ukoll l-implimentazzjoni ta' regoli stretti biex jiġu kkwotati offerti tal-assigurazzjoni. Barra minn hekk, bħalissa ma hemm l-ebda skemi tal-bonus ta' kumpens għall-impjegati. Fl-aħħar nett, Sjóvá waqqfet l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni tagħha, li permezz tagħhom fil-passat kienet kisbet portafoll internazzjonali tal-assigurazzjoni tar-riskju.

(73)

Dawn il-miżuri għandhom l-għan b'mod partikolari li jiżguraw li l-proporzjon ikkombinat ikun taħt il-100 %, jiġifieri li negozju tal-assigurazzjoni jkun sostenibbli fih innifsu, mingħajr ma jittieħdu riskji bla bżonn f'attivitajiet ta' investiment. Bħala riżultat ta' dawn il-miżuri, Sjóvá kienet kapaċi ttejjeb il-proporzjon ikkombinat tagħha minn 114,4 % fl-2005 għal 95,6 % fl-2010. Skont il-projezzjonijiet tal-każ bażiku, il-proporzjon se jibqa' inqas minn 100 % sal-2016.

7.3.   Impenji

(74)

Kif stipulat fl-Anness, il-Gvern Islandiż u Sjóvá impenjaw ruħhom favur restrizzjonijiet dwar l-ipprezzar ta' kwotazzjonijiet tal-assigurazzjoni għal ċerti klijenti korporattivi flimkien ma' projbizzjonijiet fuq ċerti akkwisti u attivitajiet ta' riklamar.

(75)

L-awtoritajiet tal-Islanda impenjaw ruħhom ukoll li jintroduċu ċerti bidliet regolatorji għall-funzjonament tas-suq tal-assigurazzjoni kif stabbilit fl-Anness.

II.   VALUTAZZJONI

1.   IL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(76)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huwa kif ġej:

“Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f'dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli ma' dan il-Ftehim.”

(77)

L-Awtorità se tivvaluta l-miżuri li ġejjin kif stabbilit fil-paragrafu 18 hawn fuq:

1.

L-Istat tal-Islanda kkontribwixxa għar-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá billi ttrasferixxa lil SAT Holding żewġ bonds fil-pussess tiegħu, stmati minn espert estern li jlaħħqu ISK 11,6 biljun (madwar EUR 76 miljun) li għandhom jintużaw bħala ekwità fi Sjóvá.

2.

L-Istat tal-Islanda qabel ukoll li jgħolli t-titolu ta' Glitnir fil-bond maħruġ minn Avant mir-4 għat-3 prijorità sabiex jippermetti l-kontribuzzjoni ta' Glitnir għall-kapital ta' Sjóvá. Billi l-bond ta' Avant tilef ħafna mill-valur tiegħu wara d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Islanda tas-16 ta' Ġunju 2010, l-Istat Islandiż (permezz tal-ESI) daħal fi ftehim ta' trasferiment tal-assi ddatat it-28 ta' Lulju 2010. Dan il-Ftehim irriżulta f'li l-ESI ikkontribwixxiet minn ISK 683 sa 739 miljun oħra biex tistabbilizza lil Sjóvá permezz tal-akkwist tagħha tal-bond ta' Avant mingħand SAT Holding għal ISK 880 miljun.

(78)

Dawn il-miżuri se jissejħu l-“miżuri ta' rikapitalizzazzjoni” hawn taħt.

1.1.   Il-preżenza ta' riżorsi tal-Istat

(79)

Billi l-Awtorità kienet diġà kkonkludiet fuq bażi preliminari fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, huwa ċar li l-ewwel waħda mill-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni kienet iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat mogħtija mill-Istat Islandiż.

(80)

Fir-rigward tat-tieni miżura ta' rikapitalizzazzjoni, il-ħlas għall-akkwist sussegwenti tal-bond ta' Avant mingħand SAT Holding sar ukoll mill-Istat tal-Islanda minn riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, it-titjib tat-titolu ta' Glitnir fil-bond ta' Avant naqqas il-probabbiltà li l-Istat jirċievi ħlas lura mill-bond, u għalhekk naqqas il-valur tal-pretensjoni tiegħu. Dan it-tnaqqis b'hekk affettwa wkoll ir-riżorsi tal-Istat.

(81)

L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li riżorsi tal-Istat kienu involuti fiż-żewġ miżuri ta' rikapitalizzazzjoni favur Sjóvá.

1.2.   Preferenza mogħtija lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta' ċerti prodotti

(82)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura għandha tagħti vantaġġ selettiv lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta' ċerti oġġetti.

(83)

L-għan tal-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni kien li jiġi żgurat li Sjóvá tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti minimi regolatorji tal-kapital, biex b'hekk il-kumpanija tkun tista' tibqa' attiva fin-negozju fl-assigurazzjoni.

(84)

L-awtoritajiet Islandiżi kkonfermaw li l-Istat ħa sehem fir-rikapitalizzazzjoni tan-negozju tal-assigurazzjoni ta' Sjóvá minħabba li Glitnir u Íslandsbanki ma kellhomx il-fondi sabiex jipprovdu l-kapital meħtieġ huma stess u ma nstab l-ebda investitur privat ieħor li kien lest li jagħmel dan. Dan jikkonferma l-pożizzjoni tal-Awtorità fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-Istat tal-Islanda ma aġixxiex bħala investitur f'ekonomija tas-suq meta pparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá.

(85)

L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li l-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni taw vantaġġ lil Sjóvá. Dan il-vantaġġ huwa b'mod ċar selettiv, minħabba li l-miżuri kienu mfassla biex jibbenefikaw biss lil Sjóvá.

(86)

L-element tal-għajnuna mill-Istat jikkorrispondi għall-ekwità li Sjóvá kieku ma kinitx tirċievi mingħajr il-parteċipazzjoni tal-istat, jiġifieri l-ISK 11,6 biljun inizjali kkontribwiti min-naħa tal-Istat Islandiż kif ukoll kontribuzzjoni ulterjuri mingħand ESI ta' bejn ISK 683 u 739 miljun skont il-ftehim tat-trasferiment tal-assi bid-data tat-28 ta' Lulju 2010. B'hekk l-Awtorità tivvaluta li l-element ta' għajnuna jammonta għal madwar ISK 12,3 biljun.

1.3.   Tfixkil tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

(87)

Il-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni jsaħħu l-pożizzjoni ta' Sjóvá f'paragun mal-kompetituri (jew kompetituri potenzjali) fl-Islanda u Stati oħra taż-ŻEE. Sjóvá hija impriża attiva, kif deskritt hawn fuq, fis-suq tal-assigurazzjoni, li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni internazzjonali fiż-ŻEE. Filwaqt li s-swieq finanzjarji Islandiżi huma attwalment pjuttost iżolati, b'mod partikolari minħabba l-kontrolli tal-kapital, il-kummerċ transfruntier fis-servizzi tal-assigurazzjoni għadu jeżisti, u dan se jiżdied meta jitneħħew il-kontrolli tal-kapital. Il-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni għalhekk ifixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni b'mod li jaffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE.

1.4.   Konklużjoni dwar il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat

(88)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.   REKWIŻITI TAL-PROĊEDURA

(89)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista' tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan ta' għoti jew ta' tibdil fl-għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat m'għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu sakemm il-proċedura tkun irriżultat f'deċiżjoni finali”.

(90)

L-awtoritajiet Islandiżi ma nnotifikawx il-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni lill-Awtorità qabel l-implimentazzjoni tagħhom. Għaldaqstant l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Islandiżi ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. L-għoti ta' dawn il-miżuri ta' għajnuna għalhekk ma sarx skont il-liġi.

3.   KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

(91)

Bħala kumment preliminari, l-Awtorità tinnota li mhux imħaqqaq li Sjóvá kienet tiffaċċja l-falliment mingħajr l-intervent tal-Istat, minħabba li ma kenitx tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti kapitali regolatorji. Sjóvá għalhekk kienet impriża f'diffikultà fiż-żmien tal-ewwel miżura ta' rikapitalizzazzjoni.

(92)

L-Awtorità tinnota wkoll li l-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li l-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni favur Sjóvá jaqgħu taħt l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar.

3.1.   Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà: l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Gwida għar-Ristrutturar tal-Awtorità

(93)

Filwaqt li l-għajnuna mill-Istat lill-impriżi f'diffikultà bħal Sjóvá hija normalment ikkunsidrata taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE jippermetti l-għajnuna mill-Istat “biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru tal-KE jew ta' Stat tal-EFTA”.

3.1.1.   L-Applikabbiltà tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE

(94)

Kif stabbilit hawn fuq, l-awtoritajiet tal-Islanda pprovdew il-fondi inizjali meħtieġa għar-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá permezz ta' ftehim dwar it-trasferiment ta' bonds datat it-8 ta' Lulju 2009.

(95)

F'dik id-data, l-ekonomija tal-Islanda kienet għadha milquta b'mod qawwi mill-kriżi finanzjarja. B'mod partikolari, il-banek kummerċjali ewlenin kienu f'idejn riċevitura, il-gvern kien introduċa l-kontrolli tal-kapital, l-inflazzjoni żdiedet b'mod drammatiku u l-Islanda kellha tgħaddi minn programm ta' awsterità bħala parti mill-kondizzjonijiet tal-arranġament ta' riżerva u self tagħha mill-FMI. F'dan l-isfond speċifiku, l-FME wissiet dwar il-konsegwenzi serji fuq l-ekonomija u s-soċjetà Islandiża jekk Sjóvá titħalla tfalli, inkluż ir-riskju ta' effett sistemiku fuq is-swieq finanzjarji. (9)

(96)

L-Awtorità tinnota li l-falliment ta' kumpanija waħda fis-settur tal-assigurazzjoni huwa normalment inqas probabbli li jkollu effett sistemiku milli fis-settur bankarju. Madankollu, fil-każ preżenti, l-impatt ta' falliment ta' Sjóvá għandu jiġi evalwat fl-isfond ta' kriżi finanzjarja u ekonomika serja bħal dik li seħħet fl-Islanda fl-2008-2009.

(97)

L-Awtorità taqbel mal-analiżi tal-awtoritajiet Islandiżi li skonthom, sakemm il-fiduċja fis-sistema finanzjarja tkun reġgħet ġiet stabbilita, l-impatt potenzjali ta' kriżi bħal din seta' ma jkunx limitat biss għal Sjóvá, u lanqas għas-sistema finanzjarja.

(98)

Għalhekk l-Awtorità tikkunsidra li l-parteċipazzjoni tal-Istat fir-rikapitalizzazzjoni ta' Lulju 2009 tista' titqies li hi maħsuba biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija tal-Islanda.

3.1.2.   Applikazzjoni tal-Miżuri ta' Ristrutturar

(99)

Il-Linji Gwida tar-Ristrutturar jistabbilixxu r-regoli tal-għajnuna mill-Istat applikabbli għar-ristrutturar tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja.

(100)

Skont il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar, sabiex dan ikun kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE, ir-ristrutturar ta' istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja jrid:

iwassal għall-irkupru tal-vijabbiltà tal-kumpanija;

jinkludi biżżejjed kontribuzzjoni proprja mill-benfiċjarju (qsim tal-piżijiet); kif ukoll

ikun fih miżuri suffiċjenti li jillimitaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni.

(101)

L-Awtorità għalhekk se tevalwa hawn taħt, fuq il-bażi tal-pjan ta' ristrutturar sottomess għal Sjóvá jekk dawn il-kriterji ġewx issodisfati u jekk il-miżuri ta' għajnuna deskritti hawn fuq jikkostitwixxux għajnuna kumpatibbli għar-ristrutturazzjoni.

3.2.   L-irkupru tal-vijabbiltà

(102)

L-Awtorità identifikat il-kawżi li ġejjin għad-diffikultajiet ta' Sjóvá, li wasslu għall-intervent mill-Istat: (i) prattiki tal-investiment mhux xierqa; (ii) governanza korporattiva u mmaniġġar tar-riskju mhux suffiċjenti; u (iii) nuqqas ta' profitabbiltà tal-prodotti tal-assigurazzjoni.

(103)

Il-pjan ta' ristrutturar jindirizza dawn il-kawżi ta' diffikultajiet kif ukoll ta' fatturi oħra ta' riskju tal-kumpanija.

3.2.1.   Valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar — separazzjoni ta' attivitajiet ta' assigurazzjoni u l-istralċ tal-investimenti

(104)

It-trasferiment tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni ta' Sjóvá f'kumpanija ġdida ħeles lin-negozju tal-assigurazzjoni mir-riskji li jirriżultaw mill-portafoll storiku ta' investimenti. Din il-miżura ppermettiet lil Sjóvá, ladarba rrikapitalizzata, li għal darb' oħra tiffoka fuq l-operazzjonijiet ta' assigurazzjoni tagħha.

(105)

L-Awtorità tikkunsidra li wara dan it-trasferiment, Sjóvá ma għadhiex tiffaċċja xi riskju eċċessiv mill-portafoll storiku tal-investimenti tagħha, li qed jiġi ċedut f'entità separata.

3.2.2.   Valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar — titjib tal-governanza korporattiva u l-immaniġġar tar-riskju

(106)

L-Awtorità tinnota li Sjóvá implimentat ir-rekwiżiti tal-Att tal-Islanda dwar l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni li daħal fis-seħħ fl-2010, li jinkludu regoli aktar stretti dwar il-governanza korporattiva u mekkaniżmi oħra ta' kontroll. Dawn il-bidliet itejbu l-governanza korporattiva ta' Sjóvá u jipprevedu sorveljanza komprensiva mill-FME, inkluż fuq politiki tal-investiment.

(107)

Barra minn hekk, Sjóvá waqqfet diviżjoni tar-“riskju u analiżi” b'riżorsi sostanzjali sabiex tittejjeb l-immaniġġar tar-riskji u s-sorveljanza operattiva, kif ukoll kumitat tal-awditjar intern. Hija fformalizzat ukoll il-politiki essenzjali, pereżempju dwar l-ipprezzar tal-kwotazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-politika tal-investiment. L-aderenza tal-impjegati ma' dawn il-politiki hija ssorveljata b'mod regolari biex tiġi żgurata l-konformità.

(108)

Fl-aħħar nett, l-Awtorità tinnota li l-kap eżekuttiv u l-membri tal-bord maħtura mill-azzjonist preċedenti Milestone ġew mibdula fl-2009.

(109)

L-Awtorità tqis li l-miżuri msemmija hawn fuq huma xierqa sabiex jiġu indirizzati l-fallimenti fil-governanza korporattiva u l-immaniġġar tar-riskju li kkontribwixxew għad-diffikultajiet finanzjarji ta' Sjóvá.

3.2.3.   Valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar — miżuri ta' profittabbiltà

(110)

L-Awtorità tinnota l-miżuri meħuda minn Sjóvá sabiex iżżid il-profittabilità, fir-rigward kemm tat-titjib tal-marġini kif ukoll tat-tnaqqis tal-ispejjeż. Bħala riżultat ta' dawn il-miżuri, Sjóvá setgħet ittejjeb sostanzjalment il-proporzjon kombinat tagħha u topera l-attivitajiet ta' assigurazzjoni tagħha bi profitt. Il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi aktar titjib fil-profittabbiltà.

(111)

L-Awtorità tikkunsidra li dawn il-miżuri għandhom jippermettu li n-negozju tal-assigurazzjoni ta' Sjóvá jopera bi profitt u li titnaqqas id-dipendenza fuq ir-redditu fuq l-investiment, u dan jippermetti lil Sjóvá timxi b'politika tal-investiment aktar prudenti. Fl-istess ħin, il-miżuri għandhom jgħinu lil Sjóvá fit-tisħiħ tal-ekwità tagħha, b'mod partikolari f'każ ta' żviluppi avversi, inklużi dawk simulati fil-każijiet ta' stress ippreżentati.

3.2.4.   Valutazzjoni tal-projezzjonijiet finanzjarji

(112)

Kif mitlub fil-punt 13 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar, l-awtoritajiet tal-Islanda pprovdew projezzjonijiet finanzjarji li jkopru kemm xenarju ta' każ bażi kif ukoll tliet xenarji ta' każ ta' stress.

(113)

Il-projezzjonijiet finanzjarji pprovduti fil-pjan ta' ristrutturar jiddependu fil-każ bażi fuq suppożizzjonijiet li huma prudenti u konservattivi biżżejjed. Fil-każ bażi, Sjóvá tiġġenera profitti u tikkonsolida l-bażi kapitali tagħha tul il-perjodu tal-ippjanar. Fil-każ ta' bażi, il-qligħ projettat fuq l-ekwità ta' Sjóvá huwa ta' madwar […] % fl-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar, li jidher konsistenti mal-ħtiġiet tas-suq attwali fl-industrija. Barra minn hekk, il-proporzjon ikkombinat projettat ta' Sjóvá se jibqa' taħt il-100 %, li juri li n-negozju tal-assigurazzjoni operattiv se jibqa' profittabbli u Sjóvá ma teħtieġx li tiddependi fuq strateġija ta' investiment riskjuża wisq riskjużi biex tiġġenera redditu suffiċjenti.

(114)

L-Awtorità ma tikkontestax li s-suppożizzjonijiet tal-każ ta' stress fihom livell suffiċjenti ta' stress biex jivvalutaw il-kapaċità ta' Sjóvá li tibqa' solventi. Skont il-projezzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw, Sjóvá tibqa' solventi matul il-perjodu kollu tal-ippjanar f'kull wieħed mit-tliet xenarji ta' stress. L-Awtorità tikkunsidra li l-fatt li ġew ipprovduti tliet xenarji differenti ta' stress, li saħansitra jmorru lil hinn mill-perjodu ta' ristrutturar, isaħħaħ l-affidabilità tal-ittestjar tal-istress. B'mod partikolari, ix-xenarji jkopru l-każ ta' reċessjoni ekonomika fit-tul, kif ukoll fatturi oħra ta' stress li jindirizzaw speċifikament is-sitwazzjoni fl-Islanda (pereżempju l-kontrolli tal-kapital). Ir-rekwiżiti regolatorji tas-solvenza ma jinkisru fl-ebda waqt matul il-perjodu tal-ippjanar taħt l-ebda wieħed mit-tliet xenarji ta' stress.

(115)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-projezzjonijiet finanzjarji ta' Sjóvá juru ritorn lejn il-vijabbiltà tal-kumpanija kif meħtieġ mil-Linji Gwida għar-Ristrutturar. L-Awtorità tinnota wkoll li SF1, investitur privat, qabel li jixtri interess ta' kontroll fi Sjóvá mingħand l-Istat Islandiż. Ir-rieda ta' parteċipant tas-suq privat li jagħmel investiment sinifikanti fil-kumpanija jkompli jsaħħaħ din il-konklużjoni.

3.3.   Kontribuzzjoni proprja — qsim tal-piż

(116)

Il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jindikaw li kontribuzzjoni xierqa mill-benefiċjarju hija neċessarja sabiex l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu possibbli u sabiex jiġi indirizzat it-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-perikli morali. Għal dan l-għan, l-ewwel nett, l-ispejjeż tar-ristrutturar għandhom ikunu limitati filwaqt li, it-tieni nett, l-ammont tal-għajnuna għandu jkun limitat minħabba kontribuzzjoni proprja sinifikanti.

(117)

Fir-rigward tal-limitazzjoni tal-ispejjeż tar-ristrutturar, il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jindikaw fil-punt 23 li l-għajnuna tar-ristrutturar għandha tkun limitata biex tkopri l-ispejjeż li huma meħtieġa għar-restawr tal-vijabbiltà. Barra minn hekk, sabiex l-għajnuna tinżamm sal-minimu, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom l-ewwel jużaw ir-riżorsi tagħhom għall-finanzjament tar-ristrutturar. Għaldaqstant, l-ispejjeż assoċjati mar-ristrutturar għandhom mhux biss ikunu dovuti mill-Istat iżda wkoll minn dawk li investew fl-istituzzjoni billi jassorbu t-telf bil-kapital disponibbli u permezz tal-ħlas ta' rimunerazzjoni adegwata għall-interventi mill-Istat.

3.3.1.   Limitazzjoni tal-ispejjeż tar-ristrutturar

(118)

Ir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá kienet limitata għal dak li kien meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi regolatorji tal-ekwità, li minnhom l-Istat tal-Islanda ikkontribwixxa biss l-ammont li l-kredituri ewlenin ta' Sjóvá Glitnir u Íslandsbanki ma setgħux jipprovdu.

(119)

It-trasferiment tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni għal entità ġdida żgura li r-rikapitalizzazzjoni kienet limitata għal dak li kien meħtieġ għan-negozju operattiv tal-assigurazzjoni, u ma kienx ikopri telf mill-portafoll storiku ta' investiment.

(120)

Il-limitazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni għall-minimu meħtieġ illimitat l-abbiltà ta' Sjóvá sabiex tikkompeti fis-suq. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-ispejjeż fil-pjan ta' ristrutturar ma għandhom l-għan ta' dħul fi swieq ġodda jew li b'xi mod ikun hemm espansjoni tan-negozju ta' Sjóvá.

(121)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tikkunsidra li ttieħdu passi xierqa sabiex jiġi limitat l-ammont ta' għajnuna għar-ristrutturar.

3.3.2.   Qsim tal-piżijiet/kontribuzzjoni proprja

(122)

Kif stipulat fil-punt 24 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar, il-kumpaniji għandhom jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar. Barra minn hekk, l-Awtorità teżamina jekk il-pożizzjoni finanzjarja tal-azzjonisti eżistenti ġietx totalment jew parzjalment imnaqqsa b'riżultat tal-injezzjoni ta' kapital.

(123)

L-Awtorità tosserva li s-sidien storiċi ta' Sjóvá taw kontribut għall-ispejjeż ta' ristrutturar. B'mod partikolari, Milestone tilfet is-sehem kollu tagħha fil-kumpanija mingħajr ma rċeviet ebda kumpens meta Glitnir ħadet f'idejha lil Sjóvá. L-istralċ tal-portafoll storiku tal-investiment li issa jinsab f'idejn l-SJE se jimponi aktar telf fuq l-investituri. Dawn il-miżuri jikkontribwixxu għall-qsim tal-piż u jnaqqsu l-periklu morali li jirriżulta mill-għajnuna.

(124)

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' ristrutturar permezz ta' riżorsi interni ġġenerati minn Sjóvá, l-Awtorità tinnota li Sjóvá implimentat miżuri kemm tal-profittabilità kif ukoll tat-tnaqqis tal-ispejjeż. Dawn il-miżuri jassiguraw li Sjóvá se toħloq qligħ biżżejjed biex isaħħaħ il-bażi tal-ekwità matul iż-żmien. L-Awtorità tinnota li l-pjan ta' ristrutturar ma jipprevedi l-ebda ħlas ta' dividendi sal-2014.

(125)

Fl-aħħar nett, l-Istat Islandiż kien kapaċi jbigħ l-ishma tiegħu fi Sjóvá lil investitur privat f'perjodu ta' tliet snin biss u b'hekk irkupra kważi żewġ terzi tal-fondi mogħtija bħala għajnuna mill-Istat.

(126)

Fid-dawl tal-miżuri ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra li l-pjan ta' ristrutturar jipprovdi għal qsim suffiċjenti tal-piżijiet u kontribuzzjoni proprja għar-ristrutturar.

3.4.   Miżuri li jnaqqsu t-tfikil tal-kompetizzjoni

(127)

Il-punt 31 tal-Linji Gwida tar-Ristrutturar jispjegaw li fl-evalwazzjoni tal-ammont ta' għajnuna u t-tfixkil tal-kompetizzjoni li jirriżulta, l-Awtorità għandha tqis kemm l-ammont assolut kif ukoll dak relattiv fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat riċevuta.

(128)

Kif stabbilit hawn fuq, Sjóvá rċeviet b'kollox madwar ISK 12,3 biljun (madwar EUR 77 miljun) f'għajnuna mill-Istat. Dan irrappreżenta kważi 80 % tan-nuqqas fl-ekwità fiż-żmien tar-rikapitalizzazzjoni inizjali. Dan juri li l-ammont ta' għajnuna li rċeviet Sjóvá kien relattivament għoli. Barra minn hekk, Sjóvá kienet toħroġ mis-suq mingħajr l-intervent tal-Istat.

(129)

Fuq il-bażi ta' dawn l-elementi, l-Awtorità l-ewwel ikkunsidrat miżuri strutturali biex jittaffa t-tfixkil tal-kompetizzjoni. B'mod partikolari, l-Awtorità vvalutat iċ-ċessjoni potenzjali tan-negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja ta' Sjóvá mwettqa mis-sussidjarja Sjóvá Life.

(130)

L-awtoritajiet tal-Islanda ppreżentaw informazzjoni dettaljata dwar l-importanza tan-negozju tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja għall-vijabilità ta' Sjóvá. B'mod partikolari, dawn enfasizzaw l-integrazzjoni ta' dan in-negozju fl-offerta tal-prodotti ta' Sjóvá, id-domanda tal-klijenti għal pakketti tal-assigurazzjoni li jinkludu kemm prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dawk mhux tal-ħajja, u l-abbiltà tal-kompetituri ewlenin fil-qasam mhux tal-ħajja sabiex jissodisfaw din id-domanda. Fuq din il-bażi, l-awtoritajiet Islandiżi ddikjaraw li l-awtorità għandha tapplika l-prinċipju li l-miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni ma għandhomx jippreġudikaw il-prospetti ta' ritorn għall-vijabilità, f'konformità mal-punt 32 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar.

(131)

Minħabba dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li ma jkunx xieraq li Sjóvá tiġi obbligata tbigħ in-negozju tagħha tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

(132)

Fin-nuqqas ta' miżuri strutturali, l-Awtorità jeħtiġilha tqis il-miżuri dwar l-imġiba.

(133)

L-Awtorità tinnota li s-sehem fis-suq ta' Sjóvá naqas b'mod sinifikanti sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja. L-awtoritajiet Islandiżi enfasizzaw b'mod partikolari l-effett fuq l-ishma fis-suq tal-“perjodu ta' tletin ġurnata għat-trasferiment” f'Settembru 2009, li ppermetta lill-kompetituri biex javviċinaw lill-klijenti kollha ta' Sjóvá fis-segment mhux tal-ħajja b'offerti li jikkompetu ma' tagħha. L-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li din il-miżura regolatorja indirizzat parti mit-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(134)

L-Awtorità tinnota wkoll li l-pjan tar-ristrutturar ma jipprevedi l-ebda tkabbir aggressiv tas-sehem tas-suq ta' Sjóvá, u li l-politiki ġodda tal-ipprezzar u tal-immaniġġar tar-riskju huma mfassla biex jiżguraw li Sjóvá tikkwota biss għal negozju profittabbli biżżejjed.

(135)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Islandiżi impenjaw ruħhom favur restrizzjoni tal-ipprezzar fir-rigward ta' kwoti għal ċerti klijenti korporattivi għat-tul ta' żmien tal-perjodu ta' ristrutturar, u dan huwa riprodott fl-Anness. Dan l-impenn jipprovdi aktar salvagwardja kontra aġir aggressiv potenzjali fis-suq minn Sjóvá, u kwalunkwe telf fil-kummerċ tal-assigurazzjoni minħabba l-impenn se jibbenefika lill-kompetituri ta' Sjóvá.

(136)

L-Awtorità tinnota li dan l-impenn ikopri biss ċerti tipi ta' negozju ta' assigurazzjoni. Madankollu, minħabba l-livelli għolja ta' konċentrazzjoni tas-suq tal-assigurazzjoni tal-Islanda, l-Awtorità tqis li restrizzjoni aktar komprensiva tal-pprezzar tista' tirriżulta fi tnaqqis tal-kompetizzjoni effettiva u tkun għalhekk inadatta.

(137)

L-Awtoritajiet tilqa' b'sodisfazzjoni ukoll l-impenn tal-awtoritajiet tal-Islanda li jintroduċu ċerti bidliet regolatorji għall-funzjonament tas-suq tal-assigurazzjoni, kif stabbilit fl-Anness. B'konformità mal-punti 44-45 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar, il-bidliet proposti jżidu l-kompetittività effettiva filwaqt li jiffavorixxu l-ftuħ tas-suq u d-dħul ta' parteċipanti ġodda. B'mod partikolari, huma se jiffaċilitaw it-tibdil mill-konsumaturi u b'hekk jikkontribwixxu għal aktar kompetizzjoni bejn dawk li diġà huma involuti fis-suq.

(138)

Kif mitlub fil-punt 40 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar, Sjóvá timpenja ruħha li ma twettaqx akkwiżizzjonijiet għat-tul ta' żmien tal-perjodu ta' ristrutturar, kif stabbilit fl-Anness. Il-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet twaqqaf lil Sjóvá milli takkwista xi interess sinifikanti f'impriżi finanzjarji oħra, filwaqt li tippermetti lil Sjóvá tagħmel investimenti fuq skala żgħira jekk meħtieġ.

(139)

Fl-aħħar nett, Sjóvá mhux se tuża l-għajnuna riċevuta jew kwalunkwe vantaġġ li jirriżulta minnha għal skopijiet ta' reklamar.

(140)

L-Awtorità tikkonkludi li r-ristrutturar jipprevedi miżuri suffiċjenti biex jittaffew id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax għad-detriment ta' kompetituri mingħajr għajnuna, f'konformità mal-punt 39 tal-Linji Gwida għar-Ristrutturar.

4.   KONKLUŻJONI

(141)

L-Awtorità tikkonkludi li l-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni favur Sjóvá huma kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE

(142)

L-Awtorità tikkonkludi wkoll li l-awtoritajiet Islandiżi implimentaw l-għajnuna kkonċernata mhux skont ir-regoli, bi ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni mogħtija lil Sjóvá jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 2

L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Sjóvá hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE, suġġett li jiġu rrispettati l-impenji kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Islanda.

Artikolu 4

L-unika verżjoni awtentika ta' din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.

Deċiżjoni magħmula fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2013.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 373/10/COL tat-22 ta' Settembru 2010 dwar kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-kumpanija ta' assigurazzjoni Sjóvá fl-Islanda, ĠU C 341, 16.12.2010, p. 15 u s-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali Nru 69, 16.12.2010, p. 2.

(2)  Moderna Finance AB kienet kumpanija holding Svediża ta' proprjetà tal-kumpanija Islandiża Milestone hf. Aktar informazzjoni dwar Sjóvá u Milestone u r-rabtiet tagħhom ma' Glitnir Bank tinsab fir-rapport tal-Kummissjoni Speċjali ta' Investigazzjoni (SIC) tal-Parlament Islandiż, disponibbli hawn: http://rna.althingi.is/ (verżjoni bl-Islandiż) u http://sic.althingi.is/ (siltiet bl-Ingliż).

(3)  Risposta mill-FME rigward l-intervent mill-Istat fir-rikapitalizzazzjoni ta' Sjóvá Almennar tryggingar hf., bid-data tat-23 ta' Novembru 2010.

(4)  Suġġett għall-approvazzjoni tal-FME, li ngħatat fit-22 ta' Settembru 2009.

(5)  L-istimi tas-sehem tas-suq huma bbażati fuq sehem mit-total tad-dħul mill-primjums fl-2012. Qabel il-kriżi finanzjarja, Sjóvá kellha sehem mis-suq ta' aktar minn 40 % fis-segment tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

(6)  Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, l-assi trasferiti lil SAT Holding mill-Istat se jissejħu bonds.

(7)  Fl-istess ħin, inħareġ avviż pubbliku mill-FME skont l-Artikoli 86 u 87 tal-Att li kien applikabbli dak iż-żmien dwar l-Attivitajiet ta' Assigurazzjoni 60/1994 lid-detenturi kollha ta' polza biex ifakkarhom li jistgħu jikkanċellaw il-poloz tagħhom, irrispettivament mid-data tat-tiġdid, fi żmien perjodu ta' trasferiment ta' 30 jum.

(8)  Disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità. http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines.

(9)  Ara l-Memorandum tal-FME bid-data tad-29 ta' Ġunju 2009.


ANNESS

Impenji ta' mġiba fir-rigward ta' Sjóvá

L-awtoritajiet Islandiżi jipprovdu l-impenji li ġejjin li jikkonċernaw lil Sjóvá:

1.

Sjóvá timpenja ruħha li tirrestrinġi l-offerti kummerċjali tagħha billi tikkwota r-riskji tal-assigurazzjoni b'tali mod li ma tikkwotax taħt […]. L-offerti kummerċjali huma ddefiniti bħala kwotazzjonijiet li jkopru l-kont totali tal-assigurazzjoni tal-klijent (“Offerti Kummerċjali”).

Dan l-impenn japplika għall-Offerti Kummerċjali għal entitajiet kummerċjali b'fatturat annwali ta' primjums ta' aktar minn ISK […].

Dan l-impenn japplika għal Offerti Kummerċjali fejn fid-dokumenti tal-offerta jew informazzjoni oħra tas-sottoskrizzjoni jkunu jinkludu dejta storika tat-telf li turi telf imħallas jew pendenti fuq perjodu ta' mhux inqas minn […] snin.

Fl-evalwazzjoni ta' esperjenza ta' telf tal-passat Sjóvá tista' tneħħi t-telf individwali li jaqbeż […] l-offerta proposta tal-primjum mill-kalkolu tagħha sabiex tasal għal konklużjoni dwar it-telf statistiku aktar lixxa u aktar stabbli.

2.

Sjóvá timpenja ruħha li żżomm l-istess livell jew livell ogħla ta' primjums mat-tiġdid għal kontijiet individwali tal-assigurazzjoni jekk l-esperjenza ta' telf storiku (il-proporzjon tekniku tat-telf ikkalkulat) taqbeż il-[…] % tal-primjums.

Dan l-impenn japplika għat-tiġdid tal-kontijiet korporattivi, iżda l-istorja tat-telf għandha taqbeż […] snin.

Fl-evalwazzjoni tal-esperjenza tat-telf tal-passat Sjóvá tista' tistabbilixxi l-limitu massimu għat-telf individwali fi […]. Dan huwa sabiex tinkiseb konklużjoni tat-telf statistiku aktar lixxa u aktar stabbli.

3.

Sjóvá mhux se takkwista aktar minn […] % tal-ishma ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment (kif imfisser fid-Direttiva 2004/39/KE tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji), kumpaniji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Sjóvá tista', wara li tikseb l-approvazzjoni tal-Awtorità, takkwista intrapriżi oħra, b'mod partikolari fejn l-akkwist ikun meħtieġ sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja jew biex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva.

4.

Sjóvá mhux se tuża r-rikapitalizzazzjoni jew kwalunkwe vantaġġi kompetittivi li b'xi mod jirriżultaw mir-rikapitalizzazzjoni għal skopijiet ta' reklamar

Dawn l-impenji jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2014.

Impenn regolatorju

Sabiex tittejjeb il-mobbiltà tal-konsumaturi fis-suq Islandiż tal-assigurazzjoni, l-awtoritajiet Islandiżi jintrabtu bl-impenn li ġej:

Il-Ministeru tal-Finanzi u tal-Affarijiet Ekonomiċi Islandiż se jaħtar grupp ta' esperti, b'mandat biex jirrieżamina d-dispożizzjonijiet tal-Att Nru 30/2004 dwar Kuntratti tal-Assigurazzjoni li jikkonċernaw il-mobilità tal-klijenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' emendi reċenti tal-Att Norveġiż dwar Kuntratti ta' Assigurazzjoni — li fuqhom kienet ibbażata l-leġiżlazzjoni Islandiża — u l-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju. Il-grupp ta' esperti jippreżenta s-sejbiet tiegħu mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013 u jeżamina l-implikazzjonijiet potenzjali tal-emendar tad-dispożizzjonijiet dwar il-kanċellazzjoni minn individwi ta' kuntratti ta' assigurazzjoni, meta jiġi trasferit in-negozju tagħhom bejn kumpaniji tal-assigurazzjoni, sabiex jiġi ffaċilitat il-bdil mill-klijenti u tiġi promossal-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni.

Jekk is-sejbiet tal-Grupp ta' Esperti jkunu li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu ta' benefiċċju għall-funzjonament tas-suq tal-assigurazzjoni tal-Islanda, huwa jissottometti lill-Ministru tal-Finanzi u tal-Affarijiet Ekonomiċi emenda għall-Att dwar il-Kuntratti tal-Assigurazzjoni permezz ta' abbozz ta' liġi. Il-Ministeru huwa favorevolment dispost favur il-promozzjoni ta' bidla li tkompli takkomoda l-mobbiltà tal-klijenti fis-suq tal-assigurazzjoni. Malli jirċievi s-sejbiet tal-grupp ta' esperti, il-Ministru, sakemm ma jkunx debitament ġustifikat mod ieħor, jippreżenta abbozz ta' liġi quddiem il-Parlament Islandiż matul l-2014 ibbażat fuq is-sejbiet tal-grupp ta' esperti.