ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
9.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 865/2014
tat-8 ta' Awwissu 2014
li jikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) (a), (c), (d), (e), (f), (h), (i) u (j) tiegħu,
Billi:
(1) |
Hemm żball fil-verżjoni bl-Ispanjali tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (2). Għalhekk hija meħtieġa korrezzjoni tal-verżjoni Spanjola. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
(2) |
Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu jiġi kkoreġut skont dan. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan l-Artikolu jikkonċerna biss il-verżjoni Spanjola.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2011.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
9.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 866/2014
tat-8 ta' Awwissu 2014
li jemenda l-Annessi III, V u VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kosmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kosmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanzi identifikati bid-denominazzjonijiet bromur u klorur tal-alkil (C12-22) trimetil ammonju huma rregolati bħala preservattivi taħt l-annotazzjoni 44 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 b'konċentrazzjoni massima ta' 0,1 %. |
(2) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (“SCCP”), li sussegwentement ġie sostitwit bil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (“SCCS”) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (2), evalwa s-sikurezza ta' klorur tal-alkil (C16, C18, C22) trimetilammonju (cetrimonium chloride, steartrimonium chloride u behentrimonium chloride) għal użi oħra minbarra bħala preservattivi fl-2005, l-2007 u l-2009. |
(3) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ikkonkluda fl-opinjoni tiegħu tat-8 ta' Diċembru 2009 (3) li, apparti l-fatt li l-formoli derivattivi tal-ammonju kwaternarju għandhom il-potenzjal li jkunu irritanti tal-ġilda, speċjalment meta jintużaw taħlitiet tal-komposti kkonċernati, l-użu ta' cetrimonium chloride, steartrimonium chloride u behentrimonium chloride ma joħloqx riskju għas-saħħa tal-konsumatur f'konċentrazzjonijiet li huma inqas minn ċerti limiti, li huma stabbiliti b'mod espliċitu fl-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur. |
(4) |
Sabiex jitqis il-potenzjal ta' irritazzjoni tal-ġilda tat-taħlitiet tad-derivattivi tal-ammonju kwaternarju msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, filwaqt li tippermetti l-użu ta' dawn is-sustanzi għal użi oħra minbarra bħala preservattivi b'konċentrazzjonijiet għola, il-somom ta' dawn is-sustanzi għandhom jiġu limitati għall-konċentrazzjoni massima indikata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur għal sustanzi individwali. |
(5) |
Il-konċentrazzjonijiet massimi indikati mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur bħala sikuri fir-rigward ta' prodotti tal-krema tal-wiċċ li ma jitlaħalħux, għandhom japplikaw għall-prodotti kollha li ma jitlaħalħux peress li ma hemm l-ebda raġuni li tiġi limitata biss l-awtorizzazzjoni ta' dawk is-sustanzi għall-kremi tal-wiċċ li ma jitlaħalħux. |
(6) |
Għalhekk, għandhom jiżdiedu annotazzjonijiet ġodda fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 biex jirriflettu l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, u l-annotazzjoni 44 fl-Anness V għandha tagħmel referenza inkroċjata għall-annotazzjonijiet il-ġodda fl-Anness III, sabiex dawk l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku. |
(7) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur evalwa s-sikurezza tat-taħlita citric acid (u) silver citrate. Fl-opinjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2009 (4), iddikjara li, abbażi tad-dejta ppreżentata, l-użu ta' dik it-taħlita bħala preservattiv fi prodotti kosmetiċi, b'konċentrazzjoni sa 0,2 % (li tikkorrispondi għal konċentrazzjoni tal-fidda ta' 0,0024 %), ma toħloqx riskju għas-saħħa tal-konsumatur. Il-Kumitat speċifika li s-sustanza ma kinitx ta' periklu meta tintuża bl-istess konċentrazzjoni massima f'deodoranti u antiperspiranti bħala preservattiv u/jew sustanza attiva. Madankollu, l-użu tagħha fi prodotti orali u tal-għajnejn kien eskluż b'mod espliċitu peress li kien ivvalutat biss l-esponiment tal-ġilda. |
(8) |
Għandha tiżdied annotazzjoni ġdida fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 biex tirrifletti l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq u biex tkun addattata għall-progress tekniku u xjentifiku. |
(9) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ivvaluta s-sustanza tris-biphenyl triazine, li hija filtru UV u nanomaterjal. Fl-opinjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2011 (5), ikkonkluda li l-esponiment tal-ġilda għall-formoli li jinkludu tris-biphenyl triazine b'daqs medju tal-partiċella (daqs medju tal-partiċella primarja) ta' 81 nm jirriżulta f'assorbiment baxx ta' dik is-sustanza. Anke wara l-esponiment orali, l-assorbiment ta' tris-biphenyl triazine huwa baxx. Ma ġew osservati l-ebda effetti sistematiċi wara l-esponiment orali jew tal-ġilda sa 500 mg/kg bw/kull ġurnata. Id-dejta analizzata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur twassal għall-konklużjoni li l-użu ta' 10 % ta' tris-biphenyl triazine, inkluża bħala nanomaterjal, bħala filtru UV fil-prodotti kosmetiċi jista' jitqies bħala sikur għall-applikazzjoni tal-ġilda. |
(10) |
Madankollu, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ikkjarifika li, waqt il-valutazzjoni tar-riskju, kien hemm wisq inċertezza biex jikkonkludi dwar l-użu sikur ta' 10 % ta' tris-biphenyl triazine f'applikazzjonijiet tal-isprej, minħabba tħassib dwar l-esponiment possibbli ta' inalazzjoni. Għaldaqstant, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ikkonkluda li l-prodotti tal-isprej li jinkludu tris-biphenyl triazine ma jistgħux jiġu rrakkomandati sakemm tiġi pprovduta informazzjoni addizjonali dwar is-sikurezza wara inalazzjoni ripetuta. |
(11) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur u filwaqt li jitqis li l-użu ta' nanomaterjali jista' jtejjeb l-effiċjenza tal-filtru UV, l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi III, V u VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.
(3) SCCS/1246/09, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_012.pdf.
(4) SCCS/1274/09, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_004.pdf.
(5) SCCS/1429/11, Revision of 13/14 December 2011, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_070.pdf.
ANNESS
L-Annessi III, V u VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness III, jiżdiedu l-annotazzjonijiet 265 u 266 li ġejjin:
|
(2) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness VI tiżdied l-annotazzjoni 29:
|
(1) Sabiex jintuża bħala preservattiv, ara l-Anness V, l-annotazzjoni Nru 44.”
(2) Għal użu ieħor għajr bħala preservattiv, ara l-Anness III, Nru 266.
(3) Għal użu ieħor għajr bħala preservattiv, ara l-Anness III, Nru 265”
9.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 867/2014
tat-8 ta’ Awwissu 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 KG) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0707 00 05 |
TR |
81,4 |
ZZ |
81,4 |
|
0709 93 10 |
TR |
88,2 |
ZZ |
88,2 |
|
0805 50 10 |
AR |
143,2 |
CL |
76,2 |
|
TR |
160,1 |
|
UY |
136,4 |
|
ZA |
143,2 |
|
ZZ |
131,8 |
|
0806 10 10 |
BR |
180,1 |
CL |
187,7 |
|
EG |
177,2 |
|
MA |
171,9 |
|
MX |
247,7 |
|
TR |
156,1 |
|
ZZ |
186,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
144,3 |
BR |
123,7 |
|
CL |
100,6 |
|
CN |
121,3 |
|
NZ |
126,3 |
|
US |
142,8 |
|
ZA |
113,5 |
|
ZZ |
124,6 |
|
0808 30 90 |
AR |
211,9 |
CL |
71,9 |
|
TR |
154,0 |
|
ZA |
91,2 |
|
ZZ |
132,3 |
|
0809 29 00 |
CA |
324,1 |
CH |
388,4 |
|
TR |
384,5 |
|
US |
759,4 |
|
ZZ |
464,1 |
|
0809 30 |
MK |
64,5 |
TR |
138,7 |
|
ZZ |
101,6 |
|
0809 40 05 |
BA |
47,2 |
MK |
78,6 |
|
TR |
127,6 |
|
ZA |
206,8 |
|
ZZ |
115,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
9.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta' Lulju 2013
dwar il-miżura/l-iskema ta' għajnuna/l-għajnuna mill-istat SA.34369 (13/C) (ex 12/N) — Il-kostruzzjoni u l-operat ta' terminals pubbliċi għat-trasport intermodali, li r-Repubblika Slovakka qiegħda tippjana li timplimenta
(notifikata bid-dokument C(2013) 4423)
(It-test Slovakk biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/524/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Permezz ta' e-mail datata s-6 ta' April 2011, il-Kummissjoni rċeviet ilment mingħand METRANS/Danubia/, a.s. (“Metrans”) dwar l-allegata għajnuna mill-Istat li ngħatat għall-kostruzzjoni ta' terminals pubbliċi għat-trasferiment intermodali (“l-ilment”). Il-Kummissjoni rċeviet aktar informazzjoni mingħand Metrans permezz ta' e-mail datata d-9 ta' Ġunju 2011. L-ilment ġie rreġistrat bħala l-każ SA.32828. |
(2) |
Permezz ta' ittra datata s-6 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni bagħtet l-ilment lis-Slovakkja b'talba għall-informazzjoni, li s-Slovakkja wieġbet għaliha permezz ta' ittra datata s-6 ta' Diċembru 2011, fejn qalet li l-miżura inkwistjoni kienet għadha fil-fażi preparatorja u li kien għadu ma ngħata ebda finanzjament. Il-Kummissjoni għarrfet lil Metrans b'din it-tweġiba permezz ta' ittra datata t-12 ta' Diċembru 2011, li fiha hija ddikjarat is-sejba preliminari tagħha li l-miżura ma kienet tikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u sussegwentement għalqet il-każ SA.32828. |
(3) |
Fis-16 ta' Frar 2012, is-Slovakkja nnotifikat minn qabel b'mod elettroniku miżura għall-kostruzzjoni u l-operat ippjanati ta' terminals pubbliċi għat-trasport intermodali. Permezz ta' e-mails datati l-5 ta' Ġunju, it-12 ta' Ġunju, it-12 ta' Lulju u s-16 ta' Lulju 2012, is-Slovakkja pprovdiet aktar informazzjoni dwar din il-miżura, inklużi ittri ta' appoġġ mill-impriżi tat-trasport u l-loġistika DHL u GEFCO. |
(4) |
Permezz ta' e-mail datata t-12 ta' Lulju 2012, Metrans bagħat ittra ta' appoġġ lill-Kummissjoni minn Green Integrated Logistics (is-Slovakkja) s.r.o. (“GIL”), li topera t-terminal tat-trasferiment fi Sládkovičovo. Il-Kummissjoni bagħtet din l-ittra lis-Slovakkja permezz ta' ittra datata t-18 ta' Lulju 2012, li għaliha sussegwentement irċeviet tweġiba permezz ta' e-mail datata l-14 ta' Awwissu 2012, fejn tenniet li kien għadu ma ngħata ebda finanzjament għall-proġett. |
(5) |
Fis-17 ta' Lulju 2012, is-Slovakkja nnotifikat il-miżura b'mod elettroniku lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Bħala parti minn dik in-notifika, is-Slovakkja bagħtet ittri ta' appoġġ minn DHL Express (is-Slovakkja), s.r.o. (“DHL”), GEFCO SLOVAKIA, s.r.o., Bohemiakombi, s.r.o. u Kombiverkehr. Is-Slovakkja bagħtet aktar informazzjoni permezz ta' e-mails datati t-3 ta' Settembru, it-18, it-22, l-24, is-26 u d-29 ta' Ottubru, is-6, id-9, it-13 u l-14 ta' Novembru u s-6 ta' Diċembru 2012. |
(6) |
Permezz ta' ittra datata t-23 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni għarrfet lis-Slovakkja bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE. Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ mis-Slovakkja fit-12 ta' Frar 2013. |
(7) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) fis-16 ta' Frar 2013. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri kkonċernati fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni. |
(8) |
Il-Kummissjoni bagħtet id-deċiżjoni għall-bidu tal-proċedura lill-entitajiet li esprimew l-interess tagħhom matul l-eżaminazzjoni preliminari, jiġifieri Bohemiakombi, s.r.o., DHL Express (is-Slovakkja), s.r.o., GEFCO SLOVAKIA, s.r.o., Kombiverkehr, Metrans u l-konsulenza legali tiegħu SCHWARZ advokáti s.r.o. u Green Integrated Logistics (is-Slovakkja) s.r.o., kif ukoll lil partijiet potenzjalment interessati oħrajn li ġew identifikati mill-Kummissjoni, jiġifieri l-Università ta' Žilina — iċ-Chairperson tat-trasport bil-ferrovija u ZCHFP SR — ChemLog (l-Assoċjazzjoni tal-Industrija Kimika u Farmaċewtika tar-Repubblika Slovakka) fit-18 ta' Frar 2013. |
(9) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ mingħand il-partijiet interessati li ġejjin fid-dati segwenti:
|
(10) |
Permezz ta' ittri datati d-19 u l-20 ta' Marzu 2013, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti li rċeviet mingħand il-partijiet interessati lis-Slovakkja. Is-Slovakkja bagħtet it-tweġiba tagħha għal dawn il-kummenti fil-5 ta' April 2013. |
(11) |
Permezz ta' e-mail datata d-29 ta' April 2013, il-Kummissjoni saqsiet aktar mistoqsijiet lil Metrans. Permezz ta' e-mail datata s-6 ta' Mejju 2013, Metrans bagħtet it-tweġibiet tagħha, li kienu jinkludu verżjoni mhux kunfidenzjali. |
(12) |
Permezz ta' e-mail datata t-8 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni bagħtet l-informazzjoni mhux kunfidenzjali li rċeviet mingħand Metrans lis-Slovakkja. Is-Slovakkja bagħtet il-kummenti tagħha fis-16 ta' Mejju 2013. |
(13) |
Permezz ta' e-mails tat-8 u tas-17 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni saqsiet aktar mistoqsijiet lis-Slovakkja, li s-Slovakkja wieġbet għalihom permezz ta' e-mails datati s-17 u d-29 ta' Mejju 2013. |
(14) |
Il-Kummissjoni saqsiet aktar mistoqsijiet lil WienCont permezz ta' e-mail datata l-21 ta' Mejju 2013, li WienCont wieġbet għalihom permezz ta' e-mail datata s-7 ta' Ġunju 2013. |
(15) |
Fis-6 ta' Ġunju, il-Kummissjoni u s-Slovakkja kellhom laqgħa fi Brussell. |
(16) |
Il-Kummissjoni bagħtet l-informazzjoni mhux kunfidenzjali li rċeviet mingħand Metrans u WienCont lis-Slovakkja permezz ta' e-mails datati l-10 ta' Ġunju 2013. |
(17) |
Permezz ta' ittra datata l-10 ta' Ġunju 2013, is-Slovakkja llimitat in-notifika għal terminal wieħed f'Žilina. |
(18) |
Is-Slovakkja bagħtet il-kummenti tagħha dwar l-informazzjoni mibgħuta minn Metrans u WienCont fl-14 ta' Ġunju 2013. |
(19) |
Permezz ta' e-mail tat-18 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni, li sussegwentement hija rċeviet permezz ta' e-mail tad-19 ta' Ġunju 2013. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA U TAL-KUMMENTI RĊEVUTI QABEL IL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI
2.1. IT-TERMINALS GĦAT-TRASFERIMENT INTERMODALI
(20) |
Fin-notifika oriġinali, il-miżura pprovdiet għall-kostruzzjoni u l-operat ta' netwerk ta' terminals pubbliċi għat-trasferiment intermodali addattati għat-trasport ikkombinat kontinentali tal-merkanzija. Oriġinarjament, is-Slovakkja ppjanat li tiffinanzja l-kostruzzjoni ta' erba' terminals għat-trasferiment intermodali li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku fi Bratislava–Pálenisko, Leopoldov– Hlohovec, Žilina–Teplička u Košice–Bočiar. |
(21) |
Is-Slovakkja ddeċidiet dwar in-numru oriġinali ta' terminals u l-lokazzjoni tagħhom fuq il-bażi ta' studju tas-suq imħejji fl-2007 minn Intraco Consulting, impriża ta' konsulenza bbażata fil-Belġju għall-koordinazzjoni kkombinata tat-trasport u l-loġistika. In-numru u l-lokazzjoni tat-terminals ġew iddeterminati wara li ġew ikkunsidrati l-fatturi li ġejjin:
|
(22) |
Billi l-miżura kif innotifikata tista' twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni, kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, is-Slovakkja ddeċidiet li tillimitaha għall-finanzjament tal-kostruzzjoni u l-operat ta' terminal pubbliku wieħed għat-trasferiment intermodali f'Žilina — Teplička, li jkun addattat għat-trasport ikkombinat kontinentali tal-merkanzija. Dan it-terminal għandu jkun proġett pilota għall-kostruzzjoni possibbli fil-ġejjieni ta' netwerk ta' terminals pubbliċi għat-trasferiment intermodali madwar is-Slovakkja. |
(23) |
Dan sejjer ikun terminal għat-trasferiment intermodali aċċessibbli għall-pubbliku li jkun konformi mal-Ftehim AGTC u mar-regoli tal-International Union of Railways (UIC). |
(24) |
Il-lokazzjoni tal-proġett pilota ntgħażlet minħabba li tinsab l-aktar 'il bogħod mit-terminals kbar u moderni eżistenti, minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 21. |
(25) |
It-tul utli ta' kull wieħed mit-terminals sejjer ikun ta' 750 metru ta' korsa taħt żewġ krejnijiet tal-irfid mgħammra b'piggy-back hangers li jkunu jistgħu jimmaniġġjaw il-kaxxi skambjabbli u s-semitrejlers li jintużaw għat-trasport kontinentali, kif ukoll il-kontejners tal-baħar għat-trasport intermodali (ISO). Ser jiġu allokati wkoll postijiet ta' parkeġġ angulari taħt il-krejnijiet għall-aħjar immaniġġjar tas-semitrejlers, kif ukoll spazju ta' ħażna għal żmien qasir taħt il-krejnijiet għall-kaxxi skambjabbli li ma jkunux flessibbli. It-terminal il-ġdid ser ikollu kapaċità annwali ta' 450 000 tunnellata grossa. Il-kostruzzjoni tat-terminal għandha titlesta matul l-2015. |
(26) |
It-terminal sejjer jibqa' proprjetà tal-Istat. Il-kumpanija li timmaniġġja l-infrastruttura ferrovjarja nazzjonali, Železnice Slovenskej republiky (“ŽSR”), sejra tesegwixxi d-drittijiet tal-proprjetà għall-Istat. B'mod partikolari, ŽSR sejra tiġi inkarigata mill-ġbir tal-miżati ta' konċessjoni mingħand l-operatur tat-terminal. |
(27) |
L-operat tat-terminal sejjer jiġi kkuntrattat għal perjodu ta' tletin sena lil operatur li jintgħażel fuq il-bażi ta' proċedura ta' offerti li tkun trasparenti u mhux diskriminatorja. Sabiex jiġi żgurat aċċess mhux diskriminatorju għat-terminal u jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess li jista' jirriżulta bejn l-operatur tat-terminal magħżul u l-impriżi tat-trasport, l-operatur tat-terminal ma jistax ikun impriża tat-trasport li tuża t-terminal, sabiex b'hekk ma jkunx qiegħed jikkompeti mal-impriżi tat-trasport u l-operaturi kkombinati tat-trasport li jkunu qegħdin jagħmlu użu mit-terminal. Jekk l-operatur magħżul jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet maqbula skont il-ftehim ta' konċessjoni, l-Istat jista' jirtira l-konċessjoni u jerġa' joħroġha għall-offerti. |
(28) |
L-aċċess pubbliku għat-terminal sejjer jiġi ggarantit billi tiddaħħal dispożizzjoni fil-ftehim ta' konċessjoni konkluż mal-operatur magħżul tat-terminals li tistipula li s-servizzi sejrin jiġu offruti fuq bażi mhux diskriminatorja u bir-rati tas-suq miftuħ. Id-deċiżjoni tal-għotja nnifisha għandha tinkludi wkoll klawżola li tassigura aċċess pubbliku mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. |
2.2. IL-BAŻI LEGALI GĦALL-MIŻURA
(29) |
Il-finanzjament għall-miżura sejjer jingħata fuq il-bażi tat-Taqsima 4(2)(m) tal-Att dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru. 231/1999, kif emendat, u tal-Att Nru. 523/2004 dwar ir-regoli baġitarji tal-amministrazzjoni pubblika, li jemenda ċerti atti. |
2.3. BAĠIT
(30) |
Is-Slovakkja qiegħda tippjana investiment inizjali ta' EUR 25,04 miljun għall-kostruzzjoni tat-terminal, li sejjer jinbena mill-Istat u jkun proprjetà tiegħu. Dan l-ammont, li sejjer jiġi ffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni (85 %), kif ukoll ir-riżorsi proprji tal-Istat (15 %), se jkopri 100 % tal-ispejjeż tal-investiment inizjali. Madankollu, l-operatur tat-terminal sejjer jintalab iħallas il-miżati ta' konċessjoni ta' mill-inqas 15 % tal-ispejjeż tal-investiment fuq perjodu ta' ħmistax-il sena. |
2.4. IL-BENEFIĊJARJU TAL-MIŻURA
(31) |
Il-benefiċjarju tal-miżura huwa l-operatur tat-terminal, minħabba li huwa sejjer jibbenifika minn infrastruttura li għaliha jħallas miżati ta' konċessjoni li jkopru biss parti żgħira mill-ispejjeż totali tal-kostruzzjoni tat-terminal. |
(32) |
ŽSR mhijiex meqjusa bħala benefiċjarja tal-miżura, minħabba li hija sejra tamministra biss id-drittijiet tal-proprjetà f'isem l-Istat. Il-miżati ta' konċessjoni li trid tiġbor ŽSR f'isem l-Istat għandhom ibaxxu l-kumpens li hija tirċievi mingħand l-Istat għat-twettiq tal-kompitu pubbliku tagħha bħala l-maniġer tal-infrastruttura tal-ferrovija nazzjonali. |
2.5. IL-KUMULAZZJONI U L-OBBLIGU TA' STANDSTILL
(33) |
Il-miżura ma tistax tirċievi għajnuna minn sorsi oħrajn għall-istess spejjeż eliġibbli. |
(34) |
L-għajnuna sejra tingħata wara li jinkiseb il-kunsens tal-Kummissjoni. |
2.6. IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
(35) |
Fid-deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tan-notifika oriġinali, il-Kummissjoni kkunsidrat:
|
3. KUMMENTI MIS-SLOVAKKJA DWAR ID-DEĊIŻJONI LI TINBEDA L-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI
(36) |
Fir-rigward tal-ħtieġa għall-għajnuna, is-Slovakkja tenniet l-opinjoni tagħha, ibbażata fuq l-istudji u l-analiżi sottomessi lill-Kummissjoni u fuq il-fehmiet tal-utenti futuri tat-terminals, li mingħajr il-kostruzzjoni ta' terminals newtrali pubbliċi ma jista' jkun hemm ebda bidla sinifikanti fil-ġejjieni mit-trasport bit-triq għat-trasport bil-ferrovija u permezz tal-passaġġi tal-ilma interni. Is-Slovakkja ssemmi lil Kombiverkehr, li sabet tkabbir konsiderevoli fid-domanda għat-trasport ikkombinat fis-Slovakkja, speċjalment fuq l-assi tal-lvant u tan-nofsinhar tal-Ewropa. Madankollu, din id-domanda tiġi ssodisfata biss jekk ikun hemm aċċess għal terminals li jiffunzjonaw u f'pożizzjoni tajba b'kapaċità adegwata li jipprovdu servizzi kompletament newtrali, kif stipulat fil-programm Ġermaniż għall-kostruzzjoni tat-terminals. |
(37) |
Fir-rigward tad-dubji tal-Kummissjoni dwar distorsjoni tal-kompetizzjoni li tmur kontra l-interess komuni, is-Slovakkja tgħid, l-ewwelnett, li l-għan tal-proġett huwa li jiġi żviluppat trasport intermodali kontinentali, li, bħala segment għal kollox ġdid fit-trasport intermodali, bħalissa mhuwiex qiegħed jintuża jew qiegħed jintuża biss b'mod limitat ħafna. It-tieni, l-iffrankar mistenni f'termini tal-ispejjeż esterni huwa 13-il darba ogħla mill-ispejjeż tal-investiment u l-biċċa l-kbira ta' dan l-iffrankar sejjer iseħħ fl-UE barra mis-Slovakkja. Fl-aħħarnett, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni hija minimalizzata mill-kundizzjoni li l-operatur tat-terminals il-ġodda ser ikollu jħallas 15 % tal-ispejjeż tal-investiment totali fil-forma ta' miżati ta' konċessjoni, filwaqt li l-prezzijiet għas-servizzi tiegħu sejrin jiġu rregolati u kkontrollati. |
(38) |
B'reazzjoni għat-tħassib imqajjem fid-deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni, is-Slovakkja tgħid li t-terminals il-ġodda sejrin jirrappreżentaw madwar 16 % tal-kapaċità teoretika totali tat-terminals intermodali fis-Slovakkja espressa fil-kapaċità tat-trasbord fl-unitajiet tat-trasport intermodali (ITU), kif muri fit-tabella ta' hawn taħt.
|
(39) |
Barra minn hekk, is-Slovakkja pprovdiet in-numri li ġejjin fir-rigward tal-iżvilupp tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq fis-Slovakkja.
|
(40) |
Fl-aħħarnett, is-Slovakkja qiegħda tiddikjara li hija sejra tapplika l-Artikoli 31 u 56(9) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), għat-terminal intermodali pubbliku tagħha, li ser ikollha tiġi trasposta f'liġi nazzjonali sas-16 ta' Ġunju 2015. Skont l-awtoritajiet Slovakki, dawn ir-regoli sejrin jipprovdu qafas regolatorju adegwat li għandu jnaqqas l-effett tal-akkwiżizzjoni tal-klijenti eżistenti mit-terminals eżistenti. |
4. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
4.1. L-ASSOĊJAZZJONI TAL-INDUSTRIJA KIMIKA U FARMAĊEWTIKA TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
(41) |
L-Assoċjazzjoni tal-Industrija Kimika u Farmaċewtika tar-Repubblika Slovakka (“ZCHFP SR”) għandha interess fit-trasport ekoloġiku u mingħajr periklu għall-industrija kimika. Għaldaqstant, hija pparteċipat fil-proġett ChemLog, li kien immirat sabiex jidentifika, janalizza u jappoġġa t-trasport ikkombinat u t-terminals intermodali pubbliċi fis-Slovakkja. |
(42) |
ZCHFP SR żiedet mal-kummenti tagħha żewġ studji li saru minn ChemLog, proġett ta' kooperazzjoni Ewropea bejn l-awtoritajiet reġjonali, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija kimika u istituzzjonijiet xjentifiċi mill-Ġermanja, mill-Polonja, mir-Repubblika Ċeka, mis-Slovakkja, mill-Ungerija u mill-Italja, li fih tipparteċipa ZCHFP SR: “The Strategy of Combined Transport Development of Chemicals in Central Europe” (L-Istrateġija tal-Iżvilupp tas-Sustanzi Kimiċi fit-Trasport Ikkombinat fl-Ewropa Ċentrali) u “Feasibility Study — Development of railway transport of chemicals in Slovakia in relation to adjacent countries and prepared combined transport terminals” (Studju tal-Fattibbiltà — L-iżvilupp tat-trasport tas-sustanzi kimiċi bil-ferrovija fis-Slovakkja fir-rigward tal-pajjiżi ġirien u t-terminals imħejjija għat-trasport ikkombinat). |
(43) |
ZCHFP SR tikkonkludi li t-terminals pubbliċi fis-Slovakkja sejrin jikkontribwixxu b'mod pożittiv primarjament għat-trasport ikkombinat kontinentali, minħabba li t-terminals attwali jittrasportaw biss kontejners tal-ISO. Skont ZCHFP SR, ġew ittrasportati biss ftit kaxxi skambjabbli u semitrejlers mis-Slovakkja permezz tal-ferrovija, minħabba li l-operaturi attwali mhumiex interessati fihom u bħalissa ma hemm ebda konnessjoni regolari mis-Slovakkja lejn punt intermodali fil-punent tal-Ewropa. |
4.2. BOHEMIAKOMBI
(44) |
Bohemialkombi huwa operatur tat-trasport ikkombinat attiv fis-Slovakkja, fejn huwa jopera primarjament mill-binarji sekondarji tal-kumpaniji. Skont Bohemiakombi, l-aktar utenti komuni tal-linji kontinentali fl-Ewropa huma t-trasportaturi bit-triq u l-aġenti tal-merkanzija żgħar u ta' daqs medju. Huma joffru trasport bieb bieb u, bil-għan li jużaw trasport ikkombinat, huma jeħtieġu s-servizzi ta' terminals newtrali u operaturi tat-trasport ikkombinat. Dawn l-SMEs ma jistgħux jinvestu f'terminals tagħhom stess u għalhekk jeħtieġu l-infrastruttura pubblika għat-trasbord. Fin-nuqqas ta' tali infrastruttura, dawn l-impriżi jużaw biss it-trasport bit-triq. |
(45) |
Bohemiakombi ssostni li t-terminals privati jistgħu jintużaw biss għat-trasport kontinentali b'mod limitat ħafna, minħabba li l-operaturi tat-terminals joffru wkoll trasport bieb bieb u għalhekk jinsabu f'kompetizzjoni diretta mat-trasportaturi bit-triq. B'hekk, l-użu tat-terminals privati huwa marbut mar-riskju li t-trasport ittrasferit mit-triq għall-ferroviji jista' jittieħed f'idejn l-operatur tat-terminal privat, li għandu aċċess għall-informazzjoni kollha dwar il-konsenji u joffri servizzi li jikkompetu. |
(46) |
Bohemiakombi tgħid li l-ħlas li normalment jintalab għat-trasbord intermodali fis-Slovakkja huwa ta' EUR 45-50 għal kull unità li tiġi ttrasbordata, li huwa d-doppju tal-ħlas mitlub fit-terminals pubbliċi fi bnadi oħra fl-UE. Skont Bohemiakombi, dan iservi ta' ostakolu għall-bidla modali mit-trasport bit-triq għal dak bil-ferrovija. Bohemiakombi temmen li t-terminals intermodali pubbliċi mibnija permezz tal-fondi pubbliċi sejrin jipprovdu servizzi orħos u, b'hekk, għandhom inaqqsu l-ostakolu għat-tranżizzjoni għat-trasport bil-ferrovija. |
(47) |
Bohemiakombi tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat għandha ssaħħaħ il-kompetizzjoni fis-servizzi tat-terminals intermodali. |
4.3. KOMBIVERKEHR
(48) |
Kombiverkehr tirrimarka li hija tittrasporta ftit unitajiet kontinentali lejn is-Slovakkja — inqas minn 1 000 fis-sena. Kombiverkehr issostni li dan huwa dovut l-aktar għall-ispejjeż għoljin tat-trasbord, li jaqbżu l-EUR 45 għal kull unità li tiġi ttrasferita minn trakk għal ferrovija jew viċi versa, jew madwar id-doppju tal-ispejjeż fit-terminals ikkofinanzjati pubblikament fil-Ġermanja. L-unitajiet li qegħdin jiġu ttrasportati bħalissa ġejjin primarjament mill-industrija kimika, li t-trasport bit-triq għalihom jiswa aktar flus u huwa assoċjat ma' riskji ambjentali ogħla. Barra minn hekk, l-unitajiet tat-trasport tal-industrija kimika jistgħu ta' spiss jiġu mmaniġġjati minn fuq bl-użu tal-istess spreader bħal kif jiġri fit-trasport marittimu kkombinat. |
(49) |
Skont Kombiverkehr, il-maġġoranza tat-trasport internazzjonali fis-Slovakkja hija merkanzija ġenerali, bħal prodotti ppakkjati, prodotti tal-industrija tal-karozzi, magni u prodotti tal-konsumaturi, li jiġu ttrasportati f'semitrejlers u parzjalment f'kaxxi skambjabbli. Madankollu, it-terminals Slovakki ma għandhomx it-tagħmir neċessarju għat-trasbord ta' unitajiet bħal dawn. |
(50) |
Skont Kombiverkehr, l-iżvilupp ta' trasport kontinentali kkombinat u sostenibbli jeħtieġ
|
(51) |
Għal Kombiverkehr, l-iżvilupp ta' punti ta' aċċess ġodda għat-trasport ikkombinat għall-klijenti tagħha jinvolvi telf inizjali kbir li jista' jiġi rkuprat biss wara sena sa sentejn ta' tħaddim regolari. Għaldaqstant, hija ma tistax taffordja li toffri prodotti ġodda fit-terminals mingħajr sigurtà fit-tul. |
(52) |
Għalhekk, Kombiverkehr tappoġġa l-pjan tas-Slovakkja sabiex it-terminal il-ġdid jibda jitħaddem minn impriżi indipendenti. Madankollu, fl-istess ħin, hija temmen li l-operaturi tat-trasport ikkombinat ikunu aktar interessati fl-iżvilupp tat-terminal jekk ikollhom interess fl-operat tiegħu. Sabiex l-operat tat-terminal ikun newtrali u mhux diskriminatorju, Kombiverkehr hija favur il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(53) |
Skont Kombiverkehr, il-potenzjal għal bidla fit-trasport tal-merkanzija mit-triq għall-ferrovija huwa kbir ħafna, b'mod partikolari fuq rotot lejn il-Ġermanja (Rhein-Ruhr-Gebiet u Hamburg/Hannover), kif ukoll lejn il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju. Bħalissa, it-traffiku fuq dawn ir-rotot huwa ta' madwar 1 000 trakk fil-ġimgħa. |
(54) |
Kombiverkehr tafferma li huwa interessat biss fit-trasport kontinentali tal-merkanzija, li bħalissa qiegħed isir bit-triq. Għaldaqstant, bl-użu tat-terminal il-ġdid hija mhix sejra tbaxxi l-volumi tat-trasbord u tal-merkanzija fit-terminals eżistenti fis-Slovakkja, fejn diġà qiegħed jintuża t-trasport ikkombinat. |
4.4. DHL
(55) |
Il-kumpanija DHL issostni li t-terminals intermodali attwali fis-Slovakkja mhumiex miftuħa għas-servizz pubbliku u ma jipprovdu ebda aċċess liberalizzat għat-trasbord bejn l-infrastruttura pubblika għat-trasport bit-triq u bil-ferrovija. DHL tappoġġa lill-awtoritajiet Slovakki fl-isforz tagħhom sabiex jilliberalizzaw it-trasport ikkombinat permezz tal-kostruzzjoni tal-erba' terminals intermodali ġodda għat-trasport bit-triq u bil-ferrovija. |
4.5. METRANS
(56) |
Metrans issostni li l-argumenti li tuża s-Slovakkja sabiex tiġġustifika l-għajnuna mill-Istat għall-kostruzzjoni tat-terminals mhumiex issostanzjati u korretti, jew inkella mhumiex rilevanti. Fil-qosor, l-argumenti tal-kumpanija kontra l-miżura kif innotifikata oriġinarjament huma dawn li ġejjin: |
In-newtralità tat-terminals eżistenti
(57) |
Skont Metrans, l-affermazzjoni tas-Slovakkja li l-operaturi tat-terminal attwali ma jipprovdux is-servizzi newtrali meħtieġa mhijiex vera u, sa issa, is-Slovakkja naqset milli tipprovdi xi evidenza għal din l-affermazzjoni. Metrans topera t-terminals tagħha fuq bażi newtrali u tipprovdi s-servizzi tagħha wkoll lil trasportaturi indipendenti. Metrans tippermetti operazzjonijiet li jagħmlu użu minn ferroviji oħrajn. Pereżempju, fit-terminal ta' Interport f'Košice, li huwa operat minn Metrans stess, hija tipprovdi servizzi li huma esklussivament relatati mat-terminal, filwaqt li kwalunkwe trasport jiġi mmaniġġjat minn partijiet oħrajn. Safejn taf Metrans, l-istess japplika għal terminals oħrajn li huma aċċessibbli għall-pubbliku. Is-Slovakkja qatt ma ressqet ilmenti uffiċjali jew mhux uffiċjali lil Metrans fir-rigward ta' xi allegat nuqqas ta' newtralità u lanqas qatt ma kien hemm xi awtorità tal-kompetizzjoni li fetħet xi investigazzjoni jew li indirizzat lil Metrans b'xi mod ieħor f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, skont Metrans, is-Slovakkja ma tistax twaqqaf lill-operaturi ta' terminals pubbliċi milli jidħlu wkoll fin-negozju tat-trasportazzjoni, li jkun ifisser it-telf tal-allegata newtralità tagħhom. Fl-aħħarnett, Metrans issostni li s-servizzi komprensivi jwasslu għal effiċjenza teknika akbar u għal tnaqqis fil-prezzijiet (bil-proċess kollu tat-trasport u tal-immaniġġjar ikkontrollat permezz tal-kompjuter u bi kwalità ta' servizz aħjar), li, flimkien mal-kwalità tas-servizz, jagħtu ċ-ċans sabiex it-terminals jikkompetu aħjar mat-trasport bit-triq. Fir-rigward tal-kwistjoni ta' jekk l-operaturi tat-terminal intermodali eżistenti fis-Slovakkja joffrux servizzi tat-terminal intermodali lil operaturi indipendenti tat-trasport ikkombinat u kif dawn is-servizzi jiġu rreklamati pubblikament, Metrans irreferiet għat-taqsima tal-websajt tagħha li toffri servizzi ta' ħażna u pprovdiet lista ta' operaturi tat-trasport indipendenti, trasportaturi, kumpaniji ta' trasport marittimu u kumpaniji tal-kiri li għamlu użu mis-servizzi tagħha. Metrans tirreferi wkoll għal erba' kumpaniji li jużaw it-terminal tagħha u li joffru servizzi ta' trasport intermodali. |
It-trasport kontinentali
(58) |
Skont Metrans, mhuwiex korrett li jintqal li t-terminals eżistenti ma joperawx trasport kontinentali. Metrans issostni li mit-total ta' 127 ferrovija li topera fil-ġimgħa, tnax minnhom jintbagħtu lejn Duisburg u tnax oħra lejn Rotterdam, fejn dawn il-ferroviji jintużaw esklussivament għat-trasport kontinentali. Barra minn hekk, 10 % tal-ferroviji kollha operati jaqgħu fil-kategorija tat-trasport kontinentali. Madwar 50 % tal-volumi operati fit-terminal tagħha f'Košice Haniska huma għat-trasport kontinentali. Fit-terminals tagħha, Metrans għandha t-tagħmir sabiex tħaddem l-unitajiet kontinentali kollha, bħal reach stackers jew piggy-back spreaders li jinqalgħu għall-immaniġġjar tal-unitajiet kontinentali, bħal kaxxi skambjabbli u semitrejlers, u tista', meta jkollha bżonn, tibni rampi hekk imsejħa “RO-LA”. Madankollu, Metrans tirrimarka li ma hemm ebda domanda għal servizzi bħal dawn. Metrans issostni li l-użu ta' kaxxi skambjabbli, semitrejlers jew trakkijiet huwa ineffiċjenti meta mqabbla mal-kontejners tal-pallets ISO b'wisa' ta' 45 pied (13,7 metri) li huma ddisinjati speċifikament għat-trasport ikkombinat, minħabba li l-ispejjeż tat-trasport għal dawn il-kontejners huma 30 % inqas minn dawk għat-trasport tat-trejlers tat-trakkijiet. Barra minn hekk, madwar 25 % tal-fatturat tal-kumpanija jiġi ġġenerat minn servizzi relatati mat-trasport kontinentali. Is-suq rilevanti jestendi lil hinn mill-fruntiera Slovakka, b'terminals fil-pajjiżi ġirien li jikkostitwixxu kompetizzjoni effettiva u li jwettqu servizzi relatati mat-trasport kontinentali. Metrans issostni li t-terminals pubbliċi mhumiex ser jitfasslu għat-trasport kontinentali. |
Il-konformità tat-terminals eżistenti mal-Ftehim tal-AGTC
(59) |
Skont Metrans, l-investiment fit-terminals b'parametri konformi mal-AGTC (bil-binarji tat-terminal b'tul ta' 750 m) huwa kummerċjalment ineffiċjenti u jikkostitwixxi spejjeż mitlufa. L-infrastruttura ferrovjarja fis-Slovakkja u fil-pajjiżi ġirien (bħar-Repubblika Ċeka u l-Ungerija) ma tippermettix l-operat ta' ferroviji itwal minn madwar 550 metru. Din is-sitwazzjoni mhux mistennija tinbidel matul il-5-7 snin li ġejjin, iżda bosta terminals, inklużi ż-żewġ terminals ta' Metrans, jinsabu f'pożizzjoni li jestendu l-binarji tat-terminal tagħhom sa 750 metru f'limitu ta' żmien ta' bejn sena u sentejn u b'hekk jirreaġixxu hekk kif il-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja tippermetti l-użu ta' tali ferroviji. |
Il-kostruzzjoni u l-operat ta' terminals newtrali huma possibbli mingħajr għajnuna mill-Istat
(60) |
Metrans issostni li hija stess hija l-aqwa prova li s-suq tat-terminal intermodali huwa attraenti għall-investituri privati u li dawn it-terminals jistgħu jkunu kummerċjalment fattibbli. Minbarra l-investiment ġdid tagħha fl-akbar terminal fis-Slovakkja, proprju f'Dunajská Streda, fl-2012 Metrans fetħet terminal ġdid f'Košice. Kwalunkwe investiment bħal dan huwa sensittiv ħafna kemm għall-bidliet fil-liġi wara li jkun sar l-investiment, kif ukoll għall-appoġġ mill-Istat għat-trasport ikkombinat. Il-pjanijiet tas-Slovakkja li tinvesti l-flus tal-Istat fit-terminals (flimkien ma' politika ineffiċjenti tal-Istat dwar it-trasport) diġà qegħdin jiskoraġġixxu lill-investituri privati milli jagħmlu investimenti ulterjuri fit-titjib tat-terminals eżistenti jew milli jagħmlu aktar investimenti ġodda. |
Il-miżura kif innotifikata oriġinarjament tfixkel il-kompetizzjoni
(61) |
Skont Metrans, l-operaturi tat-terminals pubbliċi se jiksbu vantaġġ kompetittiv sinifikanti, minħabba li sejrin jirċievu sussidju ta' 85 % fuq l-ispiża kapitali totali. Is-Slovakkja ma tistax twaqqaf b'mod effettiv lill-operaturi milli joffru prezzijiet soġġetti għad-dumping (kwalunkwe ffissar tal-prezzijiet fil-ftehim ta' konċessjoni jista' f'xi punt jiġi kkontestat bħala restrizzjoni serja illegali). Metrans ma taqbilx mal-argument tas-Slovakkja li t-terminals pubbliċi sejrin jitolbu prezzijiet komparabbli għat-terminals eżistenti. Is-suq intern (li jestendi lil hinn mill-fruntieri tas-Slovakkja) sejjer jiġi affettwat b'mod sinifikanti; pereżempju, l-akbar żona ta' Bratislava li hija servuta wkoll minn żewġ terminals fi Vjenna. Metrans ipprovdiet lill-Kummissjoni bit-tariffi li hija toffri fuq talba lil kwalunkwe klijent interessat. Skont din l-iskeda ta' tariffi, il-kumpanija titlob ħlasijiet konsiderevolment aktar baxxi minn dawk previsti skont il-miżura għal kull operazzjoni għal kwalunkwe tip ta' unità. Fl-aħħarnett, it-terminal ippjanat f'Košice sejjer jinbena kilometru biss bogħod mit-terminal il-ġdid ta' Metrans. Fil-viċinanza ta' Bratislava, fejn mistenni jinbena terminal ġdid ieħor, diġà hemm żewġ terminals fi Vjenna, tnejn f'Budapest u wieħed f'Dunajská Streda. |
Il-kostruzzjoni ta' terminals pubbliċi ġodda mhijiex ser tattira volumi ġodda mit-trasport bit-triq għal dak ikkombinat
(62) |
Kif tgħid Metrans, is-servizzi tat-terminal (immaniġġjar, tagħbija mill-ġdid, eċċ.) jikkostitwixxu biss madwar 2 % tal-ispejjeż totali tat-trasport ikkombinat. It-tariffi għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja jammontaw għal madwar 40 — 50 % tal-ispejjeż totali tat-trasport. Għaldaqstant, it-terminals il-ġodda jattiraw biss klijenti li diġà qegħdin jużaw it-trasport ikkombinat. Huwa biss l-appoġġ effettiv mill-Istat għat-trasport ikkombinat li jista' jgħin sabiex jiżdiedu l-volumi. |
L-iffrankar fl-ispejjeż esterni
(63) |
L-iffrankar fl-ispejjeż esterni kif affermat mis-Slovakkja jista' jsir biss jekk jiġi attirat trasport addizzjonali mit-triq għall-ferrovija u, anki meta jseħħ dan, l-iffrankar ma jiġix biss mill-kostruzzjoni ta' terminals pubbliċi. Metrans issostni li l-kostruzzjoni tat-terminals mhijiex ser twassal għal żieda sinifikanti fil-volumi tat-trasport ikkombinat u b'hekk ma jkunx jista' jinkiseb l-iffrankar fl-ispejjeż esterni. |
Il-kapaċitajiet eżistenti huma suffiċjenti u ż-żieda fid-domanda tista' tiġi ssodisfata mis-suq
(64) |
Skont Metrans, it-terminals eżistenti bħalissa qegħdin jużaw biss madwar 50 % tal-kapaċità proprja tagħhom. Barra minn hekk, il-volumi totali tal-merkanzija ttrasportata fis-Slovakkja naqsu b'mod stabbli fis-snin riċenti. Metrans tappoġġa din l-affermazzjoni bi statistika dwar it-trasportazzjoni tal-merkanzija fis-Slovakkja, li turi 203 miljun tunnellata fl-2009, 191 miljun tunnellata fl-2010 u 179 miljun tunnellata fl-2011. B'hekk, il-previżjonijiet ekonomiċi ċċitati mis-Slovakkja bħala sostenn għall-affermazzjoni tagħha huma skorretti u mhux aġġornati. Anki jekk iż-żieda fid-domanda għat-trasport ikkombinat ma tistax tintlaħaq permezz tal-kapaċitajiet żejda eżistenti, hija tista' tintlaħaq bi spiża relattivament baxxa fuq perjodu ta' żmien qasir jew medju billi jittejbu u jiġu estiżi l-kapaċitajiet eżistenti jew billi l-investituri privati jibnu kapaċitajiet ġodda. Metrans tgħid li, fl-2010, il-volum totali tat-terminals intermodali eżistenti kollha fis-Slovakkja kien ta' 1.9 miljun tunnellata. Il-kapaċità ppjanata tat-terminals pubbliċi ġodda hija ta' 1.8 miljun tunnellata fis-sena, li tirrappreżenta kważi 100 % tas-suq. |
(65) |
Metrans tikkonkludi li, fis-sitwazzjoni ekonomika u tas-suq attwali (il-kapaċitajiet żejda eżistenti, il-volumi li qegħdin jonqsu b'mod stabbli tal-merkanzija ttrasportata, il-politika tat-trasportazzjoni instabbli), l-erba' terminals pubbliċi mhumiex proġetti vijabbli. Jekk jinbnew, huma jispiċċaw jagħtu lok għal kapaċità żejda ulterjuri, li twassal biss sabiex tfixkel il-kompetizzjoni u tiskoraġġixxi lill-operaturi privati, li jeħtieġ li joperaw fuq livell li jkopri mhux biss l-ispejjeż varjabbli tagħhom iżda wkoll dawk fissi. |
4.6. WIENCONT
(66) |
WienCont hija s-sid u l-operatur ta' terminal trimodali kbir fi Vjenna. Hija ssostni li l-għajnuna mill-Istat għall-kostruzzjoni ta' erba' terminals intermodali pubbliċi fis-Slovakkja mhijiex meħtieġa għall-iżvilupp tat-trasport intermodali fis-Slovakkja u tispiċċa tfixkel il-kompetizzjoni b'mod mhux negliġibbli. WienCont issostni li l-għajnuna ta' EUR 135,5 miljun u l-intensità tal-għajnuna ta' 85 %/100 % assolutament mhumiex meħtieġa, minħabba li WienCont ilha mill-2006 topera u tespandi t-terminal tagħha b'sussidji operattivi u ta' investiment mill-Belt ta' Vjenna ta' EUR 11,6 miljun u b'intensità tal-għajnuna ta' 31 %. |
(67) |
WienCont tkompli tqajjem dubji dwar il-previżjoni fuq it-tkabbir fit-trasport intermodali pprovduta mis-Slovakkja u tirreferi għall-istatistika li turi li t-tkabbir industrijali fis-Slovakkja bejn l-2010 u l-2012 kien ta' 13 % biss. Hija tagħmel referenza wkoll għal previżjoni aktar riċenti minn Snizek & Partner (2011), li tassumi tkabbir fit-trasport ta' merkanzija mhux akkumpanjata minn 300 000 ITU fl-2008 għal 440 000 ITU fl-2030. Skont din il-previżjoni, is-suq kollu jista' jiġi kopert mill-kapaċitajiet tat-terminals ta' WienCont. Madankollu, l-awtoritajiet Awstrijaċi qegħdin jappoġġaw il-kostruzzjoni ta' terminal intermodali kbir ieħor fi Vjenna Inzersdorf, li fil-fatt għadha kif bdiet. |
(68) |
WienCont issostni li l-kostruzzjoni tat-tieni terminal fir-reġjun, fi Bratislava, iddgħajjef il-pożizzjoni ta' Vjenna bħala ċentru. Hija ssostni wkoll li l-kostruzzjoni tat-terminals il-ġodda għandha twassal għal bidla mit-trasport bit-triq għat-trasport bil-ferrovija. |
(69) |
Fl-2011 u fl-2012, il-kapaċità ta' WienCont kienet ta' 250 000 ITUs. Hija mmaniġġjat 72 541 ITUs fl-2012 u 71 369 ITUs fl-2011, bit-trasport mis-Slovakkja jammonta għal 2 968 ITUs fl-2012 u għal 2 148 ITUs fl-2011, filwaqt li t-trasport lejn is-Slovakkja kien żero fl-2012 u 59 ITUs fl-2011. It-tariffi tal-immaniġġjar ta' WienCont għal kull kontejner huma komparabbli ma' dawk fil-miżura għal kontejner fit-terminal, iżda huma ogħla għall-użu tal-maħżen u għall-immaniġġjar ta' trejler. |
5. IL-KUMMENTI TAS-SLOVAKKJA DWAR IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
(70) |
Is-Slovakkja rrimarkat li erbgħa mis-sitt partijiet li wrew l-interess tagħhom esprimew l-appoġġ tagħhom għall-għajnuna intiża għall-kostruzzjoni tat-terminals pubbliċi. Ir-reazzjonijiet tas-Slovakkja għas-sottomissjonijiet li saru minn Metrans u WienCont huma ppreżentati hawn taħt. |
5.1. REAZZJONI GĦAS-SOTTOMISSJONI MINN METRANS
In-newtralità tat-terminals eżistenti
(71) |
Is-Slovakkja ttenni li Metrans mhijiex operatur ta' terminal newtrali minħabba li hija nnifisha hija operatur tat-trasport. Hija tirreferi għas-sottomissjonijiet minn Bohemiakombi u Kombiverkehr, li jsemmu riskju possibbli ta' kunflitt ta' interess ta' Metrans li taġixxi kemm bħala operatur tat-terminal kif ukoll bħala operatur tat-trasport ikkombinat u tat-trasport bieb bieb. Is-Slovakkja tirreferi wkoll għar-rekwiżit skont il-liġi tal-UE li operatur ta' infrastruttura ferrovjarja ma jistax ikun f'kompetizzjoni mal-impriżi tat-trasport li jużaw dik l-infrastruttura ferrovjarja. Is-Slovakkja ttenni li hija tista' tinforza n-newtralità tal-operatur li tagħżel għall-operat tat-terminals pubbliċi tagħha. Fir-rigward tat-trasportaturi li jużaw it-terminals ta' Metrans, is-Slovakkja tirrimarka li hija ma taf b'ebda wieħed minnhom li jopera rotta regolari ta' trasport ikkombinat. |
(72) |
Fir-rigward tal-effiċjenza tas-servizzi komprensivi, is-Slovakkja tirrimarka li s-sjieda tal-infrastruttura minn impriża tat-trasport twassal għal pożizzjoni ta' monopolju u, għalhekk, is-sid tal-infrastruttura ma għandux ukoll juża l-infrastruttura bħala operatur tat-trasport. F'din il-konnessjoni, is-Slovakkja tirreferi għall-fatt li Metrans għandha sehem mis-suq ta' 55-60 %. |
(73) |
Is-Slovakkja tirrimarka li s-sit elettroniku ta' Metrans, li fuqu Metrans tafferma li tirreklama s-servizzi ta' trasbord tagħha, ma joffrix is-servizz ta' terminal intermodali għall-operaturi tat-trasport intermodali, iżda għall-kumpaniji tat-trasport marittimu u għall-kumpaniji tal-kiri. |
It-trasport kontinentali
(74) |
Is-Slovakkja tafferma li ma hemm ebda statistika li turi t-trasport kontinentali affermat minn Metrans. Is-Slovakkja qatt ma rċeviet informazzjoni li turi li Metrans għandha t-tagħmir meħtieġ għall-immaniġġjar tal-ITUs kontinentali. Hija tassumi li Metrans qiegħda tikkunsidra t-trasport kontinentali sabiex tinkludi l-kontejners marittimi li tgħabbew barra mill-Ewropa, iżda li ġew ittrasbordati f'wieħed mit-terminals interni. |
(75) |
Is-Slovakkja ssostni li l-istatistika tal-UIRR (4) tirribatti l-affermazzjoni ta' Metrans li ma jeżisti ebda suq għas-semitrejlers u għall-kaxxi skambjabbli. |
(76) |
Is-Slovakkja tispjega wkoll li d-disinn tat-terminals ippjanati huwa partikolarment addattat għat-trasport kontinentali. It-tagħmir tat-trasbord ser ikun jista' jimmaniġġja s-semitrejlers u l-kaxxi skambjabbli. L-ispazju taħt il-krejn sejjer jiġi ddisinjat speċifikament sabiex iservi l-ITUs kontinentali: ser ikun hemm spazji bejn l-ITUs li huma meħtieġa għall-immaniġġjar permezz tal-piggy-back hangers; u ser ikun hemm spazji ta' parkeġġ dijagonali għas-semitrejlers, li għandhom jippermettu mmaniġġjar dirett mit-trakkijiet. Għalhekk, kuntrarju għal dak li jiġri f'terminals oħrajn li huma speċjalizzati fil-kontejners, ser ikun possibbli li dawn it-tipi ta' ITUs jiġu mmaniġġjati b'pass wieħed. Dan għandu jbaxxi l-prezz tat-trasbord għall-ITUs kontinentali fit-terminals pubbliċi. |
Il-konformità tat-terminals eżistenti mal-Ftehim tal-AGTC
(77) |
Skont il-prijoritajiet tal-UE għall-politika tat-trasport bil-ferrovija, is-Slovakkja qiegħda tinvesti f'infrastruttura li tippermetti t-trasportazzjoni ta' ferroviji b'tul ta' 750 metru. Is-Slovakkja hija tal-fehma wkoll li t-terminal ta' Metrans f'Dunajská Streda ma jistax jiġi estiż, minħabba li dan huwa limitat, minn naħa waħda, mit-triq E575 u, min-naħa l-oħra, mill-mogħdija milwija li tgħaqqad it-terminal man-netwerk ferrovjarju ewlieni. |
Il-kostruzzjoni u l-operat ta' terminals newtrali huma possibbli mingħajr għajnuna mill-Istat
(78) |
Skont is-Slovakkja, l-istudji ekonomiċi mħejjija għat-terminals pubbliċi juru li l-kostruzzjoni u l-operat tat-terminals ma jistgħux jiġu ffinanzjati biss mid-dħul li jiġi ġġenerat mill-attivitajiet tat-terminals. Is-Slovakkja qiegħda tassumi li Metrans se tipprovdi finanzjament trasversali għall-kostruzzjoni tat-terminals mid-dħul li jiġġenera mill-attivitajiet tat-trasport. |
(79) |
Is-Slovakkja offriet ukoll li tikkoopera ma' Metrans fil-kostruzzjoni tat-terminals pubbliċi, iżda Metrans ma kenitx lesta li tissodisfa l-kundizzjonijiet tas-Slovakkja fir-rigward tal-aċċess mhux diskriminatorju. |
Il-kompetizzjoni ser tiġi mfixkla
(80) |
Is-Slovakkja tirreferi għall-fatt li d-Direttiva 2012/34/UE tistipula l-prinċipji għall-iffissar tal-miżati għall-użu tas-servizzi tat-terminals, kif ukoll ir-responsabbiltà ta' regolatur ferrovjarju indipendenti sabiex jevalwa dawn il-miżati u jirregolahom f'każ li jkun hemm xi ilmenti. |
(81) |
Is-Slovakkja tgħid li hija tappoġġa wkoll l-iżvilupp tat-trasport ikkombinat minn kumpaniji privati; pereżempju, hija investiet fiż-żieda tal-kapaċità fuq il-binarji ferrovjarji ta' Bratislava-Dunajská, li kienet dovuta għall-ħtiġijiet miżjuda ta' Metrans. |
(82) |
Is-Slovakkja tirrimarka li Metrans immarkat il-lista tal-prezzijiet tagħha għas-servizzi tat-terminal bħala kunfidenzjali, li juri li l-prezzijiet tagħha mhumiex ippubblikati. |
Il-kostruzzjoni ta' terminals pubbliċi ġodda mhijiex ser tattira volumi ġodda mit-trasport bit-triq għat-trasport ikkombinat
(83) |
Fir-reazzjoni tagħha għal din l-affermazzjoni mhux issostanzjata, is-Slovakkja tiċċita s-sottomissjoni minn Kombiverkehr, li tgħid li t-trasport ikkombinat kontinentali jiżviluppa jekk l-operaturi indipendenti tat-terminals jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għas-servizzi tagħhom u jekk il-prezz għal kull operazzjoni ta' mmaniġġjar ma jaqbiżx l-ammont ta' EUR 20-25 għal kull unità ttrasbordata. |
(84) |
Is-Slovakkja ssostni wkoll li skont l-istatistika tal-UIC (5), it-trasport ikkombinat kontinentali jammonta għal 47.14 % tat-trasport ikkombinat totali. Madankollu, billi fis-Slovakkja, il-bidla mit-trasport bit-triq għat-trasport bil-ferrovija għadha ma laħqitx dan il-livell, għad hemm potenzjal għoli għat-trasport intermodali kontinentali, minflok għall-kontejners marittimi biss. It-trasport ikkombinat ta' merkanzija mhux akkumpanjata: TEU 2011
|
(85) |
Is-Slovakkja ssostni li, minħabba li, skont Metrans, l-ispejjeż tat-trasbord jirrappreżentaw madwar 2 % tal-ispejjeż tat-trasport totali u, minħabba li, skont Kombiverkehr, l-ispiża inizjali ta' rotta kontinentali ġdida tista' tiġi rkuprata biss wara sena jew sentejn, huwa improbabbli ħafna li l-operaturi tar-rotot il-ġodda jintroduċu rotot ġodda lejn destinazzjonijiet fejn diġà teżisti rotta. Is-Slovakkja tafferma li, filwaqt li l-klijenti ta' Metrans huma fil-biċċa l-kbira tagħhom kumpaniji tat-trasport marittimu u Metrans tittrasporta l-aktar kontejners marittimi, it-terminal il-ġdid sejjer jiffoka fuq it-trasferiment tal-merkanzija mit-triq għal fuq il-ferroviji. Dan it-terminal huwa intiż għal grupp differenti ta' klijenti u joffri s-servizzi tiegħu f'segmenti differenti tas-suq. |
L-iffrankar fl-ispejjeż esterni; il-kapaċitajiet eżistenti huma suffiċjenti u ż-żieda fid-domanda tista' tiġi ssodisfata mis-suq
(86) |
Is-Slovakkja ssostni li t-tnaqqis fil-volumi ttrasportati fis-Slovakkja huwa irrilevanti għall-istima tal-potenzjal għall-iżvilupp tat-trasport kontinentali, minħabba li t-tnaqqis huwa dovut l-aktar għat-tnaqqis fil-volumi tat-trasport nazzjonali. Għaldaqstant, is-Slovakkja tagħti importanza aktar imsaħħa lill-istatistika (ipprovduta fis-sottomissjoni tagħha hawn fuq) li turi ż-żieda fil-volumi tat-trasport bit-triq, billi dawn huma l-volumi rilevanti li għandhom jiġu mmirati mill-bidla mit-trasport bit-triq għat-trasport bil-ferrovija. |
(87) |
Is-Slovakkja ssostni li t-terminals il-ġodda sejrin jirrappreżentaw biss 16 % tal-kapaċità tat-terminals intermodali Slovakki fil-ġejjieni. |
(88) |
B'reazzjoni għall-kummenti minn Metrans fir-rigward tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, in-nuqqas ta' abbiltà li jiġu attirati volumi ġodda mit-trasport bit-triq u l-kopertura ta' domanda ġdida bl-użu tal-kapaċitajiet eżistenti, is-Slovakkja tirreferi għas-sottomissjoni minn Kombiverkehr, li tistma li l-potenzjal għat-trasport ikkombinat kontinentali lejn u mis-Slovakkja huwa wieħed konsiderevoli. Kombiverkehr tgħid li l-volum tat-trasport bit-triq fil-ġimgħa mit-tramuntana tal-Ġermanja, mill-Belġju u mill-Pajjiżi l-Baxxi lejn is-Slovakkja u viċi versa huwa ta' madwar 1 000 trakk. Kombiverkehr qiegħda tipprevedi li tittrasferixxi biss parti mill-merkanzija li qiegħda tiġi ttrasportata bħalissa bit-triq, u għalhekk mhijiex timmira lejn xi waħda mis-sorsi attwali tad-dħul li jiġi ġġenerat mit-terminals eżistenti. |
5.2. REAZZJONI GĦAS-SOTTOMISSJONI MINN WIENCONT
(89) |
L-ewwelnett, b'reazzjoni għall-punt ta' WienCont li hija kellha intensità tal-għajnuna ta' 31 % biss għall-espansjoni tat-terminal tagħha, filwaqt li s-Slovakkja qiegħda toffri għajnuna ta' 100 % għall-investiment inizjali, is-Slovakkja tirrimarka li WienCont hija operatur b'sehem azzjonarju maġġoritarju mill-awtoritajiet pubbliċi. Barra minn hekk, l-infrastruttura ferrovjarja li tuża tappartjeni għall-maniġer tal-infrastruttura ferrovjarja u l-art li tuża tappartjeni għall-Belt ta' Vjenna. L-ispejjeż tal-kostruzzjoni għat-terminals Slovakki l-ġodda jinkludu kemm ix-xiri tal-art u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja, kif ukoll il-kostruzzjoni ta' terminal kompletament ġdid. Is-Slovakkja tiddikjara li aktar minn 90 % tal-investiment globali fil-kostruzzjoni tat-terminal ta' WienCont, inklużi l-binarji u l-art, kien iffinanzjat mill-fondi pubbliċi. Barra minn hekk, skont is-Slovakkja, din l-oġġezzjoni tmur kontra l-objettivi tal-Fond ta' Koeżjoni, li għandu l-għan li jnaqqas id-differenzi bejn l-Istati Membri permezz tal-finanzjament għall-infrastruttura u l-protezzjoni ambjentali. |
(90) |
It-tieni, b'reazzjoni għall-affermazzjoni li WienCont tkopri d-domanda kollha fiż-żona ta' Vjenna u li t-terminal ta' Bratislava huwa ta' theddida għall-attivitajiet kummerċjali tagħha, is-Slovakkja tirrimarka li 4,6 % biss tal-volumi totali mmaniġġjati minn WienCont huma mis-Slovakkja. Anki li kieku WienCont titlef dawn il-volumi kollha, li s-Slovakkja għandha dubji kemm jista' jseħħ, il-kumpanija ma ġġarrabx ħsara tant li tkun tista' tiġġustifika li ma tibnix terminal trimodali modern fi Bratislava fuq id-Danubju. |
6. SEGWITU GĦALL-ISKAMBJU TA' INFORMAZZJONI MA' Metrans, WienCont U S-Slovakkja
(91) |
Is-segwitu tal-Kummissjoni għall-iskambju ta' informazzjoni mas-Slovakkja, Metrans u WienCont ikkjarifika għadd ta' kwistjonijiet fl-informazzjoni pprovduta minn dawn il-partijiet. |
(92) |
Għalkemm Metrans ma setgħetx turi safejn hija tipprovdi t-trasport ikkombinat kontinentali, hija setgħet turi li fil-fatt tipprovdi tali trasport u li l-volumi tat-trasport kontinentali attwali tagħha mhumiex negliġibbli. Għat-trasport kontinentali, Metrans tuża l-kontejners, b'mod partikolari l-kontejners b'wisa' ta' 45 pied (13,7 m) u l-kontejners tat-tankijiet. Metrans uriet wkoll li hija għandha ċertu tagħmir, li huwa addattat għat-trasbord ta' unitajiet tat-trasport intermodali differenti minn kontejners. Is-Slovakkja pprovdiet lill-Kummissjoni b'folji ta' dejta ta' statistika miksuba minn Metrans li juru li Metrans ma ttrasportat ebda trakk, kaxxa skambjabbli jew semitrejler. |
(93) |
Sabiex tirribatti l-argumenti mressqa minn Metrans li ma hemm ebda domanda għat-trasport ikkombinat f'unitajiet ta' trasport intermodali (ITU) minbarra kontejners, is-Slovakkja tippreżenta eżempji tat-terminal b'aċċess newtrali f'Lovosice fir-Repubblika Ċeka, li beda jopera fl-2006 b'rotot regolari, primarjament għat-trasportazzjoni tal-kontejners, fejn l-ammont tal-ITUs ittrasportati żdied b'81 % bejn l-2007 u l-2012, filwaqt li, sal-2012, il-kaxxi skambjabbli u s-semitrejlers kienu jammontaw għal 75 % tal-unitajiet ittrasbordati. Eżempju ieħor mogħti mis-Slovakkja huwa t-terminal b'aċċess newtrali ta' Wuppertal-Langerfled, li bħalissa qiegħed jittrasporta, kważi esklussivament, kaxxi skambjabbli u semitrejlers. Anki fit-terminal ta' WienCont, li huwa post ta' trasbord sinifikanti għall-kontejners marittimi, il-kaxxi skambjabbli jammontaw għal 21 % tal-unitajiet ittrasbordati. |
(94) |
WienCont ipprovda preżentazzjoni li ġiet prodotta minn Snizek & Partner, li tafferma li f'terminal li qiegħed jopera fi 88 % tal-kapaċità tiegħu, il-kwalità tal-operazzjonijiet tiġi indebolita serjament. |
(95) |
Fl-aħħarnett, bil-għan li ttaffi t-tħassib possibbli fir-rigward tal-medda tad-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni u sabiex tittestja s-suppożizzjonijiet tagħha fir-rigward tat-trasferiment tal-merkanzija mit-triq għall-ferrovija, is-Slovakkja qablet li għall-ewwel hija għandha tibni terminal wieħed biss bħala proġett pilota. Għalhekk, is-Slovakkja rrestrinġiet in-notifika oriġinali għal terminal wieħed biss f'Žilina-Teplička. Dan it-terminal sejjer ikun aktar minn 200 km bogħod mit-terminals ta' Metrans f'Dunajská Streda u f'Košice u mit-terminal ta' WienCont. Barra minn hekk, is-Slovakkja għarrfet lill-Kummissjoni li t-terminal eżistenti ta' Intrans f'Žilina mistenni jingħalaq fil-futur qrib. Il-valutazzjoni tal-miżura mill-Kummissjoni hija stipulata hawn taħt. |
7. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
(96) |
L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jgħid li “kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta” riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti għandha, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, titqies bħala inkompatibbli mas-suq intern.' |
(97) |
Il-kriterji stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżura tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. B'mod speċifiku, l-appoġġ finanzjarju għandu:
|
(98) |
Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jistgħu jikkostitwixxu attività ekonomika (6). Billi l-miżura nnotifikata tikkonċerna l-għajnuna ta' investiment għall-infrastruttura li tintuża għall-esplojtazzjoni kummerċjali, il-kostruzzjoni u l-operat ta' tali infrastruttura għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu attività ekonomika u, għaldaqstant, il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(99) |
Għall-miżura nnotifikata, l-awtoritajiet Slovakki sejrin jibnu t-terminal u jagħżlu d-detentur tal-konċessjoni, li għandu jkun responsabbli mill-operat tiegħu. Dan l-investiment inizjali sejjer jiġi ffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni (85 %) u mir-riżorsi proprji tal-Istat (15 %). Minħabba li r-riżorsi tal-Fond ta' Koeżjoni jiġu ttrasferiti lill-awtorità nazzjonali rilevanti, huma jitqiesu bħala li jinsabu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet Slovakki u bħala li jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. |
(100) |
Vantaġġ: abbażi tal-investigazzjoni preliminari tas-suq imwettqa mill-awtoritajiet Slovakki, ma jistax jiġi eskluż li, fil-proċess tal-għażla fil-ġejjieni, il-parteċipazzjoni sejra tkun limitata ħafna u li l-proċess tal-għażla mhuwiex ser jissodisfa l-kriterji ta' offerta kompetittiva. Konsegwentement, u fid-dawl tal-probabbiltà kbira li l-proċess tal-offerti ma jkunx kompetittiv biżżejjed, ma jistax jiġi eskluż li ser jiġi kkonferit vantaġġ ekonomiku fuq l-operatur. |
(101) |
Selettività: minħabba li mill-miżura jibbenifika esklussivament l-operatur magħżul tat-terminal, tali miżura titqies bħala selettiva fin-natura tagħha. |
(102) |
Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ ġewwa l-UE: meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' dik ta' impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni, tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna (7). Huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma' impriżi oħrajn fi swieq li huma miftuħa għall-kompetizzjoni (8). Fil-każ preżenti, il-miżura nnotifikata għandha ssaħħaħ il-pożizzjoni tat-terminals tat-trasferiment il-ġodda fir-rigward tat-terminals eżistenti u, għalhekk, għandha effetti li potenzjalment jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni sakemm dan is-suq huwa miftuħ għall-kompetizzjoni. B'hekk, l-għajnuna tista' tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. |
(103) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.1. IL-LEGALITÀ TAL-MIŻURA
(104) |
L-awtoritajiet Slovakki ssodisfaw l-obbligu tagħhom, skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, illi jinnotifikaw l-għajnuna qabel idaħħluha fis-seħħ. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-fatt li l-għajnuna mhijiex ser tingħata qabel tiġi approvata mill-Kummissjoni. |
7.2. VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ
(105) |
Preċedentement, il-Kummissjoni vvalutat l-għajnuna għall-proġetti ta' infrastruttura direttament fuq il-bażi tal-Artikolu 93 tat-TFUE (9) u, wara s-sentenza tas-CJEU fil-kawża ta' Altmark (10), li pprekludiet l-applikazzjoni diretta tal-Artikolu 93 tat-TFUE, fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE għat-terminals intermodali (11). Minn mindu ddaħħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), l-Artikolu 93 tat-TFUE sar direttament applikabbli bħala l-bażi legali għall-istabbiliment tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għat-trasport bit-triq mhux koperta minn dak ir-Regolament u, b'mod partikolari, tal-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport. |
(106) |
L-Artikolu 93 tat-TFUE jgħid li l-għajnuna li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni tat-trasport hija kompatibbli mat-Trattati. It-terminu “koordinazzjoni tat-trasport” użat f'dik id-dispożizzjoni għandu sinifikat li jmur “lil hinn milli sempliċiment jiffaċilita l-iżvilupp ta” attività ekonomika. Huwa jikkomprendi intervent mill-awtoritajiet pubbliċi intiż biex jiggwida l-iżvilupp tas-settur tat-trasport fl-interess komuni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li dan l-Artikolu “jirrikonoxxi li l-għajnuna għat-trasport hija kompatibbli mat-Trattat biss f'każijiet determinati sewwa li ma jipperikolawx l-interessi ġenerali tal-Komunità” (13). |
(107) |
F'ċerti aspetti, il-progress li sar fil-liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport bl-art naqqas b'mod konsiderevoli l-ħtieġa għall-koordinazzjoni. F'settur liberalizzat b'mod effikaċi, fil-prinċipju, il-koordinazzjoni tista' tirriżulta mill-azzjoni tal-forzi tas-suq. Madankollu, anki wara l-liberalizzazzjoni tas-settur, xorta waħda jista' jkun hemm diversi nuqqasijiet fis-suq. Dawn jiġġustifikaw l-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi f'dan il-qasam. |
(108) |
Is-settur tat-trasport jista' jesperjenza diffikultajiet ta' “koordinazzjoni” fis-sens ekonomiku tat-terminu, pereżempju, fil-konnessjonijiet bejn in-netwerks differenti tat-trasport. Għaldaqstant, il-Kummissjoni diġà awtorizzat l-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 93 tat-TFUE (14). |
(109) |
Sabiex miżura ta' għajnuna partikolari tkun tista' titqies bħala li “tissodisfa l-ħtiġijiet” tal-koordinazzjoni tat-trasport, tali miżura għandha tkun neċessarja u proporzjonata għall-iskop maħsub. Barra minn hekk, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, li hija inerenti fl-għajnuna, ma għandhiex tipperikola l-interessi ġenerali tal-Unjoni. |
(110) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni sostniet b'mod konsistenti li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 93 tat-TFUE jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(111) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni sejra tevalwa jekk dawn il-ħames kriterji humiex issodisfati fil-każ preżenti, sabiex l-għajnuna tkun tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 93 tat-TFUE. |
7.2.1. Objettiv ta' interess komuni
(112) |
Għal xi żmien, l-Unjoni segwiet politika li permezz tagħha kisbet sistema bbilanċjata ta' trasport ikkombinat, u t-trawwim tal-kompetittività tat-trasport ikkombinat vis-à-vis l-użu tat-triq huwa parti minn din il-politika. L-għan tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport ikkombinat huwa li tinkiseb bidla modali mit-trasport bit-triq għal modi oħrajn ta' trasport. |
(113) |
L-istrumenti tal-Unjoni, bħad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE (15) tas-7 ta' Diċembru 1992, għandhom l-għan li jrawmu l-iżvilupp tat-trasport ikkombinat. Il-White Paper dwar il-Politika tat-Trasport (16) tinkoraġġixxi l-użu tat-trasport bil-ferrovija u ta' modi ta' trasport oħrajn li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent sabiex jiġu żviluppati alternattivi kompetittivi għat-trasport bit-triq. |
(114) |
Barra minn hekk, il-politika dwar it-trasport ikkombinat hija konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Gothenburg ta' Ġunju 2001, li ddikjara li l-miżuri li jgħinu sabiex titwettaq il-bidla modali mit-trasport bit-triq għal modi ta' trasport li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent jinsabu fil-qalba tal-politika għat-trasport sostenibbli. |
(115) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li huwa primarjament il-kompitu tal-operaturi fis-suq li jtejbu t-trasport ikkombinat fis-swieq b'aċċess ħieles u fejn jipprevalu r-regoli tal-kompetizzjoni ħielsa, il-provvista u d-domanda. Madankollu, sabiex jinħareġ kompletament il-potenzjal tat-trasport ikkombinat, jista' jkun hemm bżonn li tiġi stimolata r-rieda li jittieħdu riskji inerenti fil-bidla mit-trasport bit-triq għal modi alternattivi ta' trasport. |
(116) |
Barra minn hekk, l-enfasi fuq l-għażliet tat-trasport ikkombinat qiegħda tkun dejjem aktar ġustifikata mill-kunsiderazzjoni li ġejja: l-industrija tal-Ewropa żżomm jew iżżid il-kompetittività tal-produzzjoni tagħha bbażata fl-Ewropa l-aktar permezz ta' loġistika avvanzata, l-ottimizzazzjoni tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni, kif ukoll permezz tal-ħolqien ta' valur fil-proċess. Dawn il-ktajjen tal-provvista sofistikati qegħdin isiru dejjem aktar vulnerabbli għall-affidabbiltà dejjem tonqos u għall-ispejjeż dejjem jiżdiedu tat-trasport bit-triq. B'hekk, il-loġistika tat-trasport ikkombinat għandha ssir objettiv prinċipali għall-industrija tal-manifattura tal-Ewropa. |
(117) |
Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tirreferi għall-ħtieġa li jitħaffu l-investimenti fl-infrastruttura, b'mod partikolari fil-modi tat-trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, li huma parti min-Netwerks Trans-Ewropej (TENs) u min-netwerks tal-ICT b'veloċità għolja (17). |
(118) |
Il-kostruzzjoni tat-terminals intermodali li jiggarantixxu aċċess ugwali għall-utenti kollha ġiet appoġġata minn bosta strumenti tal-UE. Id-Deċiżjoni Nru. 661/2010/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) tesiġi li għandu jiġi stabbilit netwerk ta' trasport trans-Ewropew li, safejn ikun possibbli, għandu jkun interoperabbli fi ħdan il-modi ta' trasport u jinkoraġġixxi l-intermodalità bejn il-modi ta' trasport differenti. Skont dik id-deċiżjoni, il-proġetti ta' interess komuni għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tat-trasport billi jtejbu s-sigurtà u jnaqqsu d-danni ambjentali kkawżati mit-trasport, b'mod partikolari billi jippromwovu bidla modali lejn il-linji ferrovjarji, it-trasport intermodali, il-passaġġi tal-ilma interni u t-trasport marittimu. L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE (19) tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji minn Stati Membri oħrajn ikollhom aċċess għall-infrastruttura fuq kundizzjonijiet ekwitabbli għall-iskop tal-operat ta' servizzi internazzjonali għat-trasport ikkombinat tal-merkanzija. Barra minn hekk, fil-Proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (20), il-Kummissjoni pproponiet li l-operaturi tat-terminals tal-merkanzija għandhom jiżguraw li t-terminals tal-merkanzija jkunu miftuħa għall-operaturi kollha, jipprovdu dan l-aċċess b'mod mhux diskriminatorju u japplikaw tariffi trasparenti. |
(119) |
Il-kostruzzjoni tat-terminals intermodali li jiggarantixxu aċċess ugwali għall-utenti kollha hija intiża lejn il-kisba ta' objettiv ta' interess komuni, minħabba li tikkontribwixxi għat-titjib tat-trasport ikkombinat u tinkoraġġixxi bidla modali mit-trasport bit-triq għat-trasport bil-ferrovija u permezz ta' passaġġi tal-ilma interni u, b'hekk, tnaqqas il-konġestjoni, ir-rati ta' inċidenti, l-emissjonijiet, il-ħsejjes u l-impatt negattiv fuq il-klima, li lkoll jirriżultaw mit-trasport bit-triq. Tali kostruzzjoni ma hija kkontestata minn ebda waħda mis-sottomissjonijiet li saru b'reazzjoni għall-bidu tal-proċedura li l-objettiv tal-miżura, jiġifieri li tappoġġa l-bidla mit-trasport bit-triq għat-trasport bil-ferrovija u permezz ta' passaġġi tal-ilma interni, huwa tabilħaqq objettiv ta' interess komuni. |
(120) |
Fir-rigward tal-kostruzzjoni u l-operat ippjanati tat-terminal f'Žilina–Teplička, skont id-dejta pprovduta mill-awtoritajiet Slovakki, il-benefiċċji f'termini tal-iffrankar fi spejjeż esterni huma aktar minn 15-il darba ogħla mill-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-infrastruttura ppjanata. Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-benefiċċji mistennija totali ta' EUR 399 miljun sejrin jinkisbu fl-UE barra mis-Slovakkja, minħabba li għat-trasport bejn is-Slovakkja u l-bqija tal-UE, il-medda tal-vjaġġ li jsir barra s-Slovakkja ġeneralment tkun itwal mill-medda tal-vjaġġ ġewwa s-Slovakkja.
|
(121) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kostruzzjoni tat-terminal intermodali f'Žilina–Teplička tista' tgħin sabiex jintlaħaq objettiv ta' interess komuni minħabba li tikkontribwixxi għat-titjib tat-trasport multimodali u tinkoraġġixxi bidla modali mit-trasport bit-triq għat-trasport bil-ferrovija u permezz ta' passaġġi tal-ilma interni, sabiex b'hekk tnaqqas il-konġestjoni, l-inċidenti, l-emissjonijiet, il-ħsejjes u l-impatt negattiv fuq il-klima kkawżati mit-trasport bit-triq. |
7.2.2. In-neċessità u l-proporzjonalità
(122) |
Fil-passat (21), il-Kummissjoni awtorizzat l-għajnuna ta' investiment għat-terminals intermodali b'intensità tal-għajnuna ta' 50 %. Riċentament, meta l-Istati Membri wrew il-ħtieġa ekonomika għal intensità ta' għajnuna ogħla, il-Kummissjoni kienet lesta li taċċetta tali intensitajiet ogħla f'każijiet debitament ġustifikati (22). |
(123) |
Fil-każ preżenti, l-awtoritajiet Slovakki nnotifikaw miżura li tipprevedi intensità tal-għajnuna ta' mill-inqas 85 % favur id-detentur tal-konċessjoni fil-ġejjieni. Dan il-proġett huwa differenti mit-terminals privati ta' Metrans, li nbnew mill-kumpanija mingħajr ebda għajnuna mill-Istat mis-Slovakkja, filwaqt li huwa differenti wkoll mit-terminal fil-qrib ta' WienCont (li jappartjeni għall-Belt ta' Vjenna), li kien ilu jirċievi l-għajnuna b'intensità medja ta' 31 % għax-xiri ta' tagħmir addizzjonali mill-2006. Fil-każ ta' WienCont, l-investiment ma kienx investiment inizjali għal terminal ġdid mibni mill-bidunett, bħalma kien il-każ tat-terminal f'Žilina–Teplička. Barra minn hekk, WienCont tuża l-binarji tal-maniġer tal-infrastruttura u l-art tal-Belt ta' Vjenna, li għalihom ikollha tħallas kera li mhux neċessarjament tkun ugwali għas-somma li tkun involuta għax-xiri ta' dawn il-faċilitajiet. |
(124) |
Fi kwalunkwe każ, billi l-intensità tal-għajnuna fil-każ Slovakk hija 'l fuq minn 50 %, il-Kummissjoni trid tikkunsidra jekk din l-intensità ta' għajnuna ogħla tistax, b'mod eċċezzjonali, tinstab bħala li hija kompatibbli mas-suq intern. |
(125) |
Fir-rigward tan-neċessità tal-għajnuna, l-analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji sottomessa mill-awtoritajiet Slovakki tipprojetta rata interna negattiva ta' redditu għat-terminal tat-trasport li huwa ppjanat li jinbena f'Žilina–Teplička mingħajr appoġġ pubbliku. Meta s-Slovakkja tikkunsidra l-investiment inizjali kollu, inklużi l-ispejjeż għax-xiri tal-art, id-diskrepanza fil-finanzjament tal-proġett b'rata mraħħsa ta' 5 % tikkorrispondi għall-investiment inizjali ta' EUR 25,04 miljun. Rata mraħħsa ta' 5 % hija komparabbli mar-redditu fuq id-dejn pubbliku fit-tul fis-Slovakkja (23). |
(126) |
It-tabella ta' hawn taħt tiġbor fil-qosor l-ispejjeż tal-investiment, l-ispejjeż operattivi, ir-redditu mistenni fuq l-investiment u l-ammont ta' għajnuna ppjanata għall-kostruzzjoni tat-terminal f'Žilina kif ikkalkolat fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji sottomessa mill-awtoritajiet Slovakki.
|
(127) |
Billi l-investiment inizjali huwa limitat għad-diskrepanza fil-finanzjament tal-proġett, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna hija meħtieġa sabiex tiżgura l-kostruzzjoni tat-terminal għat-trasferiment intermodali u l-iżvilupp tat-trasport ikkombinat fis-Slovakkja. Hija tal-fehma wkoll li l-għajnuna għandha tinżamm għall-minimu neċessarju, minħabba li hija akbar mid-diskrepanza fil-finanzjament u, għalhekk, hija proporzjonata sabiex tilħaq l-objettiv ta' interess komuni li tiġi żgurata l-bidla mit-trasport bit-triq għat-trasport bil-ferrovija. |
7.2.3. L-aċċess għall-infrastruttura inkwistjoni huwa miftuħ għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja
(128) |
L-għan tal-miżura huwa li jinbnew terminals pubbliċi ta' trasferiment intermodali għat-trasport ikkombinat kontinentali, b'mod partikolari s-semitrejlers u l-kaxxi skambjabbli, sabiex jappoġġaw il-bidla mit-trasport bit-triq għat-trasport bil-ferrovija. Bil-għan li jilħqu dan l-għan, it-terminals sejrin:
|
(129) |
Sabiex jiġi żgurat aċċess mhux diskriminatorju għat-terminals u jiġi evitat li jinħoloq kunflitt ta' interessi bejn l-operatur tat-terminal magħżul u l-impriżi tat-trasport, l-operatur tat-terminals għandu jkun indipendenti mill-impriżi tat-trasport. |
(130) |
Barra minn hekk, l-Istat Slovakk sejjer jibqa' s-sid tat-terminals u sejjer jinkludi, fi kwalunkwe ftehim ta' konċessjoni, l-obbligu għall-operatur tat-terminals li jiggarantixxi aċċess miftuħ għall-utenti kollha, inklużi t-trasportaturi u l-operaturi kollha tat-terminals tat-trasport intermodali, fuq bażi mhux diskriminatorja. Jekk l-operatur magħżul jonqos milli jissodisfa din il-kundizzjoni tal-ftehim ta' konċessjoni, l-Istat ikollu s-setgħa li jirtira l-konċessjoni u jerġa' jpoġġiha għall-offerti. |
(131) |
Għaldaqstant, l-aċċess għall-infrastruttura inkwistjoni sejjer ikun miftuħ għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja. |
7.2.4. L-għajnuna ma twassalx għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jmorru kontra l-interess komuni
(132) |
Il-miżura kif innotifikata oriġinarjament għandha taffettwa s-servizzi tat-terminal intermodali fir-Repubblika Slovakka, li jattira wkoll domanda transfruntieri mill-Awstrija, mir-Repubblika Ċeka, mill-Ungerija u, sa ċertu punt, mill-Polonja. Sabiex jiġi evitat ir-riskju tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, kif stabbilit fid-deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, kif ukoll sabiex tiġi ttestjata s-suppożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-impatt tat-terminal fuq il-bidla tat-trasport tal-merkanzija mit-triq għall-ferrovija, l-awtoritajiet Slovakki impenjaw ruħhom sabiex jillimitaw il-proġett għall-bini ta' terminal wieħed bħala proġett pilota f'Žilina–Teplička. Dan it-terminal ser ikun aktar minn 200 km 'il bogħod mit-terminals attwali ta' Metrans u WienCont. Għalhekk, iż-żoni li jservi mhumiex sejrin jikkoinċidu maż-żoni ta' Metrans u WienCont. Dan għandu jillimita l-impatt tal-miżura fuq il-kompetizzjoni. (24) |
(133) |
Skont l-awtoritajiet Slovakki, bħalissa hemm terminal temporanju f'Žilina li jappartjeni għal Intrans. Kuntrarju għat-terminal li huwa ppjanat li jinbena, dan it-terminal huwa żgħir u jinsab fiċ-ċentru tal-belt. Ir-rampa tat-tagħbija f'dan it-terminal hija aċċessibbli biss minn binarju wieħed b'tul ta' 400 m, li mhuwiex possibbli li jiġi estiż. It-terminal huwa ddisinjat għall-kontejners tal-baħar u ma għandu ebda krejn tal-irfid jew tagħmir għat-trasbord tal-kaxxi skambjabbli u semitrejlers. Minħabba l-iżviluppi tal-ippjanar urban, it-terminal eżistenti ta' Žilina ser ikollu jingħalaq fil-futur qrib. |
(134) |
L-awtoritajiet Slovakki kkonfermaw li l-ħlasijiet tal-ipproċessar tal-merkanzija fit-terminals pubbliċi sejrin jikkorrispondu għall-ħlasijiet tal-ipproċessar applikabbli fit-terminals għat-trasport intermodali li qegħdin joperaw diġà fis-suq. Skont stħarriġ li sar mill-awtoritajiet Slovakki, il-ħlasijiet tal-ipproċessar fit-terminals fl-UE huma bejn EUR 16,30 u EUR 56 għal kull unità, fejn il-ħlas medju huwa ta' EUR 30. L-analiżi kost-benefiċċju sottomessa mill-awtoritajiet Slovakki kienet ibbażata fuq is-suppożizzjoni li, fil-ġejjieni, il-ħlasijiet tal-ipproċessar għal kull unità fl-erba' terminals pubbliċi kollha sejrin ikunu ta' EUR 28–29. Għaldaqstant, il-ħlasijiet imposti fit-terminal pubbliku ta' Žilina–Teplička sejrin ikunu stabbiliti biex iżommu l-kompetittività tat-trasport bil-ferrovija mqabbel mas-settur tat-trasport bit-triq. Żidiet fil-miżati jkunu jfissru li l-operatur tat-terminals pubbliċi ma jkunx jista' jattira biżżejjed merkanzija mis-settur tat-trasport bit-triq sabiex ikopri l-ispejjeż operattivi tiegħu. |
(135) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ma tfixkilx il-kompetizzjoni tant li tmur kontra l-interess komuni. |
8. KONKLUŻJONI
(136) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet kollha ġew issodisfati u li l-għajnuna għall-investiment ta' EUR 25,04 miljun għat-terminal ta' Žilina–Teplička hija kompatibbli mas-suq intern. |
(137) |
Fid-dawl tal-pjan oriġinali tas-Slovakkja li tibni erba' terminals intermodali pubbliċi, il-Kummissjoni titlob li jsir monitoraġġ tat-terminal li għandu jinbena fuq il-bażi tal-proġett pilota li huwa nnotifikat bħalissa. Dan il-monitoraġġ għandu jippermetti lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni aktar b'saħħitha dwar il-ħtieġa tal-għajnuna u l-effett tagħha fuq il-kompetizzjoni, jekk f'xi punt fil-ġejjieni, is-Slovakkja tinnotifika l-għajnuna għat-tliet terminals li jifdal, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Slovakka qiegħda tippjana li timplimenta għall-kostruzzjoni tat-terminal f'Žilina–Teplička fil-forma ta' għajnuna għal investiment inizjali ta' EUR 25,04 miljun hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
L-implimentazzjoni ta' din l-għajnuna ta' EUR 25,04 miljun hija għalhekk awtorizzata.
Artikolu 2
Fi żmien tliet snin, ir-Repubblika Slovakka għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-volum totali tat-trasport intermodali, il-volum tat-trasport kontinentali u l-volum tat-trasport bl-użu ta' mezzi oħrajn minbarra l-kontejners tal-ISO fis-Slovakkja u fit-terminal ta' Žilina–Teplička; |
(b) |
il-prezzijiet imposti fit-terminal ta' Žilina–Teplička; |
(c) |
jekk il-klijenti tat-terminals il-ġodda kinux qed jagħmlu użu mit-terminals eżistenti qabel u, jekk iva, stħarriġ dwar ir-raġuni(jiet) għaliex qalbu għal dawk ġodda. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.
Magħmul Brussell, is-17 ta' Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) ĠU C 45, 16.2.2013, p. 13.
(2) Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġna.
(*) l-output tat-trasbord teoretiku bl-istruttura eżistenti u l-użu ta' tekniki tal-immaniġġjar u t-teknoloġija tal-proċess
(**) l-output tat-trasbord teoretiku tat-terminals ġodda wara l-iffinalizzar tal-ewwel stadju tal-kostruzzjoni
Sors: Il-Ministeru tat-Trasport, tal-Kostruzzjoni u tal-Iżvilupp Reġjonali tar-Repubblika Slovakka abbażi tal-informazzjoni pprovduta mis-sidien u mill-operaturi tat-terminals.
(3) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(4) L-Unjin Internazzjonali għat-Trasport Ikkombinat bit-Triq u bil-Ferrovija: http://www.uirr.com/en/media-centre/annual-reports/annual-reports/mediacentre/516-annual-report-2011.html.
(5) International Union of Railways: http://www.uic.org/IMG/pdf/2012_report_on_combined_transport_in_europe.pdf.
(6) Ara, inter alia, il-Kawża C-82/01P Aéroports de Paris [2002] Ġabra I-9297 u l-Kawżi T-443/08 u T-445/08 Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs il-Kummissjoni, li għadhom ma ġewx ippubblikati fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea.
(7) Ara, b'mod partikolari, il-Kawża 730/79 Philip Morris vs il-Kummissjoni [1980] Ġabra 2671, il-paragrafu 11; il-Kawża C-53/00 Ferring [2001] Ġabra I-9067, il-paragrafu 21; u l-Kawża C-372/97 L-Italja vs il-Kummissjoni [2004] Ġabra I-3679, il-paragrafu 44.
(8) Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-717.
(9) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2001 fil-Kawża N 597/2000, ĠU C 102, 31.3.2001, p. 8; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2001 fil-Kawża N 208/2000, ĠU C 315, 4.1.2000, p. 21; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2000 fil-Kawża N 755/1999, ĠU C 71, 3.3.2001, p. 17 u 19; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2001 fil-Kawża N 550/01, ĠU C 24, 26.1.2002, p. 2.
(10) Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH [2003] Ġabra I-7747.
(11) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Frar 2009 fil-Kawża N 651/08 — Combinant multimodal container terminal (EFRO) (ĠU C 60, 14.3.2009, p. 4).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri. 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
(13) Il-Kawża C-156/77 Il-Kummissjoni vs il-Belġju [1978] Ġabra I-1881, il-paragrafu 10.
(14) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2010 fil-Kawża C 17/10, Firmin srl, ĠU C 278, 15.10.2010, p. 28.
(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat ta' merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).
(16) Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u effikaċi fl-użu tar-riżorsi, COM(2011)144 tat-28.3.2011.
(17) Il-Komunikazzjoni “Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku”, COM(2008) 800 finali, 26.11.2008.
(18) Id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (ĠU L 204, 5.8.2010, p. 1).
(19) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25).
(20) COM(2011) 650 finali, ĠU C 37, 10.2.2012, p. 16.
(21) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2001 fil-Kawża N 597/2000, il-Pajjiżi l-Baxxi — Subsidieregeling voor bijzondere bedrijfsaansluitingen op vaarwegen, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2001 fil-Kawża N 208/2000, il-Pajjiżi l-Baxxi — SOIT, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2000 fil-Kawża N 755/1999, l-Italja — Bolzano, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2010 fil-Kawża N 490/2010, il-Belġju — Verlenging van steunregeling N 550/2001 inzake publiek-private samenwerking voor de bouw van laad- en losinstallaties langs de waterwegen in het Vlaams Gewest.
(22) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 fil-Kawża SA.33434, Franza — Aide au financement d'un chantier multimodal sur le Grand port maritime du Havre; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2011 fil-Kawża SA.33486, il-Ġermanja — Förderprogramm Umschlaganlagen für den kombinierten Verkehr (li għadha ma ġietx ippubblikata); u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2012 fil-Kawża SA.34501, il-Ġermanja — L-estensjoni tal-port intern ta' Königs Wusterhausen/Wildau.
(23) F'Settembru 2012, l-imgħax fuq id-dejn pubbliku fit-tul fis-Slovakkja kien ta' 4,2 %, ara l-BĊE, http://www.ecb.int/stats/money/long/html/index.en.html.
(24) Fid-deċiżjoni tagħha tad-9 ta' Novembru 2011 fil-Kawża SA.32632 (2011/N) ETGE, ĠU C 82, 21.3.2012, p. 2, il-paragrafu 15, il-Kummissjoni tirreferi għal raġġ ta' attrazzjoni ta' 35 km f'żona b'densità għolja ta' terminals (fil-fruntiera bejn il-Belġju u l-Pajjiżi l-Baxxi). L-awtoritajiet Slovakki jistmaw żona ta' servizz ta' 100 km. Fiż-żona ta' Praga hemm seba' terminals li qegħdin joperaw f'raġġ ta' attrazzjoni ta' 70 km: żewġ terminals kbar fi Praga, tnejn f'Mělník (40 km) u tlieta f'Lovosice (70 km).