ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/1 |
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk
Wara l-firma fit-18 ta' Novembru 2013, l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk innotifikaw fis-16 ta' Diċembru u l-15 ta' Lulju 2014 rispettivament, li huma kienu ffinalizzaw il-proċeduri interni tagħhom sabiex jikkonkludu l-Protokoll.
Il-Protokoll għaldaqstant jidħol fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2014 skont l-Artikolu 12 tiegħu.
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/1 |
Informazzjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l- Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjara previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd attwalment fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
Wara l-firma fit-23 ta' Diċembru 2013, l-Unjoni tal-Komoros u l-Unjoni Ewropea nnotifikaw fit-23 ta' Diċembru u l-14 ta' Mejju 2014 rispettivament, li huma kienu ffinalizzaw il-proċeduri interni tagħhom sabiex jikkonkludu l-Protokoll.
Il-Protokoll daħal fis-seħħ fl-14 ta' Mejju 2014 skont l-Artikolu 14 tiegħu.
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/1 |
Informazzjoni dwar id-data ta' dħul fis-seħħ tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles
Wara l-iffirmar fit-18 ta' Diċembru 2013, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles innotifikaw fl-14 ta' Mejju u l-25 ta' Ġunju 2014 rispettivament, li huma kienu ffinalizzaw il-proċeduri interni tagħhom sabiex jikkonkludu l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd (1).
Il-Protokoll għaldaqstant daħal fis-seħħ fil-25 ta' Ġunju 2014 skont l-Artikolu 16 tiegħu.
(1) Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 4, 9.1.2014, p. 3.
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/2 |
Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati Paċifiċi, min-naħa l-oħra (1)
L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi ħabbru t-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati Paċifiċi, min-naħa l-oħra, f'konformità mal-Artikolu 76(2) ta' dak il-Ftehim. B'konsegwenza ta' dan, il-Ftehim japplika proviżorjament mit-28 ta' Lulju 2014 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi.
(1) ĠU L 272, 16.10.2009, p. 1.
REGOLAMENTI
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 827/2014
tat-23 ta' Lulju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 140(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 (1) jipprovdi għas-sostituzzjoni tal-euro għall-muniti tal-Istati Membri li ssodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fiż-żmien meta l-Komunità daħlet fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja. |
(2) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003, il-Litwanja hija Stat Membru b'deroga kif iddefinit fl-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “it-Trattat”). |
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-adozzjoni mil-Litwanja tal-euro fl-1 ta' Jannar 2015 (2), il-Litwanja tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga favur il-Litwanja għandha tiġi terminata b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. |
(4) |
L-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja teħtieġ l-estensjoni għal-Litwanja tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-introduzzjoni tal-euro stipulati fir-Regolament (KE) Nru 974/98. |
(5) |
Il-Pjan Nazzjonali tal-Litwanja għall-Bidla għall-Euro jispeċifika li l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro għandhom isiru valuta legali fil-Litwanja fil-ġurnata tal-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita tagħha. Konsegwentement, id-data tal-introduzzjoni tal-euro u d-data tal-bidla tal-flus kontanti għandha tkun l-1 ta' Jannar 2015. Ma għandu japplika l-ebda perjodu ta' “eliminazzjoni gradwali”. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 974/98 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 974/98 huwa emendat permezz tal-inseriment fit-tabella, bejn l-entrati għal-Latvja u għal-Lussemburgu, tal-linja li ġejja:
“Litwanja |
1 Jannar 2015 |
1 Jannar 2015 |
Nru” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1).
(2) Ara paġna 29 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 828/2014
tat-30 ta' Lulju 2014
dwar ir-rekwiżiti għall-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi rigward in-nuqqas jew il-preżenza mnaqqsa ta' glutina fl-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(3)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Persuni li għandhom il-marda tas-coeliac ibatu minn intolleranza permanenti għall-glutina. Il-qamħ (jiġifieri kull speċi ta' Triticum, bħal qamħ durum, spelt, u qamħ khorasan), is-segala u x-xgħir, ġew identifikati u rrappurtati xjentifikament bħala tipi ta' qmuħ li fihom il-glutina. Il-glutina preżenti f'dawn it-tipi ta' qmuħ tista' tikkawża effetti negattivi fuq is-saħħa ta' persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina u għaldaqstant għandhom jevitawhom. |
(2) |
Informazzjoni dwar in-nuqqas jew il-preżenza mnaqqsa ta' glutina fl-ikel għandha sservi biex tgħin persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina biex jidentifikaw u jagħżlu dieta varjata kemm meta jieklu d-dar kif ukoll meta jieklu postijiet oħra. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 (2) jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi rigward in-nuqqas (“mingħajr glutina”) jew il-preżenza mnaqqsa ta' glutina (“b'livell baxx ħafna ta' glutina”) fl-ikel. Ir-regoli ta' dak ir-Regolament huma bbażati fuq dejta xjentifika, u jiggarantixxu li l-informazzjoni provvduta fuq bażi diverġenti rigward in-nuqqas jew il-preżenza mnaqqsa ta' glutina fl-ikel ma tqarraqx bil-konsumaturi u ma tikkonfondihomx. |
(4) |
Fil-kuntest tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel maħsuba għal użi nutrizzjonali partikolari, ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 41/2009 mill-20 ta' Lulju 2016. Għandu jiġi żgurat li, wara dik id-data, l-għoti ta' informazzjoni rigward in-nuqqas jew il-preżenza mnaqqsa ta' glutina fl-ikel jkompli jkun ibbażat fuq id-dejta xjentifika rilevanti, u li din l-informazzjoni ma tingħatax fuq bażi diverġenti li tista' tqarraq bil-konsumaturi jew tikkonfondihom, b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Għalhekk, jeħtieġ li fl-Unjoni jinżammu kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar l-ikel mogħtija mill-operaturi tan-negozji tal-ikel rigward in-nuqqas jew il-preżenza mnaqqsa tal-glutina fl-ikel, u li dawn il-kundizzjonijiet ikunu bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 41/2009. |
(5) |
Ċertu tipi ta' ikel jiġu prodotti, ippreparati u/jew ipproċessati b'mod speċjali li permezz tiegħu l-kontenut ta' glutina ta' wieħed jew aktar mill-ingredjenti li fihom il-glutina jitnaqqas, jew b'mod fejn l-ingredjenti li fihom il-glutina jiġu sostitwiti b'ingredjenti oħra li huma ħielsa mill-glutina b'mod naturali. Tipi oħra ta' ikel jiġu prodotti esklussivament minn ingredjenti li huma ħielsa mill-glutina b'mod naturali. |
(6) |
It-tneħħija tal-glutina minn dawn it-tipi ta' qmuħ li fihom il-glutina hija problema teknika konsiderevoli u tinvolvi spejjeż kbar, għalhekk il-manifattura ta' ikel ħieles mill-glutina hija diffiċli meta jintużaw tipi ta' qmuħ bħal dawn. B'riżultat ta' dan, ħafna tipi ta' ikel li jkunu ġew ipproċessati b'mod speċjali sabiex jitnaqqas il-kontenut ta' glutina ta' wieħed jew aktar mill-ingredjenti li fihom il-glutina li jinsabu fis-suq jista' jkun għad fihom ammonti baxxi ta' glutina. |
(7) |
Ħafna min-nies li ma taqbilx magħhom il-glutina jistgħu jinkludu l-ħafur fid-dieta tagħhom mingħajr ma jinħolqu ebda effetti negattivi fuq saħħithom. Dan huwa suġġett li għadu qiegħed jiġi studjat u investigat mill-komunita xjentifika. Madankollu, hemm tħassib serju dwar il-kontaminazzjoni tal-ħafur bil-qamħ, is-segala u x-xgħir, li tista' sseħħ waqt il-ħsad, it-trasport, il-ħażna u l-ipproċessar taż-żrieragħ. Għalhekk, għandu jitqies ir-riskju ta' kontaminazzjoni bil-glutina ta' dawn il-prodotti li fihom il-ħafur b'rabta mal-informazzjoni rilevanti mogħtija mill-operaturi tan-negozji tal-ikel dwar dawk il-prodotti tal-ikel. |
(8) |
Nies differenti li ma taqbilx magħhom il-glutina jistgħu jittolleraw ammonti varji żgħar ta' glutina f'firxa ristretta ta' possibbiltajiet. Sabiex individwi jkunu jistgħu jsibu varjetà ta' oġġetti tal-ikel fis-suq kif xieraq għall-bżonnijiet u l-livell ta' sensittività tagħhom, għażla ta' prodotti għandha tkun possibbli f'livelli baxxi differenti ta' glutina f'din il-firxa ristretta ta' possibbiltajiet. Madankollu, huwa importanti li l-prodotti differenti jiġu ttikkettjati kif suppost, u li jiġu appoġġjati b'kampanji ta' informazzjoni fl-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li dawn jintużaw b'mod korrett min-nies li ma taqbilx magħhom il-glutina. |
(9) |
Għandu jkun possibbli li fuq tip ta' ikel li jiġi prodott, ippreparat u/jew ipproċessat b'mod speċjali sabiex jitnaqqas il-kontenut ta' glutina ta' wieħed jew aktar mill-ingredjenti li fihom il-glutina jew sabiex dawk l-ingredjenti tal-prodott li fihom il-glutina jiġu sostitwiti b'ingredjenti oħra li huma ħielsa mill-glutina b'mod naturali jintwerew termini li jindikaw jew in-nuqqas (“mingħajr glutina”) jew il-preżenza mnaqqsa ta' glutina (“b'livell baxx ħafna ta' glutina”), b'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għandu jkun possibbli wkoll li fuq dan it-tip ta' ikel tintwera dikjarazzjoni li tgħarraf lill-konsumaturi li ġie fformulat b'mod speċifiku għal persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina. |
(10) |
Għandu jkun possibbli wkoll li fuq tipi ta' ikel li jkun fihom ingredjenti li huma ħielsa mill-glutina b'mod naturali jintwerew termini li jindikaw in-nuqqas ta' glutina, b'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali dwar prattiki ġusti dwar l-informazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011. B'mod partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhiex tkun ta' natura qarrieqa billi tissuġġerixxi li l-ikel għandu karatteristiki speċjali meta fil-fatt it-tipi kollha tal-ikel simili għandhom dawk l-istess karatteristiki. |
(11) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (4) tipprojbixxi l-użu ta' ingredjenti li fihom il-glutina fil-manifattura ta' formuli tal-ikel tat-trabi u fil-manifattura ta' ħalib tat-trab għat-trabi minn erba' xhur 'il fuq. Għaldaqstant, l-użu tad-dikjarazzjonijiet “b'livell baxx ħafna ta' glutina” jew “mingħajr glutina” fuq dawn il-prodotti għandu jkun ipprojbit, billi skont dan ir-Regolament dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jintużaw biex jiġi indikat, rispettivament, kontenut ta' glutina li ma jaqbiżx il-100 mg/kg u l-20 mg/kg. |
(12) |
L-Istandard tal-Codex għal Ikel maħsub għall-Użu Dietetiku Speċjali għal Persuni li ma Taqbilx Magħhom il-Glutina (5) għandu jitqies b'mod xieraq għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni u suġġett
Dan ir-regolament japplika għall-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi rigward in-nuqqas jew il-preżenza mnaqqsa ta' glutina fl-ikel.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“glutina” tfisser frazzjoni ta' proteini minn qamħ, segala, xgħir, ħafur jew mill-varjetajiet imħallta tagħhom, u minn derivati ta' dawn iċ-ċereali, li ċerti persuni ma taqbilx magħhom u li ma tinħallx la fl-ilma u lanqas f'0,5 M ta' soluzzjoni tal-klorur tas-sodju; |
(b) |
“qamħ” tfisser kull speci ta' Triticum. |
Artikolu 3
Informazzjoni għall-konsumaturi
1. Meta jintużaw dikjarazzjonijiet biex tiġi pprovduta informazzjoni lill-konsumaturi rigward in-nuqqas jew rigward il-preżenza mnaqqsa ta' glutina fl-ikel, din l-informazzjoni għandha tingħata biss permezz tad-dikjarazzjonijiet, u b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
2. L-informazzjoni dwar l-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi akkumpanjata mid-dikjarazzjonijiet “tajjeb għal persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina”, jew “tajjeb għal persuni li għandhom il-marda tas-coeliac”.
3. L-informazzjoni dwar l-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi akkumpanjata mid-dikjarazzjonijiet “magħmul b'mod speċifiku għal persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina” jew “magħmul b'mod speċifiku għal persuni li għandhom il-marda tas-coeliac” jekk l-ikel jiġi prodott, ippreparat u/jew ipproċessat b'mod speċifiku biex:
(a) |
jitnaqqas il-kontenut ta' glutina ta' wieħed jew aktar mill-ingredjenti li fihom il-glutina jew; |
(b) |
dawk l-ingredjenti li fihom il-glutina jiġu sostitwiti b'ingredjenti oħra li huma ħielsa mill-glutina b'mod naturali. |
Artikolu 4
Ħalib tat-trabi u ħalib tat-trabi ta' iktar minn sitt xhur
L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel b'rabta man-nuqqas jew mal-preżenza mnaqqsa ta' glutina f'formuli tal-ikel tat-trabi u fil-ħalib tat-trab għat-trabi minn erba' xhur 'il fuq kif iddefinit fid- Direttiva 2006/141/KE għandu jkun ipprojbit.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-20 ta' Lulju 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 tal-20 ta' Jannar 2009 li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta' oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina (ĠU L 16, 21.1.2009, p. 3).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).
(5) STANDARD TAL-CODEX 118-1979.
ANNESS
Dikjarazzjonijietdwar in-nuqqas jew dwar il-preżenza mnaqqsa ta' glutina fl-ikel, u l-kondizzjonijiet relatati magħhom
A. Rekwiżiti ġenerali
MINGĦAJR GLUTINA
Id-dikjarazzjoni “mingħajr glutina” tista' ssir biss meta l-oġġetti tal-ikel li jinbiegħu lill-konsumatur finali, ma jkunx fihom aktar minn 20 mg/kg ta' glutina.
B'LIVELL BAXX ĦAFNA TA' GLUTINA
Id-dikjarazzjoni “b'livell baxx ħafna ta' glutina” tista' ssir biss meta l-oġġetti tal-ikel li jikkonsistu minn jew li fihom ingredjent jew aktar magħmul/a mill-qamħ, segala, xgħir, ħafur jew mill-varjetajiet imħallta tagħhom li jkunu ġew ipproċessati b'mod speċjali sabiex jitnaqqas il-kontenut ta' glutina ma jkunx fihom aktar minn 100 mg/kg ta' glutina fl-ikel kif mibjugħ lill-konsumatur finali.
B. Rekwiżiti addizzjonali għal ikel li fih il-ħafur
Ħafur li jinsab f'oġġetti tal-ikel ippreżentati bħala “mingħajr glutina” jew “b'livell baxx ħafna ta' glutina” għandu jiġi prodott, ippreparat u/jew ipproċessat b'mod speċjali u b'tali mod li jiġi evitat li sseħħ kontaminazzjoni b'qamħ, segala, xgħir, jew bil-varjetajiet imħallta tagħhom, filwaqt li l-kontenut ta' glutina ta' dan il-ħafur ma għandux jaqbeż l-20 mg/kg.
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 829/2014
tat-30 ta' Lulju 2014
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(2) |
Bħalissa, ir-rikonoxximent tal-Isvizzera skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 japplika għal prodotti agrikoli li mhumiex ipproċessati u għal prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, ħlief għall-ħmira. L-Isvizzera ressqet talba lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-ekwivalenza tagħha għall-ħmira organika wkoll. L-eżami tal-informazzjoni li tressaq ma' dik it-talba u l-kjarifiki sussegwenti pprovduti mill-Isvizzera wasslu għall-konklużjoni li f'dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-ħmira organika huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (3). Minħabba f'hekk, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tas-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tal-Isvizzera, fir-rigward ta' prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, għandu japplika wkoll għall-ħmira organika. |
(3) |
Ir-rikonoxximent ta' New Zealand skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 attwalment japplika għal prodotti agrikoli li mhumiex ipproċessati u għal prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, ħlief għall-inbid u l-ħmira. L-awtoritajiet ta' New Zealand ippreżentaw talba lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-ekwivalenza tagħha wkoll għall-inbid organiku. L-eżami tal-informazzjoni li tressaq ma' dik it-talba u kjarifiki sussegwenti pprovduti minn New Zealand wasslu għall-konklużjoni li f'dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-inbid organiku huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolament (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tas-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll ta' New Zealand, fir-rigward ta' prodotti pproċessati għall-użu bħala ikel, għandhom japplikaw anki għall-inbid organiku. |
(4) |
Skont l-informazzjoni pprovduta minn New Zealand, inbidlu l-awtorità kompetenti, wieħed mill-korpi tal-kontroll u l-korp għall-ħruġ taċ-ċertifikati. Din il-bidla għandha titniżżel fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(5) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-finijiet ta' ekwivalenza. |
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet li waslu sal-31 ta' Ottubru 2013 għall-inklużjoni fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Wara l-eżami tal-informazzjoni kollha mogħtija, il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li jinstabu konformi mar-rekwiżiti rilevanti għandhom jitniżżlu f'dik il-lista. |
(7) |
“LibanCert” hu mniżżel fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Madankollu, dan la għarraf lill-Kummissjoni b'informazzjoni rilevanti relattiva għall-korp tal-akkreditazzjoni msemmi fit-tielet u fir-raba' subparagrafi tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u lanqas b'xi bidliet fid-dossier tekniku tiegħu skont l-Artikolu 12(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Barra minn hekk, ir-rapport annwali li bagħat “LibanCert” fl-2013 juri li dan ma kienx jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-Kummissjoni stiednet lil “LibanCert” biex jiċċara dawn il-kwistjonijiet iżda sad-data tal-iskadenza ma weġibx. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, “LibanCert” waqaf jopera. U għalhekk għandu jitneħħa mil-lista fl-Anness IV. |
(8) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 355/2014 (4) fih żball b'rabta man-numru tal-kodiċi għal pajjiż terz għall-korp tal-kontroll “Abcert AG” li bi żball jirreferi għal “IMO Swiss AG” minflok għal “IMOswiss AG”. |
(9) |
Għalhekk, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet ikkoreġuti dwar Abcert AG u IMOswiss AG għandhom japplikaw minn meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 355/2014. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat u kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (1) u (5)(a) tal-Anness II għandhom japplikaw mit-12 ta' April 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat-8 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15).
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:
(1) |
Fl-entrata dwar l-Isvizzera, il-punt 1 “Kategoriji tal-prodotti”, ir-ringiela “Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel”, titneħħa n-nota (2) f'qiegħ il-paġna. |
(2) |
L-entrata dwar New Zealand hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat u kkoreġut kif ġej:
(1) |
Fl-entrata dwar “Abcert AG”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Moldova tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-entrata dwar “CCPB Srl” hi emendata kif ġej:
|
(3) |
Fl-entrata dwar “Control Union Certifications”, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
Fl-entrata dwar “IB”dan li ġej:
|
(5) |
L-entrata dwar “IMO Swiss AG” hi emendata kif ġej:
|
(6) |
Titneħħa l-entrata dwar “LibanCert”. |
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 830/2014
tat-30 ta' Lulju 2014
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2013 fir-rigward tal-prodotti soġġetti għall-miżuri tal-antidumping attwali dwar qfieli tal-azzar inossidabbli u partijiet minnhom, u fir-rigward ta' talbiet għal rieżami għall-parteċipanti l-ġodda, u li jipprevedi, f'ċerti każijiet, il-possibbiltà ta' ħlas lura jew remissjoni tad-dazji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(3), (5) u (6) tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Il-miżuri fis-seħħ
(1) |
Bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005 (2) (“ir-Regolament oriġinali”) il-Kunsill impona dazju definittiv ta' antidumping (“il-miżuri oiġinali”) fuq importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jittebbax u partijiet minnhom (“QAI — qfieli tal-azzar inossidabbli”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”), l-Indoneżja, it-Tajwan, it-Tajlanda u l-Vjetnam. |
(2) |
Wara rieżami ta' skadenza (“ir-rieżami ta' skadenza”), ibbażat fuq l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (“ir-Regolament bażiku”), li kien limitat għall-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajwan, il-miżuri oriġinali li jvarjaw minn 11,4 % sa 27,4 % għar-RPĊ u minn 8,8 % sa 23,6 % għat-Tajwan ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 (3) (“ir-Regolament ta' rieżami ta' skadenza”). |
(3) |
Wara investigazzjoni kontra l-evażjoni bbażata fuq l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku (“l-investigazzjoni kontra l-evażjoni”) id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” mir-RPĊ ġie estiż fuq l-importazzjonijiet tal-QAI konsenjati mill-Filippini, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Filippini u kemm jekk le, bir-Regolament (UE) Nru 205/2013 (4). |
2. Bidu ta' rieżami interim
(4) |
Produttur esportatur mit-Tajwan, Sheh Kai Precision Co., Ltd, (“l-applikant”), ippreżenta talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. L-applikant talab l-esklużjoni ta' ċerti tipi ta' qfieli, jiġifieri l-qfieli bimetalliċi (“QBM”), mill-ambitu tal-miżuri attwali minħabba l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi allegatament differenti tagħhom. |
(5) |
Wara li ddeterminat li teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu ta' rieżami interim parzjali, u wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, fis-6 ta' Ġunju 2013 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), permezz ta' notifika (“in-Notifika ta' Bidu”) ippublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), bdiet rieżami parzjali interim tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar inossidabbli u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan (6). |
(6) |
Dan ir-rieżami huwa limitat għall-analiżi tal-ambitu tal-prodott sabiex jiġi ċċarat jekk ċerti tipi ta' prodotti ta' viti tal-azzar inossidabbli, b'mod partikolari l-QBM, jaqgħux fl-ambitu tal-miżuri oriġinali, kif prolongat u estiż. |
3. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
(7) |
Il-produtturi tal-Unjoni magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-importaturi u l-utenti, ir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi kif ukoll il-produtturi magħrufa kollha fir-RPĊ u t-Tajwan ġew mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-bidu tar-rieżami. |
(8) |
Il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-partijiet kollha msemmija hawn fuq u minn dawk il-partijiet li introduċew ruħhom fiż-żmien stipulat fin-Notifika tal-Bidu. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet interessati l-opportunità li jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta ta' smigħ. |
(9) |
Tlettax-il produttur esportatur Tajwaniż, produttur esportatur Ċiniż wieħed, produttur wieħed tal-Unjoni, seba' importaturi u utent wieħed bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju. |
(10) |
Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-produtturi tal-Unjoni — l-ilmentaturi fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta' skadenza — ikkonfermaw li l-ebda waħda mill-kumpaniji tal-Unjoni ma tipproduċi QBM u għalhekk dawn ma għandhom l-ebda opinjoni dwar il-karatteristiċi tal-QBM. |
(11) |
L-ebda waħda mis-sitt assoċjazzjoni ta' produtturi Ewropej addizzjonali magħrufa mill-investigazzjoni oriġinali ma ressqet informazzjoni. |
(12) |
Matul l-investigazzjoni ma kienet mitluba l-ebda seduta ta' smigħ. |
4. Iż-żjarat ta' verifika
(13) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa. Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Produttur tal-Unjoni:
Importatur tal-Unjoni:
Produtturi esportaturi fit-Tajwan:
|
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI
(14) |
Il-prodott ikkonċernat, kif definit fl-Artikolu 1(1) tar-rieżami ta' skadenza ta' dan ir-Regolament huwa ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom, li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċi NM 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70 li joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajwan. |
(15) |
Fit-talba għar-rieżami l-applikant talab l-esklużjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar inossidabbli mill-ambitu tal-miżura antidumping attwali. Il-prodott li għandu jiġi eskluż fit-talba għar-rieżami ġie definit mill-applikant bħala “viti bimetalliċi li jaqbdu kamin waħedhom (self-tapping u self-drilling) li jkollhom sieq u ras tal-azzar inossidabbli u ponta tal-azzar bil-karbonju li tippermetti li l-vit jiddrillja waħdu fit-toqba pilota tiegħu stess u jaqtal-kamin tiegħu stess f'metall ta' azzar iebes, u li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7318 14 10”. |
(16) |
Wieħed mill-importaturi li kkooperaw iddikjara li l-Kummissjoni kellha tistabbilixxi distinzjoni mhux bejn il-QBM u l-QAI iżda bejn il-qfieli self-drilling u dawk self-tapping bil-għan li teskludi l-qfieli self-drilling mill-ambitu tal-prodott tal-miżuri antidumping irrispettivament jekk humiex QBM jew QAI. |
(17) |
L-għan ta' dan ir-rieżami kif indikat fit-talba mressqa mill-applikant u kif imsemmi b'mod speċifiku fl-ewwel paragrafu ta' punt 4 tan-Notifika ta' Bidu huwa li janalizza jekk preċiżament il-viti bimetalliċi self-tapping u self-drilling għandhomx jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodotti li bħalissa huma soġġetti għal miżuri antidumping. Għaldaqstant, din it-talba kellha tiġi miċħuda. |
(18) |
Fl-istess waqt, il-Kummissjoni kkunsidrat id-differenzi bejn qfieli self-drilling u dawk self-tapping. Dan jidher fl-emenda tad-definizzjoni pprovduta mill-applikant, ikkwotat fil-premessa 15, kif indikat fil-premessa 19. |
(19) |
Għall-finijiet ta' dan ir-rieżami “QBM” tfisser: viti bimetalliċi self-drilling li jkollhom sieq u ras tal-azzar inossidabbli u ponta u kamini ewlenin tal-azzar bil-karbonju, iwweldjati flimkien biex jippermettu li l-vit jiddrillja waħdu fit-toqba pilota tiegħu stess u jaqtal-kamin tiegħu stess f'metall ta' azzar iebes, u viti bimetalliċi self-tapping, li jkollhom sieq u ras tal-azzar inossidabbli u kamini ewlenin tal-azzar bil-karbonju, iwweldjati flimkien biex jippermettu li l-vit jaqtal-kamin tiegħu stess f'metall ta' azzar iebes; it-tnejn li huma bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7318 14 10. |
(20) |
Il-QBM jikkonsistu fi prodott relattivament ġdid fis-suq li ġie żviluppat sabiex jgħaqqad l-aktar karatteristiċi importanti tal-karbonju u l-qfieli tal-azzar inossidabbli f'qafla waħda jiġifieri l-ebusija tal-azzar bil-karbonju u r-reżistenza tal-korrużjoni tal-azzar li ma jsaddadx. Il-QBM jiġu prodotti permezz tas-saldatura tal-parti tal-azzar bil-karbonju mal-parti tal-azzar inossidabbli li jiffurmaw qafla self-drilling u/jew self-tapping li jkollha ponta u kamini ewlenin (fil-każ ta' qfieli self-tapping il-kamini ewlenin biss billi ma jkunx hemm ponta) magħmula minn azzar bil-karbonju, filwaqt li s-sieq b'aktar kamini u r-ras huma magħmula minn azzar inossidabbli. |
(21) |
Tali QBM huma kapaċi jippenetraw pjanċi tal-metall anki sa 25 mm ta' ħxuna mingħajr il-ħtieġa ta' titqib minn qabel filwaqt li l-QAI normali jistgħu biss jippenetraw pjanċi tal-metall ta' massimu ta' 3 mm ta' ħxuna. Fl-istess ħin il-QBM iżommu r-reżistenza għall-korrużjoni tagħhom u għalhekk huma adattati għal applikazzjonijiet fuq barra, bħal twieqi u soqfa u f'ambjenti li jkollhom kimika qawwija, bħal pixxini u ċerti fabbriki. |
C. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
Metodoloġija
(22) |
Kemm matul l-investigazzjoni oriġinali kif ukoll l-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza ma kien hemm l-ebda differenza bejn il-QBM u l-QAI. Fi kliem ieħor, l-informazzjoni kienet biss miġbura fuq tipi differenti ta' azzar inossidabbli użat bħala materja prima iżda mhux fuq qfieli magħmulin minn kemm azzar inossidabbli kif ukoll azzar bil-karbonju bħala materja prima. |
(23) |
Wara l-iżvelar finali fir-rieżami ta' skadenza, parti interessata waħda ddikjarat li l-qfieli bimetalliċi ma għandhomx ikunu inklużi fl-ambitu ta' applikazzjoni tal-prodott minħabba d-differenzi sinifikanti rigward il-qfieli tal-azzar inossidabbli f'termini ta' prezz tal-bejgħ tal-unità, il-kost tal-produzzjoni, il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi (il-materja prima tagħhom), kif ukoll l-applikazzjonijiet. (7) Madankollu, kif spjegat fil-premessa 21 tar-rieżami ta' skadenza tar-Regolament, l-ambitu tal-prodott ma jistax jiġi mmodifikat fil-kuntest ta' rieżami ta' skadenza. |
(24) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk il-QBM humiex koperti bil-miżuri oriġinali ġie analizzat jekk il-QBM u l-QAI għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess tipi ta' użu finali. F'dan ir-rigward, ġie valutat ukoll kemm parti tistax tinbidel ma' oħra u l-kompetizzjoni bejn iż-żewġ tipi ta' qfieli. |
Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi
Karatteristiċi fiżiċi
(25) |
Id-differenza fiżika ewlenija bejn il-QBM u l-QAI huwa l-fatt li l-QBM huma magħmulin minn żewġ tipi differenti ta' azzar iwweldjati flimkien filwaqt li l-QAI standard huma maqtugħin u magħmula minn wajer wieħed tal-azzar inossidabbli. Fil-każ tal-QBM, it-tliet jew erba' kamini ewlenin u l-ponta użata għat-titqib huma magħmula minn azzar bil-karbonju, filwaqt li r-ras u s-sieq huma magħmula minn azzar inossidabbli. |
(26) |
Sakemm ma tiġix applikata kisja speċjali, id-differenza bejn il-parti tal-azzar inossidabbli u l-parti tal-azzar bil-karbonju tal-QBM tkun tidher. Għandu jiġi osservat li f'bosta każijiet, il-qfieli jgħaddu minn proċess ta' kisi sabiex tittejjeb ir-reżistenza għall-korrużjoni tagħhom u għalhekk il-QAI u l-QBM jistgħu ma jkunux jintgħarfu mad-daqqa ta' għajn. |
(27) |
Madankollu, il-QBM ikollhom proprjetajiet manjetiċi fil-parti tal-azzar bil-karbonju tagħhom, li hija karatteristika importanti użata sabiex dawn jiġu distinti mill-QAI. |
Karatteristiċi tekniċi
(28) |
Il-QBM għandhom il-kapaċità li jtaqqbu u jidħlu fi pjanċi tal-metall iebsin u ħoxnin permezz tal-materjal tagħhom tal-azzar bil-karbonju. Il-QAI ma għandhomx din il-kapaċità minħabba l-karatteristiċi tal-azzar inossidabbli. |
Karatteristiċi kimiċi
(29) |
Minħabba l-kontenut tal-azzar bil-karbonju tagħhom, il-kompożizzjoni tal-element kimiku tal-QBM hija differenti meta mqabbla mal-QAI li jkunu magħmulin biss minn azzar inossidabbli. |
Konklużjoni
(30) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, jiġi konkluż li anki jekk il-QBM jidhru fiżikament bħall-QAI (meta miksija), dawn għandhom karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi differenti minn dawk tal-QAI. |
L-użu finali u l-interskambjalità
(31) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk id-differenzi identifikati f'karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi differenti jwasslux għal użu aħħari u perċezzjoni tas-suq differenti tal-QBM u tal-QAI. |
(32) |
Ġie stabbilit li l-QBM jintużaw primarjament għal xogħlijiet ta' tisqif fuq barra u kisi bl-użu tal-metall, kisi tat-twieqi u xogħlijiet fuq ġewwa f'ambjenti li jkollhom kimika qawwija bħal pixxini u ċerti fabbriki. Dawn ix-xogħlijiet kollha normalment jeħtieġu pjanċi tal-metall ta' ħxuna differenti li jitwaħħlu flimkien jew ma' materjali oħra bħas-saffi tal-insulazzjoni ta' diversi kompożizzjonijiet. F'dawn ix-xogħlijiet kollha l-użu ta' qfieli li huma reżistenti għall-korrużjoni huwa importanti ħafna mill-perspettiva tal-klijent u f'xi każijiet/pajjiżi huwa saħansitra rekwiżit legali. |
(33) |
Il-QBM huma speċifikament żviluppati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' xogħlijiet bħal dawn minħabba li dawn jistgħu jtaqqbu t-tipi kollha ta' uċuh inklużi pjanċi tal-metall ħoxnin (bħall-qfieli tal-azzar bil-karbonju) u fl-istess ħin jirreżistu għall-korrużjoni (bħall-qfieli tal-azzar inossidabbli). |
(34) |
Il-produttur uniku kooperattiv tal-Unjoni sostna li l-istess riżultat, jiġifieri t-twaħħil ta' uċuħ differenti flimkien, jista' jinkiseb mit-tnejn li huma kemm mill-QBM kif ukoll mill-QAI. Skont din il-kumpanija l-unika differenza hija l-mod kif jiddaħħal il-vit, jiġifieri b'titqib minn qabel jew mingħajru. Titqib minn qabel ifisser li, bħala l-ewwel pass jiġu mtaqqba toqob bi trapani li jvarjaw skont il-materjal. Il-viti jiddaħħlu wara, b'hekk jinvolvi pass ieħor. It-titqib minn qabel ikun meħtieġ meta jintużaw il-QAI u pjanċi tal-metall. Għal din ir-raġuni l-kumpanija msemmija tikkunsidra li l-għażla bejn il-QAI u l-QBM hija biss deċiżjoni ekonomika bejn li taċċetta aktar kostijiet ta' xogħol jew materjal. |
(35) |
Madankollu, l-investigazzjoni wriet li fil-prattika l-metodu ta' titqib minn qabel mhux biss huwa ħela ta' ħin u jinvolvi xogħol żejjed iżda f'ċerti xogħlijiet (notevolment fil-kisi ta' twieqi) lanqas huwa fattibbli. Ir-raġuni hija li dan il-metodu jeħtieġ tliet uċuħ differenti jew saħansitra aktar li jiġu mtaqqba minn qabel, kull wieħed b'tip differenti ta' trapan, imbagħad jitpoġġew eżatt flimkien biex tkun tista' tiddaħħal il-QAI. Għaldaqstant, f'dan il-każ, jintużaw biss qfieli magħmulin minn azzar bil-karbonju biss bħala alternattiva għall-QBM, aktar milli QAI biss. Is-soluzzjoni tal-qfieli tal-azzar bil-karbonju biss ma tissodisfax ir-rekwiżit tar-reżistenza kontra l-korrużjoni. |
(36) |
Barra minn hekk, meta jsir it-titqib minn qabel, fil-każ ta' uċuħ tal-metall eħxen, il-QAI mdaħħlin ma jkunux jistgħu jiffurmaw il-kamini minn ġewwa tagħhom stess u għalhekk is-saħħa fil-ġbid tkun inqas milli meta jintużaw il-QBM (jew qafla tal-azzar bil-karbonju). |
(37) |
Abbażi ta' li ntqal hawn fuq it-talba stabbilita fil-premessa 34 għandha tiġi miċħuda. |
(38) |
Huwa konkluż li d-differenzi identifikati fil-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi jkollhom impatt fuq l-użu aħħari tal-QBM. Għall-kuntrarju tal-QAI, il-QBM jissodisfaw aktar funzjonijiet speċifiċi u l-użu tagħhom huwa limitat għal segmenti tas-suq definiti sew, bħal xogħlijiet fuq barra bl-użu tal-metall, kisi tat-twieqi u ċerti xogħlijiet fuq ġewwa f'ambjenti li jkollhom kimika qawwija. |
Differenzi fil-proċess tal-produzzjoni, il-kostijiet u l-prezzijiet
(39) |
L-investigazzjoni wriet li l-proċess tal-produzzjoni tal-QBM huwa differenti ħafna minn dak tal-QAI minħabba li jinvolvi għadd ta' passi addizzjonali ta' produzzjoni, makkinarju u teknika differenti. B'mod partikolari l-iwweldjar u t-tisħin tal-induzzjoni jistgħu jitqiesu bħala għaljin, uniċi u passi tal-produzzjoni teknoloġikament sensittivi li huma rilevanti biss għall-QBM. |
(40) |
Ġie kkonfermat ukoll li dawn id-differenzi fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'kostijiet tal-manifattura u l-prezzijiet ogħla ħafna tal-QBM. Id-differenza fil-kost tal-manifattura għal tip simili ta' QBM u QAI tista' tvarja bejn 40 % sa 150 % skont il-metodu ta' produzzjoni u t-tip/it-tul tal-qafla, filwaqt li d-differenzi fil-prezzijiet jistgħu jaqbżu l-400 %. |
(41) |
Id-differenza konsiderevoli fil-prezzijiet (u l-kostijiet) bejn il-QBM u l QAI timplika li l-QBM ma jintużawx għal finijiet li l-QAI jistgħu jintużaw bl-istess riżultat, partikolarment biex jitwaħħlu uċuħ differenti minn dawk ta' metall oħxon. Dan jappoġġa l-konklużjoni tal-premessa 38 li l-konsumaturi jagħrfu d-differenzi bejn dawn iż-żewġ tipi ta' qfieli u jarawhom bħala prodotti differenti. |
D. KONKLUŻJONI DWAR L-AMBITU TAL-PRODOTT
(42) |
Is-sejbiet ta' hawn fuq juru li l-QBM għandhom karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi differenti meta mqabbla mal-QAI u li dawn id-differenzi huma rilevanti għall-użu aħħari u l-perċezzjoni tas-suq tal-QBM. |
(43) |
Huwa pjuttost limitat li l-QBM jistgħu jintużaw minflok il-QAI u viċiversa minħabba li fil-maġġoranza tal-każijiet il-QAI ma jistgħux jintużaw bl-istess riżultat bħall-QBM. Fin-nuqqas tal-QBM, l-utenti jippreferu jduru għal qfieli tal-azzar bil-karbonju. Barra minn hekk, il-fatt jekk il-QAI jistgħux jintużaw minflok il-QBM jiġi affettwat minn differenza sostanzjali fil-prezz ta' dawn iż-żewġ prodotti. |
(44) |
Fid-dawl tad-differenzi msemmija, jiġi konkluż li l-QBM ma jaqgħux fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni oriġinali u li l-miżuri imposti mill-investigazzjoni oriġinali ma kellhomx jiġu applikati għall-importazzjonijiet tal-QBM. Għaldaqstant, l-ambitu tal-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti għandu jiġi ċċarat b'mod retroattiv permezz ta' emendi għar-Regolament (KE) Nru 1890/2005, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 205/2013. |
E. RIEŻAMI GĦALL-PARTEĊIPANTI L-ĠODDA
(45) |
Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku għandha ssir dispożizzjoni fir-rieżami ta' skadenza tar-Regolament biex takkomoda talbiet għal rieżami mill-parteċipanti l-ġodda. |
F. APPLIKAZZJONI RETROATTIVA
(46) |
Billi din l-investigazzjoni ta' rieżami preżenti kienet limitata għall-kjarifika tal-ambitu tal-prodott u billi l-QBM ma kellhomx ikunu koperti bil-miżuri oriġinali, biex jiġi evitat li ssir ħsara konsegwenti lill-importaturi tal-prodott, jitqies xieraq li l-konklużjonijiet jibdew japplikaw b'mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament oriġinali, inklużi kull importazzjoni soġġetta għal dazji proviżorji bejn it-22 ta' Mejju 2005 u d-19 ta' Novembru 2005. |
(47) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-partijiet interessati kienu espliċitament mistiedna biex jikkummentaw dwar effett possibbli retroattiv li l-konklużjonijiet jista' jkollhom. Żewġ importaturi esprimew l-appoġġ tagħhom għall-applikazzjoni retroattiva u ħadd mill-partijiet interessati ma esprimew oppożizzjoni għall-applikazzjoni tar-retroattività tar-riżultati tar-rieżami. |
(48) |
Għaldaqstant, id-dazji proviżorji miġbura definittivament u d-dazji antidumping definittivi mħallsa fuq l-importazzjoni tal-QBM fl-Unjoni skont ir-Regolament Nru (KE) Nru 1890/2005 kif ukoll id-dazji antidumping definittivi mħallsa fuq l-importazzjonijiet tal-QBM fl-Unjoni skont ir-Regolament Nru (UE) Nru 2/2012, kif estiż bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 205/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx konsenjat mill-Filippini, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Filippini u kemm jekk le, għandhom jitħallsu lura jew jiġu rimessi. Il-ħlas lura jew ir-remissjoni jridu jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. |
(49) |
Dan ir-rieżami ma jaffettwax id-data ta' meta r-Regolament (UE) Nru 2/2012 jintemm skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(50) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. |
G. DIVULGAZZJONI
(51) |
Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jissottomettu l-kummenti wara d-divulgazzjoni. L-ebda sottomissjoni u kummenti ma waslu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1890/2005, il-paragrafu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:
“1. Qed jiġi hawnhekk impost dazju definittiv ta' antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jittebbax u partijiet tagħhom, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7318 12 10, ex 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70 u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indoneżja, it-Tajwan, it-Tajlandja u l-Vjetnam.
Il-qfieli bimetalliċi, iddefiniti bħala: viti bimetalliċi self-drilling, li jkollhom sieq u ras tal-azzar inossidabbli u ponta u kamini ewlenin tal-azzar bil-karbonju, iwweldjati flimkien biex jippermettu li l-vit jiddrillja waħdu fit-toqba pilota tiegħu stess u jaqtal-kamin tiegħu stess f'metall ta' azzar iebes; u viti bimetalliċi self-tapping, li jkollhom sieq u ras tal-azzar inossidabbli u kamini ewlenin tal-azzar bil-karbonju, iwweldjati flimkien biex jippermettu li l-vit jaqtal-kamin tiegħu stess f'metall ta' azzar iebes; it-tnejn li huma bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7318 14 10, ma jkunux koperti mid-dazju definittiv ta' antidumping.”
Artikolu 2
Fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012, l-Artikolu 1 jiġi emendat kif ġej:
(a) |
il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “1. Qed jiġi hawnhekk impost dazju definittiv ta' antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7318 12 10, ex 7318 14 10 (il-kodiċi TARIC mill-jum wara l-publikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2014 (*)7318141051, 7318141059, 7318141081 u 7318141089), 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan. Il-qfieli bimetalliċi, iddefiniti bħala: viti bimetalliċi self-drilling, li jkollhom sieq u ras tal-azzar inossidabbli u ponta u kamini ewlenin tal-azzar bil-karbonju, iwweldjati flimkien biex jippermettu li l-vit jiddrillja waħdu fit-toqba pilota tiegħu stess u jaqtal-kamin tiegħu stess f'metall ta' azzar iebes; u viti bimetalliċi self-tapping, li jkollhom sieq u ras tal-azzar inossidabbli u kamini ewlenin tal-azzar bil-karbonju, iwweldjati flimkien biex jippermettu li l-vit jaqtal-kamin tiegħu stess f'metall ta' azzar iebes; it-tnejn li huma bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7318 14 10, ma jkunux koperti mid-dazju definittiv ta' antidumping. (*) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2014 tat-30 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 u Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2013 fir-rigward tal-prodotti soġġetti għall-miżuri tal-antidumping attwali dwar qfieli tal-azzar inossidabbli u partijiet minnhom, u fir-rigward ta' talbiet għal rieżami għall-parteċipanti l-ġodda, u li jipprevedi, f'ċerti każijiet, il-possibbiltà ta' ħlas lura jew remissjoni tad-dazji (ĠU L 226, 31.7.2014, p. 16).”" |
(b) |
jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Fejn kull produttur esportatur ġdid fit-Tajwan jipprovdi xhieda suffiċjenti lill-Kummissjoni li:
l-Anness jista' jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja differenzjata ta' 15,8 %.” |
Artikolu 3
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 205/2013, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
“1. Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’ mir-RPĊ impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 2/2012, kif emendat bl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2014 (**), fuq importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, permezz ta' dan huwa estiż għal importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom konsenjati mill-Filippini, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw mill-Filippini u kemm jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7318 12 10, ex 7318 14 10, ex 7318 15 30, ex 7318 15 51, ex 7318 15 61 u ex 7318 15 70 (kodiċijiet TARIC 7318121011, 7318121091, 7318141051, 7318141081, 7318153011, 7318153061, 7318153081, 7318155111, 7318155161, 7318155181, 7318156111, 7318156161, 7318156181, 7318157011, 7318157061 u 7318157081), minbarra dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:
Kumpanija |
Il-kodiċi Taric Addizzjonali |
Multi-Tek Fasteners Inc., Clark Freeport Zone, Pampanga, il-Filippini |
B355 |
Rosario Fasteners Corporation, Cavite Economic Area, il-Filippini |
B356 |
Artikolu 4
Għal oġġetti li mhumiex koperti bl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1890/2005 u l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 2/2012 kif estiż bir-Regolament (UE) Nru 205/2013 u emendat b'dan ir-Regolament, id-dazji definittivi ta' antidumping imħallsa jew imdaħħlin fil-kontijiet skont l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1890/2005 u l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012 kif estiż bir-Regolament (UE) Nru 205/2013 qabel l-emenda b'dan ir-Regolament, jitħallsu lura jew jiġu rimessi.
Il-ħlas lura u r-remissjoni jintalbu mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. F'każijiet fejn il-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikolu 236(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (8) jkunu skadew qabel jew fid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew jekk ikunu skadew fi żmien sitt xhur wara dik id-data, qed jiġu b'dan estiżi biex jiskadu sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika b'mod retroattiv mill-20 ta' Novembru 2005.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005 tal-14 ta' Novembru 2005 jimponi dazju definittiv ta' antidumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jittebbax u partijiet tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indoneżja, it-Tajwan, it-Tajlandja u l-Vjetnam u li jtemm il-proċediment fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jittebbax u partijiet tagħhom li joriġinaw fil-Malasja u l-Filippini (ĠU L 302, 19.11.2005 p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 tal-4 ta' Jannar 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 5, 7.1.2012 p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2013 tas-7 ta' Marzu 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012 fuq importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx konsenjat mill-Filippini, kemm jekk dikjarat li joriġina mill-Filippini u kemm jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni dwar evażjoni possibbli ta' miżuri antidumping imposti minn dak ir-regolament permezz ta' importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom konsenjati mill-Malasja u t-Tajlandja, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja u fit-Tajlandja u kemm jekk le (ĠU L 68, 12.3.2013 p. 1).
(6) Ir-rieżami interim beda ex officio għar-RPĊ minħabba li l-miżuri attwalment japplikaw kemm għat-Tajwan kif ukoll għar-RPĊ.
(7) Il-Premessa 22 tar-rieżami ta' skadenza tar-Regolament.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/24 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 831/2014
tat-30 ta’ Lulju 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 KG) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
TR |
41,5 |
ZZ |
41,5 |
|
0707 00 05 |
MK |
65,0 |
TR |
81,4 |
|
ZZ |
73,2 |
|
0709 93 10 |
TR |
96,1 |
ZZ |
96,1 |
|
0805 50 10 |
AR |
108,3 |
BO |
98,4 |
|
CL |
153,6 |
|
MGB |
99,6 |
|
UY |
153,1 |
|
ZA |
145,8 |
|
ZZ |
126,5 |
|
0806 10 10 |
BR |
152,3 |
CL |
90,0 |
|
EG |
159,6 |
|
MA |
148,6 |
|
TR |
160,3 |
|
ZZ |
142,2 |
|
0808 10 80 |
AR |
178,9 |
BR |
62,3 |
|
CL |
91,5 |
|
NZ |
128,6 |
|
US |
155,0 |
|
ZA |
116,9 |
|
ZZ |
122,2 |
|
0808 30 90 |
AR |
76,6 |
CL |
104,1 |
|
NZ |
177,1 |
|
TR |
191,6 |
|
ZA |
82,4 |
|
ZZ |
126,4 |
|
0809 10 00 |
MK |
106,1 |
TR |
255,2 |
|
XS |
133,5 |
|
ZZ |
164,9 |
|
0809 29 00 |
CA |
324,1 |
TR |
360,9 |
|
US |
408,0 |
|
ZZ |
364,3 |
|
0809 30 |
MK |
73,7 |
TR |
148,9 |
|
ZZ |
111,3 |
|
0809 40 05 |
BA |
43,7 |
MK |
49,3 |
|
TR |
141,2 |
|
ZZ |
78,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 832/2014
tat-30 ta' Lulju 2014
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għal applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 (2) fetaħ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina. |
(2) |
Notifiki magħmula skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 juru li l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti mis-13:00 'il quddiem fit-18 ta' Lulju 2014 sas-13:00 ħin ta' Brussel fil-25 ta' Lulju 2014, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament, għall-kwota li għandha n-numru tal-ordni 09.4308, ikopru kwantitajiet li huma akbar minn dawk li hemm disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba taħt il-kwota kkonċernata. |
(3) |
M'għandhomx jinħarġu aktar liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tariffarja li għandha n-numru tal-ordni 09.4308. |
(4) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għandhom jinħarġu liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti koperti mill-kwota li għandha n-numru tal-ordni 09.4308 u li hija elenkata fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014, għall-applikazzjonijiet li ġew ippreżentati mis-13:00 'il quddiem fit-18 ta' Lulju 2014 sas-13:00 ħin ta' Brussel fil-25 ta' Lulju 2014, għall-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom, immultiplikati b'koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 80.115428 % għall-applikazzjonijiet ippreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja li għandha numru tal-ordni 09.4308.
2. Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom mis-13:00 ħin ta' Brussel fil-25 ta' Lulju 2014 fil-kuntest tal-kwota li għandha n-numru tal-ordni 09.4308, imsemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għandu jiġi sospiż.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 53).
DEĊIŻJONIJIET
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Lulju 2014
dwar l-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015
(2014/509/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 140(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-rapport mill-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra d-diskussjoni fil-Kunsill Ewropew,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro,
Billi:
(1) |
It-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (“UEM”) beda fl-1 ta' Jannar 1999. Il-Kunsill, li ltaqa' fi Brussell fit-3 ta' Mejju 1998 fil-kompożizzjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern, iddeċieda li l-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Portugall u l-Finlandja kienu jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta' Jannar 1999 (1). |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2000/427/KE (2) il-Kunsill iddeċieda li l-Greċja ssodisfat il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta' Jannar 2001. Permezz tad-Deċiżjoni 2006/495/KE (3) il-Kunsill iddeċieda li s-Slovenja ssodisfat il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta' Jannar 2007. Permezz tad-Deċiżjonijiet 2007/503/KE (4) u 2007/504/KE (5) il-Kunsill iddeċieda li Ċipru u Malta ssodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta' Jannar 2008. Permezz tad-deċiżjoni 2008/608/KE (6) il-Kunsill iddeċieda li s-Slovakkja ssodisfat il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. Permezz tad-Deċiżjoni 2010/416/UE (7) il-Kunsill iddeċieda li l-Estonja ssodisfat il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. Permezz tad-Deċiżjoni 2013/387/UE (8) il-Kunsill iddeċieda li l-Latvja ssodisfat il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. |
(3) |
F'konformità mal-paragrafu 1 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (“it-Trattat tal-KE”), ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill li ma kienx beħsiebu jgħaddi għat-tielet fażi tal-UEM fl-1 ta' Jannar 1999. Dik in-notifika ma tbiddlitx. F'konformità mal-paragrafu 1 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka anness mat-Trattat tal-KE u d-Deċiżjoni meħuda mill-Kapijiet ta' Stat jew Gvern f'Edinburgh f'Diċembru 1992, id-Danimarka nnotifikat lill-Kunsill li ma kinitx se tieħu sehem fit-tielet fażi tal-UEM. Id-Danimarka ma talbitx li tinbeda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”). |
(4) |
Permezz tad-Deċiżjoni 98/317/KE l-Isvezja għandha deroga kif definit fl-Artikolu 139(1) tat-TFUE. F'konformità mal-Artikolu 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 (9), ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, l-Ungerija u l-Polonja għandhom deroga kif definit fl-Artikolu 139(1) tat-TFUE. F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 (10), il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom deroga kif definit fl-Artikolu 139(1) tat-TFUE. F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2012 (11), il-Kroazja għandha deroga kif definit fl-Artikolu 139(1) tat-TFUE. |
(5) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) ġie stabbilit fl-1 ta' Lulju 1998. Is-Sistema Monetarja Ewropea ġiet sostitwita minn mekkaniżmu tar-rati tal-kambju, li t-twaqqif tiegħu ġie miftiehem permezz ta' riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja tas-16 ta' Ġunju 1997 (12). Il-proċeduri għal mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II) ġew stabbiliti fil-Ftehim tas-16 ta' Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja (13). |
(6) |
L-Artikolu 140(2) tat-TFUE jistabbilixxi l-proċeduri għat-terminazzjoni tad-deroga tal-Istati Membri kkonċernati. Mill-inqas darba kull sentejn, jew fuq talba ta' Stat Membru b'deroga, il-Kummissjoni u l-BĊE għandhom jirrappurtaw lill-Kunsill skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 140(1) tat-TFUE. |
(7) |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-Istati Membri, inklużi l-istatuti tal-banek ċentrali nazzjonali, għandha tiġi adattata skont il-ħtieġa bil-għan li tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-Artikoli 130 u 131 tat-TFUE u mal-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (“Statuti tas-SEBĊ u tal-BĊE”). Ir-rapporti tal-Kummissjoni u tal-BĊE jipprovdu valutazzjoni dettaljata tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-Litwanja mal-Artikoli 130 u 131 tat-TFUE u mal-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE. |
(8) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 13 dwar il-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 140 tat-TFUE, il-kriterju dwar l-istabbiltà tal-prezzijiet imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 140(1) tat-TFUE ifisser li l-prestazzjoni ta' Stat Membru relattiva għall-prezzijiet tkun sostenibbli u li jkollu rata medja ta' inflazzjoni, osservata matul perjodu ta' sena qabel l-analiżi, li ma tkunx taqbeż b'iżjed minn punt perċentwali u nofs dik ta', l-aktar, it-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f'termini ta' stabbiltà tal-prezzijiet. Għall-finijiet tal-kriterju dwar l-istabbiltà tal-prezzijiet, l-inflazzjoni titkejjel permezz tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum (HICPs) definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (14). Għall-valutazzjoni tal-kriterju tal-istabbiltà tal-prezzijiet, l-inflazzjoni ta' Stat Membru titkejjel permezz tal-bidla perċentwali fil-medja aritmetika ta' 12-il indiċi mensili relattivament għall-medja aritmetika ta' 12-il indiċi mensili tal-perjodu ta' qabel. Fir-rapporti tal-Kummissjoni u tal-BĊE tqies valur referenzjarju kkalkulat bħala l-medja artimetika sempliċi tar-rati ta' inflazzjoni tat-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f'dik li hija l-istabbiltà tal-prezzijiet, bl-addizzjoni ta' 1,5 punti perċentwali. Fil-perjodu ta' sena sa' April 2014, il-valur referenzjarju tal-inflazzjoni ġie kkalkulat li kien 1,7 fil-mija, bil-Latvja, il-Portugall u l-Irlanda bħala t-tliet Stati Membri bl-aħjar prestazzjoni f'dik li hija l-istabbiltà ta' prezzijiet, b'rati ta' inflazzjoni ta', rispettivament, 0,1 fil-mija 0,3 fil-mija u 0,3 fil-mija. Huwa ġustifikat li jiġu esklużi l-Istati Membri bl-aqwa prestazzjoni li r-rati ta' inflazzjoni tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala valur referenzjarju sinifikanti għal Stati Membri oħra. Tali pajjiżi fil-passat kienu identifikati fir-Rapporti dwar il-Konverġenza tal-2004, l-2010 u l-2013. Fl-istadju attwali, huwa ġustifikat li jiġu esklużi l-Greċja, il-Bulgarija u Ċipru mill-pajjiżi bl-aħjar prestazzjoni (15). Dawn jiġu sostitwiti mil-Latvja, il-Portugall u l-Irlanda, l-Istati Membri b'rati ta' inflazzjoni medji li jkunu l-inqas li jmiss, għall-kalkolu tal-valur referenzjarju. |
(9) |
Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 13, il-kriterju dwar il-pożizzjoni baġitarja tal-gvern imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 140(1) tat-TFUE ifisser li fil-waqt tal-analiżi, l-Istat Membru ma jkunx is-suġġett ta' deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(6) tat-TFUE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv. |
(10) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 13, il-kriterju dwar il-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea li jissemma fit-tielet inċiż tal-Artikolu 140(1) tat-TFUE jeħtieġ li Stat Membru jkun ikkonforma mal-marġnijiet normali ta' fluttwazzjoni li jipprovdi għalihom il-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju (ERM) tas-Sistema Monetarja Ewropea mingħajr tensjonijiet severi għal tal-anqas l-aħħar sentejn qabel l-analiżi. B'mod partikolari, l-Istat Membru ma jridx ikun żvaluta r-rata bilaterali ċentrali tal-munita tiegħu kontra l-euro fuq inizjattiva tiegħu stess għall-istess perjodu. Mill-1 ta' Jannar 1999, l-ERM II jipprovdi l-qafas għall-valutazzjoni tat-twettiq tal-kriterju tar-rata tal-kambju. Fil-valutazzjoni tat-twettiq ta' dan il-kriterju fir-rapporti tagħhom, il-Kummissjoni u l-BĊE analizzaw il-perjodu ta' sentejn li ntemm fil-15 ta' Mejju 2014. |
(11) |
F'konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 13, il-kriterju ta' konverġenza tar-rati ta' imgħax li jissemma fir-raba' inċiż tal-Artikolu 140(1) tat-TFUE jeħtieġ li, fuq osservazzjoni matul perjodu ta' sena qabel l-analiżi, Stat Membru kellu medja tar-rati ta' imgħax nominali fuq perjodu fit-tul li ma taqbiżx b'aktar minn żewġ punti perċentwali dik ta', l-aktar, it-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f'termini ta' stabbiltà tal-prezzijiet. Għall-finijiet tal-kriterju ta' konverġenza tar-rati ta' imgħax, intużaw rati ta' imgħax komparabbli fuq bonds ta' referenza ta' għaxar snin maħruġa mill-gvern. Fir-rapporti tal-Kummissjoni u tal-BĊE, sabiex jiġi vvalutat it-twettiq tal-kriterju tar-rati ta' interess, tqies il-valur referenzjarju kkalkulat bħala l-medja artimetika sempliċi tar-rati ta' interessi nominali fuq perjodu fit-tul tat-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f'dik li hija l-istabbiltà tal-prezzijiet, bl-addizzjoni ta' żewġ punti perċentwali. Il-valur referenzjarju huwa bbażat fuq ir-rati tal-imgħax fuq perjodu fit-tul fil-Latvja (3,3 fil-mija), l-Irlanda (3,5 fil-mija) u l-Portugall (5,9 fil-mija) u fil-perjodu ta' sena li ntemm f'April 2014 kien 6,2 fil-mija. |
(12) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 13, id-dejta użata fil-valutazzjoni tal-kriterji ta' konverġenza għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni pprovdiet dik id-dejta. Ġiet ipprovduta dejta baġitarja mill-Kummissjoni wara li l-Istati Membri rrappurtaw sal-1 ta' April 2014 f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (16). |
(13) |
Abbażi tar-rapporti mressqin mill-Kummissjoni u l-BĊE dwar il-progress li sar mil-Litwanja fit-twettiq tal-obbligi tagħha fir-rigward tal-ksib tal-unjoni ekonomika u monetarja, ġie konkluż li:
|
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Litwanja tissodisfa l-kondizzjonjiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. Id-deroga favur il-Litwanja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 tintemm b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 98/317/KE tat-3 ta' Mejju 1998 skont l-Artikolu 109j(4) tat-Trattat (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 30).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/427/KE tad-19 ta' Ġunju 2000 skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2001 min-naħa tal-Greċja (ĠU L 167, 7.7.2000, p. 19).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/KE tal-11 ta' Lulju 2006 skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2007 min-naħa tas-Slovenja (ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE tal-10 ta' Lulju 2007 skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2008 (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE tal-10 ta' Lulju 2007 skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2008 (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta' Lulju 2008 skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2009 (ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24).
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill (2010/416/UE) tat-13 ta' Lulju 2010 f'konformità mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011, ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.
(8) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta' Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta' Jannar 2014 (ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24).
(9) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.
(10) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203.
(11) ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.
(12) ĠU C 236, 2.8.1997, p. 5.
(13) ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.
(14) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1).
(15) F'April 2014, ir-rata ta' inflazzjoni medja fuq 12-il xahar tal-Greċja, il-Bulgarija u Ċipru kienu – 1,2 %, – 0,8 % u – 0,4 % rispettivament u dik taż-żona tal-euro 1,0 %.
(16) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tat-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/33 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' Lulju 2014
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta' oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq betel (“Piper betle”) jew li jikkonsistu minnu, fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha
(notifikata bid-dokument C(2014) 5327)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/510/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/88/UE (2) ġiet adottata wara għadd kbir ta' notifiki maħruġa bis-Sistema ta' Allarm Malajr għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) minħabba l-preżenza ta' firxa wiesgħa ta' razez tas-salmonella, inkluża s-salmonella typhimurium, misjuba f'oġġetti tal-ikel. Dan huwa t-tieni serotip l-aktar irrappurtat f'każijiet fil-bniedem u nstabu prevalenzi għolja f'oġġetti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu minn weraq betel (“Piper betle”, magħrufa komunement bħala “Paan leaf” jew “Betel quid”) mill-Bangladexx. Mill-2011, ir-Renju Unit irrapporta bosta tifqigħat ta' avvelenament tas-salmonella minn weraq Betel. Barra minn hekk, huwa probabbli li mhux il-każijiet kollha jiġu rrapurtati fl-Unjoni. |
(2) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE tipprojbixxi l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu minn weraq betel mill-Bangladexx sal-31 ta' Lulju 2014. |
(3) |
Fi Frar 2014, il-Bangladexx ppreżenta aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati matul awditu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni Ewropea fl-2013. Dan indika li l-implimentazzjoni għadha għaddejja u għadha ma tlestietx. |
(4) |
Għalhekk, għad baqa' għadd ta' kwistjonijiet pendenti li jridu jiġu indirizzati. B'mod partikolari, il-programm ta' esportazzjoni mressaq mill-industrija għall-esportazzjoni ta' weraq Betel għadu ma daħalx fis-seħħ. Il-projbizzjoni awtoimposta fuq l-esportazzjoni tal-weraq Betel introdotta mill-Bangladexx f'Mejju 2013 tibqa' fis-seħħ. Madankollu, din ma tatx prova li hi effettiva għal kollox u mill-adozzjoni tagħha ir-RASFFirċiviet rapporti għal disa' każijiet ta' tentattiv ta' importazzjoni ta' weraq betel fl-Unjoni. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-garanziji mogħtija mill-Bangladexx huma biżżejjed biex jindirizzaw ir-riskji serji għas-saħħa tal-bniedem. Il-miżuri ta' emerġenza stabbiliti bid-Deċiżjoni 2014/88/UE għandhom għalhekk jibqgħu fis-seħħ. |
(5) |
Il-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE għandu għalhekk jiġi estiż sat-30 ta' Ġunju 2015. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2015.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/88/UE tat-13 ta' Frar 2014 tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta' oġġetti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu minn weraq betel (“Piper betle”) (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 34).