ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 227

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
31 ta' Lulju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità

69

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 807/2014

tal-11 ta’ Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(3), 14(5), 16(5), 19(8), 22(3), 28(10), 28(11), 29(6), 30(8), 33(4), 34(5), 35(10), 36(5), 45(6), 47(6) u 89 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistabbilixxi r-regoli ġenerali li jirregolaw l-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR), li jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej stabbiliti fit-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tar-Regolament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-regoli supplimentari għandhom jiġu stabbiliti.

(2)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-aċċess għall-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ f’każ li ma jkunux qed jiġu stabbiliti bħala kap waħdieni tal-azjenda. Sabiex jiġi assigurat it-trattament indaqs tal-benefiċjarji irrispettivament mill-forma legali li biha jagħżlu li jiġu stabbiliti f’azjenda agrikola, għandu jiġi pprovdut li l-kundizzjonijiet li bihom persuna ġuridika jew forma oħra ta’ sħubija tista’ titqies bħala ‘bidwi żagħżugħ’ għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk ta’ persuna fiżika. Għandu jkun ipprovdut perijodu ta’ konċessjoni, twil biżżejjed biex jippermetti lill-bdiewa żgħażagħ jiksbu l-kwalifiki meħtieġa.

(3)

Sabiex ikun assigurat li l-iskemi ta’ skambju fl-irziezet u l-foresti u ż-żjarat fl-irziezet u l-foresti appoġġati mill-FAEŻR ikunu definiti u demarkati b’mod ċar fir-rigward ta’ azzjonijiet simili taħt skemi oħra tal-Unjoni, filwaqt li fl-istess ħin titqies id-diversità tas-sitwazzjonijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu d-durata u l-kontenut ta’ tali skemi u żjarat fil-progammi għall-iżvilupp rurali tagħhom. Dak il-kontenut għandu jiffoka fuq ċerti oqsma, marbutin mill-qrib mal-kisba tal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw il-karatteristiċi ta’ gruppi ta’ produtturi u t-tipi ta’ azzjonijiet li jistgħu jirċievu appoġġ taħt il-komponent tal-promozzjoni tal-miżura dwar l-iskemi tal-kwalità, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet sabiex jiġu evitati t-tfixkil tal-kompetizzjoni u d-diskriminazzjoni kontra ċerti prodotti u li jeskludu l-marki kummerċjali mill-appoġġ.

(5)

Il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju msemmija fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jipprovdu elementi suffiċjenti sabiex jippermettu valutazzjoni tal-kisba tal-miri tal-operazzjoni magħżula. Sabiex jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-benefiċjarji madwar l-Unjoni u sabiex jiġi faċilitat il-monitoraġġ, il-kriterju li għandu jintuża għall-istabbiliment tal-limiti msemmija fl-Artikolu 19(4) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun il-potenzjal ta’ produzzjoni ta’ dik l-azjenda agrikola.

(6)

Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ambjentali massimi li magħhom trid tikkonforma l-afforestazzjoni tal-art agrikola, li jassiguraw li ma sseħħ l-ebda afforestazzjoni mhux xierqa ta’ ħabitats sensittivi fosthom żoni fejn issir biedja b’valur naturali għoli u li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa tar-reżistenza għall-klima. F’siti kklassifikati bħala Natura 2000, l-afforestazzjoni għandha tkun konsistenti mal-għanijiet ta’ ġestjoni tas-siti kkonċernati. Fir-rigward ta’ siti partikolari, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil ħtiġijiet ambjentali speċifiċi, bħal pereżempju l-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija. Għandhom jiġu pprovduti regoli aktar stretti għall-operazzjonijiet ta’ afforestazzjoni li jwasslu għall-ħolqien ta’ foresti akbar sabiex jitqies l-impatt tal-iskala ta’ dawk l-operzzjonijiet fuq l-ekosistemi u sabiex jiġi żgurat li huma konformi mal-għanijiet tal-Istrateġija għall-Infrastruttura Ekoloġika (3) u mal-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-Foresti (4).

(7)

Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-impenji sabiex tiġi estensifikata t-trobbija tal-bhejjem, biex jitrabbew rarez lokali fil-periklu li jintilfu għall-biedja u sabiex jiġu ppreservati riżorsi ġenetiċi tal-pjanti taħt theddida ta’ erożjoni ġenetika għandhom jassiguraw li l-impenji jkunu definiti skont il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali u b’mod partikolari l-ħtieġa li tiġi assigurata l-protezzjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tiegħu, tar-riżorsi naturali fosthom l-ilma, tal-ħamrija u tad-diversità ġenetika.

(8)

Għandhom jiġu definiti l-operazzjonijiet li jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ għall-konservazzjoni u l-użu u l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura u l-konservazzjoni u l-promozzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti.

(9)

Sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju tal-prattiċi agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent u prattiċi ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni fost il-bdiewa u sabiex tiġi assigurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-FAEŻR, għandu jiġi pprovdut li l-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf b’riżultat ta’ dawk il-prattiċi għandhom jitnaqqsu mill-pagamenti rilevanti.

(10)

Għandhom jiġu definiti l-oqsma li fihom isiru impenji dwar il-benessri tal-annimali sabiex jiġu pprovduti standards imtejba tal-metodi ta’ produzzjoni. F’dan ir-rigward għandu jiġi evitat li dawk l-impenji dwar il-benessri tal-annimali jikkoinċidu ma’ prattiki standard tal-biedja u b’mod partikolari l-vaċċinazzjoni sabiex jiġu evitati l-patoloġiji.

(11)

Għandhom jiġu speċifikati l-ktajjen qosra tal-provvista u s-swieq lokali li fir-rigward tagħhom jista’ jingħata l-appoġġ. Sabiex ikun hemm demarkazzjoni ċara bejn it-tnejn, l-għadd tal-intermedjarji għandu jintuża bħala kriterju li jiddefinixxi l-ktajjen qosra tal-provvista filwaqt li d-distanza kilometrika mir-razzett, b’kont meħud tal-karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi taż-żona kkonċernata, għandha tkun il-kriterju li jiddefinixxi s-swieq lokali, sakemm ma jiġix ippreżentat kriterju alternattiv konvinċenti. Il-kooperazzjoni bejn l-operaturi ż-żgħar għandha tkun iffukata b’mod ċar fuq l-għelbien tal-iżvantaġġi ġenerali kkawżati mill-frammentazzjoni f’żoni rurali. Għalhekk, għandha tkun limitata għal mikrointrapriżi u persuni fiżiċi li jkunu ser jibdew mikrointrapriża fil-mument tal-applikazzjoni għall-appoġġ. Sabiex ikun assigurat approċċ koerenti fl-implimentazzjoni tal-miżura ta’ kooperazzjoni, taħt dik il-miżura għandhom jiġu appoġġati biss attivitajiet ta’ promozzjoni relatati mal-ktajjen qosra tal-provvista u mas-swieq lokali.

(12)

Sabiex ikun assigurat li l-kontribuzzjonijiet relatati mal-imgħax fuq is-self kummerċjali meħud mill-fondi mutwi msemmija fl-Artikoli 38(3)(b) u 39(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jinżammu f’livell xieraq, il-perjodu minimu u massimu ta’ dan is-self kummerċjali għandu jkun ta’ bejn sena u ħames snin.

(13)

Sabiex ikun assigurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-FAEŻR, ċerti tipi ta’ nefqa marbuta ma’ kuntratti ta’ lokazzjoni, bħall-marġini tal-lokatur, l-ispejjeż ġenerali tal-kostijiet ta’ rifinanzjament u l-imposti tal-assigurazzjoni għandhom jiġu esklużi mill-appoġġ. Sabiex jitqiesu d-differenzi fil-kundizzjonijiet finanzjarji u ta’ żvilupp tas-settur agrikolu fl-Istati Membri, filwaqt li tiġi assigurata ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi tal-FAEŻR, fil-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li bihom it-tagħmir użat jista’ jkun eliġibbli għall-appoġġ. Skont il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, għandhom jirċievu appoġġ mill-FAEŻR biss investimenti fl-enerġija rinnovabbli b’livell għoli ta’ effiċjenza enerġetika u b’livell għoli ta’ prestazzjoni ambjentali. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji minimi għall-effiċjenza enerġetika. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji ta’ sostenibbiltà applikabbli għall-bijoenerġija jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw ukoll it-tranżizzjoni mill-bijokarburanti tal-ewwel ġenerazzjoni għal dawk tat-tieni ġenerazzjoni, u għandhom jinkoraġġixxu produzzjoni akbar ta’ bijokarburanti avvanzati, li jipprovdu ffrankar kbir ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’riskju baxx li jikkawżaw tibdil indirett fl-użu tal-art u li ma jikkompetux direttament għal art agrikola għas-swieq tal-ikel u tal-għalf.

(14)

Għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet applikabbli għall-konverżjoni jew l-aġġustament tal-impenji skont il-miżuri stipulati fl-Artikoli 28, 29, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u għandhom jiġu definiti s-sitwazzjonijiet li fihom ma għandux ikun meħtieġ ir-rimborż tal-għajnuna. Għandu jiġi assigurat li l-konverżjoni jew l-aġġustament tal-impenji tkun possibbli biss meta l-għanijiet ambjentali tal-impenn ikunu salvagwardjati jew rinforzati.

(15)

Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet għat-tranżizzjoni minn appoġġ għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (6) jew, fil-każ tal-Kroazja, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (7), għal appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Meta jitqies li numru ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji diġà kienu introdotti mir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom in-nefqa relatata mal-miżuri msemmija fl-Artikoli 52 u 63 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 issir eliġibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Dan ir-Regolament għandu wkoll jaġġusta d-dati għas-sottomissjoni tal-valutazzjonijiet ex post tal-programmi u s-sommarju tagħhom, sabiex jitqiesu d-dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-implimentazzjoni fl-2014 ta’ programmi tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 introdotti bl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013.

(16)

Billi r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 huwa xieraq li jitħassru r-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (9). Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu għalhekk jitħassar.

(17)

Fid-dawl tal-fatt li fil-mument tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 diġà jkun beda, huwa neċessarju li jitqassar kemm jista’ jkun possibbli d-dewmien għad-dħul fis-seħħ tiegħu. Għalhekk għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu u japplika mill-ewwel jum tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, fl-1 ta’ Jannar 2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi

(1)

dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward ta’:

(a)

il-bdiewa żgħażagħ,

(b)

l-iskemi ta’ skambju u ż-żjarat fl-irziezet u l-foresti,

(c)

L-iskemi tal-kwalità – promozzjoni,

(d)

l-iżvilupp tal-irziezet u n-negozju,

(e)

l-afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ msaġar,

(f)

l-agrikoltura-ambjent-klima,

(g)

il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura u fil-forestrija,

(h)

l-esklużjoni tal-finanzjament doppju,

(i)

il-benessri tal-annimali,

(j)

il-kooperazzjoni,

(k)

is-self kummerċjali għall-fondi mutwi,

(l)

l-investimenti,

(m)

il-konverżjoni jew l-aġġustament tal-impenji,

(n)

l-impenji estiżi jew ġodda;

(2)

regoli tranżitorji speċifiċi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jew, fil-każ tal-Kroazja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006, jista’ jiġi integrat fl-appoġġ ipprovdut skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inkluż, fil-każ tal-Kroazja, għall-assistenza teknika.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET LI JISSUPPLIMENTAW IR-REGOLI DWAR IL-MIŻURI GĦALL-IŻVILUPP RURALI

Artikolu 2

Il-bdiewa żgħażagħ

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess għall-appoġġ meta bidwi żagħżugħ kif definit fl-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ma jkunx qiegħed jistabbilixxi ruħu bħala kap waħdieni tal-azjenda, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu bħala kap waħdieni ta’ azjenda. Fil-każijiet kollha, il-kontroll fuq l-azjenda għandu jinżamm mill-bdiewa żgħażagħ.

2.   Fejn l-applikazzjoni għall-għajnuna tikkonċerna azjenda li tkun proprjetà ta’ persuna ġuridika, bidwi żagħżugħ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(n) tar- Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq il-persuna ġuridika f’dak li jirrigwarda deċiżjonijiet relatati ma’ ġestjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji. F’każijiet fejn diversi persuni fiżiċi, inkluż persuna li mhijiex bidwi żagħżugħ/persuni li mhumiex bdiewa żgħażagħ, ikollhom sehem fil-kapital jew fil-ġestjoni tal-persuna ġuridika, il-bidwi żagħżugħ għandu jkun kapaċi jeżerċita dan il-kontroll effettiv u fit-tul waħdu jew b’mod konġunt ma’ bdiewa oħra.

Fejn persuna ġuridika tkun ikkontrollata biss jew ikkontrollata b’mod konġunt minn persuna ġuridika oħra, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għal kwalunkwe persuna fiżika li jkollha kontroll fuq il-persuna ġuridika l-oħra.

3.   L-elementi kollha tad-definizzjoni ta’ bidwi żagħżugħ kif stabbilita fl-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 iridu jiġu ssodisfati fil-mument tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-appoġġ skont dak ir-Regolament. Madankollu, il-benefiċjarju jista’ jingħata perijodu ta’ konċessjoni li ma jaqbiżx 36 xahar mid-data tad-deċiżjoni individwali li jingħata l-appoġġ, sabiex jissodisfa l-kundizzjonijiet relatati mal-kisba tal-ħiliet okkupazzjonali speċifikati fil-programm għall-iżvilupp rurali.

Artikolu 3

L-iskemi ta’ skambju u ż-żjarat fl-irziezet u l-foresti

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu d-durata u l-kontenut tal-iskemi ta’ skambju ta’ terminu qasir dwar il-ġestjoni tal-irziezet u l-foresti u ż-żjarat fl-irziezet u l-foresti kif imsemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fil-programmi tagħhom għall-iżvilupp rurali. Skemi u żjarat bħal dawn għandhom jiffukaw, b’mod partikolari, fuq metodi u/jew teknoloġiji sostenibbli għall-biedja u l-forestrija, id-diversifikazzjoni tal-irziezet, l-irziezet li jipparteċipaw fi ktajjen qosra tal-provvista, l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda ta’ negozju u teknoloġiji ġodda, u fuq it-titjib tar-reżistenza tal-foresti.

Artikolu 4

L-iskemi tal-kwalità – promozzjoni

1.   Gruppi ta’ produtturi li jirċievu appoġġ skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom ikunu entitajiet, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħhom, li jiġbru flimkien operaturi li jipparteċipaw fi skema tal-kwalità għal prodotti agrikoli, qoton jew oġġetti tal-ikel kif imsemmija fl-Artikolu 16(1) ta’ dak ir-Regolament, għal prodott speċifiku kopert minn waħda minn dawk l-iskemi.

2.   It-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

ikunu ddisinjati sabiex iħajru lill-konsumaturi jixtru l-prodotti koperti minn skema tal-kwalità għal prodotti agrikoli, qoton jew oġġetti tal-ikel kif imsemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li l-parteċipazzjoni fiha tirċievi appoġġ taħt il-programm għall-iżvilupp rurali; kif ukoll

(b)

jiġbdu l-attenzjoni għall-karatteristiċi jew il-vantaġġi speċifiċi tal-prodotti kkonċernati, b’mod partikolari l-kwalità, il-metodi speċifiċi tal-produzzjoni, l-istandards għoljin tal-benessri tal-annimali u r-rispett għall-ambjent, marbuta mal-iskema tal-kwalità kkonċernata.

3.   L-azzjonijiet eliġibbli ma għandhomx iġiegħlu lill-konsumaturi jixtru prodott minħabba l-oriġini partikolari tiegħu, ħlief għall-prodotti koperti mill-iskemi tal-kwalità introdotti mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), mill-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), mill-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u mis-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) fir-rigward tal-inbid. L-oriġini tal-prodott tista’ tkun indikata, bil-kundizzjoni li r-referenza għall-oriġini tkun subordinata għall-messaġġ prinċipali.

4.   Ma għandu jingħata l-ebda appoġġ skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għal azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni li jirrigwardaw ismijiet ta’ marki kummerċjali.

Artikolu 5

Żvilupp tal-irziezet u n-negozju

1.   Il-pjan tan-negozju msemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu mill-inqas jiddeskrivi:

(a)

Fil-każ ta’ għajnuna tal-bidu lil bdiewa żgħażagħ:

(i)

is-sitwazzjoni inizjali tal-azjenda agrikola,

(ii)

l-għanijiet ewlenin u l-miri għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-azjenda agrikola,

(iii)

dettalji tal-azzjonijiet meħtieġa, inklużi dawk marbuta mas-sostenibbiltà ambjentali u l-effiċjenza tar-riżorsi, għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-azjenda agrikola, bħal investimenti, taħriġ u konsulenza;

(b)

Fil-każ ta’ għajnuna tal-bidu għal attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali:

(i)

is-sitwazzjoni ekonomika inizjali tal-persuna jew tal-intrapriża mikro jew żgħira li tapplika għall-appoġġ;

(ii)

għanijiet ewlenin u miri għall-iżvilupp tal-attivitajiet il-ġodda tal-persuna jew tal-azjenda agrikola, jew tal-intrapriża mikro jew żgħira;

(iii)

dettalji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-persuna, tal-azjenda agrikola jew tal-intrapriża mikro jew żgħira, bħal dettalji tal-investimenti, tat-taħriġ jew tal-konsulenza;

(c)

Fil-każ ta’ għajnuna tal-bidu għall-iżvilupp ta’ rziezet żgħar:

(i)

is-sitwazzjoni inizjali tal-azjenda agrikola, u

(ii)

dettalji tal-azzjonijiet meħtieġa, inklużi dawk marbuta mas-sostenibbiltà ambjentali u l-effiċjenza tar-riżorsi, li jistgħu jappoġġaw il-kisba tal-vijabilità ekonomika, bħal investimenti, taħriġ, kooperazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 f’termini tal-potenzjal ta’ produzzjoni tal-azjenda agrikola, imkejla bħala produzzjoni standard, kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 (14), jew ekwivalenti.

Artikolu 6

Afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ żoni msaġġra

Ir-rekwiżiti ambjentali minimi li ġejjin għandhom japplikaw fil-kuntest tal-miżura dwar l-afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ msaġar li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013:

(a)

l-għażla tal-ispeċi li għandhom jitħawlu, taż-żoni u tal-metodi li għandhom jintużaw għandha tevita l-afforestazzjoni mhux xierqa ta’ ħabitats sensittivi bħall-artijiet mimlija pit u l-artijiet mistagħdra u l-effetti negattivi fuq żoni ta’ valur ekoloġiku għoli fosthom żoni fejn issir biedja b’valur naturali għoli. Fis-siti kklassifikati bħala Natura 2000 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (15) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) għandha tiġi permessa biss afforestazzjoni li tkun konsistenti mal-għanijiet ta’ ġestjoni tas-siti kkonċernati u li jkun sar ftehim dwarha mal-awtorità tal-Istat Membru li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ Natura 2000;

(b)

fl-għażla tal-ispeċji, tal-varjetajiet, tal-ekotipi u tal-provenjenzi tas-siġar għandhom jitqiesu l-ħtieġa għal reżiljenza għat-tibdil fil-klima u għal diżastri naturali, kif ukoll il-qagħda bijotika, pedoloġika u idroloġika taż-żona kkonċernata. Fl-għażla għandu jitqies ukoll il-karattru potenzjalment invażiv tal-ispeċi f’kundizzjonijiet lokali kif definit mill-Istati Membri. Il-benefiċjarju għandu jkun meħtieġ jipproteġi u jieħu ħsieb il-foresta tal-anqas matul il-perjodu li għalih jitħallas il-primjum għall-introjtu agrikolu mitluf u l-manutenzjoni. Dan għandu jinkludi l-indukrar, it-tnaqqija u r-ragħa kif ikun xieraq, fl-interess tal-iżvilupp ġejjieni tal-foresta u r-regolazzjoni tal-kompetizzjoni ma’ veġetazzjoni erbaċja u l-evitar tal-akkumulazzjoni ta’ materjal li jikber minn taħt suxxettibbli għan-nar. Fir-rigward ta’ speċi li jikbru malajr, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu ż-żmien minimu u massimu ta’ qabel il-qtugħ. Iż-żmien minimu ma għandux ikun ta’ anqas minn 8 snin u ż-żmien massimu ma għandux jaqbeż l-20 sena;

(c)

f’każijiet fejn, minħabba kundizzjonijiet ambjentali jew klimatiċi diffiċli, inkluża d-degradazzjoni ambjentali, it-tħawwil ta’ speċi msaġġra perenni ma jkunx jista’ jiġi mistenni li jwassal għall-istabbiliment ta’ kopertura forestali kif definita skont il-leġislazzjoni applikabbli, l-Istat Membru jista’ jippermetti lill-benefiċjarju li jistabbilixxi u jżomm kopertura msaġġra oħra ta’ veġetazzjoni. Il-benefiċjarju għandu jipprovdi l-istess livell ta’ kura u protezzjoni kif applikabbli għall-foresti;

(d)

fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ afforestazzjoni li jwasslu għall-ħolqien ta’ foresti li jkollhom daqs li jaqbeż ċertu limitu, li għandu jiġi definit mill-Istati Membri, l-operazzjoni għandha tikkonsisti minn:

(i)

it-tħawwil esklussiv ta’ speċi ekoloġikament addattati u/jew speċi reżistenti għat-tibdil fil-klima fiż-żona bijoġeografika kkonċernata, li ma jkunux instabu, permezz ta’ valutazzjoni tal-impatti, li jheddu l-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema, jew li jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem; jew

(ii)

taħlita ta’ speċi ta’ siġar li tinkludi:

mill-anqas 10 % ta’ siġar bil-weraq wiesa’ skont iż-żona, jew

minimu ta’ tliet speċijiet jew varjetajiet ta’ siġar, bl-anqas waħda abbundanti tifforma mill-anqas 10 % taż-żona.

Artikolu 7

Agroambjent - klima

1.   L-impenji taħt il-miżura agroambjentali u tal-klima msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 biex tiġi estensifikata t-trobbija tal-bhejjem għandhom tal-anqas jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żona kollha ta’ mergħa tal-azjenda għandha tiġi mmaniġġata u miżmuma sabiex tiġi evitata mergħa eċċessiva jew nieqsa;

(b)

għandha tiġi definita d-densità tal-bhejjem billi jitqiesu l-bhejjem kollha li jirgħu fir-razzett jew, fil-każ ta’ impenn biex tiġi limitata l-lissija tan-nutrijenti, il-bhejjem kollha miżmuma fir-razzett li jkunu rilevanti għall-impenn inkwistjoni.

2.   L-impenji taħt il-miżura agroambjentali u tal-klima msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 biex jitrabbew razez lokali fil-periklu li jintilfu għall-biedja jew biex jiġu ppreservati riżorsi ġenetiċi tal-pjanti taħt theddida ta’ erożjoni ġenetika għandhom jeħtieġu:

(a)

it-trobbija ta’ annimali tal-irziezet ta’ razez lokali, addattati b’mod ġenetiku għal waħda jew aktar mis-sistemi tradizzjonali ta’ produzzjoni jew ambjenti fil-pajjiż, fil-periklu li jintilfu għall-biedja; jew

(b)

għall-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti adattati għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u li jinsabu mhedda bit-tgħawwir ġenetiku.

L-ispeċi ta’ annimali tal-irziezet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ:

(a)

baqar;

(b)

nagħaġ;

(c)

mogħoż;

(d)

żwiemel;

(e)

majjali;

(f)

tjur.

3.   Ir-razez lokali għandhom jitqiesu li huma fil-periklu li jintilfu għall-biedja jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għadd, fuq livell nazzjonali, ta’ bhejjem nisa kkonċernati tat-tnissil ikun iddikjarat;

(b)

dak l-għadd u l-istatus bħala fil-periklu, tar-razez elenkati, ikun iċċertifikat minn korp xjentifiku rilevanti debitament rikonoxxut;

(c)

korp tekniku rilevanti debitament rikonoxxut jirreġistra u jżomm aġġornat il-ktieb tal-merħla għar-razza;

(d)

il-korpi kkonċernati jkollhom il-ħiliet u l-għarfien neċessarji sabiex jidentifikaw l-annimali tar-razez fil-periklu.

L-informazzjoni dwar l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet għandha tiġi inkluża fil-programm għall-iżvilupp rurali.

4.   Ir-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għandhom jitqiesu li qegħdin fil-periklu ta’ erożjoni ġenetika bil-kundizzjoni li fil-programm dwar l-iżvilupp rurali tiġi inkluża biżżejjed evidenza ta’ erożjoni ġenetika, ibbażata fuq riżultati xjentifiċi jew indikaturi għat-tnaqqis tar-razez lokali/varjetajiet lokali primittivi, id-diversità fil-popolazzjonijiet tagħhom u, fejn rilevanti, għat-tibdil fil-prattiċi agrikoli prevalenti fuq livell lokali.

5.   L-attivitajiet koperti mit-tip ta’ impenji agroambjentali u tal-klima li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont l-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Artikolu 8

Konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura u fil-forestrija

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘konservazzjoni in situ’ fl-agrikoltura tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku fl-ekosistemi u l-ħabitats naturali u ż-żamma u l-irkupru ta’ popolazzjoni vijabbli ta’ speċi jew razez selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom u, fil-każ ta’ razez tal-annimali ddomestikati jew speċi ta’ pjanti kkultivati, fl-ambjent tat-trobbija fejn ikunu żviluppaw il-proprjetajiet distinti tagħhom;

(b)

‘konservazzjoni in situ’ fil-forestrija tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku fl-ekosistemi u l-ħabitats naturali u ż-żamma u l-irkupru ta’ popolazzjoni vijabbli ta’ speċi fl-ambjent naturali tagħhom;

(c)

‘konservazzjoni fir-razzett jew f’azjenda fil-foresta’ tfisser il-konservazzjoni u l-iżvilupp fil-livell ta’ razzett jew ta’ azjenda fil-foresta;

(d)

‘konservazzjoni ex situ’ tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku għall-agrikoltura jew il-forestrija barra mill-ħabitat naturali tiegħu;

(e)

‘ġbir ex situ’ tfisser il-ġbir ta’ materjal ġenetiku għall-agrikoltura jew il-forestrija miżmum barra mill-ħabitat naturali tiegħu.

2.   L-operazzjonijiet għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura u fil-forestrija li huma eliġibbli għall-appoġġ skont l-Artikoli 28(9) u 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

azzjonijiet li jippromwovu l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu in situ u ex situ ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura u fil-forestrija, inklużi inventarji bbażati fuq l-Internet ta’ riżorsi ġenetiċi attwalment ikkonservati in situ, inkluża l-konservazzjoni fir-razzett jew f’impriża fil-foresta, ta’ kollezzjonijiet u bażijiet tad-dejta ex situ;

(b)

azzjonijiet li jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura jew fil-forestrija tal-Unjoni, bejn organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri;

(c)

azzjonijiet ta’ informazzjoni, disseminazzjoni u konsulenza li jinvolvu organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet interessati rilevanti oħra, korsijiet ta’ taħriġ u l-preparazzjoni ta’ rapporti tekniċi.

Artikolu 9

Esklużjoni tal-finanzjament doppju ta’ prattiċi agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent u ta’ prattiċi ekwivalenti

1.   Għall-finijiet tal-appoġġ skont l-Artikoli 28(6), 29(4) u 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kalkolu ta’ dawn il-pagamenti għandu jikkunsidra biss il-kostijiet addizzjonali u/jew l-introjtu mitluf marbut mal-impenji li jmorru lil hinn mill-prattiki obbligatorji rilevanti skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.   Meta impenn agroambjentali u tal-klima skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għal prattiki msemmija fil-punti 3 u 4 tat-Taqsima I u fil-punt 7 tat-Taqsima III tal-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u għal prattiki oħra miżjuda ma’ dak l-Anness jiġi notifikat, skont ir-regoli tal-Artikolu 43(8) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, bħala ekwivalenti għal waħda jew aktar mill-prattiki stabbiliti skont l-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-pagament għall-impenn agroambjentali u tal-klima skont l-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jitnaqqas b’somma f’daqqa li tikkorrispondi għal parti mill-pagament għall-ekoloġizzazzjoni fl-Istat Membru jew fir-reġjun għal kull prattika ta’ ekoloġizzazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 43(12)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 10

Benessri tal-annimali

L-impenji dwar il-benessri tal-annimali li huma eliġibbli sabiex jirċievu appoġġ skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jipprovdu standards imtejba tal-metodi ta’ produzzjoni f’wieħed mill-oqsma li ġejjin:

(a)

l-ilma, l-għalf u t-trattament tal-annimali skont il-ħtiġijiet naturali tat-trobbija tal-annimali;

(b)

kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni bħal konċessjonijiet għal aktar spazju, għal superfiċji ta’ art interna akbar, għal aktar materjali ta’ arrikkiment, u għal aktar dawl naturali;

(c)

aċċess għal barra;

(d)

prattiki fejn jiġu evitati l-mutilazzjoni u/jew il-kastrazzjoni tal-annimali, jew f’każijiet speċifiċi meta l-mutilazzjoni jew il-kastrazzjoni tal-annimali ikunu neċessarji, għandhom jintużaw metodi ta’ anestesija u ta’ analġeżija, kif ukoll mediċini kontra l-infjammazzjoni jew metodi ta’ immunokastrazzjoni.

Artikolu 11

Kooperazzjoni

1.   L-appoġġ għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista, kif imsemmija fl-Artikolu 35(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jkopri biss ktajjen ta’ provvista li ma jinvolvux aktar minn intermedjarju wieħed bejn il-bidwi u l-konsumatur.

2.   L-appoġġ għall-istabbiliment u l-iżvilupp tas-swieq lokali, kif imsemmija fl-Artikolu 35(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jkopri swieq li għalihom:

(a)

il-programm għall-iżvilupp rurali jistabbilixxi raġġ kilometriku mir-razzett tal-oriġini tal-prodott, li fih iridu jitwettqu l-attivitajiet tal-ipproċessar u l-bejgħ lill-konsumatur finali; jew

(b)

il-programm għall-iżvilupp rurali jistabbilixxi definizzjoni alternattiva konvinċenti.

3.   Għall-finijiet tal-operazzjonijiet appoġġati skont l-Artikolu 35(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ‘operatur żgħir’ għandu jfisser mikrointrapriża kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (17), jew persuna fiżika li ma tkunx involuta f’attivitajiet ekonomiċi meta tapplika għall-appoġġ.

4.   L-attivitajiet ta’ promozzjoni msemmija fl-Artikolu 35(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ fir-rigward biss tal-ktajjen qosra tal-provvista u s-swieq lokali li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Self kummerċjali għall-fondi mutwi

Fejn is-sors tal-fondi għall-kumpens finanzjarju li jrid jitħallas mill-fondi mutwi msemmija fl-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tkun selfa kummerċjali, it-tul tas-selfa għandu jkun bejn sena u ħames snin.

Artikolu 13

Investimenti

Għall-finijiet tal-Artikolu 45 tar-Regolament (KEE) Nru 1305/2013:

(a)

fil-każ ta’ lokazzjoni, spejjeż oħra konnessi mal-kuntratt ta’ lokazzjoni, bħall-marġini tal-lokatur, il-kostijiet tar-rifinanzjament tal-imgħax, l-ispejjeż ġenerali u l-imposti tal-assigurazzjoni, ma għandhomx ikunu nefqa eliġibbli;

(b)

fil-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom ix-xiri ta’ tagħmir użat jista’ jitqies bħala nefqa eliġibbli;

(c)

l-Istati Membri għandhom jesiġu l-konformità mal-istandards minimi tal-effiċjenza enerġetika għall-investimenti appoġġati fl-infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli, li jikkunsmaw jew jipproduċu l-enerġija, meta dawn l-istandards ikunu jeżistu fuq livell nazzjonali;

(d)

l-investimenti f’installazzjonijiet, li l-għan primarju tagħhom tkun il-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa, ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ sakemm ma jintużax perċentwal minimu ta’ enerġija mis-sħana, li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri;

(e)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limiti għall-proporzjonijiet massimi ta’ ċereali u għelejjel oħra rikki fil-lamtu, zokkor u għelejjel taż-żejt li jintużaw għall-produzzjoni tal-bijoenerġija, għal tipi differenti ta’ installazzjonijiet. L-appoġġ għal proġetti tal-bijoenerġija għandu jkun limitat għal bijoenerġija li tissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż fl-Artikolu 17(2) sa (6) tad- Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). F’dak il-kuntest, għandha tiġi inkluża valutazzjoni ġenerali fil-valutazzjoni ambjentali strateġika tal-programm għall-iżvilupp rurali.

Artikolu 14

Konverżjoni jew l-aġġustament tal-impenji

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li impenn skont l-Artikoli 28, 29, 33 jew 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġi konvertit f’impenn ieħor matul il-perjodu tal-operazzjoni tiegħu, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-konverżjoni tkun ta’ benefiċċju sinifikanti għall-ambjent jew għall-benessri tal-annimali;

(b)

l-impenn eżistenti jkun imsaħħaħ biżżejjed;

(c)

il-programm approvat għall-iżvilupp rurali jkun jinkludi l-impenji kkonċernati.

Impenn ġdid għandu jittieħed għall-perjodu sħiħ speċifikat fil-miżura rilevanti irrispettivament miż-żmien li għalih diġà jkun ġie implimentat l-impenn oriġinali.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu li impenji skont l-Artikoli 28, 29, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu aġġustati matul id-durata li għaliha japplikaw, bil-kundizzjoni li l-programm għall-iżvilupp rurali approvat jipprovdi l-possibbiltà għal tali aġġustament u li l-aġġustament ikun iġġustifikat kif għandu jkun fir-rigward tal-kisba tal-għanijiet tal-impenn oriġinali.

Il-benefiċjarju għandu jwettaq l-impenn aġġustat għall-kumplament tad-durata tal-impenn oriġinali.

L-aġġustamenti jistgħu wkoll jieħdu l-forma ta’ estensjoni tad-durata tal-impenn.

Artikolu 15

Sitwazzjonijiet fejn ma jkun meħtieġ l-ebda rimborż

1.   Meta benefiċjarju jżid l-erja tal-azjenda matul il-perjodu li matulu japplika l-impenn, mogħtija bħala kundizzjoni għall-għoti tal-appoġġ, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu sabiex l-impenn jiġi estiż sabiex ikopri l-erja addizzjonali għall-bqija tal-perjodu tal-impenn, jew sabiex l-impenn oriġinali jiġi sostitwit b’wieħed ġdid. L-istess għandu jgħodd f’każijiet fejn l-erja koperta mill-impenn fi ħdan azjenda tiġi miżjuda.

2.   Impenn jista’ jiġi estiż biex ikopri erja addizzjonali kif imsemmija fil-paragrafu 1 biss bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jaqdi l-istess għan ambjentali segwit mill-impenn;

(b)

hija tkun ġustifikata f’termini tan-natura tal-impenn, it-tul tal-kumplament tal-perjodu u d-daqs taż-żona addizzjonali;

(c)

ma jxekkilx l-effikaċja tal-kontrolli sabiex tiġi assigurata l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ.

Għandha tiġi rispettata d-durata oriġinali tal-impenn.

3.   Jista’ jittieħed impenn ġdid sabiex jissostitwixxi dak eżistenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 bil-kundizzjoni li jkopri l-erja sħiħa kkonċernata u li t-termini tiegħu ma jkunux inqas esiġenti minn dawk tal-impenn oriġinali.

Meta l-impenn oriġinali jiġi sostitwit b’wieħed ġdid, l-impenn il-ġdid għandu jittieħed għall-perjodu sħiħ speċifikat fil-miżura rilevanti, irrispettivament mill-perjodu li għalih diġà jkun ġie implimentat l-impenn oriġinali.

IL-KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 16

Eliġibbiltà tan-nefqa

1.   In-nefqa relatata ma’ impenji legali fil-konfront tal-benefiċjarji, imwettqa matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 taħt il-miżuri msemmija fl-Artikoli 52 u 63 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 għall-pagamenti li jridu jsiru:

(a)

bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2015, jekk l-allokazzjoni finanzjarja għall-miżura kkonċernata tal-programm rispettiv adottat skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 diġà tkun intużat;

(b)

wara l-31 ta’ Diċembru 2015.

2.   In-nefqa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perijodu ta’ programmar bejn l-2014 u l-2020, soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tali nefqa tkun prevista fil-programm għall-iżvilupp rurali rispettiv għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020;

(b)

għandha tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-miżura korrispondenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kif stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(c)

l-Istati Membri jiżguraw li l-operazzjonijiet tranżitorji rilevanti jkunu identifikati b’mod ċar permezz tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom.

Artikolu 17

Il-Kroazja

1.   In-nefqa relatata ma’ impenji legali mill-Kroazja fil-konfront tal-benefiċjarji, imwettqa taħt il-programm tal-Istrument għal Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali (IPARD), għal operazzjonijiet skont il-miżuri msemmija fl-Artikolu 171(3)(b) u (4)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 (19), għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 għall-pagamenti li jridu jsiru:

(a)

bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2016, jekk l-allokazzjoni finanzjarja għall-miżura kkonċernata tal-programm rispettiv adottat skont ir-Regolament (KE) Nru 718/2007 diġà tkun intużat;

(b)

wara l-31 ta’ Diċembru 2016.

2.   In-nefqa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perijodu ta’ programmar bejn l-2014 u l-2020, soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tali nefqa tkun prevista fil-programm għall-iżvilupp rurali rispettiv għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020;

(b)

għandha tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-miżura korrispondenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kif stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(c)

il-Kroazja tassigura li l-operazzjonijiet tranżitorji rilevanti jkunu identifikati b’mod ċar permezz tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħha.

3.   In-nefqa magħmula wara l-31 ta’ Diċembru 2013 b’rabta ma’ operazzjonijiet meħtieġa għall-għeluq tal-programm IPARD u l-evalwazzjoni ex post kif imsemmija fl-Artikolu 191 tar-Regolament (KE) Nru 718/2007 għandha tkun eliġibbli għall-appoġġ taħt il-FAEŻR skont il-komponent tal-assistenza teknika tal-programm fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, bil-kundizzjoni li l-programm ikun fih provvediment għal tali nefqa.

Artikolu 18

Evalwazzjoni ex post

1.   Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex post imsemmi fl-Artikolu 86(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.

2.   Is-sommarju tal-evalwazzjonijiet ex post imsemmi fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jitlesta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 huwa mħassar.

Għandu jkompli japplika għal operazzjonijiet implimentati skont programmi approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il- Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM(2013) 249 finali).

(4)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti (COM(2013) 659 finali).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistipula ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 865).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15).

(10)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti tal-inbid aromatizzat (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347.20.12.2013, p. 671)

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 3).

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(16)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(17)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tirrigwarda d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(18)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(19)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) (ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1).


ANNESS I

Tabella ta’ korrelazzjoni għall-miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jew fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Miżuri skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Kodiċijiet fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2007 sal-2013

Miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Kodiċijiet fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014 sal-2020

L-Artikolu 20(a)(i) u l-Artikolu 21: Taħriġ u informazzjoni

111

L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

1

L-Artikolu 20(a)(ii) u l-Artikolu 22: Stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ

112

L-Artikolu 19(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

6

L-Artikolu 20(a)(iii) u l-Artikolu 23: Irtirar kmieni

113

/

/

L-Artikolu 20(a)(iv) u l-Artikolu 24: Użu ta’ servizzi ta’ konsulenza

114

L-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

2

L-Artikolu 20 (a)(v) u l-Artikolu 25: Stabbiliment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tar-razzett, u ta’ servizzi ta’ għajnuna u ta’ konsulenza

115

L-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

2

L-Artikolu 20(b)(i) u l-Artikolu 26: Modernizzazzjoni tal-impriżi agrikoli

121

L-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

4

L-Artikolu 20(b)(ii) u l-Artikolu 27: Titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti

122

L-Artikoli 21(1)(d) u 21(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

8

L-Artikolu 20(b)(iii) u l-Artikolu 28: żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

123

L-Artikoli 17(1)(b) u 21(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

4

8

L-Artikolu 20(b)(iv) u l-Artikolu 29: Kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda

124

L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

16

L-Artikolu 20(b)(v) u l-Artikolu 30: Infrastruttura marbuta mal-iżvilupp u l-adattament tal-agrikoltura u l-forestrija

125

L-Artikolu 17(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

4

L-Artikolu 20(b)(vi): Azzjonijiet ta’ restawr u ta’ prevenzjoni

126

L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

5

L-Artikolu 20(c)(i) u l-Artikolu 31: Ilħuq tal-istandards

131

/

/

L-Artikolu 20(c)(ii) u l-Artikolu 32: Skemi ta’ kwalità tal-ikel

132

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

3

L-Artikolu 20(c)(iii) u l-Artikolu 33: Informazzjoni u promozzjoni għal prodotti skont l-iskemi tal-kwalità tal-ikel

133

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

3

L-Artikolu 20(d)(i) u l-Artikolu 34: Biedja taħt semisussistenza

141

L-Artikolu 19(1)(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

6

L-Artikolu 20(d)(ii) u l-Artikolu 35: Gruppi tal-produtturi

142

L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

9

L-Artikolu 36(a)(i): Pagamenti ta’ diżabbiltà naturali f’żoni muntanjużi

211

L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

13

L-Artikolu 36(a)(ii): Pagamenti ta’ diżabbiltà naturali f’żoni għajr żoni muntanjużi

212

L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

13

L-Artikolu 36(a)(iii) u l-Artikolu 38: Natura 2000 u pagamenti marbuta mad-Direttiva 2000/60/KE

213

L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

12

L-Artikolu 36(a)(iv) u l-Artikolu 39: Pagamenti agroambjentali

214

L-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

10

11

L-Artikolu 36(a)(v) u l-Artikolu 40: Pagamenti tal-benessri tal-annimali

215

L-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

14

L-Artikolu 36(a)(vi) u l-Artikolu 41: Investimenti mhux produttivi

216

L-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

4

L-Artikolu 36(b)(i) u l-Artikolu 43: L-ewwel afforestazzjoni ta’ art agrikola

221

L-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

8

L-Artikolu 36(b)(ii) u l-Artikolu 44: L-ewwel stabbiliment ta’ sistemi agroforestrarji fuq art agrikola

222

L-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

8

L-Artikolu 36(b)(iii) u l-Artikolu 45: L-ewwel afforestazzjoni ta’ art mhux agrikola

223

L-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

8

L-Artikolu 36(b)(iv) u l-Artikolu 46: Pagamenti Natura 2000

224

L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

12

L-Artikolu 36(b)(v) u l-Artikolu 47: Pagamenti għall-foresti u l-ambjent

225

L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

15

L-Artikolu 36(b)(vi) u l-Artikolu 48: Ir-restawr tal-potenzjal tal-forestrija u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni

226

L-Artikolu 21(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

8

L-Artikolu 36(b)(vii) u l-Artikolu 49: Investimenti mhux produttivi

227

L-Artikolu 21(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

8

L-Artikolu 52(a)(i) u l-Artikolu 53: Diversifikazzjoni f’attivitajiet mhux agrikoli

311

L-Artikoli 19(1)(a)(ii) u 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

6

L-Artikolu 52(a)(ii) u l-Artikolu 54: Appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp tan-negozju

312

L-Artikoli 19(1)(a)(ii) u 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

6

L-Artikolu 52(a)(iii) u l-Artikolu 55: Inkoraġġiment tal-attivitajiet turistiċi

313

L-Artikoli 19(1)(a)(ii), 19(1)(b), 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

6

6

7

16

L-Artikolu 52(b)(i) u l-Artikolu 56: Servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali

321

L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

7

L-Artikolu 52(b)(ii): Tiġdid u żvilupp tal-irħula

322

L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

7

L-Artikolu 53(b)(iii) u l-Artikolu 57: Il-konservazzjoni u t-titjib tal-wirt rurali

323

L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

7

L-Artikolu 52(c) u l-Artikolu 58: Taħriġ u informazzjoni

331

L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

1

L-Artikolu 52(d) u l-Artikolu 59: Akkwiżizzjoni ta’ ħiliet, animazzjoni u implimentazzjoni

341

/

/

L-Artikolu 63(a): Strateġiji ta’ żvilupp lokali

41 (411, 412, 413)

L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

19

L-Artikolu 63(b): L-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni

421

L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

19

L-Artikolu 63(c): It-tmexxija tal-grupp ta’ azzjoni lokali, akkwiżizzjoni ta’ ħiliet u animazzjoni tat-territorju

431

L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

19

Il-Kapitolu II tat-Titolu IV: Assistenza teknika

511

L-Artikoli 51 sa 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Assistenza teknika u netwerking

20

L-Artikolu 19(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Pagamenti annwali lil bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema tal-bdiewa żgħar

6

L-Artikolu 36(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Assigurazzjoni fuq l-uċuħ tar-raba’, l-annimali u l-pjanti

17

L-Artikolu 36(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi avversi, mard tal-annimali u tal-pjanti, infestazzjonijiet tal-pesti u inċidenti ambjentali

17

L-Artikolu 36(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul

17


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni għall-miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 718/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jew fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Miżuri skont ir-Regolament (KE) Nru 718/2007

Kodiċijiet fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2007 sal-2013

Miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Kodiċijiet fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014 sal-2020

L-Artikolu 171(2)(a) u l-Artikolu 174: Investimenti f’azjendi agrikoli għar-ristrutturar u t-titjib skont standards Komunitarji

101

L-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

4

L-Artikolu 171(2)(c) u l-Artikolu 176: Investimenti fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-agrikoltura u tas-sajd sabiex jiġu rristrutturati dawk l-attivitajiet u jiġu mtejba għal standards Komunitarji

103

L-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

4

L-Artikolu 171(3)(b) u l-Artikolu 178: Preparazzjoni u implimentazzjoni tal-istrateġiji lokali tal-iżvilupp rurali

202

L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

19

L-Artikolu 171(4)(a) u l-Artikolu 179: It-titjib u l-iżvilupp tal-infrastruttura rurali

301

L-Artikolu 20(1)(b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

7

L-Artikolu 171(4)(b) u l-Artikolu 180: Id-diversifikazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi rurali

302

L-Artikoli 19(1)(a)(ii) u 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

6

L-Artikolu 182: Assistenza teknika

501

L-Artikoli 51 sa 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Assistenza teknika u netwerking

20


31.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 808/2014

tas-17 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 12, l-Artikolu 14(6), l-Artikolu 41, l-Artikoli 54(4) u 66(5), l-Artikolu 67, l-Artikoli 75(5) u, 76(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistabbilixxi regoli ġenerali li jirregolaw l-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jikkumplementaw id-dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment stabbiliti fit-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Sabiex jiġi żgurat li l-qafas legali l-ġdid stabbilit minn dawk ir-Regolamenti jopera bla xkiel u japplika b’mod uniformi, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta ċerti regoli għall-implimentazzjoni tiegħu.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-programmi għall-iżvilupp rurali, ibbażati b’mod partikolari fuq ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Għandu jiġi stabbilit ukoll liema minn dawk ir-regoli dwar il-preżentazzjoni japplikaw ukoll għal programmi ddedikati għal strumenti konġunti għal garanziji u titolizzazzjoni mingħajr limitu massimu li jipprovdu solliev kapitali implimentati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) kif hemm referenza fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Ir-regoli dwar il-kontenut tal-oqfsa nazzjonali għandhom ikunu stipulati wkoll.

(3)

Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-iskedi taż-żmien għall-approvazzjoni tal-oqfsa nazzjonali.

(4)

Għas-sistematizzazzjoni tal-emendi tal-programmi tal-iżvilupp rurali, għandhom jiġu stabbiliti regoli għas-sottomissjoni tagħhom kif ukoll għall-frekwenza tal-emendi. Dan għandu jsir sabiex, kemm jista’ jkun, jitnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li jippermetti l-flessibbiltà għal emerġenzi u sitwazzjonijiet speċifiċi ddefiniti b’mod ċar.

(5)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-emendi fl-oqfsa nazzjonali, inklużi regoli dwar it-twaqqit u b’mod partikolari biex tiġi ffaċilitata l-emenda tal-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom programmi reġjonali.

(6)

Sabiex jiġi żgurat l-użu tajjeb tar-riżorsi tal-FAEŻR, għandhom jiġu stabbiliti sistemi ta’ kupuni jew sistemi ekwivalenti għall-pagament tal-kostijiet tal-parteċipanti għal azzjonijiet ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni sabiex jiġi żgurat li n-nefqa rimborżata tkun marbuta b’mod ċar ma’ azzjoni speċifika u eliġibbli ta’ taħriġ jew ta’ trasferiment ta’ għarfien mogħtija lill-parteċipant.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li jintgħażel il-fornitur tas-servizz li joffri l-aħjar valur għall-ħlas, l-għażla ta’ awtoritajiet jew korpi li qed joffru servizzi konsultattivi għandha ssegwi r-regoli tal-akkwist pubbliku nazzjonali applikabbli.

(8)

Billi l-pagamenti finali għandhom jingħataw biss ladarba jkun hemm implimentazzjoni korretta tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju, għandhom jiġu stabbiliti parametri komuni għal valutazzjonijiet bħal dawn. Barra minn hekk, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal bdiewa żgħażagħ li jkunu qed jiftħu n-negozju tagħhom għall-ewwel darba għal miżuri oħrajn li jaqgħu taħt il-miżura tal-farms u l-iżvilupp tan-negozju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-kopertura ta’ diversi miżuri fil-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju, kif ukoll għall-proċedura ta’ approvazzjoni tal-applikazzjonijiet relatati.

(9)

L-Istati Membri għandhom jitħallew jikkalkolaw l-appoġġ għall-impenji li jaqgħu taħt il-miżuri agroambjentali klimatiċi, il-biedja organika u t-trattament xieraq tal-annimali abbażi ta’ unitajiet oħrajn minbarra dawk stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 minħabba n-natura speċifika ta’ dawk l-impenji. Għandhom jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tal-konformità mal-ammonti massimi permissibbli, l-eċċezzjoni għall-pagamenti għal kull unità ta’ bhejjem fil-farms u r-rati ta’ konverżjoni għal kategoriji differenti ta’ annimali għal unitajiet ta’ bhejjem fil-farms.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu tal-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf għall-miżuri msemmijin fl-Artikoli minn 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 isir b’mod trasparenti u verifikabbli, għandhom jiġu stabbiliti ċerti elementi komuni għall-kalkolu li jkunu japplikaw fl-Istati Membri kollha.

(11)

Sabiex jiġi evitat kumpens u piż amministrattiv żejjed, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-kombinament ta’ ċerti miżuri.

(12)

Ir-regoli dwar il-bidu tal-operat tan-netwerks rurali nazzjonali, kif ukoll dwar l-istruttura tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat li n-netwerks ikunu jistgħu joperaw b’mod effiċjenti u fil-ħin sabiex jakkumpanjaw l-implimentazzjoni tal-programmi.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni u pubbliċità dwar l-attivitajiet ta’ żvilupp rurali li jibbenefikaw minn appoġġ mill-FAEŻR, l-Awtorità Maniġerjali għandha responsabbiltajiet x’taqdi li għandhom ikomplu jiġu speċifikati f’dan ir-Regolament. L-Awtorità Maniġerjali għandha tissistemizza l-isforzi ġenerali tagħha marbutin mal-informazzjoni u l-pubbliċità fi strateġija, u billi ttella’ websajt unika jew portal tal-websajts uniku biex iżżid l-għarfien dwar l-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp rurali u ssaħħaħ l-aċċessibbiltà u t-trasparenza tal-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament. Għandha ssir dispożizzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji li għandhom jinfurmaw dwar l-appoġġ disponibbli għall-proġetti tagħhom.

(14)

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif tas-sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, għandhom jiġu definiti l-elementi komuni ta’ dik is-sistema inklużi l-indikaturi u l-pjan ta’ evalwazzjoni.

(15)

Għandhom jiġu stabbiliti l-elementi ċentrali tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u r-rekwiżiti minimi għall-pjan ta’ evalwazzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ programmi tal-iżvilupp rurali, proċeduri u skedi ta’ żmien għall-approvazzjoni u l-emenda ta’ programmi tal-iżvilupp rurali u oqfsa nazzjonali, il-kontenut tal-oqfsa nazzjonali, l-informazzjoni u l-pubbliċità għall-programmi tal-iżvilupp rurali, l-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u r-rapportar.

Artikolu 2

Il-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-oqfsa nazzjonali

Il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali kif inhu stipulat fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, tal-programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti għal garanziji u titolizzazzjoni bla limitu li jipprovdu solliev kapitali implimentati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) kif hemm referenza fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tal-oqfsa nazzjonali kif hemm referenza fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandha tiġi stabbilita skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-adozzjoni ta’ oqfsa nazzjonali

L-oqfsa nazzjonali kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jiġu adottati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 4

Emendi tal-programmi tal-iżvilupp rurali

1.   Il-proposti biex jiġu emendati l-programmi tal-iżvilupp rurali u l-programmi speċifiċi għat-twaqqif u l-operat ta’ netwerks rurali nazzjonali għandhom jinkludu, b’mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip ta’ emenda li qed tiġi proposta;

(b)

ir-raġunijiet u/jew il-problemi fl-implimentazzjoni li jiġġustifikaw l-emenda;

(c)

l-effetti mistennija tal-emenda;

(d)

l-impatt tal-bidla fuq l-indikaturi;

(e)

ir-relazzjoni bejn il-bidla u l-Ftehim ta’ Sħubija li hemm referenza għalih fil-Kapitolu II tat-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

2.   L-emendi fil-programm tat-tip li hemm referenza għalih fl-Artikolu 11(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ma jistgħux jiġu proposti aktar minn tliet darbiet tul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

Tista’ titressaq proposta għal emenda waħda għat-tipi l-oħrajn kollha ta’ emendi f’daqqa għal kull sena kalendarja u għal kull programm, bl-eċċezzjoni tas-sena 2023 f’liema sena tista titressaq aktar minn proposta waħda għall-emendi li jikkonċernaw b’mod esklussiv l-adattament tal-pjan ta’ finanzjament, inkluż kull tibdil li jirriżulta fil-pjan indikatur.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx japplikaw:

(a)

f’każ li hemm il-ħtieġa li jittieħdu miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi rikonoxxuti formalment mill-awtorità kompetenti pubblika nazzjonali; jew

(b)

f’każ li hija meħtieġa emenda wara bidla fil-qafas legali tal-Unjoni; jew

(c)

wara l-analiżi tal-prestazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 21 tar-Regoalment (UE) Nru 1303/2013; jew

(d)

f’każ ta’ bidla fil-kontribuzzjoni ppjanata tal-FAEŻR għal kull sena li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8(1)(h)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li tirriżulta minn żviluppi fit-tqassim annwali tal-Istati Membri kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 58(7) ta’ dak ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-aħħar emenda tal-programm tagħhom tat-tip imsemmi fl-Artikolu 11(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2020.

Tipi oħra ta’ emendi ta’ programmi għandhom jitressqu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2023.

4.   Meta emenda fil-programm tibdel kwalunkwe parti mid-dejta li tkun inkluża fit-tabella tal-qafas nazzjonali msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-approvazzjoni tal-emenda tal-programm għandha tikkostitwixxi approvazzjoni tar-reviżjoni korrispondenti ta’ dik it-tabella.

Artikolu 5

Emenda tal-oqfsa nazzjonali

1.   L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Artikolu 4(1)(b) u (c) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-emendi tal-oqfsa nazzjonali.

2.   L-Istati Membri li għażlu li jissottomettu oqfsa nazzjonali li jinkludu t-tabella msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistgħu jissottomettu emendi tal-qafas nazzjonali li jikkonċernaw dik it-tabella lill-Kummissjoni, filwaqt li jqisu l-livell ta’ implimentazzjoni tad-diversi programmi tagħhom.

3.   Wara li tapprova l-emendi msemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadatta l-pjanijiet ta’ finanzjament msemmijin fl-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-programmi kkonċernati mat-tabella riveduta, diment li:

(a)

ma tinbidilx il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull programm tul il-perjodu kollu ta’ programmazzjoni;

(b)

ma tinbidilx l-allokazzjoni totali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat;

(c)

ma jinbidilx it-tqassim annwali tal-programm għas-snin ta’ qabel is-sena ta’ reviżjoni;

(d)

tiġi rispettata l-allokazzjoni annwali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat;

(e)

it-total ta’ finanzjament mill-FAEŻR għal miżuri relatati mal-ambjent u l-klima kif stipulat fl-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa rrispettat.

4.   Ħlief f’każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali jew avvenimenti katasrofiċi formalment rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti pubblika nazzjonali, bidliet fil-qafas legali, jew bidliet li jirriżultaw mill-analiżi tal-prestazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, talbiet għall-emenda tal-qafas nazzjonali li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu sottomessi darba biss għal kull sena kalendarja qabel l-1 ta’ April. Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2), bidliet fil-programmi li jirriżultaw minn reviżjoni ta’ dan it-tip jistgħu jsiru b’żieda ma’ proposta waħda għal emenda sottomessa għall-istess sena.

5.   L-att ta’ implimentazzjoni li japprova l-emenda għandu jiġi adottat fil-waqt propizju biex ikunu jistgħu jsiru l-emendi fil-baġit rispettiv qabel tmiem is-sena li fiha tkun ġiet sottomessa r-reviżjoni.

Artikolu 6

Transferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-possibbiltà li jkopru n-nefqa marbuta mal-kostijiet tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż għal kull jum tal-parteċipanti fit-trasferiment tal-għarfien u l-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kif ukoll il-kostijiet relatati għas-sostituzzjoni tal-bdiewa permezz ta’ sistema ta’ kupuni jew sistemi oħra b’effett ekwivalenti.

2.   B’rabta mas-sistemi msemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistipulaw li:

(a)

il-perjodu ta’ validità tal-kupuni jew l-ekwivalenti ma jistax jaqbeż is-sena;

(b)

ir-regoli biex jinkisbu l-kupuni jew l-ekwivalenti, b’mod partikolari, għandhom ikunu marbutin ma’ azzjoni speċifika;

(c)

id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom il-kupuni jistgħu jiġu rimburżati lil min jipprovdi azzjoni ta’ taħriġ jew trasferiment ta’ għarfien u informazzjoni.

Artikolu 7

Għażla ta’ awtoritajiet jew korpi li joffru servizzi ta’ konsultazzjoni

Is-sejħiet għall-offerti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom isegwu r-regoli tal-akkwist pubbliku nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. Dawn għandhom jikkunsidraw kif xieraq il-livell ta’ kisba mill-applikanti tal-kwalifiki msemmijin f’dak l-Artikolu.

Artikolu 8

Pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-progress tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19(4) ta’ dak ir-Regolament, f’każ ta’ appoġġ skont l-Artikolu 19(1)(a)(i) u (ii) ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward ta’ implimentazzjoni kif suppost tal-azzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014. (3)

2.   Fil-każ ta’ appoġġ skont l-Artikolu 19(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li fih il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jirreferi għall-użu ta’ miżuri oħrajn ta’ żvilupp rurali skont dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-approvazzjoni tal-applikazzjoni għall-appoġġ tagħti wkoll aċċess għall-appoġġ skont dawk il-miżuri. Meta Stat Membru jagħmel użu minn dik il-possibbiltà, għandu jistipula li l-applikazzjoni għall-appoġġ tforni l-informazzjoni neċessarja biex l-eliġibbiltà tiġi vvalutata skont dawk il-miżuri.

Artikolu 9

Konverżjoni tal-unitajiet

1.   Fejn l-impenji skont l-Artikoli 28, 29 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huma espressi f’unitajiet differenti minn dawk stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw il-pagamenti abbażi ta’ dawk l-unitajiet l-oħra. F’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li il-konformità mal-ammonti massimi fis-sena eliġibbli għall-appoġġ mill-FAEŻR u stipulati f’dak l-Anness.

2.   Ħlief għal pagamenti għal impenji għat-trobbija ta’ razez lokali f’perikolu li jinqerdu mill-biedja msemmijin fl-Artikolu 28(10)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-pagamenti skont l-Artikoli 28, 29 u 34 ta’ dak ir-Regolament ma jistgħux jingħataw għal kull unità ta’ bhejjem tal-farm.

Ir-rati ta’ konverżjoni tad-diversi kategoriji ta’ annimali għal unitajiet ta’ bhejjem tal-farm huma stipulati fl-Anness II.

Artikolu 10

Suppożizzjoni standard tal-kostijiet addizzjoni u tad-dħul mitluf

1.   L-Istati Membri jistgħu jiffissaw l-ammont tal-pagamenti għall-miżuri jew it-tipi ta’ operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikoli minn 28 sa 31 u fl-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 abbażi tas-suppożizzjonijiet standard tal-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli u l-pagamenti korrispondenti msemmijin fil-paragrafu 1:

(a)

jinkludu biss elementi li jkunu verifikabbli;

(b)

ikunu bbażati fuq ċifri stabbiliti permezz tal-kompetenzi xierqa;

(c)

jindikaw b’mod ċar is-sors taċ-ċifri użati;

(d)

ikunu diffrenzjati biex jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-siti reġjonali jew lokali u l-użu proprju tal-art, fejn dan ikun applikabbli;

(e)

ma jinkludux elementi marbutin mal-kostijiet tal-investimenti.

Artikolu 11

Kombinament ta’ impenji u kombinament ta’ miżuri

1.   Diversi impenji agroambjentali klimatiċi skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-impenji marbutin mal-biedja organika skont l-Artikolu 29 ta’ dak ir-Regolament, l-impenji marbutin mat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament u l-impenji forestali ambjentali u klimatiċi skont l-Artikolu 34 ta’ dak ir-Regolament jistgħu jistgħu jiġu kkombinati diment li dawn ikunu komplementari u kompatibbli. L-Istati Membri għandhom jehmżu l-lista ta’ kombinamenti permissibbli mal-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom.

2.   Meta miżuri jew impenji differenti taħt l-istess miżuri jew miżuri differenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 jiġu kkombinati biex jiġi determinat il-livell ta’ appoġġ, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw id-dħul mitluf speċifiku u l-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-kombinament.

3.   Meta operazzjoni taqa’ taħt żewġ miżuri jew iktar jew taħt żewġ tipi ta’ operazzjonijiet differenti jew aktar, l-Istati Membri jistgħu jattribwixxu n-nefqa għall-miżura dominanti jew għat-tip ta’ operazzjoni dominanti. Għandha tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni speċifika tal-miżura dominanti jew tat-tip ta’ operazzjoni dominanti

Artikolu 12

Netwerk rurali nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw l-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-bidu tal-pjan ta’ azzjoni tiegħu sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-programm tal-żvilupp rurali jew il-programm speċifiku għal-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali, kif applikabbli.

2.   L-istruttura meħtieġa għall-operat tan-netwerk rurali nazzjonali għandha tkun stabbilita jew mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew reġjonali jew inkella b’mod estern, b’għażla permezz ta’ proċeduri ta’ offerti jew kombinament tat-tnejn. Bħala minimu dik l-istruttura għandha tkun tista’ twettaq l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 54(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

3.   Meta Stat Membru jkun għażel programm speċifiku għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali, dak il-programm għandu jinkludi l-elementi msemmijin fil-Parti 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Informazzjoni u pubbliċità

1.   L-Awtorità Maniġerjali għandha tissottometti strateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità, kif ukoll kull emenda tagħha lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ għall-informazzjoni. L-istrateġija ma għandhiex tkun sottomessa aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni tal-programm tal-iżvilupp rurali. L-Awtorità Maniġerjali għandha tgħarraf lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-inqas darba f’sena dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-informazzjoni u l-pubbliċità u dwar l-analiżi tagħha tar-riżultati, kif ukoll dwar l-informazzjoni u l-pubbliċità ppjanati li jridu jitwettqu fis-sena ta’ wara.

2.   Fl-Anness III hemm stipulati regoli dettaljati dwar ir-responsabbiltajiet tal-Awtorità Maniġerjali u l-benefiċjarji li jikkonċernaw informazzjoni u pubbliċità.

Artikolu 14

Sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni

1.   Is-sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

loġika ta’ intervent li turi l-interazzjonijiet bejn il-prijoritajiet, l-oqsma ta’ fokus u l-miżuri;

(b)

sett ta’ indikaturi komuni tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni, inklużi l-indikaturi li għandhom jintużaw għat-twaqqif ta’ miri kwantifikati b’rabta ma’ oqsma ta’ fokus tal-iżvilupp rurali u sett ta’ indikaturi predefiniti għall-analiżi tal-prestazzjoni;

(c)

kwistjonijiet komuni ta’ evalwazzjoni, kif stipulat fl-Anness V;

(d)

il-ġbir, il-ħżin u t-trażmissjoni tad-dejta;

(e)

rapportar regolari dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni;

(f)

il-pjan ta’ evalwazzjoni;

(g)

l-evalwazzjonijiet ex ante u ex post u l-attivitajiet l-oħrajn kollha ta’ evalwazzjoni marbuta mal-programm tal-iżvilupp rurali, inklużi dawk meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti miżjudin tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-2017 u l-2019 li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 50(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 75(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(h)

appoġġ li jippermetti l-atturi kollha responsabbli mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

2.   Is-sett komuni ta’ indikaturi tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni għall-politika tal-iżvilupp rurali huwa stipulat fl-Anness IV. Dak l-Anness jidentifika wkoll l-indikaturi li ser jintużaw għat-tfassil ta’ miri kwantifikati b’rabta mal-oqsma ta’ fokus tal-iżvilupp rurali. Sabiex jiġu stabbiliti l-kisbiet u l-miri ewlenin tal-qafas tal-prestazzjoni msemmijin fil-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Istat Membru għandu jew juża indikaturi tal-prestazzjoni predefiniti stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jew jissostitwixxi u/jew iżid dawn l-indikaturi b’indikaturi tal-prestazzjoni relevanti oħrajn definiti fil-programm tal-iżvilupp rurali.

3.   Id-dokumenti ta’ appoġġ tekniku li huma stipulati fl-Anness VI għandhom jiffurmaw parti mis-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

4.   Għat-tipi ta’ operazzjonijiet li għalihom tkun identifikata kontribuzzjoni għall-oqsma ta’ fokus msemmijin fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (2)(a), l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punti (5)(a) sa (d), u l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fit-tabella li tikkonċerna l-punt 11(c) tal-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ir-rekord elettroniku tal-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jinkludi marka(i) għall-identifikazzjoni ta’ dawk il-każijiet li fihom l-operazzjoni jkollha komponent li jikkontribwixxi għal qasam ta’ fokus wieħed jew aktar.

Artikolu 15

Rapport annwali ta’ implimentazzjoni

Il-preżentazzjoni tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 hija stabbilita fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Pjan ta’ Evalwazzjoni

Ir-rekwiżiti minimi għall-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huma stipulati fil-punt 9 tal-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

PARTI 1

Preżentazzjoni tal-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali

1.   Titlu tal-programm tal-iżvilupp rurali (PŻR)

2.   Stat Membru jew reġjun amministrattiv

(a)

Żona ġeografika koperta mill-programm.

(b)

Klassifikazzjoni tar-reġjun.

3.   Evalwazzjoni ex ante

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(a)

Deskrizzjoni tal-proċess, inklużi t-twaqqit tal-avvenimenti prinċipali u r-rapporti intermedjarji b’rabta mal-istadji ewlenin tal-iżvilupp tal-PŻR.

(b)

Tabella strutturata li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex ante u kif dawn ġew indirizzati.

(c)

Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex ante komplut (inklużi r-rekwiżiti tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (“SEA” - Strategic Environmental Assessment) għandu jinhemeż mal-PŻR.

4.   Preġji, dgħufijiet, opportunitajiet u theddid (“SWOT” - Strengths, weaknesses, opportunities and threats) u identifikazzjoni tal-bżonnijiet

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(a)

Analiżi SWOT li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

(i)

deskrizzjoni ġenerali komprensiva tas-sitwazzjoni attwali tal-qasam ta’ programmazzjoni, ibbażata fuq indikaturi tal-kuntest komuni u speċifiku għall-programmi u fuq informazzjoni kwalitattiva aġġornata oħra;

(ii)

il-preġji identifikati fil-qasam ta’ programmazzjoni;

(iii)

id-dgħufijiet identifikati fil-qasam ta’ programmazzjoni;

(iv)

l-opportunitajiet identifikati fil-qasam ta’ programmazzjoni;

(v)

it-theddid identifikat fil-qasam ta’ programmazzjoni;

(vi)

tabella strutturata li tinkludi d-dejta għall-indikaturi tal-kuntest komuni u speċifiku għall-programmi.

(b)

Valutazzjoni tal-bżonnijiet, ibbażata fuq evidenza mill-analiżi SWOT, għal kull prijorità tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (minn hawn ‘il quddiem “prijorità”) u qasam ta’ fokus u t-tliet objettivi trasversali (l-ambjent, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ta’ Natura 2000 skont il-Qafas ta’ Azzjoni Prijoritizzat (1), il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-innovazzjoni).

5.   Deskrizzjoni tal-istrateġija

(a)

Ġustifikazzjoni tal-bżonnijiet magħżulin biex jiġu indirizzati mill-PŻR, u l-għażla ta’ objettivi, prijoritajiet, oqsma ta’ fokus u t-twaqqif tal-miri abbażi ta’ evidenza mill-analiżi SWOT u mill-valutazzjoni tal-bżonnijiet. Fejn ikun relevanti, għandu jkun hemm ġustifikazzjoni tas-sottoprogrammi tematiċi inklużi fil-programm. Il-ġustifikazzjoni għandha turi b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(1)(c)(i) u (iv) tar-Regolament (EU) Nru 1305/2013.

(b)

Il-kombinament u l-ġustifikazzjoni tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għal kull qasam ta’ fokus, inkluża l-ġustifikazzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-miżuri u l-adegwatezza tar-riżorsi finanzjarji meta mqabblin mal-miri stabbiliti, kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-kombinament tal-miżuri inklużi fil-loġika ta’ intervent għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza mill-analiżi SWOT u l-ġustifikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-bżonnijiet imsemmijin fil-punt (a).

(c)

Deskrizzjoni ta’ kif ikunu ser jiġu indirizzati l-objettivi trasversali, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Artikolu 8(1)(c)(v) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(d)

Tabella ta’ sommarju tal-loġika ta’ intervent li turi l-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus magħżulin għall-PŻR, il-miri kkwantifikati, u t-taħlit tal-miżuri li għandhom jintużaw biex jintlaħqu, inkluża n-nefqa ppjanata. It-tabella ta’ sommarju għandha tiġi ġġenerata b’mod awtomatiku mill-informazzjoni mogħtija fil-punt 5(b) u l-punt 11, bl-użu tal-karatteristiċi tas-sistema elettronika tal-iskambju tad-dejta (“SFC2014”) imsemmija fl-Artikolu 4(a) u (b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 (2).

(e)

Deskrizzjoni tal-kapaċità konsultattiva biex jiġi żgurat li jingħataw pariri u appoġġ adegwati għar-rekwiżiti regolatorji u għall-azzjonijiet marbutin mal-innovazzjoni biex jintwerew il-miżuri meħudin kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

6.   Valutazzjoni tal-kundizzjonalitajiet ex ante li jinkludu t-tabelli strutturati li ġejjin:

(a)

Informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-applikabbiltà tal-kundizzjonalitajiet ex ante.

(b)

Għal kull kundizzjonalità applikabbli ex ante ġenerali u marbuta mal-prijoritajiet, f’tabella waħda:

(i)

valutazzjoni ta’ jekk intlaħqitx u;

(ii)

lista ta’ prijoritajiet/oqsma ta’ fokus u miżuri li għalihom tapplika l-kundizzjonalità. Lista indikattiva tal-prijoritajiet/oqsma ta’ fokus u l-miżuri ta’ relevanza partikolari għal kull kundizzjonalità ex ante hija stipulata fil-Parti 4;

(iii)

lista tal-kriterji relevanti, kif ukoll valutazzjoni ta’ jekk dawn intlaħqux;

(iv)

referenzi għall-istrateġiji, l-atti legali jew dokumenti relevanti oħra, inklużi referenzi għat-taqsimiet relevanti, l-artikli li jiddokumentaw it-twettiq ta’ kriterju partikolari.

(c)

Żewġ tabelli separati, waħda għall-kundizzjonalitajiet ex ante applikabbli ġenerali u l-oħra għal dawk marbutin mal-prijoritajiet li totalment ma ġewx issodisfati jew li ma ġewx issodisfati parzjalment, u dawn iż-żewġ tabelli jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(i)

identifikazzjoni tal-kriterji mhux milħuqin;

(ii)

l-azzjonijiet li jridu jittieħdu biex jintlaħaq kull wieħed minn dawk il-kriterji;

(iii)

l-iskadenzi għal dawn l-azzjonijiet; u

(iv)

il-korpi responsabbli biex dawn jintlaħqu.

7.   Deskrizzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għall-istrumenti konġunti implimentati mill-BEI msemmijin fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(a)

Fejn ikun relevanti, informazzjoni dwar l-għażla tal-indikaturi kif inhu stipulat fl-Artikolu 14(2), tal-kisbiet ewlenin, tal-istadji prinċipali tal-implimentazzjoni, kif ukoll tal-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni. It-tfassil tal-miri għandu jiġi ġġustifikat mill-istrateġija, skont il-punt 5(a).

(b)

Tabella li għal kull prijorità tistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni, u għal kull indikatur:

(i)

il-miri għall-2023. Il-miri ma għandhomx iqisu l-finanzjament nazzjonali addizzjonali, kif imsemmi fil-punt 12, u l-għajnuna mill-istat fil-forma ta’ finanzjament addizzjonali nazzjonali, kif imsemmi fil-punt 13;

(ii)

il-kisbiet ewlenin għall-2018 ibbażati fuq il-miri.

F’każ li l-ammont totali tal-ammont tal-FAEŻR allokat għar-riżerva ta’ prestazzjoni jkun differenti mid-distribuzzjoni prorata (3) tal-allokazzjoni nazzjonali totali tar-riżerva ta’ prestazzjoni tal-FAEŻR fil-ftehim ta’ sħubija għall-programmi nazzjonali u reġjonali kollha, bl-eċċezzjoni tal-programmi nazzjonali ddedikati għall-istrumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u programmi speċifiċi għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ġustifikazzjoni tal-ammont tal-allokazzjoni għar-riżerva ta’ prestazzjoni.

8.   Deskrizzjoni tal-miżuri magħżulin

(1)

Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali applikati għal aktar minn miżura waħda inklużi, meta jkun relevanti, definizzjoni ta’ żona rurali, xenarji ta’ referenza, kundizzjonalità, użu previst għall-istrumenti finanzjarji, użu previst għall-avvanzi u dispożizzjonijiet komuni għall-investimenti, inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Fejn relevanti, il-lista ta’ taħlitiet permessi ta’ impenji msemmijin fl-Artikolu 11(1) għandha tkun mehmuża mal-PŻR.

(2)

Deskrizzjoni skont il-miżura li tinkludi:

(a)

bażi legali.

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-miżura li tinkludi l-loġika ta’ intervent tagħha u l-kontribut għall-oqsma ta’ fokus u l-objettivi trasversali.

(c)

il-kamp ta’ applikazzjoni, il-livell ta’ appoġġ, il-benefiċjarji eliġibbli, u fejn tkun relevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont jew tar-rata ta’ appoġġ imqassmin skont is-sottomiżura u/jew it-tip ta’ operazzjoni, fejn dan ikun neċessarju. Għal kull tip ta’ operazzjoni, l-ispeċifikazzjoni tal-kostijiet eliġibbli, il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, l-ammonti applikabbli u r-rati ta’ appoġġ u l-prinċipji fir-rigward tat-twaqqif tal-kriterji tal-għażla.

(d)

deskrizzjoni tal-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri u/jew tat-tipi ta’ operazzjonijiet:

(i)

ir-riskju/i fl-implimentazzjoni tal-miżuri u/jew it-tip ta’ operazzjonijiet;

(ii)

l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni;

(iii)

il-valutazzjoni ġenerali tal-miżura u/jew it-tip ta’ operazzjonijiet.

Għall-miżura skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. id-deskrizzjoni għandha tinkludi tabella li turi r-relazzjoni bejn l-impenji agroambjentali klimatiċi u l-metodi tal-verifika u l-kontroll tagħhom.

(e)

deskrizzjoni speċifika għal kull miżura u/jew tip ta’ operazzjoni kif jidher hawn taħt:

1.   Azzjonijiet ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni (Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

definizzjoni tal-kapaċitajiet xierqa tal-korpi li jipprovdu servizzi ta’ trasferiment tal-għarfien biex iwettqu l-kompiti tagħhom f’forma ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari;

definizzjoni tat-tul taż-żmien u l-kontenut ta’ skemi ta’ skambju tal-farms u tal-foresti u taż-żjarat kif stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014.

2.   Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-farms u servizzi ta’ solliev għall-farms (Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

prinċipji ġenerali biex jiġu żgurati riżorsi xierqa fil-forma ta’ persunal imħarreġ regolarment u kkwalifikat u esperjenza konsultattiva u affidabbiltà fir-rigward tal-qasam tal-konsulenza. Identifikazzjoni tal-elementi li l-konsulenza tkun ser tkopri.

3.   Skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

indikazzjoni ta’ skemi ta’ kwalità eliġibbli, inklużi skemi ta’ ċertifikazzjoni tal-farms, għall-prodotti agrikoli, il-qoton u l-oġġetti tal-ikel rikonoxxuti fil-livell nazzjonali u konferma li dawn l-iskemi ta’ kwalità ikunu qed jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

indikazzjoni ta’ skemi fakultattivi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli eliġibbli li huma rikonoxxuti mill-Istati Membri li jissodisfaw il-linji gwida tal-Unjoni dwar l-aħjar prattika.

4.   Investmenti f’assi fiżiċi (Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

definizzjoni ta’ investimenti mhux produttiviti;

definizzjoni ta’ investimenti kollettivi;

definizzjoni ta’ proġetti integrati;

definizzjoni u identifikazzjoni tas-siti eliġibbli ta’ Natura 2000 u żoni eliġibbli oħrajn ta’ valur naturali għoli;

deskrizzjoni tal-appoġġ immirat lejn l-farms f’konformità mal-analiżi SWOT imwettqa b’rabta mal-prijorità stipulata fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

lista ta’ rekwiżiti ġodda imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jekk jintlaħqu jingħata appoġġ skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

fejn relevanti, l-istandards minimi għall-effiċjenza enerġetika msemija fl-Artikolu 13(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014;

fejn relevanti, definizzjoni tal-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 13(e) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014.

5.   Żvilupp tal-farms u tan-negozji (Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

definizzjoni ta’ farm żgħir imsemmi fl-Artikolu 19(1)(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

definizzjoni tal-livelli limiti superjuri u inferjuri kif stipulat fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

kundizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ meta ma jkunux qed iwaqqfu n-negozju bħala kapijiet waħedhom ta’ azjenda f’konformità mal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014;

informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-perjodu tal-grazzja kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014;

sommarju tar-rekwiżiti tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju;

użu tal-possibbiltà li miżuri differenti jintużaw flimkien permezz tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju biex il-bidwi żgħażugħ jingħata aċċess għal dawk il-miżuri;

l-oqsma tad-diversifikazzjoni koperti.

6.   Servizzi bażiċi u żvelar tal-irħula f’żoni rurali (Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

Definizzjoni ta’ infrastruttura fuq skala żgħira, inkluża infrastruttura tat-turiżmu fuq skala żgħira kif imsemmi fl-Artikolu 20(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

jekk tkun applikabbli, deroga speċifika li tippermetti li jingħata appoġġ lil infrastruttura fuq skala akbar għal investiment fil-broadband u l-enerġija rinnovabbli;

l-istandards minimi għall-effiċjenza enerġetika kif inhu stipulat fl-Artikolu 13(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014;

definizzjoni tal-livelli limitu stipulati fl-Artikolu 13(e) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014.

7.   Investimenti fl-iżviupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti (Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

definizzjoni u ġustifikazzjoni tad-daqs tal-azjenda li meta jinqabeż l-appoġġ ser isir kundizzjonali għas-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti skont il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

definizzjoni ta’ “strument ekwivalenti”.

Tisġir u ħolqien ta’ msaġar

Identifikazzjoni tal-ispeċijiet, iż-żoni u l-metodi li għandhom jintużaw sabiex jiġi evitat tisġir mhux xieraq kif stipulat fl-Artikolu 6(a) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014, inkluża d-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żoni li fihom huwa previst tisġir kif stipulat fl-Artikolu 6(b) ta’ dak ir-Regolament;

definizzjoni tar-rekwiżiti ambjentali minimi kif stipulat fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru Nru 807/2014.

Twaqqif ta’ sistemi agroforestali

Speċifikazzjoni tan-numru minimu u massimu ta’ siġar li għandhom jitħawlu u, meta jkunu maturi, li jridu jinżammu, għal kull ettaru u l-ispeċijiet forestali li jridu jintużaw kif imsemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

indikazzjoni tal-benefiċċji ambjentali mistennija tas-sistemi appoġġjati.

Prevenzjoni u restawr ta’ ħsara kkawżata minn nirien forestali u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi

Fejn ikun relevanti, lista tal-ispeċijiet ta’ organiżmi dannużi għall-pjanti li jistgħu jikkawżaw diżastru;

identifikazzjoni taż-żoni forestali klassifikati li huma f’riskju medju sa għoli ta’ nirien forestali skont il-pjan relevanti ta’ protezzjoni tal-foresti;

f’każ ta’ azzjonijiet preventivi li jikkonċernaw il-pesti u l-mard, deskrizzjoni ta’ okkorrenza ta’ diżastru relevanti, appoġġjata minn evidenza xjentifika, inklużi, fejn xierqa, rakkomandazzjonijiet fuq l-indirizzar ta’ pesti u mard mingħand organizzazzjonijiet xjentifiċi.

Investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali

Definizzjoni tat-tipi ta’ investimenti eliġibbli u r-riżultat ambjentali mistenni tagħhom u/jew il-valur tal-kumdità pubblika.

8.   Twaqqif ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi (Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

Deskrizzjoni tal-proċedura uffiċjali għar-rikonoxximent tal-gruppi u l-organizzazzjonijiet.

9.   Agrikoltura-ambjent-klima (Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

Identifikazzjoni u definizzjoni tal-elementi tax-xenarju ta’ referenza relevanti; dan għandu jinkludi l-istandards obbligatorji relevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi stabbiliti skont l-Artikolu 4(1) (c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-rekwiżiti minimi relevanti għall-użu tal-fertilizzanti u tal-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti, u r-rekwiżiti obbligatorji relevanti oħrajn stabbiliti bil-liġi nazzjonali;

ir-rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti jridu jinkludu, fost l-oħrajn, il-Kodiċijiet ta’ Prattika Tajba introdotti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (6) għall-farms li jkunu barra żoni vulnerabbli għan-nitrat, u r-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tniġġis mill-fosfru; ir-rekwiżiti minimi għall-użu ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti jridu jinkludu, fost l-oħrajn, prinċipji ġenerali għall-ġestjoni integrata tal-pesti mdaħħlin bid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), rekwiżiti li jkollok liċenzja biex tuża l-prodotti u tilħaq l-obbligi tat-taħriġ, rekwiżiti dwar il-ħżin sikur, l-iċċekkjar tal-makkinarju ta’ applikazzjoni u regoli dwar l-użu ta’ pestiċidi qrib l-ilma u siti sensittivi oħrajn, stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali,

tabella li turi r-relazzjoni bejn l-impenji agroambjentali klimatiċi u l-prattiki tal-biedja relevanti tas-soltu, u l-elementi relevanti tal-livell ta’ referenza (elementi tal-linja bażi), jiġifieri kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin u rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni, rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-pestiċidi, rekwiżiti nazzjonali/reġjonali relevanti oħrajn, u attivitajiet minimi.

lista ta’ razez lokali li huma f’periklu li jinqerdu mill-biedja u tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti li huma mheddin mill-erożjoni ġenetika;

deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri agronomiċi inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza kif imsemmi fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn użat bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali, id-dħul predefinit li jirriżulta mill-impenn li jkun sar u l-livell tal-kostijiet tat-tranżazzjoni; fejn ikun relevanti, dik il-metodoloġija għandha tqis l-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, inkluż il-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju; fejn ikun xieraq, il-metodu ta’ konverżjoni użat għal unitajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

10.   Biedja organika (Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

Identifikazzjoni u definizzjoni tal-elementi ta’ xenarju ta’ referenza relevanti; dan għandu jinkludi l-istandards obbligatorji relevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi stipulati skont l-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ir-rekwiżiti minimi relevanti għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti, u r-rekwiżiti obbligatorji relevanti oħrajn stabbiliti bil-liġi nazzjonali;

Deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri agronomiċi inkluża deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn, użati bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali, id-dħul mitluf li jirriżulta mill-impenn meħud u l-livell tal-kostijiet tat-tranżazzjoni; fejn ikun relevanti, dik il-metodoloġija għandha tqis l-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, inkluż il-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju; fejn ikun xieraq, il-metodu ta’ konverżjoni użat għal unitajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

11.   Pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (Water Framework Directive - “WFD”) (Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

għal Natura 2000: iż-żoni magħżulin biex jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (8) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-obbligi għall-bdiewa li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ ġestjoni nazzjonali u/jew reġjonali korrispondenti;

f’każ li żoni ta’ protezzjoni tan-natura delimitati oħrajn b’restrizzjonijiet ambjentali jingħażlu sabiex jingħataw appoġġ fi ħdan din il-miżura, speċifikazzjoni tas-siti u l-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE;

għall-pagamenti tad-WFD: definizzjoni tal-bidliet ewlenin fit-tip ta’ użu tal-art u deskrizzjoni tar-rabtiet mal-programmi ta’ miżuri tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċir tax-xmara msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (“WFD”);

identifikazzjoni u definizzjoni tal-elementi ta’ bażi; għall-pagamenti ta’ Natura 2000, dan għandu jinkludi l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 94 u fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi stipulati fl-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; għall-pagamenti tad-WFD dan għandu jinkludi standards obbligatorji stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi kif stabbilit skont l-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

indikazzjoni tar-rabta bejn l-implimentazzjoni tal-miżura u l-Qafas ta’ Azzjoni Prijoritizzata (Art 8(4) tad-Direttiva 92/43/KEE);

identifikazzjoni tar-restrizzjonijiet/żvantaġġi li abbażi tagħhom jistgħu jingħataw il-pagamenti u indikazzjoni tal-prattiki obbligatorji;

id-deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet agronomiċi, inkluża deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u fl-Artikolu 30(4) ta’ dak ir-Regolament għad-Direttiva WFD użati bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżultaw mill-iżvantaġġi fiż-żoni kkonċernati relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u tal-WFD; fejn ikun relevanti, dik il-metodoloġija għandha tikkunsidra l-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent mogħtijin skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju.

12.   Pagamenti għal żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi (Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

definizzjoni tal-livell ta’ limitu massimu ta’ erja għal kull azjenda li abbażi tagħha l-Istat Membru jikkalkola d-degressività tal-pagamenti;

Deżinjazzjoni ta’ żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u oħrajn speċifiċi

deskrizzjoni tal-livell tal-unitajiet lokali applikat għad-deżinjazzjoni taż-żoni;

deskizzjoni tal-applikazzjoni tal-metodu, inklużi l-kriterji msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għad-delimitazzjoni tat-tliet kategoriji għaż-żoni msemmijin f’dak l-Artikolu, inklużi d-deskrizzjoni u r-riżultati tal-eżerċizzju għall-irfinar għal żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u oħrajn speċifiċi, barra miż-żoni muntanjużi.

13.   It-trattament xieraq tal-annimali (Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

definizzjoni u identifikazzjoni tar-rekwiżiti nazzjonali u tal-Unjoni li jikkorrispondu għall-istandards obbligatorji stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri agronomiċi/żootekniċi, inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn, użata bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali u d-dħul predeterminat li jirriżulta mill-impenn li jsir.

14.   Servizzi forestaliambjentali u klimatiċi u konservazzjoni tal-foresti (Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

Definizzjoni u ġustifikazzjoni tad-daqs tal-azjenda li meta jinqabeż l-appoġġ ikun kundizzjonali fuq is-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti;

definizzjoni ta’ “strument ekwivalenti”;

identifikazzjoni tar-rekwiżiti obbligatorji relevanti stabbiliti bl-att dwar il-foresti nazzjonali jew leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti oħra;

deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri, inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn, użati bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżulta mill-impenn li jsir.

15.   Kooperazzjoni (Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

Speċifikazzjoni tal-karatteristiċi tal-proġetti pilota, ir-raggruppamenti, in-netwerks, il-ktajjen tal-provvista qosra u s-swieq lokali.

16.   Ġestjoni tar-riskju (l-Artikoli 36, 37 u 38 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

Deskrizzjoni tal-mekkaniżmi biex jiġi żgurat li ma jingħatax kumpens żejjed.

Assigurazzjoni tal-għelejjel, l-annimali u l-pjanti

Id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet biex il-kuntratti ta’ assigurazzjoni jkunu eliġibbli għall-appoġġ, għandha tinkludi tal-inqas:

(a)

ir-riskji partikolari koperti mill-assigurazzjoni,

(b)

it-telf ekonomiku partikolari kopert;

ir-regoli li għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit il-kalkolu tal-proporzjon tal-produzzjoni annwali medja ta’ bidwi li tkun inqerdet.

Fondi mutwi għall-avvenimenti klimatiċi avversi, il-mard tal-annimali u tal-pjanti, l-infestazzjonijiet ta’ pesti u għall-inċidenti ambjentali

Prinċipji għall-arranġamenti tal-finanzjament, il-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwatarji, li għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a)

il-lista ta’ avvenimenti klimatiċi ħżiena, mard tal-pjanti jew tal-annimali, infestazzjonijiet tal-pesti jew inċidenti ambjentali li jistgħu jirriżultaw f’pagament ta’ kumpens lill-bdiewa, inkluż l-ambitu ġeografiku fejn dan ikun xieraq,

(b)

il-kriterji biex jiġi vvalutat jekk avveniment partikolari jkunx ser jirriżulta f’pagament ta’ kumpens lill-bdiewa,

(c)

il-metodi biex jiġu kkalkolati l-kostijiet addizzjonali li jikkostitwixxu telf ekonomiku,

(d)

il-kalkolu tal-kostijiet amministrattivi,

(e)

il-metodu li għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-kalkolu tal-proporzjon tal-produzzjoni annwali medja ta’ bidwi li tkun inqerdet,

(f)

kwalunkwe limitu għall-kostijiet li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja;

fejn is-sors tal-kumpens finanzjarju li jkollu jitħallas mill-fond mutwu jkun self kummerċjali, it-tul ta’ żmien massimu u minimu tas-self kummerċjali.

Għodda ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul

Il-prinċipji għall-arranġamenti tal-finanzjament, il-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, biex jingħataw pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa, li għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(g)

il-kalkolu tal-kostijiet amministrattivi,

(h)

ir-regoli li jridu jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-kalkolu tat-tnaqqis fid-dħul,

(i)

kwalunkwe limitu għall-kostijiet li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja;

fejn is-sors tal-kumpens finanzjarju li jkollu jitħallas mill-fond mutwu jkun self kummerċjali, it-tul ta’ żmien minimu u massimu tas-self kummerċjali.

17.   Żvilupp lokali bl-inzjattiva tal-Komunità (LEADER) (Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, Artikoli 43 u 44 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

deskrizzjoni tal-iżvilupp lokali obbligatorju mmexxi mill-komunità (minn hawn ‘il quddiem “CLLD” - “community-led local development”) li elementi minnu jikkostitwixxu l-miżura LEADER: appoġġ preparatorju, implimentazzjoni tal-operazzjonijiet skont l-istrateġija ta’ CLLD, preparazzjoni u implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali (minn hawn ‘il quddiem: local action group - “LAG”), il-kostijiet operazzjonali u l-animazzjoni, stipulati fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

deskrizzjoni tal-użu tal-kitt ta’ bidu LEADER kif stipulat fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 bħala tip speċifiku ta’ appoġġ preparatorju, jekk ikun relevanti;

deskrizzjoni tas-sistema għall-applikazzjoni kontinwa tal-proġetti ta’ kooperazzjoni LEADER kif inhu stipulat fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

il-proċedura u l-iskeda taż-żmien sabiex jintgħażlu strateġiji ta’ żvilupp lokali;

ġustifikazzjoni tal-għażla taż-żoni ġeografiċi għall-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ żvilupp lokali li l-popolazzjoni tagħhom taqbeż il-limiti stipulati fl-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

koordinazzjoni ma’ Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment oħrajn (minn hawn ‘il quddiem “ESI” - “European Structural and Investment”) fir-rigward tas-CLLD, inkluża soluzzjoni possibbli applikata fir-rigward tal-użu tal-għażla tal-fond prinċipali, u kwalunkwe komplimentarjetà globali bejn il-Fondi tal-ESI fil-finanzjament tal-appoġġ preparatorju;

il-possibbiltà li jitħallsu jew ma jitħallsux avvanzi;

definizzjoni tal-kompiti tal-Awtorità Maniġerjali, l-aġenzija tal-pagamenti u l-LAGs skont LEADER, partikolarment fir-rigward ta’ proċedura tal-għażla nondiskriminatorja u trasparenti u kriterji oġġettivi għall-għażla tal-operazzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 34(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi kkoordinati previsti u l-komplimentaritajiet żgurati b’operazzjonijiet appoġġjati permezz ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali oħrajn, partikolarment fir-rigward ta’:

investimenti f’attivitajiet mhux agrikoli u għajnuna għal negozji fil-bidu tagħhom skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013,

investimenti skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u

kooperazzjoni skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, partikolarment l-implimentazzjoni ta’ strateġiji għall-iżvilupp lokali minn sħubijiet pubbliċi privati.

9.   Pjan ta’ evalwazzjoni, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(1)   Objettivi u skop

Dikjarazzjoni tal-objettivi u l-iskop tal-pjan ta’ evalwazzjoni, ibbażat fuq l-iżgurar li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta’ evalwazzjoni xierqa, b’mod partikolari biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tal-programmi, għar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni fl-2017 u fl-2019 u l-evalwazzjoni ex-post, u biex jiġi żgurat li d-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni PŻR tkun disponibbli.

(2)   Governanza u koordinazzjoni

Deskrizzjoni fil-qosor tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-PŻR, b’identifikazzjoni tal-korpi prinċipali involuti u r-responsabbiltajiet tagħhom. Spjegazzjoni dwar kif l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni huma marbutin mal-implimentazzjoni tal-PŻR f’termini ta’ kontenut u twaqqit.

(3)   Suġġetti u attivitajiet ta’ evalwazzjoni

Deskrizzjoni indikattiva tas-suġġetti u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni antiċipati inkluż, iżda mhux limitat, għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din għandha tkopri:

(a)

l-attivitajiet prinċipali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kontribuzzjoni ta’ kull prijorità tal-PŻR tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-objettivi tal-iżvilupp stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament, valutazzjoni tal-valuri indikattivi tar-riżultati u tal-impatti, analiżi tal-effetti netti, kwistjonijiet tematiċi, inklużi sottoprogrammi, kwistjonijiet trasversali, netwerk rurali nazzjonali, kontribut tal-istrateġiji CLLD;

(b)

appoġġ ippjanat għal evalwazzjoni fil-livell tal-LAGs;

(c)

elementi speċifiċi għall-programmi bħax-xogħol meħtieġ biex jiġu żviluppati l-metodoloġiji jew biex jiġu indirizzati oqsma politiċi speċifiċi.

(4)   Dejta u informazzjoni

Deskrizzjoni qasira tas-sistema li tirreġistra, iżżomm, tiġġestixxi u tirrapporta informazzjoni statistika dwar l-implimentazzjoni tal-PŻR u l-għoti ta’ dejta ta’ monitoraġġ għall-evalwazzjoni. Identifikazzjoni tas-sorsi tad-dejta li għandhom jintużaw, il-lakuni fid-dejta, il-kwistjonijiet istituzzjonali potenzjali marbutin mal-għoti tad-dejta u s-soluzzjonijiet proposti. Din it-taqsima għandha turi li sistemi xierqa ta’ ġestjoni tad-dejta ser ikunu qed jiffunzjonaw fil-ħin propizju.

(5)   Skeda ta’ żmien

Punti prinċipali tal-perjodu ta’ programmazzjoni, u skeda indikattiva taż-żmien meħtieġ sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu disponibbli fil-waqt propizju.

(6)   Komunikazzjoni

Deskrizzjoni ta’ kif is-sejbiet mill-evalwazzjoni ser jitqassmu lir-riċevituri fil-mira, inkluża deskrizzjoni tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex ikun hemm segwitu tal-użu tar-riżultati ta’ evalwazzjoni.

(7)   Riżorsi

Deskrizzjoni tar-riżorsi meħtieġa u previsti biex jiġi implimentat il-pjan ta’ evalwazzjoni, inkluża indikazzjoni tal-kapaċità amministrattiva, id-dejta, ir-riżorsi finanzjarji u l-bżonnijiet tal-IT. Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ kapaċità tal-bini previsti sabiex jiġi żgurat li l-pjan ta’ evalwazzjoni jkun jista’ jiġi implimentat kompletament.

10.   Pjan ta’ finanzjament, li jinkludi fih tabelli strutturati separati li jistabbilixxu:

(a)   Il-kontribuzzjoni annwali tal-FAEŻR

(i)

għat-tipi kollha ta’ reġjuni stipulati fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013,

(ii)

għall-ammonti stipulati fl-Artikolu 59(4)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u l-fondi ttrasferiti għall-FAEŻR, kif inhu stipulat fl-Artikolu 58(6) ta’ dak ir-Regolament,

(iii)

għar-riżorsi allokati għar-riżerva ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(b)   Ir-rata ta’ kontribuzzjoni unika tal-FAEŻR għall-miżuri kollha mqassmin skont it-tip ta’ reġjun kif stipulat fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(c)   It-tqassim skont il-miżura jew it-tip ta’ operazzjoni b’rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR speċifika:

(i)

kontribuzzjoni totali tal-Unjoni, rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR, u tqassim indikattiv tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni skont il-qasam ta’ fokus (10),

(ii)

għall-miżuri msemmijin fl-Artikoli 17 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni riżervata għall-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 59(6) ta’ dak ir-Regolament,

(iii)

għall-assistenza teknika, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR użata skont l-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013,

(iv)

għan-nefqa relatata mal-impenji legali mal-benefiċjarji mġarrbin skont il-miżuri tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li ma għandhomx korrispondenza fil-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2014 u l-2020, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR.

Meta miżura jew tip ta’ operazzjoni b’rata speċifika ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR tikkontribwixxi għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 38(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, it-tabella għandha tindika b’mod separat ir-rati ta’ kontribuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji u għal operazzjonijiet oħrajn u ammont indikattiv tal-FAEŻR li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni ppjanata għall-istrument finanzjarju.

Għall-miżura mesmmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR riżervata għall-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 59(6) tar-Regolament tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ dak ir-Regolament.

(d)   Għal kull sottoprogramm, tqassim indikattiv skont il-miżura tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni skont il-miżura.

11.   Pjan ta’ indikazzjoni, li jinkludi fih tabelli strutturati separati li jistabbilixxu:

(a)

il-miri kkwantifikati, skont il-qasam ta’ fokus, flimkien mar-riżultati ppjanati u n-nefqa pubblika totali ppjanata tal-miżuri magħżulin biex jindirizzaw il-qasam ta’ fokus;

(b)

għall-agrikoltura u l-forestrija, il-kalkolu ddettaljat tal-miri tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 5(5)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(c)

kwalitattivament il-kontribuzzjoni addizzjonali tal-miżuri lejn oqsma ta’ fokus oħrajn

12.   Finanzjament nazzjonali addizzjonali:

Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura skont l-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inklużi l-ammonti għal kull miżura u l-indikazzjoni tal-konformità mal-kriterji f’dak ir-Regolament.

13.   Elementi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għajuna mill-Istat:

Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, it-tabella tal-iskemi ta’ għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż it-titlu tal-iskema ta’ għajnuna, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR, il-kofinanzjament nazzjonali u l-finanzjament nazzjonali addizzjonali. Għandha tiġi żgurata kompatibbiltà mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat tul il-programm kollu.

It-tabella għandha tkun akkumpanjata minn impenn mill-Istat Membru li, meta jkun meħtieġ skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jew skont kundizzjonijiet speċifiċi f’deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, miżuri bħal dawn jiġu nnotifikati individwalment skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

14.   Informazzjoni dwar il-komplimentarjetà li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(1)

Deskrizzjoni tal-mezzi għall-komplimentarjetà u l-koerenza ma’:

strumenti oħrajn tal-Unjoni u, b’mod partikolari mal-Fondi tal-ESI u l-Pilastru 1, inkluża l-ekoloġizzazzjoni, u strumenti oħrajn tal-politika agrikola komuni;

fejn Stat Membru jkun għażel li jissottometti programm nazzjonali u sett ta’ programmi reġjonali kif inhu stipulat fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ta’ bejniethom.

(2)

Fejn ikun relevanti, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni, inkluża LIFE (11).

15.   Arranġamenti ta’ implimentazzjoni tal-programmi, li jinkludu t-taqsimiet li ġejjin:

Għall-programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 japplikaw biss il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-punt

(a)

id-deżinjazzjoni mill-Istat Membru tal-awtoritajiet kollha msemmijin fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u deskrizzjoni fil-qosor tal-istruttura ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm imsemmi fl-Artikolu 8(1)(m)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-arranġamenti skont l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b)

il-kompożizzjoni prevista tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ;

(c)

dispożizzjonijiet biex jiżguraw li l-programm ikun ippubbliċizzat, inkluż permezz tan-netwerk rurali nazzjonali, b’referenza għall-istrateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità msemmija fl-Artikolu 13;

(d)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-koerenza fir-rigward tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali implimentati bħala parti minn LEADER, l-attivitajiet previsti fil-miżura ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, is-servizzi bażiċi u t-tiġdid tal-irħula fil-miżura dwar iż-żoni rurali stipulata fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament, u fondi oħrajn tal-ESI;

(e)

deskrizzjoni tal-azzjonijiet biex jinkiseb tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-benefiċjarji msemmi fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(f)

deskrizzjoni tal-użu tal-assistenza teknika inklużi azzjonijiet marbutin mat-tħejjija, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-informazzjoni u l-kontroll tal-programm u l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll l-attivitajiet li jirrigwardaw il-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti jew sussegwenti kif stipulat fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

16.   L-azzjonijiet meħudin biex jiġu involuti l-imsieħba

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Lista ta’ azzjonijiet meħudin biex jiġu involuti l-imsieħba, is-suġġett u s-sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet korrispondenti.

17.   Netwerk rurali nazzjonali

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Deskrizzjoni ta’:

(a)

il-proċedura u l-iskeda taż-żmien għat-twaqqif ta’ netwerk rurali nazzjonali (minn hawn ‘il quddiem “NRN”);

(b)

l-organizzazzjoni ppjanata tan-NRN, jiġifieri l-mod ta’ kif l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali, inklużi l-imsieħba, kif inhu stipulat fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ser ikunu involuti u kif l-attivitajiet ta’ netwerking ser ikunu ffaċilitati;

(c)

deskrizzjoni fil-qosor tal-kategoriji prinċipali tal-attività li għandha titwettaq min-NRN skont l-objettivi tal-programm;

(d)

ir-riżorsi disponibbli għat-twaqqif u l-operat tan-NRN.

18.   Valutazzjoni ex ante tal-verifikabbiltà, il-kontrollabbiltà u r-riskju ta’ żbalji

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

dikjarazzjoni mill-Awtorità Maniġerjali u l-aġenzija tal-pagamenti dwar il-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri appoġġjati mill-PŻR;

dikjarazzjoni mill-korp funzjonalment indipendenti msemmi fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li tikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli tal-kostijiet standard, il-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf.

19.   Arranġamenti tranżizzjonali

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tranżizzjonali skont il-miżura;

tabella indikattiva ta’ riport.

20.   Sottoprogrammi tematiċi

20.1.   Analiżi SWOT u identifikazzjoni tal-bżonnijiet

(a)

Analiżi bbażata fuq il-metodoloġija SWOT li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

(i)

deskrizzjoni ġenerali komprensiva tat-tema tas-sottoprogramm bl-użu ta’ indikaturi tal-kuntest komuni u speċifiku għall-programmi u informazzjoni kwalitattiva;

(ii)

preġji identifikati fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;

(iii)

dgħufijiet fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;

(iv)

opportunitajiet fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;

(v)

theddidet fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;

(b)

valutazzjoni tal-bżonnijiet, ibbażata fuq l-analiżi SWOT, għal kull prijorità u qasam ta’ fokus u t-tliet objettivi trasversali (ambjent, mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima, innovazzjoni) li għalihom jikkontribwixxi s-sottoprogramm tematiku.

20.2.   Deskrizzjoni tal-istrateġija

(a)

Fejn mhux il-bżonnijiet kollha identifikati fil-punt 20(1)(b) jkunu jistgħu jiġu indirizzati mis-sottoprogramm tematiku, ġustifikazzjoni tal-bżonnijiet magħżulin biex jiġu indirizzati u l-għażla tal-objettivi, il-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus abbażi tal-evidenza mill-analiżi SWOT u l-valutazzjoni tal-bżonnijiet;

(b)

il-kombinament u l-ġustifikazzjoni tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għal kull qasam ta’ fokus li għalih jikkontribwixxi s-sottoprogramm tematiku, inkluża l-ġustifikazzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-miżuri u l-adegwatezza tar-riżorsi finanzjarji bil-miri stabbiliti kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-kombinament tal-miżuri inklużi fil-loġika ta’ intervent għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza mill-analiżi SWOT u, fejn ikun relevanti, ġustifikazzjoni u prijoritizzazzjoni tal-bżonnijiet fil-punt (a);

(c)

deskrizzjoni ta’ kif it-temi trasversali jkunu ser jiġu indirizzati, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi msemmija fl-Artikolu 8(1)(c)(v) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(d)

tabella ta’ sommarju tal-loġika ta’ intervent li turi l-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus magħżulin għas-sottoprogramm, il-miri kkwantifikati, u l-kombinament tal-miżuri li jkunu ser jintużaw biex jinkisbu, inkluża n-nefqa ppjanata. It-tabella ta’ sommarju għandha tkun iġġenerata awtomatikament mill-informazzjoni mogħtija fil-punt 5(b) u l-punt 11, bl-użu tal-karatteristiċi tal-SFC2014.

20.3.   Pjan ta’ indikazzjoni, li jinkludi tabelli strutturati separati li jistabbilixxu:

(a)

Skont il-qasam ta’ fokus, miri kkwantifikati akkumpanjati minn riżultati ppjanati u n-nefqa pubblika totali ppjanata tal-miżuri magħżulin biex jindirizzaw il-qasam ta’ fokus;

(b)

għall-agrikoltura u l-forestrija: il-kalkolu ddettaljat tal-miri tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 5(5)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

PARTI 2

Preżentazzjoni tal-kontenut tal-oqfsa nazzjonali

1.   Titlu tal-qafas nazzjonali

2.   Stat Membru

(a)

Żona ġeografika koperta mill-qafas;

(b)

Klassifikazzjoni tar-reġjuni.

3.   Preżentazzjoni ġenerali tar-relazzjonijiet bejn il-qafas nazzjonali, il-ftehim ta’ sħubija u l-PŻR

4.   Tabella ta’ sommarju, skont ir-reġjun u s-sena, il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Istat Membru għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu

5.   Deskrizzjoni tal-miżuri

(1)

Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali applikati għal aktar minn miżura waħda inkluż, fejn ikun relevanti, definizzjoni ta’ żona rurali, xenarji ta’ referenza, kundizzjonalità, l-użu maħsub tal-istrumenti finanzjarji, l-użu maħsub tal-avvanzi.

(2)

Deskrizzjoni skont il-miżura inklużi:

(a)

Bażi legali.

(b)

Deskrizzjoni ġenerali tal-miżura inklużi l-prinċipji ġenerali għal-loġika ta’ intervent tagħha u l-kontribuzzjoni għall-oqsma ta’ fokus u l-objettivi trasversali.

(c)

Il-kamp ta’ applikazzjoni, il-livell ta’ appoġġ, il-benefiċjarji eliġibbli, u fejn tkun relevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta’ appoġġ imqassam skont is-sottomiżura u/jew it-tip ta’ operazzjoni, fejn dan ikun neċessarju. Għal kull tip ta’ speċifikazzjoni ta’ operazzjoni tal-kostijiet eiġibbli, il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, l-ammonti applikabbi u r-rati u l-prinċipji ta’ appoġġ fir-rigward tat-twaqqif tal-kriterji tal-għażla.

(d)

Prinċipji ġenerali għall-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri u, fejn tkun relevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ appoġġ.

(e)

Fejn ikun relevanti, deskrizzjoni speċifika għal kull miżura msemmija fil-punt 8(2) tal-Parti 1.

6.   Fejn relevanti, finanzjament nazzjonali addizzjonali:

Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura f’konformità mal-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inluża indikazzjoni tal-konformità mal-kriterji stipulati f’dak ir-Regolament.

7.   Fejn ikunu relevanti, l-elementi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat:

Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat it-tabella tal-iskemi tal-għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programmi, inklużi t-titlu u r-referenzi tal-iskema tal-għajnuna, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR, il-kofinanzjament nazzjonali u l-finanzjament nazzjonali addizzjonali. Għandha tiġi żgurata kumpatibbiltà mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat tul il-programmi kollha kkonċernati.

It-tabella għandha tkun akkumpanjata minn impenn mill-Istat Membru li, jekk ikun meħtieġ mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jew skont il-kundizzjonijiet speċifiċi f’deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, miżuri bħal dawn jiġu nnotifikati individwalment skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

Dikjarazzjoni dwar jekk il-miżura/l-operazzjoni għandhiex kopertura tal-għajnuna mill-Istat skont il-qafas nazzjonali jew skont il-programmi ta żvilupp rurali kkonċernati.

PARTI 3

Preżentazzjoni tal-kontenut tal-programm NRN

1.   Titlu tal-programm NRN speċifiku

2.   Stat Membru jew reġjun amministrattiv

(a)

iż-żona ġeografika koperta mill-programm.

(b)

klassifikazzjoni tar-reġjun.

3.   Evalwazzjoni ex ante

(a)

deskrizzjoni tal-proċess, inkluż it-twaqqit tal-avvenimenti prinċipali, ir-rapporti intermedji, b’rabta mal-istadji prinċipali tal-iżvilupp tal-programm NRN.

(b)

Tabella strutturata li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex ante u kif dawn ġew indirizzati.

(c)

Ir-rapport komplet ta’ evalwazzjoni ex ante għandu jiġi mehmuż mal-programm NRN.

4.   Pjan ta’ evalwazzjoni, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin

(1)   Objettivi u skop

Dikjarazzjoni tal-objettivi u l-iskop tal-pjan ta’ evalwazzjoni, ibbażata fuq l-iżgurar li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta’ evalwazzjoni xierqa, b’mod partikolari biex tingħata informazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tal-programmi, għar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni fl-2017 u fl-2019 u l-evalwazzjoni ex-post, u biex jiġi żgurat li tkun disponibbli d-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-programm NRN.

(2)   Governanza u koordinazzjoni

Deskrizzjoni fil-qosor tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-programm NRN, li tidentifika l-korpi prinċipali involuti u r-responsabbiltajiet tagħhom. Spjegazzjoni dwar kif l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni huma marbutin mal-implimentazzjoni tal-programm NRN f’termini ta’ kontenut u twaqqit.

(3)   Suġġetti u attivitajiet ta’ evalwazzjoni

Deskrizzjoni indikattiva tas-suġġetti ta’ evalwazzjoni relatati man-NRN u l-attivitajiet antiċipati, inkulżi iżda mhux limitati, għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din għandha tkopri l-attivitajiet meħtieġa biex tiġi evalwata l-kontribuzzjoni li l-programm jagħti lejn l-objettivi NRN, valutazzjoni tal-valuri li jindikaw ir-riżultati, analiżi tal-effetti netti. Elementi speċifiċi għall-programmi, bħax-xogħol meħtieġ biex jiġu żviluppati metodoloġiji jew biex jiġu indirizzati oqsma politiċi speċifiċi.

(4)   Dejta u informazzjoni

Deskrizzjoni qasira tas-sistema li tirreġistra, iżżomm, timmaniġġja u tirrapporta informazzjoni statistika dwar l-implimentazzjoni tal-programm NRN u l-forniment ta’ dejta ta’ monitoraġġ għall-evalwazzjoni. Identifikazzjoni tas-sorsi tad-dejta li għandhom jintużaw, il-lakuni fid-dejta, il-kwistjonijiet istituzzjonali potenzjali marbutin mal-għoti tad-dejta u s-soluzzjonijiet proposti. Din it-taqsima għandha turi li sistemi xierqa ta’ ġestjoni tad-dejta ser ikunu qed jiffunzjonaw fiż-żmien debitu.

(5)   Skeda taż-żmien

Kisbiet prinċipali tal-perjodu ta’ programmazzjoni, u skeda indikattiva taż-żmien meħtieġ sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu disponibbli fil-ħin.

(6)   Komunikazzjoni

Deskrizzjoni ta’ kif is-sejbiet mill-evalwazzjoni ser jitqassmu lir-riċevituri fil-mira, inkluża deskrizzjoni tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex jingħata segwitu għall-użu tar-riżultati tal-evalwazzjoni.

(7)   Riżorsi

Deskrizzjoni tar-riżorsi meħtieġa u previsti biex jiġi implimentat il-pjan ta’ evalwazzjoni, inkluża indikazzjoni tal-kapaċità amministrattiva, id-dejta, ir-riżorsi finanzjarji u l-bżonnijiet tal-IT. Deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-bini ta’ kapaċità previsti sabiex jiġi żgurat li l-pjan ta’ evalwazzjoni jkun jista’ jiġi implimentat kollu.

5.   Pjan ta’ finanzjament, li jistabbilixxi:

(a)

Il-kontribuzzjoni annwali tal-FAEŻR;

(b)

il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR.

6.   Programm li jimplimenta l-arranġamenti, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

(a)

Id-deżinjazzjoni mill-Istat Membru tal-awtoritajiet kollha msemmijin fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u deskrizzjoni qasira tal-istruttura ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm imsemmija fl-Artikolu 8(1)(m)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-arranġamenti skont l-Artikolu 74(3) tiegħu tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b)

il-kompożizzjoni prevista tal-Kumitat ta’ Tmexxija;

(c)

deskrizzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

7.   NRN

Deskrizzjoni ta’:

(a)

il-proċedura u l-iskeda taż-żmien għat-twaqqif tan-NRN;

(b)

it-twaqqif u l-operat ippjanati tan-NRN, jiġifieri l-mod ta’ kif l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali, inkluża s-sħubija msemmija fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ser ikunu involuti u kif l-attivitajiet ta’ netwerking ser ikunu ffaċilitati.

Fejn Stat Membru jkun għażel li jappoġġja lin-NRN mill-programm speċifiku għan-NRN u l-programmi reġjonali, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ta’ bejniethom;

(c)

deskrizzjoni qasira tal-kategoriji prinċipali tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu min-NRN skont l-objettivi tal-programm;

(d)

ir-riżorsi disponibbli għat-twaqqif u l-operat tan-NRN.

PARTI 4

Lista indikattiva tal-prijoritajiet/oqsma ta’ fokus u tal-miżuri ta’ relevanza partikolari għall-kundizzjonalitajiet ex ante (żvilupp rurali marbut mal-prijoritajiet u ġenerali) kif stipulat fil-punt 6(b)(ii) tal-Parti 1

1.   KUNDIZZJONALITAJIET EX ANTE SPEĊIFIĊI GĦALL-IŻVILUPP RURALI

Prijorità tal-Unjoni għall-RD/CPR: objettiv tematiku (OT)

Kundizzjonalità ex ante

Kriterji li għandhom jintlaħqu

Applikabbiltà għall-oqsma ta’ fokus, miżuri

Kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Kif inhu stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Prijorità RD 3: promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-ktajjen tal-ikel, inklużi l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskji fl-agrikoltura

OT 5: promozzjoni ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji

3.1.

Prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji: l-eżistenza ta’ valutazzjonijiet tar-riskji nazzjonali jew reġjonali għall-ġestjoni tad-diżastri b’kunsiderazzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima

Għandu jkun hemm fis-seħħ valutazzjoni tar-riskji nazzjonali jew reġjonali bl-elementi li ġejjin:

Deskrizzjoni tal-proċess, tal-metodoloġija, tal-metodi u dejta mhix sensittiva użati għall-valutazzjoni tar-riskji, kif ukoll tal-kriterji bbażati fuq ir-riksju għall-prijoritizzazzjoni tal-investiment;

Deskrizzjoni ta’ xenarji b’riskju uniku jew multiplu;

Kunsiderazzjoni, fejn ikun xieraq, tal-istrateġiji nazzjonali ta’ adattament għat-tibdil fil-klima.

Qasam ta’ fokus: 3B

Miżuri skont l-Artikoli 18, 24 u 36 sa 39 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Prijorità RD 4: restawr, preservazzjoni u titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija

OT 5: promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji

OT 6: Preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi

4.1.

Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin (KAAT): l-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art kif stipulat fil-Kapitoli I tat-Titolu VI tar-Regolament (EU) Nru 1306/2013 huma stabbiliti fil-livell nazzjonali

l-istandards tal-KAAT huma ddefiniti fil-liġi nazzjonali u speċifikati fil-programmi

Qasam/Oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C

Miżuri skont l-Artikoli 28, 29 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

4.2.

Rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti: ir-rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti stipulati fl-Artikolu 28 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu ddefiniti fil-livell nazzjonali

ir-rekwiżti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti msemmijin fil-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huma speċifikati fil-programmi

Qasam/oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C

Miżuri skont l-Artikoli 28, 29 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

4.3.

Standards nazzjonali relevanti oħrajn: l-istandards nazzjonali obbligatorji relevanti huma ddefiniti għall-finijiet tal-Artikolu 28 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

l-istandards nazzjonali obbligatorji relevanti huma speċifikati fil-programmi

Qasam/oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C

Miżuri skont l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Prijorità RD 5: promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima fis-settur agrikolu u alimentari u fis-settur forestali

OT 4: appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha

OT 6: Preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi

5.1.

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija: Twettqu azzjonijiet biex jiġi promoss it-titjib kosteffettiv tal-effiċjenza tal-użu aħħari tal-enerġija u investiment kosteffettiv fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija waqt il-kostruzzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta’ bini.

L-azzjonijiet huma:

Miżuri biex jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti minimi marbutin mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija b’konsistenza mal-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

Miżuri neċessarji biex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija b’konsistenza mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE;

Miżuri biex jiżguraw l-ippjanar strateġiku dwar l-effiċjenza enerġetika, b’konsistenza mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

Miżuri konsistenti mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) dwar l-effiċjenza fl-użu aħħari tal-enerġija u s-servizzi tal-enerġija biex jiġi żgurat li l-konsumatur finali jingħata arloġġ individwali, diment li dan ikun teknikament possibbli, raġonevoli finanzjarjament u proporzjonat fid-dawl tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija.

Qasam/oqsma ta’ fokus: 5B

Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

5.2.

Is-settur tal-ilma: L-eżistenza ta’ a) politika għall-ipprezzar tal-ilma li tipprovdi inċentivi adegwati biex l-utenti jużaw ir-riżorsi tal-ilma b’mod effiċjenti u b) kontribut adegwat tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-kostijiet tas-servizzi tal-ilma b’rata ddeterminata fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar għall-investiment appoġġjat mill-programmi.

Fis-setturi appoġġjati mill-FAEŻR, Stat Membru żgura kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-kostijiet tas-servizzi tal-ilma skont is-settur b’konsistenza mal-Artikolu 9, l-ewwel inċiż tal-paragrafu 1 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma b’kunsiderazzjoni, fejn xieraq, tal-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru, kif ukoll tal-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun jew ir-reġjuni affettwati.

Qasam ta’ fokus: 5 A

Miżuri skont l-Artikoli 17 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

5.3.

L-enerġija rinnovabbli: Twettqu azzjonijiet biex jiġu promossi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (15).

Skemi ta’ appoġġ trasparenti, prijorità fl-aċċess għall-grilja jew aċċess garantit u prijorità fid-dispaċċ, kif ukoll regoli standard relatati mat-tiġrib u l-kondiviżjoni tal-kostijiet tal-adattamenti tekniċi li saru pubbliċi, huma fis-seħħ b’mod konsistenti mal-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 16(2) u (3) tad-Direttiva 2009/28/KE;

Stat Membru adotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli konsistenti mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE.

Qasam ta’ fokus: 5C

Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Prijorità RD 6: promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali

OT 2: Titjib tal-aċċess għal, u l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (Mira tal-broadband)

6.1.

Infrastruttura tan-Netwerk tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NĠN): L-eżistenza ta’ Pjanijiet tan-NĠN nazzjonali jew reġjonali li jikkunsidraw l-azzjonijiet reġjonali sabiex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni ta’ aċċess għal Internet b’veloċità għolja, b’fokus fuq l-oqsma fejn is-suq jonqos milli jipprovdi infrastruttura miftuħa bi prezz affordabbli u bi kwalità skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għajnuna mill-Istat u biex jiġu pprovduti servizzi aċċessibbli għall-gruppi vulnerabbli

Ikun hemm fis-seħħ pjan nazzjonali jew reġjonali tan-NĠN li jinkludi:

pjan ta’ investimenti fl-infrastruttura bbażat fuq analiżi ekonomika, b’kunsiderazzjoni ta’ infrastrutturi eżistenti pubbliċi u privati u l-investimenti ppjanati;

mudelli ta’ investimenti sostenibbli li jsaħħu l-kompetizzjoni u jipprovdu aċċess għal servizzi u infrastruttura miftuħa, affordabbli, ta’ kwalità u li jantiċipaw il-futur;

miżuri li jistimolaw l-investiment privat.

Qasam ta’ fokus: 6C

Miżuri skont l-Artikoli 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013


2.   KUNDIZZJONALITAJIET ĠENERALI EX ANTE

Kundizzjonalità ex ante

Kriterji li għandhom jintlaħqu

Applikabbiltà għall-oqsma ta’ fokus, il-miżuri

Kif stipulat fil-Parti II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Kif stipulat fil-Parti II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

1.   Kontra d-diskriminazzjoni

L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi u l-politika tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-qasam tal-Fondi tal-ESI.

Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-involviment tal-korpi responsabbli mill-promozzjoni tat-trattament indaqs tal-persuni kollha tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar l-ugwaljanza fl-attivitajiet marbutin mal-Fondi tal-ESI;

Arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi tal-ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni.

Qasam ta’ fokus: 6B

Miżuri skont l-Artikoli 14, 15 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER

2.   Ugwaljanza bejn is-sessi

L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tal-Fondi tal-ESI.

Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-involviment tal-korpi responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f’attivitajiet relatati mal-Fondi tal-ESI;

Arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi tal-ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll dwar l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi.

Qasam/oqsma ta’ fokus: 6 A, 6B

Miżuri skont l-Artikoli 14, 15, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER

3.   Diżabbiltà

L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltajiet (UNCRPD) fil-qasam tal-Fondi tal-ESI skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE (16).

Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-konsultazzjoni u l-involviment tal-korpi responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltajiet jew organizzazzjonijiet rappreżentanti ta’ persuni b’diżabbiltajiet u partijiet interessati oħrajn tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi;

Arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi tal-ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika applikabbli tal-Unjoni dwar id-diżabbiltà, inklużi l-aċċessibbiltà u l-applikazzjoni prattika tal-Artikolu 9 tal-UNCRPD kif inhu rifless fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali, kif ikun xieraq;

Arranġamenti li jiżguraw il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-UNCRPD b’rabta mal-Fondi tal-ESI tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi.

Qasam/oqsma ta’ fokus: 6 A, 6B

Miżuri skont l-Artikoli 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER

4.   Akkwist pubbliku

L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni fil-qasam tal-Fondi tal-ESI.

Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku permezz ta’ mekkaniżmi xierqa;

Arranġamenti li jiżguraw proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti trasparenti;

Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni fost il-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-ESI;

Arranġamenti li jiżguraw kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku.

Qasam/oqsma ta’ fokus: 2 A, 5 A, 5B, 5C, 6B

Miżuri skont l-Artikoli 14, 15, 17, 19, 20, l-Artikolu 21(e) u l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER

5.   Għajnuna mill-Istat

L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-Fondi tal-ESI.

Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat;

Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni fost il-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-ESI;

Arranġamenti li jiżguraw kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-oqsma ta’ fokus u l-miżuri kollha, sakemm l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat

6.   Leġiżlazzjoni ambjentali marbuta mal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u, Valutazzjoni Strateġika Ambjentali (SEA - Strategic Environmental Assessment)

L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni marbuta mal-VIA u s-SEA.

Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) (VIA) u tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) (SEA);

Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-VIA u s-SEA;

Arranġanamenti li jiżguraw kapaċità amministrattiva suffiċjenti.

Qasam/oqsma ta’ fokus: 2 A, 3 A, 4 A, 4B, 4C, 5 A, 5B, 5C, 5D, 5E, 6 A, 6C

Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20, 21, u l-Artikoli 28 sa 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

7.   Sistemi statistiċi u indikaturi tar-riżultati

L-eżistenza ta’ bażi statistika neċessarja biex jitwettqu evalwazzjonijiet tal-effettività u tal-impatt tal-programmi.

L-eżistenza ta’ sistema ta’ indikaturi tar-riżultati neċessarji biex jintgħażlu azzjonijiet, li jikkontribwixxu bl-aktar mod effettiv għar-riżultati mixteqin, biex jiġi mmonitorjat il-progress lejn ir-riżultati u biex titwettaq evalwazzjoni tal-impatt.

Arranġamenti għall-ġbir f’waqtu u l-aggregazzjoni tad-dejta statistika bl-elementi li ġejjin fis-seħħ:

l-identifikazzjoni ta’ sorsi u mekkaniżmi li jiżguraw il-validazzjoni statistika;

arranġamenti għall-pubblikazzjoni u d-disponibbiltà pubblika tad-dejta aggregata:

Sistema effettiva ta’ indikaturi ta’ riżultati inklużi:

l-għażla ta’ indikaturi tar-riżultati għal kull programm li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-motivazzjoni tal-għażla tal-azzjonijiet politiċi ffinanzjati mill-programm;

it-twaqqif ta’ miri għal dawn l-indikaturi;

il-konsistenza ta’ kull indikatur mar-rekwiżiti li ġejjin: robustezza u validazzjoni statistika, ċarezza tal-interpretazzjoni normattiva, livell ta’ rispons għall-politika, ġbir f’waqtu tad-dejta;

Proċeduri fis-seħħ li jiżguraw li l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-programm jadottaw sistema effettiva ta’ indikaturi.

Applikabbli imma diġà ntlaqħu, Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMES - Common Monitoring and Evaluation System)

PARTI 5

Kodiċijiet tal-miżuri u s-sottomiżuri

Miżura skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Kodiċi tal-miżura skont dan ir-Regolament

Sottomiżura għall-finijiet tal-programmazzjoni

Kodiċi tas-sottomiżura skont dan ir-Regolament

L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

azzjonijiet ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni

1

appoġġ għat-taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet favur l-akkwist tal-ħiliet

1.1

appoġġ għall-attivitajiet ta’ wiri u azzjonijiet ta’ informazzjoni

1.2

appoġġ għall-iskambju għal żmien qasir tal-ġestjoni tal-farms u tal-foresti, kif ukoll żjajjar f’farms u foresti

1.3

L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

servizzi ta’ konsultazzjoni, servizzi ta’ ġestjoni tal-farms u ta’ solliev tal-farms

2

appoġġ li jgħin biex wieħed jibbenefika mill-użu tas-servizzi ta’ konsultazzjoni

2.1

appoġġ għat-twaqqif ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-farms, ta’ solliev tal-farms u ta’ konsultazzjoni mal-farms, kif ukoll servizzi ta’ konsultazzjoni forestali

2.2

appoġġ għat-taħriġ tal-konsulenti

2.3

L-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

3

appoġġ għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi ta’ kwalità

3.1

appoġġ għall-attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni implimentati minn gruppi ta’ produtturi fis-suq intern

3.2

L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

investmenti f’assi fiżiċi

4

appoġġ għall-investimenti f’azjendi agrikoli

4.1

appoġġ għall-investimenti fl-ipproċessar/il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli

4.2

appoġġ għall-investimenti fl-infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-agrikoltura u l-forestrija

4.3

appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbutin mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali klimatiċi

4.4

L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

restawr tal-produzzjoni agrikola potenzjali li ġarrbet ħsara minħabba diżastri naturali u introduzzjoni ta’ prevenzjoni xierqa

5

appoġġ għal investimenti f’azzjonijiet preventivi mmirati lejn it-tnaqqis tal-konsegwenzi ta’ diżastri naturali probabbli, avvenimenti klimatiċi ħżiena u avvenimenti katastrofiċi

5.1

appoġġ għall-investimenti għar-restawr tal-art agrikola u l-potenzjal tal-produzzjoni li jsirlu ħsara minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena u avvenimenti katastrofiċi

5.2

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

żvilupp tal-farms u tan-negozji

6

għajnuna biex tibda negozju għall-bdiewa żgħażagħ

6.1

għajnuna biex tibda negozju għal attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali

6.2

għajnuna biex tibda negozju għall-iżvilupp ta’ farms żgħar

6.3

appoġġ għall-investimenti fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli

6.4

pagamenti lill-bdiewa li jkunu eliġibbli għall-iskema tal-bdiewa żgħar li jittrasferixxu l-azjenda tagħhom għand bidwi ieħor b’mod permanenti

6.5

L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali

7

appoġġ għat-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet għall-iżvilupp ta’ muniċipalitajiet u rħula f’żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom u tal-pjanijiet ta’ protezzjoni u ġestjoni marbutin mas-siti ta’ Natura 2000 ta’ valur naturali għoli

7.1

appoġġ għall-investimenti fil-ħolqien, it-titjib jew l-espansjoni tat-tipi kollha ta’ infrastrutturi fuq skala żgħira, inklużi investimenti fl-enerġija rinnovabbli u fl-iffrankar tal-enerġija

7.2

appoġġ għall-infrastruttura tal-broadband, inklużi l-ħolqien, it-titjib u l-espansjoni tagħha, infrastruttura tal-broadband passiva u għoti ta’ aċċess għall-broadband u l-gvern elettroniku pubbliku

7.3

appoġġ għall-investimenti fit-twaqqif, it-titjib jew l-espansjoni ta’ servizzi bażiċi lokali għall-popolazzjoni rurali inklużi l-ħin liberu u l-kultura, u l-infrastruttura relatata

7.4

appoġġ għall-investimenti għall-użu pubbliku fl-infrastruttura rikreattiva, l-informazzjoni turistika u infrastruttura turistika fuq skala żgħira

7.5

appoġġ għall-istudji/l-investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali tal-irħula, il-pajsaġġi rurali u siti ta’ valur naturali għoli inklużi aspetti soċjoekonomiċi relatati, kif ukoll azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni ambjentali

7.6

appoġġ għall-investimenti li għandhom fil-mira r-rilokazzjoni tal-attivitajiet u l-konverżjoni tal-bini jew ta’ faċilitajiet oħrajn li jinsabu f’insedjamenti rurali jew qrib tagħhom, bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja jew isaħħu l-prestazzjoni ambjentali tal-insedjament

7.7

oħrajn

7.8

L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

8

appoġġ għat-tisġir/il-ħolqien tal-imsaġar

8.1

appoġġ għat-twaqqif u l-manutenzjoni ta’ sistemi agroforestali

8.2

appoġġ għall-prevenzjoni ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u minn diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi

8.3

appoġġ għar-restawr ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi

8.4

appoġġ għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali

8.5

appoġġ għall-investimenti fit-teknoloġiji forestali u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti forestali

8.6

L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

twaqqif ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet

9

twaqqif ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija

9

L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

klima agroambjentali

10

pagament għall-impenji agroambjentali klimatiċi

10.1

appoġġ għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura

10.2

L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

biedja organika

11

pagament biex ikun hemm bidla għal prattiki u metodi ta’ biedja organika

11.1

pagament biex jinżammu l-prattiki u l-metodi tal-biedja organika

11.2

L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

12

pagament ta’ kumpens għaż-żoni agrikoli ta’ Natura 2000

12.1

pagament ta’ kumpens għaż-żoni forestali ta’ Natura 2000

12.2

pagament ta’ kumpens għaż-żoni agrikoli inlużi fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar

12.3

L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

pagamenti għal żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi

13

pagament ta’ kumpens fiż-żoni muntanjużi

13.1

pagament ta’ kumpens għal żoni oħrajn li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti

13.2

pagament ta’ kumpens għal żoni oħrajn affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi

13.3

L-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

it-trattament xieraq tal-annimali

14

pagament għat-trattament xieraq tal-annimali

14

L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

servizzi forestaliambjentali u klimatiċi u konservazzjoni tal-foresti

15

pagament għal impenji forestaliambjentali u klimatiċi

15.1

appoġġ għall-konservazzjoni u l-promozzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi forestali

15.2

L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

kooperazzjoni

16

appoġġ għat-twaqqif u l-operat ta’ gruppi operazzjonali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola

16.1

appoġġ għall-proġetti pilota u għall-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda

16.2

kooperazzjoni fost l-operaturi żgħar fl-organizzazzjoni ta’ proċessi ta’ ħidma konġunta u fil-kondiviżjoni tal-faċilitajiet u r-riżorsi, u għall-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tat-turiżmu

16.3

appoġġ għall-kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi tal-ktajjen tal-provvista għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali u għall-attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali marbut mal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u s-swieq lokali

16.4

appoġġ għal azzjoni konġunta mwettqa bl-għan li jkun hemm mitigazzjoni jew adattament għat-tibdil fil-klima u għall-approċċi konġunti lejn il-proġetti ambjentali u l-prattiki ambjentali kontinwi

16.5

appoġġ għall-kooperazzjoni fost l-atturi tal-ktajjen tal-provvista għall-forniment sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel u l-enerġija u fil-proċessi industrijali

16.6

appoġġ għall-istrateġiji mhux CLLD

16.7

appoġġ għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti

16.8

appoġġ għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja f’attivitajiet li jikkonċernaw il-kura tas-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, l-agrikoltura appoġġjata mill-komunità u l-edukazzjoni dwar l-ambjent u l-ikel

16.9

oħrajn

16.10

L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

ġestjoni tar-riskji

17

primjum tal-assigurazzjoni tal-għelejjel, l-annimali u l-pjanti

17.1

fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi ħżiena, għall-mard tal-annimali u l-pjanti, għall-infestazzjonijiet tal-pesti u l-inċidenti ambjentali

17.2

għodda ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul

17.3

L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplimentari għall-Kroazja

18

finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplimentari għall-Kroazja

18

L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

appoġġ għall-iżvilupp lokali ta’ LEADER (CLLD)

19

appoġġ preparatorju

19.1

appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ ħidmiet skont l-istrateġija tas-CLLD

19.2

tħejjija u implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali

19.3

appoġġ għall-kostijiet operazzjonali u l-animazzjoni

19.4

L-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

assistenza teknika

20

Appoġġ għall-assistenza teknika (barra n-NRN)

20.1

appoġġ għat-twaqqif u l-operat tan-NRN

20.2

PARTI 6

Prijoritajiet tal-Unjoni għall-kodiċijiet tal-iżvilupp rurali u l-oqsma ta’ fokus

Prijorità

Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013/kodiċi tal-qasam ta’ fokus

Qasam ta’ fokus

Priorità 1: Trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija, u ż-żoni rurali

l-Artikolu 5(1)(a) = qasam ta’ fokus 1 A

Trawwim tal-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali

l-Artikolu 5(1)(b) = qasam ta’ fokus 1B

Tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-finijiet ta’ ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejbin

l-Artikolu 5(1)(c) = qasam ta’ fokus 1C

Trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u tat-taħriġ vokazzjonali fis-setturi agrikoli u forestali

Prijorità 2: Tisħiħ tal-vijabbiltà u l-kompetittività tal-farms tat-tipi kollha ta’ agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi tal-farms u ġestjoni sostenibbli tal-foresti

l-Artikolu 5(2) (a) = qasam ta’ fokus 2 A

Titjib tal-prestazzjoni ekonomika tal-farms kollha u ffaċilitar tar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-farms, speċjalment bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq u l-orjentazzjoni lejn is-suq, kif ukoll id-diversifikazzjoni agrikola

l-Artikolu 5(2) (b) = qasam ta’ fokus 2B

Iffaċilitar tad-dħul tal-bdiewa bil-ħiliet xierqa fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, tat-tiġdid ġenerazzjonali

Prijorità 3: Promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina alimentari, inklużi l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riski fl-agrikoltura

l-Artikolu 5(3) (a) = qasam ta’ fokus 3 A

Titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji billi jiġu integrati aħjar fil-katina agroalimentari permezz ta’ skemi ta’ kwalità, żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, promozzjoni fis-swieq lokali u ċirkwiti ta’ provvista qosra, gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet u organizzazzjonijiet interprofessjonali

l-Artikolu 5(3) (b) = qasam ta’ fokus 3B

Appoġġ tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-farms

Prijorità 4: Restawr, preservazzjoni u titjib tal-ekosistemi marbutin mal-agrikoltura u l-forestrija

l-Artikolu 5(4) (a) = qasam ta’ fokus 4 A

Restawr, preservazzjoni u titjib tal-bijodiversità, inkluż fiż-żoni ta’ Natura 2000, u f’żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi, u biedja ta’ valur naturali għoli, kif ukoll l-istat tal-pajsaġġi Ewropej

l-Artikolu 5(4) (b) = qasam ta’ fokus 4B

Titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża ġestjoni tal-fertilizzanti u tal-pestiċidi

l-Artikolu 5(4) (c) = qasam ta’ fokus 4C

Prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija

Prijorità 5: Promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, l-ikel u l-forestrija

l-Artikolu 5(5) (a) = qasam ta’ fokus 5 A

Żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma mill-agrikoltura

l-Artikolu 5(5) (b) = qasam ta’ fokus 5B

Żieda fl-użu effiċjenti tal-enerġija fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel

l-Artikolu 5(5) (c) = qasam ta’ fokus 5C

Iffaċilitar tal-provvista u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, tal-prodotti sekondarji, l-iskart u r-residwi u ta’ materja mhux maħduma oħra li mhix ikel, għall-finijiet tal-bijoekonomija

l-Artikolu 5(5) (d) = qasam ta’ fokus 5D

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-ammonijaka mill-agrikoltura

l-Artikolu 5(5) (e) = qasam ta’ fokus 5E

Trawwim tal-konservazzjoni u s-sekwestru tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija

Prijorità 6: Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali

l-Artikolu 5(6) (a) = qasam ta’ fokus 6 A

Iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar, kif ukoll tal-ħolqien tal-impjiegi

l-Artikolu 5(6) (b) = qasam ta’ fokus 6B

Trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali

l-Artikolu 5(6) (c) = qasam ta’ fokus 6C

Titjib tal-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fiż-żoni rurali


(1)  L-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal-25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, it- termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta’ intervent għall- appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 7).

(3)  Bl-użu tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull wieħed mill-programmi kkonċernati.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-flora u l-fawna selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(9)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta<gr>l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(10)  It-tqassim indikattiv tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni skont il-qasam ta’ fokus għandha tintuża fil-kuntest tal-programm tal-iżvilupp rurali għall-objettivi tematiċi u l-objettivi tat-tibdil fil-klima msemmijin fl-Artikolu 15(1)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, tas-sospensjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 19(5) u 22(6) ta’ dak ir-Regolament u, meta jkun relevanti, tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu riżervati skont l-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(11)  Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185)

(12)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(13)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, u li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id- Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64).

(15)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 li tikkonċerna l-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltajiet, (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(17)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(18)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjani u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).


ANNESS II

Ir-rati ta’ konverżjoni tal-annimali għal unitajiet ta’ annimali tal-farms (“LU” - livestock units) kif hemm referenza fl-Artikolu 9(2)

Barrin, baqar u annimali bovini oħrajn li jkollhom aktar minn sentejn u annimali ekwini ta’ aktar minn sitt xhur

1,0 LU

Annimali bovini li jkollhom minn sitt xhur sa sentejn

0,6 LU

Annimali bovini ta’ anqas minn sitt xhur

0,4 LU

Nagħaġ u mogħoż

0,15 LU

Ħnieżer (nisa) tat-tnissil > 50 Kg

0,5 LU

Ħnieżer oħrajn

0,3 LU

Tiġieġ tal-bajd

0,014 LU

Pollam ieħor (*)

0,03 LU

Ir-rati ta’ konverżjoni jistgħu jiżdiedu, b’kunsiderazzjoni tal-evidenza xjentifika li għandha tiġi spjegata u ġġustifikata kif xieraq fil-PŻR.

Kategoriji oħrajn ta’ annimali jistgħu jiżdiedu f’każijiet eċċezzjonali. Ir-rati ta’ konverżjoni għal kwalukwe kategorija bħal din għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi partikolari u l-evidenza xjentifika li jridu jiġu spjegati u ġġustifikati kif xieraq mill-PŻR.


(*)  Għal din il-kategorija, ir-rati ta’ konverżjoni jistgħu jitnaqqsu b’kunsiderazzjoni tal-evidenza xjentifika li għandha tiġi spjegata u ġġustifikata kif xieraq fil-PŻR.


ANNESS III

Informazzjoni u pubbliċità msemmijin fl-Artikolu 13

PARTI 1

Azzjonijiet ta’ informazzjoni u pubbliċità

1.   Responsabbiltajiet tal-Awtorità Maniġerjali

1.1.   Strateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità

L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li l-azzjonijiet ta’ pubbliċità u ta’ informazzjoni jiġu implimentati f’konformità mal-istrateġija ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità tagħha li għandha tkopri tal-inqas dan li ġej:

(a)

il-miri tal-istrateġija u l-gruppi fil-mira tagħha;

(b)

deskrizzjoni tal-kontenut tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità;

(c)

il-baġit indikattiv tal-istrateġija;

(d)

deskrizzjoni tal-korpi amministrattivi, inklużi r-riżorsi tal-persunal, responsabbli mill-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità;

(e)

deskrizzjoni tar-rwol tan-NRN u kif il-pjan ta’ komunikazzjoni tiegħu stipulat fl-Artikolu 54(3)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ser jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija;

(f)

deskrizzjoni ta’ kif l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità għandhom jiġu vvalutati f’termini ta’ viżibbiltà u għarfien tal-qafas politiku, il-programmi u l-operazzjonijiet, u r-rwol tal-FAEŻR u tal-Unjoni;

(g)

aġġornament annwali li jippreżenta l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità li jkunu ser isiru fis-sena ta’ wara.

1.2.   Informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali

L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti, inkluża informazzjoni aġġornata fejn dan ikun neċessarju, b’kunsiderazzjoni tal-aċċessibbiltà tas-servizzi elettroniċi jew servizzi oħrajn ta’ komunikazzjoni għal ċerti benefiċjarji potenzjali, tal-inqas dwar dan li ġej:

(a)

l-opportunitajiet ta’ finanzjament u t-tnedija tas-sejħiet skont il-PŻR;

(b)

il-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu segwiti sabiex jikkwalifikaw għall-finanzjament skont PŻR;

(c)

il-proċeduri għall-analiżi tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament;

(d)

il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u/jew il-kriterji għall-għażla u l-evalwazzjoni tal-proġetti li jkunu ser jiġu ffinanzjati;

(e)

l-ismijiet ta’ persuni jew kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jispjegaw kif jaħdmu l-PŻR u l-kriterji għall-għażla u l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet;

(f)

ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji li jgħarrfu lill-pubbliku dwar il-mira tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-FAEŻR għall-operazzjoni skont it-taqsima 2 tal-Parti 1. L-Awtorità Maniġerjali tista’ titlob lill-benefiċjarji potenzjali biex jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni indikattivi, li jkunu proporzjonali għad-daqs tal-operazzjoni, fl-applikazzjonijiet;

(g)

il-proċeduri għall-analiżi tal-ilmenti skont l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

1.3.   Informazzjoni għall-pubbliku ġenerali

L-Awtorità Maniġerjali għandha tgħarraf lill-pubbliku bil-kontenut tal-PŻR, l-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni u l-aġġornamenti tiegħu, il-kisbiet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-programm u l-għeluq tiegħu, kif ukoll il-kontribuzzjoni tiegħu għall-ilħuq tal-prijoritajiet tal-Unjoni kif stipulat fil-Ftehim ta’ Sħubija.

L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura t-twaqqif ta’ websajt unika jew portal tal-websajt uniku li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punti 1.1 u 1.2, u l-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt. It-twaqqif ta’ websajt unika ma għandux ifixkel l-implimentazzjoni bla xkiel tal-FAEŻR u ma għandux jirrestrinġi l-aċċess għall-benefiċjarji potenzjali u l-partijiet interessati għall-informazzjoni. L-azzjonijiet biex jiġi infurmat il-pubbliku għandhom jinkludu l-elementi stipulati fil-punt 1 tal-Parti 2.

1.4.   Involviment tal-korpi li jaġixxu bħala rilej

L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura, inkluż permezz tan-NRN, li l-korpi li jkunu jistgħu jaġixxu ta’ rilej ikunu involuti fl-azzjonijiet ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali, u b’mod partikolari bħala:

(a)

imsieħba kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b)

ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif ukoll uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni, u uffiċċji ta’ Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri;

(c)

istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka.

1.5.   Notifika tal-għoti tal-appoġġ

L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li n-notifika tal-għoti tal-appoġġ tgħarraf lill-benefiċjarji li l-azzjoni tkun qed tiġi ffinanzjata minn programm li jkun iffinanzjat parzjalment mill-FAEŻR u bil-miżura u l-prijorità tal-PŻR ikkonċernat.

2.   Responsabbiltajiet tal-benefiċjarji

2.1.   L-azzjonijiet kollha ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni tal-benefiċjarju għandhom jirrikonoxxu l-appoġġ mill-FAEŻR għall-operazzjoni billi juru:

(a)

l-emblema tal-Unjoni;

(b)

referenza għall-appoġġ mill-FAEŻR.

Fejn azzjoni ta’ informazzjoni jew ta’ pubbliċità tkun relatata ma’ operazzjoni jew ma’ diversi operazzjonijiet ikkofinanzjati minn aktar minn Fond wieħed, ir-referenza prevista fil-punt (b) tista’ tiġi ssostitwita minn referenza għall-Fondi tal-ESI.

2.2.   Matul l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jgħarraf lill-pubbliku bl-appoġġ mogħti mill-FAEŻR billi:

(a)

jipprovdi, fuq il-websajt tal-benefiċjarju għal użu professjonali, jekk ikun hemm websajt bħal din, deskrizzjoni qasira tal-operat fejn tista’ tiġi stabbilita rabta bejn l-iskop tal-websajt u l-appoġġ ipprovdut lill-operazzjoni, b’mod proporzjonat għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-miri u r-riżultati tagħha u fejn ikun enfasizzat l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;

(b)

għall-operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c) li l-appoġġ pubbliku totali għalihom jaqbeż l-EUR 10 000 u skont xi tkun l-operazzjoni ffinanzjata (pereżempju għall-operazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 20 dwar it-tiġdid tal-irħula jew l-operazzjonijiet LEADER), tal-inqas kartellun wieħed b’informazzjoni dwar l-operazzjoni (daqs minimu ta’ A3) li jenfasizza l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, f’post li jkun faċilment viżibbli għall-pubbliku, bħal pereżempju l-entrata ta’ binja. Fejn operazzjoni skont il-PŻR tirriżulta f’investiment (pereżempju, f’farm jew f’intrapriża alimentari) li l-appoġġ pubbliku totali tagħha jaqbeż il-EUR 50 000, il-benefiċjarju għandu jpoġġi plakka ta’ spjegazzjoni b’informazzjoni dwar il-proġett li tenfasizza l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Plakka ta’ spjegazzjoni għandha tkun installata wkoll fil-bini tal-gruppi ta’ azzjoni lokali ffinanzjata minn LEADER;

(c)

itella’, f’post faċilment viżibbli mill-pubbliku, billboard temporanju ta’ daqs sinifikanti għal kull operazzjoni li tikkonsisti mill-finanzjament tal-infrastruttura jew l-operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni li għalihom l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000.

Mhux aktar tard minn tliet xhur wara li titlesta operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jpoġġi plakka jew billboard temporanju ta’ daqs sinifikanti f’post li jkun viżibbli faċilment mill-pubbliku għal kull operazzjoni li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(i)

l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000;

(ii)

l-operazzjoni tikkonsisti fix-xiri ta’ oġġett fiżiku jew mill-finanzjament tal-infrastruttura jew tal-operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni.

Dan il-billboard għandu juri l-isem u l-objettiv prinċipali tal-operazzjoni, u tenfasizza l-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Unjoni.

Il-billborads, il-kartelluni, il-plakek u l-websajts għandu jkollhom deskrizzjoni tal-proġett/l-operazzjoni u l-elementi msemmijin fil-punt 1 tal-Parti 2. Dik l-informazzjoni għandha tokkupa tal-inqas kwart mill-billboard, il-plakka jew il-websajt.

PARTI 2

Karatteristiċi tekniċi tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità

1.   Logo u slogan

Kull azzjoni ta’ informazzjoni u pubbliċità għandha turi dawn l-elementi:

(a)

l-emblema tal-Unjoni f’konformità mal-istandards grafiċi kif inhuma ppreżentati fuq http://europa.eu/abc/symbols/emblem/download_en.htm, flimkien ma’ spjegazzjoni tar-rwol tal-Unjoni, permezz tad-dikjarazzjoni li ġejja:

“Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: l-Ewropa tinvesti f’żoni rurali”.

(b)

għall-azzjonijiet u l-miżuri ffinanzjati minn LEADER, il-logo ta’ LEADER:

++ logo ta’ LEADER ++

2.   Materjal ta’ informazzjoni u komunikazzjoni

Il-pubblikazzjonijiet (bħal kotba żgħar, fuljetti u bullettini) u l-kartelluni dwar il-miżuri u l-azzjonijiet ikkofinanzjati mill-FAEŻR għandhom jinkludu indikazzjoni ċara fuq l-ewwel paġna tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll l-emblema tal-Unjoni jekk tintuża emblema nazzjonali jew reġjonali wkoll. Il-pubblikazzjonijiet għandhom jinkludu referenzi għall-korp responsabbli mill-kontenut u għall-Awtorità Maniġerjali maħtura biex timplimenta l-assistenza tal-FAEŻR u/jew dik nazzjonali inkwistjoni.

F’każ ta’ informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi (websajts, bażijiet ta’ dejta għall-benefiċjarji potenzjali) jew bħala materjal awdjoviżiv, b’analoġija għandu japplika l-ewwel paragrafu.

Il-websajts li jikkonċernaw il-FAEŻR għandhom:

(a)

jirreferu għall-kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-inqas fuq il-paġna prinċipali;

(b)

jinkludu hyperlink għall-websajt tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-FAEŻR.


ANNESS IV

Sett komuni ta’ indikaturi tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 14(2)

1.   Indikaturi tal-kuntest

C1.

Popolazzjoni

C2.

Struttura tal-etajiet

C3.

Territorju

C4.

Densità tal-popolazzjoni

C5.

Rata ta’ impjieg (*)

C6.

Rata ta’ impjieg indipendenti

C7.

Rata tal-qgħad

C8.

PDG per capita (*)

C9.

Rata ta’ faqar (*)

C10.

Struttura tal-ekonomija

C11.

Struttura tal-impjieg

C12.

Produttività tal-ħaddiema skont is-settur ekonomiku

C13.

Impjieg skont l-attività ekonomika

C14.

Produttività tal-ħaddiema fl-agrikoltura

C15.

Produttività tal-ħaddiema fil-forestrija

C16.

Produttività tal-ħaddiema fl-industrija tal-ikel

C17.

Azjendi agrikoli (farms)

C18.

Żona agrikola

C19.

Żona agrikola li taqa’ taħt il-biedja organika

C20.

Raba’ saqwi

C21.

Unitajiet ta’ annimali tal-farms

C22.

Forza tax-xogħol tal-farms

C23.

Struttura tal-etajiet tal-maniġers tal-farms

C24.

Taħriġ agrikolu tal-maniġers tal-farms

C25.

Dħul minn fattur agrikolu (*)

C26.

Dħul mill-intraprenditorija agrikola (*)

C27.

Produttività tal-fatturi totali fl-agrikoltura (*)

C28.

Formazzjoni tal-kapital fiss gross fl-agrikoltura

C29.

Foresti u artijiet oħrajn bl-imsaġar (FOWL - Forest and other wooded land)

C30.

Infrastruttura turistika

C31.

Kopertura tal-art

C32.

Żoni żvantaġjati

C33.

Intensità tal-biedja

C34.

Żoni ta’ Natura 2000

C35.

Indiċi tal-għasafar li jbidu fil-farms (FBI - Farmland birds index) (*)

C36.

L-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats agrikoli (bwar)

C37.

Biedja ta’ valur naturali għoli (HNV - high nature value) (*)

C38.

Foresta protetta

C39.

Estrazzjoni tal-ilma fl-agrikoltura (*)

C40.

Kwalità tal-ilma (*)

C41.

Materja organika tal-ħamrija f’artijiet li jinħadmu (*)

C42.

Erożjoni tal-ħamrija minħabba l-ilma (*)

C43.

Produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija

C44.

Użu tal-enerġija fl-agrikoltura, il-forestrija u l-industrija tal-ikel

C45.

Emissjonijiet mill-agrikoltura (*)

2.   Indikaturi tar-riżultati

R1

:

perċentwal tal-azjendi agrikoli b’appoġġ mill-PŻR għal investimenti fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A)

R2

:

Bidla fil-prestazzjoni Agrikola fil-farms appoġġjati/AWU (Annual Work Unit – Unità tax-Xogħol Annwali) (qasam ta’ fokus 2 A) (**)

R3

:

perċentwal ta’ azjendi agrikoli bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investimenti għall-bdiewa żgħażagħ appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 2B)

R4

:

perċentwal tal-azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għax jipparteċipaw fi skemi tal-kwalità, swieq lokali u ċirkwiti tal-provvista qosra, u gruppi/organizzazzjonijiet ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A)

R5

:

perċentwal ta’ farms li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskju (qasam ta’ fokus 3B)

R6

:

perċentwal ta’ foresti jew żoni oħrajn bl-imsaġar li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A)

R7

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità u/jew il-pjasaġġi (qasam ta’ fokus 4 A)

R8

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt il-kuntratti ta’ ġestjoni tal-art biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B)

R9

:

perċentwal ta’ art tal-foresti li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B)

R10

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ħamrija u/jew tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C)

R11

:

perċentwal ta’ art tal-foresti li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ħamrija u/jew tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C)

R12

:

perċentwal ta’ raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistemi ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti (qasam ta’ fokus 5 A)

R13

:

Żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma fl-agrikoltura fi proġetti appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 5 A) (**)

R14

:

Żieda fl-effiċjenza enerġetika fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel fi proġetti appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 5B) (**)

R15

:

Enerġija rinnovabbli prodotta minn proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 5C) (**)

R16

:

perċentwal ta’ LU (Live-stock Unit – Unità ta’ annimali tal-farms) ikkonċernati mill-investimenti fil-ġestjoni tal-annimali tal-farms fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG (Green House Gas – Gass Serra) u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D)

R17

:

perċentwal ta’ artijiet agrikoli li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D)

R18

:

Emissjonijiet imnaqqsin tal-metan u tal-ossidu nitruż (qasam ta’ fokus 5D) (**)

R19

:

Emissjonijiet imnaqqsin tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) (**)

R20

:

perċentwal ta’ art agrikola u forestali li taqa’ taħt il-kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għas-sekwestru jew il-konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E)

R21

:

Impjiegi maħluqin fi proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 6 A)

R22

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali koperta mill-istrateġiji ta’ żvilupp lokali (qasam ta’ fokus 6B)

R23

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (qasam ta’ fokus 6B)

R24

:

Impjiegi maħluqa fi ħdan proġetti appoġġjati (Leader) (qasam ta’ fokus 6B)

R25

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenfika minn servizzi/infrastruttura ġodda jew imtejbin (Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni - ICT) (qasam ta’ fokus 6C)

L-indikaturi bil-korsiv huma wkoll indikaturi tal-mira kif inhu elenkat fil-Punt 4.

3.   Indikaturi tal-prestazzjoni RD

Numru

Indikaturi tal-prestazzjoni

Kodiċijiet tal-miżuri (l-Artikoli tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.1

Nefqa pubblika totali  (***)

Il-miżuri kollha

O.2

Investiment totali

4 (l-Artikolu 17), 5 (l-Artikolu 18), 6.4 (l-Artikolu 19), 7.2 sa 7.8 (l-Artikolu 20), 8.5 u 8.6 (l-Artikolu 21) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.3

Numru ta’ azzjonijiet/operazzjonijiet appoġġjati

1 (l-Artikolu 14), 2 (l-Artikolu 15), 4 (l-Artikolu 17), 7 (l-Artikolu 20), 8.5 u 8.6 (l-Artikolu 21), 9 (l-Artikolu 27), 17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.4

Numru ta’ azjendi/benefiċjari appoġġjati

3 (l-Artikolu 16), 4.1 (l-Artikolu 17), 5 (l-Artikolu 18), 6 (l-Artikolu 19), 8.1 sa 8.4 (l-Artikolu 21), 11 (l-Artikolu 29), 12 (l-Artikolu 30), 13 (l-Artikolu 31), 14 (l-Artikolu 33), 17.1 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.5

Żona totali (ha)

4 (l-Artikolu 17), 8.1 sa 8.5 (l-Artikolu 21), 10 (l-Artikolu 28), 11 (l-Artikolu 29), 12 (l-Artikolu 30), 13 (l-Artikolu 31), 15 (l-Artikolu 34) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.6

Żona fiżika appoġġjata (ha)

10 (l-Artikolu 28) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.7

Numru ta’ kuntratti appoġġjati

10 (l-Artikolu 28), 15 (l-Artikolu 34) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.8

Numru ta’ Unitajiet ta’ Annimali tal-Farms appoġġjati (LU)

14 (l-Artikolu 33), 4 (l-Artikolu 17) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.9

Numru ta’ azjendi parteċipanti fl-iskemi appoġġjati

9 (l-Artikolu 27), 16.4 (l-Artikolu 35), 17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.10

Numru ta’ bdiewa li jibbenefikaw mill-pagamenti

17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.11

Numru ta’ ġranet ta’ taħriġ mogħtija

1 (l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.12

Numru ta’ parteċipanti fit-taħriġ

1 (l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.13

Numru ta’ benefiċjarji mogħtijin pariri

2 (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.14

Numru ta’ konsulenti mħarrġin

2 (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.15

Il-popolazzjoni li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (ta’ IT jew oħrajn)

7 (l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.16

Numru ta’ gruppi EIP appoġġjati, numri ta’ operazzjonijiet EIP appoġġjati u n-numru u t-tip ta’ msieħba fil-gruppi EIP

16 (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.17

Numru ta’ operazzjonijiet ta’ kooperazzjoni appoġġjati (barra mill-EIP)

16 (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.18

Il-popolazzjoni koperta mil-LAG

19 (l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.19

Numru ta’ LAGs magħżulin

19 (l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.20

Numru ta’ proġetti LEADER appoġġjati

19 (l-Artikolu 35(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.21

Numru ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni appoġġjati

19 (l-Artikolu 35(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.22

In-numru u t-tip ta’ promoturi tal-proġetti

19 (l-Artikolu 35(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.23

Numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-LAG involut fi proġett ta’ kooperazzjoni

19 (l-Artikolu 35(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.24

Numru ta’ skambji tematiċi u analitiċi mwaqqfin bl-appoġġ tan-NRN

Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.25

Numru tal-għodod ta’ komunikazzjoni tan-NRN

Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.26

Numru ta’ attivitajiet tal-ENRD li fihom ikun ipparteċipa n-NRN

Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

4.   Indikaturi tal-miri

T1

:

perċentwal tan-nefqa skont l-Artikoli 14, 15 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 b’rabta man-nefqa totali għall-PŻR (qasam ta’ fokus 1 A)

T2

:

Numru totali ta’ operazzjonijiet ta’ kooperazzjoni appoġġjati mill-miżura ta’ kooperazzjoni (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) (gruppi, netwerks/raggruppamenti, proġetti pilota…) (qasam ta’ fokus 1B)

T3

:

Numru totali ta’ parteċipanti mħarrġin skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (qasam ta’ fokus 1C)

T4

:

perċentwal tal-azjendi agrikoli appoġġjati mill-PŻR għall-investimenti fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A)

T5

:

perċentwal ta’ azjendi agrikoli bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investimenti appoġġjati mill-PŻR għall-bdiewa żgħażagħ (qasam ta’ fokus 2B)

T6

:

perċentwal ta’ azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għall-parteċipazzjoni tagħhom fi skemi ta’ kwalità, fis-swieq lokali u f’ċirkwiti ta’ provvista qosra, u gruppi/organizzazzjonijiet ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A)

T7

:

perċentwal ta’ farms li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskji (qasam ta’ fokus 3B)

T8

:

perċentwal ta’ foresti/żoni bl-imsaġar oħrajn li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A)

T9

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità/il-pajsaġġi (qasam ta’ fokus 4 A)

T10

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B)

T11

:

perċentwal ta’ art forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni tal-arti biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B)

T12

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa taħt kuntratti ta’ ġestjoni tal-art għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C)

T13

:

perċentwal tal-art forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C)

T14

:

perċentwal ta’ raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistema ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti

T15

:

Investiment totali għall-effiċjenza enerġetika (qasam ta’ fokus 5B)

T16

:

Investiment totali fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (qasam ta’ fokus 5C)

T17

:

perċentwal ta’ LU kkonċernati mill-investiment fil-ġestjoni tal-annimali tal-farms fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D)

T18

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D)

T19

:

perċentwal ta’ art agrikola u forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għas-sekwestru u l-konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E)

T20

:

Impjiegi maħluqin fi proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 6 A)

T21

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali koperta minn strateġiji lokali ta’ żvilupp (qasam ta’ fokus 6B)

T22

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (qasam ta’ fokus 6B)

T23

:

Impjiegi maħluqin fi ħdan proġetti appoġġjati (Leader) (qasam ta’ fokus 6B)

T24

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi ġodda jew imtejbin (ICT) (qasam ta’ fokus 6C)

5.   Indikaturi ta’ Qafas tal-Prestazzjoni Proposti

 

Indikaturi

Indikatur tal-Prestazzjoni Relatat

Prijorità 2 (P2)

Nefqa Pubblika Totali P2 (EUR)

O.1

Numru ta’ azjendi agrikoli b’appoġġ mill-PŻR għal investiment fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A) + azjendi bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investiment għall-bdiewa żgħażagħ appoġġjat mill-PŻR (qasam ta’ fokus 2B)

O.4

Prijorità 3

(P3)

Nefqa Pubblika Totali P3 (EUR)

O.1

Numru ta’ azjendi agrikoli appoġġjati li jirċievu appoġġ billi jipparteċipaw fi skemi ta’ kwalità, is-swieq lokali/ċirkwiti ta’ provvista qosra, u gruppi ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A)

O.4, O.9

Numru ta’ azjendi agrikoli li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskji (qasam ta’ fokus 3B)

O.4, O.9

Prijorità 4

(P4)

Nefqa Pubblika Totali P4 (EUR)

O.1

Art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għall-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A) + għat-titjib tal-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) + għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C)

O.5

Prijorità 5

(P5)

Nefqa Pubblika Totali P5 (EUR)

O.1

Numru ta’ operazzjonijiet ta’ investiment fl-iffrankar tal-enerġija u fl-effiċjenza enerġetika (qasam ta’ fokus 5B) + fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (qasam ta’ fokus 5C)

O.3

Art agrikola u forestali li taqa’ taħt il-ġestjoni li trawwem is-sekwestru/konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E) + Art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) + Raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistema ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti (qasam ta’ fokus 5 A)

O.5

Prijorità 6

(P6)

Nefqa Pubblika Totali P6 (EUR)

O.1

Numru ta’ operazzjonijiet appoġġjati biex itejbu s-servizzi bażiċi u l-infrastrutturi fiż-żoni rurali (oqsma ta’ fokus 6B u 6C)

O.3

Il-popolazzjoni koperta mil-LAG (qasam ta’ fokus 6B)

O.18


(*)  Indikaturi tal-kuntest li jinkorporaw l-indikaturi tal-impatt tal-Politika Agrikola Komuni (“PAK”)

(**)  Indikaturi tar-riżultati komplimentari

(***)  Dan l-indikatur jikkorrispondi għall-indikatur tal-Qafas tal-Prestazzjoni stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).


ANNESS V

Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni għall-iżvilupp rurali

Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni relatati mal-oqsma ta’ fokus

Għal kull qasam ta’ fokus inkluż fil-PŻR, il-mistoqsija relatata għandha titwieġeb fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali mtejbin (minn hawn ‘il quddiem “AIRs” – annual implimentation reports) ippreżentati fl-2017 u l-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.

1.

Qasam ta’ fokus 1 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali?

2.

Qasam ta’ fokus 1B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-finijiet ta’ ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejbin?

3.

Qasam ta’ fokus 1C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija?

4.

Qasam ta’ fokus 2 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontibwew għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika, ir-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-farms appoġġjati, partikolarment, permezz ta’ żieda tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq u fid-diversifikazzjoni agrikola?

5.

Qasam ta’ fokus 2B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw id-dħul ta’ bdiewa bil-ħiliet xierqa fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, it-tiġdid ġenerazzjonali?

6.

Qasam ta’ fokus 3 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għat-titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji appoġġjati bl-integrazzjoni aħjar tagħhom fil-katina agroalimentari permezz ta’ skemi ta’ kwalità, żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, promozzjoni tas-swieq lokali u taċ-ċirkwiti ta’ provvista qosra, tal-gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali?

7.

Qasam ta’ fokus 3B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-farms?

8.

Qasam ta’ fokus 4 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw ir-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-bijodiversità inkluż f’żoni ta’ Natura 2000, żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi u l-biedja HNV, u l-istat tal-pajsaġġ Ewropew?

9.

Qasam ta’ fokus 4B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża l-ġestjoni tal-fertilizzanti u l-pestiċidi?

10.

Qasam ta’ fokus 4C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija?

11.

Qasam ta’ fokus 5 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għaż-żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma mill-agrikoltura?

12.

Qasam ta’ fokus 5B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel?

13.

Qasam ta’ fokus 5C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għall-provvista u l-użu ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija, ta’ prodotti sekondarji, ta’ residwi u ta’ materja mhux maħduma oħra li mhix ikel għall-finijiet tal-bijoekonomija?

14.

Qasam ta’ fokus 5D: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u tal-ammonijaka mill-agrikoltura?

15.

Qasam ta’ fokus 5E: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-konservazzjoni u s-sekwestru tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija?

16.

Qasam ta’ fokus 6 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw id-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u l-ħolqien tal-impjieg?

17.

Qasam ta’ fokus 6B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali?

18.

Qasam ta’ fokus 6C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR tejbu l-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fiż-żoni rurali?

Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni marbutin ma’ aspetti oħrajn tal-PŻR

Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jitwieġbu fl-AIRs imtejbin ippreżentati fl-2017 u l-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.

19.

Sa liema punt is-sinerġiji bejn il-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus tejbu l-effettività tal-PŻR?

20.

Sa liema punt l-assistenza teknika kkontribwiet biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 51 (2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013?

21.

Sa liema punt in-NRN ikkontribwixxa biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013?

Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni marbutin ma’ objettivi fil-livell tal-Unjoni

Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jitwieġbu fl-AIR imtejjeb ippreżentat fl-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.

22.

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li r-rata tal-impjieg tiżdied fost il-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena għal tal-inqas 75 %?

23.

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li 3 % tal-PDG tal-UE jiġi investit fir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni?

24.

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu, b’tal-inqas, 20 % meta jitqabblu mal-livelli tal-1990, jew bi 30 % jekk il-kundizzjonijiet ikunu tajbin, u għaż-żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija għal 20 %, u fil-kisba ta’ żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza enerġetika?

25.

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li jitnaqqas in-numru ta’ Ewropej li għandhom livell ta’ għajxien aktar baxx mil-livell ta’ faqar nazzjonali?

26.

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għat-titjib tal-ambjent u biex tintlaħaq il-mira tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità li t-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema jitwaqqfu, u biex dawn jiġu restawrati?

27.

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK tat-trawwim tal-kompetittività fl-agrikoltura?

28.

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK li tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u azzjoni klimatika?

29.

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK li jintlaħaq żvilupp territorjali bbilanċjat tal-ekonomiji u l-komunitajiet rurali, inklużi l-ħolqien u l-manutenzjoni tal-impjiegi?

30.

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għat-trawwim tal-innovazzjoni?


ANNESS VI

L-elementi prinċipali tad-dokumenti ta’ appoġġ tekniku għas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni

Wieħed mill-elementi prinċipali tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-iżvilupp rurali huwa l-appoġġ tekniku li jingħata lill-Istati Membri, l-evalwaturi u partijiet interessati oħrajn biex jibnu kapaċità ta’ evalwazzjoni u jiżdiedu l-kwalità u l-konsistenza tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni. Il-Kummissjoni, f’ħidma mal-Istati Membri, għandha tipproduċi dokumenti ta’ appoġġ tekniku li jkopru s-suġġetti li ġejjin:

(1)

Fiches għal kull wieħed mill-indikaturi komuni, li jinkludu definizzjoni tal-indikatur; ir-rabta mal-loġika ta’ intervent; l-unità ta’ kejl; il-metodoloġija użata biex jinkisbu l-valuri; id-dejta meħtieġa u s-sorsi tad-dejta; l-informazzjoni dwar il-ġbir tad-dejta inklużi l-korp responsabbli u l-frekwenza tal-ġbir tad-dejta; ir-rekwiżiti ta’ rapportar.

(2)

Gwida metodoloġika biex tappoġġja lill-Istati Membri u lill-evalwaturi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, li tkopri id-diversi komponenti tagħha, inklużi l-metodoloġiji u l-approċċi ta’ evalwazzjoni, u l-għoti ta’ appoġġ dwar kwistjonijiet speċifiċi bħall-evalwazzjoni tas-CLLD.

(3)

Gwida dwar l-evalwazzjoni ex ante tal-PŻR li tkopri l-għan tal-evalwazzjoni ex ante, il-proċess u r-rwoli tal-atturi involuti, u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzju u li tipprovdi appoġġ metodoloġiku fir-rigward ta’ approċċi u metodi xierqa, u kaxxa tal-għodda ta’ mudelli indikattivi.

(4)

Gwida dwar it-tħejjija tal-pjanijiet ta’ evalwazzjoni li tkopri l-għan u l-benefiċċji ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, l-elementi li għandhom jiġu inklużi u rakkomandazzjonijiet dwar proċessi xierqa biex jiġi stabbilit. Il-kunsiderazzjonijiet marbutin mal-governanza u l-implimetazzjoni huma koperti u anki l-mudelli indikattivi għal aspetti tal-eżerċizzju.

(5)

Gwida dwar l-użu u t-twaqqif ta’ indikaturi bi prokura, immirata b’mod partikolari lejn il-PŻR, li tiddeskrivi l-għan u l-karatteristiċi tal-indikaturi bi prokura u li tidentifika d-dejta u l-metodi li jistgħu jintużaw fejn ikunu meħtieġa l-prokuri.

(6)

Gwida dwar il-pjan ta’ indikazzjoni li tkopri l-elementi li għandhom jiġu inklużi, ir-regoli li għandhom jiġu applikati u t-tabelli mudelli.

(7)

Gwida dwar il-monitoraġġ li tkopri l-elementi li għandhom jiġu inklużi fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali, ir-regoli li għandhom jiġu applikati u t-tabelli mudelli.

(8)

Gwida dwar il-valutazzjoni tal-valuri għall-indikaturi tar-riżultati komplimentari, li tkopri l-identifikazzjoni tal-popolazzjoni relevanti ta’ proġetti, l-istrateġiji ta’ teħid ta’ kampjuni, metodoloġiji xierqa, sorsi tad-dejta u tekniki ta’ valutazzjoni.

(9)

Gwida dwar il-valutazzjoni tal-impatti tal-PŻR, li tkopri l-għan u l-użu tal-indikaturi tal-impatti, ir-rabtiet bejn il-politika ta’ żvilupp rurali u politiki u fatturi oħrajn li jaffettwaw il-valuri tal-indikaturi tal-impatti, u metodi proposti għall-istima tal-effett nett tal-interventi ta’ żvilupp rurali.

(10)

Gwida dwar ir-risposti għall-mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni għall-iżvilupp rurali, inklużi rabtiet mal-loġika ta’ intervent u l-indikaturi komuni, u li tipproponi dejta addizzjonali, kriterji ta’ ġudizzju u firxa ta’ approċċi possibbli li jistgħu jintużaw biex jitwieġbu l-mistoqsijiet.

(11)

Gwida dwar l-evalwazzjoni ex post tal-RPDs ta’ bejn l-2014 u l-2020 li tkopri l-għan, il-proċess u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzju u li tipprovdi appoġġ metodoloġiku u identifikazzjoni tal-prattiki tajbin, b’inklużjoni ta’ mudelli indikattivi għal aspetti tal-eżerċizzju.


ANNESS VII

Struttura u kontenut tar-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali (kif stipulat fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

1.   Informazzjoni prinċipali dwar l-implimentazzjoni tal-programm u l-prijoritajiet tiegħu

(a)   Dejta finanzjarja

Dejta dwar l-implimentazzjoni finanzjarja, għal kull miżura u qasam ta’ fokus, li tipprovdi dikjarazzjoni tan-nefqa mġarrba u ddikjarata fid-dikarazzjoni tan-nefqa. Din għandha tkopri n-nefqa pubblika totali mġarrba, kif ukoll l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji miġjubin mill-Istai Membri tul is-sena kalendarja preċedenti.

(b)   Indikaturi komuni u speċifiċi għall-programmi u valuri tal-miri kkwantifikati

Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-PŻR kif titkejjel mill-indikaturi komuni u speċifiċi, inkluż il-progress milħuq b’rabta mal-miri stabbiliti għal kull qasam ta’ fokus u fir-rigward tar-riżultati rrealizzati meta mqabblin mar-riżultati ppjanati, kif inhu stipulat fil-pjan ta’ indikazzjoni. B’bidu mir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi sottomess fl-2017, il-kisbiet li jwasslu għall-punti prinċipali stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni (tabella F). L-informazzjoni addizzjonali dwar l-istadju tal-implimentazzjoni tal-PŻR tingħata permezz tad-dejta dwar l-impenji finanzjarji skont il-miżura u l-qafas ta’ fokus, u l-progress relatat mistenni lejn il-miri.

Tabelli:

Tabella A: Nefqa impenjata skont il-miżura u l-qasam ta’ fokus

Tabella B: Indikaturi tar-riżultati rrealizzati skont il-miżura u l-qasam ta’ fokus

Tabella C: Tqassim għar-riżultati u l-miżuri relevanti skont it-tip ta’ qasam, sess u/jew età

Tabella D: Progress lejn il-miri

Tabella E: Monitoraġġ tal-miżuri tranżizzjonali

Tabella F: Kisba tal-indikaturi ta’ qafas tal-prestazzjoni

2.   Il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jkun ippreżentat kif ġej:

(a)

Deskrizzjoni ta’ kull modifika magħmula fil-pjan ta’ evalwazzjoni fil-PŻR tul is-sena, b’ġustifikazzjoni għalihom.

(b)

Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni mwettqin matul is-sena (b’rabta mat-taqsima 3 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*

(c)

Deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqin b’rabta mal-għoti u l-ġestjoni tad-dejta (b’rabta mat-taqsima 4 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*

(d)

Lista ta’ evalwazzjonijiet kompluti, inklużi referenzi għal fejn dawn ġew ippubblikati onlajn.

(e)

Sommarju ta’ evalwazzjonijiet kompluti, b’fokus fuq is-sejbiet tal-evalwazzjoni.

(f)

Deskrizzjoni ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqin b’rabta mal-pubbliċizzazzjoni tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet (b’rabta mat-taqsima 6 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*

(g)

Deskrizzjoni tas-segwitu mogħti lir-riżultati tal-evalwazzjoni (b’rabta mat-taqsima 6 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*

*

Għandha ssir referenza għall-pjan ta’ evalwazzjoni, kull diffikultà li tinqala’ fl-implimentazzjoni għandha tiġi deskritta, flimkien mas-soluzzjonijiet adottati jew proposti.

3.   Kwistjonijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħudin

Deskrizzjoni tal-passi meħudin mill-Awtorità Maniġerjali u mill-Kumitat ta’ Monitoraġġ sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-programmi u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-kwistjonijiet affaċċjati fil-ġestjoni tal-programm u kwalunkwe miżura korrettiva meħuda, notevolment b’rispons għall-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

4.   Passi meħudin għall-implimentazzjoni tal-assistenza teknika u rekwiżiti dwar il-pubbliċità tal-programmi

(a)

F’każ ta’ kopertura mill-assistenza teknika tat-twaqqif u l-funzjonament tan-NRN, ir-rapport għandu jiddeskrivi l-azzjonijiet meħudin u s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tat-twaqqif tan-NRN u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni;

(b)

Passi meħudin biex jiġi żgurat li l-programm jiġi ppubbliċizzat (l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament).

5.   Azzjonijiet meħudin biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonalitajiet ex ante (fl-2017 u fl-2016 fejn ikun relevanti)

Deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħudin skont il-prijorità/il-qasam ta’ fokus/il-miżura biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ex ante applikabbli marbutin mal-prijoritajiet u dawk ġenerali, li ma jkunux ġew issodisfati jew ikunu ġew issodisfati parzjalment fil-waqt tal-adozzjoni tal-PŻR. Għandha ssir referenza għall-kriterji li ma ġewx issodisfati jew li ġew issodisfati parzjalment, għal kwalunkwe strateġija, att legali jew dokument relevanti ieħor inklużi referenzi għat-taqsimiet u l-artikoli relevanti, għall-korpi responsabbli biex dawn jiġu ssodisfati. Fejn ikun neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu spjegazzjonijiet jew informazzjoni addizzjonali biex jikkomplimentaw dik id-deskrizzjoni.

6.   Deskrizzjoni tal-implimentazzjoni tas-sottoprogrammi

L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni kif imkejla minn indikaturi komuni u speċifiċi, inkluż dwar il-progress milħuq b’rabta mal-miri stabbiliti fil-pjan ta’ indikazzjoni tas-sottoprogramm, kif ukoll fir-rigward tar-riżultati u n-nefqa rrealizzati meta mqabblin mar-riżultati u n-nefqa ppjanati stabbiliti fis-sottoprogramm.

7.   Valutazzjoni tal-informazzjoni u l-progress biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm

L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja li tirriżulta mill-attivitajiet ta’ evalwazzjoni:

Rapportar u kwantifikazzjoni tal-kisbiet tal-programmi, partikolarment permezz tal-valutazzjoni tal-indikaturi tar-riżultati komplimentari u l-mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni relevanti.

L-AIRs sottomessi fl-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja, li tirriżulta minn attivitajiet ta’ evalwazzjoni:

Rapportar dwar il-progress lejn l-objettivi tal-programm u l-kontribuzzjoni tiegħu biex tintlaħaq l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv permezz ta’, inter alia, valutazzjoni tal-kontribut nett tal-programm lejn il-bidliet fil-valuri ta’ indikazzjoni tal-impatti tal-PAK, u l-mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni relevanti.

8.   Implimentazzjoni tal-azzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji stipulati fl-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)   Promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni (l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex tiġi żgurata li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jiġu kkunsidrati u promossi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż b’rabta mal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.

(b)   Żvilupp sostenibbli (l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex jiġi żgurat li l-objettivi u l-implimentazzjoni tal-FAEŻR ikunu konformi mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli u mal-promozzjoni tal-Unjoni tal-mira tal-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, kif inhu stipulat fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.

Barra minn hekk, tingħata informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima (Traċċar tat-tibdil fil-klima).

(c)   Ir-rwol tal-imsieħba, kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fl-implimentazzjoni tal-programm

Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex jiġi żgurat li l-imsieħba stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġu involuti fit-tħejjija tar-rapporti ta’ progress u tul l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż permezz ta’ parteċipazzjoni fil-kumitati ta’ monitoraġġ għall-programmi skont l-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament u fl-attivitajiet tan-NRN.

9.   Progress li sar fl-iżgurar ta’ approċċ integrat

L-AIRs sottomessi fl-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:

Deskrizzjoni tal-progress li sar fl-iżgurar ta’ approċċ integrat lejn l-użu tal-FAEŻR u strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp territorjali taż-żoni rurali, inkluż permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali.

10.   Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarjit (l-Artikolu 46 tar-Regolamen (UE) Nru 1303/2013)

L-AIRs għandhom jinkludu wkoll bħala anness:

rapport speċifiku li jkopri l-operazzjonijiet li jikkostitwixxu l-istrumenti finanzjarji. Il-kontenut ta’ dan ir-rapport huwa stipulat fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u din is-sottomissjoni għandha ssir permezz ta’ mudell tal-Fondi tal-ESI.


31.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/69


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 809/2014

tas-17 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 58(4), 62(2)(a) sa (f) u (h), 63(5), 77(8), 78, 96(4) u 101(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistabbilixxi r-regoli bażiċi li jikkonċernaw, fost l-oħrajn, l-obbligi tal-Istati Membri li jħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-qafas legali l-ġdid stabbilit minn dak ir-Regolament jaħdem mingħajr problemi u jkun japplika b’mod uniformi, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa tadotta ċerti regoli fir-rigward tal-verifiki amministrattivi u fuq il-post, tal-kejl taż-żoni, tal-każijiet li fihom jistgħu jiġu kkoreġuti l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas, tal-applikazzjoni u l-kalkolu tal-irtirar parzjali jew totali u l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u pieni, tal-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi, tar-rekwiżiti għall-bażi tad-dejta kompjuterizzata, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għad-drittijiet għall-pagamenti, inkluża d-data finali għat-tressiq, tat-twettiq ta’ verifiki, tat-trasferimenti tal-azjendi agrikoli, tal-pagament tal-avvanzi, tat-twettiq ta’ verifiki relatati mal-obbligi tal-kundizzjonalità, tal-kalkolu u l-applikazzjoni ta’ pieni amministrattivi marbutin mal-kundizzjonalità u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-fini tal-applikazzjoni uniformi tar-regoli bażiċi dwar is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (“is-sistema integrata”) fir-rigward tal-kundizzjonalità.

(2)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw it-tħaddim xieraq tas-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll meta jkun hemm iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti li tkun responsabbli għall-istess benefiċjarju.

(3)

Meta l-awtorità kompetenti tkun għadha ma għarrfitx lill-benefiċjarju b’xi żball li jkun hemm fl-applikazzjoni għall-għajnuna jew fit-talba għall-ħlas u lanqas ma tkun ħabbret li se ssir verifika fuq il-post, il-benefiċjarji għandhom ikunu intitolati jirtiraw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas tagħhom, jew partijiet minnhom, fi kwalunkwe waqt. Il-benefiċjarji għandhom jitħallew ukoll jikkoreġu jew jaġġustaw l-iżbalji ovvji li jkun hemm fl-applikazzjoni għall-għajnuna jew fit-talbiet għall-ħlas u fi kwalunkwe dokument ta’ sostenn - żbalji li f’ċerti każijiet iridu jiġu rrikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali.

(4)

Iridu jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet speċifiċi u ddettaljati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ġusta tat-tnaqqis differenti li jrid jiġi applikat meta l-istess benefiċjarju jagħmel applikazzjoni waħda għall-għajnuna jew talba waħda għall-ħlas jew iktar. Għalhekk, għandha tiġi stabbilita s-sekwenza għall-kalkolu tat-tnaqqis potenzjali differenti għal kull skema ta’ pagament dirett jew miżura ta’ żvilupp rurali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-prinċipju ta’ bona fide fl-Unjoni kollha, meta jiġu rkuprati l-ammonti li jkunu tħallsu b’mod mhux dovut, il-kundizzjonijiet li bihom dak il-prinċipju jista’ jiġi invokat għandhom jiġu stabbiliti mingħajr ħsara għat-trattament tan-nefqa kkonċernata fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(6)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-konsegwenzi tat-trasferiment ta’ azjendi agrikoli sħaħ li huma suġġetti għal ċerti obbligi skont l-iskemi ta’ pagament dirett jew skont il-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata.

(7)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja s-sistema integrata b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jgħarrfuha bi kwalunkwe dejta u statistika annwali ta’ kontroll. B’mod simili, darba fis-sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-istatistika tal-verifiki fuq il-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata, inklużi r-riżultati tat-tali verifiki. Barra minn hekk, fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa bi kwalunkwe miżura li l-Istati Membri jkunu ħadu fir-rigward tal-kundizzjonalità.

(8)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri jistgħu jħallsu avvanzi fir-rigward tal-pagamenti diretti b’ċerti kundizzjonijiet, inkluża l-finalizzazzjoni tal-verifiki amministrattivi u fuq il-post fir-rigward tas-sena tat-talba kkonċernata. L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistipula li r-rata ta’ aġġustament stabbilita skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tapplika għall-pagamenti diretti li jaqbżu limitu fiss. Madankollu, skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, abbażi ta’ informazzjoni ġdida li jkollha fil-pussess tagħha, il-Kummissjoni tista’ tadatta r-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti sal-1 ta’ Diċembru. Għaldaqstant, sas-16 ta’ Ottubru jaf tkun għadha mhix magħrufa r-rata ta’ aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja li tista’ tiġi applikata. Il-pagament tal-bilanċ mill-1 ta’ Diċembru ‘l quddiem għandu jqis ir-rata ta’ aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja applikabbli f’dak iż-żmien.

(9)

Għandu jiġi stabbilit il-qafas ġenerali għall-introduzzjoni ta’ proċeduri ssimplifikati fil-kuntest ta’ komunikazzjonijiet bejn il-benefiċjarju u l-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikulari, dan il-qafas għandu jipprevedi l-possibbiltà li jintużaw mezzi elettroniċi. Madankollu, irid jiġi żgurat b’mod partikulari li d-dejta trażmessa b’dan il-mod tkun kompletament affidabbli u li l-proċeduri rilevanti jitħaddmu mingħajr ebda diskriminazzjoni bejn il-benefiċjarji. Sabiex titħaffef l-amministrazzjoni kemm għall-benefiċjarji u kemm għall-awtoritajiet nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jużaw ukoll, b’mod dirett, l-informazzjoni li tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali minflok ma jeħtieġu lill-benefiċjarju jipprovdi t-tali informazzjoni biex jivverifikaw l-eliġibbiltà ta’ ċerti pagamenti.

(10)

Biex ikunu jistgħu jsiru verifiki effettivi fl-Istati Membri li jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna għall-pagamenti diretti u t-talbiet kollha għall-ħlas għall-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata għandhom ikunu koperti mill-applikazzjoni unika skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, irid jiġi stipulat li kwalunkwe applikazzjoni għall-għajnuna jew talba għall-ħlas li b’xi mod tkun marbuta maż-żona trid titressaq darba fis-sena biss f’applikazzjoni unika waħda.

(11)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dati finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika u/jew tat-talbiet għall-ħlas li, sabiex ikunu jistgħu jiġu pproċessati u vverifikati fil-ħin l-applikazzjoni għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas, ma għandhomx ikunu iktar tard mill-15 ta’ Mejju. Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi partikulari fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Isvezja, dawk l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu data iktar tard li ma għandhiex tkun iktar tard mill-15 ta’ Ġunju. Barra minn hekk, fil-ġejjieni jridu jkunu jistgħu jingħataw derogi abbażi ta’ każ b’każ jekk il-kundizzjonijiet klimatiċi f’sena partikulari jkunu jeħtieġu hekk.

(12)

Fl-applikazzjoni unika, il-benefiċjarji għandhom jiddikjaraw mhux biss iż-żona użata għal finijiet agrikoli, iżda wkoll id-drittijiet għall-pagamenti tagħhom u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ. Madankollu, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jagħtu deroga minn ċerti obbligi meta d-drittijiet għall-pagamenti li jridu jiġu allokati f’sena partikulari jkun għadhom ma ġewx stabbiliti b’mod definittiv.

(13)

Biex tingħata l-iktar flessibbiltà possibbli fir-rigward tal-pjanijiet tal-benefiċjarji rigward l-użu taż-żona, dawn għandhom jitħallew jemendaw l-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas tagħhom saż-żmien li normalment fih isir iż-żrigħ, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti partikulari kollha tal-iskemi tal-għajnuna jew tal-miżuri ta’ appoġġ differenti u jekk l-awtorità kompetenti jkun għadha ma għarrfitx lill-benefiċjarju dwar xi żbalji fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas tiegħu, u lanqas ma tkun innotifikat il-verifika fuq il-post li tkun identifikat żbalji fir-rigward tal-parti affettwata mill-emenda. Wara li jkunu saru t-tali emendi, għandha tingħata l-possibbiltà li jiġu aġġustati d-dokumenti ta’ sostenn jew il-kuntratti korrispondenti li jridu jiġu sottomessi.

(14)

Peress li r-responsabbiltà għat-tressiq ta’ applikazzjoni għall-għajnuna jew talba għall-ħlas korretta tibqa’ f’idejn il-benefiċjarji, fejn ikun xieraq dawn għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet u l-bidliet meħtieġa fil-formola prestabbilita.

(15)

Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għal skemi ta’ għajnuna relatati maż-żona u/jew ta’ talbiet għall-ħlas għal miżuri ta’ appoġġ relatati maż-żona, il-benefiċjarju għandu jingħata formola prestabbilita f’format elettroniku u għandu jingħata l-materjal grafiku korrispondenti permezz ta’ applikazzjoni tas-softwer ibbażata fuq is-sistema ta’ informazzjoni ġeografika (GIS) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażata fuq strumenti ġeospazjali”). Il-formoli ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażati fuq strumenti ġeospazjali ser jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-iżbalji mill-benefiċjarji meta dawn jiddikjaraw iż-żoni agrikoli tagħhom u se jagħmlu l-kontroverifiki amministrattivi iktar effiċjenti. Barra minn hekk, l-informazzjoni spazjali iktar preċiża pprovduta permezz tal-formoli ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażati fuq strumenti ġeospazjali se tipprovdi dejta iktar affidabbli għall-għanijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jinħtieġ li, minn data partikulari, l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna u/jew it-talbiet kollha għall-ħlas ta’ dan it-tip jitressqu abbażi tal-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażata fuq strumenti ġeospazjali elettronika. Madankollu, meta l-benefiċjarji ma jkunux jistgħu jużaw dik il-formola, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdilhom alternattiva biex dawn ikunu jistgħu jressqu applikazzjoni għall-għajnuna u/jew talba għall-ħlas. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ż-żoni ddikjarati jkunu diġitizzati.

(16)

Kwalunkwe informazzjoni speċifika relatata mal-produzzjoni tal-qanneb jew mal-appoġġ akkoppjat volontarju jew mal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton għandha tingħata flimkien mal-applikazzjoni unika jew, fejn ikun xieraq minħabba l-għamla tal-informazzjoni, iktar tard. Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit li fil-formola tal-applikazzjoni unika jiġu ddikjarati wkoll iż-żoni li għalihom ma tintalab l-ebda għajnuna. Peress li huwa importanti li tingħata informazzjoni ddettaljata għal ċerti tipi ta’ użu ta’ żona, l-informazzjoni dwar dawk it-tipi ta’ użu għandha tiġi ddikjarata b’mod separat filwaqt li l-oħrajn jistgħu jiġu ddikjarati taħt intestatura waħda.

(17)

F’ċirkustanzi li fihom il-benefiċjarji jintalbu jkollhom żona ta’ interess ekoloġiku fiż-żona agrikola sabiex ikunu eliġibbli għall-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent imsemmijin fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (“il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni”), huma għandhom jiddikjaraw iż-żona ta’ interess ekoloġiku fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna għall-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona. Meta parti mill-obbligi taż-żona ta’ interess ekoloġiku tiġi implimentata f’livell reġjonali jew b’mod kollettiv, mad-dikjarazzjoni taż-żoni ta’ interess ekoloġiku għandu jkun hemm dikjarazzjoni separata taż-żoni ta’ interess ekoloġiku implimentati fil-livell reġjonali jew b’mod kollettiv.

(18)

Sabiex ikunu jistgħu jsiru monitoraġġ u kontroll effettivi, l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa ż-żgħar għandu jkun fiha referenza għall-applikazzjoni unika mressqa mill-istess benefiċjarju. Biex ikunu jistgħu jsiru verifiki effettivi fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċjali għall-iskema għall-bdiewa ż-żgħar, l-informazzjoni kollha meħtieġa għandha tingħata billi tintuża l-proċedura ta’ applikazzjoni ssimplifikata prevista fl-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li l-benefiċjarji li jiddeċiedu li jirtiraw mill-iskema għall-bdiewa ż-żgħar għandhom ikunu meħtieġa jgħarrfu lill-awtorità kompetenti fil-ħin sabiex tkun tista’ ssir tranżizzjoni mingħajr problemi għall-pagamenti skont it-Titoli III u IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

(19)

Il-benefiċjarji li għandhom żona agrikola għad-dispożizzjoni tagħhom, iżda li ma japplikaw għall-ebda għajnuna u/jew appoġġ li jkun suġġett għall-applikazzjoni unika għandhom jibagħtu wkoll formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki marbutin mal-obbligi tal-kundizzjonalità. Madankollu, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jeżentaw lill-benefiċjarji minn dan l-obbligu, meta l-awtoritajiet diġà jkollhom din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom.

(20)

Bil-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta’ applikazzjoni u skont l-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-benefiċjarju, kemm jista’ jkun, b’formoli prestabbiliti li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex il-benefiċjarju jkun jista’ jressaq applikazzjoni għall-għajnuna jew talba għall-ħlas korretta. Il-formola prestabbilita għandha tkun tista’ titfassal b’tali mod li kulma jkollu bżonn jagħmel il-benefiċjarju huwa li jikkonferma n-nuqqas ta’ bidliet fir-rigward tal-applikazzjoni għall-għajnuna u/jew tat-talba għall-ħlas imressqa fis-sena ta’ qabel.

(21)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni dwar id-dettalji li jridu jiddaħħlu fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas relatati mal-bhejjem meta Stat Membru jagħżel li japplika appoġġ akkoppjat volontarju jew miżuri tal-iżvilupp rurali relatati mal-annimali.

(22)

Skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (3), il-pagamenti skont l-appoġġ akkoppjat volontarju jew il-miżuri tal-iżvilupp rurali relatati mal-annimali jistgħu jsiru biss għal annimali li huma identifikati u rreġistrati kif xieraq skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (5). Għalhekk, il-benefiċjarji li jressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna jew talbiet għall-ħlas skont l-iskemi ta’ għajnuna jew il-miżuri ta’ appoġġ ikkonċernati għandhom jingħataw aċċess għall-informazzjoni rilevanti fiż-żmien dovut.

(23)

Il-fatt li l-benefiċjarji jressqu fil-ħin l-applikazzjonijiet għad-drittijiet għall-pagamenti huwa essenzjali sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu d-drittijiet għall-pagamenti. Għalhekk, għandha tiġi stabbilita data finali għat-tressiq.

(24)

Iridu jiġu stabbiliti regoli biex ikopru s-sitwazzjonijiet li fihom ikunu ġew allokati drittijiet għall-pagamenti eċċessivi, b’mod partikulari minħabba dikjarazzjoni eċċessiva, jew li fihom il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti jkun ġie stabbilit f’livell ħażin, pereżempju, minħabba li ġie kkalkulat abbażi ta’ ammont ta’ referenza żbaljat. Wieħed għandu jagħmilha ċara li kwalunkwe aġġustament fl-għadd u/jew fil-valur tad-drittijiet għall-pagamenti ma għandux iwassal għal kalkolu sistematiku mill-ġdid tad-drittijiet għall-pagamenti li jkun għad fadal. F’ċerti każijiet, id-drittijiet għall-pagamenti allokati bi żball jikkorrispondu għal ammonti żgħar ħafna, iżda jwasslu għal spejjeż sostanzjali u għal piż amministrattiv biex jiġu rkuprati. Għall-għanijiet tas-simplifikazzjoni u biex jinstab bilanċ bejn l-ispejjeż u l-piż amministrattiv, minn naħa, u l-ammont li jrid jiġi rkuprat, min-naħa l-oħra, għandu jiġi stabbilit ammont minimu li f’livell inqas minnu ma jkun hemm bżonn isir l-ebda rkupru.

(25)

Għandha tiġi mmonitorjata b’mod effettiv il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-iskemi ta’ għajnuna u l-miżuri ta’ appoġġ fis-sistema integrata. Għal dan il-għan, u biex jiġi żgurat livell armonizzat ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn li jiġu stabbiliti fid-dettall il-kriterji u l-proċeduri tekniċi għat-twettiq tal-verifiki amministrattivi u fuq il-post fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn stabbiliti għall-iskemi ta’ pagament dirett, il-miżuri tal-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità.

(26)

Ta’ min jiċċara li kull meta ssir fotointerpretazzjoni, pereżempju matul il-verifiki fuq il-post jew fil-kuntest ta’ aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’, u kull meta din il-fotointerpretazzjoni ma twassalx għal riżultati konklużivi, għandhom isiru verifiki fuq il-post.

(27)

It-tħabbira tal-verifiki fuq il-post għall-eliġibbiltà u l-kundizzjonalità għandha tkun permessa biss meta t-tali tħabbira ma tkunx ta’ xkiel għall-verifiki, u fi kwalunkwe każ għandhom japplikaw il-limiti taż-żmien ix-xierqa. Barra minn hekk, meta regoli settorjali speċifiċi għal atti jew standards rilevanti għall-kundizzjonalità jipprevedu verifiki fuq il-post mhux imħabbrin, dawk ir-regoli għandhom jitħarsu.

(28)

Irid jiġi stabbilit li l-Istati Membri jridu jħalltu d-diversi verifiki, fejn ikun xieraq. Madankollu, fir-rigward ta’ ċerti miżuri ta’ appoġġ, il-verifiki fuq il-post għandhom jitqassmu tul is-sena sabiex ikun jista’ jiġi vverifikat il-ħarsien tal-impenji. It-tul ta’ verifika fuq il-post għandu jkun limitat għall-minimu meħtieġ. Madankollu, meta ċerti kriterji tal-eliġibbiltà, impenji jew obbligi jkunu marbutin ma’ ċertu perjodu taż-żmien, verifika fuq il-post tista’ tkun teħtieġ żjarat addizzjonali għand il-benefiċjarju f’data iktar tard. Għal dawn il-każijiet, għandu jiġi speċifikat li l-perjodu taż-żmien tal-verifika fuq il-post kif ukoll in-numru ta’ żjarat iridu jkunu limitati għall-minimu meħtieġ.

(29)

Għandu jiġi żgurat li kwalunkwe nuqqas ta’ konformità misjub jiġi segwit kif xieraq u jitqies meta jkunu qed jingħataw il-pagamenti. F’dan il-kuntest, meta jiġi vverifikat il-ħarsien tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, irid jitqies ukoll kwalunkwe nuqqas ta’ konformità possibbli li jirrappurtaw korpi, servizzi jew organizzazzjonijiet oħrajn, minbarra dawk li huma direttament inkarigati mill-verifiki. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-għoti tal-pagamenti jibagħtu kontronotifika lil xulxin dwar kwalunkwe sejba rilevanti li ssir fil-kuntest tal-verifiki tal-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà, mal-impenji u mal-obbligi l-oħrajn. Dan il-prinċipju għandu jiġi applikat ukoll għas-sejbiet kollha li jsiru mill-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni pubbliċi jew privati fir-rigward tal-benefiċjarji li jagħżlu li jissodisfaw l-obbligi tal-ekoloġizzazzjoni tagħhom permezz ta’ prattiki ta’ ekwivalenza koperti minn skema taċ-ċertifikazzjoni, li għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità inkarigata mill-għoti tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni. Fl-aħħar nett, meta l-verifiki fir-rigward tal-miżuri tal-iżvilupp rurali jkopru prattiki ekwivalenti, għandhom isiru kontronotifiki tar-riżultati tat-tali verifiki sabiex dawn jitqiesu fil-valutazzjoni sussegwenti tal-eliġibbiltà biex wieħed jirċievi l-pagamenti tal-ekoloġizzazzjoni.

(30)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli, b’mod partikulari dwar il-kontenut tal-kontroverifiki, sabiex jiġu identifikati b’mod effettiv il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità waqt li jkunu qed isiru l-verifiki amministrattivi. Kwalunkwe nuqqas ta’ konformità għandu jiġi segwit bi kwalunkwe proċedura xierqa.

(31)

Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, meta ħabel referenzjali jkun suġġett għal applikazzjoni għall-għajnuna jew għal talba għall-ħlas min-naħa ta’ żewġ benefiċjarji jew aktar li japplikaw għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ mill-istess skema ta’ għajnuna jew miżura ta’ appoġġ u ż-żona ddikjarata b’mod eċċessiv jew imrikkba fuq xulxin tkun taqa’ fi ħdan it-tolleranza ddefinita għall-kejl tal-ħbula raba’, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jipprevedu tnaqqis proporzjonat taż-żoni kkonċernati. Madankollu, il-benefiċjarji kkonċernati għandhom ikunu intitolati jappellaw kontra t-tali deċiżjonijiet.

(32)

Għandu jiġi stabbilit l-għadd minimu ta’ benefiċjarji li jridu jsirulhom il-verifiki fuq il-post għad-diversi skemi ta’ għajnuna u miżuri ta’ appoġġ.

(33)

Il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post tal-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona għandu jittieħed abbażi ta’ metodu tal-kampjunar stratifikat sabiex il-piż amministrattiv jibqa’ proporzjonat u l-għadd ta’ benefiċjarji li jridu jsirulhom il-verifiki fuq il-post jibqa’ f’livell raġonevoli. Il-metodu ta’ kampjunar stratifikat għandu jinvolvi parti aleatorja sabiex tinkiseb rata ta’ żball rappreżentattiva. Madankollu, għall-verifiki fuq il-post għall-pagament tal-ekoloġizzazzjoni, għall-iskemi tal-għajnuna relatata mal-annimali jew għall-miżuri tal-iżvilupp rurali, il-kampjun għandu jitfassal parzjalment abbażi ta’ analiżi tar-riskju. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-fatturi ta’ riskju billi tiffoka fuq iż-żoni fejn hemm l-ikbar riskju ta’ żbalji. Biex tiġi żgurata analiżi tar-riskju rilevanti u effiċjenti, l-effettività tal-kriterji tar-riskju għandha tiġi vvalutata u aġġornata fuq bażi annwali filwaqt li titqies ir-rilevanza ta’ kull kriterju ta’ riskju, billi jitqabblu r-riżultati ta’ kampjuni magħżulin b’mod aleatorju u abbażi tar-riskju, is-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri u l-għamla tan-nuqqas ta’ konformità.

(34)

F’ċerti każijiet, huwa rilevanti li jitwettqu verifiki fuq il-post qabel ma jaslu l-applikazzjonijiet kollha. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħmlu għażla parzjali tal-kampjun ta’ kontroll qabel ma jintemm il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(35)

Sabiex il-verifika fuq il-post tkun waħda effettiva, huwa importanti li l-persunal li jwettaq il-verifiki jkun infurmat għaliex saret l-għażla li ssir verifika fuq il-post. L-Istati Membri għandhom iżommu rekords tat-tali informazzjoni.

(36)

Nuqqas serju ta’ konformità misjub matul il-verifiki fuq il-post għandu jirrikjedi żieda fil-livell tal-verifiki fuq il-post fis-sena ta’ wara sabiex jintlaħaq livell aċċettabbli ta’ garanzija ta’ korrettezza tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u tat-talbiet għall-ħlas ikkonċernati.

(37)

Hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom tnaqqis fil-livell minimu tal-verifiki fuq il-post għal ċerti skemi tal-għajnuna u miżuri ta’ appoġġ jista’ jitqies li huwa ġġustifikat abbażi ta’ sistema ta’ ġestjoni u kontroll li taħdem sew u ta’ rati ta’ żball li jibqgħu f’livell aċċettabbli.

(38)

Biex jiġu żgurati monitoraġġ xieraq u kontroll effettiv, il-verifiki fuq il-post tal-iskemi tal-għajnuna relatati maż-żona u tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għandhom ikopru kull ħabel raba’ ddikjarat. Fir-rigward ta’ ċerti miżuri tal-iżvilupp rurali, il-verifika fuq il-post għandha tkopri wkoll l-art mhux agrikola. Sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tas-sistema integrata, għandu jkun permess li l-kejl proprju tal-ħbula raba’ jiġi limitat għal kampjun aleatorju ta’ 50 % tal-ħbula raba’ ddikjarati. Ir-riżultati tal-kejl ibbażat fuq il-kampjuni għandhom jiġu estrapolati għall-bqija tal-popolazzjoni jew il-kejl għandu jiġi estiż għall-ħbula raba’ kollha ddikjarati.

(39)

Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-elementi tal-verifiki fuq il-post, il-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, il-metodi ta’ kejl taż-żona u l-għodod tal-kejl li l-Istati Membri jridu jużaw għall-finijiet tal-verifiki fuq il-post, sabiex tiġi żgurata kwalità tal-kejl li hija ekwivalenti għal dik meħtieġa mill-istandards tekniċi mfasslin fil-livell tal-Unjoni.

(40)

Għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-użu tat-telerilevament għall-verifiki fuq il-post u għandu jiġi previst li jitwettqu verifiki fuq il-post fil-każijiet kollha li fihom il-fotointerpretazzjoni ma twassalx għal riżultati ċari. Jista’ jagħti l-każ li minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp, pereżempju, il-ħbula raba’ ma jkunux kollha koperti b’immaġni ta’ kwalità suffiċjenti biex jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà jew biex titkejjel iż-żona. F’dawn il-każijiet, għandha ssir il-verifika fuq il-post jewinkella din għandha tiġi supplimentata b’mezzi tradizzjonali. Barra minn hekk, huwa xieraq li jintalab li l-verifika ta’ konformità mal-kriterji kollha tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn kollha ssir fl-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-verifika fuq il-post imwettqa b’mezzi tradizzjonali.

(41)

Biex l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll kwalunkwe awtorità kompetenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jagħtu segwitu għall-verifiki fuq il-post imwettqin, id-dettalji tal-verifiki għandhom jiġu rreġistrati f’rapport ta’ kontroll. Il-benefiċjarju jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jingħata l-opportunità jiffirma r-rapport. Madankollu, fir-rigward tal-verifiki fuq il-post imwettqin permezz tat-telerilevament, l-Istati Membri għandhom jitħallew jipprevedu li din l-opportunità tingħata biss meta l-verifiki jiżvelaw nuqqas ta’ konformità. Tkun xi tkun l-għamla tal-verifika fuq il-post imwettqa, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport jekk jinstab xi nuqqas ta’ konformità.

(42)

Ġew stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali ta’ kontroll abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003 (6). Meta jitwettqu l-verifiki skont dak ir-Regolament, ir-riżultati għandhom jiġu inklużi fir-rapport ta’ kontroll għall-finijiet tas-sistema integrata.

(43)

Fir-rigward ta’ Stati Membri li jagħżlu li japplikaw skema tal-għajnuna relatata mal-annimali jew miżura ta’ appoġġ relatata mal-annimali, għandhom jiġu speċifikati l-iskeda taż-żmien u l-kontenut minimu tal-verifiki fuq il-post għall-għajnuna jew l-appoġġ li tkun saret applikazzjoni għalihom skont dawk l-iskemi tal-għajnuna jew dawk il-miżuri ta’ appoġġ. Sabiex tiġi vverifikata b’mod effettiv il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet li jsiru fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew fit-talbiet għall-ħlas u n-notifiki fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali, huwa importanti li jitwettqu t-tali verifiki fuq il-post. Il-verifiki fuq il-post fir-rigward tal-iskemi tal-għajnuna relatata mal-annimali jew tal-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali għandhom ikopru b’mod partikulari l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, il-korrettezza tal-entrati fir-reġistru u, meta jkun applikabbli, il-passaporti.

(44)

Biex l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u kwalunkwe awtorità kompetenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jagħtu segwitu għall-verifiki fuq il-post imwettqin, id-dettalji tal-verifiki għandhom jitniżżlu f’rapport ta’ kontroll. Il-benefiċjarju jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jingħata l-opportunità jiffirma r-rapport matul il-verifika. Tkun xi tkun l-għamla tal-verifika fuq il-post imwettqa, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport jekk jinstab xi nuqqas ta’ konformità.

(45)

Għall-finijiet tal-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-implimentazzjoni tas-sistema li l-Istati Membri jridu jużaw għall-verifika tal-kontenut tat-tetraidrokannabinol fil-qanneb.

(46)

F’dak il-kuntest, hemm bżonn li jiġi previst perjodu taż-żmien li matulu l-qanneb imkabbar għall-fibra ma jkunx jista’ jinħasad wara li joħroġ il-fjur sabiex ikunu jistgħu jitwettqu b’mod effettiv l-obbligi ta’ kontroll previsti għal dawn l-uċuħ tar-raba’.

(47)

Hemm bżonn ta’ regoli iktar iddettaljati għall-organizzazzjoni tal-verifiki amministrattivi u tal-verifiki fuq il-post u għall-kalkolu tal-pieni amministrattivi fir-rigward tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata.

(48)

Minħabba l-karatteristiċi partikulari ta’ dawk il-miżuri, il-verifiki amministrattivi għandhom jivverifikaw il-konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali u mal-programm tal-iżvilupp rurali applikabbli u għandhom ikopru l-kriterji kollha tal-eliġibbiltà u l-impenji u l-obbligi l-oħrajn kollha li jistgħu jiġu vverifikati permezz tat-tali verifiki. Biex jiġi vverifikat it-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ investiment, il-verifiki amministrattivi normalment għandhom jinkludu wkoll żjara fil-post tal-operazzjoni appoġġata jew fis-sit tal-investiment.

(49)

Il-verifiki fuq il-post għandhom jiġu organizzati abbażi ta’ kampjuni aleatorji u ta’ kampjuni bbażati fuq ir-riskju. Is-sehem tal-kampjun aleatorju għandu jkun għoli biżżejjed biex tinkiseb rata ta’ żball rappreżentattiva.

(50)

Sabiex jiġu żgurati verifiki suffiċjenti, hemm bżonn li jiġi ddefinit livell minimu ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post. Dan il-livell għandu jiżdied meta l-verifiki jiżvelaw nuqqasijiet serji tal-konformità. B’mod simili, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jnaqqsu l-livell meta r-rati ta’ żball ikunu taħt il-livell limitu ta’ materjalità u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll jaħdmu kif xieraq.

(51)

Hemm bżonn li jiġi ddefinit il-kontenut tal-verifiki fuq il-post, sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dawk il-verifiki.

(52)

Għandhom jitwettqu verifiki ex-post tal-operazzjonijiet ta’ investiment biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżit tad-durabbiltà kif iddefinit fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għandhom jiġu speċifikati l-bażi u l-kontenut ta’ dawk il-verifiki.

(53)

L-esperjenza wriet li hemm bżonn ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-kontroll għal ċerti miżuri speċifiċi tal-iżvilupp rurali u għan-nefqa relatata mal-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri.

(54)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ma għandha tiġi imposta l-ebda piena amministrattiva meta n-nuqqas ta’ konformità jkun wieħed minuri, anki meta dan ikun fil-forma ta’ limitu. Għandhom jiġu stabbiliti regoli fir-rigward ta’ ċerti miżuri tal-iżvilupp rurali sabiex nuqqas ta’ konformità jiġi identifikat bħala wieħed minuri, inkluż it-twaqqif ta’ limitu kwantitattiv mogħti bħala perċentwali tal-ammont eliġibbli tal-appoġġ. Għandu jiġi ddefinit dan il-limitu, li warajh għandha tapplika piena amministrattiva proporzjonata.

(55)

Sabiex tiġi mmonitorjata l-aderenza mal-obbligi ta’ kundizzjonalità differenti, jeħtieġ li titwaqqaf sistema ta’ kontroll u li jiġu stabbiliti l-pieni amministrattivi x-xierqa. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet differenti tal-Istati Membri jridu jikkomunikaw l-informazzjoni, b’mod partikulari dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, il-kampjuni ta’ kontroll u r-riżultati tal-verifiki fuq il-post. Għandhom jiġu previsti l-elementi bażiċi ta’ sistema bħal din.

(56)

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jintroduċi l-obbligi tal-kundizzjonalità għall-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, appoġġ fis-settur tal-inbid skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-primjums annwali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) u l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u jipprevedi sistema ta’ tnaqqis u esklużjonijiet meta ma jitħarsux it-tali obbligi. Għandhom jiġu stabbiliti d-dettalji għal dik is-sistema.

(57)

Il-verifiki tal-kundizzjonalità jistgħu jiġu ffinalizzati qabel jew wara li jaslu l-pagamenti u l-primjums annwali msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. B’mod partikulari, meta t-tali verifiki ma jkunux jistgħu jiġu ffinalizzati qabel ma jaslu dawk il-pagamenti u l-primjums annwali, l-ammont dovut li jrid jitħallas mill-benefiċjarju minħabba kwalunkwe peina amministrattiva għandu jiġi rkuprat skont dan ir-Regolament jew permezz ta’ tpaċija.

(58)

Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma responsabbli għas-sistema ta’ kontroll b’rabta mal-obbligi tal-kundizzjonalità.

(59)

Għandha tiġi stabbilita r-rata minima ta’ kontroll għall-verifika tal-ħarsien tal-obbligi tal-kundizzjonalità. Dik ir-rata ta’ kontroll għandha tiġi stabbilita tal-inqas bħala 1 % tal-għadd totali tal-benefiċjarji msemmijin fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza ta’ kull awtorità ta’ kontroll, li jridu jingħażlu abbażi ta’ analiżi tar-riskju xierqa.

(60)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kampjun ta’ kontroll, fil-każ speċifiku ta’ grupp ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri għandhom jingħataw ċerta flessibbiltà biex jiddeċiedu jekk iqisux il-grupp bħala wieħed sħiħ jew jekk iqisux lil kull wieħed mill-membri tiegħu b’mod individwali.

(61)

L-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jissodisfaw ir-rata minima ta’ kontroll fil-livell ta’ kull awtorità ta’ kontroll kompetenti, fil-livell tal-aġenzija tal-pagamenti jew fil-livell ta’ att jew standard, jew ta’ grupp ta’ atti jew standards.

(62)

Meta l-leġiżlazzjoni speċifika li tkun tapplika għall-att jew għall-istandards tipprevedi rati minimi ta’ kontroll, l-Istati Membri għandhom iħarsu dawk ir-rati. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw rata waħda ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post tal-kundizzjonalità. Jekk l-Istati Membri jagħżlu din l-għażla, kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jinstab waqt li jkunu qed isiru l-verifiki fuq il-post skont il-leġiżlazzjoni settorjali għandu jiġi rrappurtat u jingħata segwitu skont il-kundizzjonalità.

(63)

Għall-għanijiet tas-simplifikazzjoni, fejn jidħlu l-obbligi tal-kundizzjonalità b’rabta mad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE (10), il-fatt li jiġi applikat livell speċifiku ta’ kampjunar tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżit tar-rata minima stabbilit minn dan ir-Regolament.

(64)

L-Istati Membri għandhom jingħataw il-flessibbiltà meħtieġa biex jilħqu r-rata minima ta’ kontroll billi jużaw ir-riżultati ta’ verifiki oħrajn fuq il-post jew billi jibdlu l-benefiċjarji.

(65)

Sabiex jiġi evitat li tiddgħajjef is-sistema ta’ kontroll, b’mod partikulari fir-rigward tal-kampjunar għall-verifiki fuq il-post tal-kundizzjonalità, il-verifiki ta’ segwitu mwettqin b’referenza għar-regola de minimis, prevista fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-kampjun minimu ta’ kontroll tal-kundizzjonalità.

(66)

Meta jinstab livell sinifikanti ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward tal-kundizzjonalità, dan għandu jwassal għal żieda fl-għadd ta’ verifiki fuq il-post matul is-sena ta’ wara sabiex jintlaħaq livell aċċettabbli ta’ garanzija ta’ korrettezza tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna kkonċernati. Il-verifiki addizzjonali għandu jkollhom fil-mira l-atti jew l-istandards ikkonċernati.

(67)

Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regola de minimis skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, huwa importanti li jiġi stabbilit il-perċentwali ta’ benefiċjarji li jridu jiġu ċċekkjati sabiex jiġi vverifikat li s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità jkunu tranġaw.

(68)

Il-kampjun ta’ kontroll għall-kundizzjonalità għandu jitfassal parzjalment abbażi ta’ analiżi tar-riskju u parzjalment b’għażla aleatorja. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-fatturi ta’ riskju peress li hija tinsab f’pożizzjoni aħjar biex tagħżel il-fatturi ta’ riskju rilevanti. Biex tiġi żgurata analiżi tar-riskju rilevanti u effiċjenti, l-effettività tal-analiżi tar-riskju għandha tiġi vvalutata u aġġornata ta’ kull sena filwaqt li titqies ir-rilevanza ta’ kull fattur ta’ riskju, billi jitqabblu r-riżultati tal-kampjuni magħżulin b’mod aleatorju u abbażi tar-riskju u billi titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-Istati Membri.

(69)

Il-kampjunar tal-verifiki fuq il-post għall-kundizzjonalità jista’ jittejjeb billi l-Istati Membri jitħallew iqisu l-analiżi tar-riskju li tikkonċerna l-parteċipazzjoni tal-benefiċjarju fis-sistema konsultattiva tal-azjendi agrikoli prevista fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji fis-sistemi ta’ ċertifikazzjoni rilevanti. Madankollu, meta titqies dik il-parteċipazzjoni, irid jintwera li l-benefiċjarji li jieħdu sehem f’dawk is-sistemi jirrappreżentaw inqas riskju mill-benefiċjarji li ma jkunux qed jieħdu sehem f’dawk is-sistemi.

(70)

F’ċerti każijiet, huwa rilevanti li l-verifiki fuq il-post marbutin mal-kundizzjonalità jitwettqu qabel ma jaslu l-applikazzjonijiet kollha. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħmlu għażla parzjali tal-kampjun ta’ kontroll qabel ma jintemm il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(71)

Bħala regola ġenerali, il-kampjun ta’ kontroll għall-kundizzjonalità għandu jittieħed mill-popolazzjoni ġenerali tal-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u li għalihom hija responsabbli l-awtorità ta’ kontroll kompetenti kkonċernata. Bħala deroga minn din ir-regola, il-kampjuni jistgħu jingħażlu b’mod separat minn kull waħda mit-tliet kategoriji ta’ benefiċjarji. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jieħdu l-kampjun ta’ kontroll abbażi tal-kampjuni tal-benefiċjarji li jingħażlu għal verifika fuq il-post fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibbiltà. Għandha titħalla ssir taħlita tal-proċeduri biss meta din iżżid l-effettività tas-sistema ta’ kontroll.

(72)

Fil-każ li, għall-verifiki fuq il-post, jingħażel grupp ta’ persuni, kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandu jiġi żgurat li ssir verifika tal-konformità tal-membri kollha tal-grupp mar-rekwiżiti u l-istandards rilevanti.

(73)

Il-verifiki fuq il-post għall-kundizzjonalità ġeneralment ikunu jeħtieġu diversi żjarat fl-istess azjenda agrikola. Sabiex jitnaqqas il-piż tal-verifiki kemm għall-benefiċjarji u kemm għall-amministrazzjonijiet, għandu jkun possibbli li l-verifiki jiġu limitati għal żjara waħda. Għandu jiġi ċċarat meta se ssir dik iż-żjara. Minkejja dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir verifika rappreżentattiva u effettiva tar-rekwiżiti u tal-istandards matul l-istess sena kalendarja.

(74)

Il-fatt li l-verifiki fuq il-post jiġu limitati għal kampjun ta’ mill-inqas nofs il-ħbula raba’ kkonċernati ma għandux jimplika tnaqqis proporzjonat tal-pieni possibbli rilevanti.

(75)

Biex jiġu ssimplifikati l-verifiki fuq il-post għall-kundizzjonalità u biex il-kapaċitajiet ta’ kontroll eżistenti jintużaw aħjar, meta l-effettività tal-verifiki tkun tal-inqas daqs dik tal-verifiki fuq il-post, il-verifiki fl-azjendi agrikoli għandhom ikunu jistgħu jinbidlu b’verifiki amministrattivi.

(76)

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw indikaturi oġġettivi speċifiċi għal ċerti rekwiżiti jew standards meta jkunu qed iwettqu l-verifiki fuq il-post fil-kuntest tal-kundizzjonalità. Madankollu, dawk l-indikaturi għandhom ikunu marbutin direttament mar-rekwiżiti jew l-istandards li jirrappreżentaw u għandhom ikopru l-elementi kollha li jridu jiġu vverifikati.

(77)

Il-verifiki fuq il-post għandhom jitwettqu fis-sena kalendarja li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas rilevanti. Fir-rigward tal-applikanti għall-iskemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawk il-verifiki għandhom jitwettqu fi kwalunwe żmien matul il-perjodu indikat fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(78)

Iridu jiġu stabbiliti regoli għat-tfassil ta’ rapporti ta’ kontroll speċifiċi u ddettaljati għall-kundizzjonalità. L-ispetturi speċjalizzati fil-qasam għandhom jindikaw is-sejbiet tagħhom kif ukoll il-grad ta’ serjetà tat-tali sejbiet sabiex l-aġenzija tal-pagamenti tkun tista’ tistabbilixxi t-tnaqqis relatat jew tiddeċiedi fuq l-esklużjonijiet mill-pagamenti u mill-primjums annwali mniżżlin fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, skont il-każ.

(79)

Sabiex il-verifika fuq il-post tkun waħda effettiva, huwa importanti li l-persunal li jwettaq il-verifiki jkun infurmat għaliex il-benefiċjarju jkun intgħażel għall-verifika fuq il-post. L-Istati Membri għandhom iżommu rekord tat-tali informazzjoni.

(80)

L-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki tal-kundizzjonalità għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-aġenziji kollha tal-pagamenti li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-pagamenti differenti li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità sabiex jiġi applikat it-tnaqqis ix-xieraq, meta s-sejbiet ikunu jiġġustifikaw dan.

(81)

Il-benefiċjarji għandhom jiġu mgħarrfin dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità possibbli misjub wara verifika fuq il-post. Huwa xieraq li jiġi previst ċertu limitu taż-żmien li fih il-benefiċjarji għandhom jirċievu dik l-informazzjoni. Madankollu, il-benefiċjarji kkonċernati ma għandhomx ikunu jistgħu jevitaw il-konsegwenzi ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità misjub minħabba li jkun inqabeż dak il-limitu taż-żmien.

(82)

Fir-rigward tas-sistema ta’ twissija bikrija jew de minimis stipulata fl-Artikolu 97(3) u fl-Artikolu 99(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 rispettivament, għandu jiġi ċċarat li l-obbligu li l-benefiċjarju jiġi mgħarraf dwar l-azzjoni ta’ rimedju ma japplikax jekk il-benefiċjarju jkun diġà ħa azzjoni immedjata.

(83)

Għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti dwar ir-rimedju tan-nuqqas ta’ konformità rilevanti għas-sitwazzjonijiet li fihom Stat Membru jiddeċiedi li ma japplika l-ebda piena amministrattiva għan-nuqqas ta’ konformità kif stipulat fl-Artikoli 97(3) u 99(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(84)

Sabiex titjieb il-komunikazzjoni bejn il-partijiet involuti fil-kontroll, għandu jiġi stipulat li d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti jintbagħtu lill-aġenzija tal-pagamenti jew lill-awtorità ta’ koordinazzjoni jew li dawn ikunu aċċessibbli għalihom meta jintalbu.

(85)

Il-pieni amministrattivi għandhom jiġu applikati għall-ammont kollu tal-pagamenti mniżżlin fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, li ngħataw jew li se jingħataw lill-benefiċjarju, għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas rilevanti mressqin matul is-sena kalendarja tas-sejba. Fir-rigward tal-applikanti għall-iskemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, b’mod partikulari, il-piena amministrattiva għandha tiġi applikata għall-ammont kollu li jkun wasal għall-applikazzjoni għall-iskemi ta’ appoġġ skont dawk l-Artikoli. Fir-rigward tal-miżura marbuta mar-ristrutturar u l-konverżjoni, l-ammont kollu għandu jinqasam fi tlieta.

(86)

Fil-każ ta’ grupp ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, it-tnaqqis marbut ma’ nuqqas ta’ konformità minn membru tal-grupp għandu jiġi kkalkulat skont id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-kundizzjonalità. L-applikazzjoni tal-perċentwali tat-tnaqqis li jirriżulta għandu jqis il-fatt li l-obbligi tal-kundizzjonalità huma individwali u għandu jħares il-prinċipju tal-proporzjonalità. Madankollu, għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri sabiex jiddeċiedu jekk dak it-tnaqqis għandux jiġi applikat għall-grupp jew għall-membri mhux konformi biss.

(87)

Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli tekniċi u proċedurali ddettaljati dwar il-kalkolu u l-applikazzjoni tal-pieni amministrattivi marbutin mal-obbligi tal-kundizzjonalità.

(88)

It-tnaqqis u l-esklużjonijiet għandhom jiġu kklassifikati skont is-serjetà tan-nuqqas ta’ konformità mwettaq u għandhom jaslu sal-esklużjoni sħiħa tal-benefiċjarju mill-pagamenti kollha mniżżlin fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għas-sena kalendarja ta’ wara.

(89)

Il-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali ma bagħtux l-opinjoni tagħhom fiż-żmien stipulat mill-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’rabta ma’ dan li ġej:

(a)

in-notifiki li l-Istati Membri jridu jagħmlu lill-Kummissjoni skont l-obbligi tagħhom li jħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b)

il-verifiki amministrattivi u fuq il-post li l-Istati Membri jridu jagħmlu fir-rigward tal-ħarsien tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-impenji u obbligi oħrajn;

(c)

il-livell minimu tal-verifiki fuq il-post u l-obbligu li jiżdied dak il-livell jew il-possibbiltà li jitnaqqas;

(d)

ir-rappurtar tal-kontrolli u tal-verifiki mwettqin u tar-riżultati tagħhom;

(e)

l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-verifiki għall-konformità, kif ukoll il-kontenut tat-tali verifiki;

(f)

il-miżuri u l-metodi speċifiċi ta’ kontroll biex jiġu stabbiliti l-livelli tat-tetraidrokannabinol fil-qanneb;

(g)

l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ sistema għall-verifika tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton;

(h)

il-każijiet li fihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas jew kwalunkwe komunikazzjoni, pretensjoni jew talba oħra jistgħu jiġu kkoreġuti u aġġustati wara li jkunu tressqu;

(i)

l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-irtirar parzjali jew totali tal-pagamenti;

(j)

l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u pieni, kif ukoll ta’ drittijiet għall-pagamenti allokati bi żball u l-applikazzjoni tal-imgħax;

(k)

l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi;

(l)

l-identifikazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità bħala wieħed minuri;

(m)

l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għad-drittijiet għall-pagamenti, inkluża d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, ir-rekwiżiti dwar l-ammont minimu ta’ informazzjoni li trid tiddaħħal fl-applikazzjonijiet, id-dispożizzjonijiet għall-emendar tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew għall-irtrar tagħhom, l-eżenzjoni mir-rekwiżit li jitressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u d-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw proċeduri ssimplifikati;

(n)

it-twettiq ta’ verifiki sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi, u l-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għall-għajnuna jew fit-talba għall-ħlas, inklużi regoli dwar it-tolleranzi tal-kejl għall-verifiki fuq il-post;

(o)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-għanijiet tal-implimentazzjoni uniformi tal-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(p)

it-trasferiment ta’ azjendi agrikoli;

(q)

il-ħlas ta’ avvanzi;

(r)

it-twettiq ta’ verifiki marbutin mal-obbligi tal-kundizzjonalità, inkluża l-kunsiderazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ bidwi fis-sistema konsultattiva tal-azjendi agrikoli u l-parteċipazzjoni tiegħu f’sistema ta’ ċertifikazzjoni;

(s)

il-kalkolu u l-applikazzjoni ta’ pieni amministrattivi fir-rigward tal-obbligi tal-kundizzjonalità, fosthom fir-rigward ta’ benefiċjarji li jikkonsistu fi grupp ta’ persuni.

Artikolu 2

Skambju ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-applikazzjonijiet għall-appoġġ, it-talbiet għall-ħlas u dikjarazzjonijiet oħrajn

1.   Għall-għanijiet tal-amministrazzjoni tajba tal-iskemi ta’ għajnuna u tal-miżuri ta’ appoġġ u meta, fi Stat Membru wieħed, ikun hemm iktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda responsabbli għall-ġestjoni tal-pagamenti diretti u tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-rigward tal-istess benefiċjarju, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex, fejn rilevanti, jiżgura li l-informazzjoni mitluba fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, fl-applikazzjonijiet għall-appoġġ, fit-talbiet għall-ħlas jew f’dikjarazzjonijiet oħrajn titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti kollha involuti.

2.   Meta l-verifiki ma jsirux mill-aġenzija tal-pagamenti responsabbli, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li dik l-aġenzija tal-pagamenti tirċievi biżżejjed informazzjoni dwar il-verifiki mwettqin u dwar ir-riżultati tagħhom. Huwa f’idejn l-aġenzija tal-pagamenti li tiddefinixxi l-informazzjoni li hija għandha bżonn.

Artikolu 3

Irtirar tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ, tat-talbiet għall-ħlas u ta’ dikjarazzjonijiet oħrajn

1.   Applikazzjoni għall-għajnuna, applikazzjoni għall-appoġġ, talba għall-ħlas jew dikjarazzjoni oħra tista’ tiġi rtirata kollha, jew parti minnha, fi kwalunkwe waqt bil-miktub. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra dan l-irtirar.

Meta Stat Membru juża l-possibbiltajiet previsti fl-Artikolu 21(3), dak l-Istat Membru jista’ jipprevedi li n-notifiki fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali dwar il-fatt li annimal m’għadux fl-azjenda agrikola jistgħu jieħdu post l-irtirar bil-miktub.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tkun diġà għarrfet lill-benefiċjarju dwar xi każ ta’ nuqqas ta’ konformità fid-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1, jew meta l-awtorità kompetenti tkun avżat lill-benefiċjarju li beħsiebha twettaq verifika fuq il-post, jew meta verifika fuq il-post tiżvela xi nuqqas ta’ konformità, l-irtirar ma għandux ikun awtorizzat għall-partijiet ta’ dawk id-dokumenti affettwati min-nuqqas ta’ konformità.

3.   L-irtirar skont il-paragrafu 1 għandu jreġġa’ lill-benefiċjarji lura fil-pożizzjoni li kienu fiha qabel ma ressqu d-dokumenti kkonċernati jew parti minnhom.

Artikolu 4

Korrezzjonijiet u aġġustamenti ta’ żbalji ovvji

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-applikazzjonijiet għall-appoġġ jew it-talbiet għall-ħlas u kwalunwke dokument ta’ sostenn ipprovdut mill-benefiċjarju jista’ jiġi kkoreġut u aġġustat fi kwalunkwe ħin wara li jitressaq fil-każ ta’ żbalji ovvji li l-awtorità kompetenti tkun irikonoxxiethom abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali tal-każ partikulari u dejjem jekk il-benefiċjarju jkun aġixxa f’bona fide.

L-awtorità kompetenti tista’ tirrikonoxxi l-iżbalji ovvji biss jekk dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati faċilment waqt verifika amministrattiva tal-informazzjoni mogħtija fid-dokumenti msemmija fl-ewwel sottoparagrafu.

Artikolu 5

Applikazzjoni ta’ tnaqqis, rifjuti, irtirar u pieni

Meta każ ta’ nuqqas ta’ konformità li huwa suġġett għall-applikazzjoni ta’ pieni skont il-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (11) ikun suġġett ukoll għal irtirar jew pieni skont il-Kapitoli III u IV tat-Titolu II, jew skont it-Titolu III ta’ dak ir-Regolament:

(a)

it-tnaqqis, ir-rifjuti, l-irtirar jew il-pieni previsti fil-Kapitoli III u IV tat-Titolu II jew fit-Titolu III tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għandhom jiġu applikati għall-iskemi ta’ pagament dirett jew għall-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata;

(b)

il-pieni stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għandhom jiġu applikati għall-ammont kollu ta’ pagamenti li jridu jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li ma jkunux suġġetti għat-tnaqqis, ir-rifjuti, l-irtirar jew il-pieni msemmijin fil-punt (a).

It-tnaqqis, ir-rifjuti, l-irtirar u l-pieni msemmijin fl-ewwel sottoparagrafu għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-pieni addizzjonali skont dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Artikolu 6

Ordni tat-tnaqqis, tar-rifjuti, tal-irtirar u tal-pieni f’kull skema ta’ pagament dirett jew miżura tal-iżvilupp rurali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-pagament li jrid jingħata lil benefiċjarju skont skema mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti skont dak ir-Regolament u skont il-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u l-gżejjer minuri tal-Eġew stabbiliti mir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (12) u (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) rispettivament għall-iskemi ta’ appoġġ dirett ikkonċernati.

2.   Għal kull skema mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u għal kull miżura tal-iżvilupp rurali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata kif iddefinita fil-punt (6) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, it-tnaqqis, l-irtirar u l-pieni għandhom jiġu kkalkulati fl-ordni li ġejja, jekk dan ikun rilevanti:

(a)

it-tnaqqis u l-pieni previsti fil-Kapitolu IV tat-Titolu II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, ħlief għall-pieni msemmijin fl-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu applikati għal kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità;

(b)

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (a) għandu jservi ta’ bażi għall-kalkolu tar-rifjuti previsti fit-Titolu III tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014;

(c)

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (b) għandu jservi ta’ bażi għall-kalkolu ta’ kwalunkwe tnaqqis li jrid jiġi applikat fil-każ ta’ tressiq tard skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014;

(d)

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (c) għandu jservi ta’ bażi għall-kalkolu ta’ kwalunkwe tnaqqis li jrid jiġi applikat fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-ħbula raba’ skont l-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014;

(e)

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (d) għandu jservi ta’ bażi għall-kalkolu tal-irtirar previst fit-Titolu III tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014;

(f)

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (e) għandu jservi ta’ bażi għall-applikazzjoni:

(i)

tat-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(ii)

tat-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(iii)

tat-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 65(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(iv)

tat-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 65(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(v)

tat-tnaqqis lineari li jrid jiġi applikat f’każ li l-pagamenti li jridu jsiru skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jaqbżu l-limitu massimu nazzjonali stabbilit skont l-Artikolu 42(2) ta’ dak ir-Regolament.46]

3.   L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 2 għandu jservi ta’ bażi:

(a)

għall-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-pagamenti previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(b)

għall-applikazzjoni tal-perċentwali ta’ tnaqqis lineari stabbilit skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(c)

għall-applikazzjoni tar-rata ta’ aġġustament imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

4.   L-ammont tal-pagament li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandu jservi ta’ bażi għall-kalkolu ta’ kwalunkwe tnaqqis li jrid jiġi applikat għan-nuqqas ta’ ħarsien tal-kundizzjonalità skont il-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

Artikolu 7

L-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti

1.   Jekk isir pagament mhux dovut, il-benefiċjarju għandu jħallas lura l-ammont ikkonċernat, flimkien mal-imgħax ikkalkulat skont il-paragrafu 2, fejn dan ikun applikabbli.

2.   L-imgħaxijiet għandhom jiġu kkalkulati għall-perjodu li jgħaddi bejn id-data ta’ skadenza għall-pagament għall-benefiċjarju indikata fl-ordni ta’ rkupru, li ma għandhiex tkun stabbilita għal iktar minn 60 jum, u d-data tal-ħlas lura jew tat-tnaqqis.

Ir-rata tal-imgħax applikabbli għandha tiġi kkalkulata skont il-liġi nazzjonali, iżda ma għandhiex tkun inqas mir-rata tal-imgħax applikabbli għall-irkupru ta’ ammonti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

3.   L-obbligu ta’ ħlas lura msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk il-pagament ikun sar bi żball tal-awtorità kompetenti jew ta’ awtorità oħra u jekk il-benefiċjarju ma setax jinduna b’mod raġonevoli bl-iżball.

Madankollu, meta l-iżball ikun marbut ma’ elementi fattwali li huma rilevanti għall-kalkolu tal-pagament ikkonċernat, l-ewwel sottoparagrafu għandu japplika biss jekk id-deċiżjoni ta’ rkupru ma tkunx ġiet ikkomunikata fi żmien 12-il xahar mill-pagament.

Artikolu 8

Trasferiment ta’ azjendi agrikoli

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“trasferiment ta’ azjenda agrikola” tfisser il-bejgħ jew il-lokazzjoni tal-unitajiet ta’ produzzjoni kkonċernati, jew kwalunkwe tip ta’ tranżazzjoni simili marbuta magħhom;

(b)

“trasferitur” tfisser il-benefiċjarju li l-azjenda agrikola tiegħu tkun qed tiġi ttrasferita lil benefiċjarju ieħor;

(c)

“destinatarju tat-trasferiment” tfisser il-benefiċjarju li lilu tkun qed tiġi ttrasferita l-azjenda agrikola.

2.   Meta azjenda agrikola tiġi ttrasferita kollha kemm hi mingħand benefiċjarju għal ieħor wara li titressaq applikazzjoni għall-għajnuna, applikazzjoni għall-appoġġ jew talba għall-ħlas u qabel ma jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-għoti tal-għajnuna jew tal-appoġġ, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna jew ma għandu jingħata l-ebda appoġġ lit-trasferitur fir-rigward tal-azjenda agrikola ttrasferita.

3.   L-għajnuna li t-trasferitur ikun applika għaliha jew il-ħlas li huwa jkun talab għandu jingħata lid-destinatarju tat-trasferiment meta:

(a)

fi żmien perjodu li jrid jiġi stabbilit mill-Istati Membri, id-destinatarju tat-trasferiment jgħarraf lill-awtorità kompetenti bit-trasferiment u jitlob il-ħlas tal-għajnuna u/jew tal-appoġġ;

(b)

id-destinatarju tat-trasferiment jippreżenta l-provi kollha li l-awtorità kompetenti tkun teħtieġ;

(c)

l-azjenda agrikola ttrasferita tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha għall-għoti tal-għajnuna u/jew tal-appoġġ.

4.   Ladarba d-destinatarju tat-trasferiment jgħarraf lill-awtorità kompetenti u jitlob il-ħlas tal-għajnuna u/jew tal-appoġġ skont il-paragrafu 3(a):

(a)

id-drittijiet u l-obbligi kollha tat-trasferitur li jkunu ġejjin mir-relazzjoni legali li tkun inħolqot bejn dak it-trasferitur u l-awtorità kompetenti minħabba l-applikazzjoni għall-għajnuna, l-applikazzjoni għall-appoġġ jew it-talba għall-ħlas għandhom jaqgħu fuq id-destinatarju tat-trasferiment;

(b)

l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-għoti tal-għajnuna u/jew tal-appoġġ u d-dikjarazzjonijiet kollha li jkun għamel it-trasferitur qabel it-trasferiment għandhom jiġu attribwiti lid-destinatarju tat-trasferiment sabiex jiġu applikati r-regoli rilevanti tal-Unjoni;

(c)

fejn ikun xieraq, l-azjenda agrikola ttrasferita għandha titqies bħala azjenda agrikola separata fir-rigward tas-sena tat-talba kkonċernata.

5.   Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-għajnuna u/jew l-appoġġ lit-trasferitur. F’dak il-każ:

(a)

id-destinatarju tat-trasferiment ma għandu jingħata l-ebda għajnuna jew appoġġ;

(b)

l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 mutatis mutandis.

Artikolu 9

Notifiki

1.   Kull sena, sal-15 ta’ Lulju, għall-iskemi kollha ta’ pagament dirett, il-miżuri kollha tal-iżvilupp rurali u l-iskemi kollha ta’ assistenza teknika u appoġġ fis-settur tal-inbid imsemmijin fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dejta ta’ kontroll u bl-istatistika ta’ kontroll għas-sena kalendarja ta’ qabel u, b’mod partikulari, b’dawn li ġejjin:

(a)

id-dejta marbuta mal-benefiċjarji individwali f’termini tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u tat-talbiet għall-ħlas, iż-żoni u l-annimali ddikjarati u/jew li tkun saret talba għalihom u r-riżultati tal-verifiki amministrattivi, tal-verifiki fuq il-post u tal-verifiki ex-post;

(b)

fejn ikun applikabbli, ir-riżultati tal-verifiki marbutin mal-kundizzjonalità, fosthom it-tnaqqis u l-esklużjonijiet rilevanti.

It-tali notifika għandha ssir b’mezzi elettroniċi, billi jintużaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trasferiment tad-dejta ta’ kontroll u tal-istatistika ta’ kontroll li l-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tagħhom.

2.   Sal-15 ta’ Lulju 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’rapport dwar l-għażliet li għamlu għall-kontroll tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità u l-korpi ta’ kontroll kompetenti li huma responsabbli għall-verifiki tar-rekwiżiti u l-istandards tal-kundizzjonalità. Il-modifiki sussegwenti tal-informazzjoni mogħtija f’dak ir-rapport għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien.

3.   Kull sena, sal-15 ta’ Lulju, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’rapport dwar il-miżuri li jkunu ħadu għall-amministrazzjoni u l-kontroll tal-appoġġ akkoppjat volontarju tul is-sena kalendarja ta’ qabel.

4.   Id-dejta kompjuterizzata stabbilita bħala parti mis-sistema integrata għandha tintuża biex tappoġġa l-informazzjoni li trid tintbagħat lill-Kummissjoni fil-kuntest tar-regoli settorjali.

TITOLU II

SISTEMA INTEGRATA TA’ AMMINISTRAZZJONI U KONTROLL

KAPITOLU I

Regoli ġenerali

Artikolu 10

Avvanzi għall-pagamenti diretti

L-Istati Membri jistgħu jħallsu avvanzi għall-pagamenti diretti lill-benefiċjarji mingħajr ma japplikaw ir-rata ta’ aġġustament għad-dixxiplina finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal sena partikulari. Il-pagament tal-bilanċ li jrid jingħata lill-benefiċjarji mill-1 ta’ Diċembru għandu jqis ir-rata ta’ aġġustament għad-dixxiplina finanzjarja applikabbli f’dak iż-żmien għall-ammont totali ta’ pagamenti diretti fis-sena kalendarja korrispondenti.

KAPITOLU II

Applikazzjonijiet għall-għajnuna u talbiet għall-ħlas

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 11

Simplifikazzjoni tal-proċeduri

1.   Ħlief kif stipulat mod ieħor fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013, fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 jew f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw jew jeħtieġu li kull tip ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament, kemm mill-benefiċjarju lill-awtoritajiet, kif ukoll viċeversa, issir b’mezzi elettroniċi, dejjem jekk dan ma jwassalx għal diskriminazzjoni bejn il-benefiċjarji u jekk jittieħdu l-miżuri x-xierqa biex ikun żgurat, b’mod partikulari, li:

(a)

il-benefiċjarju jkun identifikat mingħajr ambigwità;

(b)

il-benefiċjarju jikkonforma mar-rekwiżiti kollha skont l-iskema ta’ pagament dirett jew il-miżura tal-iżvilupp rurali kkonċernata;

(c)

id-dejta trażmessa tkun affidabbli fid-dawl tal-ġestjoni t-tajba tal-iskema ta’ pagament dirett jew tal-miżura tal-iżvilupp rurali kkonċernata; meta tintuża d-dejta tal-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali ddefinita fil-punt (9) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, dik il-bażi tad-dejta għandha toffri l-livell ta’ garanzija u implimentazzjoni meħtieġ għall-ġestjoni t-tajba tal-iskema ta’ pagament dirett jew tal-miżura tal-iżvilupp rurali kkonċernata;

(d)

meta d-dokumenti ta’ akkumpanjament ma jkunux jistgħu jintbagħtu b’mod elettroniku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirċievu t-tali dokumenti fl-istess limiti taż-żmien previsti għad-dokumenti mibgħutin b’mezzi mhux elettroniċi.

2.   Fir-rigward tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, l-Istati Membri, bil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, jistgħu jipprevedu proċeduri ssimplifikati f’każijiet fejn l-awtoritajiet ikollhom diġà d-dejta għad-disponiżizzjoni tagħhom, b’mod partikulari meta s-sitwazzjoni ma tkunx inbidlet minn meta tkun tressqet l-aħħar applikazzjoni għall-għajnuna jew l-aħħar talba għall-ħlas fil-kuntest tal-iskema ta’ pagament dirett jew tal-miżura tal-iżvilupp rurali kkonċernata skont l-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw dejta li tkun ġejja mis-sorsi tad-dejta li l-awtoritajiet nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għall-finijiet tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u tat-talbiet għall-ħlas. F’dak il-każ, l-Istat Membru għandu jiżgura li dawk is-sorsi tad-dejta joffru l-livell ta’ garanzija meħtieġ għall-ġestjoni t-tajba tad-dejta sabiex ikunu żgurati l-affidabbiltà, l-integrità u s-sigurtà ta’ dik id-dejta.

3.   Meta jkun possibbli, l-awtorità kompetenti tista’ titlob l-informazzjoni meħtieġa fi kwalunkwe dokument ta’ sostenn li jrid jitressaq flimkien mal-applikazzjoni għall-għajnuna jew mat-talba għall-ħlas direttament mis-sors tal-informazzjoni.

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet ġenerali marbutin mal-applikazzjoni unika u mat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali

1.   Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li, skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-pagamenti diretti u t-talbiet għall-ħlas għall-miżuri tal-iżvilupp rurali jridu jkun koperti mill-applikazzjoni unika, l-Artikoli 20, 21 u 22 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-rekwiżiti partikulari stabbiliti fid-dawl tal-applikazzjoni għall-għajnuna u/jew tat-talba għall-ħlas fil-kuntest ta’ dawk l-iskemi u l-miżuri.

2.   Benefiċjarju li japplika għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ fil-kuntest ta’ xi wieħed mill-pagamenti diretti relatati maż-żona jew ta’ xi waħda mill-miżuri tal-iżvilupp rurali jista’ jressaq applikazzjoni unika waħda biss fis-sena.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri x-xierqa għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali.

Artikolu 13

Data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dati finali sa meta għandhom jitressqu l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas. Id-dati finali ma għandhomx ikunu iktar tard mill-15 ta’ Mejju ta’ kull sena. Madankollu, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jistabbilixxu data iktar tard minn hekk, li ma għandhiex taqbeż il-15 ta’ Ġunju.

Huma u jistabbilixxu d-dati finali, l-Istati Membri jridu jqisu l-perjodu meħtieġ sabiex id-dejta rilevanti kollha tkun disponibbli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja x-xierqa tal-għajnuna u/jew tal-appoġġ u għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu skedati verifiki effettivi.

2.   Skont il-proċedura msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, id-dati finali msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu stabbiliti f’data iktar tard f’ċerti żoni li huma suġġetti għal kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali.

Artikolu 14

Kontenut tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas

1.   L-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ, b’mod partikulari:

(a)

l-identità tal-benefiċjarju;

(b)

id-dettalji tal-iskemi ta’ pagament dirett u/jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali kkonċernati;

(c)

l-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti skont is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għall-finijiet tal-iskema tal-pagament bażiku;

(d)

dettalji li jippermettu li jiġu identifikati mingħajr ambigwità l-ħbula raba’ kollha tal-azjenda agrikola, l-erja tagħhom mogħtija f’ettari sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali, il-post fejn jinsabu u, fejn ikun hemm bżonn, dettalji oħra dwar l-użu tal-ħbula raba’;

(e)

fejn ikun applikabbli, dettalji li jippermettu li tiġi identifikata mingħajr ambigwità l-art mhux agrikola li għaliha jkun qed jintalab appoġġ fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali;

(f)

fejn ikun xieraq, kwalunkwe dokument ta’ sostenn meħtieġ biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-iskema u/jew għall-miżura kkonċernata;

(g)

dikjarazzjoni min-naħa tal-benefiċjarju li huwa jaf x’inhuma l-kundizzjonijiet marbutin mal-iskemi ta’ pagament dirett u/jew mal-miżuri tal-iżvilupp rurali kkonċernati;

(h)

fejn ikun applikabbli, indikazzjoni mill-benefiċjarju li huwa kopert mil-lista ta’ negozji jew attivitajiet mhux agrikoli msemmijin fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.   Sabiex jiġu identifikati d-drittijiet għall-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1(c), il-formoli prestabbiliti pprovduti lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom isemmu l-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti skont is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

3.   Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan l-Artikolu u mill-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-drittijiet għall-pagamenti.

Artikolu 15

Emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas

1.   Wara d-data finali ta’ tressiq tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas, fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas jistgħu jiżdiedu jew jiġu rranġati l-ħbula raba’ individwali jew id-drittijiet individwali għall-pagamenti, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti tal-iskemi ta’ pagament dirett jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali kkonċernati.

Bl-istess kundizzjonijiet jistgħu jsiru wkoll bidliet marbutin mal-użu jew mal-iskema ta’ pagament dirett jew mal-miżura tal-iżvilupp rurali għall-ħbula raba’ individwali jew għad-drittijiet għall-pagamenti li jkunu diġà ġew iddikjarati fl-applikazzjoni unika.

Meta l-emendi msemmijin fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafi jkunu jaffettwaw kwalunkwe dokument ta’ sostenn jew kuntratt li jrid jitressaq, it-tali dokumenti jew kuntratti jistgħu jiġu emendati kif xieraq.

2.   L-emendi li jsiru skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub lill-awtorità kompetenti sal-31 ta’ Mejju tas-sena kkonċernata, ħlief fil-każ tal-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Isvezja, li għandhom sal-15 ta’ Ġunju tas-sena kkonċernata biex jagħmlu dan.

B’deroga mill-ewwel sottoparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu data finali iktar kmieni għan-notifika tal-emendi. Madankollu, dik id-data għandha tkun tal-inqas 15-il jum kalendarju wara d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas stabbilita skont l-Artikolu 13(1).

3.   Meta l-awtorità kompetenti tkun diġà għarrfet lill-benefiċjarju dwar xi każ ta’ nuqqas ta’ konformità fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas, jew meta hija tkun avżat lill-benefiċjarju li beħsiebha twettaq verifika fuq il-post, jew meta verifika fuq il-post tiżvela xi nuqqas ta’ konformità, l-emendi skont il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu awtorizzati għall-ħbula raba’ affettwati min-nuqqas ta’ konformità.

Artikolu 16

Korrezzjoni tal-formoli prestabbiliti

Meta l-benefiċjarju jressaq il-formola tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjoni għall-għajnuna u/jew tat-talba għall-ħlas, huwa għandu jikkoreġi l-formola prestabbilita msemmija fl-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jekk ikunu seħħew xi emendi, b’mod partikulari xi trasferimenti tad-drittijiet għall-pagamenti skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jew jekk xi informazzjoni mogħtija fil-formoli prestabbiliti tkun żbaljata.

Taqsima 2

Applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona u talbiet għall-ħlas għall-miżuri ta’ appoġġ relatati maż-żona

Artikolu 17

Rekwiżiti speċifiċi marbutin mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona u mat-talbiet għall-ħlas għall-miżuri ta’ appoġġ relatati maż-żona

1.   Għall-għanijiet tal-identifikazzjoni tal-ħbula raba’ kollha fl-azjenda agrikola u/jew tal-art mhux agrikola kif imsemmi fl-Artikolu 14(1)(d) u (e), l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-benefiċjarju l-formola prestabbilita u l-materjal grafiku korrispondenti msemmi fl-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 permezz ta’ interfaċċa bbażata fuq il-GIS, li tippermetti li tiġi pproċessata d-dejta spazjali u alfanumerika taż-żoni ddikjarati (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażata fuq strumenti ġeospazjali”).

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika kif ġej:

(a)

mis-sena tat-talba tal-2016, għal għadd ta’ benefiċjarji li jikkorrispondi għal dak meħtieġ biex tkun koperta tal-inqas 25 % taż-żona totali stabbilita għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fis-sena ta’ qabel;

(b)

mis-sena tat-talba tal-2017, għal għadd ta’ benefiċjarji li jikkorrispondi għal dak meħtieġ biex tkun koperta tal-inqas 75 % taż-żona totali stabbilita għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fis-sena ta’ qabel;

(c)

mis-sena tat-talba tal-2018, għall-benefiċjarji kollha.

3.   Meta l-benefiċjarju ma jkunx f’pożizzjoni jressaq l-applikazzjoni għall-għajnuna u/jew it-talba għall-ħlas billi juża l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażata fuq strumenti ġeospazjali, l-awtorità kompetenti tista’ tagħtih:

(a)

jew l-assistenza teknika meħtieġa; jew

(b)

il-formoli prestabbiliti u l-materjal grafiku korrispondenti stampat fuq il-karti. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tikkopja l-informazzjoni li tirċievi mingħand il-benefiċjarju fil-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażata fuq strumenti ġeospazjali.

4.   Il-formoli prestabbiliti li l-benefiċjarju jingħata għandhom jispeċifikaw iż-żona massima eliġibbli għal kull ħabel referenzjali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 u ż-żona stabbilita fis-sena ta’ qabel għal kull ħabel raba’ għall-għanijiet tal-iskema ta’ pagament bażiku, tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u/jew tal-miżura tal-iżvilupp rurali relatata maż-żona.

Il-materjal grafiku li l-benefiċjarju jingħata skont l-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandu jindika l-fruntieri u l-identifikazzjoni unika tal-ħbula referenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 u l-fruntieri tal-ħbula raba’ stabbiliti fis-sena ta’ qabel sabiex il-benefiċjarju jkun jista’ jindika sewwa d-daqs u l-post ta’ kull ħabel raba’. Mis-sena tat-talba tal-2016 ‘il quddiem, dan il-materjal għandu jindika wkoll it-tip, id-daqs u l-post taż-żoni ta’ interess ekoloġiku stabbiliti fis-sena ta’ qabel.

5.   Il-benefiċjarju għandu jidentifika mingħajr ambigwità u jiddikjara ż-żona ta’ kull ħabel raba’ u, fejn ikun applikabbli, it-tip, id-daqs u l-post taż-żona ta’ interess ekoloġiku. Fir-rigward tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni, il-benefiċjarju għandu jispeċifika wkoll l-użu tal-ħbula raba’ ddikjarati.

Għal dan il-għan, il-benefiċjarju jista’ jikkonferma l-informazzjoni li tkun diġà mogħtija fil-formola prestabbilita. Madankollu, meta l-informazzjoni dwar iż-żona, il-post jew il-fruntiera tal-ħabel raba’ jew, fejn ikun applikabbli, dwar id-daqs u l-post taż-żoni ta’ interess ekoloġiku ma tkunx korretta jew ma tkunx kompluta, il-benefiċjarju għandu jikkoreġi l-formola prestabbilita jew jagħmel il-bidliet meħtieġa fiha.

Abbażi tal-korrezzjonijiet li l-benefiċjarju jagħmel fil-formola prestabbilita jew tal-informazzjoni supplimentari li huwa jagħti fiha, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk hemmx bżonn li jiġi aġġornat il-ħabel referenzjali korrispondenti, filwaqt li tqis l-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

6.   Meta l-benefiċjarju jkun qed iwettaq prattiki ekwivalenti skont l-Artikolu 43(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 permezz ta’ impenji meħudin skont l-Artikolu 39(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (14) jew l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-impenn għandu jiġi indikat fl-applikazzjoni għall-għajnuna b’referenza għat-talba għall-ħlas korrispondenti.

Meta l-benefiċjarju jkun qed iwettaq prattiki ekwivalenti permezz ta’ skemi nazzjonali jew reġjonali ta’ ċertifikazzjoni ambjentali skont l-Artikolu 43(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-formola prestabbilita u tad-dikjarazzjoni min-naħa tal-benefiċjarju.

Għall-għanijiet tal-implimentazzjonijiet reġjonali jew kollettivi skont l-Artikolu 46(5) u 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u għall-parti mill-obbligi marbutin maż-żoni ta’ interess ekoloġiku li l-benefiċjarji jridu jissodisfaw b’mod individwali, il-benefiċjarji li jieħdu sehem fit-tali implimentazzjonijiet reġjonali jew kollettivi għandhom jidentifikaw mingħajr ambigwità u jiddikjaraw, għal kull ħabel raba’, it-tip, id-daqs u l-post taż-żona ta’ interess ekoloġiku skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Fl-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna jew fit-talba tagħhom għall-ħlas, il-benefiċjarji għandhom jirreferu għad-dikjarazzjoni ta’ implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva kif imsemmi fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament.

7.   Fil-każ taż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha:

(a)

l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-ħbula raba’ li fihom ikun inżera’ l-qanneb, u indikazzjoni tal-varjetajiet ta’ żrieragħ użati;

(b)

indikazzjoni tal-kwantitajiet ta’ żrieragħ użati (f’kilogrammi għal kull ettaru);

(c)

it-tikketti uffiċjali użati fuq il-pakketti taż-żrieragħ skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (15), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tagħha, jew kwalunkwe dokument ieħor li l-Istat Membru jirrikonoxxih bħala ekwivalenti.

B’deroga mill-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu, meta ż-żrigħ iseħħ wara d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, it-tikketti għandhom jitressqu sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju. F’każ li t-tikketti jkunu jridu jitressqu wkoll lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dawk it-tikketti jintbagħtu lura lill-benefiċjarju ladarba jkunu tressqu skont dak il-punt. Fuq it-tikketti mibgħutin lura għandu jiġi mmarkat li dawn intużaw għal applikazzjoni.

8.   Fil-każ tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha:

(a)

isem il-varjetà taż-żerriegħa tal-qoton użata;

(b)

fejn ikun xieraq, isem l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata li l-benefiċjarju huwa membru fiha u l-indirizz tagħha.

9.   Iż-żoni li ma jintużawx għall-għanijiet tal-iskemi tal-għajnuna previsti fit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew għall-iskemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jiġu ddikjarati taħt intestatura waħda jew iktar ta’ “użijiet oħrajn”.

Artikolu 18

Dikjarazzjoni ta’ implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva

Għal kull każ ta’ implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva skont l-Artikolu 46(5) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandha titressaq dikjarazzjoni ta’ implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva li tissupplimenta l-applikazzjoni għall-għajnuna jew it-talba għall-ħlas ta’ kull benefiċjarju li jkun qed jieħu sehem fiha.

Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kumplimentari neċessarja kollha biex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi marbutin mal-implimentazzjonijiet reġjonali jew kollettivi skont l-Artikolu 46(5) jew (6) ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikulari:

(a)

l-identifikazzjoni unika ta’ kull benefiċjarju li jkun qed jieħu sehem fiha;

(b)

il-perċentwali minimu li kull benefiċjarju li jkun qed jieħu sehem fiha jrid jilħaq b’mod individwali, kif imsemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 46(6) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

l-erja totali tal-istrutturi li jinsabu biswit xulxin taż-żoni ta’ interess ekoloġiku li jinsabu maġenb xulxin kif imsemmi fl-Artikolu 46(5) ta’ dak ir-Regolament jew taż-żona komuni ta’ interess ekoloġiku kif imsemmi fl-Artikolu 46(6) ta’ dak ir-Regolament, li għaliha l-obbligi jiġu ssodisfati b’mod kollettiv;

(d)

il-materjal grafiku prestabbilit li jindika l-fruntieri u l-identifikazzjoni unika tal-ħbula referenzjali li jrid jintuża biex jiġu identifikati mingħajr ambigwità l-istrutturi li jinsabu biswit xulxin taż-żoni ta’ interess ekoloġiku li jinsabu maġenb xulxin jew iż-żona komuni ta’ interess ekoloġiku u biex jiġu indikati l-fruntieri tagħhom.

Fil-każ tal-implimentazzjoni reġjonali, jekk il-pjan iddettaljat previst fl-Artikolu 46(6) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 ikun fih l-informazzjoni kollha mniżżla fit-tieni sottoparagrafu ta’ dan l-Artikolu, id-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tista’ tinbidel b’referenza għall-pjan.

Fil-każ tal-implimentazzjoni kollettiva, id-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu għandha tkun issupplimentata bi ftehim miktub previst fl-Artikolu 47(4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014.

Artikolu 19

Applikazzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa ż-żgħar u l-irtirar minnha

1.   L-applikazzjonijiet imressqin fl-2015 għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa ż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jkun fihom referenza għall-applikazzjoni unika li l-istess benefiċjarju jkun ressaq għas-sena tat-talba tal-2015 u, fejn ikun applikabbli, dikjarazzjoni min-naħa tal-benefiċjarju li huwa jaf bil-kundizzjonijiet speċjali marbutin mal-iskema għall-bdiewa ż-żgħar previsti fl-Artikolu 64 ta’ dak ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu trid titressaq flimkien mal-applikazzjoni unika jew bħala parti minnha.

2.   Mis-sena tat-talba tal-2016 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-proċedura ta’ applikazzjoni ssimplifikata msemmija fl-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

3.   Il-formoli prestabbiliti li jridu jintużaw fil-proċedura tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitfasslu abbażi tal-informazzjoni mogħtija mal-applikazzjoni unika mressqa għas-sena tat-talba tal-2015 u għandu jkun fihom, b’mod partikulari:

(a)

l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u, fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa biex jiġi kkonfermat li l-benefiċjarju għadu konformi mal-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

dikjarazzjoni min-naħa tal-benefiċjarju li huwa jaf bil-kundizzjonijiet speċjali marbutin mal-iskema għall-bdiewa ż-żgħar previsti fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Meta l-Istati Membri jagħżlu li jużaw il-metodu tal-ħlas stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 mingħajr ma japplikaw it-tielet sottoparagrafu tiegħu, b’deroga mill-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-formoli prestabbiliti għandhom jingħataw skont it-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu.

4.   Il-benefiċjarji li jagħżlu li jirtiraw mill-iskema għall-bdiewa ż-żgħar f’sena li tiġi wara l-2015 skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew l-Artikolu 62(2) ta’ dak ir-Regolament għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti bl-irtirar tagħhom skont il-modalitajiet implimentati mill-Istati Membri.

Taqsima 3

Applikazzjonijiet oħrajn

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna

Jekk ikollu żona agrikola għad-dispożizzjoni tiegħu, benefiċjarju li ma japplikax għall-għajnuna fil-kuntest ta’ xi waħda mill-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona iżda japplika għall-għajnuna fil-kuntest ta’ skema oħra mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew għal skemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jiddikjara dawk iż-żoni fil-formola tiegħu ta’ applikazzjoni għall-għajnuna skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

Benefiċjarju li huwa suġġett għall-obbligi tal-kundizzjonalità biss skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jiddikjara, fil-formola tiegħu ta’ applikazzjoni għall-għajnuna, iż-żoni li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu għal kull sena kalendarja li fiha japplikaw dawk l-obbligi.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-benefiċjarji mill-obbligi previsti fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafi meta l-informazzjoni kkonċernata titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest ta’ sistemi oħrajn ta’ amministrazzjoni u kontroll li jiżguraw il-kompatibbiltà mas-sistema integrata skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 21

Rekwiżiti marbutin mal-applikazzjoni għall-għajnuna relatata mal-bhejjem u mat-talbiet għall-ħlas fil-kuntest ta’ miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali

1.   Applikazzjoni għall-għajnuna relatata mal-bhejjem kif iddefinita fil-punt (15) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 jew talba għall-ħlas fil-kuntest ta’ miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali kif iddefinita fil-punt (14) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ, u b’mod partikulari:

(a)

l-identità tal-benefiċjarju;

(b)

referenza għall-applikazzjoni unika jekk din tkun diġà ġiet sottomessa;

(c)

l-għadd ta’ annimali ta’ kull tip li għalihom tkun qed titressaq applikazzjoni għall-għajnuna relatata mal-bhejjem jew talba għall-ħlas u, għall-annimali bovini, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali;

(d)

fejn ikun applikabbli, impenn min-naħa tal-benefiċjarju li jżomm l-annimali msemmijin fil-punt (c) fl-azjenda agrikola tiegħu għal perjodu taż-żmien stabbilit mill-Istat Membru, u informazzjoni dwar il-post jew il-postijiet fejn ikunu se jinżammu l-annimali, inkluż il-perjodu kkonċernat;

(e)

fejn ikun xieraq, kwalunkwe dokument ta’ sostenn meħtieġ biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-iskema jew għall-miżura kkonċernata;

(f)

dikjarazzjoni min-naħa tal-benefiċjarju li huwa jaf bil-kundizzjonijiet marbutin mal-għajnuna u/jew mal-appoġġ ikkonċernat.

2.   Kull min irabbi l-annimali għandu jkollu d-dritt jikseb mingħand l-awtorità kompetenti, mingħajr restrizzjonijiet, f’intervalli raġonevoli u mingħajr dewmien żejjed, informazzjoni dwar id-dejta li jkun hemm fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali dwaru u dwar l-annimali tiegħu. Meta jkun qed iressaq l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna relatata mal-bhejjem jew it-talba għall-ħlas tiegħu, il-benefiċjarju għandu jiddikjara li d-dejta hija korretta u kompluta jewinkella jirranġa d-dejta li tkun żbaljata jew jimla d-dejta li tkun nieqsa.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ċerti partijiet mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’hemmx bżonn jiddaħħlu fl-applikazzjoni għall-għajnuna relatata mal-bhejjem jew fit-talba għall-ħlas meta dawn ikunu diġà ntbagħtu lill-awtorità kompetenti.

4.   L-Istati Membri jistgħu jdaħħlu proċeduri li bihom id-dejta li tinsab fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali tista’ tintuża għall-għanijiet tal-applikazzjoni għall-għajnuna relatata mal-bhejjem jew tat-talba għall-ħlas, dejjem jekk il-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali toffri l-livell ta’ garanzija u implimentazzjoni meħtieġ għall-ġestjoni t-tajba tal-iskemi ta’ għajnuna jew tal-miżuri ta’ appoġġ ikkonċernati fil-livell tal-annimali individwali.

Il-proċeduri msemmijin fl-ewwel sottoparagrafu jistgħu jkunu magħmulin minn sistema li biha benefiċjarju jista’ japplika għal għajnuna u/jew għal appoġġ għall-annimali kollha li, f’data stabbilita mill-Istat Membru jew matul perjodu stabbilit minnu, jkunu jikkwalifikaw għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ abbażi tad-dejta li jkun hemm fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali.

F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a)

id-data msemmija fit-tieni sottoparagrafu jew il-perjodu msemmi fih ikunu identifikati biċ-ċar u magħrufin mill-benefiċjarju, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-iskema tal-għajnuna u/jew għall-miżura ta’ appoġġ ikkonċernata;

(b)

il-benefiċjarju jaf li kwalunkwe annimal li huwa potenzjalment eliġibbli li jinstab li ma jkunx identifikat jew irreġistrat kif suppost fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali għandu jgħodd mal-annimali misjubin b’nuqqasijiet ta’ konformità kif imsemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ċerti partijiet mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintbagħtu permezz ta’ korp jew korpi approvati minnhom, jew għandhom jintbagħtu permezz tagħhom. Madankollu, il-benefiċjarju għandu jibqa’ responsabbli għad-dejta mibgħuta.

Taqsima 4

Dispożizzjonijiet speċifiċi marbutin mad-drittijiet għall-pagamenti

Artikolu 22

Allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew żieda fil-valur tagħhom

1.   L-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew għal żieda fil-valur tagħhom fil-kuntest tal-iskema ta’ pagament bażiku skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 24, l-Artikolu 30, ħlief għall-paragrafu 7(e), u l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jitressqu sa data li trid tiġi stabbilita mill-Istati Membri. Id-data stabbilita ma għandhiex tkun iktar tard mill-15 ta’ Mejju tas-sena kalendarja rilevanti.

Madankollu, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jistabbilixxu data iktar tard minn hekk, li ma għandhiex taqbeż il-15 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja rilevanti.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjoni għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti għandha titressaq fl-istess żmien bħall-applikazzjoni għall-għajnuna fil-kuntest tal-iskema ta’ pagament bażiku.

Artikolu 23

L-irkupru ta’ drittijiet għall-pagamenti allokati b’mod mhux dovut

1.   Meta jiġi stabbilit, wara li jkunu ġew allokati d-drittijiet għall-pagamenti lill-benefiċjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li l-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti allokat kien għoli wisq, l-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti li jkunu ġew allokati żejda għandu jitqiegħed lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali msemmijin fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Meta l-awtorità kompetenti jew awtorità oħra tkun għamlet l-iżball imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu u jekk il-benefiċjarju ma setax jinduna b’mod raġonevoli bl-iżball, il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti allokati għal dak il-benefiċjarju li jkun għad fadal għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

Meta, sadanittant, il-benefiċjarju kkonċernat mill-allokazzjoni ta’ għadd kbir wisq ta’ drittijiet għall-pagamenti jkun ittrasferixxa d-drittijiet għall-pagamenti lil benefiċjarji oħrajn, id-destinatarji tat-trasferiment għandhom ikunu marbutin bl-obbligu previst fl-ewwel sottoparagrafu wkoll, b’mod proporzjonat mal-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti li jkunu ġew ittrasferiti lilhom, jekk il-benefiċjarju li lilu jkunu ġew allokati fil-bidu d-drittijiet għall-pagamenti ma jkollux biżżejjed drittijiet għall-pagamenti għad-dispożizzjoni tiegħu biex ikopri l-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti allokati b’mod mhux dovut.

2.   Meta jiġi stabbilit, wara li d-drittijiet għall-pagamenti jkunu ġew allokati lill-benefiċjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li kienu għoljin wisq il-pagamenti li benefiċjarju rċieva għall-2014 kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 26(2) ta’ dak ir-Regolament, il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti li benefiċjarju kellu fid-data tat-tressiq tal-applikazzjoni tiegħu għall-2014 kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 26(3) ta’ dak ir-Regolament, il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagamenti kif imsemmi fl-Artikolu 26(5) ta’ dak ir-Regolament, iż-żieda fil-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagamenti prevista fl-Artikolu 30(10) ta’ dak ir-Regolament, jew il-valur totali tal-għajnuna li benefiċjarju rċieva għas-sena kalendarja ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 40(3) ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi aġġustat kif xieraq il-valur ta’ dawk id-drittijiet għall-pagamenti bbażati fuq ir-referenza żbaljata għall-benefiċjarju kkonċernat.

Dak l-aġġustament għandu jgħodd ukoll għad-drittijiet għall-pagamenti li, sadanittant, ikunu ġew ittrasferiti lil benefiċjarji oħrajn.

Il-valur tat-tnaqqis għandu jitqiegħed lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali msemmijin fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

3.   Meta jiġi stabbilit, wara li d-drittijiet għall-pagamenti jkunu ġew allokati lill-benefiċjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li, għall-istess benefiċjarju, seħħew kemm is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u kemm dik imsemmija fil-paragrafu 2, l-aġġustament tal-valur tad-drittijiet kollha għall-pagamenti kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir qabel ma d-drittijiet għall-pagamenti allokati b’mod mhux dovut jitqiegħdu lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali skont il-paragrafu 1.

4.   L-aġġustamenti tal-għadd u/jew tal-valur tad-drittijiet għall-pagamenti previsti f’dan l-Artikolu ma għandhomx iwasslu għal kalkolu sistematiku mill-ġdid tad-drittijiet għall-pagamenti li jkun għad fadal.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx id-drittijiet għall-pagamenti allokati b’mod mhux dovut meta l-valur totali ta’ dawk id-drittijiet għall-pagamenti, kif stipulat fir-reġistru elettroniku għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fiż-żmien meta jsiru dawk il-verifiki bil-għan li jsiru l-aġġustamenti previsti f’dan l-Artikolu, ikun ta’ EUR 50 jew inqas għal xi waħda mis-snin li fiha tkun implimentata l-iskema ta’ pagament bażiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

L-ammonti mħallsin b’mod mhux dovut għas-snin tat-talba li jiġu qabel l-aġġustamenti għandhom jiġu rkuprati skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Huma u jiġu stabbiliti t-tali ammonti mħallsin b’mod mhux dovut, għandu jitqies l-impatt tal-aġġustamenti previsti f’dan l-Artikolu fuq l-għadd tad-drittijiet għall-pagamenti għas-snin kollha kkonċernati u, fejn ikun rilevanti, fuq il-valur tagħhom.

TITOLU III

VERIFIKI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 24

Prinċipji ġenerali

1.   Il-verifiki amministrattivi u l-verifiki fuq il-post previsti f’dan ir-Regolament għandhom isiru b’tali mod li jiżguraw verifika effettiva:

(a)

tal-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għall-għajnuna, fl-applikazzjoni għall-appoġġ, fit-talba għall-ħlas jew f’dikjarazzjoni oħra;

(b)

tal-konformità mal-kriterji kollha tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn kollha għall-iskema tal-għajnuna u/jew għall-miżura ta’ appoġġ ikkonċernata u mat-termini li bihom jingħataw l-għajnuna u/jew l-appoġġ jew l-eżenzjoni mill-obbligi;

(c)

tar-rekwiżiti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mal-kundizzjonijiet kollha applikabbli stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew stipulati fil-liġi nazzjonali rilevanti u fid-dokumenti li fihom arranġamenti ta’ implimentazzjoni jew mill-programm tal-iżvilupp rurali tkun tista’ tiġi vverifikata skont sett ta’ indikaturi verifikabbli li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.   Ir-riżultati tal-verifiki amministrattivi u fuq il-post għandhom jiġu vvalutati biex jiġi stabbilit jekk xi waħda mill-problemi misjuba tistax twassal b’mod ġenerali għal xi riskju għal operazzjonijiet simili oħrajn, għall-benefiċjarji jew għal korpi oħrajn. Il-valutazzjoni għandha tidentifika wkoll il-kawżi tat-tali sitwazzjonijiet, kwalunkwe analiżi ulterjuri li tista’ tkun meħtieġa u l-azzjonijiet korrettivi u preventivi meħtieġa.

4.   L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet fiżiċi fuq il-post f’każ li l-fotointerpretazzjoni tal-ortoimmaġnijiet (bis-satellita jew mill-ajru) ma tipprovdix riżultati li jippermettu li jinsiltu konklużjonijiet definittivi li jissodisfaw lill-awtorità kompetenti dwar l-eliġibbiltà taż-żona li hija suġġetta għall-verifiki amministrattivi jew fuq il-post jew dwar id-daqs korrett tagħha.

5.   Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-verifiki kollha mwettqin skont dan ir-Regolament u mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi previsti fit-Titoli IV u V. Madankollu, il-paragrafu 3 ma għandux japplika għat-Titolu V.

Artikolu 25

Tħabbir minn qabel tal-verifiki fuq il-post

Il-verifiki fuq il-post jistgħu jitħabbru minn qabel, dejjem jekk dan ma jxekkilx l-iskop jew l-effettività tagħhom. Kwalunkwe tħabbira minn qabel għandha tkun strettament limitata għall-perjodu minimu taż-żmien meħtieġ u ma għandhiex issir iktar minn 14-il jum qabel.

Madankollu, għall-verifiki fuq il-post marbutin ma’ applikazzjonijiet għall-għajnuna relatata mal-bhejjem jew ma’ talbiet għall-ħlas magħmulin fil-kuntest ta’ miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali, it-tħabbira ma għandhiex issir iktar minn 48 siegħa qabel, ħlief f’każijiet iġġustifikati kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-leġiżlazzjoni li tapplika għall-atti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità tkun teżiġi li l-verifika fuq il-post issir mingħajr ma titħabbar minn qabel, dawk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta’ verifiki fuq il-post marbutin mal-kundizzjonalità.

Artikolu 26

L-iskeda taż-żmien tal-verifiki fuq il-post

1.   Fejn ikun xieraq, il-verifiki fuq il-post previsti f’dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fl-istess żmien bħal kwalunkwe verifika oħra prevista fil-liġi tal-Unjoni.

2.   Għall-għanijiet tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata, il-verifiki fuq il-post għandhom jitqassmu tul is-sena abbażi ta’ analiżi tar-riskji marbutin mal-impenji differenti meħudin fil-kuntest ta’ kull miżura.

3.   Il-verifiki fuq il-post għandhom jivverifikaw il-konformità mal-kriterji kollha tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn kollha ta’ dawk l-iskemi tal-għajnuna jew il-miżuri ta’ appoġġ li għalihom ikun ingħażel benefiċjarju skont l-Artikolu 34.

It-tul tal-verifiki fuq il-post għandu jkun strettament limitat għall-perjodu minimu taż-żmien meħtieġ.

4.   Meta ċerti kriterji tal-eliġibbiltà, impenji u obbligi oħrajn ikunu jistgħu jiġu ċċekkjati biss matul perjodu speċifiku taż-żmien, il-verifiki fuq il-post jistgħu jkunu jeħtieġu żjarat addizzjonali f’data iktar tard. F’każ bħal dan, il-verifiki fuq il-post għandhom ikunu kkoordinati b’tali mod li l-għadd tat-tali żjarat għand benefiċjarju wieħed u t-tul tagħhom ikunu limitati għall-minimu meħtieġ. Fejn ikun xieraq, it-tali żjarat jistgħu jitwettqu wkoll permezz tat-telerilevament skont l-Artikolu 40.

Meta jkun hemm bżonn isiru żjarat addizzjonali relatati mar-raba’ mistrieħ, mal-ġmiem madwar l-għelieqi, mal-meded ta’ lqugħ, mal-meded ta’ ettari eliġibbli li jinsabu ma’ truf il-foresti, mal-uċuħ tar-raba’ li jikbru bejn uċuħ oħra u/jew mal-kopertura veġetali ddikjarati bħala żona ta’ interess ekoloġiku, l-għadd ta’ dawk iż-żjarat addizzjonali għandu jirrigwarda, f’50 % tal-każijiet, lill-istess benefiċjarju, magħżul abbażi tar-riskji, u fil-50 % tal-każijiet li jifdal, dan għandu jirrigwarda benefiċjarji differenti magħżulin b’mod addizzjonali. Il-benefiċjarji addizzjonali differenti għandhom jingħażlu b’mod aleatorju minn fost il-benefiċjarji kollha li għandhom raba’ mistrieħ, ġmiem madwar l-għelieqi, meded ta’ lqugħ, meded ta’ ettari eliġibbli li jinsabu ma’ truf il-foresti, uċuħ tar-raba’ li jikbru bejn uċuħ oħra u/jew kopertura veġetali ddikjarati bħala żona ta’ interess ekoloġiku, u żjarat bħal dawn jistgħu jkunu limitati għaż-żoni ddikjarati bħala raba’ mistrieħ, ġmiem madwar l-għelieqi, meded ta’ lqugħ, meded ta’ ettari eliġibbli li jinsabu ma’ truf il-foresti, uċuħ tar-raba’ li jikbru bejn uċuħ oħra u/jew kopertura veġetali.

Meta jkun hemm bżonn isiru żjarat addizzjonali, l-Artikolu 25 għandu japplika għal kull żjara addizzjonali.

Artikolu 27

Kontronotifika tar-riżultati tal-verifiki

Fejn ikun applikabbli, il-verifiki amministrattivi u fuq il-post dwar l-eliġibbiltà għandhom iqisu l-każijiet issuspettati ta’ nuqqas ta’ konformità rrappurtati minn servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħrajn.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sejbiet rilevanti kollha li jkunu saru fil-kuntest tal-verifiki dwar il-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn tal-iskemi mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u/jew tal-appoġġ fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata ssir kontronotifika dwarhom lill-awtorità kompetenti rilevanti li hija inkarigata mill-għoti tal-pagament korrispondenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni pubbliċi jew privati msemmijin fl-Artikolu 38 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti li hija inkarigata mill-għoti tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent bi kwalunkwe sejba li hija rilevanti għall-għoti t-tajjeb tat-tali pagament lill-benefiċjarji li għażlu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom permezz tal-ekwivalenza permezz taċ-ċertifikazzjoni.

Meta l-verifiki amministrattivi jew fuq il-post marbutin mal-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata jkopru prattiki ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandha ssir kontroverifika tar-riżultati tat-tali verifiki biex ikun hemm segwitu għall-għoti tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent.

KAPITOLU II

Verifiki amministrattivi fil-kuntest tas-sistema integrata

Artikolu 28

Verifiki amministrattivi

1.   Il-verifiki amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, inklużi l-kontroverifiki, għandhom jippermettu li jiġu identifikati n-nuqqasijiet ta’ konformità, u b’mod partikulari li dawn jiġu identifikati b’mod awtomatizzat billi jintużaw mezzi kompjuterizzati. Il-verifiki għandhom ikopru l-elementi kollha li wieħed jista’ jiċċekkja permezz tal-verifiki amministrattivi u li huwa xieraq li jiġu ċċekkjati b’dan il-mod. Il-verifiki għandhom jiżguraw:

(a)

li l-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn tal-iskema tal-għajnuna jew tal-miżura ta’ appoġġ huma ssodisfati;

(b)

li ma hemm l-ebda finanzjament doppju permezz ta’ skemi oħrajn tal-Unjoni;

(c)

li l-applikazzjoni għall-għajnuna jew it-talba għall-ħlas hija kompluta u li din tressqet fil-limitu taż-żmien rilevanti u, fejn ikun applikabbli, li d-dokumenti ta’ sostenn tressqu u juru l-eliġibbiltà;

(d)

li hemm konformità mal-impenji meħudin fit-tul, fejn dan ikun xieraq.

2.   Fejn ikun xieraq, għall-iskemi ta’ għajnuna relatata mal-annimali u għall-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-provi li jirċievu mingħand servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħrajn biex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn, dejjem jekk is-servizz, il-korp jew l-organizzazzjoni kkonċernata tkun qed topera b’biżżejjed standards biex tiġi ċċekkjata t-tali konformità.

Artikolu 29

Kontroverifiki

1.   Fejn ikun xieraq, il-verifiki amministrattivi għandhom jinkludu kontroverifiki:

(a)

fuq id-drittijiet għall-pagamenti ddikjarati u fuq il-ħbula raba’ ddikjarati rispettivament, sabiex jiġi evitat li l-istess għajnuna jew appoġġ jingħata iktar minn darba għall-istess sena kalendarja jew għall-istess sena tat-talba u sabiex jiġi evitat li tiġi akkumulata b’mod mhux dovut l-għajnuna mogħtija fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna relatati maż-żona mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (16) u fil-kuntest tal-miżuri ta’ appoġġ relatati maż-żona kif iddefinit fil-punt (21) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014;

(b)

fuq id-drittijiet għall-pagamenti biex tiġi vverifikata l-eżistenza tagħhom u l-eliġibbiltà għall-għajnuna;

(c)

bejn il-ħbula raba’ ddikjarati fl-applikazzjoni unika u/jew fit-talba għall-ħlas u l-informazzjoni li tinsab fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ għal kull ħabel referenzjali skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 biex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għall-iskema ta’ pagament dirett u/jew għall-miżura tal-iżvilupp rurali taż-żoni bħala tali;

(d)

bejn id-drittijiet għall-pagamenti u ż-żona stabbilita sabiex jiġi vverifikat li d-drittijiet ikollhom magħhom tal-inqas l-istess numru ta’ ettari eliġibbli kif iddefinit fl-Artikolu 32(2) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(e)

magħmulin permezz tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali biex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ u biex jiġi evitat li l-istess għajnuna u/jew appoġġ jingħata iktar minn darba b’mod mhux dovut għall-istess sena kalendarja jew għall-istess sena tat-talba;

(f)

bejn id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarju fl-applikazzjoni unika biex isir membru ta’ organizzazzjoni interprofessjonali approvata, l-informazzjoni skont l-Artikolu 17(8) ta’ dan ir-Regolament u l-informazzjoni mibgħuta mill-organizzazzjoni interprofessjonali approvata kkonċernata, sabiex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għaż-żieda fl-għajnuna prevista fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(g)

biex jiġu vverifikati l-konformità mal-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-lista tal-membri tagħhom tal-inqas darba kull ħames snin.

Għall-għanijiet tal-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu, meta s-sistema integrata tipprevedi formoli ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażati fuq strumenti ġeospazjali, il-kontroverifiki għandhom jitwettqu bħala intersezzjoni spazjali taż-żona diġitizzata ddikjarata mas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’. Barra minn hekk, il-kontroverifiki għandhom jitwettqu sabiex tiġi evitata talba doppja għall-istess żona.

2.   Għandu jingħata segwitu għall-indikazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li joħorġu mill-kontroverifiki permezz ta’ kwalunkwe proċedura amministrattiva xierqa oħra u, fejn ikun hemm bżonn, permezz ta’ verifika fuq il-post.

3.   Meta ssir applikazzjoni għall-għajnuna u/jew talba għall-ħlas minn żewġ benefiċjarji jew iktar għal ħabel referenzjali wieħed fil-kuntest tal-istess skema ta’ għajnuna jew tal-istess miżura ta’ appoġġ u f’każ li l-ħbula raba’ ddikjarati jirkbu fuq xulxin b’mod spazjali jew iż-żona ġenerali ddikjarata tkun taqbeż iż-żona massima eliġibbli stabbilita skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, u d-differenza tkun taqa’ fi ħdan it-tolleranza tal-kejl iddefinita skont l-Artikolu 38 ta’ dan ir-Regolament għal dak il-ħabel referenzjali, l-Istat Membru jista’ jipprevedi tnaqqis proporzjonat taż-żoni kkonċernati, sakemm benefiċjarju minnhom ma jurix li xi wieħed mill-benefiċjarji kkonċernati l-oħrajn ikun iddikjara b’mod eċċessiv iż-żoni tiegħu għad-detriment tal-benefiċjarji l-oħrajn.

KAPITOLU III

Verifiki fuq il-post fil-kuntest tas-sistema integrata

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 30

Rata ta’ kontroll għall-iskemi tal-għajnuna relatati maż-żona, minbarra l-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent

Għall-iskemi tal-għajnuna relatati maż-żona, minbarra l-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni”), il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqin ta’ kull sena għandu jkopri tal-inqas:

(a)

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjun ta’ kontroll ikun fih tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li jiddikjaraw b’mod ewlieni żoni agrikoli li huma żoni miżmumin b’mod naturali fi stat xieraq għar-ragħa skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014;

(b)

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament ridistributtiv skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(c)

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(d)

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(e)

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagamenti relatati maż-żona fil-kuntest tal-appoġġ akkoppjat volontarju skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(f)

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament fil-kuntest tal-iskema għall-bdiewa ż-żgħar skont it-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(g)

30 % taż-żoni ddikjarati għall-produzzjoni tal-qanneb skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(h)

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 31

Rata ta’ kontroll għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni

1.   Għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni, il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqin ta’ kull sena għandu jkopri tal-inqas:

(a)

5 % tal-benefiċjarji kollha li jeħtieġ li jħarsu l-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni”), u li ma jiffurmawx parti mill-popolazzjonijiet ta’ kontroll imsemmijin fil-punti (b) u (c) (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-popolazzjoni ta’ kontroll għall-ekoloġizzazzjoni”); fl-istess ħin, dan il-kampjun għandu jkopri tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li għandhom żoni koperti minn bur permanenti li huma ambjentalment sensittivi f’żoni koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (17) jew mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u żoni sensittivi oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(b)

3 %:

(i)

jew tal-benefiċjarji kollha li jikkwalifikaw għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni li huma eżentati kemm mill-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u kemm mill-obbligu taż-żona ta’ interess ekoloġiku peress li ma jilħqux il-limiti msemmijin fl-Artikoli 44 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li ma jikkonċernawhomx l-obbligi msemmijin fl-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament;

(ii)

jew, fis-snin li fihom l-Artikolu 44 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 ma japplikax fi Stat Membru, tal-benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni li huma eżentati kemm mill-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u kemm mill-obbligu taż-żona ta’ interess ekoloġiku peress li ma jilħqux il-limiti msemmijin fl-Artikoli 44 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li ma jikkonċernawhomx l-obbligi msemmijin fl-Artikolu 45(1) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

5 % tal-benefiċjarji kollha li jeħtieġ li jħarsu l-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni u li jużaw l-iskemi nazzjonali jew reġjonali ta’ ċertifikazzjoni ambjentali kif imsemmi fl-Artikolu 43(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(d)

5 % tal-benefiċjarji kollha li jieħdu sehem f’implimentazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(e)

5 % tal-implimentazzjoni kollettiva skont l-Artikolu 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(f)

100 % tal-istrutturi li jinsabu biswit xulxin taż-żoni ta’ interess ekoloġiku li jinsabu maġenb xulxin kif imsemmi fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014;

(g)

100 % tal-benefiċjarji kollha li għandhom obbligu li jibdlu l-art mill-ġdid f’bur permanenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014;

(h)

20 % tal-benefiċjarji kollha li għandhom obbligu li jibdlu l-art mill-ġdid f’bur permanenti skont l-Artikolu 44(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014.

2.   Il-benefiċjarji li jħarsu l-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni permezz ta’ prattiki ekwivalenti skont l-Artikolu 43(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew li jieħdu sehem fl-iskema għall-bdiewa ż-żgħar skont l-Artikolu 61 ta’ dak ir-Regolament jew li japplikaw, fl-azjenda agrikola kollha tagħhom, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (19) għall-biedja organika ma għandhomx jiffurmaw parti mill-kampjun ta’ kontroll u ma għandhomx jingħaddu għall-finijiet tar-rati ta’ kontroll stabbiliti f’dan l-Artikolu.

3.   Meta ż-żoni ta’ interess ekoloġiku ma jkunux identifikati fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ kif imsemmi fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-rata ta’ kontroll stabbilita fil-punti (a) u (c) sa (e) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ssupplimentata b’5 % tal-benefiċjarji kollha tal-kampjun ta’ kontroll rispettiv li jeħtieġ li jkollhom żona ta’ interess ekoloġiku fiż-żona agrikola tagħhom skont l-Artikoli 43 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Madankollu, l-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika meta s-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll tiżgura li ż-żoni kollha ta’ interess ekoloġiku ddikjarati jiġu identifikati u, fejn ikun applikabbli, irreġistrati fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ skont l-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 qabel il-pagament.

Artikolu 32

Rata ta’ kontroll għall-miżuri tal-iżvilupp rurali

1.   Il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqin ta’ kull sena għandu jkopri tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-miżuri tal-iżvilupp rurali. Għall-miżuri previsti fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-rata ta’ kontroll ta’ 5 % għandha tinkiseb fil-livell tal-miżura individwali.

Dak il-kampjun ta’ kontroll għandu jirrappreżenta wkoll tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li jinkludu prattiki ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ gruppi ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kull membru individwali tat-tali gruppi jista’ jitqies li huwa benefiċjarju għall-għanijiet tal-kalkolu tar-rata ta’ kontroll stabbilita fil-paragrafu 1.

3.   Għall-benefiċjarji ta’ appoġġ pluriennali mogħti skont l-Artikoli 21(1)(a), 28, 29 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 36(a)(iv) u (v) u (b)(i), (iii) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li jinvolvi pagamenti fuq perjodu li jaqbeż il-ħames snin, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, wara l-ħames sena tal-pagament, li jivverifikaw tal-inqas 2,5 % ta’ dawk il-benefiċjarji.

L-ewwel sottoparagrafu għandu japplika għall-appoġġ mogħti skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 wara l-ħames sena tal-pagament għall-impenn rilevanti.

4.   Il-benefiċjarji ċċekkjati skont il-paragrafu 3 ma għandhomx jitqiesu għall-għanijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 33

Rata ta’ kontroll għall-iskemi tal-għajnuna relatati mal-annimali

1.   Għall-iskemi tal-għajnuna relatati mal-annimali, il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqin ta’ kull sena għandu jkopri, għal kull skema tal-għajnuna, tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għal dik l-iskema tal-għajnuna rispettiva.

Madankollu, meta l-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali ma toffrix il-livell ta’ garanzija u implimentazzjoni meħtieġ għall-ġestjoni t-tajba tal-iskema tal-għajnuna kkonċernata, il-perċentwali għandu jkun ta’ 10 % għal dik l-iskema tal-għajnuna rispettiva.

Il-kampjun ta’ kontroll magħżul għandu jkopri tal-inqas 5 % tal-annimali kollha li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna għal kull skema tal-għajnuna.

2.   Fejn ikun applikabbli, il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqin ta’ kull sena għandu jkopri 10 % tas-servizzi, il-korpi jew l-organizzazzjonijiet l-oħrajn li jipprovdu evidenza biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 34

Għażla tal-kampjun ta’ kontroll

1.   L-applikazzjonijiet jew l-applikanti li jinstabu li mhumiex ammissibbli jew eliġibbli għall-pagament fi żmien it-tressiq jew wara li jsiru l-verifiki amministrattivi ma għandhomx jiffurmaw parti mill-popolazzjoni ta’ kontroll.

2.   Għall-għanijiet tal-Artikoli 30 u 31, il-kampjun għandu jintgħażel kif ġej:

(a)

bejn 1 u 1,25 % tal-benefiċjarji li japplikaw għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jingħażlu b’mod aleatorju minn fost il-benefiċjarji kollha li japplikaw għal dawk l-iskemi;

(b)

bejn 1 u 1,25 % tal-popolazzjoni ta’ kontroll għall-ekoloġizzazzjoni għandhom jingħażlu b’mod aleatorju minn fost il-benefiċjarji kollha magħżulin skont il-punt (a). Jekk ikun hemm bżonn biex jintlaħaq dak il-perċentwali, għandhom jingħażlu benefiċjarji addizzjonali b’mod aleatorju minn fost il-popolazzjoni ta’ kontroll għall-ekoloġizzazzjoni;

(c)

l-għadd ta’ benefiċjarji li jkun għad fadal fil-kampjun ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 31(1)(a) għandu jingħażel abbażi ta’ analiżi tar-riskju;

(d)

il-benefiċjarji kollha magħżulin skont il-punti (a) sa (c) ta’ dan is-sottoparagrafu jistgħu jitqiesu bħala parti mill-kampjuni ta’ kontroll previsti fl-Artikolu 30(b) sa (e), (g) u (h). Jekk ikun hemm bżonn biex jitħarsu r-rati minimi ta’ kontroll, għandhom jingħażlu benefiċjarji addizzjonali b’mod aleatorju minn fost il-popolazzjonijiet rispettivi ta’ kontroll tagħhom;

(e)

il-benefiċjarji kollha magħżulin skont il-punti (a) sa (d) ta’ dan is-sottoparagrafu jistgħu jitqiesu bħala parti mill-kampjun ta’ kontroll previst fl-Artikolu 30(a). Jekk ikun hemm bżonn biex titħares ir-rata minima ta’ kontroll, għandhom jingħażlu benefiċjarji addizzjonali b’mod aleatorju minn fost il-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(f)

l-għadd minimu ta’ benefiċjarji msemmi fl-Artikolu 30(f) għandu jingħażel b’mod aleatorju minn fost il-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament fil-kuntest tal-iskema għall-bdiewa ż-żgħar skont it-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(g)

l-għadd minimu ta’ benefiċjarji msemmi fl-Artikolu 31(1)(b) għandu jingħażel abbażi ta’ analiżi tar-riskju minn fost il-benefiċjarji kollha li jikkwalifikaw għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni li huma eżentati kemm mill-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u kemm mill-obbligu taż-żona ta’ interess ekoloġiku peress li ma jilħqux il-limiti msemmijin fl-Artikoli 44 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li ma jikkonċernawhomx l-obbligi msemmijin fl-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament;

(h)

bejn 20 % u 25 % tal-għadd minimu ta’ benefiċjarji msemmi fl-Artikolu 31(1)(c), (d) u (h) għandhom jingħażlu b’mod aleatorju minn fost il-benefiċjarji kollha magħżulin skont il-punt (b) ta’ dan is-sottoparagrafu. Jekk ikun hemm bżonn biex jintlaħaq dak il-perċentwali, għandhom jingħażlu benefiċjarji addizzjonali b’mod aleatorju minn fost il-benefiċjarji kollha magħżulin skont il-punt (a) ta’ dan is-sottoparagrafu. L-għadd ta’ benefiċjarji li jkun għad fadal, imsemmi fl-Artikolu 31(1)(c), (d) u (h), għandu jingħażel abbażi ta’ analiżi tar-riskju minn fost il-benefiċjarji kollha magħżulin skont il-punt (c) ta’ dan is-sottoparagrafu. Jekk ikun hemm bżonn biex jitħarsu r-rati minimi ta’ kontroll, għandhom jingħażlu benefiċjarji addizzjonali abbażi ta’ analiżi tar-riskju minn fost il-popolazzjonijiet rispettivi ta’ kontroll tagħhom;

(i)

bejn 20 % u 25 % tal-għadd minimu ta’ implimentazzjonijiet kollettivi msemmi fl-Artikolu 31(1)(e) għandhom jingħażlu b’mod aleatorju minn fost l-implimentazzjonijiet kollettivi kollha skont l-Artikolu 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-għadd ta’ implimentazzjonijiet kollettivi li jkun għad fadal, imsemmi fl-Artikolu 31(1)(e), għandu jingħażel abbażi ta’ analiżi tar-riskju.

Il-verifika fuq il-post tal-benefiċjarji addizzjonali magħżulin skont il-punti (d), (e) u (h) u tal-benefiċjarji magħżulin skont il-punti (f) u (g) tista’ tkun limitata għall-iskema tal-għajnuna li ntgħażlu għaliha jekk ir-rati minimi ta’ kontroll tal-iskemi l-oħra tal-għajnuna li jkunu applikaw għalihom ikunu diġà qed jitħarsu.

Il-verifika fuq il-post tal-benefiċjarji addizzjonali magħżulin skont l-Artikolu 31(3) u skont il-punt (h) tal-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu u tal-benefiċjarji magħżulin skont il-punt (i) tal-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tkun limitata għall-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni li ngħażlu għalihom jekk ir-rati minimi ta’ kontroll tal-iskemi l-oħra tal-għajnuna u tal-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni l-oħra li huma jridu jħarsu jkunu diġà qed jitħarsu.

Għall-għanijiet tal-Artikolu 31, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjun ta’ kontroll ikun rappreżentattiv tal-prattiki differenti.

3.   Għall-għanijiet tal-Artikoli 32 u 33, l-ewwel nett għandhom jingħażlu b’mod aleatorju bejn 20 % u 25 % tal-għadd minimu ta’ benefiċjarji li jridu jsirulhom il-verifiki fuq il-post. L-għadd ta’ benefiċjarji li jkun għad fadal li jridu jsirulhom il-verifiki fuq il-post għandhom jingħażlu abbażi ta’ analiżi tar-riskju.

Għall-għanijiet tal-Artikolu 32, bħala riżultat tal-analiżi tar-riskju, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu miżuri speċifiċi tal-iżvilupp rurali li japplikaw għall-benefiċjarji.

4.   Jekk l-għadd ta’ benefiċjarji li jridu jsirulhom il-verifiki fuq il-post jaqbeż l-għadd minimu ta’ benefiċjarji msemmi fl-Artikoli 30 sa 33, il-perċentwali tal-benefiċjarji magħżulin b’mod aleatorju fil-kampjun addizzjonali ma għandux jaqbeż il-25 %.

5.   L-effettività tal-analiżi tar-riskju għandha tiġi vvalutata u aġġornata ta’ kull sena kif ġej:

(a)

billi tiġi stabbilita r-rilevanza ta’ kull fattur ta’ riskju;

(b)

billi jitqabblu r-riżultati fir-rigward tad-differenza bejn iż-żona ddikjarata u ż-żona stabbilita permezz tal-kampjun magħżul b’mod aleatorju u bbażat fuq ir-riskju msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2; jew billi jitqabblu r-riżultati fir-rigward tad-differenza bejn l-għadd ta’ annimali ddikjarat u l-għadd ta’ annimali stabbilit permezz tal-kampjun magħżul b’mod aleatorju u bbażat fuq ir-riskju msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2;

(c)

billi titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru u, fejn ikun xieraq, l-evoluzzjoni tar-rilevanza tal-fatturi ta’ riskju fih;

(d)

billi titqies l-għamla tan-nuqqas ta’ konformità li twassal għal żieda fir-rata ta’ kontroll skont l-Artikolu 35.

6.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekords tar-raġunijiet għaliex kull benefiċjarju jkun intgħażel għal verifika fuq il-post. L-ispettur li jwettaq il-verifika fuq il-post għandu jiġi mgħarraf kif xieraq dwar dan qabel ma jibda l-verifika fuq il-post.

7.   Fejn ikun xieraq, tista’ ssir għażla parzjali tal-kampjun ta’ kontroll abbażi tal-informazzjoni disponibbli qabel id-data finali msemmija fl-Artikolu 13. Dak il-kampjun provviżorju għandu jitlesta meta jkunu disponibbli l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas rilevanti kollha.

Artikolu 35

Żieda fir-rata ta’ kontroll

Meta l-verifiki fuq il-post jiżvelaw xi nuqqas ta’ konformità sinifikanti fil-kuntest ta’ skema tal-għajnuna jew miżura ta’ appoġġ partikulari jew f’reġjun jew parti minn reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif xieraq il-perċentwali tal-benefiċjarji li jridu jsirulhom verifiki fuq il-post fis-sena ta’ wara.

Artikolu 36

Tnaqqis tar-rata ta’ kontroll

1.   Ir-rati ta’ kontroll stabbiliti f’dan il-Kapitolu jistgħu jitnaqqsu biss għall-iskemi tal-għajnuna jew il-miżuri ta’ appoġġ stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   B’deroga mill-Artikolu 30(a), (b) u (f), għall-iskema ta’ pagament bażiku, għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, għall-pagament ridistributtiv u għall-iskema għall-bdiewa ż-żgħar, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-livell minimu tal-verifiki fuq il-post li jitwettqu ta’ kull sena għal kull skema għal 3 %.

L-ewwel sottoparagrafu għandu japplika biss jekk ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ intersezzjoni spazjali tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna kollha mas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ skont l-Artikolu 17(2) u jekk isiru kontroverifiki fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna kollha sabiex jiġu evitati t-talbiet doppji għall-istess żona matul is-sena ta’ qabel l-applikazzjoni ta’ dak is-sottoparagrafu.

Għas-snin tat-talba tal-2015 u l-2016, ir-rata tal-iżbalji misjuba fil-kampjun aleatorju vverifikat fuq il-post ma għandhiex taqbeż it-2 % fis-sentejn finanzjarji ta’ qabel. L-Istat Membru għandu jiċċertifika dik ir-rata tal-iżbalji skont il-metodoloġija mfassla fil-livell tal-Unjoni.

3.   B’deroga mill-Artikolu 30(a), (b) u (f), għall-iskema ta’ pagament bażiku, għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, għall-pagament ridistributtiv u għall-iskema għall-bdiewa ż-żgħar, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-kampjun ta’ kontroll għall-kampjun magħżul skont il-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 34(2) jekk jitwettqu verifiki abbażi tal-ortoimmaġnijiet użati għall-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

L-ewwel sottoparagrafu għandu japplika biss jekk l-Istati Membri jaġġornaw b’mod sistematiku s-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ u jiċċekkjaw il-benefiċjarji kollha fiż-żona kollha koperta minnha fi żmien perjodu massimu ta’ tliet snin, billi jkopru tal-inqas 25 % tal-ettari eliġibbli rreġistrati fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ fis-sena. Madankollu, dak il-perċentwali ta’ kopertura minima fis-sena ma għandux japplika għall-Istati Membri li għandhom inqas minn 150 000 ettaru eliġibbli rreġistrati fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’.

Qabel ma japplikaw l-ewwel sottoparagrafu, l-Istati Membri għandhom ikunu aġġornaw kompletament is-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ kkonċernati tul l-aħħar tliet snin.

L-ortoimmaġnijiet użati għall-aġġornament ma għandhomx ikunu ttieħdu iktar minn 15-il xahar qabel id-data tal-użu tagħhom għall-għanijiet tal-aġġoranment tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’.

Il-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ kif ivvalutata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 matul is-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni tal-ewwel sottoparagrafu għandha tkun biżżejjed biex tiżgura l-verifika effettiva tal-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tista’ tittieħed f’livell nazzjonali jew reġjonali. Għall-għanijiet ta’ dan is-sottoparagrafu, reġjun għandu jkun imsawwar miż-żona kollha koperta minn sistema awtonoma waħda jew iktar ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’.

It-tielet sottoparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis.

4.   B’deroga mill-Artikolu 32(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-livell minimu tal-verifiki fuq il-post li jitwettqu f’kull sena kalendarja għal 3 % tal-benefiċjarji li japplikaw għal miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata.

Madankollu, l-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika għal dawk il-benefiċjarji li jinkludu prattiki ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

5.   Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw biss jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet ġenerali għat-tnaqqis tal-livell minimu tal-verifiki fuq il-post stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 62(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Meta ma tibqax tiġi ssodisfata xi waħda minn dawk il-kundizzjonijiet jew mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iħassru minnufih id-deċiżjoni tagħhom li jnaqqsu l-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post u għandhom japplikaw il-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post previst fl-Artikolu 30(a), (b) u (f) u/jew fl-Artikolu 32 mis-sena tat-talba ta’ wara għall-iskemi tal-għajnuna jew il-miżuri ta’ appoġġ ikkonċernati.

6.   B’deroga mill-Artikolu 30(g), meta Stat Membru jintroduċi sistema ta’ approvazzjoni minn qabel għall-kultivazzjoni tal-qanneb, il-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post jista’ jitnaqqas għal 20 % taż-żoni ddikjarati għall-produzzjoni tal-qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

F’dak il-każ, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-regoli u l-kundizzjonijiet iddettaljati tiegħu marbutin mas-sistema tiegħu ta’ approvazzjoni minn qabel fis-sena ta’ qabel ma tiġi applikata r-rata mnaqqsa ta’ kontroll. Kwalunkwe emenda f’dawk ir-regoli jew il-kundizzjonijiet iddettaljati għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

Taqsima 2

Verifiki fuq il-post fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għal skemi tal-għajnuna relatati maż-żona u talbiet għall-ħlas għal miżuri ta’ appoġġ relatati maż-żona

Artikolu 37

Elementi tal-verifiki fuq il-post

1.   Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-ħbula raba’ kollha li għalihom tintalab l-għajnuna fil-kuntest tal-iskemi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u/jew li għalihom jintalab appoġġ fil-kuntest ta’ miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata.

Fir-rigward tal-kontroll tal-miżuri tal-iżvilupp rurali previsti fl-Artikolu 21(1)(a) u fl-Artikoli 30 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru wkoll l-art kollha li mhix agrikola li għaliha qed jintalab appoġġ.

Abbażi tar-riżultati tal-kontroll, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk hemmx bżonn jiġu aġġornati l-ħbula referenzjali korrispondenti, filwaqt li tqis l-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

2.   Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-kejl taż-żona u l-verifika tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-impenji u tal-obbligi l-oħrajn taż-żona ddikjarata mill-benefiċjarju fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna u/jew tal-miżuri ta’ appoġġ imsemmijin fil-paragrafu 1.

Għall-benefiċjarji li japplikaw għall-pagamenti diretti skont l-iskemi mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li ż-żoni agrikoli tagħhom huma b’mod ewlieni żoni miżmumim b’mod naturali fi stat xieraq għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, il-verifika fuq il-post għandha tkopri wkoll il-verifika tal-attività minima mwettqa f’dawk iż-żoni kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

3.   Il-verifiki fuq il-post relatati mal-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni għandhom ikopru l-obbligi kollha li l-benefiċjarju jrid iħares. Fejn ikun rilevanti, il-konformità mal-limiti msemmijin fl-Artikoli 44 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal eżenzjoni mill-prattiki għandha tifforma parti mill-verifiki fuq il-post. Dan is-sottoparagrafu għandu japplika wkoll għall-verifiki fuq il-post imwettqin fir-rigward ta’ skemi nazzjonali jew reġjonali ta’ ċertifikazzjoni ambjentali kif imsemmi fl-Artikolu 43(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Meta l-verifika fuq il-post tkun tikkonċerna implimentazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-verifika fuq il-post għandha tkopri wkoll il-kejl taż-żona u l-verifika tal-obbligi imposti fuq il-benefiċjarji jew il-gruppi ta’ benefiċjarji mill-Istat Membru.

Meta l-verifika fuq il-post tkun tikkonċerna implimentazzjoni kollettiva skont l-Artikolu 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-verifika fuq il-post għandha tkopri:

(a)

il-verifika tal-kriterji għall-qrubija stabbiliti skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014;

(b)

il-kejl taż-żona u l-verifika tal-kriterji għaż-żoni ta’ interess ekoloġiku li jinsabu biswit xulxin;

(c)

l-obbligi addizzjonali imposti fuq il-benefiċjarji jew il-gruppi ta’ benefiċjarji mill-Istat Membru, fejn dan ikun xieraq;

(d)

l-obbligi individwali ta’ ekoloġizzazzjoni li l-benefiċjarju li jieħu sehem fl-implimentazzjoni kollettiva jrid iħares.

Artikolu 38

Kejl taż-żona

1.   Filwaqt li l-ħbula raba’ kollha għandhom isirulhom verifiki tal-eliġibbiltà, il-kejl proprju taż-żona tal-ħabel raba’ bħala parti minn verifika fuq il-post jista’ jkun limitat għal kampjun magħżul b’mod aleatorju ta’ mill-inqas 50 % tal-ħbula raba’ li għalihom tkun tressqet applikazzjoni għall-għajnuna u/jew talba għall-ħlas fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna relatati maż-żona u/jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali. Meta din il-verifika tal-kampjun tiżvela xi nuqqas ta’ konformità, għandhom jitkejlu l-ħbula raba’ kollha, jewinkella għandhom jiġu estrapolati konklużjonijiet mill-kampjun imkejjel.

L-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika għall-ħbula raba’ li jridu jiġu ċċekkjati għall-għanijiet taż-żona ta’ interess ekoloġiku skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.   Il-ħbula raba’ għandhom jitkejlu bi kwalunkwe mezz li ntwera li jiżgura kejl ta’ kwalità li hija tal-inqas daqs dik meħtieġa mill-istandards tekniċi applikabbli, kif imfassla fil-livell tal-Unjoni.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tuża t-tekniki tat-telerilevament skont l-Artikolu 40 u tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), fejn dan ikun possibbli.

4.   Għandha tiġi ddefinita tolleranza ta’ lqugħ b’valur uniku għall-kejl kollu taż-żona mwettaq bl-użu tal-GNSS u/jew tal-ortoimmaġnijiet. Għal dan il-għan, l-għodod użati għall-kejl għandhom jiġu vvalidati tal-inqas għal klassi waħda ta’ validazzjoni tat-tolleranza ta’ lqugħ li tkun inqas mill-valur uniku. Madankollu, il-valur uniku tat-tolleranza ma għandux jaqbeż il-1,25 m.

It-tolleranza massima għal kull ħabel raba’ ma għandhiex taqbeż il-1,0 ettari f’termini assoluti.

Madankollu, għall-kejl imsemmi fl-Artikolu 21(1)(a) u fl-Artikoli 30 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 f’dak li għandu x’jaqsam maż-żona tal-foresta, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu tolleranzi xierqa, li qatt ma għandhom ikunu iktar mid-doppju tat-tolleranza stabbilita fl-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

5.   Iż-żona totali ta’ ħabel raba’ tista’ titqies fil-kejl dejjem jekk din tkun kompletament eliġibbli. F’każijiet oħrajn, għandha titqies iż-żona eliġibbli netta. Għal dak il-għan, fejn ikun xieraq tista’ tiġi applikata s-sistema proporzjonali msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

6.   Għall-għanijiet tal-kalkolu tas-sehem tal-uċuħ tar-raba’ differenti fid-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ kif imsemmi fl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għall-kejl għandha titqies iż-żona li fil-fatt tkun koperta minn wiċċ tar-raba’ wieħed skont l-Artikolu 40(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014. F’żoni fejn issir kultivazzjoni mħallta, għandha titqies iż-żona kollha koperta mill-kultivazzjoni mħallta skont l-ewwel u t-tieni sottoparagrafi tal-Artikolu 40(3) ta’ dak ir-Regolament jew koperta minn wiċċ tar-raba’ mħallat skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 40(3) ta’ dak ir-Regolament.

7.   Meta l-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 ikun jista’ jwassal għal qsim artifiċjali taż-żona ta’ ħbula raba’ li jinsabu maġenb xulxin u li għandhom tip omoġenu ta’ kopertura tal-art fi ħbula raba’ separati, il-kejl ta’ din iż-żona ta’ ħbula raba’ li jinsabu maġenb xulxin u li għandhom tip omoġenu ta’ kopertura tal-art għandu jingħadd f’kejl uniku wieħed tal-ħbula raba’ kkonċernati.

8.   Fejn ikun xieraq, il-kejl għandu jsir darbtejn, b’mod separat, għal ħabel raba’ għall-għanijiet tal-iskema ta’ pagament bażiku jew tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u għal ħabel raba’ mrikkeb fuq ieħor li jkun differenti mil-lat spazjali għall-għanijiet tal-iskemi tal-għajnuna relatati maż-żona u/jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali l-oħrajn, fejn dan ikun xieraq.

Artikolu 39

Verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà

1.   L-eliġibbiltà tal-ħbula raba’ għandha tiġi vverifikata bi kwalunkwe mezz li jkun xieraq. Dik il-verifika għandha tinkludi wkoll verifika tal-wiċċ tar-raba’, fejn dan ikun xieraq. Għal dak il-għan, għandhom jintalbu provi addizzjonali fejn ikun hemm bżonn.

2.   Għall-bur permanenti li huwa tajjeb għar-ragħa u li jifforma parti mill-prattiki lokali stabbiliti fejn fiż-żoni tar-ragħa tradizzjonalment mhumiex predominanti l-ħxejjex u l-foraġġ erbaċew l-ieħor, il-koeffiċent ta’ tnaqqis skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jista’ jiġi applikat, fejn ikun xieraq, għaż-żona eliġibbli mkejla skont l-Artikolu 38 ta’ dan ir-Regolament. Meta żona tintuża minn individwi differenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jallokawha bejn il-benefiċjarji individwali b’mod proporzjonat mal-użu tagħhom tagħha jew mad-dritt tagħhom li jużawha.

3.   Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ li l-benefiċjarji jiddikjaraw li huma żona ta’ interess ekoloġiku li mhumiex inklużi fiż-żona eliġibbli skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għandhom jiġu vverifikati skont l-istess prinċipji bħal dawk li japplikaw għaż-żona eliġibbli.

4.   Fir-rigward tal-kontroll tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u meta l-Istati Membri jistabbilixxu li ċerti elementi ta’ verifika fuq il-post jistgħu jitwettqu abbażi ta’ kampjun, dak il-kampjun għandu jiżgura livell affidabbli u rappreżentattiv ta’ kontroll. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tal-kampjun. Jekk il-verifiki fuq dak il-kampjun jiżvelaw xi nuqqas ta’ konformità, il-firxa tal-kampjun u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għandhom jiġu estiżi kif xieraq.

Artikolu 40

Verifiki mwettqin permezz tat-telerilevament

Meta Stat Membru jwettaq verifiki fuq il-post permezz tat-telerilevament, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

twettaq fotointerpretazzjoni tal-ortoimmaġnijiet (bis-satellita jew mill-ajru) tal-ħbula raba’ kollha għal kull applikazzjoni għall-għajnuna u/jew talba għall-ħlas li trid tiġi ċċekkjata, bil-għan li jiġu rrikonoxxuti t-tipi ta’ kopertura tal-art u, fejn ikun xieraq, it-tip ta’ wiċċ tar-raba’, u li titkejjel iż-żona;

(b)

twettaq spezzjonijiet fiżiċi fuq il-post tal-ħbula raba’ kollha li għalihom ma tistax tiġi vverifikata l-eżattezza tad-dikjarazzjoni taż-żoni permezz tal-fotointerpretazzjoni b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti;

(c)

twettaq il-verifiki kollha meħtieġa biex tivverifika l-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn marbutin mal-ħbula raba’;

(d)

tieħu azzjoni alternattiva biex tkopri l-kejl taż-żona skont l-Artikolu 38(1) ta’ kwalunkwe ħabel li mhux kopert mill-immaġnijiet.

Artikolu 41

Rapport ta’ kontroll

1.   Kull verifika fuq il-post imwettqa skont din it-Taqsima għandu jinħareġ rapport ta’ kontroll dwarha li jagħmilha possibbli li wieħed jeżamina d-dettalji tal-verifiki mwettqin u jislet konklużjonijiet dwar il-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn. Ir-rapport għandu jindika b’mod partikulari:

(a)

l-iskemi tal-għajnuna jew il-miżuri ta’ appoġġ, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas iċċekkjati;

(b)

il-persuni preżenti;

(c)

il-ħbula raba’ ċċekkjati u dawk imkejlin, inkluż, fejn ikun applikabbli, ir-riżultat tal-kejl għal kull ħabel raba’ mkejjel u l-metodi tal-kejl użati;

(d)

fejn ikun applikabbli, ir-riżultati tal-kejl tal-art mhix agrikola li għaliha jkun qed jintalab appoġġ fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u l-metodi tal-kejl użati;

(e)

jekk il-benefiċjarju kienx avżat minn qabel dwar il-verifika u, jekk iva, il-perjodu tal-avviż minn qabel;

(f)

kwalunkwe miżura speċifika ta’ kontroll li trid titwettaq fil-kuntest ta’ skemi tal-għajnuna jew skemi ta’ appoġġ individwali;

(g)

kwalunkwe miżura oħra ta’ kontroll imwettqa;

(h)

kwalunkwe nuqqas ta’ konformità misjub li jista’ jeżiġi kontronotifika fid-dawl ta’ skemi tal-għajnuna oħrajn, miżuri ta’ appoġġ oħrajn u/jew tal-kundizzjonalità;

(i)

kwalunkwe nuqqas ta’ konformità misjub li jista’ jeżiġi segwitu fis-snin ta’ wara.

2.   Il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità jiffirma r-rapport matul il-verifika biex jikkonferma l-preżenza tiegħu waqt il-verifika u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta l-Istati Membri jużaw rapport ta’ kontroll stabbilit b’mezzi elettroniċi matul il-verifika, l-awtorità kompetenti għandha tipprevedi l-possibbiltà li l-benefiċjarju jiffirmah b’mod elettroniku, jewinkella r-rapport ta’ kontroll għandu jintbagħat minnufih lill-benefiċjarju sabiex dan jingħata l-opportunità jiffirmah u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta jinstab xi nuqqas ta’ konformità, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport ta’ kontroll.

Meta l-verifika fuq il-post titwettaq permezz tat-telerilevament skont l-Artikolu 40, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-benefiċjarju l-opportunità li jiffirma r-rapport ta’ kontroll jekk il-verifika mwettqa permezz tat-telerilevament ma tiżvela l-ebda nuqqas ta’ konformità. Jekk it-tali verifiki jiżvelaw nuqqas ta’ konformità, il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport qabel ma l-awtorità kompetenti tislet il-konklużjonijiet tagħha mis-sejbiet dwar kwalunkwe tnaqqis, rifjut, irtirar jew pieni li jirriżultaw minn dan.

Taqsima 3

Verifiki fuq il-post tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatata mal-bhejjem u tat-talbiet għall-ħlas fil-kuntest ta’ miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali

Artikolu 42

Verifiki fuq il-post

1.   Il-verifiki fuq il-post għandhom jivverifikaw li l-kriterji kollha tal-eliġibbiltà u l-impenji u l-obbligi l-oħrajn kollha huma ssodisfati u jkopru l-annimali kollha li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna relatata mal-annimali jew tal-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali li jridu jiġu ċċekkjati.

Meta l-Istat Membru jkun stabbilixxa perjodu skont l-Artikolu 21(1)(d), tal-inqas 50 % tar-rata minima tal-verifiki fuq il-post previsti fl-Artikolu 32 jew fl-Artikolu 33 għandhom jitqassmu matul dak il-perjodu għall-iskema tal-għajnuna relatata mal-annimali jew għall-miżura ta’ appoġġ relatata mal-annimali rispettiva.

Meta l-Istat Membru juża l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 21(3), għandhom jiġu ċċekkjati wkoll l-annimali potenzjalment eliġibbli kif iddefinit fil-punt (17) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

Il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu b’mod partikulari verifika li l-għadd ta’ annimali preżenti fl-azjenda agrikola li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u/jew it-talbiet għall-ħlas u, fejn ikun applikabbli, l-għadd ta’ annimali potenzjalment eliġibbli jikkorrispondi mal-għadd ta’ annimali mdaħħlin fir-reġistri u mal-għadd ta’ annimali nnotifikati fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali.

2.   Il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu wkoll verifiki:

(a)

tal-korrettezza u l-koerenza tal-entrati fir-reġistru u tan-notifiki fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali, abbażi ta’ kampjun ta’ dokumenti ta’ sostenn bħall-fatturi tax-xiri u l-bejgħ, iċ-ċertifikati tat-tbiċċir, iċ-ċertifikati tal-veterinarji u, fejn ikun applikabbli, il-passaporti tal-annimali jew id-dokumenti tal-moviment, fir-rigward ta’ annimali li għalihom tressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna jew talbiet għall-ħlas matul is-sitt xhur ta’ qabel il-verifika fuq il-post; madankollu, jekk jinstabu xi anomaliji, il-verifika għandha tiġi estiża għat-12-il xahar qabel il-verifika fuq il-post;

(b)

tal-fatt li l-annimali bovini jew ovini/kaprini huma identifikati permezz ta’ tikketti mal-widnejn jew b’mezzi oħra ta’ identifikazzjoni, flimkien ma’ passaporti tal-annimali jew dokumenti tal-moviment, fejn dan ikun applikabbli, u li dawn huma rreġistrati fir-reġistru u ġew innotifikati kif xieraq fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali.

Il-verifiki msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu jistgħu jsiru abbażi ta’ kampjun aleatorju. Meta din il-verifika tal-kampjun tiżvela xi nuqqas ta’ konformità, għandhom jiġu ċċekkjati l-annimali kollha. jewinkella għandhom jiġu estrapolati konklużjonijiet mill-kampjun.

Artikolu 43

Rapport ta’ kontroll għall-iskemi tal-għajnuna relatata mal-annimali u għall-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali

1.   Kull verifika fuq il-post imwettqa skont din it-Taqsima għandu jinħareġ rapport ta’ kontroll dwarha li jagħmilha possibbli li wieħed jeżamina d-dettalji tal-verifiki mwettqin. Ir-rapport għandu jindika b’mod partikulari:

(a)

l-iskemi tal-għajnuna relatata mal-annimali u/jew il-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali u l-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mal-bhejjem u/jew it-talbiet għall-ħlas iċċekkjati;

(b)

il-persuni preżenti;

(c)

l-għadd u t-tip ta’ annimali li jkunu nstabu u, fejn ikun applikabbli, in-numri tat-tikketti mal-widnejn, l-entrati fir-reġistru u fil-bażijiet tad-dejta kompjuterizzati tal-annimali u kwalunkwe dokument ta’ sostenn iċċekkjat, ir-riżultati tal-verifiki u, fejn ikun applikabbli, l-osservazzjonijiet partikulari dwar annimali individwali u/jew dwar il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tagħhom;

(d)

jekk il-benefiċjarju kienx avżat minn qabel dwar iż-żjara u, jekk iva, il-perjodu tal-avviż minn qabel. B’mod partikulari f’każ li jinqabeż il-limitu ta’ 48 siegħa msemmi fl-Artikolu 25, fir-rapport ta’ kontroll għandha tingħata r-raġuni għaliex ikun inqabeż dan il-limitu;

(e)

kwalunkwe miżura speċifika ta’ kontroll li trid titwettaq fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna relatata mal-annimali u/jew tal-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali;

(f)

kwalunkwe miżura oħra ta’ kontroll li trid titwettaq.

2.   Il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità jiffirma r-rapport matul il-verifika biex jikkonferma l-preżenza tiegħu waqt il-verifika u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta l-Istati Membri jużaw rapport ta’ kontroll stabbilit b’mezzi elettroniċi matul il-verifika, l-awtorità kompetenti għandha tipprevedi l-possibbiltà li l-benefiċjarju jiffirmah b’mod elettroniku, jewinkella r-rapport ta’ kontroll għandu jintbagħat minnufih lill-benefiċjarju sabiex dan jingħata l-opportunità jiffirmah u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta jinstab xi nuqqas ta’ konformità, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport ta’ kontroll.

3.   Meta l-Istati Membri jwettqu l-verifiki fuq il-post skont dan ir-Regolament flimkien mal-ispezzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003, ir-rapport ta’ kontroll għandu jkun issupplimentat minn rapporti skont l-Artikolu 2(5) ta’ dak ir-Regolament.

4.   Meta l-verifiki fuq il-post imwettqa skont dan ir-Regolament jiżvelaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jew mar-Regolament (KE) Nru 21/2004, għandhom jintbagħtu kopji tar-rapport ta’ kontroll previst f’dan l-Artikolu minnufih lill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti.

KAPITOLU IV

Regoli speċifiċi

Artikolu 44

Regoli dwar ir-riżultati tal-kontroll fir-rigward taż-żoni ta’ interess ekoloġiku reġjonali jew kollettivi

Fil-każ ta’ implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva skont l-Artikolu 46(5) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, iż-żona taż-żoni komuni ta’ interess ekoloġiku stabbiliti li jinsabu biswit xulxin għandha tiġi allokata lil kull parteċipant b’mod proporzjonat mas-sehem tiegħu fiż-żoni ekoloġiċi komuni abbażi ta’ dak li jkun iddikjara skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament.

Sabiex jiġi applikat l-Artikolu 26 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għal kull parteċipant f’implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva, iż-żona ta’ interess ekoloġiku stabbilita għandha tkun is-somma tas-sehem taż-żoni komuni ta’ interess ekoloġiku stabbiliti, allokat kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu ta’ dan l-Artikolu, magħdud maż-żoni ta’ interess ekoloġiku stabbiliti fir-rigward tal-obbligu individwali.

Artikolu 45

Verifika tal-kontenut tat-tetraidrokannabinol fit-tkabbir tal-qanneb

1.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistema sabiex jiġi stabbilit il-kontenut tat-tetraidrokannabinol (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “it-THC”) fl-uċuħ tar-raba’ mkabbrin kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha żżomm ir-rekords relatati mas-sejbiet tal-kontenut tat-THC. Għal kull varjetà, it-tali rekords għandu jkun fihom tal-inqas ir-riżultati f’termini tal-kontenut tat-THC minn kull kampjun, mogħtija bħala perċentwali b’żewġ ċifri wara l-punt deċimali, il-proċedura użata, l-għadd ta’ testijiet li jkunu twettqu, indikazzjoni tal-punt li fih ittieħed il-kampjun u l-miżuri meħudin f’livell nazzjonali.

3.   Jekk il-valur medju tal-kampjuni kollha ta’ varjetà partikulari jaqbeż il-kontenut tat-THC stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għall-varjetà kkonċernata matul is-sena tat-talba ta’ wara. Din il-proċedura għandha tintuża matul is-snin tat-talba ta’ wara, sakemm ir-riżultati analitiċi kollha għall-varjetà partikulari ma jkunux inqas mill-kontenut tat-THC stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Jekk għat-tieni sena l-valur medju tal-kampjuni kollha ta’ varjetà partikulari jaqbeż il-kontenut tat-THC stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjoni li tiġi pprojbita l-kummerċjalizzazzjoni tat-tali varjetà skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (20). Notifika bħal din għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena tat-talba kkonċernata. Mis-sena tat-talba ta’ wara, il-varjetà li għaliha tkun saret din it-talba ma tkunx eliġibbli għall-pagamenti diretti fl-Istat Membru kkonċernat.

4.   L-uċuħ tar-raba’ tal-qanneb għandhom jibqgħu jitkabbru b’kundizzjonijiet normali tat-tkabbir skont il-prattika lokali għal mill-inqas għaxart ijiem mid-data ta’ tmiem il-ħruġ tal-fjur sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-qanneb jinħasad wara li jibda joħroġ il-fjur iżda qabel ma jintemm il-perjodu ta’ għaxart ijiem wara tmiem il-ħruġ tal-fjur, dejjem jekk l-ispetturi jindikaw liema partijiet rappreżentattivi minn kull ġonta raba’ kkonċernata jridu jibqgħu jiġu kkultivati għal mill-inqas għaxart ijiem minn meta jintemm il-ħruġ tal-fjur għall-għanijiet tal-ispezzjoni, skont il-metodu stabbilit fl-Anness I.

5.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (21).

TITOLU IV

MIŻURI TAL-IŻVILUPP RURALI LI MHUMIEX RELATATI MAŻ-ŻONA U LI MHUMIEX RELATATI MAL-ANNIMALI

KAPITOLU I

Dispożizzjoni introduttorja

Artikolu 46

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan it-Titolu għandu japplika għan-nefqa pubblika magħmula fil-kuntest tal-miżuri previsti fl-Artikoli 14 sa 20, fl-Artikolu 21(1) ħlief għall-primjum annwali skont il-punti (a) u (b), fl-Artikolu 27, fl-Artikolu 28(9), fl-Artikoli 35 u 36 u fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 36(a)(vi) u (b)(ii), (vi) u (vii), fl-Artikolu 36(b)(i) u (iii) safejn tidħol l-ispiża tal-istabbiliment, u fl-Artikoli 52 u 63 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

KAPITOLU II

Verifiki

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 47

Applikazzjonijiet għall-appoġġ, talbiet għall-ħlas u dikjarazzjonijiet oħrajn

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-proċeduri x-xierqa għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ, tat-talbiet għall-ħlas u ta’ dikjarazzjonijiet oħrajn relatati ma’ miżuri tal-iżvilupp rurali li mhumiex relatati maż-żona jew mal-annimali.

2.   Għall-miżuri meħudin skont l-Artikoli 15(1)(b), 16(1) u 19(1)(c) u skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-benefiċjarju għandu jressaq talba għall-pagament annwali.

Taqsima 2

Dispożizzjonijiet għall-verifiki

Artikolu 48

Verifiki amministrattivi

1.   Il-verifiki amministrattivi għandhom jitwettqu fuq kull applikazzjoni għall-appoġġ, talba għall-ħlas jew dikjarazzjoni oħra li benefiċjarju jew parti terza trid tressaq, u għandhom ikopru l-elementi kollha li jistgħu jiġu ċċekkjati permezz tal-verifiki amministrattivi u li huwa xieraq li jiġu ċċekkjati b’dan il-mod. Il-proċeduri għandhom jeżiġu r-reġistrazzjoni tax-xogħol ta’ kontroll li jkun sar, tar-riżultati tal-verifika u tal-miżuri meħudin f’każ ta’ xi diskrepanza.

2.   Il-verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-appoġġ għandhom jiżguraw il-konformità tal-operazzjoni mal-obbligi applikabbli stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew mill-programm tal-iżvilupp rurali, inklużi dawk marbutin mal-akkwist pubbliku, mal-għajnuna mill-Istat u ma’ standards u rekwiżiti obbligatorji oħrajn. Il-verifiki għandhom jinkludu, b’mod partikulari, verifika tal-elementi li ġejjin:

(a)

l-eliġibbiltà tal-benefiċjarju;

(b)

il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn tal-operazzjoni li għaliha qed jintalab appoġġ;

(c)

il-konformità mal-kriterji tal-għażla;

(d)

l-eliġibbiltà tal-ispejje