ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 226

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
30 ta' Lulju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil- Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Principe

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 825/2014 tat-30 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 692/2014 dwar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 826/2014 tat-30 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/507/PESK tat-30 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/508/PESK tat-30 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

23

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/1


Informazzjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil- Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Principe

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe, fit-23 ta' Mejju 2014 fi Brussell, iffirmaw il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe.

Għaldaqstant, il-Protokoll japplika b'mod provviżorju mit-23 ta' Mejju 2014 skont l-Artikolu 14 tiegħu.


REGOLAMENTI

30.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 825/2014

tat-30 ta' Lulju 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 692/2014 dwar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 (2) idaħħal fis-seħħ ċerti miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2014/386/PESK, b'mod partikolari, restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea u Sevastopol u fuq l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza ta' finanzjar, jew ta' assistenza finanzjarja, kif ukoll ta' assikurazzjoni u ta' riassikurazzjoni, rigward l-importazzjoni ta' tali oġġetti, b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol.

(2)

Fi 30 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/507/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK sabiex tistipula projbizzjoni fuq investimenti ġodda marbuta mal-infrastruttura fis-setturi tat-trasport, it-telekomunikazzjoni u l-enerġija u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali fil-Krimea u Sevastopol u projbizzjoni fuq l-esportazzjoni fuq apparat u teknoloġija kruċjali marbuta ma' dawk is-setturi.

(3)

Dawk il-miżuri jaqgħu fi ħdan l-ambitu tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 692/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 692/2014 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

It-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol”.

(2)

Fl-Artikolu 1 jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(f)

‘servizzi ta' senserija’ tfisser:

(i)

in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-provvista ta' prodotti u ta' teknoloġija jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, inkluż minn pajjiż terz lejn kwalunkwe pajjiż terż ieħor, jew

(ii)

il-bejgħ jew ix-xiri ta' prodotti u ta' teknoloġija jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, inkluż fejn ikunu lokalizzati f'pajjiżi terzi għat-trasferiment tagħhom lejn pajjiż terz ieħor.

(g)

‘assistenza teknika’ tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tkun f'forma ta' struzzjoni, parir, taħriġ, trażmissjoni ta' għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza, tinkludi forom verbali ta' assistenza.”.

(3)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 2a

1.   Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-għoti ta' kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu speċifikament marbuta mal-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fl-oqsma tat-trasport, it-telekomunikazzjoni jew l-enerġija fil-Krimea jew Sevastopol;

(b)

l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ u l-akkwist ta' ishma u titoli ta' natura parteċipattiva, f'intrapriżi stabbiliti fil-Krimea jew Sevastopol li huma involuti fil-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fl-oqsma tat-trasport, it-telekomunikazzjoni jew l-enerġija fil-Krimea jew Sevastopol;

(c)

il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta marbuta mal-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fis-setturi msemmija fl-oqsma tat-trasport, it-telekomunikazzjoni jew l-enerġija fil-Krimea jew Sevastopol;

2.   Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-għoti ta' kwalunkwe self jew kreditu finanzjarju speċifikament marbuta mal-isfruttament taż-żejt, tal-gass jew tar-riżorsi minerali fil-Krimea jew Sevastopol;

(b)

l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ u l-akkwist ta' ishma u titoli ta' natura parteċipattiva, f'intrapriżi stabbiliti fil-Krimea jew Sevastopol li huma involuti fl-isfruttament taż-żejt, tal-gass jew tar-riżorsi minerali fil-Krimea jew Sevastopol;

(c)

il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta marbuta mal-isfruttament taż-żejt, tal-gass jew tar-riżorsi minerali fil-Krimea jew Sevastopol.

3.   Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 2b, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘riżorsi minerali’ huma dawk elenkati fl-Anness II;

(b)

‘esplojtazzjoni’ tfisser l-esplorazzjoni, it-tiftix, l-estrazzjoni, l-irfinar u l-ġestjoni ta' riżervi taż-żejt, il-gass u r-riżorsi minerali u l-għoti ta' servizzi ġeoloġiċi relatati iżda ma tinkludix il-manteniment biex tkun żgurata s-sikurezza ta' infrastruttura eżistenti;

(c)

‘irfinar’ tfisser l-ipproċessar, l-ikkondizzjonar u l-preparazzjoni għall-bejgħ.

Artikolu 2b

Ikun ipprojbit li jiġu pprovduti, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, assistenza teknika, servizzi ta' senserija marbuta mal-attivitajiet ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 2a.

Artikolu 2c

1.   Ikun ipprojbit li jinbiegħu, jiġu fornuti, trasferiti, esportati, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, apparat u teknoloġija kruċjali kif elenkat fl-Anness III lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Krimea jew Sevastopol jew għall-użu fil-Krimea jew Sevastopol.

2.   L-Anness III għandu jinkludi apparat u teknoloġija kruċjali marbut mal-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fis-setturi li ġejjin:

(a)

it-trasport;

(b)

it-telekomunikazzjoni;

(c)

l-enerġija;

(d)

l-isfruttament taż-żejt, il-gass u r-riżervi minerali fil-Krimea u Sevastopol.

3.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

li jiġu pprovduti, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta' senserija marbuta mal-apparat u teknoloġija kruċjali elenkata fl-Anness III, jew marbuta mal-provvista, il-manifattura, iż-żamma u l-użu ta' oġġetti elenkati fl-Anness III lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Krimea jew Sevastopol jew għall-użu fil-Krimea jew Sevastopol; u

(b)

li jiġu pprovduti, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, iffinanzjar, jew assistenza finanzjarja marbuta mal-apparat u teknoloġija kruċjali elenkata fl-Anness III lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Krimea jew Sevastopol jew għall-użu fil-Krimea jew Sevastopol.

4.   Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, b'għarfien jew b'intenzjoni, f'attivitajiet li jkollhom bħala għan jew effett iċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3.

5.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 3 ma japplikawx fil-każ tal-eżekuzzjoni sat-28 ta' Ottubru 2014, ta' tranżazzjonijiet obbligatorji skont kuntratt ta' kummerċ konkluż qabel tat-30 ta’ Lulju 2014 li jkun jikkonċerna apparat jew teknoloġija kruċjali kif elenkata fl-Anness III jew permezz ta' kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti sakemm il-persuna ġuridika jew fiżika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu li jidħlu f'tali tranżazzjonijiet, jew li jipprovdu assistenza għal tali tranżazjoniujiet, ikunu nnotifikaw, mill-anqas 10 ijiem tax-xogħol minn qabel, it-tranżazzjoni jew l-assistenza lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti.

Artikolu 2d

L-Artikolu 2a u 2b ma japplikax għall-għoti ta' self jew kreditu finanzjarju, jew għall-estensjoni ta' parteċipazzjoni, jew għall-ħolqien ta' xi impriża konġunta, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjoni tkun obbligatorja skont ftehim jew kuntratt konkluż qabel tat-30 ta’ Lulju 2014; u

(b)

l-awtorità kompetenti tkun ġiet infurmata mill-anqas 10 ijiem tax-xogħol minn qabel.”.

(4)

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 692/2014 jissemma mill-ġdid “Anness I” u jiżdiedu l-Annessi II u III kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 9)

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/507/PESK tat-30 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, (ara l-paġna 20 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

ANNESS II

Riżorsi Minerali msemmija fl-Artikolu 2a:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodott

2501 00 10

Ilma baħar u likuri melħin

2501 00 31

Melħ għal trasformazzjoni kimika ‘separazzjoni ta' Na minn Cl’ għall-manifattura ta' prodotti oħrajn

2501 00 51

Melħ, żnaturati jew għal użi industrijali oħra, inkluż irfinar (eskl. it-trasformazzjoni jew il-preservazzjoni jew il-preparazzjoni ta' oġġetti tal-ikel għal konsum uman jew minn annimali)

2501 00 99

Melħ u melħ (sodium chloride) pur, kemm jekk maħlul f'soluzzjoni ta' ilma jew li jkollu miżjudin miegħu aġenti biex ma jagħqadx jew aġenti għal mixi ħieles u kemm jekk le; (eskl. melħ tal-mejda, melħ għal trasformazzjoni kimika ‘separazzjoni ta' Na minn Cl’, melħ żnaturat u melħ għal użi industrijali oħra)

2502 00 00

Pirite tal-ħadid mhux inkaljat

2503 00

Kubrit ta' kull tip, ħlief kubrit sublimat, kubrit preċipitat u kubrit kollojde

2504

Grafita naturali

2505

Ramel naturali ta' kull xorta, kemm jekk huwa kkulurit u kemm jekk le, ħlief ramel li jkun fih metall ta' Kapitlu 26

2506

Kwarz (barra ramel naturali); kwarzit, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangatura ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

2507 00

Kawlina u tafal kawliniku ieħor, kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le

2508

Tafal ieħor (li ma jinkludix tafal espandut ta' intestatura 6806 ), andalusit, kjanit u sillimanit, kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le; mullit; chamotte jew tafal dinas

2509 00 00

Ġibs

2510

Fosfati tal-kalċju naturali u fosfati tal-aluminju tal-kalċju naturali, ġibs naturali u fosfatiku

2511

Sulfat ta' barju naturali (baritina); karbonat ta' barju naturali (witherite), kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le, ħlief ossidu tal-barju ta' intestatura 2816

2512 00 00

Pasti ta' fossili silikużi (pereżempju, kieselguhr, tripolite u iatomite) u tafal silikuż simili, kemm jekk magħmulin ġir u kemm jekk le, ta' gravità speċifika fid-dieher ta' 1 jew inqas

2513

Ħaffiefa; żmerill; kurundun naturali, granata naturali u sustanzi oħrajn abbrassivi naturali, kemm jekk trattati bis-sħana u kemm jekk le

2514 00 00

Lavanja, kemm jekk mirquma mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħa, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

2515

Irħam, travertina, ecaussine u ġebel ieħor kalkaruż għal monumenti jew għal bini ta' gravità speċifika fid-dieher ta' 2,5 jew iżjed, u alabastru, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

2516

Granit, porfirju, bażalt, ġebel imrammel u ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

2517

Ċagħaq, żrar, ġebel imkisser jew imfarrak, ta' tip użat ġeneralment għal taħlit tal-konkos, għat-tiswijiet ta' toroq jew linji tal-ferroviji jew saborra oħra, ċagħaq żgħir u żnied, kemm jekk trattat bis-sħana u kemm jekk le; makadam tal-gagazza, skart ta' metalli jew skart industrijali simili, kemm jekk ikollhom magħhom materjali msemmijin fl-ewwel parti tat-intestatura u kemm jekk le; makadam bil-qatran; frak, żrar u trab, ta' ġebel ta' intestatura 2515 jew 2516 , kemm jekk trattat bis-sħana u kemm jekk le

2518

Dolomit, kemm jekk magħmul ġir jew mgħaqqad ma' trab bis-sħana u kemm jekk le, inkluż dolomit mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le; taħlita għal twebbis ta' dolomit

2519 00 00

Karbonat ta' manjesju naturali (manjesite) manjesja mdewba; manjesja maħruqa għal kollox (mgħaqqda ma' trab bis-sħana), kemm jekk fiha kwantitajiet żgħar ta' ossidi oħrajn miżjudin qabel it-tqħaqqid ma' trab bis-sħana u kemm jekk le; ossidu tal-manjesju ieħor, pur jew le

2520

Ġibs; anidride; ġibs għall-kisi (jikkonsisti f'ġibs magħmul ġir jew sulfat tal-kalċju) kemm jekk ikkulurit u kemm jekk le, bi kwantitajiet żgħar ta' sustanzi li jgħaġġlu jew li jdewmu l-proċess jew mingħajrhom

2521 00 00

Flux tal-ġebla tal-franka; ġebla tal-franka u ġebel kalkaruż ieħor, tat-tip użat fil-manifattura ta' ġir jew siment

2522

Ġir verġni, ġir imħallat bl-ilma u ġir idrawliku, barra ossidu u idrossidu tal-kalċju ta' intestatura 2825

2523

Siment ta' Portland, siment tal-allumi, siment li għandu mill-gagazza, siment sulfru eċċezzjonali u siment idrawliku simili, kemm jekk ikkulurit jew fil-forma ta' gagazza u kemm jekk le

2524

Asbestos

2525

Majka, inklużi qasmiet; skart tal-majka

2526

Steatite naturali, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le; terra

2528 00 00

Borati naturali u konċentrati tagħhom (kemm jekk magħmulin ġir u kemm jekk le), iżda li ma jinkludux borati separati minn ilma mielaħ naturali; aċidu boriku naturali li fih aktar minn 85 % ta' H3BO3 ikkalkulat fuq piż xott

2529

Feldspar; lewċite; nefelina u sijenit tan-nefelina; fluworuspar

2530

Sustanzi minerali mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

2601

Minerali u konċentrati tal-ħadid, inklużi pirite tal-ħadid inkaljati

2602 00 00

Minerali u konċentrati tal-manganiż, inklużi minerali u konċentrati ta' manganiż ferruġinuż, b'kontenut ta' manganiż ta' 20 % jew iktar, kalkulat fuq il-piż xott

2603 00 00

Minerali u konċentrati tar-ram

2604 00 00

Minerali u konċentrati tan-nikil

2605 00 00

Minerali u konċentrati tal-kobalt

2606 00 00

Minerali u konċentrati tal-aluminju

2607 00 00

Minerali u konċentrati taċ-ċomb

2608 00 00

Minerali u konċentrati taż-żingu

2609 00 00

Minerali u konċentrati tal-landa

2610 00 00

Minerali u konċentrati tal-kromju

2611 00 00

Minerali u konċentrati tat-tungstenu

2612

Minerali u konċentrati tal-uranju u tat-torju

2613

Minerali u konċentrati tal-molibdenum

2614 00 00

Minerali u konċentrati tat-titanju

2615

Minerali u konċentrati tan-niobju, tantalu, vanadju jew żirkonju

2616

Minerali u konċentrati tal-metalli prezzjużi

2617

Minerali u konċentrati oħrajn

2618 00 00

Gagazza mfarrka (ramel tal-gagazza) mill-manifattura tal-ħadid jew l-azzar

2619 00

Gagazza, rmixk tal-metalli (ħlief gagazza mfarrka), qxur u skart ieħor mill-manifattura tal-ħadid jew l-azzar

2620

Gagazza, irmied u fdal (ħlief mill-manifattura tal-ħadid jew tal-azzar), li fihom metalli, arseniku, jew il-komposti tagħhom

2621

Gagazza u rmied oħrajn, inklużi rmied tal-alka (kelp); irmied u fdal mill-ħruq ta' skart muniċipali

2701

Faħam; briquettes, ovojdi u karburanti simili solidi manifatturati mill-faħam

2702

Lignite, mgħaqqad jew le, ħlief ġett

2703 00 00

Pît (inkluż skart tal pît), mgħaqqad jew le

2704 00

Kokk u semi-kokk tal-faħam, ta' lignite u tal-pît, mgħaqqad jew le; karbonju tal-istorta

2705 00 00

Gass tal-faħam, gass tal-ilma, gass produttur u gassijiet simili, ħlief gassijiet ta' żejt mhux raffinat u idrokarboni oħrajn bil-gass

2706 00 00

Qatran distillat mill-faħam, mil-lignite jew mill-pît, u qatran ieħor minerali, kemm jekk deidrati jew parzjalment distillati jew le, inkluż qatran rikostitwit

2707

Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta' qatran tal-faħam f'temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak kostitwenti mhux aromatiċi

2708

Żift u kokk taż-żift, miksub minn qatran tal-faħam jew minn qatran ieħor minerali

2709 00

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati

2710

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi

2711

Gassijiet minerali (petroleum) u idrokarbonji oħrajn bil-gass

2712

Vażelina; xema' bajda (tal-parafina), xema' taż-żejt minerali (petroleum) mikrokristallina, xema' slack, ożoċerita, xema' lignite, xema' tal-pit, xemgħat oħrajn minerali, u prodotti simili miksubin b'sintesi jew bi proċessi oħrajn, ikkuluriti jew le

2713

Kokk taż-żejt minerali (petroleum), qatran taż-żejt minerali (petroleum) u fdalijiet oħrajn ta' żjut minerali (petroleum) jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi

2714

Qatran u asfalt, naturali; ‘shale’ tal-qatran jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat asfaltiku

2715 00 00

Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta' żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali (pereżempju, gomom/siment bituminużi, ‘cut-backs’)

2716 00 00

Enerġija elettrika

2801

Fluworin, klorin, bromin u jodju

2802 00 00

Kubrit, sublimat jew preċipitat; kubrit kollojde

2803 00 00

Karbonju (iswed tal-karbonju u forom oħrajn ta' karbonju li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra).

2804

Idroġenu, gassijiet rari u non-metalli oħrajn

2805

Alkali jew elementi metalliċi alkalini (alkaline-earth metals); elementi kimiċi metalliċi rari (rare-earth metals), skandju u ittriju, imħalltin jew illigati flimkien jew le; merkurju

2806

Klorur tal-idroġenu (aċtu idrokloriku); aċtu klorosulfuriku

2807 00 00

Aċtu sulfuriku; oleu

2808 00 00

Aċtu nitriku; aċti sulfonitriċi

2809

Pentaossidu tad-difosfru; aċtu fosforiku; aċti polifosforiċi, definiti kimikament jew le

2810 00

Ossidi tal-boron; aċti boriċi

2811

Aċti inorganiċi oħrajn u komposti inorganiċi oħrajn tal-ossiġnu ta' non-metalli

2812

Alidi u ossidi tal-alid ta' non-metalli

2813

Sulfidi ta' non-metalli; trijusulfid tal-fosfru kummerċjali

2814

Ammonja, anidra jew f'soluzzjoni ta' ilma

2815

Idrossidu tas-sodju (soda kawstika); idrossidu tal-potassju (potassju kawstiku); perossidi tas-sodju jew tal-potassju

2816

Idrossidu u perossidu tal-manjesju; ossidi, idrossidi u perossidi, tal-istronzju u tal-barju

2817 00 00

Ossidu taż-żingu; perossidu taż-żingu

2818

Korundun artifiċjali, definit kimikament jew le; ossidu tal-aluminju; idrossidu tal-aluminju

2819

Ossidi u idrossidi tal-kromju

2820

Ossidi tal-manganiż

2821

Ossidi u idrossidi tal-ħadid; kuluri tal-art (earth colours) li fihom 70 % jew aktar tal-piż ħadid kombinat valutat bħala Fe2O3

2822 00 00

Ossidi u idrossidi tal-kobalt; ossidi tal-kobalt kummerċjali

2823 00 00

Ossidi tat-titanju

2824

Ossidi taċ-ċomb; ċomb aħmar u ċomb oranġjo

2825

Idrażin u idroksilamin u l-melħ inorganiku tagħhom; bażijiet oħrajn inorganiċi; ossidi, idrossidi u perossidi metalliċi oħrajn

2826

Fluworidi; fluworosilikati, fluworoaluminati u melħ fluworin kumpless ieħor

2827

Klorur, ossidi tal-klorur u idrossidi tal-klorur; bromuri u ossidi tal-bromur; joduri u ossidi tal-jodur

2828

Ippokloriti; ippoklorit tal-kalċju kummerċjali; kloriti; ippobromiti

2829

Klorati u perklorati; bromati u perbromati; jodati u perjodati

2830

Sulfidi; polisulfidi, definiti kimikament jew le

2831

Ditijoniti u sulfoksilati

2832

Sulfiti; tiosulfati

2833

Sulfati; allumi; perossosulfati (persulfati)

2834

Nitriti; nitrati

2835

Fosfinati (ippofosfiti), fosfonati (fosfiti) u fosfati; polifosfati, definiti kimikament jew le

2836

Karbonati; perossikarbonati (perkarbonati); karbonat tal-ammonju kummerċjali li fih karbamat tal-ammonju

2837

Ċjanuri, ossidi taċ-ċjanur u ċjanuri kumplessi

2839

Silikati; silikati metalliċi alkali kummerċjali

2840

Borati; perossiborati (perborati)

2841

Melħ ta' aċti oksometalliċi jew peroksometalliċi

2842

Melħ ieħor ta' aċti inorganiċi jew perossiaċidi (inklużi aluminosilikati kimikament definiti jew le), ħlief ażuri

2843

Metalli prezzjuzi kollojdali; komposti inorganiċi jew organiċi ta' metalli prezzjuzi, kimikament definiti jew le; amalgami ta' metalli prezzjużi

2844

Elementi kimiċi radjuattivi u isotopi radjuattivi (inklużi l-elementi u l-isotopi kimiċi fissili jew fertili) u l-komposti tagħhom; taħlit u fdalijiet li fihom dawn il-prodotti

2845

Isotopi ħlief dawk ta' intestatura 2844 ; komposti, inorganiċi jew organiċi, definiti kimikament jew le

2846

Komposti, inorganiċi jew organiċi, ta' elementi kimiċi metalliċi rari (rare-earth metals), ta' ittirju jew ta' skandju jew ta' taħlitiet ta' dawn il-metalli

2847 00 00

Perossidu tal-idroġenu, solidifikat bl-urea jew le

2848 00 00

Fosfidi, definiti kimikament jew le, ħlief ferrofosfru

2849

Karburi, definiti kimikament jew le

2850 00

Idruri, nitridi, ażuri, siliċidi u boruri, definiti kimikament jew le, ħlief komposti li huma ukoll karburi ta' intestatura 2849

2852

Komposti inorganiċi jew organiċi tal-merkurju, kemm jekk definiti kimikament u kemm jekk le, għajr amalgami

2853 00

Komposti oħrajn inorganiċi (inklużi ilma distillat jew għall-konduttivita' u ilma ta' purita' simili); arja likwida (bil-gassijiet rari mneħħijin jew le); arja kompressata; amalgami, ħlief amalgami ta' metalli prezzjużi.

2901

Idrokarboni aċikliċi

2902

Idrokarboni ċikliċi

2903

Derivattivi aloġenati ta' idrokarboni

2904

Derivattivi ta' idrokarboni sulfonati, nitrati jew nitrosati, aloġenati jew le

2905

Alkoħoli aċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2906

Alkoħoli ċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2907

Fenoli; fenoli-alkoħoli

2908

Derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati ta' fenoli jew fenolalkoħoli

2909

Eteri, eter-alkoħoli, eter-fenoli, eter-alkoħol-fenoli, perossidi ta' alkoħol, eter perossidi, keton perossidi (definiti kimikament jew le), u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2910

Epossidi, epoksialkoħoli u epoksieteri, b'ċirku bi tliet membri, u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2911 00 00

Aċetali u emiaċetali, b'funzjoni t'ossiġnu jew le, u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2912

Aldeidi, b'funzjoni oħra ta' ossiġnu jew le; polimeri ċikliċi ta' aldeidi; paraformaldeide

2913 00 00

Derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati ta' prodotti ta' intestatura 2912

2914

Ketoni u kinoni, b'funzjoni ossiġnu jew le, u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2915

Aċti aċikliċi monokarboksiliċi saturati u l-anidridi tagħhom, alidi, perossidi u peroksi aċti; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2916

Aċti aċikliċi monokarboksiliċi mhux saturati, l-anidridi tagħhom, alidi, perossidi u perossiaċidi; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2917

Aċti polikarboksiliċi, l-anidridi, alidi, perossidi u l-perossiaċidi tagħhom; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2918

Aċti karboksiliċi b'funzjoni addizzjonali ossiġnu u l-anidridi,alidi, perossidi u perossiaċidi tagħhom; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2919

Esteri fosforiċi u l-melħ tagħhom, inklużi lattofosfati; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2920

Esteri ta' aċti oħrajn inorganiċi ta' non-metalli (ħlief esteri ta' alidi tal-idroġenu) u l-melħ tagħhom; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2921

Komposti funzjoni-amina

2922

Amino-komposti funzjoni-ossiġnu

2923

Melħ u idrossidi ta' ammonju kwaternarju; leċitini u fosfoaminolipidi oħrajn, kimikament definiti jew le

2924

Komposti funzjoni-karboksiamide; komposti funzjoni-amide ta' aċtu karboniku

2925

Komposti funzjoni-karboksimida (inkluża sakkarina u l-melħ tagħha) u komposti funzjoni-imine

2926

Komposti funzjoni-nitril

2927 00 00

Komposti-diażo, -ażo jew –ażoksi

2928 00

Derivattivi organiċi ta' idrażin jew ta' idroksilamin

2929

Komposti b'funzjoni-nitroġenu oħra

2930

Komposti organo-sulfuriċi

2931

Komposti organo-inorganiċi oħrajn

2932

Komposti eteroċikliċi b'etero-atomu(i) ta' ossiġnu biss

2933

Komposti eteroċikliċi b'etero-atomu(i) ta' nitroġenu biss

2934

Aċti nuklejki u l-melħ tagħhom, definit kimikament jew le; komposti eteroċikliċi oħrajn

2935 00

Sulfonamidi

7106

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f'għamliet semi-manifatturati, jew f'għamla ta' trab

7107 00 00

Metalli ta' valur baxx miksijin bil-fidda, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati

7108

Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu) mhux maħdum jew f'għamla semi-manifatturata, jew f'għamla ta' trab

7109 00 00

Metalli ta' valur baxx jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati

7110

Platinu, f'għamliet mhux maħdumin jew semi-manifatturati, jew f'għamla ta' trab

7111 00 00

Metalli ta' valur baxx, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati

7112

Skart u fdal ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fihom metall prezzjuż jew komposti ta' metall prezzjuż, ta' tip użat l-aktar għall-irkupru ta' metall prezzjuż

7201

Ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron) u Spiegeleisen f'biċċiet tawwalin, blokok jew forom oħrajn primarji

7202

Ligi tal-ħadid

7203

Prodotti ta' ħadid magħmulin bit-tnaqqis dirett ta' minerali tal-ħadid u prodotti oħrajn ta' ħadid b'ħafna ħofor (spongy), f'għoqod, gerbub jew forom simili; ħadid b'purità minima bil-piż ta' 99,94 %, f'għoqod, gerbub jew forom simili

7204

Skart u fdal ta' ħadid; tidwib mill-ġdid ta' ingotti ta' ħadid jew azzar

7205

Qmuħ u trabijiet, ta' ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron), ta' spiegeleisen, ta' ħadid jew ta' azzar

7206

Ħadid u ħadid mhux liga f'ingotti jew f'forom oħrajn primarji (ħlief ħadid ta' intestatura 7203 )

7401 00 00

Mattes tar-ram; ram siment (ram ippreċipitat)

7402 00 00

Ram mhux raffinat; anodi tar-ram għal irfinar elettrolitiku

7403

Ram raffinat u ligi ta' ram, mhux maħdumin

7404 00

Skart u fdal ta' ram

7405 00 00

Ligi prinċipali ta' ram

7406

Trabijiet u qxur ta' ram

7501

Mattes tan-nikil, ġebel (sinters) ta' ossidu tan-nikil u prodotti intermedji oħrajn ta' metallurġija tan-nikil

7502

Nikil mhux maħdum

7503 00

Skart u fdal ta' nikil

7504 00 00

Trabijiet u qxur ta' nikil

7601

Aluminju mhux maħdum

7602 00

Skart u fdal ta' aluminju

7603

Trabijiet u qxur ta' aluminju

7801

Ċomb mhux maħdum

7802 00 00

Skart u fdal ta' ċomb

ex 7804

Trabijiet u laqx taċ-ċomb

7901

Żingu mhux maħdum

7902 00 00

Skart u fdal ta' żingu

7903

Trab, terer u laqx ta' żingu

8001

Landa mhux maħduma

8002 00 00

Skart u fdal ta' landa

ex 8101

Tungstenu (wolfram) inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8102

Molibdenu inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8103

Tantalu inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8104

Manjeżju inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8105

Mattes ta' kobalt inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8106 00

Bismut inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8107

Kadmju inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8108

Titanju inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8109

Żirkonju inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8110

Antimonju inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8111 00

Manganiż inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8112

Berillju, kromju, ġermanju, vanadju, gallju, ħafnju, indju, nijobju (kolombju), renju u tallju, oġġetti ta' dawn il-metalli, inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex 8113 00

Ċermiti inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ANNESS III

Tagħmir u teknoloġija ewlenin marbuta mal-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp tal-infrastruttura fil-Krimea u f'Sevastopol imsemmija fl-Artikolu 2c:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-Prodott

7304 11 00

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-AZZAR LI MA JISSADDADX

7304 19 10

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL-LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' < = 168.3 MM (MINBARRA PRODOTTI TA' AZZAR LI MA JSADDADX JEW TA' ĦADID FONDUT)

7304 19 30

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' > 168.3 MM IŻDA <= 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TA' AZZAR LI MA JSADDADX JEW TA' ĦADID FONDUT)

7304 19 90

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL-LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' > 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TA' AZZAR LI MA JSADDADX JEW TA' ĦADID FONDUT)

7304 22 00

PAJPIJIET TAT-TĦAFFIR, MINGĦAJR SALDATURA, TA' AZZAR INOSSIDABBLI, TA' TIP UŻAT FIT-TĦAFFIR GĦAL ŻEJT JEW GASS

7304 23 00

PAJP GĦAT-TĦAFFIR, BIĊĊA WAĦDA, TA' TIP UŻAT FIT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW GĦALL-GASS, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR (MINBARRA PRODOTTI TAL-AZZAR LI MA JSADDADX JEW TAL-ĦADID FONDUT)

7304 24 00

KEJSING U TUBI, MINGĦAJR SALDATURA, TA' TIP UŻAT FIT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW GASS, TAL-AZZAR LI MA JSADDADX

7304 29 10

KEJSING U TUBI TA' TIP UŻAT GĦAT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' < = 168,3 MM (MINBARRA PRODOTTI TAL-ĦADID FONDUT)

7304 29 30

KEJSING U TUBI TA' TIP UŻAT GĦAT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' > 168,3MM, IŻDA <= 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TAL-ĦADID FONDUT)

7304 29 90

KEJSING U TUBI TA' TIP UŻAT GĦAT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' > 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TAL-ĦADID FONDUT)

7305 11 00

PAJPIJIET TAL-LINJA TA' TIP UŻAT GĦAS-SISTEMI TAL-PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW TAL-GASS, LI GĦANDHOM UĊUĦ ĊIRKOLARI U DIJAMETRU MINN BARRA TA' > 406.4 MM, TAL-ĦADID JEW AZZAR, IWWELDJATI BL-ARK MGĦADDAS MIT-TUL

7305 12 00

PAJPIJIET TAL-LINJA TA' TIP UŻAT GĦAS-SISTEMI TAL-PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW TAL-GASS, LI GĦANDHOM UĊUĦ ĊIRKOLARI U DIJAMETRU MINN BARRA TA' > 406.4 MM, TAL-ĦADID JEW AZZAR, IWWELDJATI BL-ARK MIT-TUL (MINBARRA PRODOTTI WWELDJATI BL-ARK MGĦADDAS MIT-TUL)

7305 19 00

PAJPIJIET TAL-LINJA TA' TIP UŻAT GĦAS-SISTEMI TAL-PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW TAL-GASS, LI GĦANDHOM UĊUĦ ĊIRKOLARI U DIJAMETRU MINN BARRA TA' > 406,4 MM, TA' PRODOTTI RRUMBLATI ĊATTI TAL-ĦADID JEW AZZAR, IWWELDJATI BL-ARK MIT-TUL (MINBARRA PRODOTTI WWELDJATI BL-ARK MIT-TUL)

7305 20 00

KEJSING TA' TIP UŻAT FIT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, LI GĦANDHOM UĊUĦ ĊIRKOLARI U DIJAMETRU MINN BARRA TA' > 406,4 MM, TA' PRODOTTI RRUMBLATI ĊATTI TAL-ĦADID JEW AZZAR

7306 11

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL-LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, IWWELDJATI, TA' PRODOTTI RRUMBLATI ĊATTI TAL-AZZAR LI MA JSADDADX, TA' DIJAMETRU ESTERN TA' < = 406,4 MM

7306 19

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL-LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, IWWELDJATI JEW IRRUMBLATI ĊATTI, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' <= 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TA' AZZAR LI MA JSADDADX JEW TA' ĦADID FONDUT)

7306 21

KEJSING U TUBI TA' TIP UŻAT FIT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, IWWELDJATI, TA' PRODOTTI RRUMBLATI ĊATTI TAL-AZZAR LI MA JSADDADX, TA' DIJAMETRU ESTERN TA' < = 406,4 MM

7306 29

KEJSING U TUBI TA' TIP UŻAT GĦAT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, IWWELDJATI JEW IRRUMBLATI ĊATTI, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' <= 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TA' AZZAR LI MA JSADDADX JEW TA' ĦADID FONDUT)

ex 7311 00

KONTENITURI TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, GĦAL GASS IKKUMPRESSAT JEW MAGĦMUL LIKWIDU (MINBARRA KONTENITURI MIBNIJA B'MOD SPEĊIFIKU JEW MGĦAMMRA B'TIP WIEĦED JEW AKTAR TA' TRASPORT)

8207 13 00

GĦODDA GĦAT-TITQIB FIL-BLAT JEW GĦAT-TĦAFFIR FL-ART, INTERKAMBJABBLI, BIL-PARTIJIET LI JAĦDMU TA' KARBIDI TAL-METALL ISSOLIDIFIKATI BIS-SĦANA JEW ĊERMIT

8207 19 10

GĦODOD GĦAL TĦAFFIR TA' BLAT JEW TOQOB FL-ART, INTERKAMBJABBLI, BIL-PARTIJIET LI JAĦDMU TAD-DJAMANT JEW DJAMANT AGGLOMERAT

8413 50

POMPI REĊIPROKANTI B'DISPJAZZAMENT POŻITTIV GĦAL-LIKWIDI, IMĦADDMA BL-ELETTRIKU (MINBARRA DAWK TAS-SOTTOINTESTATURI 8413 11 U 8413 19 , POMPI TAL-FJUWIL, BIL-MEZZ TAL-LUBRIKAZZJONI JEW BIT-TKESSIĦ GĦALL-MAGNI BIL-PISTUNI TAL-KOMBUSTJONI INTERNA U POMPI TAL-KONKRIT)

8413 60

POMPI ROTATORJI TA' SPOSTAMENT POŻITTIV GĦAL-LIKWIDI, IMĦADDMA BL-ELETTRIKU (MINBARRA DAWK TAS-SOTTOINTESTATURI 8413 11 U 8413 19 U POMPI TAL-FJUWIL, BIL-MEZZ TAL-LUBRIKAZZJONI JEW BIT-TKESSIĦ GĦALL-MAGNI BIL-PISTUNI TAL-KOMBUSTJONI INTERNA)

8413 82 00

LIFTIJIET TAL-LIKWIDI (MINBARRA POMPI)

8413 92 00

PARTIJIET TA' LIFTIJIET TAL-LIKWIDI, MHUX SPEĊIFIKATI X'IMKIEN IEĦOR

8430 49 00

MAKKINARJU LI JĦAFFER JEW LI JINŻEL FL-ART GĦAT-TĦAFFIR TAL-ART JEW L-ESTRAZZJONI TA' MINERALI JEW METALLI MHUX MAĦDUMA, MHUX IMĦADDEM WAĦDU U MHUX IDRAWLIKU (MINBARRA MAKKINARJU LI JĦAFFER IL-MINI U GĦODDA MĦADDMA BL-IDEJN)

8431 39 00

PARTIJIET MINN MAKKINARJU TAL-INTESTATURA 8428 , MHUX SPEĊIFIKATI XI MKIEN IEĦOR

8431 43 00

PARTIJIET GĦAL MAKKINARJU LI JĦAFFER JEW LI JINŻEL FL-ART TAS-SOTTOINTESTATURI 8430 41 JEW 8430 49 , MHUX SPEĊIFIKATI XI MKIEN IEĦOR

8431 49

PARTIJIET MINN MAKKINARJU TAL-INTESTATURA 8426 , 8429 U 8430 , MHUX SPEĊIFIKATI XI MKIEN IEĦOR

8479 89 97

MAKKINARJU, APPARAT U TAGĦMIR MEKKANIKU, MHUX SPEĊIFIKATI XI MKIEN IEĦOR

8705 20 00

DERIKS MOBBLI GĦAT-TĦAFFIR

8905 20 00

PJATTAFORMI TA' TĦAFFIR JEW TA' PRODUZZJONI LI JŻOMMU FIL-WIĊĊ JEW LI JINŻLU TAĦT L-ILMA

8905 90 10

BASTIMENTI ĦFIEF LI JBAĦĦRU, FIRE-FLOATS, KREJNIJIET F'WIĊĊ L-ILMA U BASTIMENTI OĦRA LI N-NAVIGABBILTÀ TAGĦHOM HIJA SUSSIDJARJA GĦALL-FUNZJONI EWLENIJA TAGĦHOM (MINBARRA DREĠERS, PJATTAFORMI GĦAT-TĦAFFIR JEW GĦALL-PRODUZZJONI; BASTIMENTI TAS-SAJD U TAL-GWERRA)


30.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 826/2014

tat-30 ta' Lulju 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 269/2014.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Individwi

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Alexey Alexeyevich GROMOV

Image

Imwieled fil-31.5.1960 f'Zagorsk (Sergiev Posad)

Bħala l-ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa responsabbli mill-għoti ta' struzzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni Russi biex jieħdu pożizzjoni favorevoli mas-separatisti fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea, u b'hekk jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina tal-Lvant u l-annessjoni tal-Krimea.

30.7.2014

2.

Oksana TCHIGRINA

Оксана Чигрина

 

Kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukrain, it-teħid ta' ostaġġi, l-attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali li bħala konsegwenza dgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina.

30.7.2014

3.

Boris LITVINOV

Борис Литвинов

 

Sa mit-22 ta' Lulju, president tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Suprem” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” li minnu oriġinaw politiki u l-organizzazzjoni tar-referendum illegali li wasslu għall-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, li kkostitwixxiet ksur tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina.

30.7.2014

4.

Sergey ABISOV

Image

Imwieled fis-27.11.1967

Billi aċċetta l-ħatra tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Intern tar-Repubblika tal-Krimea” mill-President tar-Russja (digriet Nru 301) fil-5 ta' Mejju 2014 u bl-azzjonijiet tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Intern” huwa dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina.

30.7.2014

5

Arkady Romanovich ROTENBERG

Image

Imwieled fil-15.12.1951 f'Leningrad (San Pietruburgu)

Is-Sur Rotenberg ilu jaf għal żmien twil lill-President Putin u kien jipprattika l-judo miegħu.

Huwa stagħna matul it-tmexxija tal-President Putin. Huwa kien iffavorit mill-persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-għoti ta' kuntratti importanti mill-Istat Russu jew minn intrapriżi tal-Istat. Il-kumpanniji tiegħu ingħataw diversi kuntratti vantaġġużi ħafna għat-tħejjijiet tal-Logħob Olimpiku ta' Sochi.

Huwa azzjonist ewlieni ta' Giprotransmost, kumpannija li rċeviet kuntratt ta' akkwist pubbliku minn kumpannija proprjetà tal-Istat Russu biex tagħmel l-istudju ta' fattibbiltà tal-bini ta' pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, u għalhekk ġiet ikkonsolidata l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa, li b'hekk idgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina.

30.7.2014

6.

Konstantin Valerevich MALOFEEV

Константин Валерьевич Малофеев

Imwieled fit-03.7.1974 f'Puschino

Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma' separatisti Ukraini fil-Lvant tal-Ukraina u l-Krimea. Kien jimpjega lis-Sur Borodai, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” u ltaqa' mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukrain fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti.

Barra minn hekk, huwa għamel numru ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukraina fir-Russja u b'mod partikolari f'Ġunju 2014 iddikjara li “Ma tistax tinkorpora l-Ukraina kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukraina)”.

Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal- Lvant tal-Ukraina.

30.7.2014

7.

Yuriy Valentinovich KOVALCHUK

Юрий Валентинович Ковальчук

Imwieled fil- 25.7.1951 f'Leningrad (San Pietruburgu)

Is-Sur Kovalchuk ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofondatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' flimkien grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 38 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il- Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin- National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politiki tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukraina.

30.7.2014

8.

Nikolay Terentievich SHAMALOV

Николай Терентьевич Шамалов

Imwieled fl-24.1.1950

Is-Sur Shamalov ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' flimkien grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u t-tieni l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 10 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il- Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin- National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politiki tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukraina.

30.7.2014


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

JOINT-STOCK COMPANY CONCERN ALMAZ-ANTEY (magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY CORP; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY DEFENSE CORPORATION; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY JSC),

Image

41 ul.Vereiskaya, Moscow 121471, Russia;

Website: almaz-antey.ru;

Indirizz Elettroniku antey@almaz-antey.ru

Almaz-Antei hija kumpannija Russa proprjetà tal-Istat. Timmanifattura armi kontra l-inġenji tal-ajru inkluż missili mill-art għall-ajru li hija tforni lill-armata Russa. L-awtoritajiet Russi kienu qegħdin ifornu lis-separatisti tal-Lvant tal-Ukraina b'armamenti tqal, li kkontribwew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. Dawn l-armi jintużaw mis-separatisti, inkluż għat-twaqqigħ ta' ajruplani. Għalhekk, bħala kumpannija proprjetà tal-Istat, Almaz-Antei tikkontribwixxi għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina.

30.7.2014

2.

DOBROLET magħrufa ukoll bħala DOBROLYOT

Добролет/Добролёт

Kodiċi tal-linja tal-ajru QD

International Highway, House 31, building 1, 141411 Moscow

141411, Москва г, Международное ш, дом 31, строение 1

Website: www.dobrolet.com

Dobrolet hija sussidjarja ta' linja tal-ajru proprjetà tal-istat Russu. Sa mill-annessjoni illegali tal-Krimea, Dobrolet sa issa ħaddmet titjiriet esklużivament bejn Moska u Simferopol. Għalhekk, hija tiffaċilita l-integrazzjoni tal-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa u ddgħajjef is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina.

30.7.2014

3.

RUSSIAN NATIONAL COMMERCIAL BANK

Image

License of the Central Bank of Russia No. 1354

Russian Federation, 127 030 Moscow, Krasnoproletarskaya street 9/5.

Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-Russian National Commercial Bank (RNCB) sar proprjetà totali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Sar attur dominanti fis-suq, meta qabel l-annessjoni ma kellu l-ebda preżenza fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta' fergħat ta' banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, l-RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-gvern Russu biex jintegra l-Krimea fil-Federazzjoni Russa, u b'hekk dgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina.

30.7.2014


DEĊIŻJONIJIET

30.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/507/PESK

tat-30 ta' Lulju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK. (1)

(2)

Fid-dawl tal-annessjoni illegali tal-Krimea li baqgħet għaddejja, il-Kunsill jikkunsidra li għandhom jittieħdu miżuri addizzjonali li jirrestrinġu il-kummerċ ma' u l-investiment fil-Krimea u Sevastopol.

(3)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri.

(4)

Id-Deċiżjoni 2014/386/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/386/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol”.

(2)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 4a

1.   Il-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment ta' tagħmir u teknoloġija kruċjali għall-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' proġetti tal-infrastruttura fis-setturi li ġejjin fil-Krimea u Sevastopol, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom jiġu pprojbiti sew jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u sew jekk le:

(a)

trasport;

(b)

telekomunikazzjoni;

(c)

enerġija.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu.

2.   Għandu jiġi pprojbit il-provvediment ta' dan li ġej lil intrapriżi fil-Krimea u Sevastopol li huma involuti fil-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fis-setturi msemmija fil-paragrafu 1 fil-Krimea u Sevastopol:

(a)

assistenza teknika jew taħriġ jew servizzi oħra marbuta ma' tagħmir u teknoloġija kruċjali kif iddeterminat skont il-paragrafu 1;

(b)

finanzjament jew assistenza finanzjarja għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir u teknoloġija kruċjali kif iddeterminat skont il-paragrafu 1 jew għall-għoti ta' assistenza teknika jew taħriġ relatati.

3.   Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konsapevolment jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 4b

1.   Il-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment ta' tagħmir u teknoloġija kruċjali għall-isfruttament tar-riżorsi naturali li ġejjin fil-Krimea u Sevastopol, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom jiġu pprojbiti sew jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u sew jekk le:

(a)

żejt;

(b)

gass;

(c)

minerali.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu.

2.   Għandu jiġi pprojbit l-għoti ta' dan li ġej lil intrapriżi li huma involuti fl-isfruttament tar-riżorsi naturali msemmija fil-paragrafu 1 fil-Krimea u Sevastopol:

(a)

assistenza teknika jew taħriġ jew servizzi oħra marbuta ma' tagħmir u teknoloġija kruċjali kif iddeterminat skont il-paragrafu 1;

(b)

finanzjament jew assistenza finanzjarja għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir u teknoloġija kruċjali kif iddeterminat skont il-paragrafu 1 jew għall-għoti ta' assistenza teknika jew taħriġ relatati.

3.   Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konsapevolment jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 4c

Il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 4a u 4b għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sat-28 ta' Ottubru 2014, ta' kuntratti konklużi qabel it-30 ta’ Lulju 2014 jew kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, li għandhom jiġu konklużi u eżegwiti mhux aktar tard mit-28 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 4d

Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-għoti ta' kwalunkwe self finanzjarju jew speċifikament marbuta mal-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4a;

(b)

l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi stabbiliti fil-Krimea u Sevastopol li huma involuti fil-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4a, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali intrapriżi u l-akkwist ta' ishma jew titoli ta' natura parteċipattiva;

(c)

il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta marbuta mal-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 4e

Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-għoti ta' kwalunkwe self jew kreditu finanzjarju speċifikament marbuta mal-isfruttament tar-riżorsi naturali msemmija fl-Artikolu 4b fil-Krimea u Sevastopol;

(b)

l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi stabbiliti fil-Krimea u Sevastopol li huma involuti fl-isfruttament tar-riżorsi naturali msemmija fl-Artikolu 4b fil-Krimea u Sevastopol, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali intrapriżi u l-akkwist ta' ishma jew titoli ta' natura parteċipattiva;

(c)

il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta marbuta mal-isfruttament tar-riżorsi naturali msemmija fl-Artikolu 4b fil-Krimea u Sevastopol.

Artikolu 4f

Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 4d u 4e:

(a)

għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu li jirriżulta minn kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel it-30 ta’ Lulju 2014;

(b)

m'għandhomx iwaqqfu l-estensjoni ta' parteċipazzjoni, jekk tali estensjoni tkun obbligu skont ftehim konkluż qabel it-30 ta’ Lulju 2014.

Artikolu 4g

Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 4b u 4e għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għat-transazzjonijiet marbuta mal-manutenzjoni sabiex tkun żgurata s-sikurezza tal-infrastruttura eżistenti.”.

(3)

Tiżdied is-sentenza li ġejja mal-Artikolu 5:

“L-Artikoli 4a sa 4g għandhom jiġu rieżaminati sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70).


30.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/508/PESK

tat-30 ta' Lulju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċizjoni 2014/145/PESK.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Individwi

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Alexey Alexeyevich GROMOV

Image

Imwieled fil-31.5.1960 f'Zagorsk (Sergiev Posad)

Bħala l-ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa responsabbli mill-għoti ta' struzzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni Russi biex jieħdu pożizzjoni favorevoli mas-separatisti fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea, u b'hekk jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina tal-Lvant u l-annessjoni tal-Krimea.

30.7.2014

2.

Oksana TCHIGRINA

Оксана Чигрина

 

Kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukrain, it-teħid ta' ostaġġi, l-attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali li bħala konsegwenza dgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina.

30.7.2014

3.

Boris LITVINOV

Борис Литвинов

 

Sa mit-22 ta' Lulju, president tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Suprem” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” li minnu oriġinaw politiki u l-organizzazzjoni tar-referendum illegali li wasslu għall-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, li kkostitwixxiet ksur tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina.

30.7.2014

4.

Sergey ABISOV

Image

Imwieled fis-27.11.1967

Billi aċċetta l-ħatra tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Intern tar-Repubblika tal-Krimea” mill-President tar-Russja (digriet Nru 301) fil-5 ta' Mejju 2014 u bl-azzjonijiet tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Intern” huwa dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina.

30.7.2014

5

Arkady Romanovich ROTENBERG

Image

Imwieled fil-15.12.1951 f'Leningrad (San Pietruburgu)

Is-Sur Rotenberg ilu jaf għal żmien twil lill-President Putin u kien jipprattika l-judo miegħu.

Huwa stagħna matul it-tmexxija tal-President Putin. Huwa kien iffavorit mill-persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-għoti ta' kuntratti importanti mill-Istat Russu jew minn intrapriżi tal-Istat. Il-kumpanniji tiegħu ingħataw diversi kuntratti vantaġġużi ħafna għat-tħejjijiet tal-Logħob Olimpiku ta' Sochi.

Huwa azzjonist ewlieni ta' Giprotransmost, kumpannija li rċeviet kuntratt ta' akkwist pubbliku minn kumpannija proprjetà tal-Istat Russu biex tagħmel l-istudju ta' fattibbiltà tal-bini ta' pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, u għalhekk ġiet ikkonsolidata l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa, li b'hekk idgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina.

30.7.2014

6.

Konstantin Valerevich MALOFEEV

Константин Валерьевич Малофеев

Imwieled fit-03.7.1974 f'Puschino

Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma' separatisti Ukraini fil-Lvant tal-Ukraina u l-Krimea. Kien jimpjega lis-Sur Borodai, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” u ltaqa' mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukrain fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti.

Barra minn hekk, huwa għamel numru ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukraina fir-Russja u b'mod partikolari f'Ġunju 2014 iddikjara li “Ma tistax tinkorpora l-Ukraina kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukraina)”.

Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal- Lvant tal-Ukraina.

30.7.2014

7.

Yuriy Valentinovich KOVALCHUK

Юрий Валентинович Ковальчук

Imwieled fil- 25.7.1951 f'Leningrad (San Pietruburgu)

Is-Sur Kovalchuk ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofondatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' flimkien grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 38 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il- Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin- National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politiki tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukraina.

30.7.2014

8.

Nikolay Terentievich SHAMALOV

Николай Терентьевич Шамалов

Imwieled fl-24.1.1950

Is-Sur Shamalov ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' flimkien grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u t-tieni l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 10 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il- Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin- National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politiki tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukraina.

30.7.2014


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

JOINT-STOCK COMPANY CONCERN ALMAZ-ANTEY (magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY CORP; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY DEFENSE CORPORATION; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY JSC),

Image

41 ul.Vereiskaya, Moscow 121471, Russia;

Website: almaz-antey.ru;

Indirizz Elettroniku antey@almaz-antey.ru

Almaz-Antei hija kumpannija Russa proprjetà tal-Istat. Timmanifattura armi kontra l-inġenji tal-ajru inkluż missili mill-art għall-ajru li hija tforni lill-armata Russa. L-awtoritajiet Russi kienu qegħdin ifornu lis-separatisti tal-Lvant tal-Ukraina b'armamenti tqal, li kkontribwew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. Dawn l-armi jintużaw mis-separatisti, inkluż għat-twaqqigħ ta' ajruplani. Għalhekk, bħala kumpannija proprjetà tal-Istat, Almaz-Antei tikkontribwixxi għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina.

30.7.2014

2.

DOBROLET magħrufa ukoll bħala DOBROLYOT

Добролет/Добролёт

Kodiċi tal-linja tal-ajru QD

International Highway, House 31, building 1, 141411 Moscow

141411, Москва г, Международное ш, дом 31, строение 1

Website: www.dobrolet.com

Dobrolet hija sussidjarja ta' linja tal-ajru proprjetà tal-istat Russu. Sa mill-annessjoni illegali tal-Krimea, Dobrolet sa issa ħaddmet titjiriet esklużivament bejn Moska u Simferopol. Għalhekk, hija tiffaċilita l-integrazzjoni tal-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa u ddgħajjef is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina.

30.7.2014

3.

RUSSIAN NATIONAL COMMERCIAL BANK

Image

License of the Central Bank of Russia No. 1354

Russian Federation, 127 030 Moscow, Krasnoproletarskaya street 9/5.

Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-Russian National Commercial Bank (RNCB) sar proprjetà totali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Sar attur dominanti fis-suq, meta qabel l-annessjoni ma kellu l-ebda preżenza fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta' fergħat ta' banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, l-RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-gvern Russu biex jintegra l-Krimea fil-Federazzjoni Russa, u b'hekk dgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina.

30.7.2014