ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 223

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
29 ta' Lulju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 818/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 819/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 820/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 tat-28 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-dejta

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 822/2014 tat-28 ta' Lulju 2014 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini taħt l-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati fir-rigward ta' roti prodotti fil-Kambodja rigward l-użu taħt kumulazzjoni ta' partijiet ta' roti li joriġinaw mill-Malasja

19

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2014 tat-28 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

22

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/504/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudell li jintuża għall-għoti ta' informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni b'rabta mat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa (notifikata bid-dokument C(2014) 5180)  ( 1 )

25

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 818/2014

tal-24 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fiha eżawrew il-kwota ta' nofs il-perjodu allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESSI

Nru

18/TQ43

Stat Membru

L-Unjoni Ewropea (Kull Stat Membru)

Stokk

RED/N3M

Speċi

Redfish (Sebastes spp)

Żona

NAFO 3M

Data tal-għeluq

10.7.2014


29.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 819/2014

tal-24 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESSI

Nru

16/TQ43

Stat Membru

Franza

Stokk

LIN/1/2.

Speċi

Lipp (Molva molva)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II

Data tal-għeluq

7.7.2014


29.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 820/2014

tal-24 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESSI

Nru

17/TQ43

Stat Membru

Franza

Stokk

LIN/05EI.

Speċi

Lipp (Molva molva)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V

Data tal-għeluq

7.7.2014


29.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 821/2014

tat-28 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-dejta

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 38(10), 46(3), 115(4) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 125(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għat-tħejjija tal-programmi. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' programmi ffinanzjati mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (il-“Fondi ESI”), jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Sabiex jiġu ffaċilitati perspettiva komprensiva u aċċess għal dawk id-dispożizzjonijiet, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f'att ta' implimentazzjoni wieħed.

(2)

Biex tiżdied il-flessibilità għall-mobilizzazzjoni tal-appoġġ għal strumenti finanzjarji minn sorsi differenti mmaniġġjati mill-awtorità maniġerjali f'wieħed mill-modi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jeħtieġ li jiġi ċċarat kif il-kontribuzzjonijiet tal-programm jiġu trasferiti u mmaniġġjati. B'mod partikolari jeħtieġ li jiġu ċċarati ċ-ċirkustanzi li taħthom strument finanzjarju jkun jista' jirċievi kontribuzzjonijiet minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn assi prijoritarju wieħed jew miżura tal-istess programm, u l-kundizzjonijiet li taħthom il-kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali għall-istrumenti finanzjarji li jsiru fil-livell tar-riċevituri finali jistgħu jitqiesu bħala riżorsi ta' kofinanzjament nazzjonali.

(3)

Jeħtieġ li jiġi stabbilit mudell għar-rappurtar dwar l-istrumenti finanzjarji lill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet maniġerjali jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 b'mod konsistenti u komparabbli. Il-mudell għar-rappurtar dwar strumenti finanzjarji huwa meħtieġ ukoll sabiex jippermetti li l-Kummissjoni tipprovdi sommarji tad-dejta dwar il-progress li jkun sar fl-iffinanzjar u fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji.

(4)

Sabiex tiġi żgurata identità viżwali armonizzata għal miżuri ta' informazzjoni u komunikazzjoni għal operazzjonijiet fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti l-istruzzjonijiet għall-ħolqien ta' emblema tal-Unjoni u definizzjoni tal-kuluri standard, kif ukoll karatteristiċi tekniċi għall-wiri tal-emblema tal-Unjoni u r-referenza għall-Fond jew Fondi li jappoġġjaw l-operazzjoni.

(5)

Sabiex tiġi żgurata identità viżwali armonizzata għal miżuri ta' informazzjoni u komunikazzjoni għal operazzjonijiet ta' infrastruttura u ta' kostruzzjoni fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-karatteristiċi tekniċi ta' kartelluni u plakka permanenti għall-operazzjonijiet ta' infrastruttura u ta' kostruzzjoni fejn l-appoġġ pubbliku totali jaqbeż il-EUR 500 000 għal kull operazzjoni.

(6)

Għall-finijiet tal-Artikolu 125(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jeħtieġ li jiġu stipulati speċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema sabiex tirreġistra u taħżen f'forma kompjuterizzata dejta dwar kull operazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-immaniġġjar finanzjarju, il-verifika u l-awditjar.

(7)

Għall-finijiet ta' implimentazzjoni effettiva tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 122(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema li tirreġistra u taħżen id-dejta jiggarantixxu l-interoperabilità sħiħa mas-sistema msemmija fl-Artikolu 122(3) ta' dak ir-Regolament, fil-livell arkitettoniku, tekniku u semantiku.

(8)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tas-sistema li tirreġistra u taħżen id-dejta għandhom ikunu dokumentati biżżejjed sabiex jiżguraw rendikont tal-entrati tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi.

(9)

Is-sistema li tirreġistra u taħżen id-dejta għandha tinkludi wkoll għodod ta' tiftix u funzjonijiet ta' rappurtar xierqa sabiex tkun tista' tirkupra u taggrega faċilment informazzjoni maħżuna fiha għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-immaniġġjar finanzjarja, il-verifika u għanijiet ta' awditjar.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinament għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

L-ARRANĠAMENTI DETTALJATI GĦAT-TRASFERIMENT U L-IMMANIĠĠJAR TA' KONTRIBUZZJONIJIET TAL-PROGRAMM U RAPPURTAR DWAR STRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 1

Trasferiment u mmaniġġjar ta' kontribuzzjonijiet tal-programm

(L-Artikolu 38(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Meta l-kontribuzzjonijiet minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn assi prijoritarju wieħed jew miżura tal-istess programm isiru għal strument finanzjarju, il-korp li jimplimenta dak l-istrument finanzjarju jżomm kont separat jew iżomm kodiċi ta' kontabbiltà adegwat għall-kontribuzzjoni minn kull programm, minn kull assi prijoritarju jew miżura għall-finijiet ta' rappurtar u ta' awditjar.

2.   Meta jsiru kontribuzzjonijiet nazzjonali pubbliċi u privati għall-istrumenti finanzjarji fil-livell tar-riċevituri finali, kont ir-regoli speċifiċi għall-Fond, il-korpi li jimplimentaw dawk l-istrumenti finanzjarji jimmaniġġjaw kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali u jsiru fil-livell ta' riċevituri finali skont il-paragrafi 3 sa 6.

3.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jżommu evidenza dokumentata ta':

(a)

ftehimiet ġuridiċi konklużi mal-entitajiet privati jew pubbliċi li jikkonċernaw kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali li għandu jiġi pprovdut minn dawn l-entitajiet fil-livell ta' riċevituri finali;

(b)

trasferiment effettiv ta' riżorsi li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali minn entitajiet privati jew pubbliċi lir-riċevituri finali;

(c)

kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali u li jsiru minn entitajiet privati jew pubbliċi, irrapportat lill-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju.

4.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jżommu r-responsabbiltà globali għall-investiment fir-riċevituri finali inkluż il-monitoraġġ sussegwenti tal-kontribuzzjonijiet minn programmi skont ftehimiet ta' finanzjament.

5.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jiżguraw li n-nefqa koperta mill-kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali jkunu eliġibbli qabel ma jiddikjarawhom lill-awtorità maniġerjali.

6.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jżommu r-rendikont tal-entrati għall-kontribuzzjonijiet pubbliċi jew privati nazzjonali li jikkostitwixxu kofinanzjament nazzjonali sal-livell tar-riċevitur finali.

Artikolu 2

Mudell għar-rappurtar dwar strumenti finanzjarji

(L-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Għar-rapport speċifiku msemmi fl-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtoritajiet maniġerjali jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

IL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TA' MIŻURI TA' INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI GĦALL-OPERAZZJONIJIET U STRUZZJONIJIET GĦALL-ĦOLQIEN TAL-EMBLEMA TAL-UNJONI U DEFINIZZJONI TAL-KULURI STANDARD

(L-Artikolu 115(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Artikolu 3

Struzzjonijiet għall-ħolqien tal-emblema u definizzjoni tal-kuluri standard

L-emblema tal-Unjoni tinħoloq skont l-istandards grafiċi stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 4

Karatteristiċi tekniċi għall-wiri tal-emblema tal-Unjoni u r-referenza għall-Fond jew Fondi li jappoġġjaw l-operazzjoni

1.   L-emblema tal-Unjoni msemmija fil-punt 1(a) tat-Taqsima 2.2 tal-Anness XII għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tintwera bil-kulur fuq il-websajts. Fil-midja l-oħra kollha, il-kulur jintuża kull meta jkun possibbli u verżjoni monokromatika tista' tintuża biss f'każijiet ġustifikati.

2.   L-emblema tal-Unjoni dejjem tkun tidher ċar u titpoġġa f'pożizzjoni prominenti. Il-pożizzjoni u d-daqs tagħha jkunu xierqa għall-iskala tal-materjal jew tad-dokument li jkun qed jiġi użat. Għal oġġetti promozzjonali żgħar ma japplikax l-obbligu li ssir referenza għall-Fond.

3.   Meta l-emblema tal-Unjoni, ir-referenza għall-Unjoni u l-Fond rilevanti jintwerew fuq websajt:

(a)

l-emblema tal-Unjoni u r-referenza għall-Unjoni jkunu jidhru, meta tasal fuq il-websajt, fil-parti viżwali tal-apparat diġitali, mingħajr ma l-utent ikollu jiskrollja 'l isfel fil-paġna;

(b)

ir-referenza għall-Fond rilevanti tkun tidher fuq l-istess websajt.

4.   L-isem tal-“Unjoni Ewropea” dejjem jiġi miktub b'mod sħiħ. L-isem ta' strument finanzjarju jinkludi referenza għall-fatt li huwa appoġġjat mill-Fondi ESI. It-tipografija li tintuża flimkien mal-emblema tal-Unjoni tista' tkun kwalunkwe waħda minn dawn il-fonts: Arial, Auto, Calibri, Garamond, Trebuchet, Tahoma, Verdana, Ubuntu. Varjazzjonijiet bis-sottolinja jew bit-tipa korsiva, jew effetti tal-fonts ma jintużawx. Il-pożizzjoni tat-test fir-rigward tal-emblema tal-Unjoni ma tfixkel l-emblema tal-Unjoni bl-ebda mod. Id-daqs tat-tipa użata jkun proporzjonat għad-daqs tal-emblema. Il-kulur tat-tipa jkun blu reflex, iswed jew abjad skont l-isfond.

5.   Jekk jintwerew logos oħrajn apparti l-emblema tal-Unjoni, l-emblema tal-Unjoni jkollha mill-inqas l-istess daqs, imkejjel f'għoli u wisgħa, daqs l-akbar wieħed mill-logos l-oħrajn.

Artikolu 5

Karatteristiċi tekniċi tal-plakek permanenti u l-kartelluni temporanji jew permanenti

1.   L-isem tal-operazzjoni, l-objettiv ewlieni tal-operazzjoni, l-emblema tal-Unjoni flimkien mar-referenza għall-Unjoni u r-referenza għall-Fond jew il-Fondi li għandhom jintwerew fuq il-kartellun temporanju msemmi fil-punt 4 tat-Taqsima 2.2 tal-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jieħdu mill-inqas 25 % ta' dak il-kartellun.

2.   L-isem tal-operazzjoni u l-objettiv ewlieni tal-attività appoġġjata mill-operazzjoni, l-emblema tal-Unjoni flimkien mar-referenza għall-Unjoni u r-referenza għall-Fond jew il-Fondi li għandhom jintwerew fuq il-plakka permanenti jew il-kartellun permanenti msemmi fil-punt 5 tat-Taqsima 2.2 tal-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jieħdu mill-inqas 25 % ta' dik il-plakka jew kartellun.

KAPITOLU III

IS-SISTEMA LI TIRREĠISTRA U TAĦŻEN ID-DEJTA

(L-Artikolu 125(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet ġenerali

Is-sistema li tirreġistra u taħżen id-dejta dwar l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Artikoli 7 sa 11.

Artikolu 7

Protezzjoni u preżervazzjoni tad-dejta u tad-dokumenti u l-integrità tagħhom

1.   L-aċċess għas-sistema jkun ibbażat fuq id-drittijiet predefiniti għat-tipi differenti ta' utenti u jitrażżan fejn ma jkunx għadu meħtieġ.

2.   Is-sistema żżomm rekord ta' kull reġistrazzjoni, modifika u tħassir ta' dokumenti u dejta.

3.   Is-sistema ma tippermettix modifikar tal-kontenut ta' dokumenti li jkollhom firma elettronika. Timbru tal-ħin li jiċċertifika d-depożitu tad-dokument mehmuż b'firma elettronika jiġi ġġenerat u assoċjat mad-dokument u ma jkunx jista' jinbidel. It-tħassir ta' dawn id-dokumenti jiġi rreġistrat skont il-paragrafu 2.

4.   Id-dejta għandha tkun soġġetta għal backups regolari. Il-backup b'replika tal-kontenut kollu tar-repożitorju tal-fajl elettroniku jkun lest għall-użu f'każ ta' emerġenza.

5.   Il-faċilità ta' ħżin elettroniku tkun protetta kontra kull periklu ta' telf jew modifikazzjoni tal-integrità tagħha. Din il-protezzjoni tinkludi protezzjoni fiżika kontra t-temperatura u l-livelli ta' umdità mhux xierqa, u sistemi ta' detezzjoni tan-nar u s-serq, sistemi ta' protezzjoni xierqa kontra attakki tal-vajrusijiet, hackers u kull aċċess ieħor mhux awtorizzat.

6.   Is-sistema tipprovdi għall-migrazzjoni tad-dejta, il-format u l-ambjent tal-kompjuter f'intervalli suffiċjenti sabiex tiġi garantita l-leġibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-dokumenti u d-dejta sa tmiem il-perjodu rilevanti msemmi fl-Artikolu 140(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 8

Interoperabbiltà

1.   Is-sistema tkun interoperabbli mas-sistemi għall-iskambju tad-dejta elettronika mal-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 122(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Fejn xieraq, is-sistema tiffaċilita l-verifika tal-veraċità u l-kompletezza tad-dejta pprovduta mill-benefiċjarji qabel ma tinħażen b'mod sikur.

2.   Is-sistema tkun interoperabbli ma' sistemi kompjuterizzati rilevanti oħrajn skont il-Qafas Nazzjonali għall-Interoperabbiltà u tal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (QEI) stabbilit skont id-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

3.   Is-sistema tkun interoperabbli fil-livell tekniku u semantiku. L-ispeċifikazzjonijiet jappoġġjaw formati standard għall-iskambju tad-dejta u jiżguraw li dawn il-formati jistgħu jiġu rikonoxxuti u skambjati bejn sistemi eteroġenji.

Artikolu 9

Funzjonijiet ta' tiftix u rappurtar

Is-sistema tinkludi:

(a)

għodod ta' tiftix xierqa li jippermettu l-irkupru faċli tad-dokumenti, id-dejta u l-metadejta tagħhom;

(b)

funzjoni ta' rappurtar li tippermetti l-ġenerazzjoni ta' rapporti fuq il-bażi ta' kriterji predefiniti, b'mod partikolari għad-dejta stipulata fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (4);

(c)

possibbiltà ta' rapporti ta' ssejvjar, esportazzjoni jew stampar imsemmija fil-punt (b), jew link għal ta' applikazzjoni esterna li tipprovdi din il-possibbiltà.

Artikolu 10

Dokumentazzjoni tas-sistema

L-awtorità maniġerjali tipprovdi dokumentazzjoni teknika dettaljata u funzjonali aġġornata dwar l-operazzjoni u l-karatteristiċi tas-sistema, aċċessibbli fuq talba minn entitajiet rilevanti responsabbli għall-immaniġġjar tal-programm, mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Id-dokumentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tagħti evidenza tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 11

Sigurtà tal-iskambju ta' informazzjoni

Is-sistema użata tkun protetta b'miżuri ta' sigurtà xierqa rigward il-klassifikazzjoni ta' dokumenti, il-protezzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta personali. Dawn il-miżuri jkunu konformi mal-istandards internazzjonali u r-rekwiżiti ġuridiċi nazzjonali.

Il-miżuri ta' sigurtà msemmija fl-ewwel paragrafu jipproteġu n-netwerks u l-faċilitajiet ta' trażmissjoni meta s-sistema tinteraġixxi ma' moduli u sistemi oħrajn.

Artikolu 12

Dћul fis-seћћ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegћu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta' metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta' kategoriji ta' intervent għall-Fondi ta' Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20).

(4)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat- 3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).


ANNESS I

Mudell għar-rappurtar dwar strumenti finanzjarji

Nru

Informazzjoni meħtieġa għal kull strument finanzjarju

I.   Identifikazzjoni tal-programm u l-prijorità jew il-miżura li minnhom jiġi pprovdut l-appoġġ mill-fondi ESI (l-Artikolu 46(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1

Assi prijoritarji jew miżuri li jappoġġjaw l-istrument finanzjarju, inkluż fond ta' fondi, skont il-programm ta' Fond ESI

1.1

Referenza (numru u titolu) ta' kull ass prijoritarju jew miżura li jappoġġjaw l-istrument finanzjarju skont il-programm ta' Fondi ESI

2

Isem il-Fond(i) ESI li jappoġġja(w) l-istrument finanzjarju skont l-ass prijoritarju jew il-miżura

3

Objettiv(i) tematiku/tematiċi msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 appoġġjat(i) mill-istrument finanzjarju

4

Programmi oħrajn tal-Fond ESI li jipprovdu kontribuzzjonijiet għall-istrument finanzjarju

4.1

Numru CCI ta' kull Fond ESI ieħor li jipprovdi kontribuzzjonijiet għall-istrument finanzjarju

II.   Deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju u l-arranġamenti ta' implimentazzjoni (l-Artikolu 46(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

5

Isem l-istrument finanzjarju

6

Indirizz uffiċjali/post tan-negozju tal-istrument finanzjarju (isem tal-pajjiż u l-belt)

7

Arranġamenti ta' implimentazzjoni

7.1

Strument finanzjarju stabbilit fil-livell tal-Unjoni, immaniġġjat direttament jew indirettament mill-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 38(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, appoġġjat minn kontribuzzjonijiet tal-programm tal-Fond ESI

7.1.1

Isem l-istrument finanzjarju fil-livell tal-Unjoni

7.2

Strument finanzjarju stabbilit fil-livell nazzjonali, reġjonali, tranżnazzjonali jew transfruntier, immaniġġjat mill-awtorità maniġerjali, jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, imsemmi fl-Artikolu 38(1)(b), appoġġjat mill-kontribuzzjonijiet tal-programm tal-Fond ESI taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

8

Tip tal-istrument finanzjarju

8.1

Strumenti mfassla apposta jew finanzjarji li jikkonformaw mat-termini u kundizzjonijiet standard

8.2

Strument finanzjarju organizzat permezz ta' fond ta' fondi jew mingħajr fond ta' fondi

8.2.1

Isem il-fond ta' fondi mwaqqaf biex jimplimenta strumenti finanzjarji

9

Tip ta' prodotti pprovduti mill-istrument finanzjarju: krediti, mikrokrediti, garanziji, investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità, prodotti finanzjarji oħrajn jew appoġġ ieħor magħqud mal-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 37(7) ta-Regolament (UE) Nru 1303/2013

9.1

Deskrizzjoni ta' prodotti finanzjarji oħrajn

9.2

Appoġġ ieħor magħqud mal-istrument finanzjarju: għotja, sussidju tar-rata tal-imgħax, sussidju ta' tariffa għal garanzija skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

10

Status ġuridiku tal-istrument finanzjarju, skont l-Artikolu 38(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (għal strumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 38(1)(b) biss): kont fiduċjarju miftuħ f'isem l-organu eżekuttiv u f'isem l-awtorità maniġerjali jew blokk separat ta' finanzi fl-istituzzjoni finanzjarja

III.   Identifikazzjoni tal-entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju kif imsemmi fl-Artikoli 38 (1)(a), 38(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u l-intermedjarji finanzjarji msemmija fl-Artikolu 38(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (l-Artikolu 46(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

11

Entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju

11.1

Tip ta' organu eżekuttiv skont l-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013: entità ġuridika eżistenti jew ġdida ddedikata għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji; il-Bank Ewropew tal-Investiment; il-Fond Ewropew tal-Investiment; istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li Stat Membru jkun azzjonist fiha; istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi Stat Membru bl-għan li jitħares l-interess pubbliku taħt il-kontroll ta' awtorità pubblika; korp regolat mil-liġi pubblika jew privata; awtorità maniġerjali li twettaq kompiti ta' implimentazzjoni direttament (għal self jew garanziji biss)

11.1.1

Isem l-entita li teżegwixxi l-istrument finanzjarju

11.1.2

Indirizz uffiċjali/post tan-negozju (isem il-pajjiż u l-belt) tal-entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju

12

Proċedura li tintgħażel l-entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju: għoti ta' kuntratt pubbliku proċedura oħra

12.1

Deskrizzjoni ta' proċedura oħra biex tintgħażel l-entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju

13

Data tal-firma tal-ftehim ta' finanzjament mal-entità li teżegwixxi l-istrument finanzjarju

IV.   L-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, bi prijorità jew miżura, imħallas lill-istrument finanzjarju u l-ispejjeż tal-immaniġġjar imġarrba jew il-ħlasijiet tal-immaniġġjar imħallsa (l-Artikolu 46(2)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

14

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm impenjati fil-ftehim ta' finanzjament (f'EUR)

14.1

li minnhom kontribuzzjonijiet għall-Fondi ESI (f'EUR)

15

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm imħallsa fl-istrument finanzjarju (f'EUR)

15.1

li minnhom ammonti ta' kontribuzzjonijiet għall-Fondi ESI (f'EUR)

15.1.1

li minnhom il-FEŻR (f'EUR)

15.1.2

li minnhom il-Fond ta' Koeżjoni (f'EUR)

15.1.3

li minnhom il-FSE (f'EUR)

15.1.4

li minnhom il-FAEŻR (f'EUR)

15.1.5

li minnhom il-FEMS (f'EUR)

15.2

li minnhom l-ammont totali ta' kofinanzjament nazzjonali (f'EUR)

15.2.1

li minnhom l-ammont totali ta' finanzjament pubbliku nazzjonali (f'EUR)

15.2.2

li minnhom l-ammont totali ta' finanzjament privat nazzjonali (f'EUR)

16

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm imħallsa fl-istrument finanzjarju skont l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) (1) (f'EUR)

17

L-ammont totali ta' spejjeż u tariffi ta' mmaniġġjar imħallsa minn kontribuzzjonijiet tal-Programm (f'EUR)

17.1

li minnhom ir-remunerazzjoni bażi (f'EUR)

17.2

li minnhom ir-remunerazzjoni abbażi tal-prestazzjoni (f'EUR)

18

Kostijiet tal-immaniġġjar kapitalizzati jew ħlasijiet skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (relevanti biss għal rapport finali) (f'EUR)

19

Sussidju tar-rata tal-imgħax jew sussidji ta' tariffa għal garanzija kapitalizzati skont l-Artikolu 42(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (relevanti għar-rapport finali biss) (f'EUR)

20

Ammont ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm għal investimenti ta' segwitu f'riċevituri finali skont l-Artikolu 42(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (relevanti għar-rapport finali biss) (f'EUR)

21

Kontribuzzjonijiet ta' art u/jew proprjetà immobbli fl-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 37(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (relevanti għar-rapport finali biss) (f'EUR)

V.   Ammont totali ta' appoġġ imħallas lir-riċevituri finali, jew għall-benefiċċju ta' riċevituri finali, jew impenjat f'kuntratti ta' garanzija mill-istrument finanzjarju għall-investimenti f'riċevituri finali, mill-Programm ta' Fondi ESI u l-prijorità jew il-miżura (l-Artikolu 46(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

22

Isem kull prodott finanzjarju offrut mill-istrument finanzjarju

23

Data tal-firma tal-ftehim ta' finanzjament għall-istrument finanzjarju

24

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm impenjati f'self, garanzija, kuntratti ta' ekwità, kważi ekwità jew kuntratti oħrajn ta' prodotti finanzjarji mar-riċevituri finali (f'EUR)

24.1

li minnhom l-ammont totali ta' Fondi ESI għall-kontribuzzjonijiet tal-Fondi ESI (f'EUR)

25

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm imħallas lir-riċevituri finali permezz ta' self, mikrokrediti, ekwità jew prodotti oħrajn, jew, fil-każ ta' garanziji, impenjati għal self imħallas lir-riċevituri finali, skont il-prodott (f'EUR)

25.1

li minnhom l-ammont totali ta' Fondi ESI għall-kontribuzzjonijiet tal-Fondi ESI (f'EUR)

25.1.1

li minnhom il-FEŻR (f'EUR)

25.1.2

li minnhom il-Fond ta' Koeżjoni (f'EUR)

25.1.3

li minnhom il-FSE (f'EUR)

25.1.4

li minnhom il-FAEŻR (f'EUR)

25.1.5

li minnhom il-FEMS (f'EUR)

25.2

li minnhom l-ammont totali ta' kofinanzjament pubbliku nazzjonali (f'EUR)

25.3

li minnhom l-ammont totali ta' kofinanzjament privat nazzjonali (f'EUR)

26

Il-valur totali ta' self li fil-fatt tħallas lir-riċevituri finali fir-rigward tal-kuntratti ta' garanzija ffirmati (f'EUR)

27

Numru ta' self/garanzija/kuntratti ta' ekwità jew ta' kważi ekwità/prodotti finanzjarji oħrajn iffirmati ma' riċevituri finali, skont il-prodott

28

Numru ta' self/garanziji/investimenti ta' ekwità jew ta' kważi ekwità/prodotti finanzjarji oħrajn magħmula fir-riċevituri finali, skont il-prodott

29

Numru ta' riċevituri finali appoġġjati mill-prodott finanzjarju

29.1

li minnhom impriżi kbar

29.2

li minnhom SMEs

29.2.1

li minnhom mikrointrapriżi

29.3

li minnhom individwi

29.4

li minnhom tip ieħor ta' riċevituri finali appoġġjati

29.4.1

deskrizzjoni ta' tip ieħor ta' riċevituri finali appoġġjati

VI.   Prestazzjoni tal-istrument finanzjarju inkluż il-progress fit-twaqqif tiegħu u fl-għażla tal-entitajiet li jeżegwixxu l-istrument finanzjarju (inkluża l-entità li teżegwixxi fond ta' fondi (l-Artikolu 46(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

30

Data ta' tlestija tal-valutazzjoni ex-ante

31

Għażla ta' organi li jeżegwixxu l-istrument finanzjarju

31.1

numru ta' ta' proċeduri ta' għażla diġà mnedija

31.2

numru ta' ftehimiet ta' finanzjament diġà ffirmati

32

Informazzjoni dwar jekk l-istrument finanzjarju kienx għadu jopera fi tmiem is-sena ta' rappurtar

32.1

Jekk l-istrument finanzjarju ma kienx jopera fi tmiem is-sena ta' rappurtar, id-data ta' stralċ

33

Numru totali ta' self żburżat inadempjenti jew numru totali ta' garanziji pprovduti u msejħa minħabba l-inadempjenza tas-self

34

Ammont totali ta' self żburżat inadempjenti (f'EUR) jew ammont totali impenjat għall-garanziji pprovduti u msejħa minħabba l-inadempjenza ta' self (f'EUR)

VII.   Imgħax u dħul ieħor iġġenerat b'appoġġ mill-Fondi ESI għall-istrument finanzjarju, riżorsi tal-Programm imħallsa lura lill-istrument finanzjarju minn investimenti kif imsemmi fl-Artikoli 43 u 44, u l-valur tal-investimenti ta' ekwità fir-rigward tas-snin preċedenti (l-Artikolu 46(2)(g) u (i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

35

Imgħax u dħul ieħor iġġenerat minn pagamenti minn programm ta' Fondi ESI lill-istrument finanzjarju (f'EUR)

36

Ammonti mħallsa mill-ġdid lill-istrument finanzjarju attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi ESI sat-tmiem tas-sena tar-rapportar (f'EUR)

36.1

li minnhom ħlasijiet lura kapitali (f'EUR)

36.2

li minnhom qligħ, qligħ ieħor u renditi (f'EUR)

37

Ammonti ta' riżorsi użati mill-ġdid, li tħallsu lura lill-istrument finanzjarju u huma attribwibbli għall-Fondi ESI.

37.1

li minnhom ammonti mħallsa għar-rimunerazzjoni preferenzjali ta' investituri privati jew investituri pubbliċi li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq, li jipprovdu riżorsi tal-kontraparti għall-appoġġ mill-Fondi ESI lill-istrument finanzjarju jew li jikkoinvestu fil-livell ta' riċevitur finali (f'EUR)

37.2

li minnhom ammonti mħallsa għar-rimborż tal-kostijiet ta' maniġment imġarrba u l-ħlas ta' tariffi ta' maniġment tal-istrument finanzjarju (f'EUR)

VIII.   Progress fil-kisba tal-effett ta' lieva mistenni ta' investimenti magħmula mill-istrument finanzjarju u l-valur tal-investimenti u l-parteċipazzjonijiet (l-Artikolu 46(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

38

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet oħrajn, barra fondi ESI, li nġabru mill-istrument finanzjarju (EUR)

38.1

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet oħrajn, barra mill-Fondi ESI, impenjati fil-ftehim ta' finanzjament mal-organu li jeżegwixxi l-istrument finanzjarju (f'EUR)

38.2

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet oħrajn, barra mill-Fondi ESI, imħallsa lill-istrument finanzjarju (f'EUR)

38.2.1

li minnhom kontribuzzjonijiet pubbliċi (EUR)

38.2.2

li minnhom kontribuzzjonijiet privati (EUR)

38.3

Ammont totali ta' kontribuzzjonijiet oħrajn, barra mill-Fondi ESI mobilizzati fil-livell tar-riċevituri finali (f'EUR)

38.3.1

li minnhom kontribuzzjonijiet pubbliċi (EUR)

38.3.2

li minnhom kontribuzzjonijiet privati (EUR)

39

Effett ta' lieva mistenni u miksub, b'referenza għall-ftehim ta' finanzjament

39.1

Effett ta' lieva mistenni għal self/garanzija/investiment ta' ekwità jew kważi ekwità/prodotti finanzjarji oħrajn, b'referenza għall-ftehim ta' finanzjament, skont il-prodott

39.2

Effett ta' lieva miksub fit-tmiem tas-sena tar-rapportar għal self/garanziji/investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità/prodotti finanzjarji oħrajn, skont il-prodott

40

Valur tal-investimenti u l-parteċipazzjonijiet, fir-rigward tas-snin preċedenti (f'EUR)

IX.   Kontribuzzjoni tal-istrument finanzjarju għall-kisba tal-indikaturi tal-prijorità jew miżura kkonċernata (l-Artikolu 46(2)(j) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

41

Indikatur tal-produzzjoni (numru tal-kodiċi u isem) li l-istrument finanzjarju jikkontribwixxi għalih

41.1

Valur fil-mira tal-indikatur tal-prestazzjoni

41.2

Valur miksub mill-istrument finanzjarju fir-rigward tal-valur fil-mira tal-indikatur tal-prestazzjoni


(1)  Dan jinkludi l-allokazzjoni speċifika tal-YEI u l-appoġġ korrispondenti tal-FSE.


ANNESS II

Standards grafiċi għall-ħolqien tal-emblema tal-Unjoni u d-definizzjoni tal-kuluri standard

DESKRIZZJONI SIMBOLIKA

Fuq sfond ta' sema ikħal, tnax-il stilla tad-deheb jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l-unjoni tal-popli tal-Ewropa. In-numru ta' stilel huwa fiss, u tnax huwa s-simbolu tal-perfezzjoni u l-unità.

DESKRIZZJONI ERALDIKA

Fuq sfond ta' ikħal ċar, ċirku ta' tnax-il ħuta tas-sura tal-buras, tad-deheb, u l-ponot tagħhom ma jmissux.

DESKRIZZJONI ĠEOMETRIKA

Image

L-emblema hi forma ta' bandiera rettangolari kaħla bl-ibgħad parti mill-arblu tkun darba u nofs it-tul tal-eqreb pati lejn l-arblu. Tnax-il stilla tad-deheb li jinsabu f'intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt ta' intersezzjoni tad-djagonali tar-rettangolu. Ir-raġġ taċ-ċirklu hu daqs terz tat-tul tal-eqreb parti tal-bandiera lejn l-arblu. Kull waħda mill-istilel għandha ħames ponot li jinsabu fiċ-ċirkumferenza ta' ċirku inviżibbli b' raġġ daqs wieħed minn tmintax tat-tul tal-eqreb parti tal-bandiera lejn l-arblu. L-istilel kollha huma rashom 'il fuq, jiġifieri b'ponta vertikali u żewġ ponot f'linja dritta f'angoli retti mal-arblu. Iċ-ċirku hu rranġat sabiex l-istilel ikunu fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ ta' arloġġ. L-għadd tagħhom ma jinbidilx.

IL-KULURI REGOLAMENTARI

L-emblema għandha dawn il-kuluri:

Il-BLU REFLEX PANTONE għall-wiċċ tar-rettangolu:

PANTONE YELLOW għall-istillel.

IL-PROĊESS TA' ERBA' KULURI

Jekk jintuża l-proċess ta' erba' kuluri, erġa' oħloq iż-żewġ kuluri standard billi tuża l-erba' kuluri tal-proċess ta' erba' kuluri.

L-ISFAR PANTONE jinkiseb bl-użu ta' 100 % “Process Yellow”.

IL-BLU REFLEX PANTONE jinkiseb bit-taħlita ta' 100 % “Process Cyan” u 80 % “Process Magenta”.

INTERNET

IL-BLU REFLEX PANTONE jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web RGB:0/51/153 (eżadeċimali: 003399) u L-ISFAR PANTONE jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web RGB: 255/204/0 (eżadeċimali: FFCC00).

IL-PROĊESS TAR-RIPRODUZZJONI MONOKROMJU

Bl-użu tal-iswed, pinġi r-rettangolu bl-iswed u stampa l-istilel bl-iswed fuq l-abjad.

Image

Meta tuża l-blu (Blu Reflex), uża 100 % bl-istilel riprodotti f'abjad negattiv.

Image

RIPRODUZZJONI FUQ SFOND KULURIT

Jekk ma hemmx alternattiva għal sfond ikkulurit, poġġi bordura bajda mar-rettangolu, b'wisa' li hu daqs 1/25 tal-għoli tar-rettangolu.

Image

29.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 822/2014

tat-28 ta' Lulju 2014

dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini taħt l-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati fir-rigward ta' roti prodotti fil-Kambodja rigward l-użu taħt kumulazzjoni ta' partijiet ta' roti li joriġinaw mill-Malasja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill- 1 ta' Jannar 2014, l-Unjoni tat preferenzi tariffarji ġeneralizzati lill-Kambodja.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinanti li għandha tintuża għall-għan tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (“SĠP”). Dak ir-Regolament jipprovdi għall-possibbiltà li jingħataw, f'ċerti ċirkostanzi definiti b'mod preċiż, derogi minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP. Id-dispożizzjonijiet ta' akkumulazzjoni reġjonali taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ġew emendati mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 530/2013, li kkjarifika li l-akkumulazzjoni reġjonali tista' tapplika biss fl-istess grupp reġjonali għal pajjiżi li, fil-mument ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni, huma benefiċjarji tal-SĠP. Dawn l-emendi mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 530/2013 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014.

(3)

Fil-15 ta' Mejju 2013, il-Kambodja ressqet talba għal perjodu ta' tranżizzjoni li skontha l-industrija tar-roti tal-Kambodja se tkompli tkun intitolata, bl-iskop li tkun determinata l-oriġini tar-roti tal-intestatura HS 8712 Esportazzjonijiet tal-Kambodja lejn l-Unjoni, li tqis il-partijiet li joriġinaw fil-Malasja u fis-Singapor bħala materjali li joriġinaw fil-Kambodja permezz ta' akkumulazzjoni reġjonali taħt l-iskema SĠP mill-1 ta' Jannar 2014, id-data li fiha japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' akkkumulazzjoni reġjonali emendati.

(4)

Il-Kambodja għandha industrija tar-roti dejjem tikber, iżda l-industrija għadha dgħajfa u kienet tiddependi fuq il-provvista ta' partijiet li joriġinaw minn pajjiżi ġirien li fl-imgħoddi kienu pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP u kienu jappartjenu għall-istess grupp ta' akkumulazzjoni reġjonali, b'mod partikolari s-Singapore u l-Malasja.

(5)

Permezz ta' ittra tad-9 ta' Awwissu 2013 il-Kummissjoni stiednet lill-Kambodja biex tagħti aktar informazzjoni. Fis-26 ta' Settembru 2013 il-Kambodja bagħtet it-tweġiba tagħha għal din it-talba, u minħabba f'hekk l-applikazzjoni tagħha kienet ikkunsidrata bħala kompluta.

(6)

Mill-1 ta' Jannar 2014, Singapor ma jibqax pajjiż eliġibbli u lanqas pajjiż benefiċjarju tas-SĠP u għalhekk il-possibilità ta' akkumulazzjoni ma' pajjiżi oħra tal-Grupp I ta' akkumulazzjoni reġjonali ma tibqax teżisti. Mill- 1 ta' Jannar 2014, il-Malasja ma tibqax pajjiż benefiċjarju tas-SĠP iżda tibqa' fil-lista tal-pajjiżi eliġibbli għall-SĠP.

(7)

Bħala konsegwenza, mill-1 ta' Jannar 2014, partijiet ta' roti li joriġinaw f'Singapor u l-Malasja ma jistgħux jitqiesu li joriġinaw fil-Kambodja taħt akkumulazzjoni reġjonali, li jipprevjeni l-Kambodja milli tissodisfa r-regola tal-oriġini applikabbli għal pajjiżi l-anqas żviluppati għal dan il-prodott (l-intestatura HS 8712). Fil-fatt, minkejja li dik ir-regola tippermetti l-użu sa 70 % ta' materjali mhux oriġinanti, is-sehem ta' materjali mhux oriġinanti f'ċerti roti mmuntati fil-Kambodja jaqbeż dak il-limitu.

(8)

Il-Kambodja ppreżentat, fis-sottomissjoni tagħha lill-Kummissjoni, pjanijiet biex tinkoraġġixxi lill-fabbrikanti biex jinvestu fil-pajjiż matul it-tliet snin li ġejjin bl-għan li tadatta l-industrija tagħha lejn indipendenza akbar fil-provvisti tagħha u fil-bini ta' industrija lokali li tforni materjali oriġinanti għal manifattura ta' roti. Sadanittant, skont il-Kambodja, sabiex l-industrija tibqa' vijabbli fi żmien qasir, il-fabbrikanti tal-Kambodja għad iridu jużuw il-partijiet tar-roti skont ir-regoli dwar l-akkumulazzjoni reġjonali, għal finijiet ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni taħt l-iskema tal-SĠP.

(9)

Għalhekk, il-Kambodja titlob deroga ta' tliet snin biex ikolli żmien biżżejjed biex tħejji lilha nnifisha għal konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini.

(10)

Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Kambodja, sabiex tkun tista tikkonsolida ġenwinament l-industrija tal-partijiet tar-roti, huwa meqjus li deroga illimitata mhix neċessarja għall-Kambodja. Għandha għalhekk tkun prevista limitazzjoni tal-kwantitajiet ta' roti li joriġinaw fi u esportati mill-Kambodja taħt din id-deroga, f'forma ta' kwota li l-kwantitajiet tagħha għandhom jonqsu tul it-tliet snin li matulhom din id-deroga għandha tkun applikabbli. Il-kwantitajiet ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-mudelli ta' roti li għalihom il-pajjiż jeħtieġ deroga biex jilħaq il-limitu ta' 70 % imsemmi hawn fuq u għandhom ikunu ġestiti skont ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(11)

Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-obbligu għall-awtoritajiet tal-Kambodja biex jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni id-dettalji tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini li nħarġu fi ħdan il-qafas tad-deroga.

(12)

Id-deroga għandha tikkonċerna prodotti tal-intestatura HS 8714 li joriġinaw mill-Malasja.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 86(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-Kambodja hija intitolata tuża partijiet ta' roti tal-intestatura HS 8714 li joriġinaw fil-Malasja skont ir-regoli tal-oriġini fil-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, taħt akkumulazzjoni tal-oriġini għall-produzzjoni ta' roti tal-intestatura HS 8712.

2.   Il-provi tal-oriġini għal dawn il-partijiet għandhom jitfasslu bl-istess mod kif previst fil-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 A tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 2

Id-deroga prevvista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għar-roti taħt l-intestatura HS 8712 esportati mill-Kambodja u ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mid-29 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2016 u sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma' dan ir-Regolament jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Il-kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikati ta' oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja skont dan ir-Regolament ikollha dawn id-dikjarazzjonijiet:

“Deroga — Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 822/2014”

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa tmiem ix-xahar ta' wara kull kwart tas-sena ċivili, dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu Formoli A taċ-ċertifikati tal-oriġini skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja jintrabtu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw konformità mal-Artikolu 1 u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament u li jqiegħdu u jżommu l-istrutturi u s-sistemi amministrattivi kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta ta' din id-deroga u kooperazzjoni amministrattiva, kemm mal-awtoritajiet tal-Malasja kif ukoll mal-Istati Membri, kif speċifikat fil-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 A tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(4)  Kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 530/2013 (ĠU L 159, 11.6.2013, p. 1).


ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi ĊN

Deskrizzjoni tal-prodotti

Is-sena

Kwantitajiet (f'unitajiet)

09.8094

8712

Roti u prodotti simili (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati

2014 (1)

2015

2016

400 000

300 000

150 000


(1)  Mid-29 ta' Lulju 2014.


29.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 823/2014

tat-28 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

TR

44,1

XS

56,8

ZZ

50,5

0707 00 05

MK

65,0

TR

81,4

ZZ

73,2

0709 93 10

TR

94,7

ZZ

94,7

0805 50 10

AR

123,5

BO

98,4

CL

153,3

NZ

145,2

TR

74,0

UY

114,6

ZA

133,9

ZZ

120,4

0806 10 10

BR

154,3

CL

81,7

EG

159,6

MA

154,4

TR

152,4

ZZ

140,5

0808 10 80

AR

93,9

BR

111,9

CL

115,4

NZ

130,3

US

159,4

ZA

116,6

ZZ

121,3

0808 30 90

AR

71,8

CL

81,4

NZ

177,1

ZA

90,3

ZZ

105,2

0809 10 00

MK

106,1

TR

240,9

XS

111,2

ZZ

152,7

0809 29 00

CA

664,5

TR

290,5

US

344,6

ZZ

433,2

0809 30

MK

72,6

TR

139,3

ZZ

106,0

0809 40 05

BA

55,3

MK

53,5

TR

141,2

ZZ

83,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

29.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Lulju 2014

dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudell li jintuża għall-għoti ta' informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni b'rabta mat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa

(notifikata bid-dokument C(2014) 5180)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/504/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tistipula l-mekkaniżmi u l-istrutturi għall-koordinazzjoni ta' reazzjonijiet għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa, inklużi l-ippjanar tat-tħejjija u r-reazzjoni relatati ma' dawn ir-reazzjonijiet.

(2)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) b'rabta mal-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni bil-ħsieb li jaqsmu l-aħjar prattika u esperjenza, jippromwovu l-interoperabbiltà tal-ippjanar ta' tħejjija nazzjonali, jindirizzaw id-dimensjoni intersettorjali fil-livell tal-Unjoni u jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti tal-kapaċità ewlenija għas-sorveljanza u r-reazzjoni kif imsemmi fir-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa (2005) (IHR).

(3)

L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE jistabbilixxi l-informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni fil-livell nazzjonali u jistipula li l-Istati Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sas-7 ta' Novembru 2014 u kull tliet snin wara dan.

(4)

Skont l-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-reviżjonijiet sostanzjali tal-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali.

(5)

Skont l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri skont l-Artikolu 4(2) u (3) u biex tħejji rapport ta' progress tematiku jew ta' sinteżi. Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), il-Kummissjoni għandha tibda diskussjonijiet f'waqthom mal-HSC, u fejn xieraq, abbażi ta' dan ir-rapport.

(6)

Skont l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta mudelli li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) u (3) sabiex tiġi żgurata r-rilevanza tagħha għall-objettivi identifikati fl-Artikolu 4(1) u l-komparabbiltà tagħha.

(7)

Sabiex jiġi evitat ir-rappurtar doppju, l-informazzjoni diġà pprovduta mill-Istati Membri lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (il-WHO) b'rabta mal-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet prinċipali għall-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni għandha tintuża għall-finijiet tar-rappurtar skont l-Artikolu 4(2)(a) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jistabbilixxi l-mudell li jrid jintuża mill-Istati Membri meta jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni tagħhom b'rabta mat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa skont l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1.


ANNESS

Mudell li jrid jintuża mill-Istati Membri għall-għoti ta' informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni b'rabta mat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa

Pajjiż:

Isem u indirizz tal-punt ta' kuntatt:

Data:

Huwa fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jagħżlu l-punt ta' kuntatt xieraq biex iwieġbu l-mistoqsijiet imsemmija hawn taħt. Madankollu, ikun utli jekk it-tweġibiet jingħataw b'kollaborazzjoni mal-punt ta' kuntatt nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa (IHR). Għandhom jitwieġbu l-mistoqsijiet kollha. Għal kull mistoqsija, jekk jogħġbok immarka biss valur wieħed rilevanti (iva, le, mhux applikabbli jew mhux magħruf) jekk ikun possibbli, jew ikteb test qasir ta' spjegazzjoni jekk il-mistoqsija teħtieġ tweġiba miftuħa. Jekk mistoqsija ma tkunx rilevanti għall-kuntest ta' pajjiżek, jekk jogħġbok ikteb dan fil-kaxxa tal-kummenti li tinsab fl-aħħar ta' kull taqsima flimkien mar-raġuni għaliex mhijiex applikabbli. F'konformità mal-Artikolu 4(2)(b) u (c) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE l-obbligu tal-għoti ta' informazzjoni skont il-Kapitoli II (Interoperabbiltà) u III (Kontinwità tan-Negozju) għandu japplika biss jekk dawn il-miżuri jew arranġamenti huma fis-seħħ jew jingħataw bħala parti mill-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni nazzjonali.

I.   L-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet prinċipali tal-IHR kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE

1

Jekk jogħġbok agħti kopja tal-aħħar tweġiba tiegħek tal-Kwestjonarju tal-WHO għall-Monitoraġġ tal-Progress fl-Implimentazzjoni tal-Kapaċitajiet Prinċipali tal-IHR fl-Istati Partijiet, u jekk possibbli tar-rapport tal-profil tal-pajjiż magħmul mil-WHO. Barra minn hekk, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja:

2.1

Lestejt l-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet prinċipali tal-IHR?

iva

le

 

 

2.2

Jekk le, x'kienet ir-raġuni?

 

 

3

Jekk jogħġbok ippreżenta — fejn tqis xieraq — l-ideat tiegħek dwar x'azzjoni għandhom jieħdu l-Kummissjoni, l-aġenziji tal-UE jew l-Istati Membri biex jiżguraw li fil-futur jinżammu u jissaħħu l-kapaċitajiet prinċipali tal-WHO.

 

 

4

Jekk jogħġbok niżżel — fejn tqis xieraq — kwalunkwe kumment jew kjarifika għall-mistoqsijiet ta' hawn fuq u jekk tqis neċessarju niżżel kull attività rilevanti li wettaq pajjiżek u li mhix riflessa f'dan il-kwestjonarju (jekk ikun meħtieġ, jistgħu jinhemżu paġni addizzjonali).

 

 

II.   L-interoperabbiltà bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE

F'konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE l-obbligu tal-għoti ta' informazzjoni għandu japplika biss jekk dawn il-miżuri jew arranġamenti huma fis-seħħ jew jingħataw bħala parti mill-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni nazzjonali.

L-istrutturi ta' koordinazzjoni nazzjonali għall-inċidenti transsettorjali kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(b)(i) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE jfissru l-istrutturi li għandhom funzjonijiet amministrattivi strateġiċi u ta' tfassil ta' politika, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-linja ta' kmand. Dan jista' jkun korp, kumitat jew task force. Iċ-ċentri operattivi ta' emerġenza nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(b)(ii) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE jfissru l-istrutturi u/jew l-arranġamenti operattivi bil-għan li jipprovdu funzjonijiet u għodod loġistiċi, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-komunikazzjoni, f'każ ta' theddid transkonfinali emerġenti serju għas-saħħa.

5.1

Hemm xi setturi oħra involuti fl-attivitajiet ta' ppjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni tas-settur tas-saħħa?

iva

le

mhux applikabbli

mhux magħruf

 

 

 

 

5.2

Jekk iva, għal liema tip ta' theddid li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 1082/2013/UE?

5.2.1

theddid ta' oriġini bijoloġika, li jikkonsisti minn:

5.2.1.1

mard li jittieħed, jekk jogħġbok speċifika aktar jekk dan huwa possibbli, bħal pereżempju

 

 

 

 

 

mard li jittieħed mill-ikel

 

 

 

 

 

mard żoonotiku

 

 

 

 

 

mard li jittieħed mill-ilma

 

 

 

 

 

mard ieħor li jittieħed, jekk jogħġbok speċifika

 

 

 

 

 

 

5.2.1.2

reżistenza għall-antimikrobiċi u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa relatati ma' mard li jittieħed

 

 

 

 

5.2.1.3

bijotossini jew aġenti bijoloġiċi dannużi oħra mhux relatati ma' mard li jittieħed

 

 

 

 

5.2.2

theddid ta' oriġini kimika

 

 

 

 

5.2.3

theddid ta' oriġini ambjentali

 

 

 

 

5.2.4

theddid ta' oriġini mhux magħrufa

 

 

 

 

5.2.5

avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu jew li ġew iddikjarati emerġenzi tas-saħħa pubblika ta' interess internazzjonali skont l-IHR, dejjem jekk jidħlu fil-kategoriji msemmija hawn fuq

 

 

 

 


 

6

Pajjiżek, liema jidentifika, minn dawn is-setturi li ġejjin, bħala kritiku f'każ ta' emerġenza assoċjata ma' theddid transkonfinali serju għas-saħħa?

7

Hemm Proċeduri Operattivi Standard (SOP) għall-koordinazzjoni tas-settur tas-saħħa ma' xi wieħed mis-setturi li ġejjin?

 

iva

le

mhux applikabbli

mhux magħruf

 

iva

le

mhux magħruf

l-enerġija

6.1

 

 

 

 

7.1

 

 

 

it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

6.2

 

 

 

 

7.2

 

 

 

it-trasport

6.3

 

 

 

 

7.3

 

 

 

l-ilma għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, l-operazzjonijiet farmaċewtiċi u s-servizzi sanitarji

6.4

 

 

 

 

7.4

 

 

 

l-agrikoltura inkluż is-settur veterinarju

6.5

 

 

 

 

7.5

 

 

 

is-sikurezza tal-ikel

6.6

 

 

 

 

7.6

 

 

 

il-provvista tal-ikel

6.7

 

 

 

 

7.7

 

 

 

l-industrija kimika

6.8

 

 

 

 

7.8

 

 

 

l-industrija farmaċewtika u dik li tipprovdi oġġetti ta' konsum għas-settur tal-kura tas-saħħa

6.9

 

 

 

 

7.9

 

 

 

il-pulizija u s-servizzi ta' emerġenza, is-servizzi tat-tifi tan-nar u tal-ambulanza

6.10

 

 

 

 

7.10

 

 

 

is-servizzi tal-ambjent lokali

6.11

 

 

 

 

7.11

 

 

 

is-servizzi funebri

6.12

 

 

 

 

7.12

 

 

 

l-armata

6.13

 

 

 

 

7.13

 

 

 

il-protezzjoni ċivili

6.14

 

 

 

 

7.14

 

 

 

l-amministrazzjoni pubblika

6.15

 

 

 

 

7.15

 

 

 

il-faċilitajiet xjentifiċi

6.16

 

 

 

 

7.16

 

 

 

il-faċilitajiett kulturali u tal-midja

6.17

 

 

 

 

7.17

 

 

 

is-settur volontarju

6.18

 

 

 

 

7.18

 

 

 

setturi oħra, jekk jogħġbok speċifika

 

6.19

 

 

 

 

7.19

 

 

 


8.1

Liema huma s-setturi kritiċi li s-settur tas-saħħa f'pajjiżek ma għandux arranġamenti ta' koordinazzjoni għalihom? (tweġiba mhux obbligatorja)

 

 

8.2

Liema huma s-setturi ta' prijorità li fihom trid titjieb il-koordinazzjoni mas-settur tas-saħħa? Jekk jogħġbok niżżel skont l-ordni ta' prijorità. (tweġiba mhux obbligatorja)

 

 

9.1

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-arranġamenti għall-istrutturi ta' koordinazzjoni strateġiċi (liġi nazzjonali jew SOPs) li huma fis-seħħ bħalissa mmirati biex jiżguraw l-interoperabbiltà bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra, inkluż is-settur veterinarju, li huma identifikati bħala kritiċi f'każ ta' emerġenza. Jekk jogħġbok niżżel is-setturi koperti b'dawn l-istrutturi ta' koordinazzjoni.

 

 

9.2

X'rabta hemm bejn ir-rappreżentazzjoni nazzjonali fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u l-istrutturi?

 

 

10

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-arranġamenti għaċ-ċentri operattivi (ċentri ta' kriżi) (liġi nazzjonali jew SOPs) li huma fis-seħħ bħalissa mmirati biex jiżguraw l-interoperabbiltà bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra, inkluż is-settur veterinarju, li huma identifikati bħala kritiċi f'każ ta' emerġenza. Jekk jogħġbok niżżel is-setturi koperti b'dawn l-istrutturi ta' koordinazzjoni.

 

 

11

L-interoperabbiltà bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra ġiet ittestjata fil-livell nazzjonali?

iva

le

mhux magħruf

 

 

 

12

Jekk jogħġbok niżżel — fejn tqis xieraq — kwalunkwe kumment jew kjarifika għall-mistoqsijiet ta' hawn fuq u niżżel kull attività rilevanti li wettaq pajjiżek (pereżempju permezz ta' eżerċizzji jew xprunata minn avvenimenti reali) (jekk ikun meħtieġ, jistgħu jinhemżu paġni addizzjonali):

 

 

III.   L-ippjanar tal-kontinwità tan-negozju kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(c) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE

F'konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE l-obbligu tal-għoti ta' informazzjoni għandu japplika biss jekk dawn il-miżuri jew arranġamenti huma fis-seħħ jew jingħataw bħala parti mill-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni nazzjonali.

L-ippjanar tal-kontinwità tan-negozju jirreferi għall-proċessi ta' ġestjoni u l-pjanijiet integrati li jżommu l-kontinwità tal-proċessi kritiċi tal-organizzazzjoni — dawk il-proċessi li jippermettu li negozju jipprovdi servizzi jew prodotti kritiċi — f'każ ta' avveniment li joħloq tfixkil. Il-kontinwità tan-negozju tinkludi l-aspetti kollha ta' organizzazzjoni li għandhom rwol importanti fis-sostenibbiltà ta' proċessi kritiċi, jiġifieri: in-nies, il-bini, il-fornituri, it-teknoloġiji, id-dejta, eċċ. Analiżi tal-impatt tan-negozju (BIA) tipprevedi l-konsegwenzi f'każ ta' tfixkil ta' funzjoni jew proċess ta' negozju u tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' rkupru.

13.1

Hemm pjanijiet nazzjonali tal-kontinwità tan-negozju li huma mmirati biex jiżguraw il-provvista kontinwa ta' servizzi u prodotti kritiċi fl-avveniment ta' emerġenza assoċjata mat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa kif iddefinit fid-Deċiżjoni 1082/2013/UE?

iva

le

mhux magħruf

 

 

 

13.2

Dawn il-pjanijiet nazzjonali tal-kontinwità tan-negozju huma ġeneriċi (ara l-mistoqsija 14) jew speċifiċi (ara l-mistoqsija 15)?

 

 

14.1

Liema huma s-servizzi tas-saħħa li jindirizzaw il-pjanijiet ġeneriċi? Jekk jogħġbok niżżilhom hawnhekk.

iva

le

mhux magħruf

14.1.1

is-servizz tas-saħħa primarja

 

 

 

14.1.2

l-isptarijiet

 

 

 

14.1.3

servizzi oħra, jekk jogħġbok speċifika

 

 

 

 

 

14.2

Jekk iva, liema huma s-servizzi l-oħra meqjusa bħala kritiċi, għajr dak tas-saħħa, li jindirizzaw dawn il-pjanijiet?

14.2.1

l-enerġija

 

 

 

14.2.2

it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

 

 

 

14.2.3

it-trasport

 

 

 

14.2.4

l-ilma għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, l-operazzjonijiet farmaċewtiċi u s-servizzi sanitarji

 

 

 

14.2.5

l-agrikoltura, inkluż is-settur veterinarju

 

 

 

14.2.6

is-sikurezza tal-ikel

 

 

 

14.2.7

il-provvista tal-ikel

 

 

 

14.2.8

l-industrija kimika

 

 

 

14.2.9

l-industrija farmaċewtika u dik li tipprovdi oġġetti ta' konsum għas-settur tal-kura tas-saħħa

 

 

 

14.2.10

il-pulizija u s-servizzi ta' emerġenza, is-servizzi tat-tifi tan-nar u tal-ambulanza

 

 

 

14.2.11

is-servizzi tal-ambjent lokali

 

 

 

14.2.12

is-servizzi funebri

 

 

 

14.2.13

l-armata

 

 

 

14.2.14

il-protezzjoni ċivili

 

 

 

14.2.15

l-amministrazzjoni pubblika

 

 

 

14.2.16

il-faċilitajiet xjentifiċi

 

 

 

14.2.17

il-faċilitajiett kulturali u tal-midja

 

 

 

14.2.18

is-settur volontarju

 

 

 

14.2.19

setturi oħra, jekk jogħġbok speċifika

 

 

 

 

 

14.3

Jekk iva, liema minn dawn l-elementi li ġejjin huma inklużi?

iva

Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi

le

mhux magħruf

14.3.1

analiżi tal-impatt tan-negozju

 

 

 

 

14.3.2

prijoritizzazzjoni tas-servizzi u l-funzjonijiet kritiċi permezz ta' valutazzjoni tal-impatt biex isir benefiċċju mill-interventi mediċi

 

 

 

 

14.3.3

taħriġ, eżerċiżżju, evalwazzjoni, aġġornament, validazzjoni

 

 

 

 

14.3.4

identifikazzjoni tal-persunal fundamentali biex jinżammu l-funzjonijiet kritiċi, il-ġestjoni tal-assenteiżmu tal-persunal biex jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq funzjonijiet kritiċi

 

 

 

 

14.3.5

ċarezza fir-rigward ta' strutturi ta' kmand, delegazzjonijiet ta' awtorità u ordnijiet ta' suċċessjoni

 

 

 

 

14.3.6

valutazzjoni tal-bżonn li jinħażnu riżervi strateġiċi ta' provvisti, materjal u tagħmir

 

 

 

 

14.3.7

identifikazzjoni ta' unitajiet, dipartimenti jew servizzi li fihom jistgħu jitnaqqsu l-impjegati jew li jistgħu jingħalqu

 

 

 

 

14.3.8

reklutaġġ u taħriġ ta' persunal alternattiv għar-rwoli kritiċi

 

 

 

 

14.3.9

valutazzjoni u ttestjar ta' modi biex jitnaqqas it-tfixkil soċjetali (eż. permezz tat-telekomunikazzjoni jew il-ħidma mid-dar u t-tnaqqis tal-għadd ta' laqgħat jew vjaġġi li jeħtieġu l-preżenza fiżika tal-ħaddiema)

 

 

 

 

14.3.10

l-ippjanar għal appoġġ tas-servizzi soċjali għall-ħaddiema essenzjali

 

 

 

 

14.3.11

l-ippjanar għal appoġġ tas-servizzi psikoloġiċi għall-ħaddiema sabiex jibqgħu effiċjenti

 

 

 

 

14.3.12

l-ippjanar għall-fażi ta' rkupru

 

 

 

 

14.3.13

elementi oħra, jekk jogħġbok speċifika

 

 

 

 

 

 

15.1

Liema theddid transkonfinali serju speċifiku għas-saħħa jindirizzaw il-pjanijiet speċifiċi? Jekk jogħġbok niżżel hawnhek skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 1082/2013/UE.

 

 

15.2

Liema huma s-servizzi tas-saħħa li jindirizzaw dawn il-pjanijiet? Jekk jogħġbok niżżilhom hawnhekk

iva

le

mhux magħruf

15.2.1

is-servizz tas-saħħa primarja

 

 

 

15.2.2

l-isptarijiet

 

 

 

15.2.3

servizzi oħra, jekk jogħġbok speċifika

 

 

 

 

 

15.3

Jekk iva, liema huma s-servizzi l-oħra li huma meqjusa bħala kritiċi, għajr dak tas-saħħa, li jindirizzaw dawn il-pjanijiet?

15.3.1

l-enerġija

 

 

 

15.3.2

it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

 

 

 

15.3.3

it-trasport

 

 

 

15.3.4

l-ilma għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, l-operazzjonijiet farmaċewtiċi u s-servizzi sanitarji

 

 

 

15.3.5

l-agrikoltura, inkluż is-settur veterinarju

 

 

 

15.3.6

is-sikurezza tal-ikel

 

 

 

15.3.7

il-provvista tal-ikel

 

 

 

15.3.8

l-industrija kimika

 

 

 

15.3.9

l-industrija farmaċewtika u dik li tipprovdi oġġetti ta' konsum għas-settur tal-kura tas-saħħa

 

 

 

15.3.10

il-pulizija u s-servizzi ta' emerġenza, is-servizzi tat-tifi tan-nar u tal-ambulanza

 

 

 

15.3.11

is-servizzi tal-ambjent lokali

 

 

 

15.3.12

is-servizzi funebri

 

 

 

15.3.13

l-armata

 

 

 

15.3.14

il-protezzjoni ċivili

 

 

 

15.3.15

l-amministrazzjoni pubblika

 

 

 

15.3.16

il-faċilitajiet xjentifiċi

 

 

 

15.3.17

il-faċilitajiett kulturali u tal-midja

 

 

 

15.3.18

is-settur volontarju

 

 

 

15.3.19

setturi oħra, jekk jogħġbok speċifika

 

 

 

 

 

15.4

Jekk iva, liema minn dawn l-elementi li ġejjin huma inklużi?

iva

Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi

le

mhux magħruf

15.4.1

analiżi tal-impatt tan-negozju

 

 

 

 

15.4.2

prijoritizzazzjoni tas-servizzi u l-funzjonijiet kritiċi permezz ta' valutazzjoni tal-impatt biex isir benefiċċju mill-interventi mediċi

 

 

 

 

15.4.3

taħriġ, eżerċiżżju, evalwazzjoni, aġġornament, validazzjoni

 

 

 

 

15.4.4

identifikazzjoni tal-persunal essenzjali biex jinżammu l-funzjonijiet kritiċi, il-ġestjoni tal-assenteiżmu tal-persunal biex jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq funzjonijiet kritiċi

 

 

 

 

15.4.5

ċarezza fir-rigward ta' strutturi ta' kmand, delegazzjonijiet ta' awtorità u ordnijiet ta' suċċessjoni

 

 

 

 

15.4.6

valutazzjoni tal-bżonn li jinħażnu riżervi strateġiċi ta' provvisti, materjal u tagħmir

 

 

 

 

15.4.7

identifikazzjoni ta' unitajiet, dipartimenti jew servizzi li fihom jistgħu jitnaqqsu l-impjegati jew li jistgħu jingħalqu

 

 

 

 

15.4.8

reklutaġġ u taħriġ ta' persunal alternattiv għall-karigi kritiċi

 

 

 

 

15.4.9

valutazzjoni u ttestjar ta' modi biex jitnaqqas it-tfixkil soċjetali (eż. permezz tat-telekomunikazzjoni, jew il-ħidma mid-dar u t-tnaqqis tal-għadd ta' laqgħat jew vjaġġi li jeħtieġu l-preżenza fiżika tal-ħaddiema)

 

 

 

 

15.4.10

l-ippjanar għal appoġġ tas-servizzi soċjali għall-ħaddiema essenzjali

 

 

 

 

15.4.11

l-ippjanar għal appoġġ tas-servizzi psikoloġiċi għall-ħaddiema sabiex jibqgħu effiċjenti

 

 

 

 

15.4.12

l-ippjanar għall-fażi ta' rkupru

 

 

 

 

15.4.13

elementi oħra, jekk jogħġbok speċifika

 

 

 

 

 

 

16

Jeżistu pjanijiet tal-kontinwità tan-negozju għall-Punti tad-Dħul kif imsemmija fl-IHR?

iva

le

mhux magħruf

 

 

 

17

Jekk jogħġbok niżżel — fejn tqis xieraq — kwalunkwe kumment jew kjarifika għall-mistoqsijiet ta' hawn fuq u niżżel kull attività rilevanti li wettaq pajjiżek (jekk ikun meħtieġ, jistgħu jinhemżu paġni addizzjonali):

 

 

IV.   Ir-reviżjoni tal-pjanijiet ta' tħejjija nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE

L-għan prinċipali ta' dan il-kapitolu huwa li tinkiseb informazzjoni dwar l-istat attwali fl-Istati Membri. Madankollu, skont l-Artikolu 4(3), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni bl-użu ta' dan il-mudell meta jirrevedu sostanzjalment l-ippjanar ta' tħejjija nazzjonali fuq inizjattiva tagħhom u indipendentament minn kull talba tal-Kummissjoni.

18.1

Meta saru r-reviżjonijiet sostanzjali għall-ippjanar ta' tħejjija nazzjonali tiegħek?

 

 

Jekk jogħġbok niżżel id-dettalji tal-bidliet sostanzjali fil-format ipprovdut taħt il-Kapitoli I, II u III ta' dan l-Anness.