ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 214

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
19 ta' Lulju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċtu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjoniali

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 783/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 784/2014 tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIb, XII u XIVminn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 785/2014 tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bakkaljaw fi Skagerrak minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2014 tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-arġentina silus fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2014 tas-16 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għas-sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IVb, IVc u VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

12

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 789/2014 tat-18 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/475/PESK tat-18 ta' lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

28

 

 

2014/476/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2014 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fl-Isvezja u li tħassar id-Deċiżjoni 97/370/KE (notifikata bid-dokument C(2014) 4946)

29

 

 

2014/477/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Lulju 2014 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapporata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (BĊE/2014/29)

34

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2014/478/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2014 dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta' servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn ( 1 )

38

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 131 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistemi Avvanzati ta' Bbrejkjar ta' Emerġenza (AEBS)

47

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċtu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjoniali

Il-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (1) ser jidħol fis-seħħ fit-3 ta' April 2014.


(1)  ĠU L 89, 25.3.2014, p. 7.


REGOLAMENTI

19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 783/2014

tat-18 ta' Lulju 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u jipprevedi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet trasferita b'mod li jmur kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment.

(2)

Fis-16 ta' Lulju 2014, il-Kunsill Ewropew qabel li jespandi l-miżuri restrittivi, bil-ħsieb li jiġu mmirati entitajiet, inkluż mill-Federazzjoni Russa, li qegħdin jappoġġaw b'mod materjali jew finanzjarju azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Ukraina.

(3)

Fit-18 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/475/PESK (3)li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK u tipprevedi kriterji ta' elenkar emendati biex jippermettu l-elenkar ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li qed jappoġġaw b'mod materjali jew finanzjarju azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

(4)

Din l-emenda taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-Istati Membri kollha, hemm bżonn azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Anness I għandu jinkludi:

(a)

persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom;

(b)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li qed jappoġġaw b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina; jew

(c)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet trasferita b'mod li jmur kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/475/PESK tat-18 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ara paġna 28 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 784/2014

tal-15 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIb, XII u XIVminn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESSI

Nru

12/TQ43

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

HAD/6B1214

Speċi

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIb, XII u XIV

Data tal-għeluq

25.6.2014


19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 785/2014

tal-15 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bakkaljaw fi Skagerrak minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESSI

Nru

13/TQ43

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

COD/03AN.

Speċi

Bakkaljaw (Gadus morhua)

Żona

Is-Skagerrak

Data tal-Għeluq

26.6.2014


19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 786/2014

tal-15 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-arġentina silus fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

11/TQ43

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

ARU/567.

Speċi

Arġentina silus (Argentina silus)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

Data tal-Għeluq

25.6.2014


19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 787/2014

tas-16 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għas-sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IVb, IVc u VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

14/TQ43

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

JAX/4BC7D

Speċi

Sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati (Trachurus spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IVb, IVc u VIId

Data tal-Għeluq

28.6.2014


19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 788/2014

tat-18 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali fuq organizzazzjonijiet rikonoxxuti, skont kif stipulat fl-Artikolu 2 tal-istess Regolament, jew li tirtira r-rikonoxximent tagħhom, biex jiġi żgurat li jiġu infurzati l-kriterji u l-obbligi stabbiliti skont l-istess Regolament bl-għan preċiż li jiġu eliminati kwalunkwe theddidiet possibbli għas-sikurezza jew għall-ambjent.

(2)

Huwa fl-interess tat-trasparenza li jiġu stabbiliti, b'konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, regoli ta' proċedura dettaljati għat-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll il-metodoloġija għall-kalkolu mill-Kummissjoni ta' multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali, inklużi l-kriterji speċifiċi biex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta s-serjetà u l-implikazzjonijiet ta' każijiet ta' ksur fir-rigward tas-sikurezza u tal-ħarsien tal-ambjent, sabiex din il-metodoloġija tkun magħrufa minn qabel mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati.

(3)

Permezz tal-introduzzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, il-Kummissjoni għandu jkollha għodda supplimentari, li permezz tagħha tkun tista' tagħti risposta iktar sottili, flessibbli u gradwata fir-rigward ta' ksur tar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 minn organizzazzjoni rikonoxxuta, meta mqabbel mal-irtirar tar-rikonoxximent tagħha.

(4)

Ħlasijiet perjodiċi ta' penali għandhom ikunu effettivi fl-għan tagħhom li jiġi żgurat li kwalunkwe ksur tal-obbligi u tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 391/2009 jiġi rimedjat fil-pront u b'mod xieraq. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tapplika ħlasijiet perjodiċi ta' penali meta organizzazzjoni rikonoxxuta tkun naqset milli twettaq l-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' rimedju meħtieġa mill-Kummissjoni, wara perjodu raġonevoli u sa meta l-azzjonijiet meħtieġa jkunu ttieħdu mill-organizzazzjoni rikonoxxuta. Jekk ikun meħtieġ, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, l-ammont ta' kuljum tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali jista' jiżdied b'mod gradwali biex jirrifletti l-urġenza tal-azzjonijiet mitluba.

(5)

Filwaqt li wieħed għandu jżomm f'moħħu l-limitu massimu stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009, il-kalkolu tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali bħala frazzjoni tal-fatturat tal-organizzazzjoni huwa metodu sempliċi li permezz tiegħu l-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali jitfasslu b'mod li jkollhom effett ta' deterrent, filwaqt li jibqgħu proporzjonati fir-rigward tas-severità kemm tal-każ kif ukoll tal-kapaċità ekonomika tal-organizzazzjoni kkonċernata, fid-dawl tad-daqsijiet differenti tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

(6)

L-applikazzjoni tal-limitu tal-ogħla ammont aggregat għall-multi u għall-ħlasijiet perjodiċi ta' penali għandha tiġi stabbilita b'mod ċar filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi differenti fejn din kieku tapplika, fl-interessi tat-trasparenza u taċ-ċertezza legali. Għall-istess raġunijiet, għandu jiġi stabbilit ukoll il-mod li bih jiġi kkalkulat il-fatturat medju totali għat-tliet snin finanzjarji preċedenti għal kull organizzazzjoni rikonoxxuta fir-rigward tal-attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

(7)

Huwa xieraq li deċiżjoni biex jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 għandha tqis il-fatturi kollha marbuta mal-għan kumplessiv tal-monitoraġġ tal-operazzjonijiet u tal-prestazzjoni globali tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, inkluż l-effikaċja ta' kwalunkwe multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali li jkunu diġà ġew imposti minħabba ksur ripetut u serju ta' dak ir-Regolament.

(8)

Għandha tiġi stabbilita proċedura speċifika sabiex il-Kummissjoni tkun tista', kemm fuq inizjattiva tagħha stess kif ukoll fuq talba ta' Stat Membru jew ta' Stati Membri, tirtira r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009, u b'konformità mas-setgħat tal-Kummissjoni li tivvaluta organizzazzjonijiet rikonoxxuti u timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali mal-proċeduri assoċjati stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(9)

Huwa importanti li deċiżjoni biex jiġu imposti multi, ħlasijiet perjodiċi ta' penali jew biex iseħħ l-irtirar tar-rikonoxximent skont dan ir-Regolament tkun ibbażata b'mod esklussiv fuq raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata jkun irnexxielha tressaq l-osservazzjonijiet tagħha.

(10)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt tad-difiża u l-prinċipji ta' kunfidenzjalità u ta' ne bis in idem, skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi u skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Id-deċiżjonijiet li jimponu multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali b'konformità ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal eżami min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Sabiex jiġu żgurati l-ġustizzja u ċ-ċertezza legali fit-tmexxija tal-proċedura, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati biex jiġu kkalkulati l-limiti ta' żmien stabbiliti mill-Kummissjoni waqt li tkun qed issir il-proċedura u waqt il-perjodi ta' preskrizzjoni li japplikaw għall-Kummissjoni għall-impożizzjoni u għall-infurzar ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, filwaqt li għandha titqies ukoll id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

(13)

L-infurzar ta' dan ir-Regolament jeħtieġ kooperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima. Għal dak l-iskop, jeħtieġ li d-drittijiet u l-obbligi ta' kull waħda minn dawn il-partijiet fil-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu ċċarati, sabiex jiġi żgurat li l-inkjesta, it-teħid ta' deċiżjonijiet u l-proċess ta' segwitu jsiru b'mod effettiv skont l-Artikoli 6 u 7 tar- Regolament (KE) Nru 391/2009.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), li ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Ir-Regolament jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 mill-Kummissjoni.

Dan jistipula l-kriterji li jintużaw biex jiġu stabbiliti l-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali ta' penali, il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet li permezz tagħha tiġi imposta multa jew ħlas perjodiku ta' penali jew biex jitwettaq l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjoni rikonoxxuta fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jew fuq talba ta' Stat Membru.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

“Stat Membru kkonċernat” tfisser kwalunkwe Stat Membru li jkun qabbad organizzazzjoni rikonoxxuta biex twettaq l-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni ta' bastimenti rreġistrati taħt il-bandiera tiegħu sabiex jiġi stabbilit jekk dawn humiex konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali, bi qbil mad-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (3), inkluż l-Istat Membru li jkun ressaq it-talba lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta' dik l-organizzazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

KAPITOLU II

MULTI U ĦLASIJIET PERJODIĊI TA' PENALI

Artikolu 3

Identifikazzjoni ta' ksur

1.   Il-Kummissjoni għandha tidentifika ksur skont l- Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 meta:

(a)

in-nuqqas serju jew ripetut min-naħa ta' organizzazzjoni rikonoxxuta li tissodisfa wieħed mill-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, jew l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8(4), 9, 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 jiżvela nuqqasijiet serji fl-istruttura, fis-sistemi, fi-proċeduri jew fil-kontrolli interni ta' organizzazzjoni rikonoxxuta;

(b)

il-prestazzjoni li tkun dejjem sejra għall-agħar ta' organizzazzjoni rikonoxxuta, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/491/KE (4), turi li jkun hemm nuqqasijiet serji fl-istruttura, fis-sistemi, fil-proċeduri jew fil-kontrolli interni ta' organizzazzjoni rikonoxxuta;

(c)

organizzazzjoni rikonoxxuta tkun tat informazzjoni inkorretta, mhux kompleta jew qarrieqa lill-Kummissjoni b'mod intenzjonali waqt l-evalwazzjoni tagħha, jew tkun ostakolat b'mod ieħor din l-evalwazzjoni.

2.   Fi kwalunkwe' proċedura ta' ksur skont dan ir-Regolament, l-oneru tal-prova ta' ksur għandu jkun f'idejn il-Kummissjoni.

Artikolu 4

Kalkolu ta' multi

1.   Għal kull ksur, inizjalment għandha tingħata multa bażika ta' 0,6 % tal-medja tad-dħul totali tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, kif iddeterminat b'konformità mal-Artikolu 9, skont kif stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

2.   Għall-kalkolu tal-multa individwali għal kull ksur, il-multa bażika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżdied jew titnaqqas, fuq il-bażi tas-severità u tal-effetti tal-ksur, b'mod partikolari l-punt sa fejn ikunu ġew kompromessi s-sigurtà u l-ħarsien tal-ambjent, b'konformità, rispettivament, mal-Artikoli 5 u 6.

3.   L-ammont massimu ta' kull multa individwali m'għandux ikun ogħla minn 1,8 % tal-medja tad-dħul totali tal-organizzazzjoni rikonoxxuta.

4.   Fejn żewġ każijiet jew aktar ta' ksur skont l-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 ikollhom bħala l-bażi unika tagħhom azzjoni jew ommissjoni stabbilita bi qbil mal-Artikolu 3(1)(a) ta' dan ir-Regolament, il-multa individwali konkorrenti għandha tikkonsisti mill-ammont tal-ogħla multa individwali kkalkulata għall-ksur sottostanti.

5.   Il-multa totali imposta fuq organizzazzjoni rikonoxxuta f'deċiżjoni waħda għandha tikkonsisti mill-ammont totali tal-multi individwali kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għal-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, kif stabbilit fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Valutazzjoni tas-severità ta' ksur

Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni tas-severità ta' kull każ ta' ksur, il-Kummissjoni għandha tqis iċ-ċirkostanzi aggravanti u attenwanti rilevanti kollha, u b'mod partikolari dawn li ġejjin:

(a)

jekk l-organizzazzjoni aġixxietx b'negliġenza jew intenzjoni;

(b)

l-għadd ta' azzjonijiet jew ommissjonijiet tal-organizzazzjoni rikonoxxuta li jagħtu lok għall-ksur;

(c)

jekk il-ksur jaffettwax jew le uffiċċji iżolati, żoni ġeografiċi jew lill-organizzazzjoni kollha;

(d)

l-okkorrenza rikorrenti tal-azzjonijiet jew tal-ommissjonijiet li jwasslu għall-ksur;

(e)

it-tul ta' żmien tal-ksur;

(f)

rappreżentazzjoni żbaljata tal-kondizzjoni proprja ta' vapuri fiċ-ċertifikati u fid-dokumenti ta' konformità mogħtija mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, jew l-inklużjoni ta' informazzjoni żbaljata jew qarrieqa fl-istess ċertifikati u dokumenti ta' konformità;

(g)

sanzjonijiet preċedenti, inkluż multi, imposti fuq l-istess organizzazzjoni rikonoxxuta;

(h)

jekk il-ksur jirriżulta minn ftehim bejn organizzazzjonijiet rikonoxxuti jew minn prattika miftiehma, li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom il-ksur tal-kriterji u tal-obbligi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 391/2009;

(i)

il-grad ta' diliġenza u kooperazzjoni tal-organizzazzjoni rikonoxxuta fl-iskoperta tal-azzjonijiet jew tal-ommissjonijiet rilevanti, kif ukoll fid-determinazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Valutazzjoni tal-effetti ta' ksur

Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni tal-effetti ta' kull każ ta' ksur, b'mod partikolari l-punt sa fejn ikunu ġew kompromessi s-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tqis iċ-ċirkostanzi aggravanti u attenwanti rilevanti kollha, u b'mod partikolari dawn li ġejjin:

(a)

in-natura u d-daqs tan-nuqqasijiet li proprjament jew li possibbilment jistgħu jaffettwaw lill-flotta ċertifikata mill-organizzazzjoni, li l-istess organizzazzjoni, bħala riżultat tal-ksur, tkun naqset milli tidentifika jew li ma tkunx kapaċi li tidentifikahom, jew li ma tkunx kapaċi li titlob il-korrezzjoni f'waqtha tagħhom, filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod partikolariil-kriterji għad-detenzjoni ta' vapur stabbiliti fl-Anness X tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port;

(b)

il-proporzjon tal-flotta ċertifikata mill-organizzazzjoni li hija proprjament jew potenzjalment affettwata;

(c)

kwalunkwe ċirkostanza oħra li toħloq riskji speċifiċi identifikabbli, bħal pereżempju t-tip tal-bastimenti li huma proprjament jew potenzjalment affettwati.

Artikolu 7

Ħlasijiet perjodiċi ta' penali

1.   Ħlasijiet perjodiċi ta' penali, kif imsemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, jistgħu jiġu imposti mill-Kummissjoni fuq l-organizzazzjoni kkonċernata, mingħajr ħsara għall-multi imposti skont l-Artikolu 3, sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni preventiva u ta' rimedju kif meħtieġ mill-Kummissjoni waqt il-valutazzjoni tagħha tal-organizzazzjoni rikonoxxuta.

2.   Fid-deċiżjoni li timponi multi skont l-Artikolu 3, il-Kummissjoni tista' wkoll tistabbilixxi ħlasijiet perjodiċi ta' penali li għandhom jiġu imposti fuq l-organizzazzjoni rikonoxxuta jekk u sakemm din tonqos milli tieħu azzjoni ta' rimedju jew iddum b'mod mhux ġustifikat biex tieqaf milli twettaq dan il-ksur.

3.   Id-deċiżjoni li permezz tagħha jiġu imposti l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali għandha tiddetermina l-limitu ta' żmien li fih l-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha ġġib lilha nnifisha konformi mal-azzjoni meħtieġa.

4.   Il-ħlasijiet perjodiċi ta' penali għandhom japplikaw mill-ewwel jum wara li jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit skont il-paragrafu 3 sal-jum meta tittieħed azzjoni xierqa ta' rimedju mill-organizzazzjoni, bil-kundizzjoni li l-azzjoni ta' rimedju tiġi meqjusa bħala li hi sodisfaċenti mill-Kummissjoni.

5.   L-ammont bażiku ta' kuljum tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali għal kull ksur għandu jkun ta' 0,0033 % tal-medja tad-dħul totali tal-organizzazzjoni rikonoxxuta kkalkulat skont l-Artikolu 9. Għall-kalkolu tal-ammont individwali tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali għal kull ksur, l-ammont bażiku għandu jkun aġġustat skont is-severità tal-ksur filwaqt li jitqies il-grad sa fejn ikunu ġew kompromessi s-sikurezza jew il-ħarsien tal-ambjent, fid-dawl tal-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-Kummissjoni tista', fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, u b'mod partikolari fid-dawl tal-urġenza tal-azzjoni ta' rimedju li għandha titwettaq mill-organizzazzjoni kkonċernata, tiddeċiedi li żżid l-ammont ta' kuljum tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali sal-limiti li ġejjin:

(a)

meta l-organizzazzjoni rikonoxxuta taqbeż il-limitu ta' żmien stabbilit skont il-paragrafu 3 b'aktar minn 120 jum, mill-mija u wieħed u għoxrin jum sat-tliet mitt jum mill-iskadenza tal-limitu ta' żmien, 0,005 % tal-fatturat medju totali tal-organizzazzjoni għal kull jum li jgħaddi, ikkalkulat b'konformità mal-Artikolu 9;

(b)

meta l-organizzazzjoni rikonoxxuta taqbeż il-limitu ta' żmien stabbilit skont il-paragrafu 3 b'aktar minn 300 jum, mit-tliet mitt jum u wieħed mill-iskadenza tal-limitu ta' żmien, 0,01 % tal-fatturat medju totali tal-organizzazzjoni għal kull jum li jgħaddi, ikkalkulat b'konformità mal-Artikolu 9.

7.   L-ammont totali ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali imposti skont dan l-Artikolu, kemm jekk imposti weħidhom kif ukoll jekk imposti flimkien ma' multi, m'għandux jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, kif stipulat fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Determinazzjoni tal-ammont aggregat massimu ta' multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali

L-ammont aggregat massimu ta' multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali imposti fuq l-organizzazzjoni rikonoxxuta, kif stabbilit fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

l-ammont aggregat tal-multi imposti fuq organizzazzjoni rikonoxxuta skont l-Artikolu 4 fi żmien sena finanzjarja waħda għal dik l-organizzazzjoni, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-data tad-deċiżjoni li jiġu imposti l-multi u, f'każ li jkun hemm aktar minn deċiżjoni waħda biex jiġu imposti multi fuq dik l-organizzazzjoni, id-data tal-ewwel deċiżjoni li permezz tagħha tkun ġiet imposta multa fuq dik l-organizzazzjoni, m'għandux jaqbeż il-5 % tal-fatturat medju totali ta' dik l-organizzazzjoni, ikkalkulat b'konformità mal-Artikolu 9;

(b)

l-ammont globali tal-multi imposti fuq organizzazzjoni rikonoxxuta skont l-Artikolu 4 fi żmien sena waħda ta' negozju għal dik l-organizzazzjoni, stabbilit bi qbil mal-paragrafu 1, u l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali imposti fl-istess deċiżjonijiet b'konformità mal-Artikolu 7(2), li għandhom jibqgħu jakkumulaw għat-tul taż-żmien kollu li fih ma titteħidx azzjoni xierqa ta' rimedju mill-organizzazzjoni, m'għandhomx jaqbżu l-5 % tal-fatturat medju totali ta' dik l-organizzazzjoni, kif ikkalkulati skont l-Artikolu 9. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-irkupru tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali mill-Kummissjoni m'għandux jaqbeż il-5 %;

(c)

l-ammont aggregat tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali imposti fuq organizzazzjoni rikonoxxuta b'konformità mal-Artikolu 7(1) u li jkunu akkumulaw tul żmien li fih ma tkunx ittieħdet azzjoni ta' prevenzjoni jew ta' rimedju mill-organizzazzjoni m'għandux jaqbeż il-5 % tal-fatturat medju totali ta' dik l-organizzazzjoni, kif ikkalkulat skont l-Artikolu 9. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-irkupru tal-ħlasijiet perjodiċi ta' penali mill-Kummissjoni m'għandux jaqbeż il-limitu ta' 5 %.

Artikolu 9

Kalkolu tal-valur tal-fatturat

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-fatturat medju totali tal-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata għandu jkun terz tal-ammont li jirriżulta meta jingħaddu flimkien il-fatturat aggregat tal-kumpanija prinċipali detentriċi tar-rikonoxximent u tal-entitajiet legali kollha li jinsabu inklużi f'dak ir-rikonoxximent fi tmiem kull sena.

2.   Fil-każ ta' grupp b'kontijiet konsolidati ċertifikati, fir-rigward tal-entità prinċipali u l-entitajiet legali kollha inklużi f'dak il-grupp u li huma inklużi fir-rikonoxximent fi tmiem kull sena kummerċjali, il-fatturat li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jkun id-dħul konsolidat ta' dawk l-entitajiet.

3.   Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu kkunsidrati biss l-attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

KAPITOLU III

L-IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT

Artikolu 10

L-irtirar tar-rikonoxximent

1.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1), punti (a) sa (e) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tadotta deċiżjoni biex tirtira r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni.

2.   Sabiex jiġi stabbilit jekk nuqqas ripetut u serju jikkostitwixxix theddida mhux aċċettabbli għas-sigurtà jew għall-ambjent skont l-Artikolu 7(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, għandhom jiġu kkunsidrati l-elementi li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni u ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, b'mod partikolari fid-dawl taċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament;

(b)

il-kriterji u, skont il-każ, il-limiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/491/KE.

3.   Meta l-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali imposti fuq organizzazzjoni rikonoxxuta jilħqu l-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 u l-organizzazzjoni rikonoxxuta tkun għadha ma ħaditx azzjoni korrettiva xierqa, il-Kummissjoni għandha tqis dawn il-miżuri bħala li ma jkunux kisbu l-għan tagħhom li jneħħu kull theddida possibbli għas-sikurezza jew għall-ambjent.

Artikolu 11

Proċedura għall-irtirar tar-rikonoxximent fuq talba ta' Stat Membru

1.   Fejn Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni b'konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, dan għandu jindirizza t-talba lill-Kummissjoni bil-miktub.

2.   L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jispjega r-raġunijiet għat-talba tiegħu b'mod dettaljat u eżawrjenti, u billi jirreferi, kif xieraq, għall-kriterji mniżżla fl-Artikolu 7(1) u għaċ-ċirkostanzi mniżżla fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, kif ukoll għaċ-ċirkostanzi mniżżla fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jagħti lill-Kummissjoni l-provi kollha bil-miktub meħtieġa u li jappoġġjaw it-talba tiegħu. Dawn għandhom jiġu klassifikati u numerati b'mod xieraq.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat konferma bil-miktub li tkun waslitilha t-talba tal-Istat Membru.

5.   Fejn il-Kummissjoni tqis li hemm bżonn ta' aktar informazzjoni, kjarifiki jew evidenza biex tittieħed deċiżjoni, din għandha tgħarraf lill-Istat Membru li jkun għamel it-talba u tistiednu sabiex jissupplimenta s-sottomissjoni tiegħu kif xieraq fi ħdan limitu ta' żmien indikat, li ma għandux ikun ta' inqas minn erba' ġimgħat. It-talba tal-Istat Membru m'għandhiex titqies bħala li hi kompluta qabel ma jiġi pprovdut it-tagħrif kollu meħtieġ.

6.   Fi żmien sena minn meta tirċievi talba kompluta, il-Kummissjoni, jekk tikkonkludi li t-talba tal-Istat Membru hija ġustifikata, għandha tibgħat dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet lill-organizzazzjoni kkonċernata b'konformità mal-Artikolu 12, bl-iskop li tirtira r-rikonoxximent tagħha skont dan ir-Regolament. F'dan il-każ, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jingħata l-konsiderazzjoni u d-drittijiet ta' Stat Membru kkonċernat skont il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

Jekk, fl-istess limitu ta' żmien, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-talba tal-Istat Membru mhijiex ġustifikata, din għandha tgħarraf lill-Istat Membru li jagħmel it-talba u tagħtih ir-raġunijiet tagħha, filwaqt li tistiednu jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu f'limitu ta' żmien stabbilit, li ma għandux ikun ta' inqas minn tliet xhur. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tikkonferma li t-talba mhijiex ġustifikata, jew toħroġ dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet b'konformità mal-ewwel subparagrafu.

7.   Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li t-talba tal-Istat Membru mhijiex ġustifikata, jew li din baqgħet ma ġietx kompluta wara li jkun għadda l-perjodu ta' skadenza msemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista' tagħżel li tinkorpora, b'mod sħiħ jew parzjali, lil dik it-talba u lill-evidenza li tkun ġiet ippreżentata magħha fl-evalwazzjoni tal-organizzazzjoni rikonoxxuta skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

8.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-COSS fuq bażi annwali rigward it-talbiet għall-irtirar li jkunu tressqu mill-Istati Membri, kif ukoll rigward il-proċeduri għall-irtirar li jkunu nbdew mill-Kummissjoni u li jkunu għadhom għaddejjin dak il-ħin.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 12

Dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet

1.   Meta l-Kummissjoni tqis li hemm raġunijiet ġustifikati biex jiġu imposti multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali fuq organizzazzjoni rikonoxxuta b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, jew biex jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni b'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, għandha tibgħat dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet lill-organizzazzjoni u tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati.

2.   Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet għandha tinkludi:

(a)

rendikont dettaljat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, inkluż id-deskrizzjoni tal-fatti rilevanti u l-identifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 li l-Kummissjoni tikkunsidra li sar xi ksur fir-rigward tagħhom mill-organizzazzjoni rikonoxxuta;

(b)

identifikazzjoni tal-evidenza li fuqha huma bbażati s-sejbiet rilevanti, inkluż permezz ta' referenza għal rapporti ta' spezzjoni, rapporti ta' evalwazzjoni, jew għal kwalunkwe dokumenti rilevanti oħrajn li jkunu diġà ntbagħtu lill-organizzazzjoni kkonċernata mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima li tkun qed taġixxi f'isem il-Kummissjoni;

(c)

avviż li multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali jew l-irtirar tar-rikonoxximent jistgħu jiġu imposti mill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikoli 6 jew 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

3.   Meta tagħti notifika tad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-organizzazzjoni rikonoxxuta u lill-Istati Membri kkonċernati biex jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub qabel l-iskadenza ta' limitu ta' żmien stabbilit, li fi kwalunkwe każ m'għandux ikun ta' inqas minn sitt ġimgħat mid-data tal-wasla tad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet. Il-Kummissjoni m'għandhiex tkun obbligata tikkunsidra sottomissjonijiet li jkunu daħlu wara l-iskadenza ta' dak il-limitu ta' żmien, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24, paragrafu 4 ta' dan ir-Regolament.

4.   In-notifika ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet ma għandhiex tissospendi l-valutazzjoni tal-organizzazzjoni kkonċernata. Fi kwalunkwe ħin qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni li jiġu imposti multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali, jew qabel l-irtirar tar-rikonoxximent skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li twettaq aktar spezzjonijiet tal-uffiċċji u tal-faċilitajiet ta' organizzazzjoni, li żżur vapuri ċertifikati mill-organizzazzjoni jew li tippreżenta talba bil-miktub lill-organizzazzjoni rikonoxxuta sabiex din tipprovdi informazzjoni addizzjonali rigward il-konformità tagħha mal-kriterji u l-obbligi skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009.

5.   Fi kwalunkwe ħin qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni li jiġu imposti multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali, jew qabel l-irtirar tar-rikonoxximent skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' temenda l-valutazzjoni tagħha dwar l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata. Jekk il-valutazzjoni ġdida tkun differenti mill-valutazzjoni li wasslet għad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, minħabba li jkunu ġew skoperti fatti ġodda, jew minħabba li jkunu ġew identifikati każijiet ġodda ta' ksur jew ċirkostanzi ġodda dwar is-serjetà ta' ksur jew dwar l-effetti tiegħu fuq is-sikurezza u l-ambjent, il-Kummissjoni għandha toħroġ dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet ġdida.

Artikolu 13

Talbiet għal informazzjoni

Sabiex tiċċara l-fatti għall-finijiet tal-Artikolu 12, il-Kummissjoni tista' titlob lill-organizzazzjoni rikonoxxuta bil-miktub biex din tipprovdi spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali, jew dettalji jew dokumenti, f'limitu ta' żmien stipulat, li fi kwalunkwe każ m'għandux ikun ta' inqas minn 4 ġimgħat. F'każijiet bħal dan, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-organizzazzjoni rikonoxxuta dwar il-ħlasijiet perjodiċi ta' penali u l-multi li jistgħu jiġu imposti minħabba nuqqas ta' konformità mat-talba, f'każ li jseħħ dewmien mhux ġustifikat fl-għoti ta' tagħrif jew f'każ li tingħata informazzjoni mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa lill-Kummissjoni b'mod intenzjonali.

Artikolu 14

Seduta ta' smigħ orali

1.   Fuq talba tal-organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun intbagħtitilha dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha toffri lil dik l-organizzazzjoni l-opportunità li tippreżenta l-argumenti tagħha waqt seduta ta' smigħ orali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati, tistieden lil kwalunkwe persuni oħra li għandhom interess leġittimu fil-ksur biex jieħdu sehem fis-seduta a' smigħ orali. Il-Kummissjoni tista' tagħżel li tingħata l-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima.

3.   Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu mistiedna biex jattendu għandhom jew jidhru personalment jew inkella jiġu rappreżentati minn rappreżentanti legali jew awtorizzati. L-Istati Membri għandhom jiġu rrappreżentati minn uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

4.   Is-seduta ta' smigħ orali ma għandhiex tkun waħda pubblika. Kull persuna mistiedna biex tattendi tista' tinstema' separatament jew fil-preżenza ta' persuni oħra li jkunu mistiedna biex jattendu, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-interess leġittimu tal-organizzazzjoni rikonoxxuta u ta' partijiet oħra fil-ħarsien tas-sigriet tan-negozju tagħhom u ta' informazzjoni kunfidenzjali oħra.

5.   Id-dikjarazzjonijiet magħmula minn kull persuna li nstemgħet għandhom ikunu rrikordjati. Il-verżjoni rrekordjata tas-seduta għandha tiġi magħmula disponibbli għall-persuni li jkunu attendew l-istess seduta, kif ukoll għall-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 15

Ħlasijiet perjodiċi ta' penali għal nuqqas ta' kooperazzjoni

1.   Fejn il-Kummissjoni tkun qed taħseb biex tadotta deċiżjoni li permezz tagħha jiġu imposti, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), ħlasijiet perjodiċi ta' penali fuq organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun naqset milli tieħu azzjoni jew li ddum b'mod mhux ġustifikat biex tieħu azzjoni ta' prevenzjoni u ta' rimedju kif mitlub mill-Kummissjoni, din l-ewwel għandha tgħarraf lill-organizzazzjoni rikonoxxuta bil-miktub.

2.   In-notifika mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 għandha tagħmel referenza għall-azzjoni speċifika ta' prevenzjoni u ta' rimedju li ma tkunx ġiet imwettqa mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, u għall-materjal ta' evidenza. In-notifika għandha sservi wkoll biex tgħarraf lill-organizzazzjoni rikonoxxuta dwar il-ħlasijiet perjodiċi ta' penali li jkunu qed jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih l-organizzazzjoni rikonoxxuta tkun tista' tressaq osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni mhix obbligata tqis osservazzjonijiet bil-miktub li tirċievi wara li jkun skada l-limitu ta' żmien.

Artikolu 16

Aċċess għall-fajl

1.   Fuq talba tal-organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun intbagħtitilha dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għall-fajl li jkun fih id-dokumenti u evidenza oħra li tkun ġiet miġbura mill-Kummissjoni rigward l-allegat ksur.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data u tagħmel l-arranġamenti prattiċi rilevanti għall-aċċess għall-fajl mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, li jista' jingħata biss f'forma elettronika.

3.   Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata lista tad-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajl.

4.   L-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata għandu jkollha d-dritt li taċċessa d-dokumenti u l-informazzjoni li tinsab fil-fajl. Meta tagħti dan l-aċċess, il-Kummissjoni għandu jkollha kunsiderazzjoni xierqa fir-rigward tas-sigrieti tan-negozju, fir-rigward ta' informazzjoni kunfidenzjali jew fir-rigward tan-natura interna tad-dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, dokumenti interni tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima jistgħu jinkludu:

(a)

Dokumenti jew partijiet ta' dokumenti li huma relatati mad-deliberazzjonijiet interni tal-Kummissjoni u tas-servizzi tagħha, kif ukoll ma' dawk tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, inkluż l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima li huma indirizzati lill-Kummissjoni;

(b)

Dokumenti jew partijiet ta' dokumenti li huma parti mill-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima jew bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Artikolu 17

Rappreżentanza legali

l-organizzazzjoni rikonoxxuta għandu jkollha d-dritt għal rappreżentanza legali fl-istadji kollha tal-proċeduri ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Kunfidenzjalità, segretezza professjonali, u d-dritt li wieħed jibqa' sieket

1.   Il-proċeduri ta' dan ir-Regolament għandhom jitwettqu bla ħsara għall-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali.

2.   Il-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima u l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati, kif ukoll l-uffiċjali u l-aġenti tagħhom u persuni oħra li jaħdmu taħt is-superviżjoni tagħhom, ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni miksuba jew skambjata minnhom skont dan ir-Regolament u lanqas ma għandhom jiżvelaw informazzjoni tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali u tal-kunfidenzjalità.

3.   Kwalunkwe organizzazzjoni rikonoxxuta jew persuna oħra li tressaq informazzjoni jew osservazzjonijiet skont dan ir-Regolament għandha tidentifika b'mod ċar kwalunkwe materjal ikkunsidrat bħala kunfidenzjali, fejn tagħti raġunijiet għal din il-kunfidenzjalità, u għandha tipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali separata qabel id-data ffissata mill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni tista' teħtieġ ukoll li organizzazzjonijiet rikonoxxuti u partijiet interessati oħra jidentifikaw kwalunkwe parti minn rapport, mid-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet jew minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li fil-fehma tagħhom tinkludi sigrieti tan-negozju.

5.   Fin-nuqqas tal-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni tkun tista' tassumi li d-dokumenti jew l-osservazzjonijiet ikkonċernati ma fihomx informazzjoni kunfidenzjali.

6.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandu jkollhom id-dritt li jibqgħu siekta f'sitwazzjonijiet fejn jekk jitkellmu jistgħu jkunu mġiegħla jagħtu tweġibiet li jistgħu jinvolvu ammissjoni min-naħa tagħhom li kien hemm ksur.

Artikolu 19

Deċiżjoni

1.   Deċiżjoni biex jiġu imposti multi, ħlasijiet perjodiċi ta' penali jew biex iseħħ l-irtirar tar-rikonoxximent skont dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata b'mod esklussiv fuq ir-raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata jkun irnexxielha tressaq l-osservazzjonijiet tagħha.

2.   Fid-deċiżjonijiet li permezz tagħhom tiġi imposta multa jew jiġi impost ħlas perjodiku ta' penali, u fid-determinazzjoni tal-ammont xieraq, għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji tal-effikaċja, tal-proporzjonalità u tad-dissważività.

3.   Meta tieħu miżuri skont dan ir-Regolament u meta tiddeċiedi dwar is-serjetà u l-effett tal-azzjonijiet jew ommissjonijiet rilevanti fuq is-sikurezza u l-ambjent, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri nazzjonali li jkunu diġà ttieħdu kontra l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata fuq il-bażi tal-istess fatti, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-istess organizzazzjoni tkun diġà ġiet soġġetta għal proċeduri ġudizzjarji jew ta' infurzar.

4.   Atti jew ommissjonijiet ta' organizzazzjoni rikonoxxuta li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu miżuri b'konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għal aktar miżuri. Madankollu, dawn l-azzjonijiet jew ommissjonijiet jistgħu jiġu kkunsidrati f'deċiżjonijiet sussegwenti li jkunu ġew adottati skont dan ir-Regolament sabiex tiġi vvalutata r-rikorrenza.

5.   Deċiżjoni li jiġu imposti ħlasijiet perjodiċi ta' penali jew deċiżjoni li jiġu imposti multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura applikabbli skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

6.   Deċiżjoni li jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura applikabbli skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

Artikolu 20

Rimedji ġudizzjarji, notifiki u pubblikazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata dwar ir-rimedji ġudizzjarji li jinsabu disponibbli għaliha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima u lill-Istati Membri għall-informazzjoni.

3.   F'każijiet fejn ikun ġustifikat, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' sikurezza jew ta' ħarsien tal-ambjent, il-Kummissjoni tista' tagħmel id-deċiżjoni tagħha pubblika. Meta tippubblika d-dettalji dwar id-deċiżjoni tagħha jew meta tinforma lill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tqis l-interessi leġittimi tal-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata u ta' persuni interessati oħra.

Artikolu 21

Irkupru ta' multi u ta' ħlasijiet penali

Il-Kummissjoni għandha tipproċedi bl-ikrupru tal-multi u tal-ħlasijiet penali billi tistabbilixxi ordni ta' rkupru u toħroġ nota ta' debitu indirizzata lill-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata b'konformità mal-Artikoli 78 sa 80 u 83 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-Artikoli 80 sa 92 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (7).

Artikolu 22

Perjodi ta' preskrizzjoni biex jiġu imposti multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali

1.   Id-dritt tal-Kummissjoni li timponi multi u/jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali lil organizzazzjoni rikonoxxuta skont dan ir-Regolament għandu jiskadi wara ħames snin mid-data li fiha tkun twettqet l-azzjoni jew l-ommissjoni tal-organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun wasslet għal ksur identifikat b'konformità mal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Madankollu, fil-każ ta' azzjonijiet jew ommissjonijiet kontinwi jew ripetuti, iż-żmien għandu jibda jiddekorri minn dakinhar li tieqaf jew tkun waqfet isseħħ l-azzjoni jew l-ommissjoni.

Id-dritt tal-Kummissjoni li timponi multi u/jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali fuq organizzazzjoni rikonoxxuta skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament għandu jiskadi wara tliet snin mid-data li fiha tkun twettqet l-azzjoni jew l-ommissjoni li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni tkun talbet li tittieħed azzjoni xierqa ta' prevenzjoni u ta' rimedju.

2.   Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għal għanijiet relatati mal-proċedura ta' valutazzjoni jew ta' ksur fir-rigward ta' azzjoni jew ommissjoni tal-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tinterrompi l-perjodu ta' preskrizzjoni rilevanti stabbilit b'konformità mal-paragrafu 1. Il-perjodu ta' preskrizzjoni għandu jiġi interrott b'effett mid-data meta l-azzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija tiġi notifikata lill-organizzazzjoni rikonoxxuta.

3.   Ma' kull interruzzjoni d-dekorrenza taż-żmien terġa' tibda mill-bidu. Madankollu, il-perjodu ta' preskrizzjoni ma għandux ikun iktar minn darbtejn il-perjodu ta' preskrizzjoni inizjali, ħlief meta l-preskrizzjoni tiġi sospiża skont il-paragrafu 4.

4.   Il-perjodu ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni tal-ħlasijiet penali perjodiċi għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett ta' proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 23

Perjodi ta' preskrizzjoni għall-ġbir ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali

1.   Id-dritt li tinbeda proċedura ta' rkupru għal multi u/jew ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali jiskadi sena wara li d-Deċiżjoni skont l-Artikolu 19 tkun saret finali.

2.   Il-perjodu ta' preskrizzjoni li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jiġi interrott minn kwalunkwe azzjoni tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru, li jkun qed jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, li jkollha l-għan li tinforza l-ħlas tal-multi jew ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali.

3.   Ma' kull interruzzjoni d-dekorrenza taż-żmien terġa' tibda mill-bidu.

4.   Il-perjodi ta' preskrizzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sospiżi għall-istess tul ta' żmien li għalih:

(a)

jitħalla żmien sabiex isir il-ħlas;

(b)

jiġi sospiż l-infurzar tal-ħlas skont deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 24

Applikazzjoni tal-limiti ta' żmien

1.   Il-limiti ta' żmien stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jibdew jiddekorru mill-għada li tasal il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, jew mill-għada li din tiġi kkonsenjata personalment.

2.   Fil-każ ta' komunikazzjoni indirizzata lill-Kummissjoni, il-limiti ta' żmien rilevanti għandhom jitqiesu bħala li jkunu ġew issodisfati meta l-istess komunikazzjoni tintbagħat bil-posta rreġistrata qabel jiskadi l-limitu ta' żmien rilevanti.

3.   Meta tistabbilixxi l-limiti ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tqis kemm id-drittijiet dovuti relatati mal-ipproċessar kif ukoll iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament.

4.   Meta jkun xieraq u fuq talba motivata magħmula qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien oriġinali, il-limiti ta' żmien jistgħu jiġu estiżi.

Artikolu 25

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bi tweġiba għal talba mill-Kummissjoni għandha tintuża mill-Kummissjoni għal dawn l-iskopijiet li ġejjin biss:

(a)

biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha għar-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

(b)

bħala evidenza għall-iskopijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-Artikoli 16 u 18 ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Applikazzjoni

Avvenimenti li jkunu seħħu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 m'għandhom jagħtu lok għal ebda miżuri skont dan ir-Regolament.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47.

(4)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 6.

(5)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.


ANNESS

L-ewwel kolonna ta' din it-tabella tirreferi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 u l-Anness I tiegħu, li għall-finijiet ta' dan ir-Regolament iffurmaw gruppi ta' kriterji u obbligi li kull wieħed minnhom jagħti lok għal tip wieħed ta' ksur. Fir-rigward ta' obbligi stipulati fit-test ewlieni tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, l-ewwel kolonna tirreferi għall-Artikolu u għall-paragrafu rilevanti. Fil-każ ta' kriterji mniżżla fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, l-ewwel kolonna tirreferi għall-parti, għall-kriterju, għas-sottokriterju u għall-klawżola rilevanti.

It-tieni kolonna fiha deskrizzjoni ġenerika ta' kull grupp għall-iskop uniku ta' ħeffa tar-referenza.

Dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 391/2009

Suġġetti ta' gruppi korrispondenti

Artikolu 8(4)

L-iżvelar tar-riżultati tar-reviżjoni tas-sistema ta' mmaniġġjar tal-kwalità tagħha

Artikolu 9(1) u l-kriterju B.4

Aċċess għall-informazzjoni u għall-fajls tal-bastimenti

Artikolu 9(2)

Aċċess għall-bastimenti

Artikolu 10(1), l-ewwel parti

Konsultazzjoni għall-ekwivalenza u l-armonizzazzjoni ta' regoli u proċeduri, u għal interpretazzjonijiet komuni tal-konvenzjonijiet internazzjonali

Artikolu 10(1), it-tieni parti

Rikonoxximent reċiproku

Artikolu 10(3)

Kooperazzjoni mal-amministrazzjonijiet tal-Kontroll mill-Istat tal-Port

Artikolu 10(4)

Informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lil partijiet oħra kkonċernati fir-rigward, inter alia, tal-flotta kklassifikata, it-trasferimenti, il-bidliet, is-sospensjonijiet u l-irtirar tal-klassi

Artikolu 10(5)

Opportunità għall-Istat tal-bandiera biex jagħti pariri dwar il-ħtieġa għal spezzjoni sħiħa abbord vapur li ġie 'mniżżel grad' jew li 'nbidlitlu l-klassi' qabel ma l-organizzazzjoni toħroġ ċertifikati statutorji.

Artikolu 10(6)

Rekwiżiti f'każijiet ta' trasferiment tal-klassi

Artikolu 11(1), (2), (3) u (5)

It-teħid tal-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit, miżmum u żgurat it-tħaddim effettiv ta' entità indipendenti għall-valutazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità skont ir-rekwiżiti tar-Regolament

Kriterju A.1

Personalità ġuridika u rekwiżiti tal-verifika

Kriterju A.2

Esperjenza xierqa dokumentata fil-valutazzjoni tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vapuri tal-merkanzija

Kriterji A.3, B.1 u B.7(g)

Għadd xieraq ta' membri tal-persunal, kopertura tas-servizzi fuq livell dinji, servejers esklussivi.

Kriterji A.4 u B.7(a)

Li tiġi stabbilita u miżmuma ġabra komprensiva ta' regoli u proċeduri relatati mal-klassi

Kriterju A.5

Reġistru tal-bastimenti

Kriterju A.6

Indipendenza, imparzjalità u kunflitt ta' interess

Kriterji A.7, B.7(c) l-ewwel parti, u B.7(k)

Rekwiżiti statutorji tax-xogħol bl-eċċezzjoni tal-IIS

Kriterju B.2

Kodiċi ta' etika

Kriterju B.3

Kunfidenzjalità tat-tagħrif rilevanti meħtieġ mill-amministrazzjoni

Kriterju B.5

Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tat-tarzni, tal-fornituri tat-tagħmir u tal-proprjetarji tal-vapuri

Kriterji B.6, B.7(b) it-tieni parti, B.7(c) it-tieni parti, B.7(i) u B. 8

Sistema ta' ġestjoni tal-kwalità li tinkludi reġistri

Kriterju B.7(b), l-ewwel parti

Implimentazzjoni tar-regoli u l-proċeduri relatati mal-klassi

Kriterju B.7(d)

Linji ta' responsabbiltà, setgħat u interrelazzjoni tal-persunal

Kriterju B.7(e)

Tħaddim f'kondizzjonijiet ikkontrollati

Kriterju B.7(f)

Superviżjoni tax-xogħlijiet imwettqa minn servejers u minn membri oħra tal-persunal

Kriterju B.7(h)

Sistema ta' taħriġ u ta' ksib ta' kwalifiki tas-servejers

Kriterju B.7(j)

Sistema komprensiva ta' verifika interna fil-postijiet kollha

Kriterju B.7(l)

Responsabbiltà u kontroll fuq uffiċċji reġjonali u servejers

Kriterju B.9

Għarfien u ġudizzju dirett

Kriterju B.10

Kodiċi IIS

Kriterju B.11

Parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp tar-regoli u tal-proċeduri


19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 789/2014

tat-18 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

59,9

TR

65,0

ZZ

62,5

0707 00 05

AL

74,4

MK

27,7

TR

76,0

ZZ

59,4

0709 93 10

TR

90,3

ZZ

90,3

0805 50 10

AR

128,4

BO

100,6

CL

123,3

EG

75,0

NZ

145,2

TR

148,4

UY

123,0

ZA

126,8

ZZ

121,3

0808 10 80

AR

202,7

BR

109,0

CL

104,0

NZ

128,5

PE

57,3

US

145,1

ZA

131,9

ZZ

125,5

0808 30 90

AR

161,6

CL

81,9

NZ

97,5

ZA

112,3

ZZ

113,3

0809 10 00

BA

82,8

TR

231,6

XS

80,5

ZZ

131,6

0809 29 00

TR

375,8

ZZ

375,8

0809 30

MK

70,6

TR

147,8

XS

50,2

ZZ

89,5

0809 40 05

BA

71,2

MK

53,5

ZZ

62,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/475/PESK

tat-18 ta' lulju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, il-kondizzjonijiet għall-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom jiġu estiżi biex jimmiraw persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw b'mod materjali jew finanzjarju azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

(3)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex dawn il-miżuri jiġu implimentati.

(4)

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, jew huma proprjetà ta', jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn:

persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom;

persuni ġuridiċi; entitajiet jew korpi li jappoġġaw b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina; jew

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet trasferita b'mod li jmur kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment,

kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Lulju 2014

li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fl-Isvezja u li tħassar id-Deċiżjoni 97/370/KE

(notifikata bid-dokument C(2014) 4946)

(It-test bl-Isvediż biss huwa awtentiku)

(2014/476/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 (p) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fih previst li, għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal, il-kontenut tal-laħam dgħif irid jiġi vvalutat permezz ta' metodi ta' klassifikazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, u jistgħu jiġu awtorizzati biss metodi ta' valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-kejl fiżiku ta' parti anatomika waħda jew aktar tal-karkassa tal-majjal. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta' klassifikazzjoni għandha tkun soġġetta għall-konformità b'tolleranza massima għal żball statistiku fil-valutazzjoni. Dik it-tolleranza hija definita fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (2).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/370/KE (3), ġie awtorizzat l-użu ta' tliet metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fl-Isvezja.

(3)

Peress li l-metodi għall-klassifikazzjoni awtorizzati jeħtieġu adattament tekniku, l-Isvezja talbet lill-Kummissjoni tawtorizza l-bidla tal-formula użata fil-metodi tal-“Intra-scope (Optical Probe)”, “Hennessy Grading Probe (HGP II)” u AutoFom, kif ukoll biex tawtorizza żewġ metodi ġodda il-“Fat-O-Meat'er II (FOM II)” u “Hennessy Grading Probe 7 (HGP 7)” għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fit-territorju tagħha. L-Isvezja ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, bl-indikazzjoni tal-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-formula l-ġdida, ir-riżultat tal-prova tad-dissezzjoni tagħha u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

(4)

Eżami ta' dik it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' dik il-formula u l-metodi ġodda huma ssodisfati. Għalhekk dik il-formula u l-metodi għandhom jiġu awtorizzati fl-Isvezja.

(5)

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta' klassifikazzjoni ma għandhomx ikunu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament permezz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

(6)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, għandha tiġi adottata Deċiżjoni ġdida. Id-Deċiżjoni 97/370/KE għandha għalhekk titħassar.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fl-Isvezja:

(a)

l-apparat “Intra-scope (Optical Probe)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness;

(b)

l-apparat “Hennessy Grading Probe 2 (HGP 2)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti II tal-Anness;

(c)

l-apparat “AutoFom III” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti III tal-Anness;

(d)

l-apparat “Fat-O-Meat'er II (FOM II)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti IV tal-Anness;

(e)

l-apparat “Hennessy Grading Probe 7 (HGP 7)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti V tal-Anness.

Artikolu 2

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta' klassifikazzjoni awtorizzati ma għandhomx ikunu permessi, sakemm dawk il-modifiki ma jkunux awtorizzati espliċitament permezz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 97/370/KE titħassar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2014.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).

(3)  ĠU L 157, 14.6.1997, p. 19.


ANNESS

METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJAL FL-ISVEZJA

PARTI I

Intrascope (Optical Probe)

1.

Ir-regoli previsti f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal issir permezz ta' apparat imsejjaħ “Intrascope” (Optical Probe).

2.

L-Intrascope għandu jkun mgħammar b'sonda f'forma essagonali b'wisa' massima ta' 12 mm (u ta' 19 mm max-xafra fit-tarf tas-sonda) li jkollha apertura fejn tħares u sors ta' dawl flimkien ma' tubu ċilindriku li jiżżerżaq.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

SP_F1

:

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar inkluż il-ġilda f'mm, imkejla fuq 8 cm mil-linja tan-nofs immedjatament taħt l-aħħar kustilja.

4.

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kg.

PARTI II

Hennessy Grading Probe 2 (HGP 2)

1.

Ir-regoli previsti f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal issir permezz tal-apparat imsejjaħ “Hennessy Grading Probe 2” (HGP 2).

2.

L-ispettroskopija li tirrifletti s-sonda ta' Hennessy tirreġistra profili tal-kejl iġġenerati mir-reġistrar ta' frazzjonijiet ta' millimetri, distanzi ta' penetrazzjoni flimkien ma' sinjali ta' dawl imferrex fuq wara.

3.

Il-frekwenzi ottiċi speċifiċi jintgħażlu biex jipprovdu l-infromazzjoni ottima li tinkiseb bejn u fit-tessuti varji tal-ispeċi li tkun qed tiġi analizzata oġġettivament.

4.

L-apparat Hennessy Grading probe għandu jkun mgħammar b'sonda li għandha dijametru ta' 5,95 mm b'xafra li tmiss ta' 6,3 mm li fiha dijodu tad-dawl (LED tas-Siemens tat-tip LYU 260-EO u dettetur tad-dawl tat-tip 58 MR) u li għandu distanza operattiva bejn 0 u 120 mm.

5.

Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu ttrasformati f'termini tal-kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-HGP2 innifsu kif ukoll permezz ta' kompjuter li jkun imqabbad miegħu.

6.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

GP2_F1

:

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar inkluż il-ġilda f'mm, imkejla fuq 8 cm mil-linja tan-nofs immedjatament taħt l-aħħar kustilja.

GP2_F2,

:

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar inkluż il-ġilda f'mm, imkejla fuq 6 cm lil hinn mil-linja tan-nofs 12 cm lejn ir-ras meta mqabbla ma' F1.

GP2_M,

:

il-ħxuna tal-muskolu f'mm imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal F2.

7.

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kg.

PARTI III

AutoFom III

1.

Ir-regoli previsti f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal ssir permezz tal-apparat imsejjaħ “AutoFOM III”.

2.

L-AutoFom III huwa bbażat fuq teknoloġija tal-ultrasound u jipprovdi sken 3D diġitizzata tal-karkassa. L-immaġni ultrasonika tiġi ġġenerata permezz ta' 16-il transdjuser impjantati f'sensiela ta' azzar inossidabbli.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif f'karkassa tal-majjal f'konformità mal-metodu ta' referenza tal-Unjoni huwa mbassar permezz tal-formula abbażi tal-varjabbli onlajn estratti minn immaġni li tkun saret bl-ultrasound. Iktar minn 50 varjabbli onlajn jinksisbu mill-analiżi tal-immaġni. L-analiżi statistika tnaqqas l-informazzjoni taż-żewġ komponenti, li kull wieħed huwa kombinazzjoni lineari tal-istess sitt varjabbli onlajn. Il-formula finali hija espressa permezz tal-varjabbli onlajn:

Formula

fejn:

R2P4

:

p2_selected_fat_mm. Il-kejl tal-P2 fat fil-pożizzjoni magħżula f'mm.

R2P11

:

minpair_value. Tiġi applikata maskra tal-filtru li tagħżel żewġ partijiet separati b'14 cm mal-vettur trażversali. Dan huwa l-minimu tal-vettur tar-riżultat tal-filtru.

R2P12

:

P2_skew. Relazzjoni tal-P2 magħżul u tal-P2 mhux magħżul. Il-punt reali użat huwa ftit iktar viċin iċ-ċentru, biex il-valur ikun iktar tolleranti għal karkassi inklinati ħafna. Il-valur huwa dejjem ikbar minn jew daqs 1,0.

R2P15

:

minpair_value v2. Verżjoni oħra tal-valur minpair.

Inferfaċċa tal-laħam/il-kustilja

R3P5

:

max_meat_mm. Il-kejl massimu tal-laħam. Il-pożizzjoni massima tal-kustilja bi tnaqqis tal-pożizzjoni minima tax-xaħam konvertita f'mm.

Interfaċċa tal-Fat 1 Inter-fat.

Is-saff tal-fat1 jitkejjel mal-perżuta u fuq il-5.- 6. kustilja. Dawn jissejħu punti B.

R4P3

:

fat1_p2_selected. Il-kejl fat 1 fil-punt P2 magħżul.

4.

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kg.

PARTI IV

Fat-O-Meat'er II (FOM II)

1.

Ir-regoli previsti f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal issir permezz tal-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meat'er II” (FOM II).

2.

L-apparat huwa verżjoni ġdida tas-sistema tal-kejl Fat-O-Meat'er. Il-FOM II jikkonsisti f'sonda ottika b'sikkina, apparat tal-kejl tal-fond li għandu distanza operattiva ta' bejn 0 u 125 millimetru u bord tal-akkwist u l-analiżi tad-dejta — kompjuter Carometec Touch Panel i15 (Ingress Protection IP69K). Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f'kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat FOM II stess.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

FOM_F1

:

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar f'mm, imkejla fuq 8 cm lil hinn mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba' vertebri lombari tal-aħħar.

FOM_F2

:

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar f'mm, imkejla fuq 6 cm lil hinn mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba' kustilja tal-aħħar.

FOM_M

:

il-ħxuna tal-muskolu f'mm, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal F2.

4.

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kg.

PARTI V

Hennessy Grading Probe 7 (HGP 7)

1.

Ir-regoli previsti f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal issir permezz tal-apparat imsejjaħ “Hennessy Grading Probe 7” (HGP 7).

2.

L-ispettroskopija li tirrifletti s-sonda ta' Hennessy tirreġistra profili tal-kejl iġġenerati mir-reġistrar ta' frazzjonijiet ta' millimetri, distanzi ta' penetrazzjoni flimkien ma' sinjali ta' dawl imferrex fuq wara.

3.

Il-frekwenzi ottiċi speċifiċi jintgħażlu biex jipprovdu l-infromazzjoni ottima li tinkiseb bejn u fit-tessuti varji tal-ispeċi li tkun qed tiġi analizzata oġġettivament.

4.

L-apparat Hennessy Grading probe għandu jkun mgħammar b'sonda li għandha dijametru ta' 5,95 mm b'xafra li tmiss ta' 6,3 mm li fiha dijodu tad-dawl (LED tas-Siemens tat-tip LYU 260-EO u dettetur tad-dawl tat-tip 58 MR) u li għandu distanza operattiva bejn 0 u 120 mm.

5.

Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu ttrasformati f'termini tal-kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat HGP7 innifsu kif ukoll ta' kompjuter li jkun imqabbad miegħu.

6.

L-evalwazzjoni tal-kurva tal-kejl tvarja ftit bejn l-HGP 2 u l-HGP 7.

7.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

GP7_F1

:

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar inkluż il-ġilda f'mm, imkejla fuq 8 cm lil hinn mil-linja tan-nofs immedjatament taħt l-aħħar kustilja.

GP7_F2

:

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar inkluż il-ġilda f'mm, imkejla fuq 6 cm lil hinn mil-linja tan-nofs 12 cm lejn ir-ras meta mqabbla ma' F1.

GP7_M

:

il-ħxuna tal-muskolu f'mm imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal F2.

8.

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kg.


19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/34


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta' Lulju 2014

dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapporata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014

(BĊE/2014/29)

(2014/477/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament dwar il-Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 u l-Artikolu 140(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Bord Superviżorju,

Billi:

(1)

L-istituzzjonijiet ta' kreditu huma soġġetti għal rekwiżiti ta' rapportar regolari skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (4).

(2)

FI ħdan il-qafas tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu kompetenza esklussiva biex iwettaq, għal skopijiet superviżorji prudenzjali, il-kompiti stipulati fl-Artikolu 4 ta' dak ir-regolament. Il-BĊE għandu, meta jwettaq dawk il-kompiti, jiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li jimponu rekwiżiti prudenzjali fuq istituzzjonijiet ta' kreditu fir-rigward tar-rapportar.

(3)

B'mod konformi mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u l-Artikolu 21 tar-Regolament Qafas tal-MSU, kemm il-BĊE kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma soġġetti għal obbligu li jiskambjaw l-informazzjoni. Mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-BĊE li jirċievi direttament informazzjoni rrapportata, jew li jkollu aċċess dirett għal dik l-informazzjoni fuq bażi kontinwa, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu speċifikament lill-BĊE bl-informazzjoni meħtieġa kollha għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti mogħtija lill-BĊE permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(4)

Skont l-Artikolu 140(3) tar-Regolament Qafas dwar l-MSU, l-entitajiet taħt superviżjoni huma obbligati li jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti nazzjonali relevanti tagħhom kull informazzjoni li għandha tiġi rrapportata fuq bażi regolari, skont il-liġi tal-Unjoni relevanti. Ħlief jekk ikun ipprovdut speċifikament mod ieħor, kull informazzjoni rrapportata mill-entitajiet taħt superviżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn l-awtoritajiet għandhom iwettqu l-verifiki tad-dejta inizjali u jagħmlu l-informazzjoni rrapportata mill-entitajiet taħt superviżjoni disponibbli għall-BĊE.

(5)

Sabiex jiġu eżerċitati l-kompiti tal-BĊE fir-rigward ta' rapportar superviżorju, jeħtieġ li jiġi speċifikat ulterjorment il-mod kif l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jissottomettu lill-BĊE l-informazzjoni li huma jirċievu mingħand entitajiet taħt superviżjoni. B'mod partikolari, għandhom jiġu speċifikati ulterjorment il-formats, il-frekwenza u l-waqt ta' kull sottomissjoni ta' informazzjoni, kif ukoll id-dettalji tal-kontrolli tal-kwalità li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwettqu qabel ma jissottomettu informazzjoni lill-BĊE.

(6)

B'mod konformi mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-membri tal-Bord Superviżorju, il-persunal tal-BĊE u l-persunal issekondat mill-Istati Membri parteċipanti li jwettqu dmirijiet superviżorji huma soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 37 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-liġi relevanti tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-iskambju ta' informazzjoni u segretezza professjonali stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Qafas tal-MSU, din id-Deċiżjoni tistipula l-proċeduri li jikkonċernaw is-sottomissjoni lill-BĊE ta' dejta rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni fuq il-bażi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament Qafas tal-MSU.

Artikolu 3

Dati ta' spedizzjoni

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 1 u rrapportata lilhom mill-gruppi taħt superviżjoni u l-entitajiet taħt superviżjoni fid-dati ta' spedizzjoni li ġejjin:

(1)

sa 12.00 nofsinhar Ħin Ċentrali Ewropew (Central European Time — CET) (6) fl-għaxar jum ta' xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni li ssir referenza għalihom fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 fir-rigward ta':

(a)

gruppi sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti;

(b)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni;

(c)

gruppi taħt superviżjoni f'livell subkonsolidat u entitajiet taħt superviżjoni li huma parti minn grupp taħt superviżjoni meta jiġu kklassifikati bħala sinifikanti skont il-kriterju tal-aktar tliet istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti fl-Istat Membru tagħhom;

(d)

gruppi oħra taħt superviżjoni u entitajiet taħt superviżjoni li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rapportar lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090 (7);

(2)

sal-ħin tal-għeluq tax-xogħol fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni li għalihom issir referenza fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 fir-rigward ta':

(a)

gruppi sinifikanti taħt superviżjoni f'livell subkonsolidat sakemm dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu 1;

(b)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni sakemm dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu 1;

(3)

sal-ħin tal-għeluq tax-xogħol fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni li għalihom issir referenza fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 fir-rigward ta':

(a)

gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti sakemm dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu 1;

(b)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li ma jkunux parti minn grupp taħt superviżjoni sakemm dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu 1;

(4)

sal-ħin tal-għeluq tan-negozju fil-35 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni li għalihom issir referenza fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 fir-rigward ta':

(a)

gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni f'livell subkonsolidat sakemm dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu 1;

(b)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni sakemm dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu 1.

Artikolu 4

Kontrolli tal-kwalità tad-dejta

(1)   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jimmonitorjaw u jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tad-dejta li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom japplikaw ir-regoli ta' validazzjoni speċifikati fl-Anness XV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 żviluppat u mantnut mill-ABE u għandhom japplikaw il-kontrolli tal-kwalità tad-dejta addizzjonali ddefiniti mill-BĊE b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(2)   Minbarra l-konformità mar-regoli ta' validazzjoni u l-kontrolli tal-kwalità, id-dejta għandha tiġi ppreżentata skont l-istandards minimi addizzjonali li ġejjin għall-finijiet ta' preċiżjoni:

(a)

l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu informazzjoni, jekk applikabbli, dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta ppreżentata; u

(b)

l-informazzjoni għandha tkun kompluta: il-lakuni eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊE u, jekk applikabbli, għandhom jiġu solvuti mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 5

Informazzjoni kwalitattiva

(1)   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed l-ispjegazzjonijiet korrispondenti f'każ li l-kwalità tad-dejta għal tabella partikolari fit-tassonomija ma tkunx iġġustifikata.

(2)   Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-BĊE r-raġunijiet għal kull reviżjoni sinifikanti ppreżentata.

Artikolu 6

Speċifikazzjoni tal-format tat-trażmissjoni

(1)   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta speċifikata f'din id-Deċiżjoni skont l-eXtensible Business Reporting Language taxonomy sabiex jipprovdu format tekniku uniformi għall-iskambju ta' dejta li tirrigwarda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

(2)   L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jiġu identifikati fit-trażmissjoni korrispondenti bl-użu tal-(pre-) Legal Entity Identifier.

Artikolu 7

L-ewwel dati ta' referenza għar-rapportar

(1)   L-ewwel dati ta' referenza għar-rapportar deskritti fl-Artikolu 3(1) għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Artikolu 8.8.1 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090.

(2)   L-ewwel data ta' referenza għar-rapportar deskritt fl-Artikolu 3(2), (3) u (4) għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 8

Dispożizzjoni tranżitorja

(1)   Għad-data ta' referenza għar-rapportar fl-2014, id-dati ta' spedizzjoni għar-rapportar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deskritti fl-Artikolu 3(1) għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Artikolu 8.8.2 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090.

(2)   Mid-data ta' referenza għar-rapportar tal-31 ta' Diċembru 2014 sad-data ta' referenza għar-rapportar tal-31 ta' Diċembru 2015, id-dati ta' spedizzjoni għar-rapportar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deskritti fl-Artikolu 3(3) għandhom ikunu l-ħin tal-għeluq tan-negozju tat-30 jum tax-xogħol wara l-jum meta l-entitajiet taħt superviżjoni jkunu ssottomettew dejta lill-awtorità nazzjonali kompetenti.

(3)   Qabel l-4 ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 1 fir-rigward ta':

(a)

gruppi taħt superviżjoni u entitajiet taħt superviżjoni li jkunu soġġetti għall-valutazzjoni komprensiva skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/3 (8);

(b)

gruppi oħrajn taħt superviżjoni u entitajiet taħt superviżjoni stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti meta jkunu inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rapportar lill-ABE b'mod konformi mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri partecipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Lulju 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' rapportar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(5)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(6)  Is-CET iqis il-bidla għall-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali (Central European Summer Time).

(7)  Deċiżjoni ABE/DC/090 tal-24 ta' Jannar 2014 tal-Awtorità Bankarja Ewropew dwar rapportar mill-awtoritajiet kompetenti għall-ABE. Disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.eba.europa.eu

(8)  Deċiżjoni BĊE/2014/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Frar 2014 li tidentifika l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma soġġetti għall-valutazzjoni komprensiva (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 107).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/38


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta' Lulju 2014

dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta' servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/478/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2011, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika dwar il-“Green Paper dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern”. (1) Hija identifikat objettivi komuni tal-Istati Membri rigward ir-regolamentazzjoni ta' servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għenet biex jiġu identifikati l-oqsma ewlenin ta' prijorità għal azzjoni tal-Unjoni.

(2)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Lejn qafas Ewropew komprensiv għal-logħob tal-azzard onlajn” adottata fit-23 ta' Ottubru 2012, (2) il-Kummissjoni pproponiet serje ta' azzjonijiet li jfittxu li jwieġbu għal sfidi regolatorji, soċjetali u tekniċi tal-logħob tal-azzard onlajn. B'mod partikulari, il-Kummissjoni ħabbret li hija tippreżenta Rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn, inkluża l-protezzjoni tal-minorenni, u dwar il-komunikazzjoni kummerċjali responsabbli tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn. Din ir-Rakkomandazzjoni hija mfassla li tgħaqqad iż-żewġ temi u li ttejjeb il-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ġugaturi u sabiex tipprevjeni li l-minorenni jilagħbu logħob tal-azzard onlajn. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-logħob tal-azzard jibqa' sors ta' divertiment, il-konsumaturi jkollhom ambjent sigur għal-logħob tal-azzard u jkun hemm miżuri fis-seħħ biex jilqgħu għar-riskju ta' ħsara finanzjarja jew soċjali kif ukoll biex tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa biex jiġi evitat li l-minorenni jilagħbu logħob tal-azzard onlajn.

(3)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern, il-Parlament Ewropew (3) stieden lill-Kummissjoni sabiex tesplora l-possibbiltà ta' interoperabilità bejn ir-reġistri nazzjonali ta' awtoesklużjoni, sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji ta' dipendenza fuq il-logħob tal-azzard u biex tikkunsidra l-kontrolli ta' identifikazzjoni obbligatorji tal-parti terza. Huwa appella wkoll għall-operaturi tal-logħob onlajn li jkunu obbligati li jipprovdu informazzjoni fil-websajt tal-logħob tal-azzard dwar l-awtoritajiet regolatorji u twissijiet lill-minorenni u l-użu ta' awtorestrizzjonijiet. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew sejjaħ għal prinċipji komuni għal komunikazzjonijiet kummerċjali responsabbli. Huwa rrakkomanda li l-komunikazzjonijiet kummerċjali għandu jkun fihom twissijiet ċari dwar il-konsegwenzi tal-logħob tal-azzard kompulsiv u r-riskji tad-dipendenza fuq il-logħob tal-azzard. Il-komunikazzjonijiet kummerċjali la għandhom ikunu eċċessivi u lanqas murija fuq kontenut speċifikament immirat għall-minorenni jew fejn hemm riskju ogħla li jkun immirat għall-minorenni.

(4)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew talab ukoll lill-Kummissjoni sabiex tintervjeni biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-logħob tal-azzard onlajn, u sabiex jiġu protetti l-minorenni (4).

(5)

Fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri fil-prinċipju huma liberi li jistabbilixxu l-objettivi tal-politika tagħhom dwar il-logħob tal-azzard u li jiddefinixxu l-livell ta' protezzjoni mixtieq sabiex jipproteġu s-saħħa tal-konsumaturi. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea pprovdiet gwida ġenerali dwar l-interpretazzjoni tal-libertajiet fundamentali tas-suq intern fil-qasam tal-logħob tal-azzard (onlajn), filwaqt li qieset in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-logħob tal-azzard. Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jillimitaw il-forniment transfruntier tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn fuq il-bażi tal-objettivi tal-interess pubbliku li jfittxu li jipproteġu, madankollu huma għandhom juru l-adegwatezza u n-neċessità tal-miżura inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom id-dmir li juru li l-objettivi tal-interess pubbliku qed jintlaħqu b'mod konsistenti u sistematiku (5).

(6)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbilixxiet ukoll regoli bażiċi għall-komunikazzjonijiet kummerċjali dwar is-servizzi tal-logħob tal-azzard u, b'mod partikolari, għal dawk ipprovduti b'kundizzjonijiet ta' monopolju. Ir-reklamar mid-detentur ta' monopolju pubbliku għandu jitkejjel u jiġi limitat strettament għal dak li huwa neċessarju sabiex il-konsumaturi jiġu kanalizzati lejn netwerks ikkontrollati tal-logħob. Dan ir-reklamar ma jistax ikollu l-għan li jħeġġeġ it-tendenza naturali tal-konsumaturi għal-logħob tal-azzard billi jistimola l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fih, pereżempju billi jibbanalizza l-logħob tal-azzard jew iżid l-attrattività tal-logħob tal-azzard permezz ta' messaġġi pubbliċitarji attraenti li joffru l-prospett ta' rebħ kbir. B'mod partikolari, għandha ssir distinzjoni bejn l-istrateġiji tad-detentur ta' monopolju li huma maħsuba unikament sabiex jinfurmaw lill-klijenti potenzjali bl-eżistenza ta' prodotti u jservu sabiex jiżguraw aċċess regolari għal-logħob tal-azzard billi l-ġugaturi jiġu kanalizzati f'ċirkwiti kontrollati, u dawk li jistiednu u jħeġġu l-parteċipazzjoni attiva f'dan il-logħob (6).

(7)

Il-protezzjoni tal-konsumaturi u tas-saħħa huma l-objettivi ewlenin ta' interess pubbliku tal-Istati Membri fil-kuntest tal-oqfsa nazzjonali tagħhom għal-logħob tal-azzard li jindirizzaw il-prevenzjoni ta' logħob tal-azzard problematiku u l-protezzjoni tal-minorenni.

(8)

Ir-regoli u l-politiki li l-Istati Membri introduċew sabiex isegwu l-objettivi tal-interess pubbliku jvarjaw b'mod konsiderevoli. Azzjoni fil-livell tal-Unjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari fid-dawl tar-riskji assoċjati mal-logħob tal-azzard li jinkludu l-iżvilupp ta' tip ta' disturb tal-logħob tal-azzard jew għal konsegwenzi personali u soċjali negattivi oħrajn.

(9)

L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-konsumaturi u tal-ġugaturi u għaldaqstant anki li tiġi minimizzata l-ħsara ekonomika li tista' tirriżulta mil-logħob tal-azzard kompulsiv jew eċċessiv. Għal dan il-għan, hija tirrakkomanda prinċipji għal livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ġugaturi u tal-minorenni fir-rigward tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn. Fit-tħejjija ta' din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni qieset il-prattiki tajbin fl-Istati Membri.

(10)

Is-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn huma offruti u wżati u b'mod wiesa'. Il-logħob tal-azzard onlajn huwa attività ta' servizz bi dħul annwali fl-UE ta' EUR 10,54 biljun fl-2012. L-iżviluppi teknoloġiċi, iż-żieda tad-disponibbiltà tal-Internet u l-konvenjenza tat-teknoloġiji mobbli qegħdin imexxu l-aċċessibbiltà u t-tkabbir tal-logħob tal-azzard onlajn. Madankollu, jistgħu jsiru għażliet infurmati ħażin meta l-informazzjoni ma tkunx ċara jew trasparenti biżżejjed. Barra minn hekk, ġugaturi onlajn ifittxu opportunitajiet ta' logħob tal-azzard li jikkompetu ma' xulxin kull meta huma jqisu li hemm nuqqas ta' offerti attraenti.

(11)

Hemm firxa wiesgħa ta' mezzi tax-xandir li jikkontribwixxu għall-esponiment għall-komunikazzjonijiet kummerċjali relatati mal-logħob tal-azzard, pereżempju l-midja tal-istampa, ir-reklamar dirett bil-posta, il-midja awdjoviżiva u r-reklamar ta' barra, kif ukoll l-isponsorjar. Dan jista' jiriżulta fi gruppi vulnerabbli bħall-minorenni li jinġibdu għal-logħob tal-azzard. Fl-istess ħin, il-komunikazzjoni kummerċjali tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn jista' jkollha rwol importanti biex tidderieġi lill-konsumaturi lejn offerta li ġiet permessa u li hija kkontrollata, pereżempju billi tidher l-identità tal-operatur u permezz ta' informazzjoni korretta dwar il-logħob tal-azzard, inklużi r-riskji tal-logħob tal-azzard problematiku, kif ukoll il-messaġġi ta' twissija xierqa.

(12)

Xi individwi li jilagħbu logħob tal-azzard jesperjenzaw problemi b'riżultat tal-imġiba tagħhom sa livell li jaffettwa lil persunthom u familthom, filwaqt li oħrajn iġarrbu dannu serju għal raġunijiet ta' logħob tal-azzard patoloġiku. Huwa stmat li bejn 0,1 %–0,8 % tal-popolazzjoni adulta ġenerali jsofru minn disturb tal-logħob tal-azzard u 0,1 %–2,2 % oħrajn juru involviment mal-logħob tal-azzard potenzjalment problematiku. (7) Għalhekk, jeħtieġ approċċ preventiv għal servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn li għandu jiġi offrut u promoss b'mod li jkun soċjalment responsabbli, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-logħob tal-azzard jibqa' sors ta' attività rikreattiva u ta' divertiment.

(13)

Il-minorenni ta' spiss ikunu esposti għal-logħob tal-azzard hekk kif dawn jużaw l-Internet u applikazzjonijiet mobbli u mezzi tal-informazzjoni li jirreklamaw il-logħob tal-azzard kif ukoll ir-reklamar tal-logħob tal-azzard ta' barra. Huma jaraw ukoll jew jattendu għal kompetizzjonijiet sportivi sponsorjati minn interessi tal-logħob tal-azzard jew li għandhom reklamar iffukat fuq l-attivitajiet tal-logħob tal-azzard. Għalhekk, din ir-Rakkomandazzjoni hija maħsuba wkoll sabiex tipprevjeni lill-minorenni milli jiġrilhom ħsara jew jiġu sfruttati mil-logħob tal-azzard.

(14)

L-operaturi tal-logħob tal-azzard onlajn stabbiliti fl-Unjoni għandhom dejjem aktar liċenzji madwar diversi Stati Membri li għażlu sistemi bbażati fuq il-liċenzji fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-logħob tal-azzard. Huma jistgħu jibbenefikaw minn approċċ aktar komuni. Barra minn hekk, il-multiplikazzjoni ta' rekwiżiti ta' konformità tista' toħloq duplikazzjoni mhux meħtieġa ta' rekwiżiti tal-infrastruttura u kostijiet li jirriżultaw f'piż amministrattiv żejjed fuq ir-regolaturi.

(15)

Huwa xieraq li l-Istati Membri jiġu mistiedna jressqu regoli li jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni dwar il-logħob tal-azzard onlajn. Dawn ir-regoli għandhom jevitaw l-iżvilupp ta' disturbi relatati mal-logħob tal-azzard u jipprebjenu li l-minnoreni jkollhom aċċess għal faċilitajiet ta' logħob tal-azzard u jiskoraġġixxu lill-konsumaturi milli jagħmlu użu ta' offerti li mhumiex permessi u għalhekk li potenzjalment huma ta' ħsara.

(16)

Meta xieraq, il-prinċipji ta' din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhomx jiġu indirizzati biss lill-operaturi iżda anki lill-partijier terzi, inklużi l-hekk imsejħa “affiljati”, li huma permessi jippromwovu s-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn f'isem l-operatur.

(17)

Huwa xieraq li l-konsumaturi u l-ġugaturi jiġu infurmati aħjar dwar is-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn li, b'mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, mhumiex permessi skont il-liġi tal-Istat Membru fejn jiġi riċevut is-servizz tal-logħob tal-azzard onlajn u anki li jaġixxu kontra dawn is-servizzi. F'dan il-qafas, l-Istati Membri li ma jippermettux servizz speċifiku tal-logħob tal-azzard onlajn ma għandhomx jippermettu l-komunikazzjoni kummerċjali għal dak is-servizz.

(18)

Il-proċess ta' reġistrazzjoni biex tiftaħ kont ta' ġugatur għandu l-għan li jivverifika l-identità tal-persuna u jippermetti t-traċċar tal-imġiba tal-ġugaturi. Jeħtieġ li din ir-reġistrazzjoni titfassal b'tali mod li tipprevjeni wkoll lill-konsumaturi milli jabbandunaw il-proċess ta' reġistrazzjoni u jduru għal websajts tal-logħob tal-azzard li mhumiex regolati.

(19)

Filwaqt li l-proċess ġie introdott b'mod differenti madwar l-Istati Membri, xi drabi permezz ta' passi li jsiru offlajn jew manwali fil-proċess ta' verifika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dettalji tal-identifikazzjoni jistgħu jiġu vverifikati b'mod effettiv biex tkun iffaċilitata t-tlestija tal-proċess ta' reġistrazzjoni.

(20)

Huwa importanti li l-kontijiet ta' ġugatur isiru permanenti biss ladarba d-dettalji tal-identità pprovduti mill-ġugaturi jiġu vvalidati. Qabel ma l-kont isir wieħed permanenti, huwa mixtieq li l-ġugaturi jitħallew jużaw kontijiet temporanji. Fid-dawl tan-natura tagħhom, il-kontijiet temporanji għandhom ikunu għal valur nominali fiss u l-ġugaturi ma għandhomx ikunu jistgħu jirtiraw id-depożiti jew ir-rebħiet tagħhom.

(21)

Sabiex il-ġugaturi u l-fondi tagħhom jiġu protetti kif ukoll tiġi żgurata t-trasparenza, għandu jkun hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jiġu vverifikati l-kontijiet ta' ġugatur li ma jkunux attivi għal perjodu determinat, u għall-għeluq jew is-sospensjoni ta' kont ta' ġugatur. Barra minn hekk, meta persuna tinstab li tkun minorenni, għandu jiġi kkanċellat il-kont ta' ġugatur.

(22)

Fir-rigward ta' twissijiet ta' informazzjoni, fejn xieraq, l-għażla ta' arloġġ għandha tkun viżibilment disponibbli għall-ġugatur matul sessjoni tal-logħob tal-azzard.

(23)

Fir-rigward tal-appoġġ għall-ġugaturi, barra mill-iffissar ta' limiti ta' depożitu, il-ġugaturi jistgħu jiġu pprovduti b'miżuri ta' protezzjoni addizzjonali, bħall-possibbiltà li jiġu stabbiliti limiti ta' flus milgħuba jew telf.

(24)

Sabiex jiġi evitat l-iżvilupp ta' disturb tal-logħob tal-azzard, operatur għandu jkun jista' wkoll, fil-każ ta' bidliet skunċertanti fl-atteġġjament tiegħu lejn il-logħob tal-azzard, javża lill-ġugatur sabiex jieqaf għal xi żmien jew li jeskludi lill-ġugatur. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-operatur jikkomunika r-raġunijiet lill-ġugatur, u jiggwida lill-ġugatur għal assistenza jew trattament.

(25)

L-operaturi huma sponsers sinifikanti ta' timijiet sportivi u avvenimenti fl-Ewropa. Sabiex itejbu r-responsabbiltà ta' sponsorjar minn fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn, ir-rekwiżiti għandhom ikunu ċari li l-isponsorjar għandu jkun trasparenti u jitwettaq b'mod responsabbli. B'mod partikolari, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar ċari sabiex jiġi evitat li l-isponsorjar mill-operaturi tal-logħob tal-azzard jaffettwa jew jinfluwenza ħażin lill-minorenni.

(26)

Jeħtieġ ukoll li tinħoloq kuxjenza dwar ir-riskji inerenti tal-websajts prevalenti tal-logħob tal-azzard, bħall-frodi, li jinsabu lil hinn minn kull forma ta' kontroll fil-livell tal-Unjoni.

(27)

Tinħtieġ superviżjoni effettiva għall-protezzjoni xierqa tal-objettivi tal-interess pubbliku. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti, jistabbilixxu gwida ċara għall-operaturi u jipprovdu informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi, ġugaturi u gruppi vulnerabbli inklużi minorenni.

(28)

Il-kodiċijiet tal-kondotta jista' jkollhom rwol importanti fl-applikazzjoni effettiva, u fil-monitoraġġ, tal-prinċipji dwar il-komunikazzjoni kummerċjali ta' din ir-Rakkomandazzjoni.

(29)

Din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhiex tinterferixxi mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE. (9)

(30)

L-applikazzjoni tal-prinċipji stipulati f'din ir-Rakkomandazzjoni timplika l-ipproċessar ta' dejta personali. Għaldaqstant tapplika d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11),

TIRRAKKOMANDA LILL-ISTATI MEMBRI

I.   SKOP

1.

L-Istati Membri huma rrakkomandati li jiksbu livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi, il-ġugaturi u l-minorenni permezz tal-adozzjoni ta' prinċipji għas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għal komunikazzjonijiet kummerċjali responsabbli ta' dawk is-servizzi, sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u sabiex tiġi minimizzata wkoll il-ħsara ekonmika eventwali li tista' tirriżulta minn logħob tal-azzard kompulsiv jew eċċessiv.

2.

Din ir-Rakkomandazzjoni ma xxekkilx id-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw is-servizzi tal-logħob tal-azzard.

II.   DEFINIZZJONIJIET

3.

Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn” tfisser kull servizz li jinvolvi l-logħob ta' flus f'logħob tal-azzard inklużi dawk b'element ta' ħila bħal lotteriji, logħob tal-każinò, logħob tal-poker u tranżazzjonijiet tal-imħatri li huma pprovduti b'kull mezz, mill-bogħod, b'mezzi elettroniċi jew kull teknoloġija oħra li tiffaċilita l-komunikazzjoni, u b'talba individwali ta' riċevitur tas-servizzi;

(b)

“konsumatur” tfisser kull persuna fiżika li taġixxi barra mill-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni proprja tagħha;

(c)

“ġugatur” tfisser kull persuna fiżika li jkollha kont ta' ġugatur mal-operatur u tipparteċipa fis-servizz ta' logħob tal-azzard onlajn;

(d)

“kont ta' ġugatur” tfisser kont miftuħ mill-ġugatur li fih jiġu rreġistrati t-tranżazzjonijiet kollha mal-operatur;

(e)

“minorenni” tfisser kull persuna taħt l-età minima stabbilita, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, għall-parteċipazzjoni f'servizz tal-logħob tal-azzard onlajn minħabba l-età;

(f)

“operatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika permessa li tipprovdi servizz ta' logħob tal-azzard onlajn u kull minn jaġixxi f'isem jew għan-nom ta' tali persuna;

(g)

“komunikazzjoni kummerċjali” tfisser kull tip ta' komunikazzjoni maħsuba biex tippromwovi, direttament jew indirettament, l-oġġetti, is-servizzi, jew id-dehra ta' operatur;

(h)

“sponsorjar” tfisser relazzjoni kuntrattwali bejn operatur u parti sponsorjata li skontha l-operatur jipprovdi finanzjament jew appoġġ ieħor lil kull avveniment, organizzazzjoni, tim jew individwu sportivi jew artistiċi sabiex jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn id-dehra, il-marki kummerċjali jew il-prodotti tal-operatur u proprjetà ta' sponsorjar bi tpattija għal komunikazzjonijiet kummerċjali jew benefiċċji oħrajn.

III.   REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI

4.

L-informazzjoni li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti fuq il-paġna destinatarja tal-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur u tkun aċċessibbli mill-paġni kollha tal-websajt:

(a)

id-dettalji tal-kumpanija, jew mezzi oħrajn li jiżguraw li l-operatur ikun identifikabbli u jista' jiġi kkuntattjat, fosthom:

(i)

isem il-kumpanija;

(ii)

il-post tar-reġistrazzjoni;

(iii)

l-indirizz elettroniku;

(b)

sinjal ta' “mhux permess logħob tal-azzard minn persuni taħt l-età”, li juri l-età minima li taħtha mhuwiex permissibbli l-logħob tal-azzard;

(c)

messaġġ ta' “logħob tal-azzard responsabbli'”, li jipprovdi, b'mhux aktar minn għafsa ta' buttuna waħda:

(i)

informazzjoni li l-logħob tal-azzard jista' jkun ta' ħsara jekk ma jkunx ikkontrollat;

(ii)

informazzjoni dwar miżuri ta' appoġġ għall-ġugaturi fuq il-websajt;

(iii)

testijiet ta' awtovalutazzjoni għall-ġugaturi sabiex jikkontrollaw l-atteġġament tagħhom lejn il-logħob tal-azzard;

(d)

link għal mill-inqas organizzazzjoni waħda li tipprovdi informazzjoni u assistenza fir-rigward ta' disturbi tal-logħob tal-azzard.

5.

It-termini u l-kundizzjonijiet tar-relazzjoni kuntrattwali bejn l-operatur u l-konsumatur għandhom jingħataw b'mod konċiż u li jinqara. Dawn għandhom:

(a)

ikollhom informazzjoni mill-inqas dwar il-limiti ta' żmien u l-limiti rigward il-ġbid ta' flus mill-kont ta' ġugatur, kull ħlas li jikkonċerna t-tranżazzjonijiet tal-kont ta' ġugatur u link għall-perċentwali ta' flus mirbuħa applikabbli għal kull logħba;

(b)

ikunu aċċettati u kkonfermati mill-konsumatur matul il-proċess ta' reġistrazzjoni msemmi fit-Taqsima V;

(c)

għandha tkun disponibbli permezz ta' mezzi elettroniċi b'mod li jippermetti li l-konsumatur jaħżinhom u jirkuprahom, u kull tibdil li jiġi kkomunikat lill-konsumatur.

6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar ir-regoli u bidliet għar-regoli li jikkonċernaw il-logħob tkun għad-dispożizzjoni tal-konsumatur u l-imħatri disponibbli fuq il-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur.

7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur turi d-dettalji tal-awtorità regolatorja tal-logħob tal-azzard sabiex turi li l-operatur ikun awtorizzat.

IV.   MINORENNI

8.

L-ebda minorenni ma għandu jitħalla jilgħab fuq websajt tal-logħob tal-azzard jew ikollu kont ta' ġugatur.

9.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikollu proċeduri fis-seħħ li jkunu mfassla sabiex jipprevjenu lill-minorenni milli jilagħbu logħob tal-azzard, fosthom kontrolli ta' verifika tal-età matul il-proċedura ta' reġistrazzjoni msemmija fit-Taqsima V.

10.

Sabiex il-minorenni ma jkollhomx aċċess għal websajts tal-logħob tal-azzard, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-wiri ta' links għal programmi ta' kontroll tal-ġenituri fuq il-websajts tal-logħob tal-azzard.

11.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali għas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn ma jagħmlux ħsara lill-minorenni jew iwassluhom biex iħarsu lejn il-logħob tal-azzard bħala element naturali tal-attivitajiet tagħhom waqt il-ħin ta' divertiment.

12.

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali għandu jkollhom messaġġ ċar ta' “mhuwiex permess logħob tal-azzard minn persuni taħt l-età” li jindika l-età minima li taħtha mhuwiex permissibbli logħob tal-azzard.

13.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu li l-komunikazzjonijiet kummerċjali ma jixxandrux, ma jintwerewx jew jiġu ffaċilitati:

(a)

fil-mezzi tax-xandir, jew waqt programmi meta l-minorenni jkunu mistennija li jkunu l-akbar udjenza;

(b)

fuq websajts bil-minorenni bħala l-profil tal-udjenza;

(c)

fil-viċinanza ta' postijiet fejn il-minorenni normalment iqattgħu ħinhom u huma mistennija li jkunu l-udjenza prinċipali, fosthom mill-inqas l-iskejjel.

14.

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali ma għandhomx:

(a)

jisfruttaw in-nuqqas ta' esperjenza jew ta' għarfien tal-minorenni;

(b)

jużaw stampi ta' minorenni jew persuni żgħażagħ jew kampanji li jappellaw partikolarment għall-minorenni;

(c)

jappellaw għall-minorenni, jew għaż-żgħażagħ billi jirriflettu jew jassoċjaw il-logħob tal-azzard mal-attivitajiet fil-kultura taż-żgħażagħ;

(d)

jissuġġerixxu li l-logħob tal-azzard jimmarka t-tranżizzjoni mill-adolexxenza għall-istat adult.

V.   REĠISTRAZZJONI U KONT TA' ĠUGATUR

15.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna tkun permessa biss tipparteċipa f'servizz tal-logħob tal-azzard onlajn meta tirreġistra bħala ġugatur u jkollha kont mal-operatur.

16.

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun meħtieġa waqt il-proċess ta' reġistrazzjoni sabiex jinfetaħ kont ta' ġugatur:

(a)

l-isem;

(b)

l-indirizz;

(c)

id-data tat-twelid;

(d)

l-indirizz tal-posta elettronika jew in-numru tat-telefown ċellulari.

17.

L-indirizz tal-posta elettronika jew in-numru tat-telefown ċellulari pprovduti għandhom jiġu vvalidati mill-ġugatur jew ivverifikati mill-operatur. Dawn għandhom jippermettu kuntatt u komunikazzjoni bejn l-operatur u l-ġugatur b'mod dirett u effettiv.

18.

Id-dettalji tal-identità tal-ġugatur għandhom jiġu vverifikati. Meta l-verifika elettronika diretta ma tkunx possibbli jew fis-seħħ, l-Istati Membri huma mħeġġa jiffaċilitaw l-aċċess għar-reġistri nazzjonali, il-bażijiet tad-dejta jew dokumenti uffiċjali oħrajn li permezz tagħhom l-operaturi għandhom jivverifikaw id-dettalji tal-identità.

19.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull meta l-identità jew l-età tal-persuna ma tkunx tista' tiġi vverifikata b'suċċess, il-proċess tar-reġistrazzjoni sabiex jinfetaħ kont ta' ġugatur, inkluż il-kont temporanju, għandu jiġi kkanċellat.

20.

L-Istati Membri huma mħeġġa jadottaw sistemi ta' identifikazzjoni elettronika waqt il-proċess ta' reġistrazzjoni.

21.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-proċess ta' reġistrazzjoni jippermetti li l-verifika tal-identità titlesta f'perjodu ta' żmien raġonevoli u ma jkunx ta' piż bla bżonn għall-konsumaturi jew għall-operaturi;

(b)

is-sistemi ta' reġistrazzjoni jippermettu mezzi alternattivi sabiex tiġi verifikata l-identifikazzjoni, b'mod partikolari meta l-konsumatur ma jkollux numru ta' identifikazzjoni nazzjonali ta' dak l-Istat Membru fejn dan ikun meħtieġ, jew fil-każ ta' indisponibbiltà temporanja tal-bażijiet tad-dejta.

22.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġugaturi jkollhom:

(a)

aċċess għal kont temporanju mal-operatur li miegħu jkollhom kont sakemm il-verifika tal-identità titlesta b'suċċess;

(b)

username għal identifikazzjoni unika u password jew karatteristika oħra għas-sigurtà tal-aċċess mal-operatur li miegħu jkollhom kont.

23.

L-Istati Membri għandu jkollhom regoli fis-seħħ:

(a)

sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-ġugaturi jkunu protetti u jistgħu jingħataw biss lill-ġugatur, u jinżammu separati mill-fondi proprji tal-operatur;

(b)

sabiex jevitaw kollużjoni mal-ġugaturi u trasferimenti ta' flus bejniethom, fosthom regoli dwar l-annullament ta' trasferimenti jew irkupru ta' fondi minn kontijiet ta' ġugatur fejn tiġi rilevata kollużjoni jew frodi.

VI.   ATTIVITÀ TAL-ĠUGATUR U APPOĠĠ

24.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-istadju tar-reġistrazzjoni fuq il-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur, ġugatur ikun jista' awtomatikament jistabbilixxi l-limiti tad-depożiti monetarji, kif ukoll il-limiti temporali.

25.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ġugatur ikun jista' jkollu aċċess f'kull ħin b'mod faċli għal dan li ġej fuq il-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur:

(a)

il-bilanċ fuq il-kont tal-ġugatur;

(b)

il-funzjoni ta' appoġġ għall-ġugaturi dwar logħob tal-azzard responsabbli permezz ta' formoli onlajn jew kuntatt personali fosthom mill-inqas l-iċċettjar lajv jew it-telefown;

(c)

linji għall-għajnuna għal organizzazzjonijiet ta' informazzjoni u assistenza kif imsemmi fil-punt 4(d).

26.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq il-websajt ta' operatur, ġugatur ikun jista' jirċievi twissijiet ta' informazzjoni b'mod awtomatiku f'intervalli regolari dwar ir-rebħiet u t-telfiet matul logħba jew imħatra u kemm ikun ilu jilgħab il-ġugatur. Il-ġugatur għandu jikkonferma t-twissija tal-informazzjoni u jkun jista' jissospendi jew ikompli għaddej bil-logħob tal-azzard.

27.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq il-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur ġugatur ma jkunx jista':

(a)

jagħmel depożiti li jaqbżu l-limitu monetarju ta' depożitu għall-perjodu ta' ħin speċifikat;

(b)

jipparteċipa fil-logħob tal-azzard sakemm il-kont ta' ġugatur ma jkollux il-fondi meħtieġa biex ikopri l-logħba jew l-imħatra.

28.

L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li l-operatur jipprovdi kreditu lill-ġugatur.

29.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq il-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur ġugatur ikun jista':

(a)

inaqqas il-limitu tad-depożitu, b'effett immedjat;

(b)

iżid il-limitu tad-depożitu. It-talba għandha tidħol fis-seħħ biss mill-inqas 24 siegħa wara t-talba tal-ġugatur;

(c)

jieqaf għal xi żmien u awtojeskludi lilu nnifsu.

30.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikollu politiki u proċeduri fis-seħħ li jiffaċilitaw l-interazzjoni mal-ġugaturi kull meta l-imġiba tagħhom minħabba l-logħob tal-azzard tindika riskju tal-iżvilupp ta' disturb minħabba l-logħob tal-azzard.

31.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iżomm rekord mill-inqas tad-depożiti u r-rebħiet mill-ġugatur għal perjodu determinat ta' żmien. Dawn għandhom ikunu disponibbli lill-ġugatur jekk jitlobhom.

VII.   ŻMIEN TA' WAQFIEN U AWTOESKLUŻJONI

32.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġugatur ikun jista' f'kull ħin jattiva żmien ta' waqfien jew ta' awtoesklużjoni fuq il-websajt tal-operatur minn servizzi ta' logħob tal-azzard onlajn, jew mit-tipi kollha ta' servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn.

33.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li:

(a)

iż-żmien ta' waqfien iservi biex jissospendi l-logħob tal-azzard għal mill-inqas 24 siegħa;

(b)

l-awtoesklużjoni ma' operatur tkun possibbli għal mhux inqas minn sitt xhur.

34.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' awtoesklużjoni, il-kont jingħalaq.

35.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' ġugatur tkun biss possibbli wara talba mill-ġugatur, f'forma miktuba jew elettronika, u f'kull każ biss wara li jkun għadda l-perjodu ta' awtoesklużjoni.

36.

L-Istati Membri għandu jkollhom regoli dwar talbiet minn partijiet terzi interessati lil operatur dwar l-esklużjoni ta' ġugatur minn websajt tal-logħob tal-azzard.

37.

L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu reġistru nazzjonali ta' ġugaturi awtoesklużi.

38.

Fejn ikun stabbilit, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess tal-operaturi għar-reġistri nazzjonali ta' ġugaturi awtoesklużi u jiżguraw li l-operaturi jikkonsultaw regolarment dawn ir-reġistri sabiex jipprevjenu lill-ġugaturi awtoesklużi milli jkomplu jilagħbu logħob tal-azzard.

VIII.   KOMUNIKAZZJONI KUMMERĊJALI

39.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur li ssir il-komunikazzjoni kummerċjali f'ismu jkun identifikabbli b'mod ċar.

40.

Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn ikollhom messaġġi fosthom mill-inqas ir-riskji għas-saħħa tal-logħob tal-azzard problematiku, b'mod prattiku u trasparenti.

41.

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali ma għandhomx:

(a)

jagħmlu dikjarazzjonijiet bla bażi dwar possibilitajiet ta' rebħ jew ir-ritorn li l-parteċipanti jistgħu jistennew mil-logħob tal-azzard;

(b)

jissuġġerixxu li l-ħila tista' tinfluwenza l-eżitu ta' logħba, meta dan ma jkunx il-każ;

(c)

joħolqu pressjoni biex jintlagħab il-logħob tal-azzard jew jiskoraġġixxu l-astensjoni permezz tal-ħin, il-post jew in-natura tal-komunikazzjoni kummerċjali;

(d)

jippreżentaw il-logħob tal-azzard bħala soċjalment attraenti jew ikollhom approvazzjonijiet minn personalitajiet magħrufa jew ċelebritajiet li jissuġġerixxu li l-logħob tal-azzard jikkontribwixxi għas-suċċess soċjali;

(e)

jissuġġerixxu li l-logħob tal-azzard jista' jkun ta' soluzzjoni għall-problemi soċjali, professjonali jew personali;

(f)

jissuġġerixxu li l-logħob tal-azzard jista' jkun alternattiva għax-xogħol, soluzzjoni għall-inkwiet finanzjarju jew forma ta' investiment finanzjarju.

42.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-logħob għall-gost li jintuża fil-komunikazzjonijiet kummerċjali jkunu soġġetti għall-istess regoli u kundizzjonijiet tekniċi bħal-logħob korrispondenti għall-flus.

43.

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali ma għandhomx jimmiraw għal ġugaturi vulnerabbli b'mod partikolari billi jsir użu ta' komunikazzjonijiet kummerċjali mhux mitluba indirizzati lil ġugaturi li jkunu awtoskludew lilhom infushom mil-logħob tal-azzard jew ġew esklużi milli jirċievu servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn fuq raġunijiet ta' logħob tal-azzard problematiku.

44.

L-Istati Membri li jippermettu komunikazzjoni kummerċjali mhux mitluba bil-posta elettronika għandhom jiżguraw:

(a)

li din il-komunikazzjoni kummerċjali tkun identifikabbli b'mod ċar u mhux ambigwu;

(b)

li l-operatur jirrispetta r-reġistri ta' esklużjoni fakultattiva li fihom persuni fiżiċi li ma jixtiequx jirċievu dawn il-komunikazzjonijiet kummerċjali jistgħu jirreġistraw.

45.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali jqisu r-riskju potenzjali tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn li jiġu promossi.

IX.   SPONSORJAR

46.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-isponsorjar mill-operaturi jkun trasparenti u li l-operatur ikun identifikabbli b'mod ċar bħala l-parti li tisponsorja.

47.

L-isponsorjar ma għandux jaffettwa ħażin jew jinfluwenza lill-minorenni. L-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw li:

(a)

ma jkun permess l-ebda sponsorjar ta' avvenimenti maħsuba għall-minorenni jew prinċipalment immirati għalihom;

(b)

ma jintużax materjal promozzjonali tal-parti li tisponsorja f'merkanzija maħsuba għall-minorenni jew prinċipalment immirati għalihom.

48.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-partijiet sponsorjati sabiex jivverifikaw jekk l-isponsorjar ikunx awtorizzat, skont il-liġi nazzjonali, fl-Istat Membru fejn għandu jseħħ l-isponsorjar.

X.   EDUKAZZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI

49.

L-Istati Membri, fejn xieraq mal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u mal-operaturi, huma mistiedna jorganizzaw jew jippromwovu kampanji regolari ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku sabiex jissensibilizzaw lill-konsumaturi u lill-gruppi vulnerabbli, fosthom il-minorenni, dwar il-logħob tal-azzard onlajn.

50.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u l-awtorità regolatorja tal-logħob tal-azzard ikunu meħtieġa jinformaw lill-impjegati rispettivi tagħhom li jaħdmu f'attivitajiet relatati mal-logħob tal-azzard dwar ir-riskji assoċjati mal-logħob tal-azzard onlajn. L-impjegati li jinteraġixxu direttament mal-ġugaturi għandhom jitħarrġu sabiex jiżguraw li huma jifhmu l-kwistjonijiet tal-logħob tal-azzard problematiku u jkunu jafu kif jirreaġixxu għalihom.

XI.   SUPERVIŻJONI

51.

L-Istati Membri huma mistiedna jaħtru awtoritajiet regolatorji tal-logħob tal-azzard meta japplikaw il-prinċipji stabbiliti f'din ir-Rakkomandazzjoni sabiex jiżguraw u jissorveljaw b'mod indipendenti l-konformità effettiva mal-miżuri nazzjonali meħuda għall-appoġġ tal-prinċipji stabbiliti f'din ir-Rakkomandazzjoni.

XII.   RAPPURTAR

52.

L-Istati Membri huma mistiedna jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull miżura li tittieħed skont din ir-Rakkomandazzjoni sad-19 ta' Jannar 2016 sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tevalwa l-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni.

53.

L-Istati Membri huma mistiedna jiġbru dejta annwali affidabbli għal skopijiet ta' statistika dwar:

(a)

il-miżuri protettivi applikabbli b'mod partikulari l-għadd ta' kontijiet ta' ġugatur (miftuħin u magħluqin), l-għadd ta' ġugaturi awtoesklużi, dawk li jesperjenzaw disturb tal-logħob tal-azzard u lmenti minn ġugaturi;

(b)

komunikazzjoni kummerċjali skont il-kategorija u skont it-tip ta' ksur tal-prinċipji;

L-Istati Membri huma mistiedna jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sad-19 ta' Lulju 2016.

54.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni sad-19 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Viċi President


(1)  COM(2011) 128 final.

(2)  COM(2012) 596 final.

(3)  P7_TA(2013)0348.

(4)  2012/2322(INI).

(5)  Il-Kawżi C-186/11 u C-209/11 Stanleybet International, C-316/07 Stoss & Othersu l-ġurisprudenza ċċitata.

(6)  Il-Kawża C-347/09 Dickinger and Omer u l-ġurisprudenza ċċitata.

(7)  Is-serje ta' dokumenti ta' politika ALICE-RAP: “Gambling: two sides of the same coin — recreational activity and public health problem”. ALICE RAP huwa proġett ta' riċerka ffinanzjat mis-seba' Programm Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp (www.alicerap.eu).

(8)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(10)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(11)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/47


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 131 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistemi Avvanzati ta' Bbrejkjar ta' Emerġenza (AEBS)

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 01 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 13 ta' Frar 2014

KONTENUT

IR-REGOLAMENT

Introduzzjoni (għall-informazzjoni)

1.

Kamp ta' applikazzjoni u għan

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet

6.

Proċedura tat-test

7.

Modifiki tat-tip ta' vettura u l-estenzjoni għall-approvazzjoni

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

12.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1.

Komunikazzjoni

2.

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3.

Twissija u rekwiżiti għall-attivazzjoni tat-test — Valuri ta' suċċess/falliment

4.

Rekwiżiti speċjali li għandhom ikunu applikati għall-aspetti ta' sikurezza ta' sistemi kumplessi ta' kontroll elettroniku tal-vettura

Introduzzjoni (għall-informazzjoni)

L-intenzjoni ta' dan ir-Regolament hija li jistabbilixxi dispożizzjonijiet uniformi għas-sistemi avvanzati ta' bbrekkjar ta' emerġenza (AEBS) immuntati fuq vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3  (1) li jintużaw primarjament f'kundizzjonijiet ta' awtostrada.

Filwaqt li, b'mod ġenerali, dawk il-kategoriji ta' vetturi se jibbenefikaw mill-immuntar ta' sistemi avvanzati ta' bbrekjar ta' emerġenza, hemm sottogruppi fejn il-benefiċċju huwa pjuttost inċert għax huma primarjament użati f'kundizzjonijiet oħra minbarra l-kundizzjonijiet ta' awtostrada (eż. karrozzi xarabank b'passiġġieri bilwieqfa, jiġifieri l-Klassijiet I, II u A (1)). Irrispettivament mill-benefiċċju, hemm sottogruppi oħrajn fejn l-istallazzjoni tal-AEBS tkun teknikament diffiċli (eż. il-pożizzjoni tas-senser fuq vetturi tal-kategorija G u vetturi bi skop speċjali, eċċ.).

Barra minn hekk, sistemi maħsuba għal vetturi mhux mgħammra b'sospensjoni pnewmatika tal-fus ta' wara jirrikjedu l-integrazzjoni ta' teknoloġija avvanzati tas-sensuri li jqisu l-varjazzjoni tal-angolu tat-timjil tal-vettura. Il-Partijiet Kontraenti li jixtiequ japplikaw dan ir-Regolament għal dawn il-vetturi għandhom jipprovdu żmien adegwat għal dan.

Is-sistema għandha tindika awtomatikament il-potenzjal ta' ħbit minn quddiem, tipprovdi lis-sewwieq bi twissija u tattiva s-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura bl-għan li tiġi evitatata jew tittaffa s-severità ta' ħbit f'każ li s-sewwieq ma jirrijaġġix għat-twissija.

Is-sistema għandha topera biss f'sitwazzjonijiet tas-sewqan fejn l-ibbrejkjar ikun se jevita jew ittaffi s-severità ta' inċident, u ma għandha tieħu l-ebda azzjoni f'sitwazzjonijiet normali tas-sewqan.

Fil-każ ta' ħsara fis-sistema, it-tħaddim sikur tal-vettura ma għandux jitqiegħed f'perikolu.

Is-sistema għandha tipprovdi bħala minimu twissija bil-ħoss jew twissija tattili, li tista' tkun ukoll rallentament qawwi, b'mod li sewwieq distratt jinġieb konxju ta' sitwazzjoni kritika.

Matul kwalunkwe azzjoni meħuda mis-sistema (il-fażijiet ta' twissija u ta' bbrejkjar ta' emerġenza), is-sewwieq jista', fi kwalunkwe ħin permezz ta' azzjoni konxja, eż. b'azzjoni bl-istering jew għafsa tal-aċċeleratur, jieħu l-kontroll f'idejh u jaqtal-kontroll tas-sistema.

Ir-Regolament ma jistax jinkludi l-kundizzjonijiet kollha tat-traffiku u l-karatteristiċi tal-infrastruttura kollha fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip. Il-kundizzjonijiet attwali u l-karatteristiċi fid-dinja reali ma għandhomx jirriżultaw fi twissijiet foloz jew ibbrejkjar għalxejn sal-punt li s-sewwieq jitħajjar jitfi s-sistema.

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI U GĦAN

Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2, N2, M3 u N3  (1) fir-rigward ta' sistema abbord li tevita jew ittaffi s-severità ta' ħbit fuq in-naħa ta' wara fil-karreġġata.

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.   “Sistema Avvanzata ta' Bbrejkjar ta' Emerġenza (AEBS)” tfisser sistema li tista' tindika awtomatikament sitwazzjoni ta' emerġenza u tattiva s-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura bl-għan li ħabta tiġi evitatata jew imtaffija.

2.2.   “Tip ta' vettura fir-rigward tas-Sistema Avvanzata ta' Bbrejkjar ta' Emerġenza tagħha” tfisser kategorija ta' vetturi li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:

(a)

L-isem tal-marka jew il-marka tal-manifattur;

(b)

Il-karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b'mod sinifikanti l-prestazzjoni tas-Sistema Avvanzata ta' Bbrekjar ta' Emerġenza;

(c)

It-tip u d-disinn tas-Sistema Avvanzata ta' Bbrekjar ta' Emerġenza.

2.3.   “Vettura inkwistjoni” tfisser il-vettura li qed tiġi ttestjata.

2.4.   “Mira” tfisser karozza tal-passiġġieri bi produzzjoni ta' serje ta' volum għoli tal-kategorija M1 AA saloon (1) jew, fil-każ ta' mira ratba, oġġett li huwa rappreżentattiv ta' vettura bħal din f'termini tal-karatteristiċi tad-detezzjoni tagħha applikabbli għas-sistema tas-sensur tal-AEBS li qed ikun ittestjat.

2.5.   “Mira li tiċċaqlaq” tfisser mira li tivvjaġġa b'veloċità kostanti fl-istess direzzjoni u fiċ-ċentru tal-istess karreġġata li fiha tkun qed tivvjaġġa l-vettura inkwistjoni.

2.6.   “Mira stazzjonarja” tfisser mira wieqfa li tħares fl-istess direzzjoni u li tinsab fiċ-ċentru tal-istess karreġġata tal-ivvjaġġar tat-test bħall-vettura inkwistjoni.

2.7.   “Mira ratba” tfisser mira li ssofri dannu minimu u tikkawża dannu minimu lill-vettura inkwistjoni fil-każ ta' ħabta.

2.8.   “Fażi ta' twissija ta' ħabta” tfisser il-fażi li tippreċedi direttament il-fażi ta' bbrejkjar ta' emerġenza, li matulha l-AEBS tavża lis-sewwieq dwar ħabta minn quddiem potenzjali.

2.9.   “Fażi ta' bbrejkjar ta' emerġenza” tfisser il-fażi li tibda meta l-AEBS tagħti, lis-sistema ta' bbrejkjar tas-servizz tal-vettura, talba għal ibbrejkjar ekwivalenti għal deċellerazzjoni ta' mill-anqas 4 m/s2.

2.10.   “Spazju komuni” tfisser żona li fiha jistgħu jintwerew żewġ funzjonijiet tal-informazzjoni jew iktar (eż. simbolu) iżda mhux simultanjament.

2.11.   “Awtokontroll” tfisser funzjoni integrata li tikkontrolla għal xi ħsara fis-sistema fuq bażi semikontinwa mill-anqas sakemm is-sistema tkun attiva.

2.12.   “Ħin sal-ħabta (TTC)” tfisser il-valur tal-ħin miksub billi tinqasam id-distanza bejn il-vettura inkwistjoni u l-mira bil-veloċità relattiva tal-vettura inkwistjoni u l-mira, f'mument wieħed fil-ħin.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tas-Sistema Avvanzata ta' Bbrekjar ta' Emerġenza għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.   Hija għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt:

3.2.1.

Deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2.2, flimkien ma pakkett ta' dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn bażiku tal-AEBS u l-mezzi li bihom hija konnessa ma' sistemi oħrajn tal-vettura jew li permezz tagħhom tikkontrolla direttament lill-varjabbli tal-output. In-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta' vettura għandhom jiġu speċifikati.

3.3.   Vettura li tirrappreżenta t-tip ta' vettura li għandha tiġi approvata għandha titressaq quddiem is-Servizz Tekniku li jkun qed iwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip tal-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dik it-tip ta' vettura.

4.2.   Għal kull tip approvat għandu jkun assenjat numru tal-approvazzjoni; l-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 01, li jikkorrispondu għas-serje ta' emendi 01) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenija reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lill-istess tip ta' vettura mgħammra b'tip ieħor ta' AEBS, jew lil tip ieħor ta' vettura.

4.3.   Għandha tintbagħat notifika ta' approvazzjoni jew ta' ċaħda ta' approvazzjoni skont dan ir-Regolament lill-Partijiet ikkonċernati għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 u d-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant f'format mhux ikbar mid-daqs A4 (210 × 297 mm) jew mitni għal dak il-format u fuq skala xierqa jew f'għamla elettronika.

4.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b'mod li jidher u f'post li huwa faċilment aċċessibbli li jiġi speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tikkonforma mal-mudell li hemm spjegata fl-Anness 2 u li tikkonsisti minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

4.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta' hawn fuq.

4.5.   Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta' vettura approvata, taħt wieħed jew aktar Regolamenti oħra annessi ma' dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1 ta' hawn fuq ma għandux għalfejn jittenna; f'dan il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu f'kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu li hemm preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta' hawn fuq.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u għandha tkun indelibbli.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq it-tabella tad-dejta tal-vettura.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.   Ġenerali

5.1.1.   Kull vettura mgħammra b'AEBS konformi mad-definizzjoni tal-paragrafu 2.1 ta' hawn fuq għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 5.1 sa 5.6.2 ta' dan ir-Regolament u għandha tkun mgħammra b'funzjoni ta' bbrejkjar anti-lock skont ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-Anness 13 tar-Regolament Nru 13.

5.1.2.   L-effikaċja tal-AEBS m'għandhiex tkun affettwata b'mod negattiv minn kampijiet manjetiċi jew tal-elettriku. Dan għandu jintwera permezz ta' konformità mar-Regolament Nru 10, is-Serje ta' emendi 03 tar-Regolament.

5.1.3.   Il-konformità mal-aspetti ta' sikurezza ta' sistemi kunplessi ta' kontroll elettroniku għandha tintwera billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Anness 4.

5.2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni

5.2.1.   Is-sistema għandha tipprovdi lis-sewwieq bi twissija jew twissijat xierqa kif jidher hawn taħt:

5.2.1.1.

Twissija ta' ħabta meta l-AEBS tkun innutat possibbiltà ta' ħabta ma' vettura li tkun qiegħda quddiem tal-kategorija M, N jew O fl-istess karreġġata li tkun qed tivjaġġa b'veloċità aktar bil-mod, tkun waqfet kompletament jew tkun stazzjonarja li ma tkunx ġiet identifikata li qed tiċċaqlaq. It-twissija għandha tkun kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.1 ta' hawn fuq.

5.2.1.2.

Twissija ta' ħsara meta jkun hemm ħsara fl-AEBS li tipprevjeni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. It-twissija għandha tkun kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.4 ta' hawn taħt.

5.2.1.2.1.

M'għandux ikun hemm intervall ta' ħin twil bejn kull awtokontroll mill-AEBS, u sussegwentement, m'għandux ikun hemm dewmien biżżejjed biex jinxtegħel is-sinjal ta' twissija, fil-każ ta' ħsara li tista' tkun innutata b'mezz elettriku.

5.2.1.3.

Għandha tingħata twissija ta' diżattivazzjoni, jekk il-vettura hija mgħammra b'mezzi sabiex l-AEBS tkun diżattivata b'mod manwali, meta s-sistema tkun diżattivata. Dan għandu jkun kif speċifikat fil-paragrafu 5.4.2 ta' hawn taħt.

5.2.2.   Wara t-twissija(twissijiet) li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5.2.1.1 ta' hawn fuq, u skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi minn 5.3.1 sa 5.3.3 ta' hawn taħt, għandu jkun hemm fażi ta' bbrejkjar ta' emerġenza bl-iskop li titnaqqas b'mod sinifikanti l-veloċità tal-vettura inkwistjoni. Dan għandu jkun ittestjat skont il-paragrafi 6.4 u 6.5 ta' dan ir-Regolament.

5.2.3.   Is-sistema għandha tkun attiva mill-anqas fil-firxa tal-veloċità tal-vettura ta' 15 km/h sal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, u għal kull kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura, sakemm din ma tkunx diżattivata manwalment skont il-paragrafu 5.4 ta' hawn taħt.

5.2.4.   Is-sistema għandha tkun iddisinjata biex timminimizza l-ħolqien ta' sinjali ta' twissija ta' ħabta u biex tevita bbrejkjar awtonomu f'sitwazzjonijiet fejn is-sewwieq ma jagħrafx ħabta bil-quddiem imminenti. Dan għandu jintwera skont il-paragrafu 6.8 ta' dan ir-Regolament.

5.3.   Interruzzjoni mis-sewwieq

5.3.1.   L-AEBS tista' tipprovdi l-mezzi lis-sewwieq biex jinterrompi l-fażi tat-twissija ta' ħabta. Madankollu, meta tintuża sistema ta' bbrejkjar tal-vettura sabiex tingħata twissija tattili, is-sistema għandha tipprovdi lis-sewwieq b'mezz biex ikun jista' jinterrompi t-twissija tal-ibbrejkjar.

5.3.2.   L-AEBS għandha tipprovdi l-mezz għas-sewwieq biex jinterrompi l-fażi ta' bbrejkjar ta' emerġenza.

5.3.3.   Fiż-żewġ każijiet ta' hawn fuq, din l-interruzzjoni tista' tinbeda minn kwalunkwe azzjoni pożittiva (pereżempju kick-down, bl-operazzjoni tal-kontroll tal-indikatur tad-direzzjoni) li tindika li s-sewwieq huwa konxju mis-sitwazzjoni ta' emerġenza. Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lista ta' dawn l-azzjonijiet pożittivi lis-servizz tekniku fi kwalunkwe ħin tal-approvazzjoni tat-tip u din għandha tinhemeż mar-rapport tat-test.

5.4.   Meta vettura hija mgħammra b'mezz biex tkun diżattivata l-funzjoni tal-AEBS, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin kif suppost:

5.4.1.

Il-funzjoni AEBS għandha terġa' tkun attivata awtomatikament mal-bidu ta' kull ċiklu ta' ignixin ġdid.

5.4.2.

Sinjal ottiku kostanti ta' twissija għandu jinforma lis-sewwieq li l-funzjoni AEBS tkun ġiet diżattivata. Is-sinjal ta' twissija isfar speċifikat fil-paragrafu 5.5.4 ta' hawn taħt jista' jintuża għal dan l-għan.

5.5.   Indikazzjoni ta' twissija

5.5.1.   It-twissija ta' ħabta li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 5.2.1.1 ta' hawn fuq għandha tingħata b'mill-anqas żewġ modalitajiet magħżula bejn dik akustika, tattili jew ottika.

Il-ħin tas-sinjali ta' twissija għandu jkun tali li dawn għandhom jipprovdu l-possibbiltà lis-sewwieq biex jirreaġixxi għar-riskju ta' ħabta u jieħu kontroll tas-sitwazzjoni, u għandu jevita wkoll li jkun ta' xkiel għas-sewwieq minħabba twissijiet li jingħataw kmieni ż-żejjed jew spiss wisq. Dan għandu jkun ittestjat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6.4.2 u 6.5.2 ta' dan ir-Regolament.

5.5.2.   Deskrizzjoni tal-indikazzjoni tat-twissija u s-sekwenza li fiha jiġu ppreżentati s-sinjali tat-twissija tal-ħabta lis-sewwieq għandhom jingħataw mill-manifattur tal-vettura fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip u jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test.

5.5.3.   Fejn jintuża mezz ottiku bħala parti mit-twissija tal-ħabta, is-sinjal ottiku jista' jkun it-teptip tas-sinjal ta' twissija ta' ħsara kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.4 ta' hawn taħt.

5.5.4.   It-twissija ta' ħsara li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 5.2.1.2 ta' hawn fuq għandha tkun sinjal ta' twissija ottiku isfar kostanti.

5.5.5.   Kull sinjal ta' twissija ottiku tal-AEBS għandu jiġi attivat jew meta jinxtegħel is-swiċċ tal-ignixin (jistartja) għall-pożizzjoni “on” (jaħdem) jew meta s-swiċċ tal-ignixin (jistartja) ikun f'pożizzjoni bejn “on” (jaħdem) u “start” li hija deżinjata mill-manifattur bħala pożizzjoni ta' kontroll (sistema inizjali (power-on)). Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal sinjali ta' twissija li jintwerew fi spazju komuni.

5.5.6.   Is-sinjali ta' twissija ottika għandhom ikunu viżibbli, anki matul il-ġurnata; il-kondizzjoni sodisfaċenti tas-sinjali trid tkun verifikabbli faċilment mis-sewwieq minn fuq is-sedil tiegħu.

5.5.7.   Meta s-sewwieq jingħata sinjal ottiku ta' twissija li jindika li l-AEBS temporanjament mhijiex disponibbli, pereżempju minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, is-sinjal għandu jkun kostanti u ta' kulur isfar. Is-sinjal ta' twissija speċifikat fil-paragrafu 5.5.4 ta' hawn fuq jista' jintuża għal dan l-għan.

5.6.   Dispożizzjonijiet għall-ispezzjoni teknika perjodika

5.6.1.   Waqt spezzjoni teknika perjodika għandu jkun possibbli li wieħed jikkonferma l-istatus ta' tħaddim korrett tal-AEBS permezz ta' osservazzjoni viżiva tal-istatus tas-sinjal ta' twissija ta' ħsara, wara “power-ON” u kwalunkwe kontroll tal-bozza.

Fil-każ li s-sinjal tat-twissija ta' ħsara jkun fi spazju komuni, dan l-ispzju komuni għandu jkun osservat li jkun funzjonali qabel ma jsir il-kontroll tal-istatus tas-sinjal tat-twissija ta' ħsara.

5.6.2.   Fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jkun muri b'mod kunfidenzjali l-mezz ta' protezzjoni kontra modifika sempliċi mhux awtorizzata tat-tħaddim tas-sinjal ta' twissija ta' ħsara magħżul mill-manifattur.

Min-naħa l-oħra, dan ir-rekwiżit ta' protezzjoni huwa ssodisfat meta jkun disponibbli mezz sekondarju għall-kontroll tal-istatus ta' tħaddim korrett tal-AEBS.

6.   PROĊEDURA TAT-TEST

6.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test

6.1.1.   It-test għandu jitwettaq fuq superfiċje lixxa u xotta tal-asfalt jew tal-konkrit li tagħti adeżjoni tajba.

6.1.2.   It-temperatura tal-ambjent għandha tkun bejn 0 °C u 45 °C.

6.1.3.   Il-firxa ta' viżibbiltà orizzontali għandha tippermetti li l-mira tkun osservata matul it-test kollu.

6.1.4.   It-testijiet għandhom jitwettqu meta ma jkunx hemm riħ li jista' jaffettwa r-riżultati.

6.2.   Il-kundizzjonijiet tal-vettura

6.2.1.   Il-piż tat-test

Il-vettura għandha tkun ittestjata f'kundizzjoni ta' tagħbija kif miftiehem bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku. M'għandha ssir l-ebda alterazzjoni ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test.

6.3.   Il-miri tat-test

6.3.1.   Il-mira użata għat-testijiet għandha tkun karozza tal-passiġġieri regolari ta' produzzjoni ta' serje ta' volum għoli tal-kategorija M1 AA saloon, jew inkella rappreżentazzjoni “mira ratba” (“soft target”) ta' din il-vettura f'termini tal-karatteristiċi tal-identifikazzjoni tagħha applikabbli għas-sistema tas-sensur tal-AEBS li qed jiġi ttestjat (3).

6.3.2.   Dettalji li jippermettu li l-mira jew miri li jridu jiġu identifikati u riprodotti speċifikament għandhom ikunu rreġistrati fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

6.4.   Test tat-twissija u attivazzjoni b'mira stazzjonarja

6.4.1.   Il-vettura inkwistjoni għandha tersaq lejn il-mira stazzjonarja f'linja dritta għal mill-anqas żewġ sekondi qabel il-parti funzjonali tat-test, b'vettura inkwistjoni li jkollha mira 'l barra mil-linja ċentrali ta' mhux aktar minn 0,5 m.

Il-parti funzjonali tat-test għandha tibda meta l-vettura inkwistjoni tkun qed tivjaġġa b'veloċità ta' 80 ± 2 km/h u tkun mill-anqas f'distanza ta' 120 m mill-mira.

Mill-bidu tal-parti funzjonali sal-punt tal-ħabta m'għandu jkun hemm l-ebda aġġustament lil ebda kontroll tal-vettura inkwistjoni mis-sewwieq, minbarra aġġustamenti żgħar fil-kontroll tal-istering bħala kontroll kontra xi ċaqliq.

6.4.2.   Il-ħin għall-modalitajiet tat-twissija tal-ħabta li hemm referenza għalih fil-paragrafu 5.5.1 ta' hawn fuq għandu jikkonforma ma' dan li ġej:

6.4.2.1.

Tal-inqas modalità ta' twissija waħda għandha tiġi pprovduta mhux aktar tard minn kif inhu speċifikat fit-Tabella I, Kolonna B tal-Anness 3.

Fil-każ tal-vetturi msemmija fit-Tabella I, ir-ringiela 1 tal-Anness 3, it-twissija għandha tkun tattili jew akustika.

Fil-każ tal-vetturi msemmija fit-Tabella I, ir-ringiela 2 tal-Anness 3, it-twissija għandha tkun ottika jew akustika.

6.4.2.2.

Tal-inqas żewġ modalitajiet ta' twissija għandhom jiġu pprovduti mhux aktar tard minn kif inhu speċifikat fit-Tabella I, Kolonna C tal-Anness 3.

6.4.2.3.

Kull tnaqqis fil-veloċità matul il-fażi ta' twissija m'għandux jeċċedi jew il-15-il km/h jew it-30 % tat-tnaqqis totali fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni, skont dak li huwa l-ogħla.

6.4.3.   Il-fażi ta' twissija ta' ħabta għandha tkun segwita mill-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza.

6.4.4.   It-tnaqqis totali fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni fil-ħin tal-impatt mal-mira stazzjonarja għandu jkun mhux anqas mill-valur speċifikat fit-Tabella I, kolonna D tal-Anness 3.

6.4.5.   Il-fażi ta' bbrejkjar ta' emerġenza m'għandhiex tibda qabel TTC ugwali għal jew anqas minn 3,0 sekondi.

Il-konformità għandha tkun verifikata jew permezz tal-kejl attwali matul it-test jew bl-użu ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur tal-vettura, kif miftiehem bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur tal-vettura.

6.5.   Test ta' twissija u attivazzjoni b'mira li tiċċaqlaq

6.5.1.   Il-vettura inkwistjoni u l-mira li tiċċaqlaq għandhom jivjaġġaw f'linja dritta, fl-istess direzzjoni, għal mill-anqas żewġ sekondi qabel il-parti funzjonali tat-test, b'vettura inkwistjoni li jkollha mira 'l barra mil-linja ċentrali ta' mhux aktar minn 0,5 m.

Il-parti funzjonali tat-test għandha tibda bil-vettura inkwistjoni miexja b'veloċità ta' 80 ± 2 km/h, bil-mira miexja bil-veloċità tal-valur speċifikat fit-Tabella I, kolonna H tal-Anness 3, u distanza li tifridhom ta' talanqas 120 m bejniethom.

Mill-bidu tal-parti funzjonali tat-test sakemm il-vettura inkwistjoni tilħaq veloċità uġwali għal dik tal-mira m'għandu jkun hemm l-ebda aġġustament lil kwalunkwe kontroll tal-vettura inkwistjoni mis-sewwieq minbarra aġġustamenti żgħar fil-kontroll tal-istering bħala kontroll kontra xi ċaqliq

6.5.2.   Il-ħin għall-modalitajiet tat-twissija tal-ħabta li hemm referenza għalih fil-paragrafu 5.5.1 ta' hawn fuq għandu jikkonforma ma' dan li ġej:

6.5.2.1.

Tal-inqas modalità ta' twissija waħda tattili jew akustika għandha tiġi pprovduta mhux aktar tard minn kif inhu speċifikat fit-Tabella I, Kolonna E tal-Anness 3.

6.5.2.2.

Tal-inqas żewġ modalitajiet ta' twissija għandhom jiġu pprovduti mhux aktar tard minn kif inhu speċifikat fit-Tabella I, Kolonna F tal-Anness 3.

6.5.2.3.

Kull tnaqqis fil-veloċità matul il-fażi ta' twissija m'għandux jeċċedi jew il-15-il km/h jew 30 % tat-tnaqqis totali fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni, skont dak li huwa l-ogħla.

6.5.3.   Il-fażi ta' bbrejkjar ta' emerġenza għandha twassal biex il-vettura inkwistjoni ma tolqotx il-mira li tiċċaqlaq.

6.5.4.   Il-fażi ta' bbrejkjar ta' emerġenza m'għandhiex tibda qabel TTC ugwali għal jew anqas minn 3,0 sekondi.

Il-konformità għandha tkun verifikata jew permezz tal-kejl attwali matul it-test jew bl-użu ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur tal-vettura, kif miftiehem bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur tal-vettura.

6.6.   It-test ta' detezzjoni tal-ħsara

6.6.1.   Agħmel simulazzjoni tal-ħsara elettrika, pereżempju billi tneħħi s-sors tal-enerġija lil kull komponent tal-AEBS jew billi tneħħi kull konnessjoni elettrika bejn il-komponenti tal-AEBS. Meta ssir simulazzjoni ta' ħsara tal-AEBS, la l-konnessjonijiet elettriċi għas-sinjal ta' twissija tas-sewwieq li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5.5.4 ta' hawn fuq u lanqas il-kontroll ta' diżattivazzjoni manwali fakultattiv tal-AEBS li hemm referenza għalih fil-paragrafu 5.4 m'għandhom ikunu skonnettjati.

6.6.2.   Is-sinjal ta' twissija ta' ħsara li hemm referenza għalih fil-paragrafu 5.5.4 ta' hawn fuq għandu jkun attivat u jibqa' attivat mhux aktar tard minn 10 sekondi wara li l-vettura tkun instaqet f'veloċità akbar minn 15 km/h u jerġa' jiġi attivat mill-ġdid immedjatament wara ċiklu ta' ignition “off” ignition “on” bil-vettura stazzjonarja sakemm tibqa' teżisti l-ħsara simulata.

6.7.   It-test tad-diżattivazzjoni

6.7.1.   Għal vetturi mgħammra b'mezzi ta' diżattivazzjoni tal-AEBS, dawwar is-swiċċ tal-ignixin (start) lejn il-pożizzjoni “on” (ħidma) u ddiżattiva l-AEBS. Is-sinjal ta' twissija msemmi fil-paragrafu 5.4.2 ta' hawn fuq għandu jkun attivat. Dawwar is-swiċċ tal-ignixin (start) lejn il-pożizzjoni “off”. Għal darb'oħra, dawwar is-swiċċ tal-ignixin (start) lejn il-pożizzjoni “on” (ħidma) u vverifika li s-sinjal ta' twissija li kien attivat qabel mhux attivat mill-ġdid, li jindika li l-AEBS jkun rega' ġie attivat kif speċifikat fil-paragrafu 5.4.1 ta' hawn fuq. Jekk is-sistema ta' startjar hija attivata permezz ta' “ċavetta”, dan ir-rekwiżit għandu jkun issodisfat mingħajr ma titneħħa ċ-ċavetta.

6.8.   It-test ta' reazzjoni falza

6.8.1.   Żewġ vetturi stazzjonarji, tal-kategorija M1 AA saloon, għandhom jitpoġġew:

(a)

B'tali mod li jħarsu fl-istess direzzjoni ta' vjaġġar bħall-vettura inkwistjoni,

(b)

B'distanza ta' 4,5 m bejniethom (4),

(c)

Bil-parti ta' wara ta' kull vettura allinjata mal-oħra.

6.8.2.   Il-vettura inkwistjoni għandha tivjaġġa għal distanza ta' mill-anqas 60 m, b'veoċità kostanti ta' 50 ± 2 km/h biex tgħaddi ċentralment bejn iż-żewġ vetturi stazzjonarji.

Matul it-test m'għandu jkun hemm l-ebda aġġustament ta xi kontroll tal-vettura inkwistjoni, ħlief xi aġġustamenti żgħar tal-istering bħala azzjoni kontra ċ-ċaqliq

6.8.3.   L-AEBS m'għandhiex tipprovdi twissija ta' ħabta u m'għandhiex tibda l-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza.

7.   MODIFIKI TAT-TIP TA' VETTURA U L-ESTENZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

7.1.   Kull modifika tat-tip ta' vettura kif iddefinit fil-paragrafu 2.2 ta' hawn fuq, għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li approvat it-tip ta' vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista' jew:

7.1.1.   Tikkunsidra li l-modifiki li saru ma għandhomx effett negattiv fuq il-kundizzjonijiet għall-għotja tal-approvazzjoni u jagħtu estenzjoni tal-approvazzjoni;

7.1.2.   Tikkunsidra li l-modifiki li saru jaffettwaw il-kundizzjonijiet għall-għotja tal-approvazzjoni u jitolbu li jsiru iżjed testijiet jew kontrolli qabel ma jagħtu l-estenzjoni tal-approvazzjoni.

7.2.   Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, li jispeċifikaw it-tibdiliet, għandhom ikunu ikkomunikati lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura indikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq.

7.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti oħrajn bl-estenzjoni permezz tal-formola ta' komunikazzjoni li tidher fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament. Għandha tassenja numru serjali lil kull estenzjoni li jkun magħruf bħala n-numru tal-estenzjoni.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   Il-proċeduri relatati mal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali ddefiniti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), u jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

8.2.   Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b'mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5ta' hawn fuq;

8.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tista' fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta' kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.

9.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8 ta' hawn fuq ma jiġux osservati.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur ta' approvazzjoni jieqaf b'mod permanenti mill-manifattura ta' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, li japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi risponsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li taw l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni.

12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

12.1.   Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika is-serje ta' emendi 01 għal dan ir-Regolament, ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjonijiet tat-tip skont is-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament.

12.2.   Mid-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip u estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip lis-serje ta' emendi 00 għal dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim tal-1958, is-serje ta' emendi 00 tista' tintuża bħala alternattiva għas-serje 01. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat Ġenerali dwar liema alternattiva japplikaw. Fin-nuqqas ta' notifika tal-Partijiet Kontraenti lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Partijiet Kontraenti jiġu kkunsidrati li applikaw is-serje 01.

12.3.   Mid-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, l-ebda Parti Kuntraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta approvazzjoni nazzjonali jew reġjonali dwar it-tip għal tip ta' vettura approvata fis-serje ta' emendi 01 għal dan ir-Regolament.

12.4.   Sal-1 ta' Novembru 2016, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta' tip ta' vettura approvat skont is-serje ta' emendi 00 għal dan ir-Regolament.

12.5.   Mill-1 ta' Novembru 2016, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw is-serje ta' emendi 01 għal dan ir-Regolament mhumiex obbligati li jaċċettaw, għall-iskop ta' approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali, tip ta' vettura approvata skont is-serje ta' emendi 00 għal dan ir-Regolament.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2.

(2)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(3)  Il-karatteristiċi tal-identifikazzjoni tal-mira ratba għandhom ikunu maqbula bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur tal-vettura bħala ekwivalenti għal karozza tal-passiġġieri tal-kategorija M1 AA saloon.

(4)  Il-punt ta' referenza ta' kull vettura stazzjonarja biex tkun stabbilita d-distanza bejn żewġ vetturi stazzjonarji, għandu jkun determinat skont ISO 612-1978.


ANNESS 1

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

(Ara l-paragrafi 4.4 sa 4.4.2 ta' dan ir-Regolament)

Image

a = 8 mm minimu

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura konċernat, rigward il-firxa viżiva 'l quddiem tas-sewwieq ġie approvat fil-Belġju (E 6) fir-rigward tas-Sistemi Avvanzati ta' Brrejkjar ta' Emerġenza skont ir-Regolament Nru 131. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 01 għar-Regolament Nru 131.


ANNESS 3

TWISSIJA U REKWIŻITI GĦALL-ATTIVAZZJONI TAT-TEST — VALURI TA' SUĊĊESS/FALLIMENT

A

B

C

D

E

F

G

H

Ringiela

 

Mira stazzjonarja

Mira li tiċċaqlaq

 

Il-ħin tal-modalitajiet ta' twissija

Tnaqqis tal-veloċità

(paragrafu ta' referenza 6.4.4)

Il-ħin tal-modalitajiet ta' twissija

Tnaqqis tal-veloċità

(paragrafu ta' referenza 6.5.3)

Veloċità tal-mira

(paragrafu ta' referenza 6.5.1)

Mill-anqas 1

(paragrafu ta' referenza 6.4.2.1)

Mill-anqas 2

(paragrafu ta' referenza 6.4.2.2)

Mill-anqas 1

(paragrafu ta' referenza 6.5.2.1)

Mill-anqas 2

(paragrafu ta' referenza 6.5.2.2)

M3  (1), N2 > 8 t

kif ukoll

N3

Mhux aktar tard minn 1,4 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Mhux aktar tard minn 0,8 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Mhux anqas minn 20 km/h

Mhux aktar tard minn 1,4 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Mhux aktar tard minn 0,8 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Ebda impatt

12 ± 2 km/h

1

N2 ≤ 8 t (2)  (4)

u

M2  (2)  (4)

Mhux aktar tard minn 0,8 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza (3)

Mhux inqas minn10 km/h

Mhux aktar tard minn 0,8 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza (3)

Ebda impatt

67 ± 2 km/h (5)

2


(1)  Vetturi tal-kategorija M3 b'sistema ta' bbrejkjar idrawlika huma suġġetti għar-rekwiżiti tar-ringiela 2.

(2)  Vetturi b'sistemi ta' bbrejkjar pnewmatiku huma suġġetti għar-rekwiżiti tar-ringiela 1.

(3)  Il-valuri għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur tal-vettura fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip (l-Anness 1, paragrafu 15).

(4)  Il-manifatturi ta' vetturi koperti mir-ringiela 2 jistgħu jagħżlu li jiksbu Approvazzjoni tat-Tip tal-vetturi għall-valuri speċifikati fir-ringiela 1; f'dan il-każ il-konformità għandha tintwera bil-valuri kollha li jinsabu fir-ringiela 1.

(5)  Il-valuri għall-veloċità tal-mira fiċ-ċellula H2 għandhom jiġu reveduti qabel l-1 ta' Novembru 2021.


ANNESS 4

REKWIŻITI SPEĊJALI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI GĦALL-ASPETTI TA' SIKUREZZA TA' SISTEMI KUMPLESSI TA' KONTROLL ELETTRONIKU TAL-VETTURA

1.   ĠENERALI

Dan l-Anness jiddefinixxi r-rekwiżiti speċjali għad-dokumentazzjoni, għall-istrateġija tal-ħsarat u għall-verifika fir-rigward tal-aspetti tas-sikurezza ta' Sistemi Kumplessi ta' Kontroll Elettroniku tal-Vetturi (definizzjoni 2.3. ta' hawn taħt) safejn huwa kkonċernat dan ir-Regolament.

Dan l-Anness jista' jissejjaħ ukoll, minn paragrafi speċjali f'dan ir-Regolament, għal funzjonijiet relatati mas-sikurezza li huma kkontrollati minn sistema(i) elettronika(ċi).

Dan l-Anness ma jispeċifikax il-kriterji tal-prestazzjoni għas-'Sistema' iżda jkopri l-metodoloġija applikata għall-proċess tad-disinn u għall-informazzjoni li trid tiġi żvelata lis-Servizz Tekniku, għal skopijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

Din l-informazzjoni għandha turi li “Is-Sistema” tirrispetta, f'kondizzjonijiet normali u ta' ħsara, ir-rekwiżiti xierqa kollha tal-prestazzjoni li ġew speċifikati band'oħra f'dan ir-Regolament.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan l-Anness:

2.1.

Il-“kunċett tas-sikurezza” huwa deskrizzjoni tal-miżuri ddisinjati fis-sistema, pereżempju fl-unitajiet elettroniċi, sabiex tiġi indirizzata l-integrità tas-sistema u b'hekk ikun żgurat tħaddim sikur anki fil-każ ta' ħsara elettrika.

Il-possibbiltà li l-vettura taqa' għal ħidma parzjali jew saħansitra għal sistema ta' appoġġ għall-funzjonijiet vitali tal-vettura tista' tkun parti mill-kunċett tas-sikurezza.

2.2.

“Sistema ta' kontroll elettroniku” tfisser kombinazzjoni ta' unitajiet, iddisinjati biex jikkooperaw fil-produzzjoni tal-funzjoni ddikjarata tal-kontroll tal-vettura permezz ta' proċessar elettroniku tad-dejta.

Sistemi bħal dawn, ta' spiss ikkontrollati minn softwer, jinbnew minn komponenti funzjonali distinti bħal sensuri, unitajiet ta' kontroll elettroniku u attwaturi u jkunu mqabbdin b'konnessjonijiet tat-trażmissjoni. Jistgħu jinkludu elementi mekkaniċi, elettropnewmatiċi jew elettroidrawliċi.

“Is-Sistema”, kif qed tissejjaħ hawnhekk hija dik, li għaliha qed tiġi mfittxija l-approvazzjoni tat-tip.

2.3.

“Sistemi komplessi ta' kontroll elettroniku tal-vettura” huma dawk is-sistemi ta' kontroll elettroniku li huma soġġetti għal ġerarkija ta' kontroll fejn funzjoni kkontrollata tista' tinqabeż minn sistema/funzjoni ta' livell ogħla ta' kontroll elettroniku.

Funzjoni li tinqabeż issir parti mis-sistema kumplessa.

2.4.

Sistemi/funzjonijiet ta' “kontroll ta' livell ogħla” huma dawk li jużaw dispożizzjonijiet addizzjonali ta' pproċessar u/jew ta' perċezzjoni biex jimmodifikaw l-imġiba tal-vettura billi jikkmandaw varjazzjonijiet fil-funzjoni(jiet) normali tas-sistema ta' kontroll ta' vettura.

Dan jippermetti li s-sistemi kumplessi awtomatikament ibiddlu l-għanijiet tagħhom bi prijorità li tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi pperċeputi.

2.5.

L-“unitajiet” huma l-iżgħar diviżjonijiet tal-komponenti ta' sistema li sejrin jitqiesu f'dan l-Anness, minħabba li dawn il-kombinazzjonijiet ta' komponenti sejrin jiġu ttrattati bħala entitajiet waħdanin għal skopijiet ta' identifikazzjoni, analiżi jew sostituzzjoni.

2.6.

Il-“konnessjonijiet tat-trażmissjoni” huma l-mezzi li jintużaw biex jiġu interkonnessi l-unitajiet imqassma sabiex jitwasslu sinjali, dejta operattiva jew provvista tal-enerġija.

Ġeneralment, dan it-tagħmir ikun tal-elettriku iżda, f'xi parti minnu, jista' jkun mekkaniku, pnewmatiku, idrawliku jew ottiku.

2.7.

“Firxa ta' kontroll” tirreferi għall-varjabbli tal-output u tiddefinixxi l-firxa li fuqha s-sistema x'aktarx li teżerċita kontroll.

2.8.

Il-“konfin ta' ħidma funzjonali” tiddefinixxi l-konfini tal-limiti fiżiċi esterni li fihom is-sistema tista' żżomm kontroll.

3.   DOKUMENTAZZJONI

3.1.   Rekwiżiti

Il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta' dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn bażiku ta' “Is-Sistema” u l-mezzi li bihom hija konnessa ma' sistemi oħrajn tal-vettura jew li permezz tagħhom tikkontrolla direttament lill-varjabbli tal-output.

Għandhom jiġu spjegati l-funzjoni(jiet) ta' “Is-Sistema” u l-kunċett tas-sikurezza, kif ġew stabbiliti mill-manifattur.

Id-dokumentazzjoni għandha tkun qasira, iżda għandha tipprovdi evidenza li d-disinn u l-iżvilupp kellhom il-benefiċċju ta' kompetenza mill-oqsma kollha tas-sistema li huma involuti.

Għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi, id-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-istatus operattiv kurrenti ta' “Is-Sistema” jista' jiġi kkontrollat.

3.1.1.   Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli f'2 partijiet:

(a)

Il-pakkett tad-dokumentazzjoni formali għall-approvazzjoni, li fih il-materjal elenkat fil-paragrafu 3 ta' dan l-anness (ħlief dak tal-paragrafu 3.4.4 ta' hawn taħt) li għandu jiġi pprovdut lis-Servizz Tekniku fl-istess waqt tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip. Dan se jitqies bħala r-referenza bażika għall-proċess ta' verifika stabbilit fil-paragrafu 4 ta' dan l-Anness.

(b)

Materjal addizzjonali u dejta ta' analiżi tal-paragrafu 3.4.4 ta' hawn taħt li għandhom jinżammu mill-manifattur, iżda għandhom ikunu disponibbli għal spezzjoni fi żmien l-approvazzjoni tat-tip.

3.2.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta' “Is-Sistema”

Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni li tagħti spjegazzjoni sempliċi tal-funzjonijiet kollha ta' kontroll ta' “Is-Sistema” u tal-metodi li ntużaw sabiex jintlaħqu l-għanijiet, inkluża dikjarazzjoni tal-mekkaniżmu(i) li permezz tiegħu(tagħhom) jiġi eżerċitat il-kontroll.

3.2.1.   Għandha tkun ipprovduta lista tal-varjabbli tal-input u dawk ipperċepiti kollha u għandha tiġi ddefinita l-firxa ta' ħidma tagħhom.

3.2.2.   Għandha tkun ipprovduta lista tal-varjabbli tal-output kollha li jiġu kkontrollati minn “Is-Sistema” u, f'kull każ, għandha tingħata indikazzjoni ta' jekk il-kontroll huwiex dirett jew permezz ta' sistema oħra tal-vettura. Għandha tiġi definita l-firxa ta' kontroll (ara l-paragrafu 2.7 ta' dan l-anness) eżerċitata fuq kull varjabbli bħal dawn.

3.2.3.   Fejn ikun xieraq, għall-prestazzjoni tas-sistema, għandhom jiġu ddikjarati l-limiti li jiddefinixxu l-konfini tal-operazzjoni funzjonali (ara l-paragrafu 2.8 ta' dan l-anness).

3.3.   L-arranġament u l-iskematika tas-sistema

3.3.1.   Inventarju tal-komponenti

Għandha tkun ipprovduta lista li tiġbor flimkien l-unitajiet kollha ta' “Is-Sistema” u li ssemmi s-sistemi l-oħra tal-vettura li huma meħtieġa sabiex tintlaħaq il-funzjoni ta' kontroll in kwistjoni.

Għandha tkun ipprovduta dijagramma skematika ġenerali li turi dawn l-unitajiet f'kombinazzjoni fejn kemm id-distribuzzjoni tat-tagħmir kif ukoll l-interkonnessjonijiet għandhom jiġu ċċarati.

3.3.2.   Il-funzjonijiet tal-unitajiet

Il-funzjoni ta' kull unità tas-“Sistema” għandha tkun deskritta fil-qosor u għandhom jintwerew is-sinjali li jikkonnettjawha ma' Unitajiet oħrajn jew ma' sistemi oħrajn tal-vettura. Dan jista' jkun ipprovdut permezz ta' dijagramma blokka dettaljata jew dijagramma skematika oħra, jew b'deskrizzjoni megħjuna minn dijagramma bħal din.

3.3.3.   L-interkonnessjonijiet

L-interkonnessjonijiet fis-“Sistema” għandhom jintwerew permezz ta' dijagramma taċ-ċirkwiti għall-konnessjonijiet tat-trażmissjoni tal-elettriku, permezz ta' dijagramma tal-optical-fibre għal konnessjonijiet ottiċi, permezz ta' dijagramma tal-pajpijiet għal apparat tat-trażmissjoni pnewmatika jew idrawlika u permezz ta' arranġament dijagrammatiku ssimplifikat għall-konnessjonijiet mekkaniċi.

3.3.4.   Il-fluss tas-sinjali u l-prijoritajiet

Għandu jkun hemm korrispondenza ċara bejn dawn il-konnessjonijiet tat-trażmissjoni u s-sinjali ttrasportati bejn l-unitajiet.

Il-prijoritajiet tas-sinjali fuq mogħdijiet multiplexed tad-dejta għandhom jiġu ddikjarati kulfejn il-prijorità tista' tkun kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni jew is-sikurezza safejn ikun ikkonċernat dan ir-Regolament.

3.3.5.   L-identifikazzjoni tal-unitajiet

Kull unità għandha tkun identifikabbli b'mod ċar u b'mod mhux ambigwu (eż. bi mmarkar għall-ħardwer u bi mmarkar jew b'output tas-softwer għall-kontenut tas-softwer) biex tkun ipprovduta assoċjazzjoni korrispondenti tal-ħardwer u tad-dokumentazzjoni.

Fejn il-funzjonijiet jiġu kkombinati f'unità waħda jew tabilħaqq f'kompjuter wieħed, iżda jintwerew fi blokki multipli fid-dijagramma blokka għal skopijiet ta' ċarezza u ta' faċilità ta' spjegazzjoni, għandu jintuża biss immarkar wieħed għall-identifikazzjoni tal-ħardwer.

Bl-użu ta' din l-identifikazzjoni, il-manifattur għandu jafferma li t-tagħmir ipprovdut huwa konformi mad-dokument korrispondenti.

3.3.5.1.   L-identifikazzjoni tiddefinixxi l-verżjoni tal-ħardwer u tas-softwer u, fejn tal-aħħar jinbidel b'tali mod li jbiddel il-funzjoni tal-unità safejn huwa kkonċernat dan ir-Regolament, din l-identifikazzjoni għandha titbiddel ukoll.

3.4.   Il-kunċett tas-sikurezza tal-manifattur

3.4.1.   Il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tafferma li l-istrateġija magħżula biex jintlaħqu l-għanijiet ta' “Is-Sistema”, f'kondizzjonijiet mhux ta' ħsara, mhix se tippreġudika l-ħidma sikura tas-sistemi li huma soġġetti għall-preskrizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

3.4.2.   Fir-rigward tas-softwer użat fi “Is-Sistema”, għandha tiġi spjegata l-arkittettura ġenerali u għandhom jiġu identifikati l-metodi u l-għodod tad-disinn li ntużaw. Il-manifattur għandu jkun ippreparat, jekk ikun meħtieġ, li juri parti mill-evidenza tal-mezzi li bihom iddetermina r-realizzazzjoni tal-loġika tas-sistema, matul il-proċess tad-disinn u tal-iżvilupp.

3.4.3.   Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtoritajiet tekniċi bi spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-disinn mibnija fis-“Sistema” sabiex tiġi ġġenerata ħidma sikura f'kundizzjonijiet ta' ħsara. Dispożizzjonijiet possibbli tad-disinn għal ħsara fi “Is-Sistema” pereżempju huma:

(a)

Il-vettura taqleb għal ħidma fejn tintuża sistema parzjali.

(b)

Bidla għal sistema separata ta' appoġġ.

(c)

It-tneħħija tal-funzjoni ta' livell għoli.

Fil-każ ta' ħsara, is-sewwieq għandu jiġi mwissi, pereżempju b'sinjal ta' twissija jew b'wirja ta' messaġġ. Meta s-sistema ma tkunx diżattivata mis-sewwieq, eż. billi jdawwar l-iswiċċ tal-ignixin (ħidma) għal “mitfi”, jew billi tintefa dik il-funzjoni partikolari jekk ikun ipprovdut swiċċ speċjali għal dak l-iskop, it-twissija għandha tkun preżenti sakemm tippersisti l-kundizzjoni ta' ħsara.

3.4.3.1.   Jekk, f'ċerti kundizzjonijiet ta' ħsara, il-provvista magħżula tagħżel modalità ta' prestazzjoni parzjali, allura dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati u l-limiti tal-effikaċja li jirriżultaw għandhom jiġu definiti.

3.4.3.2.   Jekk il-provvista magħżula tagħżel mezz sekondarju (ta' appoġġ) biex twettaq l-għan tas-sistema ta' kontroll tal-vettura, il-prinċipji tal-mekkaniżmu tal-bidla, il-loġika u l-livell tat-tagħmir addizzjonali li jaħdem f'każ ta' ħsara u kwalunkwe karatteristika ta' kontroll interna ta' appoġġ għandhom jiġu spjegati u l-limiti tal-effikaċja ta' appoġġ li jirriżultaw għandhom jiġu ddefiniti.

3.4.3.3.   Jekk il-provvista magħżula tagħżel it-tneħħija tal-funzjoni ta' livell ogħla, is-sinjali ta' kontroll tal-output korrispondenti assoċjati ma' din il-funzjoni għandhom jiġu inibiti, u b'tali mod li jiġi limitat l-ixkiel ta' tranżizzjoni.

3.4.4.   Id-dokumentazzjoni għandha tkun appoġġjata minn analiżi li turi, f'termini ġenerali, kif se ġġib ruħha s-sistema meta sseħħ kwalunkwe waħda mill-ħsarat speċifikati li se jkollha effett fuq il-prestazzjoni jew fuq is-sikurezza tal-kontroll tal-vettura.

Dan jista' jkun ibbażat fuq Analiżi tal-Modalità u tal-Effett tal-Ħsara (FMEA — Failure Mode and Effect Analysis), Analiżi tal-Oriġini tal-Ħsara (FTA — Fault Tree Analysis) jew kwalunkwe proċess simili adattat għal konsiderazzjonijiet tas-sikurezza tas-sistema.

Il-metodu(i) analitiku(ċi) magħżul(a) għandu(hom) jiġi(u) stabbilit(i) u miżmum(a) mill-Manifattur u għandu(hom) ikun(u) disponibbli għal spezzjoni mis-servizz tekniku fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip.

3.4.4.1.   Din id-dokumentazzjoni għandha telenka l-parametri li qegħdin jiġu mmonitorjati u għandha tistabbilixxi, għal kull kundizzjoni ta' ħsara tat-tip iddefinit fil-paragrafu 3.4.4 ta' hawn fuq, is-sinjal ta' twissija li għandu jingħata lis-sewwieq u/jew lill-persunal tas-servis/tal-ispezzjoni teknika.

4.   VERIFIKA U TEST

4.1.   Il-ħidma funzjonali tas-“Sistema”, kif ġie stabbilit fid-dokumenti meħtieġa fil-paragrafu 3. ta' hawn fuq, għandha tiġi ttestjata kif ġej:

4.1.1.   Il-verifika tal-funzjoni ta' “Is-Sistema”

Bħala l-mezz biex ikunu stabbiliti l-livelli operattivi normali, il-verifika tal-prestazzjoni tas-sistema tal-vettura f'kundizzjonijiet mhux ta' ħsara għandha titwettaq skont l-ispeċifikazzjoni tal-livell ta' referenza bażiku tal-manifattur sakemm dan ma jkunx soġġett għal test ta' prestazzjoni speċifikat bħala parti mill-proċedura tal-approvazzjoni ta' dan ir-Regolament jew ta' Regolament ieħor.

4.1.2.   Il-verifika tal-kunċett tas-sikurezza tal-paragrafu 3.4 ta' hawn fuq

Ir-reazzjoni tas-“Sistema”, fid-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, għandha tiġi kkontrollata taħt kundizzjoni ta' ħsara fi kwalunkwe unità individwali bl-applikazzjoni ta' sinjali ta' output li jikkorrispondu għal unitajiet elettriċi jew għal elementi mekkaniċi sabiex jiġu simulati l-effetti ta' ħsarat interni fl-unità.

Ir-riżultati tal-verifika għandhom jikkorrispondu mas-sommarju ddokumentat tal-analiżi tal-ħsarat, sa livell ta' effett globali b'mod li jiġi kkonfermat li l-kunċett u l-eżekuzzjoni tas-sikurezza jkunu adegwati.