ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 188

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
27 ta' Ġunju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 709/2014 tal-20 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 152/2009 dwar id-determinazzjoni tal-livelli ta' diossini u poliklorobifenili ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2014 tat-23 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-proċess ta' deċiżjonijiet konġunti dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjonijiet skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

19

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2014 tas-26 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd

60

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 712/2014 tas-26 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

62

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/398/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2014 li taħtar tliet membri Taljani u erba' membri supplenti Taljani fil-Kumitat tar-Reġjuni

64

 

 

2014/399/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

66

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/400/PESK tas-26 ta' Ġunju 2014 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo

68

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK tas-26 ta' Ġunju 2014 dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta' Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea

73

 

 

2014/402/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2014 fir-rigward tar-restrizzjonijiet ta' awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali li fihom l-IPBC innotifikati mill-Ġermanja skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2014) 4167)  ( 1 )

85

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 709/2014

tal-20 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 152/2009 dwar id-determinazzjoni tal-livelli ta' diossini u poliklorobifenili

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) jinkludi metodi għad-determinazzjoni tal-livelli ta' poliklorodibenżo-p-diossini (PCDDs), poliklorodibenżofurani (PCDFs) u poliklorobifenili (PCB) simili għad-diossini fl-għalf.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar il-metodi ta' skrinjar li jidentifika l-kampjuni b'livelli konsiderevoli ta' PCDD/Fs u PCB simili għad-diossini (preferibbilment billi jintgħażlu kampjuni li jaqbżu l-livelli ta' azzjoni u tkun assigurata l-għażla ta' kampjuni li jaqbżu l-livelli massimi) u li huma ta' volum kbir. Fir-rigward tal-livelli massimi, ir-rata ta' konformità falza ta' dawk il-metodi ta' skrinjar għandha tkun ta' inqas minn 5 %.

(3)

Meta r-riżultati miksuba b'dan il-metodu ta' skrinjar ma jaqbżux il-valur ta' limitu, il-kampjun oriġinali għandu jiġi analizzat permezz ta' metodu li jwassal għall-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta' PCDD/Fs u PCB simili għad-diossini li jkun hemm fil-kampjun. Minn hawn' il quddiem dawn il-metodi jissejħu “metodi konfermatorji”. Il-progress u l-iżviluppi tekniċi wrew li l-użu tal-kromatografija b'fażi gassuża/l-ispettrometrija tal-massa tandem (GC-MS/MS) għandu jkun permess għall-użu bħala metodu ta' konferma għall-verifika tal-konformità mal-livell massimu, flimkien mal-kromatografija b'fażi gassuża/l-ispettrometrija tal-massa b'riżoluzzjoni għolja (GC-HRMS).

(4)

Wara l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-regoli li bħalissa jinsabu fis-seħħ, hija xierqa emenda għad-dispożizzjonijiet attwali fir-rigward tal-ħtieġa ta' analiżi duplikata, il-ġudizzju tal-konformità f'każ ta' analiżi duplikata u r-rekwiżit tad-differenza bejn riżultati aċċettabbli superjuri u ta' inferjuri.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti B tal-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 152/2009 hi emendata kif jidher fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 152/2009, il-Parti (B) “DETERMINAZZJONI TAL-LIVELLI TA' DIOSSINI (PCDD/PCDF) U TA' PCB” tinbidel b'dan li ġej:

“B.   DETERMINAZZJONI TAL-LIVELLI TA' DIOSSINI (PCDD/PCDF) U TA' PCB

KAPITOLU I

Metodi ta' teħid ta' kampjuni u interpretazzjoni tar-riżultati analitiċi

1.   Għan u Skop

Il-kampjuni maħsuba għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' dpoliklorodibenżo-p-diossina (PCDDs), poliklorodibenżofuran (PCDFs), poliklorobifenili (PCB) (1) simili għad-diossini u PCB li ma humiex simili għad-diossini fl-għalf għandhom jittieħdu skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I. Għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti kwantitattivi f'relazzjoni mal-kontroll ta' sustanzi jew prodotti mqassma uniformament fl-għalf kif stipulat fil-punt 5.1 tal-Anness I. Aggregazzjoni ta' kampjuni li tkun inkisbet għandha tiġi kkunsidrata bħala rappreżentattiva tal-materjal li minnu tkun ittieħdet. Għandha tiġi stabbilita konformità mal-livelli massimi stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE fuq bażi tal-livelli ddeterminati fil-kampjuni tal-laboratorju.

Għall-finijiet ta' din il-Parti B, id-definizzjonijiet miġjuba fl-Anness I mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE (2) għandhom japplikaw.

Minbarra dawk id-definizzjonijiet, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-finijiet ta' din il-parti B:

 

‘Metodi tal-iskrinjar’ tfisser il-metodi użati għall-għażla ta' dawk il-kampjuni b'livelli ta' PCDD/Fs u PCB simili għad-diossini li jaqbżu l-livelli massimi, jew il-limiti ta' azzjoni. Dawn għandhom jippermettu ammont qawwi ta' kampjunar kosteffettiv, biex b'hekk iżidu l-possibbiltà li jiġu skoperti każijiet ġodda ta' esponiment għoli tal-konsumaturi u ta' riskji għal saħħithom. Il-metodi tal-iskrinjar għandhom ikunu bbażati fuq metodi bijoanalitiċi jew GC-MS. Ir-riżultati minn kampjuni li jaqbżu l-valur ta' limitu biex tiġi vverifikata l-konformità mal-livell massimu għandhom jiġu verifikati permezz tal-analiżi sħiħa mill-kampjun oriġinali b'metodu konfermatorju.

 

‘Metodi konfermatorji’ tfisser metodi li jipprovdu informazzjoni sħiħa jew kumplimentarja li tippermetti li jiġu identifikati l-PCDD/Fs u l-PCB simili għad-diossini u li dawn jiġu kkwantifikati mingħajr żball fil-livell massimu jew fil-każ ta' ħtieġa fil-limitu ta' azzjoni. Dawn il-metodi jużaw kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b'riżoluzzjoni għolja (GC-HRMS) jew kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija tal-massa tandem (GC-MS/MS).

2.   Konformità tal-lott jew tas-sublott mal-livell massimu

2.1.   Fir-rigward ta' PCB mhux simili għad-diossini

Il-lott ikun konformi mal-livell massimu jekk ir-riżultat analitiku ma jaqbiżx il-livell massimu ta' PCB li mhumiex simili għad-diossini stipulati mid-Direttiva 2002/32/KE, meta wieħed jikkunsidra l-inċertezza tal-kejl.

Il-lott ma jkunx konformi mal-livell massimu jekk ir-riżultat analitiku tal-livell superjuri (3) ikkonfermat minn analiżi duplikata (4) jaqbeż il-livell massimu stipulat mid-Direttiva 2002/32/KE, meta wieħed jikkunsidra l-inċertezza tal-kejl. Biex tkun verifikata l-konformità tintuża l-medja taż-żewġ determinazzjonijiet, u dan filwaqt li jittieħed kont tal-inċertezza tal-kejl.

L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi kkunsidrata skont wieħed minn dawn l-approċċi:

billi tiġi kkalkolata l-inċertezza li qiegħda tespandi, billi jintuża fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta' kunfidenza ta' madwar 95 %. Lott jew sublott ma jkunx konformi jekk il-valur imkejjel nieqes U huwa ogħla mil-livell massimu,

billi jkun stabbilit il-limitu tad-deċiżjoni (CCα) skont il-punt 3.1.2.5 tal-Anness I mad-Deċiżjoni 2002/657/KE. Lot jew sublott jitqies mhux konformi jekk il-valur imkejjel ikun ugwali għal CCα jew ogħla.

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw għar-riżultat analitiku miksub fuq il-kampjun għall-kontroll uffiċjali. Fil-każ ta' analiżi għal skopijiet ta' difiża jew ta' referenza, għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali.

2.2.   Rigward PCDD/F u PCB simili għad-diossini

Il-lott ikun jaqbel mal-livelli massimi jekk ir-riżultat ta' analiżi waħda,

imwettqa minn metodu ta' skrinjar b'rata ta' konformità falza taħt il-5 %, jindika li l-livell ma jaqbiżx il-livell massimu rispettiv ta' PCDD/PCDFs u s-somma ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini stipulati mid-Direttiva 2002/32/KE,

imwettqa minn metodu konfermatorju, ma jaqbiżx il-livell massimu rispettiv ta' PCDD/PCDFs u s-somma ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini stipulati mid-Direttiva 2002/32/KE, meta wieħed jikkunsidra l-inċertezza tal-kejl.

Għal assaġġ tal-iskrinjar għandu jkun stabbilit valur ta' limitu għal deċiżjonijiet dwar il-konformità tal-kampjuni mal-livelli massimi rispettivi stipulati jew għal PCDD/PCDFs, jew inkella għas-somma ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini.

Il-lott ma jkunx konformi mal-livell massimu jekk ir-riżultat analitiku tal-livell superjuri (5) miksub permezz ta' metodu konfermatorju u kkonfermat minn analiżi duplikata jaqbeż il-livell massimu stipulat mid-Direttiva 2002/32/KE, meta wieħed jikkunsidra l-inċertezza tal-kejl (6). Biex tkun verifikata l-konformità tintuża l-medja taż-żewġ determinazzjonijiet, u dan filwaqt li jittieħed kont tal-inċertezza tal-kejl.

L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi kkunsidrata skont wieħed minn dawn l-approċċi:

billi tiġi kkalkolata l-inċertezza li qiegħda tespandi, billi jintuża fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta' kunfidenza ta' madwar 95 %. Lott jew sublott ma jkunx konformi jekk il-valur imkejjel nieqes U huwa ogħla mil-livell massimu. F'każ li ssir determinazzjoni separata ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini, is-somma tal-inċertezza estiża stmata tar-riżultati analitiċi separati tal-PCDD/PCDFs u tal-PCB simili għad-diossini għandha tintuża għas-somma ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini,

billi jkun stabbilit il-limitu tad-deċiżjoni (CCα) skont il-punt 3.1.2.5 tal-Anness I mad-Deċiżjoni 2002/657/KE. Lot jew sublott jitqies mhux konformi jekk il-valur imkejjel ikun ugwali għal CCα jew ogħla.

Il-paragrafi minn 1 sa 4 għandhom japplikaw għar-riżultati analitiċi miksuba fuq il-kampjun għall-kontroll uffiċjali. Fil-każ ta' analiżi għal skopijiet ta' difiża jew ta' referenza, għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali.

3.   Riżultati li jaqbżu l-limiti ta' azzjoni kif stipulati fl-Anness II mad-Direttiva 2002/32/KE

Il-limiti ta' azzjoni jservu ta' għodda għas-selezzjoni ta' kampjuni f'dawk il-każijiet fejn huwa meħtieġ li jkun identifikat sors ta' kontaminazzjoni u sabiex jittieħdu miżuri biex din titnaqqas jew tiġi eliminata. Il-metodi ta' skrinjar għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għas-selezzjoni ta' dawk il-kampjuni. F'każ li jkunu meħtieġa sforzi sinifikanti biex ikun identifikat is-sors u biex il-kontaminazzjoni titnaqqas jew tiġi eliminata, jista' jkun xieraq li tiġi konfermata l-qabża fil-limiti ta' azzjoni hija kkonfermata minn analiżi duplikata permezz ta' metodu ta' konferma u b'kunsiderazzjoni tal-inċertezza tal-kejl (7).

KAPITOLU II

Preparazzjoni ta' kampjuni u rekwiżiti għall-metodi ta' analiżi użati fil-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' diossini (PCDD/PCDF) u ta' PCB simili għad-diossini fl-għalf

1.   Kamp tal-applikazzjoni

Ir-rekwiżiti stipulati f'dan il-Kapitolu għandhom jiġu applikati meta l-għalf ikun analizzat għall-kontroll uffiċjali tal-livelli sostituti 2,3,7,8 ta' poliklorodibenżo-p-diossini u poliklorodibenżofurani (PCDD/Fs) u poliklorobifenili simili għad-diossini (PCB simili għad-diossini) u għal skopijiet regolatorji oħra.

Il-monitoraġġ tal-preżenza ta' PCDD/Fs u PCB simili għad-diossini fl-għalf jista' jsir għal żewġ tipi differenti ta' metodi analitiċi:

(a)

Metodi ta' skrinjar

L-għan tal-metodi tal-iskrinjar huwa li jintgħażlu dawk il-kampjuni b'livelli ta' PCDD/Fs u PCB simili għad-diossini li jaqbżu l-livelli massimi, jew il-limiti ta' azzjoni. Il-metodi tal-iskrinjar għandhom jippermettu ammont qawwi ta' kampjunar kosteffettiv, biex b'hekk iżidu l-possibbiltà li jiġu skoperti każijiet ġodda ta' esponiment għoli tal-konsumaturi u ta' riskji għal saħħithom. L-applikazzjoni tagħhom għandha timmira li tevita riżultati ta' konformità falza. Dawn jistgħu jinkludu metodi bijoanalitiċi u ta' GC-MS.

Il-metodi tal-iskrinjar iqabblu r-riżultat analitiku mal-valur ta' limitu, li tipprovdi deċiżjoni pożittiva jew negattiva dwar il-possibbiltà li jkun inqabeż il-livell massimu jew ta' limitu ta' azzjoni. Huwa meħtieġ li l-konċentrazzjoni ta' PCDD/Fs u s-somma ta' PCDD/Fs u PCB simili għad-diossini fil-kampjuni suspettati li mhumiex konformi mal-livell massimu tiġi ddeterminata/kkonfermata permezz ta' metodu konfermatorju.

Barra minn hekk, il-metodi ta' skrinjar jistgħu jagħtu indikazzjoni tal-livelli ta' PCDD/Fs u DL-PCB preżenti fil-kampjun. Fil-każ tal-applikazzjoni ta' metodi ta' skrinjar bijoanalitiċi r-riżultat jiġi espress bħala Ekwivalenti Bijoanalitiċi (BEQ), filwaqt li f'każ ta' applikazzjoni ta' metodi fiżiko-kimiċi GC-MS jiġi espress bħala Ekwivalenti ta' Tossiċità (TEQ). Ir-riżultati indikati numerikament tal-metodi ta' skrinjar huma adattati biex tintwera l-konformità jew suspett ta' nuqqas ta' konformità jew eċċess tal-limiti ta' azzjoni u jagħtu indikazzjoni tal-firxa ta' livelli f'każ ta' segwitu permezz ta' metodi konfermatorji. Dawn mhumiex adattati għal għanijiet bħalma huma l-evalwazzjoni tal-livelli ta' sfond, l-istima tal-konsum, is-segwiment tax-xejriet matul iż-żmien f'livelli jew ir-rivalutazzjoni tal-livelli massimi u l-limiti ta' azzjoni.

(b)

Metodi konfermatorji

Il-metodi konfermatorji jippermettu l-identifikazzjoni inekwivokabbli u l-kwantifikazzjoni ta' PCDD/F u PCB simili għad-diossini preżenti f'kampjun u jipprovdu informazzjoni sħiħa fil-livell ta' konġeneru. Għalhekk, dawn il-metodi jippermettu l-kontroll tal-livelli massimi u ta' limiti ta' azzjoni, inkluża l-konferma tar-riżultati miksuba permezz tal-metodi ta' skrinjar. Barra minn hekk, ir-riżultati jistgħu jintużaw għal skopijiet oħra bħalma hija d-determinazzjoni tal-livelli ta' sfond inferjuri fil-monitoraġġ tal-għalf, is-segwiment tax-xejriet matul iż-żmien, l-istima tal-esponiment u t-tiswir ta' bażi ta' dejta għar-rivalutazzjoni tal-livelli massimi u ta' limiti ta' azzjoni. Dawn huma importanti wkoll biex jiġu stabbiliti profili ta' konġeneri sabiex jiġi identifikat is-sors ta' kontaminazzjoni potenzjali. Dawn il-metodi jużaw GC-HRMS. Għall-konferma tal-konformità jew in-nuqqas ta' konformità mal-livell massimu, jistgħu jintużaw ukoll il-GC-MS/MS.

2.   Sfond

Għall-kalkolu tal-konċentrazzjonijiet tal-Ekwivalent ta' Tossiċità (TEQ), il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi individwali f'kampjun partikolari għandhom jiġu mmultiplikati mal-Fattur ta' Ekwivalenza ta' Tossiċità (TEF) rispettiv tagħhom (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1(*) tal-Kapitolu I) u sussegwentament magħduda biex jinkiseb it-total tal-konċentrazzjoni tal-komposti simili għad-diossini espressa bħala TEQs.

Għall-finijiet ta' din il-Parti B, il-limitu speċifiku aċċettat ta' kwantifikazzjoni ta' konġeneri individwali jfisser il-kontenut l-aktar baxx tal-analita li jista' jitkejjel b'ċertezza statistika raġonevoli, li jissodisfa l-kriterji ta' identifikazzjoni kif deskritti fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, pereżempju, fl-istandard EN 16215:2012 (Għalf għall-annimali — Determinazzjoni tad-diossini u PCB simili għad-diossini permezz tal-GC-HRMS u ta' PCB indikaturi permezz tal-GC-HRMS) u/jew il-metodi EPA 1613 u 1668 kif riveduti.

Il-limitu ta' kwantifikazzjoni ta' konġeneru individwali jista' jiġi identifikat bħala

(a)

il-konċentrazzjoni ta' analita fl-estratt ta' kampjun li jipproduċi reazzjoni strumentali f'żewġ joni differenti biex jiġu ssorveljati bi proporzjon S/N (sinjal/ħoss) ta' 3:1 għal sinjal ta' dejta mhux ipproċessata inqas intensiva; jew

(b)

jekk għal raġunijiet tekniċi l-kalkolu sinjal-għal-ħoss ma jipprovdix riżultati affidabbli, il-punt ta' konċentrazzjoni l-aktar baxx fuq kurva ta' kalibrazzjoni li jagħti devjazzjoni aċċettabbli (≤ 30 %) u konsistenti (imkejla mill-inqas fil-bidu u fit-tmiem ta' serje ta' kampjuni analitiċi) mill-medja tal-fattur ta' reazzjoni relattiva kkalkulata għal kull punt fuq il-kurva ta' kalibrazzjoni f'kull serje ta' kampjuni. Il-LOQ hija kkalkulata mill-punt ta' konċentrazzjoni l-aktar baxx b'kunsiderazzjoni tal-irkupru tal-istandards interni u l-kampjun ta' konsum.

Metodi ta' skrinjar bijoanalitiċi mhumiex se jagħtu riżultati f'livell ta' konġeneru imma biss indikazzjoni (8) tal-livell TEQ, espress bħala Ekwivalenti Bijoanalitiċi (BEQ) sabiex ikun magħruf il-fatt li f'estratt ta' kampjuni, mhux il-komposti kollha preżenti li jipproduċu rispons f'test jistgħu jobdu r-rekwiżiti kollha tal-prinċipju TEQ.

Il-metodi ta' skrinjar u konfermatorji jistgħu jiġu applikati biss għall-kontroll ta' ċerti matriċi jekk il-metodi huma sensittivi biżżejjed biex jinstabu livelli b'mod li wieħed jista' joqgħod fuqhom fil-limitu ta' azzjoni jew il-livell massimu.

3.   Rekwiżiti għall-assigurazzjoni tal-kwalità

3.1.   Għandhom jittieħdu miżuri sabiex tkun evitata l-kontaminazzjoni trasversali f'kull stadju tal-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u tal-analiżi.

3.2.   Il-kampjuni għandhom jinħażnu u jiġu ttrasportati f'kontenituri tal-ħġieġ, aluminju, polipropilen jew polietilen adattati għall-ħżin mingħajr ebda influwenza fuq il-livelli ta' PCDD/PCDFs u ta' PCB simili għad-diossini fil-kampjuni. Fdalijiet ta' trab tal-karti għandhom jitneħħew mill-kontenitur tal-kampjun.

3.3.   Il-ħażna u t-trasport tal-kampjuni għandhom jitwettqu b'mod li jżomm l-integrità tal-kampjun tal-għalf.

3.4.   Sa fejn huwa rilevanti, kull kampjun tal-laboratorju għandu jkun mitħun fin u mħallat sew permezz ta' proċess li jkun intwera li jista' jikseb omoġenizzazzjoni kompluta (pereżempju tħin li jgħaddi minn arbiel ta' 1 mm). Il-kampjuni għandhom jitnixxfu qabel ma jiġu mitħuna jekk il-kontenut umdu jkun għoli wisq.

3.5.   Għandu jsir kontroll tar-reaġenti, tal-oġġetti tal-ħġieġ u tat-tagħmir għall-possibbiltà ta' influwenza tar-riżultati bbażati fuq it-TEQ jew il-BEQ.

3.6.   Għandha ssir analiżi inbjank billi titwettaq il-proċedura analitika kollha filwaqt li jitħalla barra l-kampjun biss.

3.7.   Għall-metodi bijoanalitiċi, l-oġġetti kollha tal-ħġieġ u s-solventi użati fl-analiżi għandhom ikunu ttestjati biex ikunu ħielsa minn komposti li jistgħu jfixklu d-detezzjoni tal-komposti fil-mira fil-medda ta' ħidma. L-oġġetti tal-ħġieġ għandhom jitlaħalħu b'solventi jew jissaħnu f'temperaturi adattati biex ineħħu kull traċċa ta' PCDD/PCDFs, komposti simili għad-diossini u komposti li jinterferixxu, mill-wiċċ tagħhom.

3.8.   Il-kwantità ta' kampjuni użata għall-estrazzjoni għandha tkun biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti b'kunsiderazzjoni ta' medda ta' ħidma baxxa biżżejjed inkluż il-konċentrazzjonijiet tal-livell massimi jew il-limitu ta' azzjoni.

3.9.   Il-proċeduri speċifiċi ta' preparazzjoni tal-kampjun użati għall-prodotti meqjusa għandhom isegwu l-linji gwida aċċettati internazzjonalment.

4.   Rekwiżiti għal-laboratorji

4.1.   B'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorji għandhom ikunu akkreditati minn korp rikonoxxut li jopera skont il-Gwida ISO 58 biex jiżgura li dawn qegħdin japplikaw assigurazzjoni ta' kwalità analitika. Il-laboratorji għandhom ikunu akkreditati skont l-istandard EN ISO/IEC 17025.

4.2.   Il-profiċjenza tal-laboratorju għandha tiġi ppruvata permezz tal-parteċipazzjoni kontinwa b'suċċess fi studji interlaboratorji għad-determinazzjoni ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini fil-matriċi tal-għalf rilevanti u fil-meded ta' konċentrazzjoni.

4.3.   Il-laboratorji li japplikaw metodi ta' skrinjar għall-kontroll ta' rutina għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib ma' laboratorji li japplikaw il-metodi konfermatorji, kemm għall-kontroll ta' kwalità kif ukoll għall-konferma tar-riżultat analitiku ta' kampjuni suspettużi.

5.   Ħtiġiet bażiċi li għandhom ikunu ssodisfati għall-proċedura analitika għal diossini (PCDD/PCDFs) u PCB simili għad-diossini.

5.1.   Medda ta' ħidma baxxa u limiti ta' kwantifikazzjoni

Għal PCDD/PCDFs, il-kwantitajiet li jistgħu jinstabu għandhom ikunu fil-medda femtogramm superjuri (10–15 g) minħabba t-tossiċità estrema ta' xi wħud minn dawn il-komposti. Għall-biċċa l-kbira tal-konġeneri tal-PCB, il-limitu ta' kwantifikazzjoni fil-medda tan-nanogramm (10–9 g) diġà huwa biżżejjed. Għall-kejl tal-konġeneri ta' PCB simili għad-diossini li huma aktar tossiċi (b'mod partikolari konġeneri sostituti mhux orto) il-livell inferjuri tal-medda ta' ħidma għandu jilħaq il-livelli pikogramm (10–12 g). Għall-kumplament tal-konġeneri ta' PCB il-limitu ta' kwantifikazzjoni fil-medda tan-nanogramm (10–9 g) huwa suffiċjenti.

5.2.   Selettività għolja (speċifiċità)

5.2.1.   Hija meħtieġa distinzjoni bejn il-PCDD/PCDFs u l-PCB simili għad-diossini, u ħafna komposti oħra li huma koestratti u li possibbilment komposti li jinterferixxu, preżenti f'konċentrazzjonijiet sa diversi ordnijiet ta' magnitudni ogħla minn dawk tal-analiti ta' interess. Għall-metodi ta' GC-MS, hija meħtieġa differenza fost il-konġeneri varji, bħal pereżempju bejn it-tossiċità (pereżempju, is-sbatax-il sostitut 2,3,7,8 PCDD/PCDFs u 12-il PCB simili għad-diossini) u konġeneri oħrajn.

5.2.2.   Il-metodi bijoanalitiċi għandhom ikunu kapaċi jsibu l-komposti fil-mira bħala s-somma ta' PCDD/PCDFs, u/jew PCB simili għad-diossini. It-tindif tal-kampjun għandu jimmira li jneħħi l-komposti li jikkawżaw riżultati ta' nuqqas ta' konformità falza jew il-komposti li jistgħu jnaqqsu r-rispons u jikkawżaw riżultati ta' konformità falza.

5.3.   L-akkuratezza kbira (eżattezza u preċiżjoni, irkupru apparenti tat-test bijoloġiku)

5.3.1.   Għall-metodi GC-MS, id-determinazzjoni għandha tipprovdi stima valida tal-konċentrazzjoni effettiva f'kampjun. Eżattezza għolja hija meħtieġa biex tkun evitata ċ-ċaħda ta' riżultat ta' analiżi ta' kampjun abbażi ta' affidabbiltà baxxa tal-livell TEQ determinat. L-eżattezza hija espressa bħala l-verità (id-differenza bejn il-valur medju mkejjel għall-analita f'materjal iċċertifikat u l-valur iċċertifikat tiegħu, li huwa espress bħala perċentwal ta' dan il-valur) u l-preċiżjoni (RSDR id-devjazzjoni standard relattiva kkalkolata mir-riżultati ġġenerati f'kondizzjonijiet ta' riproduċibilità).

5.3.2.   Għall-metodi bijoanalitiċi, għandu jiġi ddeterminat l-irkupru apparenti tat-test bijoloġiku. L-irkupru apparenti tal-bijoassaġġ ifisser il-livell BEQ ikkalkulat mill-kurva tal-kalibrazzjoni tat-TCDD jew il-PCB 126 korretta għall-inbjank u mbagħad diviża bil-livell TEQ determinat mill-metodu konfermatorju. Dan għandu l-għan li jikkoreġi fatturi bħat-telf ta' PCDD/PCDFs u komposti simili għad-diossini waqt l-estrazzjoni u l-istadji tat-tindif, komposti koestratti li jżidu jew inaqqsu r-rispons (effetti agonistiċi u antagonistiċi), il-kwalità tal-aġġustament tal-kurva, jew id-differenzi bejn il-Fattur ta' Ekwivalenza Tossikà (TEF) u l-valuri tal-Potenza Relattiva (REP). L-irkupru apparenti tal-bijoassaġġ huwa kkalkulat minn kampjuni ta' referenza adattati bi profili ta' konġeneri rappreżentattivi madwar il-livell ta' interess.

5.4.   Il-validazzjoni fil-medda tal-livell massimu u l-miżuri ġenerali tal-kontroll tal-kwalità

5.4.1.   Il-laboratorji għandhom juru t-twettiq ta' metodu fil-medda tal-livell massimu, pereżempju 0,5x, 1x u 2x il-livell massimu b'koeffiċjenti aċċettabbli ta' varjazzjoni għall-analiżi ripetuta, waqt il-proċedura ta' validazzjoni u waqt l-analiżi ta' rutina.

5.4.2.   Għandhom jitwettqu regolarment kontrolli inbjank u esperimenti miżjuda jew analiżi tal-kampjuni ta' kontroll (preferibbilment, jekk ikun possibbli, materjal ta' referenza ċċertifikat) bħala miżuri interni ta' kontroll tal-kwalità. Għandhom jiġu rrekordjati u ċċekkjati it-tabelli għall-kontroll tal-kwalità tal-kontrolli inbjank, tal-esperimenti ta' taħlit jew tal-analiżi tal-kontroll tal-kampjuni biex ikun żgurat li r-rendiment analitiku huwa skont ir-rekwiżiti.

5.5.   Limitu ta' kwantifikazzjoni

5.5.1.   Għal metodu ta' skrinjar bijoanalitiku, l-istabbiliment tal-limitu ta' kwantifikazzjoni (LOQ) mhuwiex rekwiżit indispensabbli imma l-metodu għandu jipprova li jista' jagħmel differenza bejn il-valur inbjank u l-valur ta' limitu. Meta jingħata l-livell BEQ, għandu jiġi stabbilit livell ta' rappurtar biex ikollu x'jaqsam ma' kampjuni li juru rispons taħt dan il-livell. Il-livell ta' rappurtar għandu jintwera li hu differenti mill-kampjuni inbjank tal-proċedura mill-inqas b'fattur ta' tlieta, b'rispons taħt il-medda ta' ħidma. Għalhekk għandu jiġi kkalkulat mill-kampjuni li fihom il-komposti fil-mira madwar il-livell minimu meħtieġ, u mhux minn proporzjon S/N jew minn assaġġ inbjank.

5.5.2.   Il-LOQ għall-metodu ta' konferma għandu jkun ta' madwar wieħed minn ħamsa tal-livell massimu.

5.6.   Kriterji analitici

Għal riżultati ta' min joqgħod fuqhom mill-metodi ta' konferma jew tal-iskrinjar, għandhom jintlaħqu l-kriterji li ġejjin fil-firxa tal-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni għall-valur tat-TEQ jew il-BEQ, rispettivament, kemm jekk determinati bħala total tat-TEQ (bħala somma ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini) kemm jekk separatament għall-PCDD/PCDFs u għall-PCB simili għad-diossini:

 

Skrinjar permezz ta' metodi bijoanalitiċi jew fiżikokimiċi

Metodi konfermatorji

Rata ta' konformità falza (1)

< 5 %

 

Eżattezza

 

– 20 % sa + 20 %

Ripetibbiltà (RSDr)

< 20 %

 

Riproduċibbiltà fil-laboratorju (RSDR)

< 25 %

< 15 %

5.7.   Rekwiżiti speċifiċi għal metodi ta' skrinjar

5.7.1.   Għall-iskrinjar jistgħu jintużaw kemm il-metodi GC-MS kif ukoll dawk bijoanalitiċi. Għall-metodi GC-MS għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fil-punt 6. Għall-metodi bijoanalitiċi msejsa fuq iċ-ċelloli hemm stipulati rekwiżiti speċifiċi fil-punt 7.

5.7.2.   Il-laboratorji li japplikaw metodi ta' skrinjar għall-kontroll ta' rutina ta' kampjuni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib ma' laboratorji li japplikaw il-metodu konfermatorju.

5.7.3.   Ir-rendiment tal-metodu ta' skrinjar irid jiġi vverifikat matul l-analiżi ta' rutina, mill-kontroll tal-kwalità tal-analiżi u mill-validazzjoni kontinwa tal-metodu. Għandu jkun hemm programm kontinwu għall-kontroll ta' riżultati konformi.

5.7.4.   Iċċekkjar għall-possibilità ta' suppressjoni tar-rispons taċ-ċellola u taċ-ċitossiċità.

20 % tal-estratti tal-kampjun għandhom jitkejlu fi skrinjar ta' rutina biż-żieda ta' 2,3,7,8-TCDD jew mingħajrha, b'konformità mal-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni, biex jiġi ċċekkjat jekk ir-rispons huwiex imħassar minn sustanzi li jinterferixxu, li jinsabu fl-estratt tal-kampjun. Il-konċentrazzjoni mkejla tal-kampjun miżjud għandha titqabbel mas-somma tal-konċentrazzjoni tal-estratt mhux miżjud u tingħadd mal-konċentrazzjoni taż-żieda. Jekk din il-konċentrazzjoni mkejla tkun aktar minn 25 % anqas mill-konċentrazzjoni kkalkulata (is-somma), dan ikun indikazzjoni ta' potenzjalità ta' suppressjoni tas-sinjal u l-kamjun rispettiv għandu jintbgħat għand il-GC-HRMS għal analiżi konfermatorja. Ir-riżultati għandhom jiġu mmonitorjati f'tabelli ta' kontroll tal-kwalità.

5.7.5.   Kontroll ta' kwalità fuq kampjuni konformi:

Madwar 2 sa 10 % tal-kampjuni konformi, skont il-matriċi tal-kampjun u l-esperjenza tal-laboratorju, għandhom jiġu kkonfermati permezz tal-GC-HRMS.

5.7.6.   Id-determinazzjoni ta' rati ta' konformità falza mid-dejta tal-kontroll ta' kwalità:

Għandha tiġi determinata r-rata ta' riżultati ta' konformità falza mill-iskrinjar tal-kampjuni anqas jew aktar mil-limitu massimu jew il-livell ta' azzjoni. Ir-rati attwali ta' konformità falza għandhom ikunu inqas minn 5 %. Meta jkun hemm disponibbli minimu ta' 20 riżultat konfermat għal kull matriċi jew grupp ta' matriċi mill-kontroll tal-kwalità ta' kampjuni konformi, għandhom isiru konklużjonijiet minn din il-bażi ta' dejta dwar ir-rata ta' konformità falza. Ir-riżultati mill-kampjuni analizzati fil-provi interlaboratorji jew waqt każijiet ta' kontaminazzjoni, li jkopru medda ta' konċentrazzjoni sa pereżempju ta' 2x il-livell massimu (ML), jistgħu jiġu inklużi wkoll fil-minimu ta' 20 riżultat għall-evalwazzjoni tar-rata ta' konformità falza. Il-kampjuni għandhom ikopru l-profili ta' konġeneri l-aktar frekwenti, li jirrappreżentaw diversi sorsi.

Għalkemm l-iskrinjar tal-assaġġ għandu preferenzjalment ikollu l-iskop li jsib il-kampjuni li jaqbżu l-limitu ta' azzjoni, il-kriterju biex jiddetermina r-rati ta' konformità falza huwa l-livell massimu, b'kunsiderazzjoni tal-inċertezza tal-kejl tal-metodu konfermatorju.

5.7.7.   Kampjuni mill-iskrinjar potenzjalment mhux konformi għandhom dejjem jiġu vverifikati permezz ta' rianaliżi sħiħa tal-kampjun oriġinali b'metodu ta' analiżi konfermatorju. Dawn il-kampjuni jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi evalwata r-rata ta' riżultati ta' nuqqas ta' konformità falza. Għal metodi ta' skrinjar, ir-rata ta' riżultati ta' nuqqas ta' konformità falza għandha tkun il-frazzjoni ta' riżultati kkonfermati li huma konformi skont l-analiżi konfermatorja, waqt li fi skrinjar li sar qabel il-kampjun ikun ġie ddikjarat bħala potenzjalment mhux konformi. L-evalwazzjoni tal-vantaġġ tal-metodu ta' skrinjar għandha tkun ibbażata fuq it-tqabbil tal-kampjuni b'nuqqas ta' konformità falza man-numru totali ta' kampjuni ċċekkjati. Din ir-rata għandha tkun baxxa biżżejjed sabiex l-użu ta' għodda ta' skrinjar jibqa' wieħed vantaġġjuż.

5.7.8.   Il-metodi bijoanalitiċi għandhom jipprovdu, għall-inqas f'kundizzjonijiet ta' validazzjoni, indikazzjoni valida tal-livell TEQ, ikkalkolat u espress bħala BEQ.

Għall-metodi bijoanalitiċi mwettqa f'kundizzjonijiet ta' ripetibilità wkoll, l-RSDr bejn laboratorju u ieħor tkun tipikament iżgħar mir-riproduċibilità RSDR.

6.   Rekwiżiti speċifiċi għal metodi gc-ms li għandhom jiġu ssodisfati għal raġunijiet ta' konferma u ta' skrinjar

6.1.   Differenzi aċċettabbli bejn ir-riżultati superjuri u inferjuri tad-WHO-TEQ

Id-differenza bejn il-livell superjuri u l-livell inferjuri ma għandhiex teċċedi l-20 % għal konferma ta' qbiż tal-livell massimu jew f'każ ta' bżonn, tal-limiti ta' azzjoni.

6.2.   Kontroll tal-irkupri

6.2.1.   Għandha titwettaq żieda ta' standards interni għal PCDD/PCDF 2,3,7,8-sostituti bil-kloru ttikkettjati 13C u ta' standards interni għall-PCB simili għad-diossini ttikkettjati 13C, fil-bidu nett tal-metodu analitiku eż. qabel l-estrazzjoni sabiex tkun ivvalidata l-proċedura analitika. Għall-anqas konġeneru wieħed għal kull wieħed mill-gruppi omologi tetra sa ottaklorinat għall-PCDD/PCDFs u għall-anqas konġeneru wieħed għal kull grupp omologu għall-PCB simili għad-diossini għandhom jiġu miżjuda (alternattivament, għall-anqas konġeneru wieħed għal kull funzjoni magħżula, rreġistrata għall-jone bl-ispettrometrija ta' massa użat għall-monitoraġġ ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini). Fil-każ ta' metodi konfermatorji, għandhom jintużaw is-17-il standard intern għal PCDD/PCDF 2,3,7,8-sostituti ttikkettjati 13C kollha u t-12-il standard intern għall-PCB simili għad-diossini ttikkettjati 13C kollha.

6.2.2.   Għandhom jiġu determinati wkoll fatturi ta' rispons relattivi għal dawk il-konġeneri li għalihom mhu miżjud l-ebda analogu ttikkettat bi 13C, bl-użu ta' soluzzjonijiet ta' kalibrazzjoni xierqa.

6.2.3.   Għal għalf ta' oriġini mill-pjanti u għal għalf ta' oriġini mill-annimali li jkun fih anqas minn 10 % ta' xaħam, iż-żieda ta' standards interni hija obbligatorja qabel l-estrazzjoni. Għal għalf ta' oriġini mill-annimali li jkun fih aktar minn 10 % ta' xaħam, l-istandards interni jistgħu jiġu magħduda qabel jew wara l-estrazzjoni tax-xaħam. Għandha titwettaq validazzjoni xierqa tal-effiċjenza tal-estrazzjoni, skont l-istadju li fih huma introdotti l-istandards interni u skont jekk ir-riżultati humiex irrapportati abbażi tal-prodott jew tax-xaħam.

6.2.4.   Qabel l-analiżi GC-MS, għandhom ikunu miżjuda standard wieħed (1) jew tnejn (2) tal-irkupru (surrogat).

6.2.5.   Il-kontroll tal-irkupru huwa neċessarju. Għal metodi konfermatorji, l-irkupri tal-istandards interni individwali għandhom ikunu fil-medda ta' minn 60 sa 120 %. L-irkupri ogħla jew aktar baxxi mill-kongeneri individwali, b'mod partikolari għal xi dibenżo-p-diossini ettaklorinati u ottaklorinati u xi dibenżofurani, għandhom ikunu aċċettabbli b'kundizzjoni li l-kontribuzzjoni tagħhom lill-valur TEQ ma taqbiżx l-10 % tal-valur totali tat-TEQ (ibbażat fuq is-somma tal-PCDD/PCDF u tal-PCB simili għad-diossini). Għal metodi ta' skrinjar GC-MS, l-irkupri għandhom ikunu fil-medda ta' minn 30 sa 140 %.

6.3.   Tneħħija ta' sustanzi li jinterferixxu

Separazzjoni ta' PCDD/PCDFs minn komponenti klorinati li jinterferixxu bħal PCB li mhumiex simili għad-diossini u eteri difenil klorinati għandha ssir permezz ta' tekniki kromatografiċi adattati (preferebbilment bi florisil, alumina u/jew kolonna tal-karbonju),

Separazzjoni kromatografika b'fażi gassuża tal-iżomeri għandha tkun < 25 % minn quċċata sa quċċata bejn 1,2,3,4,7,8-HxCDF u 1,2,3,6,7,8-HxCDF).

6.4.   Kalibrazzjoni b'kurva standard

Il-medda tal-kurva ta' kalibrazzjoni għandha tkopri l-medda rilevanti tal-livell massimu jew il-limiti ta' azzjoni.

6.5.   Kriterji speċifiċi għal metodi konfermatorji

Fil-każ ta' GC-HRMS:

F'każ ta' HRMS, ir-riżoluzzjoni tipikament tkun akbar minn jew ugwali għal 10 000 għall-iskala sħiħa tal-piż f'deklinazzjoni ta' 10 %.

L-issodisfar ta' aktar kriterji ta' identifikazzjoni u konferma kif deskritti fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, pereżempju, fl-istandard EN 16215:2012 (Għalf għall-annimali — Determinazzjoni ta' diossini u PCB simili għad-diossini permezz tal-GC-HRMS u ta' PCB indikaturi permezz ta' GC-HRMS) u/jew il-metodi EPA 1613 u 1668 kif riveduti.

Fil-każ tal-GC-MS/MS:

Monitoraġġ ta' mill-inqas 2 joni prekursuri speċifiċi, kull wieħed b'jone ta' prodott ta' tranżizzjoni korrespondenti speċifika waħda għal kull analita ttikkettjata u mhix ittikkettjata fl-ambitu tal-analiżi.

It-tolleranza massima permessa tal-intensijtajiet tal-joni relattivi ta' ± 15 % għall-joni ta' prodott ta' tranżizzjoni magħżula meta mqabbla ma' valuri kkalkulati jew imkejla (medja minn standards ta' kalibrar), li japplikaw kundizzjonijiet MS/MS identiċi, b'mod partikolari tal-enerġija tal-ħbit u l-pressjoni tal-ħbit tal-gass, għal kull tranżizzjoni ta' analita.

Ir-reżoluzzjoni għal kull kwadrupolu għandha tiġi stabbilita indaqs jew aħjar mir-riżoluzzjoni tal-massa tal-unità (riżoluzzjoni tal-massa tal-unità: riżoluzzjoni suffiċjenti biex tifred żewġ quċċati ta' massa waħda minn xulxin) sabiex jixxejnu kemm jista' jkun l-interferenzi possibbli fuq l-analiti ta' interess.

L-issodisfar ta' aktar kriterji kif deskritt fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, pereżempju, fl-istandard EN 16215:2012 (Għalf għall-annimali — Determinazzjoni ta' diossini u PCB simili għad-diossini permezz tal-GC-HRMS u ta' PCB indikaturi permezz ta' GC-HRMS) u/jew il-metodi EPA 1613 u 1668 kif riveduti, għajr l-obbligu li jintuża l-GC-HRMS.

7.   Rekwiżiti speċifiċi għall-metodi bijoanalitiċi

Il-metodi bijoanalitiċi huma metodi msejsa fuq l-użu ta' prinċipji bijoloġiċi bħal assaġġi bbażati fuq iċ-ċelloli, assaġġi bbażati fuq ir-riċevituri jew immunoassaġġi. Il-punt 7 preżenti jistabbilixxi rekwiżiti għall-metodi bijoanalitiċi b'mod ġenerali.

Il-metodu ta' skrinjar bħala prinċipju jikklassifika kampjun bħala konformi jew suspettat li ma jikkonformax. Għal dan il-għan, il-livell BEQ ikkalkolat jitqabbel mal-valur ta' limitu (ara l-punt 7.3). Kampjuni taħt il-valur ta' limitu huma ddikjarati konformi, kampjuni daqs jew 'il fuq mill-valur ta' limitu huma suspettati li mhumiex konformi, u għalhekk jeħtieġu analiżi permezz tal-metodu konfermatorju. Fil-prattika, il-livell BEQ li jikkorrispondi għal 2/3 tal-livell massimu jista' jservi bħala valur ta' limitu sakemm jiżgura rata ta' konformità falza taħt il-5 % u rata aċċettabbli għal riżultati ta' nuqqas ta' konformità falza. B'livelli massimi separati għal PCDD/Fs u għas-somma ta' PCDD/Fs u PCB simili għad-diossini, l-iċċekkjar tal-konformità tal-kampjuni mingħajr frazzjonament jirrikjedi valuri ta' limitu ta' bijoassaġġi adattati għall-PCDD/F. Għall-iċċekkjar ta' kampjuni li jaqbżu l-livelli ta' azzjoni, bħala valur ta' limitu ikun adattat perċentwal xieraq tal-limitu ta' azzjoni rispettiv.

Barra minn hekk, fil-każ ta' ċerti metodi bijoanalitiċi, jista' jingħata livell indikattiv espress f'BEQ għal kampjuni fil-medda ta' ħidma u li jaqbeż il-limitu ta' rappurtar (ara l-punti 7.1.1 u 7.1.6).

7.1.   Evalwazzjoni tar-rispons għat-test

7.1.1.   Rekwiżiti ġenerali

Meta jiġu kkalkolati l-konċentrazzjonijiet minn kurva ta' kalibrazzjoni TCDD, il-valuri fil-limitu inferjuri u superjuri tal-kurva juru varjazzjoni kbira (koeffiċjent għoli ta' varjazzjoni (CV)). Il-medda ta' ħidma hija l-erja fejn dan is-CV jkun iżgħar minn 15 %. Il-limitu inferjuri tal-medda ta' ħidma (il-limitu ta' rappurtar) għandu jkun iffissat tal-anqas b'fattur ta' tlieta 'l fuq mill-proċedura inbjank. Il-limitu superjuri tal-medda ta' ħidma normalment huwa rrappreżentat bil-valur EC70 (70 % tal-konċentrazzjoni effettiva massima), iżda huwa inferjuri jekk is-CV jkun ogħla minn 15 % f'din il-medda. Il-medda ta' ħidma għandha tiġi stabbilita waqt il-validazzjoni. Il-valuri ta' limitu (ara l-punt 7.3) għandhom ikunu sew fil-medda ta' ħidma,

Is-soluzzjonijiet standard u l-estratti tal-kampjun għandhom jiġu ttestjati għall-inqas b'mod duplikat. Meta jintużaw id-duplikati, soluzzjoni standard jew estratt ta' kontroll ittestjat f'minn 4 sa 6 kontenituri mqassma fuq il-platt għandu jipproduċi rispons jew konċentrazzjoni (possibbli biss fil-medda ta' ħidma) msejsa fuq CV< 15 %.

7.1.2.   Il-kalibrazzjoni

7.1.2.1.   Kalibrazzjoni b'kurva standard

Il-livelli fil-kampjuni għandhom jiġu kkalkulati permezz tat-tqabbil tar-rispons għat-test mal-kurva ta' kalibrazzjoni ta' TCDD (jew PCB 126 jew taħlita standard ta' PCDD/PCDF/PCB simili għad-diossini) biex jiġi kkalkulat il-livell BEQ fl-estratt u sussegwentament fil-kampjun,

Il-kurvi ta' kalibrazzjoni għandhom jinkludu minn 8 sa 12-il konċentrazzjoni (għall-inqas f'duplikati), b'konċentrazzjonijiet biżżejjed fil-parti t'isfel tal-kurva (il-medda ta' ħidma). Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-kwalità tal-aġġustament tal-kurva fil-medda ta' ħidma. Bħala tali, il-valur R2 għandu ftit jew l-ebda valur fl-istima tal-adegwatezza tal-aġġustament fir-rigressjoni nonlineari. Jista' jinkiseb aġġustament aħjar billi d-differenza bejn il-livelli kkalkulati u osservati fil-medda ta' ħidma tal-kurva tiġi minimizzata, pereżempju billi s-somma ta' residwi kwadrata tiġi minimizzata,

Il-livell stmat fl-estratt tal-kampjun għandu sussegwentament jiġi kkoreġut għal-livell BEQ ikkalkulat għal kampjun inbjank ta' matriċi/solvent (biex jagħti rendikont tal-impuritajiet minn solventi u kimiċi użati), u l-irkupru apparenti (ikkalkulat mil-livell BEQ ta' kampjuni ta' referenza adattati bi profili konġeneri rappreżentattivi madwar il-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni). Biex issir korrezzjoni ta' rkupru, l-irkupru apparenti għandu jkun fil-medda meħtieġa (ara l-punt 7.1.4). Kampjuni ta' referenza użati għall-korrezzjoni ta' rkupru għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 7.2.

7.1.2.2.   Kalibrazzjoni bil-kampjuni ta' referenza

Minflok, kurva ta' kalibrazzjoni ppreparata minn tal-anqas erba' (4) kampjuni ta' referenza (ara l-punt 7.2.4: jistgħu jintużaw matriċi inbjank waħda, u tliet kampjuni ta' referenza f'0,5x, 1,0x u 2,0x il-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni) biex b'hekk jitneħħa l-bżonn ta' korrezzjoni għall-inbjank u l-irkupru. F'dan il-każ, ir-rispons tat-test li jikkorrispondi ma' 2/3 tal-livell massimu (ara l-punt 7.3) jista' jiġi kkalkulat direttament minn dawn il-kampjuni u użat bħala valur ta' limitu. Għall-iċċekkjar ta' kampjuni li jaqbżu l-livelli ta' azzjoni, bħala valur ta' limitu ikun adattat perċentwal xieraq ta' dawn il-limiti ta' azzjoni.

7.1.3.   Determinazzjoni separata ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini

L-estratti jistgħu jinqasmu fi frazzjonijiet li jkun fihom PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini, li jippermettu indikazzjoni separata ta' livelli TEQ (f'BEQ) ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini. Għandha tintuża preferibbilment kurva ta' kalibrazzjoni standard tal-PCB 126 biex jiġu evalwati r-riżultati għall-frazzjoni li fiha l-PCB simili għad-diossini.

7.1.4.   Irkupri apparenti tal-bijoassaġġi

L-‘irkupru apparenti tal-bijoassaġġi’ għandu jiġi kkalkulat minn kampjuni ta' referenza adattati bi profili ta' konġeneri rappreżentattivi madwar il-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni u espressi bħala perċentwal tal-livell BEQ imqabbel mal-livell TEQ. Id-differenzi bejn il-fatturi tat-TEF (9) u tar-REP għal PCB simili għad-diossini jistgħu joħolqu rkupri apparenti baxxi għal PCB simili għad-diossini meta mqabbla ma' PCDD/PCDFs, skont it-tip ta' assaġġ u TEF użati. Għalhekk, jekk issir determinazzjoni separata ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini, l-irkupri apparenti tal-bijoassaġġ għandu jkun: għal PCB simili għad-diossini 20 % sa 60 %, għal PCDD/PCDFs 50 % sa 130 % (il-meded japplikaw għall-kurva ta' kalibrazzjoni ta' TCDD). Peress li l-kontribuzzjoni ta' PCB simili għad-diossini għas-somma ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini tista' tvarja bejn il-matriċi u l-kampjuni differenti, l-irkupri apparenti tal-bijoassaġġ għas-somma tal-PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini jirriflettu dawn il-meded u għandhom ikunu bejn 30 % u 130 %. Kull implikazzjoni ta' reviżjoni sostanzjali ta' valuri TEF għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini teħtieġ ir-reviżjoni ta' dawn il-meded.

7.1.5.   Kontroll tal-irkupri għat-tindif

It-telf ta' komposti waqt it-tindif għandu jiġi ċċekkjat matul il-validazzjoni. Il-kampjun inbjank miżjud b'taħlita ta' konġeneri differenti għandu jiġi ppreżentat għat-tindif (mill-inqas n = 3) u l-irkupru u l-varjabbiltà għandhom jiġu ċċekkjati permezz ta' metodu konfermatorju. L-irkupru għandu jkun bejn 60 % u 120 % speċjalment għal konġeneri li jikkontribwixxu aktar minn 10 % għal-livell TEQ f'diversi taħlitiet.

7.1.6.   Limitu ta' Rappurtar

Meta jiġu rrappurtati l-livelli BEQ, għandu jiġi ddeterminat il-limitu ta' rappurtar minn kampjuni ta' matriċi rilevanti li jinvolvu profili ta' konġeneri tipiċi iżda mhux mill-kurva ta' kalibrazzjoni tal-istandards minħabba l-preċiżjoni baxxa fil-medda inferjuri tal-kurva. L-effetti tal-estrazzjoni u tat-tindif għandhom jiġu kkunsidrati. Il-limitu ta' rappurtar għandu jkun iffissat tal-anqas b'fattur ta' tlieta 'l fuq mill-proċedura inbjank.

7.2.   Użu ta' kampjuni ta' referenza

7.2.1.   Il-kampjuni ta' referenza għandhom jirrappreżentaw matriċi ta' kampjun, profili ta' konġeneri u meded ta' konċentrazzjoni għal PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini madwar il-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni.

7.2.2.   Kull serje ta' testijiet għandha tinkludi matriċi inbjank, u fejn dan mhux possibbli, proċedura inbjank, u kampjun ta' referenza fil-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni. Dawn il-kampjuni għandhom jiġu estratti u ttestjati fl-istess ħin taħt kundizzjonijiet identiċi. Il-kampjun ta' referenza għandu juri rispons elevat ċar imqabbel mal-kampjun inbjank, biex b'hekk ikun żgurat li t-test ikun adattat. Dawn il-kampjuni jistgħu jintużaw għall-korrezzjonijiet tal-inbjank u tal-irkupru.

7.2.3.   Il-kampjuni ta' referenza magħżulin biex issir korrezzjoni ta' rkupru għandhom ikunu rappreżentattivi għat-test tal-kampjuni, li jfisser li l-profili tal-konġeneri ma jistgħux iwasslu għal sottovalutazzjoni tal-livelli.

7.2.4.   Il-kampjuni żejda ta' referenza, eż. b'0,5x u 2x il-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni għandhom jiġu inklużi sabiex juru r-rendiment korrett tat-test fil-medda ta' interess għall-kontroll tal-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni. Meta mpoġġija flimkien, dawn il-kampjuni jistgħu jintużaw biex ikunu kkalkulati l-livelli BEQ fil-kampjuni għat-test (ara l-punt 7.1.2.2).

7.3.   Determinazzjoni tal-valuri ta' limitu

Ir-relazzjoni bejn ir-riżultati bijoanalitiċi fil-BEQ u r-riżultati mill-metodu konfermatorju fit-TEQ għandha tiġi stabbilita, pereżempju permezz ta' esperimenti ta' kalibrazzjoni adattata għall-matriċi, li jinvolvu kampjuni ta' referenza miżjuda b'0, 0,5x, 1x u 2x il-livell massimu (ML), b'6 ripetizzjonijiet fuq kull livell (n = 24). Jistgħu jiġu stmati fatturi ta' korrezzjoni (inbjank u rkupru) minn din ir-relazzjoni imma dawn għandhom jiġu ċċekkjati skont il-punt 7.2.2.

Għandhom jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għal deċiżjonijiet dwar konformità ta' kampjuni ma' livelli massimi jew għall-kontroll ta' limiti ta' azzjoni, jekk rilevanti, mal-livelli massimi jew il-limitu ta' azzjoni rispettiv iffissat jew għall-PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini waħidhom jew inkella għas-somma ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini. Dawn huma rrappreżentati mill-punt tat-tmiem inferjuri tad-distribuzzjoni tar-riżultati bijoanalitiċi (ikkoreġuti għall-inbjank u għall-irkupru) u jikkorrispondu mal-limitu ta' deċiżjoni tal-metodu konfermatorju msejjes fuq livell ta' kunfidenza ta' 95 %, li jimplika rata ta' konformità falza ta' < 5 %, u fuq RSDR < 25 %. Il-limitu ta' deċiżjoni tal-metodu konfermatorju huwa l-livell massimu, meta titqies l-inċertezza tal-kejl.

Il-valur ta' limitu (f'BEQ) jista' jiġi kkalkulat skont wieħed mill-approċċi stipulati fil-punti 7.3.1, 7.3.2 u 7.3.3 (ara l-Figura 1).

7.3.1.   L-użu tal-faxxa inferjuri tal-intervall ta' previżjoni ta' 95 % fil-limitu ta' deċiżjoni tal-metodu konfermatorju:

Formula

fejn:

BEQDL

BEQ jikkorrispondi mal-limitu ta' deċiżjoni tal-metodu konfermatorju, li huwa l-livell massimu u jinkludi l-inċertezza tal-kejl

sy,x

devjazzjoni standard residwa

t α,f = m – 2

Fattur student (α = 5 %, f = gradi ta' libertà, b'naħa waħda)

m

numru totali ta' punti ta' kalibrazzjoni (indiċi j)

n

numru ta' ripetizzjonijiet f'kull livell

xi

Konċentrazzjoni fil-kampjun (f'TEQ) tal-punt ta' kalibrazzjoni i stabbilit minn metodu konfermatorju

Formula

medja tal-konċentrazzjonijiet (f'TEQ) tal-kampjuni kollha ta' kalibrazzjoni

Formula

parametru globali kwadrat, i = indiċi għall-punt ta' kalibrazzjoni i

7.3.2.   Il-kalkolu mir-riżultati bijoanalitiċi (kkoreġuti għall-irkupru u inbjank) ta' analiżi multipla tal-kampjuni (n > 6) ikkontaminati fil-limitu ta' deċiżjoni tal-metodu konfermatorju, bħala l-punt tat-tmiem inferjuri tad-distribuzzjoni tad-dejta fil-valur BEQ medju korrispondenti:

Valur ta' limitu = BEQDL – 1,64 × SDR

fejn:

SDR

devjazzjoni standard tar-riżultati tat-test bijoloġiku f'BEQDL, imkejla f'kundizzjonijiet ta' riproduċibilità fil-laboratorju

7.3.3.   Il-kalkolu bħala valur medju tar-riżultati bijoanalitiċi (f'BEQ, ikkoreġuti għall-inbjank u l-irkupru) minn analiżi multipla tal-kampjuni (n > 6) ikkontaminati f'2/3 tal-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni, imsejjes fuq l-osservazzjoni li dan il-livell se jkun madwar il-valur ta' limitu ddeterminat skont il-punt 7.3.1 jew il-punt 7.3.2:

Figura 1

Image 1

Livell Massimu

BEQLivell ta’ azzjoni

BEQLimitu ta’ deċi ż joni

Riżultati Bijoanalitiċi (BEQ)

Valur limitanti

Linja Rigressiva b’Intervall ta’ Tbassir ta’ 95 %

β = 5 %

Livell ta’ azzjoni

Limitu ta’ D eċiżjoni

Riżultati HRGC/HRMS (TEQ)

Figura 1 Il-kalkolu tal-valuri ta' limitu msejjes fuq livell ta' kunfidenza ta' 95 % li jimplika rata ta' konformità falza < 5 %, u RSDR < 25 %:

1.

mill-faxxa inferjuri tal-intervall ta' previżjoni ta' 95 % fil-limitu ta' deċiżjoni tal-metodu konfermatorju,

2.

mill-analiżi multipli tal-kampjuni (n> 6) kontaminati fil-limitu ta' deċiżjoni tal-metodu konfermatorju bħala l-punt tat-tmiem inferjuri tad-distribuzzjoni tad-dejta (rappreżentat fil-figura bħala kurva forma ta' qanpiena) fil-valur medju BEQ korrispondenti.

7.3.4.   Restrizzjonijiet għall-valuri ta' limitu

Il-valuri ta' limitu msejsa fuq il-BEQ ikkalkolati minn RSDR miksuba waqt il-validazzjoni bl-użu ta' numru limitat ta' kampjuni bi profili ta' konġeneri/matriċi differenti jistgħu jkunu ogħla mil-livelli massimi jew limiti ta' azzjoni msejsa fuq it-TEQ minħabba preċiżjoni aħjar minn dik miksuba f'analiżi ta' rutina fejn irid jiġi kkontrollat spettru mhux magħruf ta' profili ta' konġeneri potenzjali. F'dawn il-każijiet, il-valuri ta' limitu għandhom jiġu kkalkolati b'RSDR = 25 %, jew preferibbilment, b'żewġ terzi tal-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni.

7.4.   Karatteristiċi tar-rendiment

7.4.1.   Billi ma jista' jintuża l-ebda standard intern fil-metodi bijoanalitiċi, għandhom isiru testijiet fuq ir-ripetibilità tal-metodi bijoanalitiċi sabiex tinkiseb informazzjoni dwar id-devjazzjoni standard f'serje ta' testijiet u bejniethom. Ir-ripetibilità għandha tkun inqas minn 20 %, u r-riproduċibilità bejn laboratorju u ieħor għandha tkun inqas minn 25 %. Dan għandu jkun imsejjes fuq il-livelli kkalkulati f'BEQ wara l-korrezzjoni tal-inbjank u l-irkupru.

7.4.2.   Bħala parti mill-proċess ta' validazzjoni, it-test għandu juri distinzjoni bejn kampjun inbjank u livell fil-valur ta' limitu, kif ukoll jippermetti l-identifikazzjoni ta' kampjuni ogħla mill-valur ta' limitu korrispondenti (ara l-punt 7.1.2).

7.4.3.   Għandhom jiġu definiti l-komposti fil-mira, l-interferenzi potenzjali u l-livelli massimi tollerabbli inbjank.

7.4.4.   Il-perċentwal tad-devjazzjoni standard fir-rispons jew fil-konċentrazzjoni kkalkolata mir-rispons (possibbli biss fil-medda ta' ħidma) ta' determinazzjoni tripla ta' estratt tal-kampjun, ma għandux ikun ogħla minn 15 %.

7.4.5.   Ir-riżultati mhux ikkoreġuti tal-kampjun(i) ta' referenza espressi f'BEQ (l-inbjank u l-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni) għandhom jintużaw għall-evalwazzjoni tar-rendiment tal-metodu bijoanalitiku tul perjodu ta' żmien kostanti.

7.4.6.   Tabelli għall-kontroll ta' kwalità għal proċeduri inbjank u kull tip ta' kampjun ta' referenza għandhom jiġu rrekordjati u ċċekkjati biex ikun żgurat li r-rendiment analitiku huwa skont ir-rekwiżiti, b'mod partikolari għall-proċeduri inbjank fir-rigward tad-differenza minima mitluba meta mqabbla mal-limitu inferjuri tal-medda ta' ħidma u għall-kampjuni ta' referenza fir-rigward tar-riproduċibilità fil-laboratorju. Il-proċeduri inbjank għandhom jiġu kkontrollati b'mod li meta jitnaqqsu jiġu evitati r-riżultati b'konformità falza.

7.4.7.   Ir-riżultati tal-kampjuni suspettużi miksuba bl-analiżi tal-metodi konfermatorji u bejn 2 u 10 % tal-kampjuni konformi (minimu ta' 20 kampjun għal kull matriċi) għandhom jinġabru u jintużaw biex issir evalwazzjoni tal-metodu ta' skrinjar u r-relazzjoni bejn il-BEQ u t-TEQ. Din il-bażi ta' dejta tista' tintuża għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-valuri ta' limitu applikabbli f'kampjuni ta' rutina għall-matriċi vvalidati.

7.4.8.   Ir-rendiment b'suċċess tal-metodu jista' jintwera wkoll permezz ta' parteċipazzjoni fil-provi interlaboratorji. Ir-riżultati mill-kampjuni analizzati fil-provi interlaboratorji, li jkopru sa medda ta' konċentrazzjoni ta' eż. 2x il-livell massimu, jistgħu jiġu inklużi wkoll fl-evalwazzjoni tar-rata ta' konformità falza, jekk laboratorju jkun jista' juri r-rendiment b'suċċess tiegħu. Il-kampjuni għandhom ikopru l-profili ta' konġeneri l-aktar frekwenti, li jirrappreżentaw diversi sorsi.

7.4.9.   Matul inċidenti ta' kontaminazzjoni, il-valuri ta' limitu jistgħu jiġu evalwati mill-ġdid, filwaqt li jirriflettu l-matriċi u l-profili ta' konġeneri ta' dan l-inċident uniku.

8.   Rappurtar tar-riżultati

8.1.   Metodi konfermatorji

8.1.1.   Safejn tippermetti l-proċedura analitika użata, ir-riżultati analitiċi għandhom jinkludu l-livelli tal-konġeneri individwali ta' PCDD/PCDF u ta' PCB simili għad-diossini u jiġu rrapportati bħala livell inferjuri, livell superjuri u livell medju sabiex ikun inkluż il-massimu tat-tagħrif fir-rappurtar tar-riżultati u b'hekk tkun tista' ssir l-interpretazzjoni tar-riżultati skont rekwiżiti speċifiċi.

8.1.2.   Ir-rapport għandu jinkludi fih il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-PCDD/PCDFs u l-PCB simili għad-diossini.

8.1.3.   L-irkupri tal-istandards interni individwali għandhom ikunu disponibbli f'każ li l-irkupri jkunu barra l-medda msemmija fil-punt 6.2.5, f'każ li jinqabeż il-livell massimu (f'każ hekk, l-irkupri għal waħda miż żewġanaliżi duplikati) u fuq talba f'każijiet oħra.

8.1.4.   Peress li fid-deċiżjoni dwar il-konformità tal-kampjun għandha tittieħed in konsiderazzjoni l-inċertezza tal-kejl, dan il-parametru għandu jkun disponibbli. Għaldaqstant, ir-riżultati analitiċi għandhom jiġu rrapportati bħala x +/- U fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl estiża bl-użu ta' fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta' kunfidenza ta' madwar 95 %. Fil-każ ta' determinazzjoni separata ta' PCDD/PCDFs u ta' PCB simili għad-diossini, għas-somma ta' PCDD/PCDFs u PCB simili għad-diossini għandha tintuża s-somma tal-istima tal-inċertezza estiża tar-riżultati analitiċi separati tal-PCDD/PCDFs u tal-PCB simili għad-diossini.

8.1.5.   Jekk tiġi kkunsidrata l-inċertezza tal-kejl permezz tal-applikazzjoni ta' CCα (kif deskritt fil-punt 2.2 tal-Kapitolu I ta' din il-parti B), dan il-parametru għandu jiġi rrappurtat.

8.1.6.   Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fl-istess unitajiet u tal-anqas bl-istess numru ta' figuri sinifikanti bħala l-livelli massimi stabbiliti mid-Direttiva 2002/32/KE.

8.2.   Metodi ta' skrinjar bijoanalitiċi

8.2.1.   Ir-riżultat tal-iskrinjar għandu jkun espress bħala ‘konformi’ jew ‘suspettat li mhuwiex konformi’ (‘suspettat’).

8.2.2.   Barra minn hekk, jista' jingħata riżultat ta' PCDD/PCDF u/jew PCB simili għad-diossini espress f'BEQ, u mhux f'TEQ.

8.2.3.   Kampjuni b'rispons taħt il-limitu ta' rappurtar għandhom ikunu espressi bħala ‘taħt il-limitu ta' rappurtar’.

8.2.4.   Għal kull tip ta' matriċi ta' kampjun, ir-rapport għandu jsemmi l-livell massimu jew il-limitu ta' azzjoni li fuqu tkun imsejsal-evalwazzjoni.

8.2.5.   Ir-rapport għandu jsemmi t-tip ta' test applikat, il-prinċipju bażiku tat-test u t-tip ta' kalibrazzjoni.

8.2.6.   Ir-rapport għandu jinkludi fih il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-PCDD/PCDFs u l-PCB simili għad-diossini.

8.2.7.   F'każ ta' kampjuni suspettati li ma jkunux konformi, ir-rapport irid jinkludi nota dwar l-azzjoni li trid tittieħed. Huwa meħtieġ li l-konċentrazzjoni ta' PCDD/Fs u s-somma ta' PCDD/Fs u PCB simili għad-diossini f'dawk il-kampjuni b'livelli elevati tkun iddeterminata/ikkonfermata permezz ta' metodu konfermatorju.

KAPITOLU III

preparazzjoni tal-kampjun u rekwiżiti għall-metodi tal-analiżi użati fil-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' PCB li mhumiex simili għad-diossini (PCB # 28, 52, 101, 138, 153, 180)

1.   Kamp tal-applikazzjoni

Dawn ir-rekwiżiti stipulati f'dan il-Kapitolu għandhom jiġu applikati meta l-għalf ikun analizzat għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' poliklorobifenili mhux simili għad-diossini (PCB mhux simili għad-diossini) u għal skopijiet regolatorji oħra.

2.   Metodi ta' detezzjoni applikabbli

Kromatografija b'fażi gassuża/Detezzjoni tal-Qabda tal-Elettron (GC-ECD), GC-LRMS, GC-MS/MS, GC-HRMS jew metodi ekwivalenti.

3.   Identifikazzjoni u konferma tal-analiti ta' interess

3.1.   Ħin ta' żamma relattiv b'rabta mal-istandards interni jew standards ta' referenza (devjazzjoni aċċettabbli ta' +/- 0,25 %).

3.2.   Għandha tkun ikkonfermata s-separazzjoni permezz ta' kromatografija b'fażi gassuża tas-sitt PCB indikaturi kollha (PCB 28, PCB 52, PCB 101, PCB 138, PCB 153 u PCB 180) minn sustanzi li jinterferixxu, speċjalment PCB ta' koelużjoni, b'mod partikolari jekk il-livelli tal-kampjuni jkunu fil-medda tal-limiti legali u n-nonkonformità trid tiġi kkonfermata.

[Konġeneri li spiss jinstabu li jikkoelutaw huma pereżempju PCB 28/31, PCB 52/69 u PCB 138/163/164. Fil-każ ta' GC-MS għandhom jiġu kkunsidrati wkoll interferenzi potenzjali ta' frammenti ta' konġeneri aktar klorinati.]

3.3.   Rekwiżiti għal tekniki ta' GC-MS

Monitoraġġ ta' mill-inqas:

(a)

żewġ joni speċifiċi għal HRMS;

(b)

żewġ joni speċifiċi ta' m/z > 200 jew tliet joni speċifiċi ta' m/z > 100 għal LRMS;

(c)

prekursur wieħed u żewġ joni tal-prodotti għall-MS-MS.

Il-massimu tat-tolleranzi permessi għall-proporzjonijiet ta' abbundanza għall-mases tal-frammenti magħżula:

Id-devjazzjoni relattiva tal-proporzjon ta' abbundanza tal-frammenti ta' massa magħżula minn abbundanza teoretika jew standard ta' kalibrazzjoni għall-jon fil-mira (il-jon mmonitorjat l-aktar abbundanti) tal-jon jew joni kwalifikaturi:

Intensità relattiva tal-jon jew joni kwalifikaturi meta mqabbla mal-jon fil-mira

GC-EI-MS

(devjazzjoni relattiva)

GC-CI-MS, GC-MSn

(devjazzjoni relattiva)

> 50 %

± 10 %

± 20 %

> 20 % sa 50 %

± 15 %

± 25 %

> 10 % sa 20 %

± 20 %

± 30 %

≤ 10 %

± 50 % (2)

± 50 % (2)

3.4.   Rekwiżiti għal tekniki tal-GC-ECD

Riżultati li jaqbżu t-tolleranza għandhom jiġu kkonfermati ma' żewġ kolonni tal-GC f'fażijiet stazzjonarji ta' polarità differenti.

4.   Dimostrazzjoni tar-rendiment tal-metodu

Ir-rendiment tal-metodu għandu jiġi vvalidat fil-medda tal-livell massimu (0,5 sa darbtejn il-livell massimu) b'koeffiċjent ta' varjazzjoni aċċettabbli għal analiżi ripetuta (ara r-rekwiżiti għall-preċiżjoni intermedjarja fil-punt 9).

5.   Limitu ta' kwantifikazzjoni

Il-valuri inbjank ma għandhomx ikunu ogħla minn 30 % tal-livell ta' kontaminazzjoni li jikkorrispondi mal-livell massimu (10).

6.   Kontroll tal-kwalità

Kontrolli regolari inbjank, analiżi ta' kampjuni miżjuda, kampjuni ta' kontroll ta' kwalita, parteċipazzjoni fi studji interlaboratorji dwar matriċi rilevanti.

7.   Kontroll tal-irkupri

7.1.   Għandhom jintużaw standards interni adattati bi proprjetajiet fiżikokimiċi li jikkomparaw ma' analiti ta' interess.

7.2.   Iż-żieda ta' standards interni:

Adeżjoni ta' prodotti (qabel il-proċess ta' estrazzjoni u tindif).

7.3.   Ir-rekwiżiti għall-metodi bl-użu tal-konġeneri tas-sitt PCB indikaturi kollha ttikkettati b'isotopu:

(a)

ir-riżultati għandhom jiġu kkoreġuti għall-irkupri tal-istandards interni;

(b)

l-irkupri ta' standards interni b'tikketta isotopu għandhom ikunu bejn 50 u 120 %;

(c)

irkupri anqas jew aktar għal konġeneri individwali b'kontribuzzjoni għas-somma tas-sitt PCB indikaturi taħt l-10 % huma aċċettabbli.

7.4.   Ir-rekwiżiti għall-metodi fejn ma jintużawx is-sitt standards interni kollha ttikkettati b'isotopu jew standards interni oħra:

(a)

l-irkupru ta' standard(s) intern(i) għandu jiġi kkontrollat għal kull kampjun;

(b)

l-irkupri ta' standard(s) intern(i) għandhom ikunu bejn 60 u 120 %;

(c)

ir-riżultati għandhom jiġu kkoreġuti għall-irkupri tal-istandards interni.

7.5.   L-irkupri tal-konġeneri mhux ittikkettati għandhom jiġu ċċekkjati permezz ta' kampjuni miżjuda jew kampjuni ta' kontroll tal-kwalità b'konċentrazzjonijiet fil-medda tal-livell massimu. L-irkupri ta' dawn il-konġeneri għandhom ikunu kkunsidrati aċċettabbli, jekk huma bejn is-70 u l-120 %.

8.   Rekwiżiti għal-laboratorji:

B'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorji għandhom ikunu akkreditati minn korp rikonoxxut li jopera skont il-Gwida ISO 58 biex jiżgura li dawn qegħdin japplikaw assigurazzjoni ta' kwalità analitika. Il-laboratorji għandhom ikunu akkreditati skont l-istandard EN ISO/IEC 17025.

9.   Karatteristiċi tar-rendiment: kriterji għas-somma tas-sitt PCB indikaturi fil-livell massimu

Eżattezza

– 30 sa + 30 %

Preċiżjoni intermedjarja (RSD%)

≤ 20 %

Differenza bejn il-kalkolu tal-livell superjuri u dak inferjuri

≤ 20 %

10.   Rappurtar tar-riżultati

10.1.   Safejn tippermetti l-proċedura analitika użata, ir-riżultati analitiċi għandhom jinkludu l-livelli tal-konġeneri individwali tal-PCB u jiġu rrapportati bħala livell inferjuri, livell superjuri u livell medju sabiex ikun inkluż il-massimu tat-tagħrif fir-rappurtar tar-riżultati u b'hekk tkun tista' ssir l-interpretazzjoni tar-riżultati skont rekwiżiti speċifiċi.

10.2.   Ir-rapport għandu jinkludi fih il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-PCB u l-lipidi.

10.3.   L-irkupri tal-istandards interni individwali għandhom ikunu disponibbli f'każ li l-irkupri jkunu barra mill-medda msemmija fil-punt 7, f'każ li jinqabeż il-livell massimu u fuq talba f'każijiet oħra.

10.4.   Billi għandha titqies l-inċertezza tal-kejl meta tittieħed deċiżjoni dwar il-konformità tal-kampjun, dan il-parametru għandu jkun disponibbli wkoll. Għaldaqstant, ir-riżultati analitiċi għandhom jiġu rrapportati bħala x +/- U fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl estiża bl-użu ta' fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta' fiduċja ta' madwar 95 %.

10.5.   Jekk tiġi kkunsidrata l-inċertezza tal-kejl permezz tal-applikazzjoni ta' CCα (kif deskritt fil-punt 2.1 tal-Kapitolu I), dan il-parametru għandu jiġi rrappurtat.

10.6.   Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fl-istess unitajiet u tal-anqas bl-istess numru ta' figuri sinifikattivi bħala l-livelli massimi stabbiliti mid-Direttiva 2002/32/KE.


(1)  Tabella tat-TEF (= fatturi ta' ekwivalenza tossika) għal diossini, furani u PCB simili għad-diossini:

It-TEFs tad-WHO għall-valutazzjoni tar-riskju għall-bnedmin imsejsa fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa ta' esperti tal-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi (IPCS) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa — (WHO), li saret f'Ġinevra f'Ġunju 2005 (Martin van den Berg et al., The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicoloigical Sciences 93(2), 223–241 (2006)).

Konġeneru

Valur TEF

Konġeneru

Valur TEF

Dibenżo-p-diossini (‘PCDDs’) u Dibenżo-p-furani '(‘PCDFs’)

PCB ‘simili għad-diossini’PCB mhux orto + PCB Monoorto

2,3,7,8-TCDD

1

 

 

1,2,3,7,8-PeCDD

1

PCB mhux orto

 

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

PCB 77

0,0001

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

PCB 81

0,0003

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

PCB 126

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

PCB 169

0,03

OCDD

0,0003

 

 

 

 

PCB monoorto

 

2,3,7,8-TCDF

0,1

PCB 105

0,00003

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

PCB 114

0,00003

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

PCB 118

0,00003

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

PCB 123

0,00003

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

PCB 156

0,00003

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

PCB 157

0,00003

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

PCB 167

0,00003

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

PCB 189

0,00003

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

 

 

OCDF

0,0003

 

 

Taqsiriet użati: ‘T’ = tetra; ‘Pe’ = penta; ‘Hx’ = eża; ‘Hp’ = epta; ‘O’ = okta; ‘CDD’ = klorodibenżodiossin; ‘CDF’ = klorodibenżofuran; ‘CB’ = klorobifenil.

(2)  Id-Deċiżjoni 2002/657/KE tal-Kummissjoni tal-14 ta' Awwissu 2002 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta' metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8).

(3)  Il-kunċett tal-‘livell superjuri’ (upperbound) jeħtieġ l-użu tal-limitu ta' kwantifikazzjoni għall-kontribuzzjoni ta' kull konġeneru mhux kwantifikat. Il-kunċett tal-‘livell inferjuri’ (lower-bound) jeħtieġ l-użu ta' żero għall-kontribuzzjoni ta' kull konġeneru mhux kwantifikat. Il-kunċett tal-‘livell medju’ (mediumbound) jeħtieġ l-użu ta' nofs il-limitu ta' kwantifikazzjoni meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni ta' kull konġeneru mhux kwantifikat.

(4)  B'mod ġenerali, japplikaw ir-rekwiżiti għal analiżi duplikata kif previst fl-Anness II, Kapitolu C punt 3. Madankollu, fil-każ tal-metodi konfermatorji bl-użu ta' standard intern bit-tikketta 13C għall-analiti rilevanti, tkun meħtieġa analiżi duplikata jekk ir-riżultat tal-ewwel determinazzjoni li tapplika t-tali metodi konfermatorji ma jkunx konformi. L-analiżi duplikata hija neċessarja biex tiġi eskluża l-possibbiltà ta' kontaminazzjoni kroċjata jew xi taħwida aċċidentali tal-kampjuni. Fil-każ li l-analiżi ssir fil-qafas ta' inċident ta' kontaminazzjoni, il-konferma b'analiżi duplikata tista' tiġi eliminata f'każ li l-kampjuni magħżulin għall-analiżi huma konnessi, permezz tat-traċċabbiltà, mal-inċident ta' kontaminazzjoni u l-livell misjub ikun konsiderevolment ogħla mil-livell massimu.

(5)  Il-kunċett tal-‘livell superjuri’ jeħtieġ li jintuża l-limitu ta' kwantifikazzjoni għall-kontribuzzjoni ta' kull konġenru mhux kwantifikat għall-Ekwivalent ta' Tossiċità (TEQ). Il-kunċett tal-‘livell inferjuri’ jeħtieġ l-użu taż-żero għall-kontribuzzjoni ta' kull konġeneru mhux kwantifikat għat-TEQ. Il-kunċett ta' ‘limitu medju’ jeħtieġ l-użu ta' nofs il-limitu ta' kwantifikazzjoni billi tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni ta' kull konġenru mhux kwantifikat għat-TEQ.

(6)  B'mod ġenerali, japplikaw ir-rekwiżiti għal analiżi duplikata kif previst fl-Anness II, Kapitolu C punt 3. Madankollu, fil-każ tal-metodi konfermatorji bl-użu ta' standard intern bit-tikketta 13C għall-analiti rilevanti, tkun meħtieġa analiżi duplikata jekk ir-riżultat tal-ewwel determinazzjoni li tapplika t-tali metodi konfermatorji ma jkunx konformi. L-analiżi duplikata hija neċessarja biex tiġi eskluża l-possibbiltà ta' kontaminazzjoni kroċjata jew xi taħwida aċċidentali tal-kampjuni. Fil-każ li l-analiżi ssir fil-qafas ta' inċident ta' kontaminazzjoni, il-konferma b'analiżi duplikata tista' tiġi eliminata f'każ li l-kampjuni magħżulin għall-analiżi huma konnessi, permezz tat-traċċabbiltà, mal-inċident ta' kontaminazzjoni u l-livell misjub ikun konsiderevolment ogħla mil-livell massimu.

(7)  Spjegazzjoni identika u r-rekwiżiti għall-analiżi tal-kontroll duplikata tal-limiti ta' azzjoni kif imsemmi fin-nota ta' qiegħ il-paġna (5)(*) għal-livelli massimi.

(8)  Il-metodi bijoanalitiċi mhumiex speċifiċi għal dawk il-konġeneri inklużi fl-iskema TEF. Komposti oħra attivi fl-AhR marbuta strutturalment jistgħu jkunu preżenti fl-estratt ta' kampjun li jikkontribwixxi għal rispons ġenerali. Għaldaqstant, ir-riżultati bijoanalitiċi ma jistgħux ikunu stima iżda pjuttost indikazzjoni tal-livell TEQ fil-kampjun.

(9)  Ir-rekwiżiti attwali huma msejsa fuq it-TEFs ippubblikati fi: M. Van den Berg et al, Toxicol Sci 93 (2), 223–241 (2006).

(10)  Hu rakkomandat ferm li jkun hemm kontribuzzjoni aktar baxxa tal-livell inbjank tar-reaġent għal-livell ta' kontaminant f'kampjun. Il-laboratorju huwa responsabbli għall-kontroll tal-varjazzjoni tal-livelli inbjank, b'mod partikolari, jekk il-livelli inbjank huma mnaqqsa.” ”


(1)  Fir-rigward tal-livelli massimi.

(2)  Numru suffiċjenti ta' frammenti ta' massa b'intensità relattiva > 10 % disponibbli, għalhekk mhux rakkomandabbli li tintuża/jintużaw jona/joni kwalifikanti b'intensità relattiva ta' anqas minn 10 % meta mqabbla mal-jon fil-mira.


27.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 710/2014

tat-23 ta' Ġunju 2014

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-proċess ta' deċiżjonijiet konġunti dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjonijiet skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 113(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skambju effiċjenti ta' informazzjoni xierqa huwa essenzjali biex jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji, il-miżuri ta' sorveljanza rigward is-superviżjoni tal-likwidità, il-livell ta' likwidità u r-rekwiżiti kapitali applikati għal kull istituzzjoni ta' grupp u l-grupp.

(2)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-proċess biex jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti, huwa importanti li kull pass jiġi spjegat tajjeb. Proċess ċar jiffaċilita wkoll skambju ta' informazzjoni, jippromwovi għarfien reċiproku, jiżviluppa relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet superviżorji u jippromwovi superviżjoni effettiva.

(3)

Sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskji kif ukoll il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-likwidità għal grupp ta' istituzzjonijiet, is-superviżur konsolidant għandu jkollu stampa ġenerali tal-attivitajiet imwettqa mill-istituzzjonijiet kollha fil-grupp, inkluż l-istituzzjonijiet li joperaw barra mill-Unjoni. Għaldaqstant għandu jkun hemm interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni u s-superviżuri tal-pajjiżi terzi sabiex dawk tal-ewwel ikunu jistgħu jivvalutaw ir-riskji globali li l-grupp jaffaċċja.

(4)

Ippjanar f'waqtu u realistiku għall-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti huwa essenzjali. Kull awtorità kompetenti involuta għandha tipprovdi lis-superviżur konsolidanti b'tagħrif rilevanti fuq bażi regolari. Sabiex il-valutazzjonijiet individwali jiġu ppreżentati u interpretati b'mod konsistenti u uniformi, jeħtieġ li jiġi introdott mudell komuni għar-riżultati tar-rieżami superviżorju u l-proċessi ta' evalwazzjoni li jkun speċifiku għall kull istituzzjoni.

(5)

Biex tiġi żgurata kundizzjoni uniformi tal-applikazzjoni, l-istadji li jridu jiġu segwiti għat-twettiq tal-valutazzjoni konġunta tar-riskju u għat-teħid tad-deċiżjonijiet konġunti għandhom jiġu stabbiliti, filwaqt li jiġi rikonoxxut li ċerti kompiti tal-valutazzjoni konġunta tar-riskju u l-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti jistgħu jsiru b'mod parallel u oħrajn sekwenzjalment.

(6)

Sabiex issir aktar faċli biex jittieħdu d-deċiżjonijiet konġunti, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jinvolvu ruħhom fi djalogu bejniethom, b'mod partikolari qabel ma jiġu ffinalizzati r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju u d-deċiżjonijiet konġunti.

(7)

Is-superviżur konsolidant għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti involuti bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għat-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju individwali tagħhom u t-teħid tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-likwidità.

(8)

Ir-rapport li jinkludi l-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp huwa dokument ewlieni li jgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jifhmu u jirreġistraw il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju globali tal-grupp bankarju bil-għan li jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji u l-livell ta' fondi proprji li l-grupp jeħtieġ li jżomm. Ir-rapport li jinkludi l-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-likwidità tal-grupp huwa dokument importanti li jgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jifhmu, jivvalutaw u jirreġistraw il-valutazzjoni tal-profil tal-likwidità globali tal-grupp. Sabiex il-valutazzjoni tar-riskju globali u l-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp jiġu ppreżentati b'mod konsistenti, jiġu appoġġati diskussjonijiet sinifikanti fost l-awtoritajiet kompetenti u ssir valutazzjoni msaħħa tar-riskji tal-grupp bankarju transfruntier, għandhom jiġu stabbiliti mudelli komuni għal dawn ir-rapporti.

(9)

Filwaqt li jiġi rikonoxxut li r-riżultati tal-proċess tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni speċifikati fl-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE jistgħu jiġu dokumentati b'mod differenti madwar l-Istati Membri skont l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b'kunsiderazzjoni wkoll għal-linji gwida maħruġa mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) skont l-Artikolu 107(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-mudelli standard għandhom jipprovdu formati konsistenti għall-komunikazzjoni tas-sejbiet u r-riżultati tal-proċess tar-rieżami superviżorju bil-għan li jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti.

(10)

La r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u lanqas ir-rapport li jinkludi l-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp ma għandu jkun limitat għal aggregazzjoni ta' kontribuzzjonijiet individwali minn awtoritajiet kompetenti. Iż-żewġ rapporti għandhom jintużaw bħala għodda biex titwettaq il-valutazzjoni konġunta tar-riskji tal-grupp kollu u tiġi analizzata l-interazzjoni tal-affarijiet intragrupp.

(11)

Billi jiġu stabbiliti proċessi ċari għall-kontenut u l-artikulazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti għandu jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet konġunti jkunu motivati b'mod sħiħ u jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-deċiżjonijiet konġunti u l-infurzar tagħhom.

(12)

Sabiex il-proċess li jrid jiġi segwit ġaladarba jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti jiġi ċċarat u tiġi pprovduta trasparenza dwar it-trattament tal-eżitu ta' dawn id-deċiżjonijiet u tiġi ffaċilitata azzjoni ta' segwitu xierqa fejn meħtieġ, għandhom jiġu stabbiliti standards dwar il-komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti motivati b'mod sħiħ u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

(13)

Il-proċess li jrid jiġi segwit għall-aġġornamenti tad-deċiżjonijiet konġunti għandu jiġi stabbilit sabiex jiġi żgurat li jkun hemm approċċ konsistenti u trasparenti, kif ukoll involviment xieraq tal-awtoritajiet kompetenti u l-komunikazzjoni tar-riżultati.

(14)

Il-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti skont l-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE jinkludi l-proċess li jrid jiġi segwit meta ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni konġunta. Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi dwar dan l-aspett tal-proċess, l-artikulazzjoni tad-deċiżjonijiet motivati b'mod sħiħ u t-trattament tal-fehmiet u r-riżervi espressi mis-superviżuri ospitanti, għandhom jiġu stabbiliti standards li jkopru l-iskeda ta' żmien biex jittieħdu d-deċiżjonijiet fin-nuqqas ta' deċiżjonijiet konġunti, u l-komunikazzjoni tad-dettalji ta' tali deċiżjonijiet.

(15)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni;

(16)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika l-proċessi tad-deċiżjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a)

il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet konġunti dwar kwistjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 113(1), filwaqt li jiġi kkunsidrat kull ftehim li sar skont l-Artikoli 7, 10 jew 15 tar-Regolament (UE) No 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(b)

il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet konġunti dwar kwistjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 113(1), filwaqt li jiġi kkunsidrat kull ftehim li sar skont l-Artikoli 6, 8 jew 10 tar-Regolament (UE) No 575/2013, u ta' kull livell konsolidat tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 11(3) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“awtoritajiet kompetenti rilevanti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tal-UE fi Stat Membru;

(2)

“awtoritajiet kompetenti oħra” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

awtoritajiet kompetenti li mhumiex awtorità kompetenti rilevanti

(b)

awtoritajiet pubbliċi jew korpi rikonoxxuti uffiċjalment mid-dritt nazzjonali, li jingħataw is-setgħa mid-dritt nazzjonali biex jikkontrollaw l-entitajiet tas-settur finanzjarju, kif definit fil-punt 27 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jkunu joperaw fl-Istat Membru inkwistjoni u li la huma istituzzjoni ta' kreditu u lanqas ditta tal-investiment;

(3)

“rapport SREP” tfisser ir-rapport li jippreżenta l-eżitu tar-rieżami superviżorju u l-proċess tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(4)

“rapport ta' valutazzjoni tar-riskju ta' likwidità” tfisser ir-rapport li jippreżenta l-eżitu tal-parti tal-proċess tar-rieżami superviżorju u l-proċess tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE, rigward ir-riskji tal-likwidità;

(5)

“rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp” tfisser ir-rapport li jinkludi l-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp tal-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 113(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(6)

“rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp” tfisser ir-rapport li jinkludi l-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-likwidità tal-grupp tal-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 113(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(7)

“deċiżjoni konġunta dwar il-kapital” tfisser deċiżjoni konġunta dwar kwistjonijiet imsemmija f'punt (a) tal-Artikolu 1;

(8)

“deċiżjoni konġunta dwar il-likwidità” tfisser deċiżjoni konġunta dwar kwistjonijiet imsemmija f'punt (b) tal-Artikolu 1;

KAPITOLU II

IL-PROĊESS TAD-DEĊIŻJONIJIET KONĠUNTI

Artikolu 3

L-ippjanar tal-istadji tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti

1.   Qabel ma jibda l-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti s-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jaqblu dwar skeda ta' żmien tal-passi li għandhom jiġu segwiti f'dan il-proċess (minn hawn 'il quddiem “l-iskeda ta' żmien tad-deċiżjonijiet konġunti”). F'każ ta' nuqqas ta' ftehim, is-superviżur konsolidanti jistabbilixxi l-iskeda ta' żmien wara li jikkunsidra l-opinjonijiet u r-riżervi espressi mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

2.   L-iskeda tad-deċiżjonjiet konġunti tiġi aġġornata mill-anqas kull sena u tinkludi l-istadji li ġejjin:

(a)

ftehim dwar l-involviment ta' awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 4;

(b)

sottomissjoni tar-rapporti SREP u r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 5 u kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 4(2);

(c)

sottomissjoni tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp mis-superviżur konsolidant lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 6(6) u lil awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 4(3), u l-Artikolu 6(7);

(d)

djalogu bejn is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, dwar l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp skont l-Artikolu 7;

(e)

sottomissjoni tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp mis-superviżur konsolidant lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 8(2) u awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 4(3), u l-Artikolu 8(5);

(f)

sottomissjoni ta' kontribuzzjonijiet għall-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti lis-superviżur konsolidant skont l-Artikolu 9(1);

(g)

sottomissjoni tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u dokument tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 10(6) u l-Artikolu 11(5);

(h)

konsultazzjoni dwar l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-dokumenti tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità mal-istituzzjoni prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-grupp, fejn tkun meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru;

(i)

djalogu bejn is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità;

(j)

teħid tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità skont l-Artikolu 12;

(k)

komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità mis-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-grupp skont l-Artikolu 13;

(l)

ftehim dwar l-iskeda ta' żmien tas-sena ta' wara għall-ippjanar tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti.

3.   Id-deċiżjonijiet konġunti tal-iskeda ta' żmien tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

tirrifletti l-ambitu u l-kumplessità ta' kull kompitu, b'kunsiderazzjoni għad-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-grupp kif ukoll il-profil tar-riskju tiegħu;

(b)

tqis, sa fejn ikun possibbli, l-impenji tas-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont il-programm ta' eżami superviżorju msemmi fil-punt (c) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 116(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.   Fejn ikun xieraq, b'mod partikolari sabiex tintwera l-urġenza ta' kull aġġornament straordinarju li sar skont l-Artikoli 20 u 21, l-iskeda ta' żmien tad-deċiżjonijiet konġunti tiġi eżaminata mill-ġdid.

5.   Is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jikkomunikaw data indikattiva lill-istituzzjonijiet tal-grupp li għalih huma rispettivament responsabbli għall-konsultazzjoni msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 dwar l-aspetti tad-dokumenti tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti jekk dawn l-istituzzjonijiet ikunu kkonċernati.

Is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jikkomunikaw data mistennija lill-istituzzjonijiet tal-grupp li għalih huma rispettivament responsabbli għall-komunikazzjoni msemmija fil-punt (k) tal-paragrafu 2.

Artikolu 4

Involviment ta' awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp

1.   Is-superviżur konsolidant jista' jiddeċiedi li jinvolvi awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fil-produzzjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jew ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp. Dawn id-deċiżjonijiet huma bbażati fuq ir-rilevanza tal-fergħa jew l-istituzzjoni fil-grupp u l-importanza tagħha għas-suq lokali.

Dan l-involviment ikun soġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità ekwivalenti għal dawk tat-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE u, fejn applikabbli, l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

L-ekwivalenza tiġi vvalutata mis-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha.

2.   Fejn is-superviżur konsolidant jiddeċiedi li jinvolvi awtorità kompetenti oħra kif definit fl-Artikolu 2(2) jew awtorità kompetenti ta' pajjiż terz, iż-żewġ awtoritajiet jilħqu ftehim dwar l-ambitu ta' involviment tal-awtorità kompetenti l-oħra jew l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz. Dawn il-ftehimiet huma permessi għall-finijiet li ġejjin:

(a)

jipprovdu kontribuzzjonijiet tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lis-superviżur konsolidant;

(b)

jżiedu l-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bħala annessi mal-abbozz tar-rapport finali tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jew ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp.

3.   Fejn is-superviżur konsolidant jiddeċiedi li jinvolvi awtoritajiet kompetenti oħra jew awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, is-superviżur konsolidant ma jipprovdix l-abbozz tar-rapporti finali tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi mingħajr kunsens mingħand l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha.

4.   Is-superviżur konsolidant iżomm lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti infurmati b'mod sħiħ dwar l-ambitu, il-livell u n-natura tal-involviment ta' awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u sa liema punt ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ibbenefika mill-kontribuzzjonijiet tagħhom.

Artikolu 5

Tħejjija tar-rapporti SREP u r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità

1.   Sabiex tiġi ffaċilitata kunsiderazzjoni xierqa tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji fid-deċiżjonijiet konġunti skont l-Artikolu 113(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jipprovdu lis-superviżur konsolidanti bir-rapporti SREP tagħhom u r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità fil-ħin u f'kull każ sal-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(2).

2.   Ir-rapporti SREP jitħejjew billi jintuża l-mudell fl-Anness I. Dawn ir-rapporti jiġu ssupplimentati b'taqsiriet tar-riżultati permezz tat-Tabella 1 tal-Anness II u t-taqsira tal-valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali permezz tat-Tabella 2 tal-Anness II.

Ir-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità jitħejjew billi jintuża l-mudell fl-Anness V. Dawn ir-rapporti jiġu ssupplimentati b'taqsiriet tar-riżultati permezz tat-Tabella 1 tal-Anness VI u t-taqsira tal-valutazzjoni tal-likwidità permezz tat-Tabella 2 tal-Anness VI.

Ir-rapporti SREP u r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità jistgħu jinkludu informazzjoni addizzjonali rilevanti.

Artikolu 6

Tħejjija tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp

1.   Is-superviżur konsolidant iħejji abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp ibbażati fuq kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rapport SREP tiegħu stess jew ir-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità dwar l-istituzzjoni prinċipali tal-UE u l-grupp;

(b)

ir-rapporti SREP jew ir-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità dwar is-sussidjarji pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 5;

(c)

kontribuzzjonijiet minn awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 4(2).

2.   Ir-rapporti SREP u r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 flimkien mal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu jiżdiedu bħala annessi mal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jew l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp.

3.   L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp jinkludu r-riżultati tal-valutazzjoni ta' jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-grupp u l-istituzzjonijiet tiegħu u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minnhom jiżgurawx ġestjoni xierqa u kopertura tar-riskji tagħhom.

4.   L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jitħejja billi jintuża l-mudell fl-Anness III. Dan ir-rapport jiġi ssupplimentat b'taqsiriet tar-riżultati skont it-Tabella 1 tal-Anness IV u t-taqsira tal-valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali skont it-Tabella 2 tal-Anness IV.

L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jitħejja billi jintuża l-mudell fl-Anness III. Dan ir-rapport jiġi ssupplimentat b'taqsiriet tar-riżultati skont it-Tabella 1 tal-Anness VIII u t-taqsira tal-valutazzjoni tal-likwidità skont it-Tabella 2 tal-Anness VIII.

5.   F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, is-superviżur konsolidant jiżgura dan kollu li ġej:

(a)

il-valutazzjoni konġunta tirrifletti r-rilevanza tal-istituzzjonijiet fil-grupp u l-importanza tagħhom fis-suq lokali;

(b)

l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp jindikaw kif din ir-rilevanza kif ukoll l-importanza tagħhom ġew ikkunsidrati.

6.   Is-superviżur konsolidant jipprovdi l-abbozz tar-rapporti lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-ħin u f'kull każ sal-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt (c) tal-Artikolu 3(2).

7.   Soġġett għall-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4(3), is-superviżur konsolidant jista' jipprovdi r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi.

Artikolu 7

Djalogu tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp

1.   Is-superviżur konsolidanti jiddeċiedi dwar il-forma u l-ambitu tad-djalogu mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp.

2.   Is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jiddiskutu r-rikonċiljazzjoni tal-proposti kwantitattivi inklużi fir-rapporti SREP individwali u r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità msemmija fl-Artikolu 6(1) mal-proposti kwantitattivi fl-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport tal-valutazzzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp, kif applikabbli.

3.   Il-proposti kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 2 jikkonsistu mill-inqas mill-proposti li ġejjin:

(a)

il-livelli proposti tal-fondi proprji li grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat u l-istituzzjonijiet kollha ta' dan il-grupp f'livell individwali huma meħtieġa jżommu skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

il-livelli proposti tar-rekwiżiti speċifiċi tal-likwidità li grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat u l-istituzzjonijiet kollha ta' dan il-grupp f'livell individwali huma meħtieġa jissodisfaw skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 8

Finalizzazzjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp

1.   Skont id-djalogu msemmi fl-Artikolu 7, is-superviżur konsolidant jiffinalizza r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp skont il-format u l-kontenut tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp, kif stipulat fl-Artikolu 6. Is-superviżur konsolidant jispjega kull bidla materjali introdotta fir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jew fir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp. Il-bidliet jirriflettu l-eżitu tad-djalogu u jinkludu aġġornamenti xierqa għall-annessi tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp.

2.   Is-superviżur konsolidanti jipprovdi r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-ħin u f'kull każ qabel il-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt(e) tal-Artikolu 3(2).

3.   Skont il-punt (a) tal-Artikolu 113(2) tad-Direttiva 2013/36/UE is-sottomissjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jwassal għall-bidu tal-perjodu ta' erba' xhur biex jittieħdu d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital.

4.   Skont il-punt (b) tal-Artikolu 113(2) tad-Direttiva 2013/36/UE s-sottomissjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jwassal għall-bidu tal-perjodu ta' xahar biex jittieħdu d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità.

5.   Soġġett għall-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4(3), is-superviżur konsolidant jista' jipprovdi r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi.

Artikolu 9

Tħejjija tal-kontribuzzjonijiet għall-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità.

1.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti jipprovdu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità lis-superviżur konsolidant fil-ħin u f'kull każ sal-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt (f) tal-Artikolu 3(2). Il-kontribuzzjonijiet ikopru l-istituzzjonijiet kollha fil-grupp ta' istituzzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti.

2.   Is-superviżur konsolidant jikkontribwixxi għall-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital. Il-kontribuzzjonijiet tiegħu jinkludi kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet kollha ta' grupp fil-livell individwali li huma awtorizzati fil-ġuriżdizzjoni tas-superviżur konsolidant u li jaqgħu taħt l-ambitu tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti;

(b)

il-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat.

3.   Is-superviżur konsolidant jikkontribwixxi għall-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità. Il-kontribuzzjonijiet tiegħu jinkludi kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet kollha ta' grupp fil-livell individwali li huma awtorizzati fil-ġuriżdizzjoni tas-superviżur konsolidant u li jaqgħu taħt l-ambitu tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti;

(b)

il-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat.

4.   Il-kontribuzzjonijiet tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital tistabbilixxi kull wieħed mill-punti msemmija fl-Artikolu 10.

5.   Il-kontribuzzjonijiet tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital tistabbilixxi kull wieħed mill-elementi msemmija fl-Artikolu 11.

Artikolu 10

Tħejjija tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital

1.   Is-superviżur konsolidant iħejji l-abbozz motivat b'mod sħiħ tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital li jkopri l-grupp u l-istituzzjonijiet ta' dan il-grupp. L-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital jistabbilixxi kull wieħed mill-punti li ġejjin:

(a)

l-ismijiet tas-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti involuti fil-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital;

(b)

l-isem tal-grupp ta' istituzzjonijiet u lista tal-istituzzjonijiet kollha fil-grupp li l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital huwa marbuta magħhom u japplika għalihom;

(c)

ir-referenzi għall-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, il-finalizzazzjoni u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital;

(d)

id-data tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u kull aġġornament rilevanti għalih;

(e)

il-konklużjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 97 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(f)

il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat;

(g)

il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji miżmuma minn kull istituzzjoni tal-grupp f'livell individwali;

(h)

il-konklużjoni dwar il-livell tal-fondi proprji li kull istituzzjoni tal-grupp jeħtieġ li jkollha fuq livell individwali skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(i)

il-konklużjoni dwar il-livell tal-fondi proprji li l-grupp ta' istituzzjonijiet jeħtieġ li jkollu f'livell konsolidat skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(j)

informazzjoni dwar ir-rekwiżiti prudenzjali minimi li japplikaw għal kull istituzzjoni skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 103, 129, 130, 131, 133 tad-Direttiva 2013/36/UE u dwar ir-rekwiżiti prudenzjali jew makroprudenzjali rilevanti oħra, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u twissijiet;

(k)

id-data ta' referenza li l-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (i) huma relatati magħha;

(l)

l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (h) u (i), fejn applikabbli.

2.   Il-konklużjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tistabbilixxi kull waħda mill-punti li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet tal-grupp għandhomx fis-seħħ strateġiji u proċessi validi, effikaċi u kompleti biex jivvaluw, iżommu u jqassmu l-kapital intern u jekk dawn l-istrateġiji u l-proċessi humiex aġġornati;

(b)

il-valutazzjoni ta' jekk l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni ta' tali kapital intern humiex adegwati biex ikopru n-natura u l-livell tar-riskji li l-istituzzjonijiet tal-grupp huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom;

(c)

il-valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet tal-grupp implimentawx l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi xierqa li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

il-valutazzjoni dwar jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet tal-grupp jiżgurawx maniġment xieraq u kopertura tar-riskji tagħhom;

(e)

informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri u s-setgħat superviżorji skont l-Artikolu 102, u l-punti (b) sa (l) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati taħt il-punti (a) sa (d).

3.   Il-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (f) u (g) tal-paragrafu 1 ikunu marbuta mal-konklużjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 u appoġġati minnha.

4.   Il-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (h) u (i) tal-paragrafu 1 jissodisfaw kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu fformulati bħala ammont jew proporzjon jew it-tnejn li huma flimkien;

(b)

jipprovdu dettalji dwar il-kwalità tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa;

(c)

ikunu marbuta mad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 u appoġġati minnha.

5.   Il-konklużjonijiet rigward kull istituzzjoni tal-grupp f'livell individwali u l-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat ikunu identifikabbli biċ-ċar fid-dokument tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital.

6.   Is-superviżur konsolidant jipprovdi d-dokument tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-ħin u f'kull każ sal-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt (g) tal-Artikolu 3(2).

Artikolu 11

Tħejjija tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità

1.   Is-superviżur konsolidant iħejji abbozz motivat b'mod sħiħ tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital li jkopri l-grupp u l-istituzzjonijiet ta' dan il-grupp. L-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità jistabbilixxi kull wieħed mill-punti li ġejjin:

(a)

l-ismijiet tas-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti involuti fil-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità;

(b)

l-isem tal-grupp tal-istituzzjonijiet u lista tal-istituzzjonijiet kollha fil-grupp li l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità huwa marbut magħhom u tapplika għalihom;

(c)

ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, il-finalizzazzjoni u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità;

(d)

id-data tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità u kull aġġornament rilevanti għalih;

(e)

il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-likwidità għall-grupp f'livell konsolidat;

(f)

il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-likwidità għal kull istituzzjoni fil-grupp f'livell individwali;

(g)

il-konklużjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati xi kwistjonijiet sinifikanti u s-sejbiet materjali dwar is-superviżjoni tal-likwidità inkluż dwar l-adegwatezza tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE u li jirrigwardaw il-ħtieġa għal rekwiżiti ta' likwidità speċifiċi skont l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għal kull istituzzjoni fil-grupp f'livell individwali u għall-grupp f'livell konsolidat;

(h)

l-informazzjoni dwar xi rekwiżiti prudenzjali rilevanti jew makroprudenzjali oħra, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u twissijiet;

(i)

id-data ta' referenza li l-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (g) huma relatati magħha;

(j)

l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-konklużjoni msemmija fil-punt (g), fejn applikabbli.

2.   Il-konklużjoni msemmija fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1 tistabbilixxi kull waħda mill-punti li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni ta' jekk l-istituzzjonijiet tal-grupp implimentawx strateġiji, politiki, proċessi u sistemi msaħħa għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-maniġment u l-monitoraġġ tar-riskju tal-likwidità fuq termini xierqa ta' żmien;

(b)

il-valutazzjoni dwar jekk il-likwidità miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-grupp f'livell individwali u l-grupp f'livell konsolidat tipprovdix kopertura suffiċjenti tar-riskji tal-likwidità;

(c)

il-valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet tal-grupp implimentawx arranġamenti, strateġiji, proċessi u mekkaniżmi xierqa li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   Il-konklużjoni msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 tipprovdu dettalji dwar in-natura tal-miżuri li ttieħdu. Fejn dawn il-miżuri jkunu marbuta mal-ħtieġa għal rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE, il-konklużjoni tipprovdi dettalji dwar l-artikulazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi.

4.   Il-konklużjonijiet rigward kull istituzzjoni tal-grupp f'livell individwali u l-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat ikunu identifikabbli biċ-ċar fid-dokument tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità.

5.   Is-superviżur konsolidant jipprovdi d-dokument tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-ħin u f'kull każ sal-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt (g) tal-Artikolu 3(2).

Artikolu 12

Teħid tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità

1.   Wara d-djalogu mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 3(2), is-superviżur konsolidant jirrevedi l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità, kif meħtieġ, sabiex jiffinalizza dawn id-deċiżjonijiet.

2.   Jintlaħaq ftehim dwar id-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità mis-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha.

3.   Il-ftehim isir bil-miktub minn rappreżentanti tas-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti b'awtorità xierqa biex jimpenjaw lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom.

Artikolu 13

Komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità.

1.   Is-superviżur konsolidant jipprovdi d-dokument tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-dokument tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità lill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fil-ħin u f'kull każ sal-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt (k) u l-Artikolu 3(2). Is-superviżur konsolidanti jikkonferma din il-komunikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi Stat Membru jipprovdu lill-korpi maniġerjali tal-istituzzjonijiet li huma awtorizzati f'dak l-Istat Membru l-partijiet rispettivi tad-dokument tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-dokument tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità li huma rilevanti għal kull waħda minn dawn l-istituzzjoni fil-ħin u f'kull każ sad-data stipulata fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt (k) tal-Artikolu 3(2).

3.   Is-superviżur konsolidant jiddiskuti, fejn xieraq, id-dokument tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-dokument tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità mal-istituzzjoni prinċipali tal-UE biex jispjega d-dettalji tad-deċiżjonijiet u l-applikazzjoni tagħhom.

4.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi Stat Membru jiddiskutu, fejn xieraq, mal-istituzzjonijiet stabbiliti f'dan l-Istat Membru l-partijiet rispettivi tad-dokument tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-dokument tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità li huma rilevanti għal kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet biex jispjegaw id-dettalji tad-deċiżjonijiet u l-applikazzjoni tagħhom.

Artikolu 14

Monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità.

1.   Is-superviżur konsolidant jikkomunika l-eżitu tad-diskussjoni msemmija fl-Artikolu 13(3) lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fejn istituzzjoni prinċipali tal-UE teħtieġ li tieħu kwalunkwe minn dawn l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

tissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali tal-fondi proprji skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE f'livell individwali jew f'livell konsolidat,

(b)

tindirizza kwistjonijiet sinifikanti jew sejbiet materjali marbutin mas-superviżjoni tal-likwidità jew biex jintlaħqu rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE f'livell individwali jew f'livell konsolidat.

2.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi Stat Membru jikkomunikaw l-eżitu tad-diskussjoni msemmi fl-Artikolu 13(4) lis-superviżur konsolidant fejn istituzzjoni awtorizzata f'dak l-Istat Membru teħtieġ li tieħu kwalunkwe mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

tissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali tal-fondi proprji skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE f'livell individwali;

(b)

tindirizza kwistjonijiet sinifikanti jew sejbiet materjali marbutin mas-superviżjoni tal-likwidità jew tissodisfa rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/EU f'livell individwali.

3.   Is-superviżur konsolidant jibgħat l-eżitu tad-diskussjoni msemmi fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra.

4.   Is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jimmonitorjaw l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità li huma rilevanti għal kull waħda mill-istituzzjonijiet tal-grupp li huma rispettivament responsabbli għaliha.

KAPITOLU III

NUQQAS TA' FTEHIM U D-DEĊIŻJONIJIET MEĦUDA FIN-NUQQAS TA' DEĊIŻJONIJIET KONĠUNTI

Artikolu 15

Il-proċess tad-deċiżjonijiet fin-nuqqas ta' deċiżjonijiet konġunti

1.   Fin-nuqqas ta' deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital jew deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità bejn is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 8(3) jew 8(4), rispettivament, id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 113(3) tad-Direttiva 2013/36/UE ikunu evidenzjati bil-miktub u jittieħdu sa mhux aktar tard mid-dati li ġejjin:

(a)

id-data ta' xahar wara l-iskadenza tal-perjodu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 8(3) jew (4), kif applikabbli;

(b)

id-data ta' xahar wara l-provvediment ta' kull parir mill-ABE wara talba għal konsultazzjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 113(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

id-data ta' xahar wara kull deċiżjoni meħuda mill-ABE skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafi tal-Artikolu 113(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, jew f'kull data oħra stabbilita mill-ABE f'deċiżjoni bħal din.

2.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti jikkomunikaw lis-superviżur konsolidant id-deċiżjonijiet li ħadu f'livell individwali fl-assenza ta' deċiżjoni konġunta.

3.   Is-superviżur konsolidant jinkludi d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 mad-deċiżjonijiet meħuda f'livell individwali kif ukoll f'livell konsolidat f'dokument wieħed u jipprovdi dan id-dokument lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha.

4.   Meta l-ABE tkun ġiet ikkonsultata, id-dokument imsemmi fil-paragrafu 3 jinkludi spjegazzjoni ta' kull devjazzjoni mill-pariri tal-ABE.

Artikolu 16

Abbozzar tad-deċiżjonijiet dwar il-kapital li jittieħdu fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta

1.   Deċiżjonijiet dwar il-kapital meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta dwar il-kapital tiġi stipulata f'dokument li jinkludi l-punti kollha li ġejjin:

(a)

l-ismijiet tas-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kapital;

(b)

l-isem tal-grupp ta' istituzzjonijiet jew l-istituzzjoni tal-grupp li d-deċiżjonijiet dwar il-kapital hija marbuta magħhom u tapplika għalihom;

(c)

ir-referenzi għall-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatata mat-tħejjija, il-finalizzazzjoni u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-kapital;

(d)

id-data tad-deċiżjonijiet dwar il-kapital;

(e)

il-konklużjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 97 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(f)

id-deċiżjonijiet dwar il-kapital meħuda fuq bażi konsolidata; il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat;

(g)

għad-deċiżjonijiet dwar il-kapital meħuda fuq bażi individwali, il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji miżmuma mill-istituzzjoni rilevanti f'livell individwali;

(h)

għad-deċiżjonijiet dwar il-kapital meħuda fuq bażi konsolidata, il-konklużjoni dwar il-livell tal-fondi proprji li l-grupp ta' istituzzjonijiet jeħtieġ li jkollu f'livell konsolidat skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(i)

għad-deċiżjonijiet dwar il-kapital meħuda fuq bażi individwali, il-konklużjoni dwar il-livell tal-fondi proprji li l-istituzzjoni rilevanti teħtieġ li jkollha f'livell individwali skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(j)

informazzjoni dwar ir-rekwiżiti prudenzjali minimi li japplikaw għall-istituzzjoni rilevanti skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 103, 129, 130, 131, 133 tad-Direttiva 2013/36/UE u fuq ir-rekwiżiti prudenzjali jew makroprudenzjali rilevanti oħra, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u twissijiet;

(k)

id-data ta' referenza li l-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (i) huma relatati magħha;

(l)

id-deskrizzjoni ta' kif il-valutazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u r-riżervi espressi mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u mis-superviżur konsolidant ġew ikkunsidrati, kif applikabbli;

(m)

l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (h) u (i), fejn applikabbli.

2.   Id-deċiżjonijiet dwar il-kapital meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta dwar il-kapital f'livell individwali jew konsolidat jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(2) sa (4), fejn applikabbli.

Artikolu 17

Abbozzar tad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità li jittieħdu fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta

1.   Deċiżjoni dwar il-likwidità meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta tiġi stipulata f'dokument li jinkludi kull waħda mill-punti li ġejjin:

(a)

l-isem tas-superviżur konsolidant jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jieħdu d-deċiżjoni dwar il-likwidità;

(b)

l-isem tal-grupp ta' istituzzjonijiet jew l-istituzzjoni tal-grupp li d-deċiżjoni dwar il-likwidità hija marbuta magħhom u tapplika għalihom;

(c)

ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, il-finalizzazzjoni u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità;

(d)

id-data tad-deċiżjoni dwar il-likwidità;

(e)

għad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fuq bażi konsolidata; il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-likwidità għall-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat;

(f)

għad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fuq bażi individwali, il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-likwidità għall-istituzzjoni rilevanti f'livell individwali;

(g)

għad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fuq bażi konsolidata, il-konklużjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati xi kwistjonijiet sinifikanti u sejbiet materjali marbuta mas-superviżjoni tal-likwidità inkluż l-adegwatezza tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE u li jirrigwardaw il-ħtieġa għal rekwiżiti ta' likwidità speċifiċi skont l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għall-grupp f'livell konsolidat;

(h)

għad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fuq bażi individwali, il-konklużjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati xi kwistjonijiet sinifikanti u sejbiet materjali marbuta mas-superviżjoni tal-likwidità inkluż l-adegwatezza tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE u li jirrigwardaw il-ħtieġa għal rekwiżiti ta' likwidità speċifiċi għall-istituzzjoni rilevanti f'livell individwali skont l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva;

(i)

id-data ta' referenza li magħha huma relatati l-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (h);

(j)

informazzjoni dwar xi rekwiżiti prudenzjali rilevanti jew makroprudenzjali oħra, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u twissijiet;

(k)

deskrizzjoni ta' kif il-valutazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u r-riżervi espressi mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jew mis-superviżur konsolidant ġew ikkunsidrati, kif applikabbli;

(l)

l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet fil-punti (g) sa (h), fejn applikabbli.

2.   Id-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta dwar il-likwidità f'livell individwali jew konsolidat jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(2) sa (3).

Artikolu 18

Komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-kapital u deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta dwar il-kapital jew deċiżjoni konġunta dwar il-likwidità

1.   Is-superviżur konsolidant jipprovdi d-dokument tad-deċiżjoni msemmi fl-Artikolu 15(3) lill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE.

2.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi Stat Membru jipprovdu lill-korpi maniġerjali tal-istituzzjonijiet li huma awtorizzati f'dak l-Istat Membru l-partijiet rispettivi tad-dokument tad-deċiżjoni msemmi fil-paragrafu 1 li huma rilevanti għal kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet.

3.   Is-superviżur konsolidant jiddiskuti, fejn xieraq, id-dokument tad-deċiżjoni mal-istituzzjoni prinċipali tal-UE biex jiġu spjegati d-dettalji u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-kapital jew id-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta dwar il-kapital jew deċiżjoni konġunta dwar il-likwidità.

4.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi Stat Membru jiddiskutu, fejn xieraq, mal-istituzzjonijiet stabbiliti f'dan l-Istat Membru l-partijiet rispettivi tad-dokument tad-deċiżjoni li huma rilevanti għal kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet biex jispjegaw id-dettalji u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-kapital jew id-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta dwar il-kapital jew deċiżjoni konġunta dwar il-likwidità.

Artikolu 19

Monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-kapital u deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta dwar il-kapital u deċiżjoni konġunta dwar il-likwidità

Is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jimmonitorjaw l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-kapital u d-deċiżjonijiet dwar il-likwidità, meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta dwar il-kapital u deċiżjoni konġunta dwar il-likwidità, li huma rilevanti għal kull waħda mill-istituzzjonijiet tal-grupp li huma rispettivament responsabbli għalihom.

KAPITOLU IV

AĠĠORNAMENT U AĠĠORNAMENT STRAORDINARJU TAD-DEĊIŻJONIJIET KONĠUNTI U TAD-DEĊIŻJONIJIET MEĦUDA FIN-NUQQAS TA DEĊIŻJONI KONĠUNTA

Artikolu 20

Aġġornament straordinarju tad-deċiżjonijiet konġunti

1.   Meta s-superviżur konsolidant jew awtorità kompetenti rilevanti jagħtu bidu għal talba għal aġġornament straordinarju tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital jew id-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità skont l-Artikolu 113(4) tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidant jikkomunika din it-talba lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. L-aġġornament straordinarju jsegwi l-proċess kif stabbilit fl-Artikoli 9 sa 14.

2.   Meta awtorità kompetenti rilevanti titlob biex taġġorna d-deċiżjonijiet konġunti fir-rigward ta' istituzzjoni għajr istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE mas-superviżur konsolidant fuq bażi bilaterali, it-talba ssir bil-miktub u tkun raġunata b'mod sħiħ.

Is-superviżur konsolidant jikkomunika t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha. It-talba tinkludi abbozz dokument tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 jew abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11. Is-superviżur konsolidant jistabbilixxi limitu ta' żmien sabiex l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jikkummentaw jekk l-aġġornament għandux jiġi indirizzat fuq bażi bilaterali.

Fejn l-ebda awtorità kompetenti rilevanti titlob biex tindirizza l-aġġornament fuq bażi mhux bilaterali sad-data stipulata speċifikata, is-superviżur konsolidant u l-awtorità kompetenti rilevanti li jkunu talbu aġġornament straordinarju jikkontribwixxu u jilħqu ftehim dwar id-deċiżjonijiet konġunti fuq bażi bilaterali.

3.   Meta awtorità kompetenti rilevanti ma tkunx tixtieq tressaq kontribuzzjoni għad-deċiżjonijiet konġunti aġġornata skont l-Artikolu 9, is-superviżur konsolidant iħejji d-deċiżjonijiet konġunti aġġornati fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni l-aktar riċenti għad-dokument tad-deċiżjonijiet konġunti mingħand l-awtorità kompetenti rilevanti.

Artikolu 21

Aġġornament annwali u straordinarju tad-deċiżjonijiet meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjonijiet konġunti

1.   L-aġġornament annwali tad-deċiżjonijiet meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjonijiet konġunti jsegwi l-passi skont l-Artikolu 3(2), sakemm kull pass ikun rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 97(4) tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Kull aġġornament straordinarju tad-deċiżjonijiet meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjonijiet konġunti skont l-Artikolu 113(4) tad-Direttiva 2013/36/UE jsegwi l-proċess kif stabbilit fl-Artikoli 9 sa 14.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS

MUDELL TAR-RAPPORT SREP

Ir-rapport SREP huwa ssupplimentat b'taqsiriet tar-riżultati (Tabella 1) u l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital (Tabella 2).

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

ANNESS II

MUDELL TAR-RAPPORT SREP

Tabella 1.

Taqsira tar-riżultati

Image 7

Test ta 'immaġni

Tabella 2.

Taqsira tal-valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali

Image 8

Test ta 'immaġni

Image 9

Test ta 'immaġni

ANNESS III

MUDELL TAR-RAPPORT TAL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU TA' GRUPP

Ir-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-Grupp għandu jinkludi bħala annessi r-rapporti SREP kollha mibgħuta mill-awtorità kompetenti rilevanti. Ir-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp għandu jkun issupplimentat b'taqsiriet tar-riżultati (Tabella 1) u l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital (Tabella 2).

Image 10

Test ta 'immaġni