ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 689/2014
tat-23 ta' Ġunju 2014
li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011. |
(2) |
Skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011, il-Kunsill għamel eżami mill-ġdid tal-lista stipulata fl-Anness III għal dak ir-Regolament. |
(3) |
L-informazzjoni ta' identifikazzjoni dwar entità waħda fil-lista stipulata fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandha tiġi aġġornata. |
(4) |
Ma għadx hemm raġunijiet għaż-żamma ta' żewġ entitajiet fil-lista stipulata fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011. |
(5) |
L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 hu għalhekk emendat kif ġej:
(1) |
l-entrata għall-entità “Capitana Seas Limited” qiegħda tiġi sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
(2) |
jitħassru l-entrati għall-entitajiet segwenti:
|
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 690/2014
tat-23 ta' Ġunju 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (2) jimplimenta l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK. |
(2) |
Fid-19 ta' Marzu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) adotta r-Riżoluzzjoni 2146 (2014) (UNSCR 2146 (2014)) li tipprojbixxi t-tgħabbija, it-trasport jew l-iskariku ta' żejt mhux raffinat esportat illeċitament mil-Libja fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru nominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet (“bastimenti nominati”), fin-nuqqas ta' istruzzjonijiet mill-punt fokali tal-Gvern tal-Libja. |
(3) |
L-UNSCR 2146 (2014) tirrikjedi wkoll li jittieħdu miżuri biex jipprevjenu l-bastimenti nominati milli jidħlu fil-portijiet u l-għoti ta' servizzi ta' proviżjonament jew ta' forniment ta' bastimenti, jew servizzi oħra, lil bastimenti nominati, jekk hekk ikun speċifikat min-nomina mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. |
(4) |
Barra minn hekk, l-UNSCR 2146 (2014) tipprojbixxi tranżazzjonijiet fir-rigward ta' żejt mhux raffinat esportat illeċitament mil-Libja abbord bastimenti nominati, jekk hekk ikun speċifikat min-nomina mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Madankollu, billi l-UNSCR 2146 (2014) tippermetti li bastimenti nominati f'ċerti każijiet jidħlu f'portijiet, f'dawk il-każijiet jistgħu jiġu aċċettati taxxi portwali, anke fir-rigward ta' żejt mhux raffinat abbord tali bastimenti. |
(5) |
Għal raġunijiet ta' espedjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-lista ta' bastimenti nominati li għalihom japplikaw dawk il-miżuri skont l-emendi fl-Anness V tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK u fuq il-bażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet taħt il-paragrafi 11 u 12 tal-UNSCR 2146 (2014). |
(6) |
Fit-23 ta' Ġunju 2014, id-Deċiżjoni 2011/137/PESK ġiet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/380/PESK (3) biex jiġu implimentati dawk il-miżuri. |
(7) |
Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1 jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 10b 1. Huwa pprojbit li jiġi mgħobbi, trasportat jew skarikat żejt mhux raffinat mil-Libja fuq bastimenti nominati li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru sakemm mhux awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru wara konsultazzjoni mal-punt fokali tal-Gvern tal-Libja. 2. Huwa pprojbit li jiġi aċċettat jew li jingħata aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni lil bastimenti nominati, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. 3. Il-miżura stabbilita fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika fejn id-dħul għal xi port fit-territorju tal-Unjoni jkun meħtieġ għal xi ispezzjoni, f'każ ta' emerġenza jew fejn il-bastiment ikun qed jirritorna lejn il-Libja. 4. L-għoti minn ċittadini tal-Istati Membri jew minn territorji tal-Istati Membri ta' servizzi ta' proviżjonament jew ta' forniment ta' bastimenti, jew kwalunkwe servizz ieħor ta' bastimenti, lil bastimenti nominati, inkluż il-forniment ta' karburant jew provvisti, għandu, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, ikun ipprojbit. 5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri identifikati fl-Anness IV jistgħu jagħtu eżenzjonijiet għall-miżura imposta mill-paragrafu 4 fejn dawn ikunu meħtieġa għal għanijiet umanitarji jew ta' sikurezza, jew fejn il-bastiment ikun qed jirritorna lejn il-Libja. Kwalunkwe awtorizzazzjoni bħal din trid tiġi notifikata lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u lill-Kummissjoni bil-miktub. 6. It-tranżazzjonijiet finanzjarji fir-rigward ta' żejt mhux raffinat abbord bastimenti nominati, inkluż il-bejgħ taż-żejt mhux raffinat jew l-użu taż-żejt mhux raffinat bħala kreditu, kif ukoll il-kuntrattazzjoni ta' assigurazzjonijiet fir-rigward tat-trasport taż-żejt mhux raffinat, għandhom, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, ikunu pprojbiti. Tali projbizzjoni ma tapplikax għall-aċċettazzjoni ta' taxxi portwali fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 3.”; |
(3) |
l-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 15 Il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li:
|
(4) |
jiżdied l-Anness V kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/380/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (Ara paġna 52 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
“ANNESS V
LISTA TA' BASTIMENTI MSEMMIJA FIL-PUNT (h) TAL-ARTIKOLU 1 U FL-ARTIKOLU 10b U MIŻURI APPLIKABBLI KIF SPEĊIFIKAT MILL-KUMITAT TAS-SANZJONIJIET”
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 691/2014
tat-23 ta' Ġunju 2014
li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r- Regolament (UE) Nru 224/2014. |
(2) |
Fid-9 ta' Mejju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) 2127 (2013), inkluda tliet persuni fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 30 u 32 tar-Riżoluzzjoni (UNSC) 2134 (2014). |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 224/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
Persuni msemmijin fl-Artikolu 1
1. FRANÇOIS YANGOUVONDA BOZIZÉ
KUNJOM: BOZIZÉ
ISEM: François Yangouvonda.
MAGĦRUF BĦALA: Bozize Yangouvonda
DATA TAT-TWELID/POST TAT-TWELID: 14 ta' Ottubru 1946/Mouila, il-Gabon
PASSAPORT/INFORMAZZJONI TA' IDENTIFIKAZZJONI: Iben Martine Kofio
NOMINA/ĠUSTIFIKAZZJONI: Parteċipazzjoni f'atti li jimminaw il-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) jew l-għoti ta' appoġġ għal dawn l-atti: Mill-kolp ta' stat fl-24 ta' Marzu 2013, Bozizé pprovda appoġġ finanzjarju u materjali għall-membri tal-milizzja li qed jaħdmu biex jiddestabilizzaw it-tranżizzjoni li għaddejja u biex jirritornawh għall-poter. François Bozizé, bil-kollaborazzjoni tas-sostenituri tiegħu, ħeġġeġ l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 fuq Bangui. Is-sitwazzjoni fir-RĊA marret malajr għall-agħar wara l-attakk tal-5 ta' Diċembru f'Bangui mill-forzi anti-balaka fejn aktar minn 700 persuna sfaw maqtula. Minn dak iż-żmien, huwa kompla jipprova jiddestabilizza l-operazzjonijiet u jgħaqqad flimkien il-milizzji anti-balaka, sabiex jinżammu t-tensjonijiet fil-kapital tar-RĊA. Bozizé pprova jerġa' jorganizza bosta elementi mill-Forzi Armati Ċentru-Afrikani li kienu dispersi fil-kampanja wara l-kolp ta' stat. Il-forzi leali għal Bozizé saru involuti f'attakki ta' ritaljazzjoni kontra l-popolazzjoni Musulmana tar-RĊA. Bozizé sejjaħ lill-milizzja tiegħu biex ikomplu bl-atroċitajiet kontra r-reġim attwali u l-Iżlamisti.
2. NOURREDINE ADAM
KUNJOM: ADAM
ISEM: Nourredine
MAGĦRUF BĦALA: Nourredine Adam; Nureldine Adam; Nourreldine Adam; Nourreddine Adam
DATA TAT-TWELID/POST TAT-TWELID: 1970/Ndele, ir-RĊA
Dati alternattivi tat-twelid: 1969, 1971
PASSAPORT/INFORMAZZJONI TA' IDENTIFIKAZZJONI:
NOMINA/ĠUSTIFIKAZZJONI: Parteċipazzjoni f'atti li jimminaw il-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA jew l-għoti ta' appoġġ għal dawn l-atti: Noureddine huwa wieħed mill-mexxejja oriġinali tas-Séléka. Huwa ġie identifikat kemm bħala Ġeneral kif ukoll bħala l-President ta' wieħed mill-gruppi ribelli armati tas-Séléka, il-PJCC Ċentrali, grupp formalment magħruf bħala l-Konvenzjoni ta' Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi u li l-akronimu tiegħu huwa anke magħruf bħala CPJP. Bħala ex-kap tal-grupp żgħir “Fundamentali” li nqata' mill-Konvenzjoni ta' Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi (CPJP/F), huwa kien il-koordinatur militari tal-ex-Séléka waqt l-attakki fir-ribelljoni preċedenti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana bejn kmieni f'Diċembru 2012 u Marzu 2013. Mingħajr l-involviment ta' Noureddine, is-Séléka x'aktarx ma kinux ikunu kapaċi jaħtfu l-poter mill-ex-President tar-RĊA François Bozizé. Mill-ħatra tiegħu bħala president interim ta' Catherine Samba-Panza fl-20 ta' Jannar 2014, huwa kien wieħed mill-awturi ewlenin tal-irtirar tattiku tal-ex-Séléka f'Sibut bil-għan li jiġi implimentat il-pjan tiegħu li joħloq fortizza Musulmana fit-Tramuntana tal-pajjiż. Huwa kien ħeġġeġ biċ-ċar lill-forzi tiegħu biex jirreżistu l-ordnijiet tal-gvern transitorju u tal-mexxejja militari tal-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ għar-Repubblika Ċentru-Afrikana taħt tmexxija Afrikana (MISCA). Noureddine jidderieġi attivament lill-ex-Séléka, il-forzi preċedenti tas-Séléka li ġew xolti minn Djotodia f'Settembru 2013, u jidderieġi operazzjonijiet kontra distretti Kristjani u jkompli jipprovdi appoġġ sinifikanti u direzzjoni lill-ex-Séléka li jaħdmu fir-RĊA.
Involviment fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, skont il-każ: Wara li s-Séléka ħadet il-kontroll ta' Bangui fl-24 ta' Marzu 2013, Nourredine Adam inħatar Ministru tas-Sigurtà, imbagħad Direttur Ġenerali tal-“Kumitat Straordinarju għad-Difiża tal-Kisbiet Demokratiċi” (Comité extraordinaire de défense des acquis démocratiques — CEDAD, servizz ta' intelligence tar-RĊA li m'għadux jeżisti). Nourredine Adam uża s-CEDAD bħala l-pulizija politika personali tiegħu, li permezz tagħha wettaq bosta arresti arbitrarji, atti ta' tortura u eżekuzzjonijiet sommarji. Barra minn dan, Noureddine kien wieħed mill-figuri ċentrali li organizza l-operazzjoni vjolenti f'Boy Rabe. F'Awwissu 2013, il-forzi tas-Séléka attakkaw Boy Rabe, distrett tar-RĊA meqjus bħala fortizza tas-sostenituri ta' François Bozizé u l-grupp etniku tiegħu. Bl-iskuża li jfittxu armi moħbija, ġie rrappurtat li t-truppi tas-Séléka qatlu għexieren ta' ċivili u f'rewwixta vjolenti serqu kull ma sabu. Meta dawn l-attakki nfirxu għal żoni oħra, eluf ta' residenti invadew l-ajruport internazzjonali, li kien meqjus bħala post sigur minħabba l-preżenza ta' truppi Franċiżi, u okkupaw ir-runway tiegħu.
Għoti ta' appoġġ lill-gruppi armati jew lin-netwerks kriminali permezz tal-isfruttament illegali ta' riżorsi naturali: Kmieni fl-2013, Nourredine Adam kellu rwol importanti fin-netwerks ta' finanzjament tal-ex-Séléka. Huwa vvjaġġa fl-Arabja Sawdija, il-Qatar u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor il-fondi għar-ribelljoni preċedenti. Huwa ħadem ukoll bħala faċilitatur għal ċirku Ċadjan ta' traffikanti ta' djamanti li jopera bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u ċ-Ċad.
3. LEVY YAKETE
KUNJOM: YAKETE
ISEM: Levy
MAGĦRUF BĦALA: Levi Yakite; Levy Yakite
DATA TAT-TWELID/POST TAT-TWELID: 14 ta' Awwissu 1964/Bangui, ir-RĊA
Data alternattiva tat-twelid: 1965
PASSAPORT/INFORMAZZJONI TA' IDENTIFIKAZZJONI: Iben Pierre Yakété u Joséphine Yamazon.
NOMINA/ĠUSTIFIKAZZJONI: Parteċipazzjoni f'atti li jimminaw il-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA jew l-għoti ta' appoġġ għal dawn l-atti: Fis-17 ta' Diċembru 2013, Yakete sar il-koordinatur politiku tal-grupp ta' ribelli anti-balaka tal-Moviment ta' Reżistenza tal-Poplu għar-Riforma tar-Repubblika Ċentru-Afrikana li kien għadu kif jifforma. Huwa kien involut direttament fid-deċiżjonijiet ta' grupp ta' ribelli li kien involut f'atti li mminaw il-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-RĊA, b'mod partikolari fil-5 ta' Diċembru 2013 u minn dak iż-żmien 'l hawn. Barra minn hekk, dan il-grupp ġie individwat espliċitament mir-Riżoluzzjonijiet UNSC 2127, 2134 u 2149 għal tali atti. Yakete ġie akkużat li ordna l-arrest ta' persuni marbuta mas-Séléka, li sejjaħ biex jiġu attakkati dawk li ma jappoġġawx lill-President Bozizé, u li rrekluta membri tal-milizzja żgħażagħ biex jattakkaw b'machetes lill-persuni ostili għar-reġim. Wara li baqa' fil-klikka ta' François Bozizé wara Marzu 2013, huwa ngħaqad mal-Front biex Titreġġa' Lura l-Ordni Kostituzzjonali fir-RĊA (Front pour le Retour à l'Ordre Constitutionnel en CentrAfrique — FROCCA), li kellu l-għan li jirritorna għall-poter il-president iddestitwit b'kull mezz possibbli. Lejn l-aħħar tas-sajf tal-2013, huwa vvjaġġa fil-Kamerun u l-Benin, fejn ipprova jirrekluta persuni biex jiġġieldu kontra s-Séléka. F'Settembru 2013, huwa pprova jerġa' jikseb il-kontroll tal-operazzjonijiet immexxija mill-ġellieda favur Bozizé fl-ibliet u l-irħula qrib Bossangoa. Yakete huwa wkoll issuspettat li ppromwova d-distribuzzjoni ta' machetes lil Kristjani żgħażagħ qiegħda biex jiffaċilita l-attakki tagħhom kontra l-Musulmani.
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/9 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 692/2014
tat-23 ta' Ġunju 2014
dwar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK (1) dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tagħhom,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Waqt il-laqgħa tiegħu tal-20-21 ta' Marzu 2014, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-annessjoni mal-Federazzjoni Russa tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (“il-Krimea”) u tal-belt ta' Sevastopol (“Sevastopol”) u mhux se jirrikonoxxiha. Il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tevalwa l-konsegwenzi legali ta' dik l-annessjoni u biex tipproponi restrizzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali u finanzjarji rigward il-Krimea għal implimentazzjoni rapida. |
(2) |
Fir-Riżoluzzjoni tas-27 ta' Marzu 2014, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti affermat l-impenn tagħha għas-sovranità, l-indipendenza politika, l-unità u l-integrità territorjali tal-Ukraina fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, filwaqt li enfasizzat l-invalidità tar-referendum fil-Krimea li sar fis-16 ta' Marzu, u sejħet lill-Istati kollha biex ma jirrikonoxxux kull tibdil fl-istatus tal-Krimea u ta' Sevastopol. |
(3) |
Fit-23 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol u dwar il-forniment, dirett jew indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kif ukoll l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni ta' tali oġġetti minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Sabiex jiġi minimizzat l-effett ta' tali miżuri restrittivi fuq l-operaturi ekonomiċi, għandhom jiġu pprovduti eċċezzjonijiet u perjodi ta' tranżizzjoni fir-rigward ta' kummerċ f'oġġetti u servizzi relatati li għalihom huma meħtieġa tranżazzjonijiet permezz ta' kuntratt kummerċjali jew kuntratt anċillari, suġġetti għal proċedura ta' notifika. |
(4) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, bil-ħsieb, b'mod partikolari, li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn ikunu implimentati. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“pretensjoni” tfisser kull pretensjoni, sew asserita bi proċedimenti legali jew le, magħmula qabel jew wara l-25 ta' Ġunju 2014, taħt jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:
|
(b) |
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kull tranżazzjoni ta' liema forma hi u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, u sew jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li taqa' taħt, jew b'konnessjoni mat-tranżazzjoni; |
(c) |
“oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew f'Sevastopol” tfisser oġġetti li huma miksuba kompletament fil-Krimea jew fil-belt ta' Sevastopol jew li għaddew mill-aħħar trasformazzjoni sostanzjali tagħhom hemmhekk, b'mod konformi, mutatis mutandis, mal-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2); |
(d) |
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom. |
(e) |
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness; |
Artikolu 2
Għandu jiġi pprojbit:
(a) |
li jiġu importati fl-Unjoni Ewropea oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew f'Sevastopol; |
(b) |
li jkunu pprovduti, direttament jew indirettament, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kif ukoll l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a). |
Artikolu 3
Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għal:
(a) |
l-eżekuzzjoni sas-26 ta' Settembru 2014, ta' kuntatti kummerċjali konklużi qabel il-25 ta' Ġunju 2014, jew ta' kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti bħal dawn, sakemm il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entità jew il-korp li jkunu jridu jwettqu l-kuntratt ikunu nnotifikaw, mill-anqas 10 ijiem ta' xogħol qabel, l-attività jew it-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti. |
(b) |
oġġetti li joriġinaw mill-Krimea jew Sevastopol li jkunu saru disponibbli għall-awtoritajiet tal-Ukraina għal eżaminazzjoni, li għalihom tkun ġiet ivverifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet li jagħtu l-intitolament għal oriġini preferenzjali skont ir- Regolamenti (UE) Nru 978/2012 u (UE) Nru 374/2014 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina. |
Artikolu 4
Il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 hija pprojbita.
Artikolu 5
L-azzjonijiet mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma jagħtux lok għal responsabbiltà tal-ebda xorta fuq in-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 6
1. L-ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni ta' dawn ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe għamla, ma tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
(a) |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, mill-entitajiet jew mill-korpi elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014; |
(b) |
kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz jew f'isem waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a). |
(c) |
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jkunu nstabu permezz ta' arbitraġġ. deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li jkunu kisru l-projbizzjonijiet stipulati f;dan ir-Regolament; |
(d) |
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, jekk il-pretensjoni tkun tirrelata mal-oġġetti li l-importazzjoni tagħhom tkun ipprojbita taħt l-Artikolu 2. |
2. Fi kwalunkwe proċedura għall-infurzar ta' pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, ikun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-infurzar ta' din il-pretensjoni.
3. Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta' prestazzjoni ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.
Artikolu 7
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jaqsmu kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni rigward il-problemi tal-vjolazzjoni u tal-infurzar u s-sentenzi maqtugħa mill-qrati nazzjonali.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista' taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.
Artikolu 9
1. L-Istati Membri jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq il-websajts elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil fl-indirizzi tal-websajts tagħhom elenkati fl-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.
3. Meta dan ir-Regolament jippreżenta l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew issir xi komunikazzjoni magħha xorta oħra, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li jintużaw għal din il-komunikazzjoni jkunu dawk indikati fl-Anness.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu japplika:
(a) |
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha; |
(b) |
abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru; |
(c) |
għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru; |
(d) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru; |
(e) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni. |
Artikolu 11
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ara l-paġna 70 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(3) ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1.
ANNESS
Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
|
IL-BELĠJU http://www.diplomatie.be/eusanctions |
|
IL-BULGARIJA http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce |
|
ID-DANIMARKA http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/ |
|
IL-ĠERMANJA http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html |
|
L-ESTONJA http://www.vm.ee/est/kat_622/ |
|
L-IRLANDA http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519 |
|
IL-GREĊJA http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html |
|
SPANJA http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf |
|
FRANZA http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/ |
|
IL-KROAZJA http://www.mvep.hr/sankcije |
|
L-ITALJA http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm |
|
ĊIPRU http://www.mfa.gov.cy/sanctions |
|
IL-LATVJA http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539 |
|
IL-LITWANJA http://www.urm.lt/sanctions |
|
IL-LUSSEMBURGU http://www.mae.lu/sanctions |
|
L-UNGERIJA http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/ |
|
MALTA http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp |
|
IL-PAJJIŻI L-BAXXI www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties |
|
L-AWSTRIJA http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version= |
|
IL-POLONJA http://www.msz.gov.pl |
|
IL-PORTUGALL http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx |
|
IR-RUMANIJA http://www.mae.ro/node/1548 |
|
IS-SLOVENJA http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/ |
|
IS-SLOVAKKJA http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu |
|
IL-FINLANDJA http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet |
|
L-ISVEZJA http://www.ud.se/sanktioner |
|
IR-RENJU UNIT https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions |
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
European Commission |
Service for Foreign Policy Instruments (FPI) |
EEAS 02/309 |
B-1049 Brussels |
Belgium |
E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu |
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 693/2014
tat-23 ta' Ġunju 2014
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
L-informazzjoni marbuta ma' persuna waħda elenkata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata.. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, għandhom jiżdiedu tnax-il persuna fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 |
(4) |
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
1. |
L-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt, kif stipulat fis-Sezzjoni A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
2. |
Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fis-Sezzjoni A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:
|
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/18 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 694/2014
tas-17 ta' Diċembru 2013
li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw it-tipi ta' maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Huwa importanti li standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw it-tipi ta' AIFMs jissupplementaw ir-regoli fid-Direttiva 2011/61/UE sabiex ċerti rekwiżiti tad-Direttiva jiġu applikati għal AIFMs b'mod uniformi. |
(2) |
Huwa mixtieq li wieħed jiddistingwi jekk AIFM huwiex jimmaniġġa AIFs tat-tip miftuħ jew tat-tip magħluq jew mit-tnejn sabiex jiġu applikati b'mod korrett ir-regoli dwar l-immaniġġjar tal-likwidità u l-proċeduri tal-valwazzjoni tad-Direttiva 2011/61/UE għall-AIFMs. |
(3) |
Il-fattur li jiddetermina jekk AIFM huwiex jimmaniġġa AIFs tat-tip miftuħ jew tat-tip magħluq għandu jkun il-fatt li AIF miftuħ jirriakkwista jew jifdi l-ishma jew l-unitajiet tiegħu mal-investituri tiegħu, wara talba ta' kwalunkwe wieħed mill-azzjonisti jew detenturi tal-unità tiegħu, qabel ma tibda l-fażi ta' likwidazzjoni jew stralċ u jagħmel dan skont il-proċeduri u l-frekwenza stipulati fir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni, prospett jew dokumenti ta' offerta. Tnaqqis fil-kapital tal-AIF b'rabta ma' distribuzzjonijiet skont ir-regoli jew strumenti ta' inkorporazzjoni tal-AIF, il-prospett jew id-dokumenti ta' offerta tiegħu, inkluż wieħed li ġie awtorizzat permezz ta' riżoluzzjoni tal-azzjonisti jew tad-detenturi ta' unitajiet li għadda bi qbil ma' dawk ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni, prospetti jew dokumenti ta' offerta tal-AIF, m'għandhomx jiġu kkunsidrati sabiex jiġi determinat jekk l-AIF huwiex tat-tip miftuħ jew le. |
(4) |
Ir-riakkwisti jew it-tifdijiet li għandhom ikunu rilevanti għad-determinazzjoni ta' jekk AIFM huwiex jimmaniġġa AIFs tat-tip miftuħ jew magħluq għandhom ikunu biss dawk magħmula mill-assi tal-AIF. Għalhekk, jekk ishma jew unitajiet ta' AIF jistgħu jiġu negozjati fis-suq sekondarju u mhumiex riakkwistati jew mifdija mill-AIF ma għandux jitqies għall-iskop tad-determinazzjoni ta' jekk l-AIF huwiex tat-tip miftuħ jew le. |
(5) |
AIFM li jimmaniġġa AIF wieħed jew aktar tat-tip miftuħ u AIF wieħed jew aktar tat-tip magħluq fl-istess ħin għandu japplika għal kull AIF ir-regoli speċifiċi relatati mat-tip rilevanti ta' AIF. |
(6) |
Kwalunkwe bidla fil-politika ta' tifdija ta' AIF li timplika li l-AIF ma jistax aktar jitqies li huwa tat-tip miftuħ jew tat-tip magħluq, għandha twassal lill-AIFM biex jieqaf milli japplika r-regoli relatati mal-politika l-qadima dwar it-tifdija tal-AIF li jimmaniġġja u biex japplika r-regoli li jirrigwardaw il-politika l-ġdida dwar it-tifdija ta' AIF ta' dan it-tip. |
(7) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 61(3) u (4) tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom jitqiesu l-istrutturi ġuridiċi li taħthom AIFs magħluqa ġew stabbiliti qabel it-22 ta' Lulju 2013. Meta d-Direttiva ġiet adottata l-ebda definizzjoni armonizzata ma kienet teżisti fl-Unjoni fir-rigward tal-istruttura ġuridika ta' AIFs magħluqa, li kienet tvarja bejn l-Istati Membri. Din ir-realtà hija riflessa fit-test tad-Direttiva, li tikkwalifika bħala AIFs “magħluqa” ċerti strutturi ġuridiċi eżistenti li ma jkollhom l-ebda drittijiet ta' tifdija eżerċitabbli matul il-perjodu ta' ħames (5)snin mid-data tal-investiment inizjali. L-Artikolu 61(3) u (4) tad-Direttiva 2011/61/UE jipprovdi għal perjodi ta' tranżizzjoni li matulhom AIFMs eżistenti, minħabba li huma jimmaniġġaw AIFs magħluqa li huma fi stadju avvanzat jew finali taċ-ċiklu ta' investiment tagħhom, kif evidenzjat mid-data ta' skadenza tagħhom jew mill-impossibbiltà tagħhom li jagħmlu kwalunkwe investiment addizzjonali wara t-22 ta' Lulju 2013, jistgħu jkomplu jamministraw tali AIFs mingħajr awtorizzazzjoni jew mingħajr ma jkollhom għalfejn jikkonformaw ma' parti sinifikanti tad-Direttiva. B'konsegwenza ta' dan, sabiex jinżamm il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet kif maħsub fid-dawl ta' dan l-għan u l-isfond imsemmi hawn fuq, għandu jitqies ukoll bħala AIFM ta' AIF magħluq għall-finijiet tal-Artikolu 61(3) u (4) tad-Direttiva 2011/61/UE, kull AIFM sa fejn huwa jimmaniġġa AIFs li l-ishma jew l-unitajiet tagħhom huma riakkwistati jew mifdija wara perjodu inizjali ta' mill-inqas ħames (5) snin li matulu d-drittijiet ta' tifdija ma jkunux eżerċitabbli. |
(8) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati sottomessi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
(9) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tipi ta' AIFMs
1. AIFM jista' jkun waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:
— |
AIFM ta' AIF(s) miftuħ(a); |
— |
AIFM ta' AIF(s) magħluq(a). |
2. AIFM ta' AIF miftuħ jitqies bħala AIFM li jimmaniġġja AIF li l-ishma jew l-unitajiet tiegħu huma, fuq talba minn kwalunkwe wieħed mill-azzjonisti jew detenturi tal-unitajiet tiegħu, riakkwistati jew mifdija qabel il-bidu tal-fażi ta' likwidazzjoni jew ta' stralċ tiegħu, direttament jew indirettament, mill-assi tal-AIF u skont il-proċeduri u l-frekwenza stipulati fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni, prospett jew dokumenti ta' offerta.
Tnaqqis fil-kapital tal-AIF b'rabta ma' distribuzzjonijiet skont ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-AIF, il-prospett jew id-dokumenti ta' offerta, inkluż wieħed li ġie awtorizzat permezz ta' riżoluzzjoni tal-azzjonisti jew tad-detenturi tal-unitajiet li għadda bi qbil ma' dawk ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni, prospett jew dokumenti ta' offerta, ma għandux jiġu kkunsidrat biex jiġi determinat jekk l-AIF huwiex tat-tip miftuħ.
Jekk ishma jew unitajiet ta' AIF jistgħu jiġu negozjati fis-suq sekondarju u ma jiġux riakkwistati jew mifdija mill-AIF ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk l-AIF huwiex tat-tip miftuħ.
3. AIFM ta' AIF magħluq jkun AIFM li jimmaniġġja AIF li mhumiex tat-tip deskritt fil-paragrafu 2.
4. Fejn bidla fil-politika dwar it-tifdija tal-AIF għandha l-effett li tbiddel it-tip ta' AIF(s) li AIFM jimmaniġġja, ir-regoli rilevanti għat-tip il-ġdid ta' AIF jiġu applikati għal dak l-AIF mill-AIFM.
5. Għall-finijiet tal-Artikolu 61(3) u (4) tad-Direttiva 2011/61/UE, sakemm AIFM jimmaniġġja AIF li l-ishma jew l-unitajiet tiegħu huma, fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-azzjonisti jew mid-dententuri tal-unitajiet tiegħu, riakkwistati jew mifdija qabel il-bidu tal-fażi ta' likwidazzjoni jew ta' stralċ tiegħu, direttament jew indirettament, mill-assi tal-AIFs wara perjodu inizjali ta' mill-inqas ħames (5) snin li matulhom id-drittijiet ta' tifdija ma jkunux eżerċitabbli għandu jitqies ukoll bħala AIFM ta' AIF magħluq.
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 695/2014
tat-23 ta’ Ġunju 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 KG) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
75,1 |
TR |
61,5 |
|
ZZ |
68,3 |
|
0707 00 05 |
MK |
50,7 |
TR |
85,3 |
|
ZZ |
68,0 |
|
0709 93 10 |
TR |
109,5 |
ZZ |
109,5 |
|
0805 50 10 |
AR |
109,3 |
BO |
119,0 |
|
TR |
141,7 |
|
ZA |
123,1 |
|
ZZ |
123,3 |
|
0808 10 80 |
AR |
103,0 |
BR |
76,7 |
|
CL |
99,2 |
|
CN |
130,3 |
|
NZ |
130,7 |
|
US |
223,4 |
|
ZA |
120,8 |
|
ZZ |
126,3 |
|
0809 10 00 |
TR |
249,2 |
ZZ |
249,2 |
|
0809 29 00 |
TR |
310,3 |
ZZ |
310,3 |
|
0809 30 |
MK |
87,8 |
ZZ |
87,8 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/23 |
DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/78/UE
tas-17 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikulari l-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,
Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati,
Billi:
(1) |
Fid-dawl taż-żieda fil-kummerċ internazzjonali, u sabiex jitħarsu l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, huwa teknikament ġustifikat, u konsistenti mar-riskju involut ta' pesti, li l-organiżmi ta' ħsara Agrilus anxius Gory u Anthonomus eugenii Cano jiżdiedu mas-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE. |
(2) |
Sabiex jitħarsu l-produzzjoni u l-kummerċ tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti u ta' oġġetti oħra, huwa teknikament ġustifikat, u konsistenti mar-riskju involut ta' pesti, li l-organiżmi ta' ħsara Agrilus planipennis Fairmaire, il-batterju tat-tħaddir taċ-ċitru u Diaphorina citri Kuway jitħassru mis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE, u li jiżdiedu mas-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE. |
(3) |
Il-preżenza tal-organiżmi ta' ħsara Bursaphelenchus xylophilus (Steiner and Bührer) Nickle et al. u Trioza erytreae Del Guercio tippreżenta riskju inaċċettabbli għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti u ta' oġġetti oħra. Għaldaqstant, huwa teknikament ġustifikat, u konsistenti mar-riskju involut ta' pesti, li dawk l-organiżmi ta' ħsara jiġu ttrasferiti mill-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE għall-Anness I tagħha. Tagħrif imressaq mill-Portugall juri li dawk l-organiżmi ta' ħsara mhux magħruf li jeżistu fl-Unjoni. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu mas-Sezzjoni II tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE. |
(4) |
Huwa teknikament ġustifikat, u konsistenti mar-riskju involut ta' pesti, li jitħassru l-organiżmi ta' ħsara Monilinia fructicola (Winter) Honey mis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness I u Ciborinia camelliae Kohn mis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE, billi dawk l-organiżmi ta' ħsara nxterdu u huma stabbiliti f'parti kbira tal-Unjoni, u l-ebda miżura mhi vjabbli biex teqridhom jew biex trażżan it-tixrid tagħhom. |
(5) |
Huwa teknikament ġustifikat, u konsistenti mar-riskju involut ta' pesti, li jitħassar l-organiżmu Citrus vein enation woody gall mis-Sezzjoni II tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE, fid-dawl tal-osservazzjoni tal-impatt baxx tiegħu. |
(6) |
Ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra aktarx li fihom l-organiżmi ta' ħsara li ġejjin: Agrilus anxius Gory, Agrilus planipennis Fairmaire, Amauromyza maculosa (Malloch), Anthonomus eugenii Cano, Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet mhux Ewropej), Bursaphelenchus xylophilus (Steiner u Bührer) Nickle et al., Citrus greening bacterium, Diaphorina citri Kuway, Ditylenchus dipsaci (Kühn) Filipjev, Helicoverpa armigera (Hübner), Liriomyza huidobrensis (Blanchard), Liriomyza sativae (Blanchard), Liriomyza trifolii (Burgess), Spodoptera eridania (Cramer), Spodoptera frugiperda Smith, Spodoptera litura (Fabricius), Spodoptera littoralis (Boisd.) u Trioza erytreae Del Guercio, li huma elenkati, jew se jiġu elenkati, fil-Parti A tal-Annessi I jew II tad-Direttiva 2000/29/KE. L-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku juru li r-rekwiżiti speċjali stipulati fil-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE mhumiex xierqa biex inaqqsu, sa livell aċċettabbli, ir-riskju fitosanitarju kkaġunat mill-introduzzjoni ta' dawk il-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra fl-Unjoni, u mill-moviment tagħhom fl-Unjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li dawk ir-rekwiżiti speċjali jiġu emendati, u li jiżdiedu rekwiżiti speċjali addizzjonali. Fil-każ ta' Bursaphelenchus xylophilus (Steiner u Bührer) Nickle et al., anki r-rekwiżiti speċjali stipulati fis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati sabiex jiġu allinjati mar-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment intern kontra dan l-organiżmu ta' ħsara. |
(7) |
F'dawk li jirrigwarda ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra mhux elenkati fil-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku juru li l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, u l-moviment tagħhom fl-Unjoni, jistgħu jippreżentaw riskju fitosanitarju inaċċettabbli, minħabba l-probabbiltà li jilqgħu fihom l-organiżmi ta' ħsara msemmija fil-premessa 6. Għaldaqstant, jeħtieġ li dawk il-pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra jiġu elenkati fil-Parti A tal-Anness IV. |
(8) |
Barra minn hekk, il-pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra msemmija fil-premessa 6 għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti qabel ma jiġu introdotti, jew jiġu ttrasportati, fl-Unjoni. Għaldaqstant, dawk il-pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra għandhom jiġu elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE. |
(9) |
Interċettazzjonijiet frekwenti waqt l-importazzjoni ta' Manihot esculenta Crantz, ta' Limnophila L. u Eryngium L., kif ukoll ta' Capsicum L., urew li l-weraq ta' Manihot esculenta Crantz, il-ħxejjex bil-weraq ta' Limnophila L. u Eryngium L., u l-frottijiet ta' Capsicum L., aktarx jilqgħu fihom organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2000/29/KE. Għaldaqstant, dawk il-pjanti għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni tas-saħħa tal-pjanti qabel ma jiġu introdotti fl-Unjoni, u l-introduzzjoni tagħhom għandha tkun permessa biss jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju. B'konsegwenza ta' dan, għandhom jiġu elenkati fis-Sezzjoni I tal-Parti B tal-Anness V. |
(10) |
Filwaqt li jitqies l-Istandard Internazzjonali rrivedut tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar “Ir-Regolamentazzjoni tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam fil-kummerċ internazzjonali”, jitqies li għandu jitneħħa l-approċċ attwali fid-Direttiva 2000/29/KE li jimponi rekwiżiti differenti skont jekk il-materjal tal-ippakkjar tal-injam ikunx qed jintuża tabilħaqq jew le, billi dan l-approċċ m'għadux teknikament ġustifikat. Is-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(11) |
B'mod simili, l-injam li jintuża bħala feles jew appoġġ għal kull tip ta' merkanzija għandu jitqies tip ta' materjal tal-ippakkjar tal-injam, bi qbil mad-definizzjonijiet fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15, billi m'għad hemm l-ebda ġustifikazzjoni teknika għar-regolamentazzjoni tiegħu b'mod separat minn tipi oħra ta' materjal tal-ippakkjar tal-injam. Is-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(12) |
Jitqies li l-formulazzjoni tar-rekwiżiti fitosanitarji msejsa fuq trattament ta' sħana tal-injam u tal-qoxra iżolata jeħtieġ li tiġi emendata, sabiex jiġi ċċarat li l-ħin ta' tisħin rikjest jirreferi għal minuti kontinwi, u li t-temperatura rikjesta għandha tintlaħaq tul il-profil kollu tal-injam jew tal-qoxra iżolata, sabiex tkun tista' tinkiseb il-qerda b'suċċess ta' organiżmi ta' ħsara li jattakkaw l-injam. Is-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(13) |
Il-kodiċijiet tan-NM għall-injam koniferu għandhom jiġu aġġornati fil-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE, sabiex ikopru l-injam koniferu bi ħxuna ta' mhux aktar minn 6 mm, li skont analiżi ta' riskju fitosanitarju jippreżenta riskju wkoll għall-introduzzjoni ta' Bursaphelenchus xylophilus (Steiner and Bührer) Nickle et al.. |
(14) |
L-ismijiet ta' Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith, Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw. u tal-batterju tat-tħaddir taċ-ċitru għandhom jiġu emendati bi qbil mad-denominazzjoni xjentifika rriveduta ta' dawk l-organiżmi. Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith għandu jissemma bħala Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al.. Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw. għandu jissemma bħala Solanum lycopersicum L.. Il-batterju tat-tħaddir taċ-ċitru għandu jissemma bħala Candidatus Liberibacter spp., aġent kawżali tal-marda Huanglongbing tat-tħaddir taċ-ċitru. |
(15) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE (2) tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra popolazzjonijiet Ewropej ta' nematodi taċ-ċisti fil-patata (Globodera pallida (Stone) Behrens u Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens), sabiex tiġi ddeterminata d-distribuzzjoni tagħhom, jiġi evitat it-tixrid tagħhom, u sabiex dawn jiġu kkontrollati. Id-dispożizzjonijiet attwali tad-Direttiva 2000/29/KE dwar in-nematodi taċ-ċisti fil-patata (Globodera pallida (Stone) Behrens u Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens) għandhom jiġu aġġornati sabiex jiġu allinjati mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/33/KE. Għaldaqstant, l-Annessi IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(16) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 (3), ċerti żoni huma rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta' diversi organiżmi ta' ħsara. Ir-Regolament (KE) Nru 690/2008 ġie emendat biex iqis l-aktar żviluppi riċenti fir-rigward taż-żoni protetti fl-Unjoni u l-organiżmi ta' ħsara li ġejjin: Citrus tristeza virus (razez Ewropej), Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. u Grapevine flavescence dorée MLO. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I sa V tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati skont dan, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti li jikkonċernaw iż-żoni protetti fir-rigward tal-organiżmi ta' ħsara rispettivi jkunu konsistenti. |
(17) |
Barra minn hekk, bosta żoni fl-Unjoni li ġew irrikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta' ċerti organiżmi ta' ħsara, m'għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti peress li dawk l-organiżmi ta' ħsara llum huma stabbiliti f'dawk iż-żoni. Dawn iż-żoni huma kif ġej: il-komunitajiet awtonomi ta' Kastilja-La Mancha, Murcia, Navarra u La Rioja, u d-distrett tal-komunità ta' Calatayud (Aragona) u l-provinċja ta' Guipúzcoa (il-Pajjiż Bask) (Spanja), il-Friuli-Venezja Giulia u l-provinċja ta' Sondrio (il-Lombardija) (l-Italja), il-muniċipalitajiet ta' Ohrady, Topoľníky u Trhová Hradská (is-Slovakkja) fir-rigward ta' Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.; l-unità reġjonali ta' Argolida u Chania (il-Greċja), Korsika (Franza) u Algarve (il-Portugall) fir-rigward ta' Citrus tristeza virus (razez Ewropej). Il-Parti B tal-Anness II, il-Parti B tal-Anness III u l-Parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(18) |
Sabiex jitħarsu l-produzzjoni u l-kummerċ tal-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, huwa teknikament ġustifikat, u konsistenti mar-riskju fitosanitarju involut, li l-organiżmi ta' ħsara Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu uThaumatopoea processionea L. jiżdiedu mal-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE. |
(19) |
Minn tagħrif ipprovdut mill-Irlanda, il-Portugall u r-Renju Unit, jidher li t-territorji ta' dawn il-pajjiżi huma ħielsa mill-organiżmu ta' ħsara Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu, u li dawk it-territorji jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2000/29/KE għall-istabbiliment ta' żona protetta fir-rigward ta' dak l-organiżmu ta' ħsara. Il-Parti B tal-Anness I u l-parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan. B'mod simili, il-Parti B tal-Anness IV u l-Parti A tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati biex jiġu introdotti rekwiżiti għall-moviment ta' ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fiż-żoni protetti. |
(20) |
Minn tagħrif ipprovdut mill-Irlanda u r-Renju Unit, jidher li t-territorju tal-Irlanda u parti mit-territorju tar-Renju Unit huma ħielsa mill-organiżmu ta' ħsara Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu, u li dawk it-territorji jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2000/29/KE għall-istabbiliment ta' żona protetta fir-rigward ta' dak l-organiżmu ta' ħsara. Il-Parti B tal-Anness I u l-parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan. Bl-istess mod, il-Parti B tal-Anness IV u l-Parti A tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati biex jiġu introdotti rekwiżiti għall-moviment ta' ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fiż-żoni protetti. |
(21) |
Minn analiżi ta' riskju fitosanitarju li twettqet dan l-aħħar minn Franza, ħareġ fid-dieher li l-organiżmu ta' ħsara Ips amitinus Eichhof ma jippreżentax riskji fitosanitarju inaċċettabbli f'Korsika (Franza). Għaldaqstant, Korsika għandha titneħħa mil-lista taż-żoni protetti fir-rigward ta' dan l-organiżmu ta' ħsara. Il-Parti B tal-Anness II u l-Parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(22) |
Minn tagħrif ipprovdut mir-Renju Unit, jidher li l-organiżmu ta' ħsara Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr mhuwiex preżenti fil-Gżira ta' Man, u li l-Gżira ta' Man tilħaq il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2000/29/KE għall-istabbiliment ta' żona protetta fir-rigward ta' dak l-organiżmu ta' ħsara. Il-Parti B tal-Anness II u l-parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(23) |
Analiżi ta' riskju fitosanitarju li twettqet dan l-aħħar turi li r-rekwiżiti attwali għall-introduzzjoni u għall-moviment ta' pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra f'ċerti żoni protetti fir-rigward tal-organiżmu ta' ħsara Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr, mhumiex xierqa biex inaqqsu sa livelli aċċettabbli r-riskju fitosanitarju kkonċernat. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu aġġornati. Il-Parti B tal-Anness II, il-Parti B tal-Anness IV, is-Sezzjoni II tal-Parti A tal-Anness V u s-Sezzjoni II tal-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(24) |
Minn tagħrif ipprovdut minn Franza u l-Italja, jidher li l-Picardie (id-département ta' l'Aisne) u l-Île-de-France (il-muniċipalitajiet ta' Citry, Nanteuil-sur-Marne u Saâcy-sur-Marne), kif ukoll il-Pulja, huma ħielsa mill-organiżmu ta' ħsara Grapevine flavescence dorée MLO, u li dawn jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2000/29/KE għall-istabbiliment ta' żona protetta fir-rigward ta' dak l-organiżmu ta' ħsara. Il-Parti B tal-Anness II u l-parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(25) |
Minn tagħrif ipprovdut mill-Iżvizzera, jidher li l-Iżvizzera (għajr il-Canton ta' Tiċino u l-Wied ta' Misox) hija ħielsa mill-organiżmu ta' ħsara Grapevine flavescence dorée MLO. Għaldaqstant, jixraq li l-Iżvizzera tiġi inkluża (għajr il-Canton ta' Tiċino u l-Wied ta' Misox) bħala żona li minnha pjanti ta' Vitis L. jistgħu jiġi introdotti f'żoni protetti fir-rigward ta' dak l-organiżmu. Il-Parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(26) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(27) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2014, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 2014.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha tkun din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE tal-11 ta' Ġunju 2007 dwar il-kontroll ta' nematodi taċ-ċisti fil-patata u li tħassar id-Direttiva 69/464/KEE, ĠU L 156, 16.6.2007, p. 12.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità, ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1.
ANNESS
L-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Il-Parti B tal-Anness III hija emendata kif ġej:
|
(4) |
l-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/49 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/81/UE
tat-23 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-bisfenol A
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/48/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali għas-sustanzi li huma kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2). Dawn is-sustanzi ma jistgħux jintużaw fil-ġugarelli, f'komponenti tal-ġugarelli jew f'partijiet distinti mikrostrutturalment tal-ġugarelli, ħlief jekk ma jkunux aċċessibbli għat-tfal, li huma permessi bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew li jinsabu f'konċentrazzjonijiet individwali ugwali għall-konċentrazzjonijiet rilevanti stabbiliti għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi bħala CMRs jew iżgħar minnhom. Biex tkun protetta aħjar is-saħħa tat-tfal, jistgħu jiġu stabbiliti valuri ta' limitu speċifiċi għal dawn is-sustanzi, fejn xieraq, għall-ġugarelli maħsuba biex jintużaw mit-tfal ta' taħt it-tliet snin u għal ġugarelli oħra maħsuba biex jitqiegħdu fil-ħalq. |
(2) |
Is-sustanza bisfenol A hija kimika ta' volum għoli li tintuża ħafna fil-produzzjoni ta' varjetà kbira ta' prodotti għall-konsumatur. Il-bisfenol A jintuża bħala monomeru fil-manifattura tal-plastiks tal-polikarbonat. Il-plastiks tal-polikarbonat jintużaw, fost l-oħrajn, fil-manifattura tal-ġugarelli. Barra minn hekk, instab il-bisfenol A f'ċerti ġugarelli. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta' Mejju 1988 dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli (3) rregolat ir-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza għall-proprjetajiet kimiċi tal-ġugarelli sad-19 ta' Lulju 2013. L-istandard Ewropew EN 71-9:2005+A1:2007 jistipula limitu ta' migrazzjoni ta' 0,1 mg/l għall-bisfenol A. L-istandards Ewropej EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005 jistipulaw il-metodi rilevanti tal-ittestjar. Il-limiti u l-metodi għall-bisfenol A stabbiliti fl-EN 71-9:2005+A1:2007, EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005 jintużaw mill-industrija tal-ġugarelli bħala referenza biex ikun assigurat li ma hemm l-ebda esponiment perikoluż mill-bisfenol A fil-ġugarelli. Madankollu, dawk l-istandards ma jikkostitwixxux standards armonizzati. |
(4) |
Il-bisfenol A huwa klassifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala tossiku għar-riproduzzjoni fil-kategorija 2. Fin-nuqqas ta' ebda rekwiżiti speċifiċi, il-ġugarelli jista' jkun fihom il-bisfenol Af'konċentrazzjonijiet ugwali jew iżgħar mill-konċentrazzjoni rilevanti stabbilita għall-klassifikazzjoni ta' taħlitiet li fihom minnha bħala CMRs, jiġifieri 5 % sa mill-20 ta' Lulju 2013 u 3 % sa mill-1 ta' Ġunju 2015 rispettivament. Ma jistax jiġi eskluż li dik il-konċentrazzjoni tista' twassal lit-tfal żgħar biex jiġu esposti aktar għall-bisfenol A, meta mqabbla mal-limitu tal-migrazzjoni ta' 0,1 mg/l għall-bisfenol A stabbilit mill-istandards Ewropej EN 71-9:2005+A1:2007, EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005. |
(5) |
Il-bisphenol A kien ivvalutat b'mod komprensiv fl-2003 u fl-2008 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (4). Ir-rapport finali tal-valutazzjoni tar-riskju, intitolat “Updated European Union Risk Assessment Report 4,4'-isopropylidenediphenol (bisphenol-A)”, sab, fost affarijiet oħra, li l-bisfenol A għandha attività li timmodula l-endokrina f'għadd ta' analiżijiet ta' skrining in vitro u in vivo u kkonkluda li kien hemm bżonn ta' aktar riċerka biex jiġu riżolti l-inċertezzi madwar il-potenzjal għall-bisfenol A li tipproduċi effetti negattivi fuq l-iżvilupp f'dożi żgħar. Madankollu, fid-dawl tal-bżonnijiet partikolari tat-tfal li huma grupp vulnerabbli ta' konsumaturi, huwa ġġustifikat livell għoli ta' protezzjoni tat-tfal mir-riskji kkawżati minn sustanzi kimiċi fil-ġugarelli, li jinkorpora l-limitu tal-migrazzjoni ta' 0,1 mg/l għall-bisfenol A fid-Direttiva 2009/48/KE. |
(6) |
L-effetti tal-bisfenol A qed jiġu evalwati waqt fora xjentifiċi, li jinkludu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. Il-limitu ta' migrazzjoni stabbilit minn din id-Direttiva għandu jiġi rivedut jekk issir disponibbli fil-ġejjieni informazzjoni xjentifika ġdida rilevanti. |
(7) |
Għalhekk, id-Direttiva 2009/48/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ġugarelli, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE jinbidel kif ġej:
“Appendiċi C
Valuri ta' limitu speċifiku għall-kimiċi użati f'ġugarelli intiżi għall-użu mit-tfal ta' taħt is-36 xahar jew f'ġugarelli oħra li jitqiegħdu fil-ħalq, adottati skont l-Artikolu 46(2)
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Il-valur tal-limitu |
TCEP |
115-96-8 |
5 mg/kg (limitu tal-kontenut) |
TCPP |
13674-84-5 |
5 mg/kg (limitu tal-kontenut) |
TDCP |
13674-87-8 |
5 mg/kg (limitu tal-kontenut) |
Bisfenol A |
80-05-7 |
0,1 mg/l (limitu ta' migrazzjoni) skont il-metodi stabbiliti fl-EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005” |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-21 ta' Diċembru 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-21 ta' Diċembru 2015.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttva lill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.
(2) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(3) ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1.
DEĊIŻJONIJIET
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/380/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-28 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1). |
(2) |
Fid-19 ta' Marzu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2146 (2014) (UNSCR 2146 (2014)), li tawtorizza lill-Istati Membri tan-NU biex jispezzjonaw bastimenti tal-ibħra miftuħa indikati mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011) (“il-Kumitat”). |
(3) |
Il-UNSCR 2146 (2014) tipprovdi li l-Istati tal-bandiera ta' bastimenti indikati għandhom, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jidderieġu tali bastimenti biex ma jħottux, jittrasportaw jew jarmu żejt mhux maħdum esportat b'mod illeċitu mil-Libja abbord il-bastimenti, mingħajr direzzjoni mill-punt fokali tal-Gvern tal-Libja. |
(4) |
Barra minn hekk, il-UNSCR 2146 (2014) tipprovdi li l-Istati Membri tan-NU għandhom, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu bastimenti magħżulin milli jidħlu l-portijiet tagħhom, dment li tali dħul ma jkunx meħtieġ għal xi spezzjoni, f'każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn lejn il-Libja. |
(5) |
Barra minn hekk, il-UNSCR 2146 (2014) tipprovdi li f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, il-forniment ta' servizzi ta' bunkering, bħall-forniment ta' karburant jew provvisti, jew manutenzjoni oħra għall-bastimenti, għal bastimenti indikati għandu jkun ipprojbit, sakemm id-dispożizzjoni ta' tali servizzi tkun neċessarja għal finijiet umanitarji, jew fil-każ tar-ritorn lejn il-Libja. |
(6) |
Il-UNSCR 2146 (2014) tipprovdi wkoll li f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, it-transazzjonijiet finanzjarji fir-rigward taż-żejt mhux maħdum li jkun esportat b'mod illiċitu mil-Libja abbord bastimenti indikati m'għandhomx ikunu involuti. |
(7) |
Skont id-Deċiżjoni 2011/137/PESK, il-Kunsill wettaq rieżami komplet tal-listi ta' persuni u entitajiet stipulati fl-Annessi II u IV għal din id-Deċiżjoni. |
(8) |
L-informazzjoni ta' identifikazzjoni fir-rigward ta' entità waħda fuq il-lista ta' persuni u entitajiet stipulati fl-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi aġġornata. |
(9) |
Mhemmx iktar raġunijiet biex jinżammu żewġ entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet stipulata fl-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK. |
(10) |
Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 4b 1. F'konformità mal-paragrafi 5 sa 9 tal-UNSCR 2146 (2014), l-Istati Membri jistgħu jispezzjonaw il-bastimenti indikati fl-ibħra miftuħa, billi jużaw il-miżuri kollha li jikkorrispondu għal ċirkostanzi speċifiċi, f'konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, skont il-każ, jagħmlu tali spezzjonijiet u jidderieġu l-bastiment biex jieħdu azzjonijiet adatti sabiex bil-kunsens tal-Gvern tal-Libja u f'koordinazzjoni miegħu jirritornaw iż-żejt mhux maħdum lil-Libja. 2. Qabel ma jagħmlu spezzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri l-ewwel għandhom jipprovaw jiksbu l-kunsens tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment. 3. L-Istati Membri li qed jagħmlu spezzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw minnufih rapport dwar l-ispezzjoni lill-Kumitat li jinkludi dettalji rilevanti, inklużi sforzi li saru biex jinkiseb il-kunsens tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment. 4. L-Istati Membri li jagħmlu spezzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li tali spezzjonijiet isiru b'bastimenti tal-gwerra u b'bastimenti li huma tal-Istat jew operati minnu u użati biss fuq servizz tal-gvern mhux kummerċjali. 5. Il-paragrafu 1 m'għandux jaffettwa d-drittijiet jew l-obbligi jew ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri skont id-dritt internazzjonali, inklużi drittijiet jew obbligi taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, inkluż il-prinċipju ġenerali tal-ġurisdizzjoni esklussiva ta' Stat tal-bandiera fuq il-bastimenti tiegħu fl-ibħra miftuħa, fir-rigward ta' bastimenti mhux indikati u fi kwalunkwe sitwazzjoni oħra li mhix dik imsemmija f'dak il-paragrafu. 6. L-Anness V jinkludi l-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 indikati mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 11 tal-UNSCR 2146 (2014). Artikolu 4c 1. Stat Membru li huwa Stat tal-bandiera ta' bastiment magħżul għandu, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, jidderieġi l-bastiment biex ma jħottx, jittrasporta, jew jarmi żejt mhux maħdum esportat b'mod illeċitu mil-Libja abbord il-bastiment, mingħajr direzzjoni mill-punt fokali, kif imsemmi fil-paragrafu 3 tal-UNSCR 2146 (2014). 2. L-Istati Membri għandhom, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, jiċħdu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' bastimenti sakemm tali dħul ikun meħtieġ għal skopijiet ta' spezzjoni, jew fil-każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn lejn il-Libja. 3. Il-forniment minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' servizzi ta' bunkering tal-Istati Membri, bħall-forniment ta' karburant jew provvisti, jew manutenzjoni oħra ta' bastimenti, għal bastimenti indikati għandu, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, ikun ipprojbit. 4. Il-paragrafu 3 m'għandux japplika fejn l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru rilevanti tiddetermina li l-forniment ta' tali servizzi huwa meħtieġ għal skopijiet umanitarji, jew li l-bastiment imur lura lejn il-Libja. L-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika lill-Kumitat b'kwalunkwe awtorizzazzjoni bħal din. 5. It-transazzjonijiet finanzjarji miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew l-entitajiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jew mit-territorji tal-Istati Membri fir-rigward taż-żejt mhux maħdum esportat b'mod illeċitu mil-Libja abbord bastimenti indikati għandhom, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, ikunu pprojbiti. 6. L-Anness V jinkludi l-bastimenti msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5 indikati mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 11 tal-UNSCR 2146 (2014).”; |
(2) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-Kunsill għandu jimplimenta l-modifiki għall-Annessi I, III u V abbażi tad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kumitat.” |
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9b Fejn il-Kumitat jindika bastiment kif imsemmi fl-Artikolu 4b(1) u l-Artikolu 4c(1),(2),(3) u (5), il-Kunsill għandu jinkludi tali bastiment fl-Anness V.”. |
Artikolu 2
L-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandu jiżdied mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK bħala Anness V.
Artikolu 3
L-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS I
“ANNESS V
LISTA TA' BASTIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4b(1) U L-ARTIKOLU 4c(1),(2),(3) U (5)
…”
ANNESS II
L-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrata għall-entità “Capitana Seas Limited” hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
(2) |
l-entrati għall-entitajiet li ġejjjin huma mħassra:
|
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/381/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2014
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1). |
(2) |
Fis-27 ta' Settembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/477/PESK (2), li estendiet, fuq il-bażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova sat-30 ta' Settembru 2014. |
(3) |
Il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2014. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2014. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija tista' tiġi mġedda jew emendata, kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/477/PESK tas-27 ta' Settembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 257, 28.9.2013, p. 18).
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/57 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/382/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2014
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK. |
(2) |
Fid-9 ta' Mejju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) 2127 (2013), inkluda tliet persuni fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 30 u 32 tar-Riżoluzzjoni (UNSC) 2134 (2014). |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2013/798/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu inklużi fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/798/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.
ANNESS
Persuni msemmijin fl-Artikolu 1
1. FRANÇOIS YANGOUVONDA BOZIZÉ
KUNJOM: BOZIZÉ
ISEM: François Yangouvounda.
MAGĦRUF BĦALA: Bozize Yangouvonda
DATA TAT-TWELID/POST TAT-TWELID: 14 ta' Ottubru 1946/Mouila, il-Gabon
PASSAPORT/INFORMAZZJONI TA' IDENTIFIKAZZJONI: Iben Martine Kofio
NOMINA/ĠUSTIFIKAZZJONI: Parteċipazzjoni f'atti li jimminaw il-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) jew l-għoti ta' appoġġ għal dawn l-atti: Mill-kolp ta' stat fl-24 ta' Marzu 2013, Bozizé pprovda appoġġ finanzjarju u materjali għall-membri tal-milizzja li qed jaħdmu biex jiddestabilizzaw it-tranżizzjoni li għaddejja u biex jirritornawh għall-poter. François Bozizé, bil-kollaborazzjoni tas-sostenituri tiegħu, ħeġġeġ l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 fuq Bangui. Is-sitwazzjoni fir-RĊA marret malajr għall-agħar wara l-attakk tal-5 ta' Diċembru f'Bangui mill-forzi anti-balaka fejn aktar minn 700 persuna sfaw maqtula. Minn dak iż-żmien, huwa kompla jipprova jiddestabilizza l-operazzjonijiet u jgħaqqad flimkien il-milizzji anti-balaka, sabiex jinżammu t-tensjonijiet fil-kapital tar-RĊA. Bozizé pprova jerġa' jorganizza bosta elementi mill-Forzi Armati Ċentru-Afrikani li kienu dispersi fil-kampanja wara l-kolp ta' stat. Il-forzi leali għal Bozizé saru involuti f'attakki ta' ritaljazzjoni kontra l-popolazzjoni Musulmana tar-RĊA. Bozizé sejjaħ lill-milizzja tiegħu biex ikomplu bl-atroċitajiet kontra r-reġim attwali u l-Iżlamisti.
2. NOURREDINE ADAM
KUNJOM: ADAM
ISEM: Nourredine
MAGĦRUF BĦALA: Nourredine Adam; Nureldine Adam; Nourreldine Adam; Nourreddine Adam
DATA TAT-TWELID/POST TAT-TWELID: 1970/Ndele, ir-RĊA
Dati alternattivi tat-twelid: 1969, 1971
PASSAPORT/INFORMAZZJONI TA' IDENTIFIKAZZJONI:
NOMINA/ĠUSTIFIKAZZJONI: Parteċipazzjoni f'atti li jimminaw il-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA jew l-għoti ta' appoġġ għal dawn l-atti: Noureddine huwa wieħed mill-mexxejja oriġinali tas-Séléka. Huwa ġie identifikat kemm bħala Ġeneral kif ukoll bħala l-President ta' wieħed mill-gruppi ribelli armati tas-Séléka, il-PJCC Ċentrali, grupp formalment magħruf bħala l-Konvenzjoni ta' Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi u li l-akronimu tiegħu huwa anke magħruf bħala CPJP. Bħala ex-kap tal-grupp żgħir “Fundamentali” li nqata' mill-Konvenzjoni ta' Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi (CPJP/F), huwa kien il-koordinatur militari tal-ex-Séléka waqt l-attakki fir-ribelljoni preċedenti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana bejn kmieni f'Diċembru 2012 u Marzu 2013. Mingħajr l-involviment ta' Noureddine, is-Séléka x'aktarx ma kinux ikunu kapaċi jaħtfu l-poter mill-ex-President tar-RĊA François Bozizé. Mill-ħatra tiegħu bħala president interim ta' Catherine Samba-Panza fl-20 ta' Jannar 2014, huwa kien wieħed mill-awturi ewlenin tal-irtirar tattiku tal-ex-Séléka f'Sibut bil-għan li jiġi implimentat il-pjan tiegħu li joħloq fortizza Musulmana fit-Tramuntana tal-pajjiż. Huwa kien ħeġġeġ biċ-ċar lill-forzi tiegħu biex jirreżistu l-ordnijiet tal-gvern transitorju u tal-mexxejja militari tal-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ għar-Repubblika Ċentru-Afrikana taħt tmexxija Afrikana (MISCA). Noureddine jidderieġi attivament lill-ex-Séléka, il-forzi preċedenti tas-Séléka li ġew xolti minn Djotodia f'Settembru 2013, u jidderieġi operazzjonijiet kontra distretti Kristjani u jkompli jipprovdi appoġġ sinifikanti u direzzjoni lill-ex-Séléka li jaħdmu fir-RĊA.
Involviment fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, skont il-każ: Wara li s-Séléka ħadet il-kontroll ta' Bangui fl-24 ta' Marzu 2013, Nourredine Adam inħatar Ministru tas-Sigurtà, imbagħad Direttur Ġenerali tal-“Kumitat Straordinarju għad-Difiża tal-Kisbiet Demokratiċi” (Comité extraordinaire de défense des acquis démocratiques — CEDAD, servizz ta' intelligence tar-RĊA li m'għadux jeżisti). Nourredine Adam uża s-CEDAD bħala l-pulizija politika personali tiegħu, li permezz tagħha wettaq bosta arresti arbitrarji, atti ta' tortura u eżekuzzjonijiet sommarji. Barra minn dan, Noureddine kien wieħed mill-figuri ċentrali li organizza l-operazzjoni vjolenti f'Boy Rabe. F'Awwissu 2013, il-forzi tas-Séléka attakkaw Boy Rabe, distrett tar-RĊA meqjus bħala fortizza tas-sostenituri ta' François Bozizé u l-grupp etniku tiegħu. Bl-iskuża li jfittxu armi moħbija, ġie rrappurtat li t-truppi tas-Séléka qatlu għexieren ta' ċivili u f'rewwixta vjolenti serqu kull ma sabu. Meta dawn l-attakki nfirxu għal żoni oħra, eluf ta' residenti invadew l-ajruport internazzjonali, li kien meqjus bħala post sigur minħabba l-preżenza ta' truppi Franċiżi, u okkupaw ir-runway tiegħu.
Għoti ta' appoġġ lill-gruppi armati jew lin-netwerks kriminali permezz tal-isfruttament illegali ta' riżorsi naturali: Kmieni fl-2013, Nourredine Adam kellu rwol importanti fin-netwerks ta' finanzjament tal-ex-Séléka. Huwa vvjaġġa fl-Arabja Sawdija, il-Qatar u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor il-fondi għar-ribelljoni preċedenti. Huwa ħadem ukoll bħala faċilitatur għal ċirku Ċadjan ta' traffikanti ta' djamanti li jopera bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u ċ-Ċad.
3. LEVY YAKETE
KUNJOM: YAKETE
ISEM: Levy
MAGĦRUF BĦALA: Levi Yakite; Levy Yakite
DATA TAT-TWELID/POST TAT-TWELID: 14 ta' Awwissu 1964/Bangui, ir-RĊA
Data alternattiva tat-twelid: 1965
PASSAPORT/INFORMAZZJONI TA' IDENTIFIKAZZJONI: Iben Pierre Yakété u Joséphine Yamazon.
NOMINA/ĠUSTIFIKAZZJONI: Parteċipazzjoni f'atti li jimminaw il-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA jew l-għoti ta' appoġġ għal dawn l-atti: Fis-17 ta' Diċembru 2013, Yakete sar il-koordinatur politiku tal-grupp ta' ribelli anti-balaka tal-Moviment ta' Reżistenza tal-Poplu għar-Riforma tar-Repubblika Ċentru-Afrikana li kien għadu kif jifforma. Huwa kien involut direttament fid-deċiżjonijiet ta' grupp ta' ribelli li kien involut f'atti li mminaw il-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fir-RĊA, b'mod partikolari fil-5 ta' Diċembru 2013 u minn dak iż-żmien 'l hawn. Barra minn hekk, dan il-grupp ġie individwat espliċitament mir-Riżoluzzjonijiet UNSC 2127, 2134 u 2149 għal tali atti. Yakete ġie akkużat li ordna l-arrest ta' persuni marbuta mas-Séléka, li sejjaħ biex jiġu attakkati dawk li ma jappoġġawx lill-President Bozizé, u li rrekluta membri tal-milizzja żgħażagħ biex jattakkaw b'machetes lill-persuni ostili għar-reġim. Wara li baqa' fil-klikka ta' François Bozizé wara Marzu 2013, huwa ngħaqad mal-Front biex Titreġġa' Lura l-Ordni Kostituzzjonali fir-RĊA (Front pour le Retour à l'Ordre Constitutionnel en CentrAfrique — FROCCA), li kellu l-għan li jirritorna għall-poter il-president iddestitwit b'kull mezz possibbli. Lejn l-aħħar tas-sajf tal-2013, huwa vvjaġġa fil-Kamerun u l-Benin, fejn ipprova jirrekluta persuni biex jiġġieldu kontra s-Séléka. F'Settembru 2013, huwa pprova jerġa' jikseb il-kontroll tal-operazzjonijiet immexxija mill-ġellieda favur Bozizé fl-ibliet u l-irħula qrib Bossangoa. Yakete huwa wkoll issuspettat li ppromwova d-distribuzzjoni ta' machetes lil Kristjani żgħażagħ qiegħda biex jiffaċilita l-attakki tagħhom kontra l-Musulmani.
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/383/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2014
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/393/PESK (1) li taħtar lis-Sur Franz-Michael SKJOLD MELLBIN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-Afganistan. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014. |
(2) |
Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' 8 xhur. |
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJON:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sur Franz-Michael SKJOLD MELLBIN bħala r-RSUE fl-Afganistan huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2015. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).
Artikolu 2
Objettivi ta' politika
Ir-RSUE għandu jirrappreżenta lill-Unjoni u jippromovi l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fl-Afganistan, b'koordinazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan. B'mod aktar speċifiku, ir-RSUE għandu:
(a) |
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u tal-Istrateġija l-ġdida tal-UE fl-Afganistan 2014-16, u kif xieraq, il-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp; |
(b) |
jappoġġa d-djalogu politiku bejn l-Unjoni u l-Afganistan; |
(c) |
jappoġġa r-rwol ċentrali li għandhom in-Nazzjonijiet Uniti (NU) fl-Afganistan b'enfasi partikolari fuq il-kontribut għal assistenza internazzjonali kkoordinata aħjar, b'hekk jippromovi l-implimentazzjoni tal-Communiqués tal-Konferenza ta' Bonn, Chicago u Tokjo, kif ukoll Riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU. |
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jitwettaq il-mandat, ir-RSUE għandu, f'kooperazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan:
(a) |
jippromovi l-fehmiet tal-Unjoni dwar il-proċess politiku u l-iżviluppi fl-Afganistan; |
(b) |
iżomm kuntatt mill-qrib, u jappoġġa l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet Afgani rilevanti, b'mod partikolari l-Gvern u l-Parlament kif ukoll l-awtoritajiet lokali. Għandu wkoll jinżamm kuntatt ma' gruppi politiċi Afgani oħra u atturi rilevanti oħra fl-Afganistan, b'mod partikolari l-atturi rilevanti tas-soċjetà ċivili; |
(c) |
iżomm kuntatt mill-qrib ma' partijiet interessati internazzjonali u reġjonali rilevanti fl-Afganistan, b'mod partikolari mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tan-NU u r-Rappreżentant Ċivili Superjuri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u ma' msieħba u organizzazzjonijiet ewlenin oħrajn; |
(d) |
jagħti parir dwar il-progress miksub biex jintlaħqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan, tal-Istrateġija tal-UE fl-Afganistan 2014-16, il-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp u tal-Communiqués tal-Konferenza ta' Bonn, Chicago u Tokjo, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:
|
(e) |
jipparteċipa b'mod attiv f'fora ta' koordinazzjoni lokali bħall-Bord Konġunt ta' Koordinazzjoni u Monitoraġġ, waqt li jżomm lill-Istati Membri mhux parteċipanti infurmati bis-sħiħ dwar id-deċiżjonijiet meħudin f'dawk il-livelli; |
(f) |
jagħti pariri dwar is-sehem u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni f'konferenzi internazzjonali dwar l-Afganistan; |
(g) |
jieħu rwol attiv fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali permezz ta' inizjattivi rilevanti inkluż il-Proċess ta' Istanbul u l-Konferenza Reġjonali għall-Kooperazzjoni Ekonomika dwar l-Afganistan (RECCA); |
(h) |
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal f'żoni milquta mill-konflitt, speċjalment billi jiġu monitorjati u indirizzati l-iżviluppi f'dan ir-rigward; |
(i) |
jipprovdi, kif adatt, appoġġ għal proċess ta' paċi inklużiv u mmexxi mill-Afganistan li jwassal għal soluzzjoni politika konsistenti mal-“linji l-ħomor” maqbula fil-Konferenza ta' Bonn. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il- KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-28 ta' Frar 2015 għandu jkun ta' EUR 3 760 000.
2. In-nefqa għandha tiġi ġestita f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-ġestjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra
1. Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-iskwadra. L-iskwadra għandha tinkludi l-konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu regolarment u minnufih jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu s-sekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal sekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea konċernata jew l-SEAE, rispettivament. L-esperti sekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.
3. Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mittenti, l-istituzzjoni mittenti tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE
Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiż ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.
2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, għandhom, kif xieraq, jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:
(a) |
jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ġeografika, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u pjan ta' kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni; |
(b) |
jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona ġeografika; |
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ġeografika jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona; |
(d) |
jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u jipprovdi rapporti bil-miktub lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti dwar il-progress u l-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rappurtar
Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi rapporti lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill kif meħtieġ. Għandhom jiġu ċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b'mod konsistenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll mad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Pakistan. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni b'aġġornamenti regolari.
2. Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw ma' xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu jżomm ukoll kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.
Artikolu 13
Assistenza b'rabta ma' pretensjonijiet
Ir-RSUE u l-persunal tiegħu għandhom jassistu billi jipprovdu elementi li jirreaġixxu għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li joħroġ mill-mandati tar-RSUE preċedenti fl-Afganistan, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawn l-gânijiet.
Artikolu 14
Rieżami
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat qabel l-aħħar ta' Novembru 2014.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2014.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 198, 23.7.2013, p. 47.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/65 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/384/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2011/426/PESK li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/426/PESK (1) li taħtar lis-Sur Peter SØRENSEN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bosnja-Ħerzegovina. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2015. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2011/426/PESK, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2013/351/PESK (2), ipprovdiet lir-RSUE bl-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2011 sat-30 ta' Ġunju 2014. Għandu jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015. |
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2011/426/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJON:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/426/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun ta' EUR 5 250 000.”. |
(2) |
Fl-Artikolu 13, jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat għandu jiġi ppreżentat qabel Marzu 2015.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2014.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 188, 19.7.2011, p. 30.
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/66 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/385/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2014
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija. |
(2) |
Fil-25 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/440/PESK (1) li taħtar lis-Sur Stavros LAMBRINIDIS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014. |
(3) |
Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' 8 xhur, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sur Stavros LAMBRINIDIS bħala r-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2015. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).
Artikolu 2
Objettivi ta' politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem kif stipulat fit-Trattat, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija:
(a) |
tisħiħ tal-effikaċja, il-preżenza u l-viżibbiltà tal-Unjoni fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, b'mod partikolari b'żieda fil-kooperazzjoni u d-djalogu politiku tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi, is-sħab rilevanti, in-negozju, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali; u permezz ta' azzjoni f'fora internazzjonali rilevanti; |
(b) |
tisħiħ tal-kontribut tal-Unjoni għat-tisħiħ tad-demokrazija u l-bini ta' istituzzjonijiet, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-libertajiet fundamentali madwar id-dinja; |
(c) |
titjib fil-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. |
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
(a) |
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, anke bil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward; |
(b) |
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-Unjoni, l-għodod, u l-pjanijiet ta' azzjoni għad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali; |
(c) |
isaħħaħ id-djalogu mal-gvernijiet f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi oħrajn rilevanti sabiex ikunu żgurati l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
(d) |
jikkontribwixxi għal aktar koerenza u konsistenza tal-politika u l-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari billi jikkontribwixxi għall-formulazzjoni ta' politiki rilevanti tal-Unjoni. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il- KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta' kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni sħiħa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti kompetenti tiegħu sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza fil-ħidma rispettiva tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-28 ta' Frar 2015 għandu jkun ta' EUR 550 000.
2. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.
3. In-nefqa għandha tiġi ġestita f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
4. Il-ġestjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra
1. Fil-limiti tal-mandat u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-formazzjoni tal-iskwadra. L-iskwadra għandha tinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu regolarment u minnufih jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu is-sekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal sekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea konċernata jew l-SEAE, rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.
3. Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mittenti, l-istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
Artikolu 7
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).
Artikolu 8
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti;
2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u r-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri, għandhom, kif xieraq, jipprovdu appoġġ loġistiku lir-RSUE.
Artikolu 9
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat u abbażi tas-sitwazzjoni ta' sigurtà fil-pajjiż rilevanti, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:
(a) |
jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa ż-żona ġeografika, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u pjan ta' kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni; |
(b) |
jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona ġeografika; |
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ġeografika jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona; |
(d) |
jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u jipprovdi rapporti bil-miktub lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta' implimentazzjoni dwar il-progress u l-mandat. |
Artikolu 10
Rappurtar
Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi rapporti lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, b'mod partikolari lill-Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, skont il-ħtieġa. Għandhom jiġu ċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 11
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b'mod konsistenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, kif ukoll ma' Rappreżentanti Speċjali oħra tal-Unjoni Ewropea, skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, il-Kapijiet ta' Missjoni tal-Istati Membri, kif ukoll ma' Kapijiet jew Kmandanti tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni u Rappreżentanti Speċjali oħra tal-Unjoni Ewropea kif adatt, li għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat.
3. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament u jfittex komplementarjetà u sinerġiji ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fil-livell ta' Kwartieri Ġenerali u fuq il-post. Ir-RSUE għandu jfittex kuntatti regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fuq il-post.
Artikolu 12
Rieżami
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat qabel l-aħħar ta' Novembru 2014.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2014.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 200, 27.7.2012, p. 21.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/70 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/386/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2014
dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-6 ta' Marzu 2014, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni kkundannaw bil-qawwa l-ksur mhux provokat tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina mill-Federazzjoni Russa. |
(2) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
(3) |
Fil-laqgħa tiegħu tal-20-21 ta' Marzu 2014, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (“Krimea”) u l-belt ta' Sevastopol (“Sevastopol”) mal-Federazzjoni Russa u enfasizza li mhux ser jirrikonoxxiha. Il-Kunsill Ewropew qies li ċerti restrizzjonijiet ekonomiċi, tal-kummerċ u dawk finanzjarji rigward il-Krimea għandhom jiġu proposti għal implimentazzjoni rapida. |
(4) |
Fis-27 ta' Marzu 2014, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni 68/262 dwar l-integrità territorjali tal-Ukraina, li terġa' tirriafferma l-impenn tagħha għas-sovranità, l-indipendenza politika, l-unità u l-integrità territorjali tal-Ukraina fil-fruntieri rikonoxxuti b'mod internazzjonali, waqt li tissottolinja l-invalidità tar-referendum li sar fil-Krimea fis-16 ta' Marzu, u tappella lill-Istati kollha biex ma jirrikonoxxux xi tibdil li jsir lill-istatus tal-Krimea u Sevastopol. |
(5) |
F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kunsill jikkunsidra li l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol għandhom ikunu pprojbiti, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol li jkunu ngħataw ċertifikat ta' oriġini mill-Gvern tal-Ukraina. |
(6) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni jkunu effettivi, għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
(7) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-importazzjoni tal-oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol għandhom ikunu pprojbiti.
2. Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kif ukoll l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol.
Artikolu 2
Il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 m'għandhomx japplikaw għall-oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol li kienu ġew disponibbli għal eżami, u jkunu ġew ikkontrollati mill-awtoritajiet tal-Ukraina u li ngħataw ċertifikat ta' oriġini mill-Gvern tal-Ukraina.
Artikolu 3
Il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sas-26 ta' Settembru 2014 ta' kuntratti konklużi qabel il-25 ta' Ġunju 2014 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, li għandhom jiġu konklużi u eżegwiti mhux aktar tard mis-26 ta' Settembru 2014.
Artikolu 4
Il-parteċipazzjoni, konxjament u bi ħsieb, f'attivitajiet li għandhom l-għan li jevitaw il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 għandha tiġi pprojbita.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta' Ġunju 2015.
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami permanenti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill ikun tal-fehma li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/72 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/387/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2014
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu.
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(2) |
L-informazzjoni relatata ma' persuna elenkata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi aġġornata. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, tnax-il persuna għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċizjoni 2013/255/PESK. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
ANNESS
1. |
L-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt, kif stipulat fis-Sezzjoni A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
2. |
Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fis-Sezzjoni A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:
|
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/75 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta' Ġunju 2014
li tfassal il-lista ta' reġjuni u żoni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-fergħat transfruntieri u transnazzjonali tal-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2014-2020
(notifikata bid-dokument C(2014) 3898)
(2014/388/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Koordinazzjoni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment stabbilit permezz tal-Artikolu 150(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (2),
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jappoġġa “l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea” f'ċertu reġjuni korrispondenti għal-livell 3 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (minn hawn 'l quddiem imsejħa “livell NUTS 3”) għal kooperazzjoni transfruntiera, fir-reġjuni kollha korrispondenti għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (minn hawn 'l quddiem imsejħa “livell NUTS 2”) għal kooperazzjoni transnazzjonali, li kienet stabbilita permezz ta' Regolament (KE) Nru1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2011 (4). Għalhekk huwa neċessarju li jiġu stabbiliti dawn il-listi ta' reġjuni eliġibbli. |
(2) |
Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 il-lista ta' reġjuni eliġibbli għal kooperazzjoni transfruntiera qiegħda wkoll biex tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-Unjoni tal-livell NUTS 3 li jittieħdu inkonsiderazzjoni għall-allokazzjoni tal-FEŻR għal kooperazzjoni transfruntiera fil-konfini interni kollha, u dawk il-konfini esterni koperti mill-istrumenti finanzjarji esterni tal-Unjoni, bħal pereżempju l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u tal-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(3) |
Skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, fuq talba tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati, din il-lista taf tkopri wkoll reġjuni ta' livell NUTS 3 f'reġjuni ultraperiferiċi tul il-konfini marittimi mifrudin minn aktar minn 150 km bħala żoni transfruntieri. |
(4) |
Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-listi ta' żoni transfruntieri u transnazzjonali għandha wkoll tissemma, għal skopijiet ta' informazzjoni, ir-reġjuni tal-pajjiżi terzi jew territorji, hekk kif imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament. |
(5) |
Għalhekk huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-listi ta' żoni transfruntieri u transnazzjonali eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR, maqsumin minn programm ta' kooperazzjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-reġjuni u ż-żoni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-komponent transfruntier tal-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom ikunu mniżżlin fl-Anness I.
Artikolu 2
Ir-reġjuni tal-Unjoni tal-livell NUTS 3 li ttieħdu inkonsiderazzjoni għall-allokazzjoni tal-FEŻR għal kooperazzjoni transfruntiera, iżda li mhuma parti minn ebda żona transfruntiera mniżżla fl-Anness I, u li se jkunu koperti mill-istrumenti finanzjarji esterni tal-Unjoni, bħal pereżempju l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 u tal-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 231/2014, għandhom ikunu dawk imniżżla fl-Anness II.
Artikolu 3
Ir-reġjuni u ż-żoni eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻR taħt il-komponent transnazzjonali tal-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom ikunu dawk imniżżlin fl-Anness III.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Johannes HAHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2011 tal-17 ta' Jannar 2011 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 13, 18.1.2011, p. 3).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).
ANNESS I
Lista ta' żoni li se jirċievu appoġġ, analizzata minn programm ta' kooperazzjoni transfruntiera
2014TC16RFCB001 |
BE-DE-NL |
(Interreg V-A) Il-Belġju — il-Ġermanja — il-Pajjiżi l-Baxxi (Euregio Meuse-Rhin/Euregio Maas-Rijn/Euregio Maas-Rhein) |
|
|
|
|
|
|
BE221 |
Arr. Hasselt |
|
|
BE222 |
Arr. Maaseik |
|
|
BE223 |
Arr. Tongeren |
|
|
BE332 |
Arr. Liège |
|
|
BE335 |
Arr. Verviers — communes francophones |
|
|
BE336 |
Bezirk Verviers — Deutschsprachige Gemeinschaft |
|
|
DEA26 |
Düren |
|
|
DEA28 |
Euskirchen |
|
|
DEA29 |
Heinsberg |
|
|
DEA2D |
Städteregion Aachen |
|
|
DEB23 |
Eifelkreis Bitburg-Prüm |
|
|
DEB24 |
Vulkaneifel |
|
|
NL422 |
Midden-Limburg |
|
|
NL423 |
Zuid-Limburg |
|
|
|
|
|
2014TC16RFCB002 |
AT-CZ |
(Interreg V-A) L-Awstrija — ir-Repubblika Ċeka |
|
|
|
|
|
|
AT121 |
Mostviertel-Eisenwurzen |
|
|
AT123 |
Sankt Pölten |
|
|
AT124 |
Waldviertel |
|
|
AT125 |
Weinviertel |
|
|
AT126 |
Wiener Umland/Nordteil |
|
|
AT130 |
Wien |
|
|
AT311 |
Innviertel |
|
|
AT312 |
Linz-Wels |
|
|
AT313 |
Mühlviertel |
|
|
AT314 |
Steyr-Kirchdorf |
|
|
CZ031 |
Jihočeský kraj |
|
|
CZ063 |
Kraj Vysočina |
|
|
CZ064 |
Jihomoravský kraj |
|
|
|
|
|
2014TC16RFCB003 |
SK-AT |
(Interreg V-A) Is-Slovakkja — l-Awstrija |
|
|
|
|
|
|
AT111 |
Mittelburgenland |
|
|
AT112 |
Nordburgenland |
|
|
AT121 |
Mostviertel-Eisenwurzen |
|
|
AT122 |
Niederösterreich-Süd |
|
|
AT123 |
Sankt Pölten |
|
|
AT124 |
Waldviertel |
|
|
AT125 |
Weinviertel |
|
|
AT126 |
Wiener Umland/Nordteil |
|
|
AT127 |
Wiener Umland/Südteil |
|
|
AT130 |
Wien |
|