ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 175

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
14 ta' Ġunju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 632/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li japprova s-sustanza attiva flubendiammid, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 633/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi għall-immaniġġar ta' kaċċa salvaġġa kbira u għall-ispezzjoni post mortem tal-kaċċa salvaġġa ( 1 )

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 634/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 21 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjoni tar-Rapportar Finanzjarju ( 1 )

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 635/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jiftaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' zokkor industrijali sa tmiem is-sena tas-suq 2016/2017

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 dwar ċertifikat mudell għall-kummerċ ta' kaċċa salvaġġa kbira mhux imqaxxra mill-ġilda ( 1 )

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 637/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1979/2006 rigward il-kwota tat-tariffi tal-importazzjoni tal-faqqiegħ ippreservat li joriġina miċ-Ċina

20

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 638/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

22

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/351/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

24

 

 

2014/352/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2014 li tinnomina l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2018 fil-Pajjiżi l-Baxxi

26

 

 

2014/353/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2014 dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra mill-Kunsill ta' tliet esperti tal-bord ta' għażla u monitoraġġ għall-azzjoni Kapitali Ewropej tal-Kultura għall-2020-2033

27

 

 

2014/354/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2014 li taħtar membru tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku

31

 

 

2014/355/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet imressqin minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2014) 3772) ( 1 )

32

 

 

2014/356/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/138/UE rigward il-kundizzjonijiet ta' introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati u l-moviment tagħhom fiha sabiex jiġu evitati l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Anoplophora chinensis (Forster) (notifikata bid-dokument C(2014) 3798)

38

 

 

2014/357/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2014 dwar il-konformità tal-istandards Ewropej serje EN 957 (partijiet 2 u 4-10) u EN ISO 20957 (parti 1) għal tagħmir fiss għat-taħriġ u ta' għaxar standards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika mar-rekwiżit ta' siġurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta' dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  ( 1 )

40

 

 

2014/358/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2014 dwar il-konformità tal-istandard Ewropew EN 16281:2013 għal apparat ta' sokor installat mill-konsumatur għal twieqi u bibien tal-gallarija sikuri għat-tfal mar-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenza ta' dak l-istandard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  ( 1 )

43

 

 

2014/359/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2014 dwar il-konformità tal-istandards Ewropej EN 15649-1:2009+A2:2013 and EN 15649-6:2009+A1:2013 għal oġġetti li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu għar-rikreazzjoni fuq l-ilma jew fl-ilma mar-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta' dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  ( 1 )

45

 

 

2014/360/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' Bord Amministrattiv ta' Rieżami u r-Regoli Operattivi tiegħu (BĊE/2014/16)

47

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 632/2014

tat-13 ta' Mejju 2014

li japprova s-sustanza attiva flubendiammid, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dik id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 2011. Għall-flubendiammid, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/927/KE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fit-30 ta' Marzu 2006 il-Greċja rċeviet applikazzjoni mingħand Bayer CropScience AG biex is-sustanza attiva flubendiammid tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2006/927/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru il-Greċja ssottometta abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni fl-1 ta' Settembru 2008. F'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4) fl-14 ta' Lulju 2011 l-applikant intalab iressaq informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mill-Greċja tressqet fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni f'April 2012.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). Fl-1 ta' Lulju 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva flubendiammid (5). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew evalwati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-20 ta' Marzu 2014 fil-format ta' rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-flubendiammid.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-flubendiammid huma mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, hu xieraq li l-flubendiammid tiġi approvata.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(7)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-flubendiammid. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. B'deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta' detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ta' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(9)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva flubendiammid, kif inhu speċifikat fl-Anness I, hija approvata suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flubendiammid bħala sustanza attiva sat-28 ta' Frar 2015.

Sa dik id-data dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, ħlief għal dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-flubendiammid bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Awwissu 2014, għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif hemm referenza fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih it-flubendiammid bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mid-29 ta' Frar 2016; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih l-flubendiammid bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sad-29 ta' Frar 2016 jew sad-data ffissata għal dik l-emenda jew l-irtirar bħal dan fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Settembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/927/KE tat-13 ta' Diċembru 2006 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-flubendiammid fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 54).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn (2) wara d-data ta' notifika ta' dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(5)  EFSA Journal 2013; 11(7):3270. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu.

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni,

Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Flubendiammid

Nru CAS 272451-65-7

Nru CIPAC 788

3-jodo-N'-(2-meżil-1,1-dimetiletil)-N-{4-[1,2,2,2-tetrafluworo-1-(trifluworometil)etil]-o-tolil}ftalammid

≥ 960 g/kg

fl-1 ta' Settembru 2014.

fil-31 ta' Awwissu 2024.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-Flubendiammid, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

ir-riskju lill-invertebrati akkwatiċi;

(b)

il-preżenza potenzjali ta' residwi fl-għelejjel ta' rotazzjoni.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni,

Numri ta' Identifikazzjoni

L-isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“74

Flubendiammid

Nru CAS 272451-65-7

Nru CIPAC 788

3-jodo-N'-(2-meżil-1,1-dimetiletil)-N-{4-[1,2,2,2-tetrafluworo-1-(trifluworometil)etil]-o-tolil}ftalammid

≥ 960 g/kg

L-1 ta' Settembru 2014

Il-31 ta' Awwissu 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-Flubendiammid, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

ir-riskju lill-invertebrati akkwatiċi;

(b)

il-preżenza potenzjali ta' residwi fl-għelejjel ta' rotazzjoni.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 633/2014

tat-13 ta' Ġunju 2014

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi għall-immaniġġar ta' kaċċa salvaġġa kbira u għall-ispezzjoni post mortem tal-kaċċa salvaġġa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) u (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. Dan jipprevedi, inter alia, ir-rekwiżiti għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-kaċċa salvaġġa. L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li dan it-tip ta' laħam jitqiegħed fis-suq biss jekk jiġi prodott b'konformità mat-Taqsima IV tal-Anness III ta' dak ir-Regolament.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE (3), tipprevedi li Stati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet veterinarji fl-oriġini u fid-destinazzjoni jitwettqu fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali suġġetti għal kummerċ intra-Unjoni.

(3)

Il-verifiki mwettqa fil-livell tal-Unjoni mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni Ewropea fl-Istati Membri wrew li l-kummerċ ta' kaċċa selvaġġa kbira mhux misluħa minn sit tal-kaċċa għal stabbiliment li jimmaniġġa annimali tal-kaċċa li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor huwa prattika komuni li tkopri parti sinifikanti tal-laħam tal-kaċċa selvaġġa prodott fl-Unjoni.

(4)

Din il-prattika ħolqot inċertezzi fuq l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet attwali tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-ħtieġa ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/662/KEE b'mod partikolari kif jiġi sodisfatt l-obbligu li jiġi żgurat il-livell xieraq ta' kontrolli uffiċjali fl-oriġini.

(5)

Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, u tad-Direttiva 89/662/KEE jiġu sodisfatti, jeħtieġ li jiġu ssupplimentati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 dwar it-trasport u l-kummerċ ta' kaċċa selvaġġa kbira mhux misluħa b'ċertifikazzjoni ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UE fil-post tal-oriġini. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat, għandu jitħalla approċċ alternattiv ibbażat fuq dikjarazzjoni ta' persuna mħarrġa, jekk stabbiliment li jimmaniġġa annimali tal-kaċċa, qrib iż-żona tal-kaċċa, ikun jinsab fi Stat Membru ieħor.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-Kapitolu VIII tat-Taqsima IV tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali dwar il-laħam tal-kaċċa selvaġġa. Skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dak il-Kapitolu, matul l-ispezzjoni post mortem, il-veterinarju uffiċjali tal-istabbiliment li jimmaniġġa l-annimali tal-kaċċa għandu jqis id-dikjarazzjoni jew l-informazzjoni pprovduta mill-persuna mħarrġa involuta fil-kaċċa tal-annimal skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004. F'każijiet fejn il-kaċċa selvaġġa kbira mhux misluħa tiġi ttrasportata minn sit tal-kaċċa fi Stat Membru ieħor, huwa xieraq li l-veterinarji uffiċjali jivverifikaw ukoll li ċ-ċertifikat rilevanti jakkumpanja l-kunsinna u jqisu l-informazzjoni li tinsab f'dak iċ-ċertifikat.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2014 għall-kunsinni kollha li jaslu fl-Istati Membri ta' destinazzjoni minn dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13).


ANNESS I

Fil-Kapitolu II tat-Taqsima IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

“8.

Barra minn hekk, kaċċa selvaġġa kbira mhux misluħa:

(a)

tista' tiġi misluħa u mqiegħda fis-suq biss jekk:

(i)

qabel is-sliħ, tkun maħżuna u ttrattata separatament minn ikel ieħor u ma tkunx iffriżata;

(ii)

wara s-sliħ, din tgħaddi minn spezzjoni finali fi stabbiliment li jimmaniġġa l-annimali tal-kaċċa skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004;

(b)

tista' tintbagħat lejn stabbiliment li jimmaniġġa l-annimali tal-kaċċa fi Stat Membru ieħor biss jekk, waqt it-trasport lejn dak l-istabbiliment li jimmaniġġa l-annimali tal-kaċċa, tkun akkumpanjata minn ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2014 (*) maħruġ u ffirmat minn veterinarju uffiċjali, li jiddikjara li r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4 fir-rigward tad-disponibbiltà ta' dikjarazzjoni, meta rilevanti, u l-akkumpanjament ta' partijiet rilevanti tal-ġisem, ġew sodisfatti.

Fil-każ li stabbiliment li jimmaniġġa l-annimali tal-kaċċa, qrib iż-żona tal-kaċċa, ikun fi Stat Membru ieħor, it-trasport lejn dan l-istabbiliment li jimmaniġġa l-annimali tal-kaċċa ma għandux bżonn ikun akkumpanjat b'ċertifikat iżda bid-dikjarazzjoni tal-persuna mħarrġa msemmija fil-punt 2 li din tikkonforma mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 89/662/KEE, filwaqt li jitqies l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Istat Membru ta' oriġini.



ANNESS II

Fil-Parti A tal-Kapitolu VIII tat-Taqsima IV tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, jiżdied il-punt 2a li ġej:

“2a.

Il-veterinarju uffiċjali jrid jivverifika li ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2014 (*) jew id-dikjarazzjoni(jiet) jakkumpanja l-kaċċa selvaġġa kbira mhux misluħa trasportata lejn l-istabbiliment li jimmaniġġa l-annimali tal-kaċċa mit-territorju ta' Stat Membru ieħor, skont il-punt 8(b) tal-Kapitolu II tat-Taqsima IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-veterinarju uffiċjali għandu jqis il-kontenut ta' dak iċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni(jiet).



14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 634/2014

tat-13 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 21 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjoni tar-Rapportar Finanzjarju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali li kienu jeżistu fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fl-20 ta' Mejju 2013 il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ħareġ Interpretazzjoni 21 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) Imposti.

(3)

Fl-applikazzjoni tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 37 Dispożizzjonijiet, responsabbiltajiet kontinġenti u assi kontinġenti evolvew prattiki differenti rigward il-waqt ta' meta entità tirrikonoxxi obbligazzjoni li titħallas imposta.

(4)

L-għan ta' din l-Interpretazzjoni IFRIC 21 huwa li tipprovdi gwida dwar it-trattament xieraq tal-kontabilità ta' imposti li huma fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 37, sabiex tiżdied il-komparabbiltà tar-rapporti finanzjarji għall-utenti.

(5)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti Tekniċi tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li Interpretazzjoni IFRIC 21 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Interpretazzjoni IFRIC 21 Imposti qed tiddaħħal kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-Interpretazzjoni IFRIC 21 Imposti, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda mis-17 ta' Ġunju 2014 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ

IFRIC 21   INTERPRETAZZJONI IFRIC 21 Imposti  (*)

REFERENZI

IAS 1

Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji

IAS 8

Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u l-Iżbalji

IAS 12

Taxxi fuq id-Dħul

IAS 20

Kontabbiltà għal Għotjiet mill-Gvernijiet u Divulgazzjoni ta' Assistenza Pubblika

IAS 24

Divulgazzjoni dwar Partijiet Relatati

IAS 34

Rapportar Finanzjarju Interim

IAS 37

Proveddimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

IFRIC 6

Obbligazzjonijiet li jinħolqu mill-Parteċipazzjoni f'Suq Speċifiku—Skart ta' Tagħmir Elettroniku u Elettriku

SFOND

1.

Gvern jista' jimponi imposta fuq entità. Il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS irċieva talbiet għall-gwida dwar il-kontabbiltà ta' imposti fir-rapporti finanzjarji tal-entità li tħallas l-imposta. Il-kwistjoni tirrigwarda meta għandha tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni biex titħallas imposta li hija kontabbilizzata skont l-IAS 37 Proveddimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

2.

Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kontabbiltà għal obbligazzjoni biex titħallas imposta jekk dik l-obbligazzjoni tkun fil-kamp ta' applikazjoni tal-IAS 37. Din tindirizza wkoll il-kontabbiltà għal obbligazzjoni biex titħallas imposta li d-data u l-ammont tal-ħlas tagħha jkunu ċerti.

3.

Din l-Interpretazzjoni ma tindirizzax il-kontabbiltà għall-kostijiet li jirriżultaw meta tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni biex titħallas imposta. L-entitajiet għandhom japplikaw Standards oħra biex jiddeċiedu jekk ir-rikonoxximent ta' obbligazzjoni biex titħallas imposta jagħtix lok għal ass jew spiża.

4.

Għall-għanijiet ta' din l-Interpretazzjoni, imposta hija ħruġ ta' riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi li hija imposta mill-gvernijiet fuq entitajiet skont il-leġiżlazzjoni (jiġifieri l-liġijiet u/jew ir-regolamenti), ħlief:

(a)

dak il-ħruġ ta' riżorsi li huwa fil-kamp ta' applikazzjoni ta' Standards oħra (bħal taxxi fuq id-dħul li huma fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul); u

(b)

multi jew penali oħra li huma imposti għal ksur tal-leġiżlazzjoni.

“Gvern” tirreferi għal gvern, aġenziji tal-gvern u korpi simili kemm jekk lokali, nazzjonali jew internazzjonali.

5.

Pagament imħallas minn entità għall-akkwist ta' ass, jew għall-forniment ta' servizzi taħt ftehim kuntrattwali ma' gvern, ma jissodisfax id-definizzjoni ta' imposta.

6.

Entità mhijiex meħtieġa li tapplika din l-Interpretazzjoni għall-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn skemi għan-negozjar ta' emissjonijiet.

KWISTJONIJIET

7.

Biex tikkjarifika l-kontabbiltà għal obbligazzjoni biex titħallas imposta, din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

x'inhu l-avveniment li jobbliga li jagħti lok għar-rikonoxximent ta' obbligazzjoni biex titħallas imposta?

(b)

l-isforz ekonomiku biex l-operat ikompli f'perjodu futur joħloq obbligazzjoni kostruttiva biex titħallas imposta li se titqanqal bl-operat f'dak il-perjodu futur?

(c)

is-suppożizzjoni tan-negozju avvjat timplika li entità għandha obbligazzjoni preżenti biex tħallas imposta li se titqanqal bl-operat f'perjodu futur?

(d)

ir-rikonoxximent ta' obbligazzjoni biex titħallas imposta iseħħ f'punt fiż-żmien jew f'ċerti ċirkostanzi, jirriżulta progressivament maż-żmien?

(e)

x'inhu l-avveniment li jobbliga li jagħti lok għar-rikonoxximent ta' obbligazzjoni biex titħallas imposta li jitqanqal jekk jintlaħaq limitu minimu?

(f)

il-prinċipji għar-rikonoxximent, fir-rapporti finanzjarji annwali u fir-rapport finanzjarju interim, ta' obbligazzjoni biex titħallas imposta huma l-istess?

KUNSENS

8.

L-avveniment li jobbliga li jagħti lok għal obbligazzjoni biex titħallas imposta hu l-attività li tikkaġuna l-ħlas tal-imposta, kif identifikat mil-leġiżlazzjoni. Pereżempju, jekk l-attività li tikkaġuna l-ħlas tal-imposta hija l-ġenerazzjoni tad-dħul fil-perjodu kurrenti u l-kalkolu ta' dik l-imposta hu bbażat fuq id-dħul li ġie ġġenerat f'perjodu preċedenti, l-avveniment li jobbliga għal dik l-imposta huwa l-ġenerazzjoni tad-dħul fil-perjodu kurrenti. Il-ġenerazzjoni tad-dħul fil-perjodu preċedenti hija neċessarja, iżda mhux biżżejjed, biex toħloq obbligazzjoni preżenti.

9.

Entità ma jkollhiex obbligazzjoni kostruttiva biex tħallas imposta li se tiġi kkaġunata bl-operat f'perjodu futur bħala riżultat tal-fatt li l-entità hija ekonomikament imġiegħla tkompli topera f'dak il-perjodu futur.

10.

It-tħejjija tar-rapporti finanzjarji taħt is-suppożizzjoni tan-negozju avvjat m'għandiex timplika li entità għandha obbligu preżenti biex tħallas pagament li se jitqanqal bl-operat f'perjodu futur.

11.

Ir-responsabbiltà li titħallas imposta hija rikonoxxuta progressivament jekk l-avveniment li jobbliga jseħħ fuq perjodu ta' żmien (jiġifieri jekk l-attività li tikkaġuna l-ħlas tal-imposta, kif identifikat mil-leġiżlazzjoni, isseħħ fuq perjodu ta' żmien). Pereżempju, jekk l-avveniment li jobbliga hu l-ġenerazzjoni ta' dħul matul perjodu ta' żmien, l-obbligazzjoni korrispondenti hija rikonoxxuta bħala l-entità li tiġġenera d-dħul.

12.

Jekk l-obbligu biex titħallas imposta titqanqal meta jintlaħaq il-limitu minimu, il-kontabilità għall-obbligazzjoni li tinħoloq minn dak l-obbligu tkun konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 8–14 ta' din l-Interpretazzjoni (b'mod partikolari, il-paragrafi 8 u 11). Pereżempju, jekk l-avveniment li jobbliga hu l-ilħiq ta' limitu minimu ta' attività (bħal ammont minimu ta' dħul jew bejgħ iġġenerat jew ta' rizultati prodotti), l-obbligazzjoni korrispondenti hija rikonoxxuta meta jintlaħaq il-limitu minimu ta' attività.

13.

Entità tapplika l-istess prinċipji ta' rikonoxximent fir-rapport finanzjarju interim li tapplika fir-rapporti finanzjarji annwali. Bħala riżultat, fir-rapport finanzjarju interim, l-obbligazzjoni biex titħallas imposta:

(a)

ma tiġix rikonoxxuta jekk m'hemm l-ebda obbligazzjoni preżenti li titħallas imposta fit-tmiem ta' perjodu ta' rappurtar interim; u

(b)

tiġi rikonoxxuta jekk obbligazzjoni preżenti biex titħallas imposta teżisti fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar interim.

14.

Entità għandha tirrikonoxxi ass jekk tkun ħallset imposta minn qabel iżda għad m'għandhiex obbligazzjoni preżenti biex tħallas dik l-imposta.


(*)  “Riproduzzjoni awtorizzata fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal finijiet għal finijiet ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-IASB fuq is-sit www.iasb.org”

Appendiċi A

Data effettiva u tranżizzjoni

Din l-appendiċi hija parti integrali mill-Interpretazzjoni u għandha l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn tal-Interpretazzjoni.

A1

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara. Hija permessal-applikazzjoni minn qabel. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, hija tiżvela dak il-fatt.

A2

Bidliet fil-politika tal-kontabilità li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' din l-Interpretazzjoni se jitqiesu b'mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Żbalji.


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 635/2014

tat-13 ta' Ġunju 2014

li jiftaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' zokkor industrijali sa tmiem is-sena tas-suq 2016/2017

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 193 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 139(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li l-prodotti msemmija fl-Artikolu 140(2) ta' dak ir-Regolament jistgħu jiġu manifatturati biz-zokkor prodott bl-eċċess tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 136 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, dawk il-prodotti jistgħu jiġu manifatturati wkoll b'zokkor importat fl-Unjoni. Sabiex tkun żgurata l-provvista meħtieġa għal din il-produzzjoni, jixraq li jiġu sospiżi d-dazji fuq l-importazzjoni għal ċertu kwantitajiet taz-zokkor industrijali.

(2)

Mill-esperjenza ta' dawn l-aħħar snin tas-suq nafu li s-sospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni ta' 400 000 tunnellata zokkor kull sena tas-suq li jkunu maħsuba għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 140(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 hi biżżejjed biex tiżgura l-provvista meħtieġa għall-manifattura ta' dawn il-prodotti fl-Unjoni fis-sena tas-suq inkwistjoni.

(3)

Sabiex il-partijiet interessati jingħataw iċ-ċertezza li l-provvista meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 140(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 se jkunu dejjem disponibbli f'kull sena tas-suq sal-aħħar tas-sistema tal-kwoti, jixraq li tkun prevista s-sospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni għal ċertu kwantità ta' zokkor għal kull waħda minn dawn it-tliet snin tas-suq, mill-2014/2015 sal-2016/2017.

(4)

Barra minn hekk, l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (2) jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' zokkor industrijali bin-numru tal-ordni 09.4390.

(5)

Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi determinata l-kwantità ta' zokkor industrijali li ma tkunx soġġetta għad-dazju fuq l-importazzjoni għas-snin tas-suq mill-2014/2015 sal-2016/2017.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji fuq l-importazzjoni ta' zokkor industrijali bil-kodiċi NM 1701 u bin-numru tal-ordni 09.4390 għandhom jiġu sospiżi għal kwantità ta' 400 000 tunnellata għal kull waħda mit-tliet snin tas-suq mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2017.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 636/2014

tat-13 ta' Ġunju 2014

dwar ċertifikat mudell għall-kummerċ ta' kaċċa salvaġġa kbira mhux imqaxxra mill-ġilda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. Jipprevedi, fost l-oħrajn ir-rekwiżiti għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-kaċċa salvaġġa. L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li dan it-tip ta' laħam jitqiegħed fis-suq biss jekk jiġi prodott b'konformità mat-Taqsima IV tal-Anness III ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jippreskrivi t-tfassil taċ-ċertifikati mudelli li jakkumpanjaw kunsinni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 633/2014 (2) li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula li kaċċa salvaġġa kbira mhux imqaxxra mill-ġilda tista' tintbagħat lejn stabbiliment tal-ipproċessar tal-kaċċa fi Stat Membru ieħor jekk, waqt it-trasport lejn dak l-istabbiliment tal-ipproċessar tal-kaċċa din tkun akkumpanjata minn ċertifikat li jiżgura l-konformità mat-Taqsima IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(4)

Biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ ta' kaċċa salvaġġa kbira mhux imqaxxra mill-ġilda, jixraq li jingħata ċertifikat mudell għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(5)

Minħabba li l-karkassi ta' kaċċa salvaġġa kbira mhux imqaxxrin mill-ġilda jistgħu jġorru l-patoġeni li jikkawżaw mard tal-annimali, il-kaċċa l-kbira ma tridx tkun ittieħdet f'żoni li, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, ikunu soġġetti għall-projbizzjoni jew restrizzjoni minħabba mard li jaffettwa l-ispeċi involuta. Il-kummerċ ta' karkassi taċ-ċingjali mhux imqaxxrin mill-ġilda jista' jsir biss mingħajr ħsara għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE (3).

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kunsinni ta' kaċċa salvaġġa kbira mhux imqaxxra mill-ġilda li jintbagħtu lejn Stati Membri għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jaqbel mal-mudell stabbilit fl-Anness.

Iċ-ċertifikat għandu jafferma li dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-eżaminazzjoni minn persuna mħarrġa, fejn ikun rilevanti, u l-partijiet rilevanti tal-karkassi, jakkumpanjaw lill-kunsinna bi qbil mal-punt 4 rispettivament tal-Kapitolu II tat-Taqsima IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 633/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jikkonċerna r-rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar ta' kaċċa salvaġġa kbira u għall-ispezzjoni post mortem tal-kaċċa salvaġġa (ara paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri. (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 102).


ANNESS

Ċertifikat mudell għall-kummerċ ta' kaċċa salvaġġa kbira mhux imqaxxra mill-ġilda

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 637/2014

tat-13 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1979/2006 rigward il-kwota tat-tariffi tal-importazzjoni tal-faqqiegħ ippreservat li joriġina miċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/01 u (KE) Nru 1234/07 (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 (2) li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-Ftehim, fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (3), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/116/UE (4), jipprevedi żieda ta' 800 tunnellata (piż nett xott) fl-allokazzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont il-kwota tariffarja tal-UE għall-faqqiegħ ippreservat tal-ġeneru Agaricus li huwa kklassifikat fil-kodiċijiet NM 0711 51 00, 2003 10 20 u 2003 10 30.

(3)

Iż-żieda fil-kwota tar-rata tariffarja għandha tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1979/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1979/2006

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwota tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 91).

(3)  ĠU L 64, 4.3.2014, p. 2.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/116/UE tat-28 ta' Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 64, 4.3.2014, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

Volum, in-numru tal-ordni u l-perjodu ta' applikazzjoni tal-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(1) f'tunnellati (piż nett xott)

Il-pajjiż tal-oriġini

In-numru tal-ordni

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali: 09.4157

29 750

 

Importaturi ġodda: 09.4193

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali: 09.4158

5 030 ”

Importaturi ġodda: 09.4194


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 638/2014

tat-13 ta’ Ġunju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

62,3

TR

59,5

ZZ

60,9

0707 00 05

MK

27,9

TR

97,7

ZZ

62,8

0709 93 10

TR

111,5

ZA

27,3

ZZ

69,4

0805 50 10

AR

103,3

TR

120,8

ZA

116,3

ZZ

113,5

0808 10 80

AR

102,2

BR

85,3

CL

99,7

CN

98,7

NZ

133,8

US

183,9

UY

168,2

ZA

128,5

ZZ

125,0

0809 10 00

TR

254,4

ZZ

254,4

0809 29 00

TR

363,9

ZZ

363,9

0809 30

MA

135,6

ZZ

135,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Mejju 2014

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

(2014/351/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Novembru 2007 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 31/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (minn issa “il-Ftehim ta' Sħubija”) (1).

(2)

L-Unjoni nnegozjat Protokoll ġdid mar-Repubblika tal-Madagaskar li joffri opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Madagaskar jeżerċita s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq is-sajd (minn issa “il-Protokoll il-ġdid”).

(3)

Dan il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/826/UE (2) u huwa applikat provviżorjament mit-28 ta' Novembru 2012.

(4)

I-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (“il-Protokoll”) (3) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f'isem l-Unjoni, bin-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/826/UE tat-28 ta' Novembru 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l- applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal- Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill- Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 11).

(3)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fi ĠU L 361, 31.12.2012, p. 12 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Mejju 2014

li tinnomina l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2018 fil-Pajjiżi l-Baxxi

(2014/352/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-rapport tal-bord tal-għażla ta' Settembru 2013 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-Pajjiżi l-Baxxi,

Billi:

Filwaqt li kkunsidra li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1622/2006/KE ġew kompletament issodisfati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Leeuwarden hija maħtura bħala l-“Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018” fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. KYRIAZIS


(1)  ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Mejju 2014

dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra mill-Kunsill ta' tliet esperti tal-bord ta' għażla u monitoraġġ għall-azzjoni Kapitali Ewropej tal-Kultura għall-2020-2033

(2014/353/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE, għandu jitwaqqaf bord ta' esperti indipendenti (“il-bord”) biex jagħmel l-għażla u jissorvelja l-proċeduri. Il-bord għandu jkun magħmul minn 10 esperti maħtura mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, li tlieta minnhom għandhom jinħatru mill-Kunsill għal perijodu ta' tliet snin. Madankollu, fir-rigward tat-twaqqif tal-ewwel bord, il-Kunsill għandu jaħtar l-esperti tiegħu għal sena sabiex tkun tista' ssir sostituzzjoni gradwali tal-esperti u b'hekk jiġi evitat it-telf ta' esperjenza u għarfien.

(2)

Kull istituzzjoni u korp għandu d-dritt jagħżel l-esperti skont il-proċeduri rispettivi tiegħu. Madankollu, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE, l-esperti għandhom jintgħażlu minn grupp ta' esperti potenzjali Ewropej proposti mill-Kummissjoni.

(3)

Skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE, meta jaħtru l-esperti tagħhom, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw il-komplementarjetà tal-kompetenzi, distribuzzjoni ġeografika bilanċjata u bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni ġenerali tal-bord.

(4)

Huwa xieraq li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra tat-tliet esperti tiegħu fil-bord.

(5)

Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu ġusti, mhux diskriminatorji, trasparenti u faċli biex jiġu implimentati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Għandu jiġi organizzat tlugħ bix-xorti fost l-Istati Membri. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fit-tlugħ bix-xorti għandha tkun volontarja. Madankollu, biex ir-riskju ta' kunflitt ta' interess jitnaqqas kemm jista' jkun, kwalunkwe Stat Membru li tkun ser tintgħażel jew tiġi sorveljata belt fih matul il-mandat tal-esperti tal-bord għandu jiġi eskluż mit-tlugħ bix-xorti. Fl-Anness għal din id-Deċiżjoni hemm lista ta' Stati Membri esklużi li tfasslet skont dan il-prinċipju.

2.   Sabiex tkun żgurata distribuzzjoni ġeografika wiesgħa, l-Istati Membri li rrakkomandaw esperti biex jinħatru mill-Kunsill għall-mandat preċedenti wkoll għandhom jiġu esklużi mit-tlugħ bix-xorti.

Artikolu 2

1.   L-ewwel tliet Stati Membri li jitilgħu għandu jkollhom id-dritt li jirrakkomandaw espert wieħed kull wieħed.

2.   Għal dan il-għan, kull wieħed mit-tliet Stati Membri għandu jagħżel espert mill-grupp ta' esperti potenzjali Ewropej li ġie stabbilit mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li dan l-espert jinħatar fuq il-bord.

3.   Abbażi ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet u wara l-iskrutinju xieraq tal-esperti rrakkomandati mill-korp ta' tħejjija rilevanti tal-Kunsill, il-Kunsill għandu jaħtar it-tliet esperti li ser ikunu parti mill-bord ta' għażla u monitoraġġ għal perijodu ta' tliet snin.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3:

(a)

il-Kunsill għandu jaħtar l-esperti tiegħu fuq il-bord tal-2015 għal perijodu ta' sena;

(b)

madankollu għandu jitqies li l-esperti maħtura għall-2015 inħatru wkoll għall-perijodu 2016-2018.

Għalhekk, skont l-Artikolu 1(1), l-Istati Membri li għandhom jintgħażlu jew jiġu ssorveljati bliet tagħhom mill-bord tal-2015 kif ukoll mill-bord tal-2016-2018 għandhom jiġu esklużi mit-tlugħ bix-xorti li jaħtar l-esperti tal-bord tal-2015.

5.   Fil-każ ta' riżenja, mewt jew inkapaċità permanenti ta' espert tal-bord, l-Istat Membru li jkun irrakkomanda lil dak l-espert għandu jirrakkomanda l-ħatra ta' sostitut għall-bqija tal-mandat ta' dak l-espert. Il-proċedura msemmija f'dan l-Artikolu għandha tapplika.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. KYRIAZIS


(1)  ĠU L 132, 3.5.2014, p. 1.


ANNESS

Lista tal-Istati Membri esklużi mit-tlugħ bix-xorti  (1)  (2)

Mandat tal-esperti tal-Kunsill fuq il-bord

Stati Membri li bliet tagħhom huma soġġetti għall-proċedura ta' għażla jew monitoraġġ imwettqa mill-bord ta' esperti

BORD 2015

Kroazja (2020)

Irlanda (2020)

Greċja (2021)

Rumanija (2021)

BORD 2016-2018

Kroazja (2020)

Irlanda (2020)

Greċja (2021)

Rumanija (2021)

Litwanja (2022)

Lussemburgu (2022)

Ungerija (2023)

Renju Unit (2023)

Estonja (2024)

Awstrija (2024)

BORD 2019-2021

Kroazja (2020)

Irlanda (2020)

Greċja (2021)

Rumanija (2021)

Litwanja (2022)

Lussemburgu (2022)

Ungerija (2023)

Renju Unit (2023)

Estonja (2024)

Awstrija (2024)

Slovenja (2025)

Ġermanja (2025)

Slovakkja (2026)

Finlandja (2026)

Latvja (2027)

Portugall (2027)

BORD 2022-2024

Ungerija (2023)

Renju Unit (2023)

Estonja (2024)

Awstrija (2024)

Slovenja (2025)

Ġermanja (2025)

Slovakkja (2026)

Finlandja (2026)

Latvja (2027)

Portugall (2027)

Repubblika Ċeka (2028)

Franza (2028)

Polonja (2029)

Svezja (2029)

Ċipru (2030)

Belġju (2030)

BORD 2025-2027

Slovakkja (2026)

Finlandja (2026)

Latvja (2027)

Portugall (2027)

Repubblika Ċeka (2028)

Franza (2028)

Polonja (2029)

Svezja (2029)

Ċipru (2030)

Belġju (2030)

Malta (2031)

Spanja (2031)

Bulgarija (2032)

Danimarka (2032)

Pajjiżi l-Baxxi (2033)

Italja (2033)

BORD 2028-2030

Polonja (2029)

Svezja (2029)

Ċipru (2030)

Belġju (2030)

Malta (2031)

Spanja (2031)

Bulgarija (2032)

Danimarka (2032)

Pajjiżi l-Baxxi (2033)

Italja (2033)

BORD 2031-2033

Bulgarija (2032)

Danimarka (2032)

Pajjiżi l-Baxxi (2033)

Italja (2033)


(1)  Lista msejsa fuq l-ordni li fih il-pajjiżi għandhom dritt jospitaw it-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, li huwa stabbilit fil-kalendarju anness mad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE.

(2)  Skont l-Artikolu 1(2) ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri li rrakkomandaw esperti għall-ħatra mill-Kunsill għall-mandat ta' qabel għandhom ikunu esklużi wkoll mit-tlugħ bix-xorti.


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Ġunju 2014

li taħtar membru tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku

(2014/354/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 134 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/412/Euratom (1), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (il-“Kumitat”) għall-perijodu mill-25 ta' Lulju 2013 sal-24 ta' Lulju 2018.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Edouard SINNER, sar vakanti post ta' membru fil-Kumitat. Għalhekk għandu jinħatar membru ġdid għall-bqija tal-mandat tas-Sur Edouard SINNER,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Roland ZEYEN huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku sal-24 ta' Lulju 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

Y. MANIATIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/412/Euratom tat-22 ta' Lulju 2013 li ġġedded is-sħubija tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku u li tħassar id-Deċiżjoni tat-13 ta' Novembru 2012 li taħtar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (ĠU L 205, 1.8.2013, p. 11).


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/32


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Ġunju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet imressqin minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2014) 3772)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/355/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikulari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u l-gruppi ta' residwi mniżżlin fl-Anness I tagħha. Skont dik id-Direttiva, il-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minnha għandhom jibagħtu pjan ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa. Dak il-pjan għandu jinkludi mill-inqas il-gruppi ta' residwi u s-sustanzi mniżżlin f'dak l-Anness I.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”), mibgħutin minn ċerti pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness tagħha, għall-annimali u l-prodotti tal-annimali indikati f'dik il-lista.

(3)

Fid-dawl tal-pjanijiet li ntbagħtu dan l-aħħar minn ċerti pajjiżi terzi u tat-tagħrif addizzjonali li kisbet il-Kummissjoni, jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti tal-annimali, kif previst fid-Direttiva 96/23/KE, u li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”).

(4)

Il-Gżejjer Pitcairn bagħtu pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għall-Gżejjer Pitcairn għall-għasel.

(5)

Ir-Rwanda bagħtet pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għar-Rwanda għall-għasel.

(6)

L-Ukraina bagħtet pjan għall-annimali bovini u l-ħnieżer lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandhom jiġu inklużi fil-lista l-annotazzjonijiet għall-Ukraina għall-annimali bovini u l-ħnieżer.

(7)

Dal-ħin, l-Emirati Għarab Magħquda huma inklużi fil-lista għall-akkwakultura u l-ħalib (il-ħalib tal-iġmla biss). Madankollu, l-Emirati Għarab Magħquda ma pprovdewx pjan għall-akkwakultura kif mitlub mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. Għalhekk, għandha titneħħa mil-lista l-annotazzjoni għall-Emirati Għarab Magħquda għall-akkwakultura.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/163/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).


ANNESS

“ANNEX

Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż

Annimali bovini

Nagħaġ/mogħoż

Ħnieżer

Żwiemel

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Annimali tal-kaċċa slavaġ

Annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet

Għasel

AD

Andorra

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

 

X (1)

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bosnja-Ħerzegovina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BN

Il-Brunej

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Bjelorussja

 

 

 

X (2)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Isvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CR

Il-Kosta Rika

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GH

Il-Gana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GM

Il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Il-Groenlandja

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

 

X (1)

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgiżistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t'Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LB

Il-Libanu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MK

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (4)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

X (3)

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

In-New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (5)

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (6)

X

RW

Ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (3)

X (3)

X (3)

 

X (3)

X

X (3)

 

 

 

 

 

SM

San Marino

X

 

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanżanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

X

 

X

 

X

X

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

ZA

L-Afrika t'Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-ħalib tal-iġmla biss.

(2)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' żwiemel ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta' materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).

(6)  Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss.”


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Ġunju 2014

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/138/UE rigward il-kundizzjonijiet ta' introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati u l-moviment tagħhom fiha sabiex jiġu evitati l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Anoplophora chinensis (Forster)

(notifikata bid-dokument C(2014) 3798)

(2014/356/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/138/UE (2) tippermetti l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti li jkunu tkabbru għal perjodu ta' mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni f'post tal-produzzjoni stabbilit bħala ħieles mill-Anoplophora chinensis (Forster) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-organiżmu speċifikat”).

(2)

Minn informazzjoni pprovduta miċ-Ċina jidher li l-pjanti li għandhom inqas minn sentejn u li tkabbru tul ħajjithom kollha f'post tal-produzzjoni stabbilit bħala ħieles mill-organiżmu speċifikat, iżda li ma jinsabx f'żona ħielsa mill-pesti, ma jikkawżaw l-ebda riskju addizzjonali li jiġi introdott dak l-organiżmu. Għalhekk huwa xieraq li tiġi permessa wkoll l-importazzjoni ta' dawn il-pjanti.

(3)

Huwa xieraq ukoll li jiġu permessi l-introduzzjoni ta' dawn il-pjanti minn pajjiżi terzi oħra u l-moviment tagħhom fi ħdan l-Unjoni.

(4)

Għaldaqstant, l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/138/UE għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/138/UE għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/138/UE tal-1 ta' Marzu 2012 fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Anoplophora chinensis (Forster) (ĠU L 64, 3.3.2012, p. 38).


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/138/UE għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima 1 għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Parti A, il-frażi ta' introduzzjoni għandha tinbidel b'dan li ġej:

“(b)

li l-pjanti jkunu tkabbru għal perjodu ta' mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, jew fil-każ ta' pjanti li għandhom inqas minn sentejn, li jkunu tkabbru tul ħajjithom kollha f'post tal-produzzjoni stabbilit bħala ħieles mill-Anoplophora chinensis (Forster) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji:”

(b)

fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Parti B, il-frażi ta' introduzzjoni għandha tinbidel b'dan li ġej:

“(b)

li l-pjanti jkunu tkabbru għal perjodu ta' mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, jew fil-każ ta' pjanti li għandhom inqas minn sentejn, li jkunu tkabbru tul ħajjithom kollha f'post tal-produzzjoni stabbilit bħala ħieles mill-Anoplophora chinensis (Forster) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji:”

(2)

Il-frażi ta' introduzzjoni tal-paragrafu 1 tat-Taqsima 2 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“1.

Il-pjanti speċifikati li joriġinaw (1) f'żoni demarkati fl-Unjoni jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikollhom magħhom passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (2) u jekk ikunu tkabbru għal perjodu ta' mill-inqas sentejn qabel il-moviment, jew fil-każ ta' pjanti li għandhom inqas minn sentejn, jekk ikunu tkabbru tul ħajjithom kollha f'post tal-produzzjoni:”


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/40


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Ġunju 2014

dwar il-konformità tal-istandards Ewropej serje EN 957 (partijiet 2 u 4-10) u EN ISO 20957 (parti 1) għal tagħmir fiss għat-taħriġ u ta' għaxar standards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika mar-rekwiżit ta' siġurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta' dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/357/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jeħtieġ li l-produtturi jqiegħdu biss prodotti sikuri fis-suq.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies bħala sikur, safejn għandhom x'jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4(2) ta' dik id-Direttiva.

(3)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE, l-istandards Ewropej huma stabbiliti minn organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs) skont mandati stipulati mill-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, il-Kummissjoni trid tippubblika r-referenzi ta' dawn l-istandards.

(5)

Fis-27 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni 2011/476/UE dwar rekwiżiti ta' siġurtà li għandhom jiġu ssodisfatti mill-istandards Ewropej għal tagħmir fiss għat-taħriġ skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(6)

Fil-5 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni ħarġet il-mandat ta' standardizzazzjoni M/506 lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni għall-iżvilupp ta' standards Ewropej għal tagħmir fiss għat-taħriġ biex jindirizzaw ir-riskji ewlenin assoċjati ma' tali tagħmir skont il-prinċipju li taħt kondizzjonijiet raġonevoli u prevedibbli ta' użu, ir-riskji ta' korriment jew ħsara għas-saħħa u s-sigurtà għandhom jiġu minimizzati permezz tad-disinn tiegħu jew permezz ta' salvagwardji. Il-mandat talab li jitqiesu dawn li ġejjin: l-istabbiltà tat-tagħmir wieqaf, xfar bil-ponta u rbaba, trufijiet ta' pajpijiet/tubi, punti ta' kompressjoni, ta' forza laterali, ta' rotazzjoni u ta' moviment alternat fiż-żona aċċessibbli, piżijiet, aċċess għat-tagħmir u ħruġ minnu, mekkaniżmi ta' regolazzjoni u llokkjar, ħbula, ċineġ u ktajjen, ħbula tal-wajer u tarjoli, vireg li jidderieġu ħbula u ċineg, punti ta' ġbid, pożizzjonijiet ta' qbid, pumi integrati, applikati u li jduru, sigurtà elettrika u l-unità ta' immobilizzazzjoni għat-tifi tal-kurrent.

(7)

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) adotta sensiela ta' standards Ewropej (EN 957 partijiet 2 u 4-10) u standard Ewropew EN ISO 20957 (parti 1) għal tagħmir fiss għat-taħriġ li jaqa' fl-ambitu tal-mandat tal-Kummissjoni.

(8)

Il-partijiet 2 u 4-10 tas-serje EN 957 tal-istandards Ewropej u l-istandard Ewropew EN ISO 20957 (parti 1) għal tagħmir fiss għat-taħriġ jissodisfaw il-mandat M/506 u jikkonformaw mar-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenzi tagħhom għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Fis-27 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni 2011/479/UE dwar ir-rekwiżiti ta' siġurtà li għandhom jiġu ssodisfatti mill-istandards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(10)

Fil-5 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni ħarġet mandat ta' standardizzazzjoni M/507 lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni għall-iżvilupp ta' standards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika biex jindirizzaw ir-riskji ewlenin assoċjati ma' dan it-tagħmir, jiġifieri riskji li jirriżultaw minn nuqqas ta' kapaċità ta' rfigħ tat-tagħbija tat-tagħmir, telf ta' stabbiltà tat-tagħmir, l-użu ta' enerġija elettrika u ta' ċirkwiti operattivi, enerġija mekkanika jew bl-ilma applikata, l-użu tat-tagħmir innifsu, inklużi waqgħat, grieħi ta' qtugħ, qbid, fgar, kolliżjonijiet u piż żejjed fuq il-ġisem, l-aċċessibbiltà tat-tagħmir, inkluża l-aċċessibbiltà f'każ ta' difetti u sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-interazzjonijiet possibbli ta' kuntatti mat-tagħmir u dawk li jinzertaw fil-qrib (eż. il-pubbliku), manutenzjoni insuffiċjenti, l-immuntar, iż-żarmar u l-immaniġġjar tat-tagħmir, u l-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi.

(11)

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) adotta għaxar standards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika li jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tal-Kummissjoni.

(12)

Dawn l-għaxar standards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika jissodisfaw il-mandat M/507 u jikkonformaw mar-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali tad- Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenzi tagħhom għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont id-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istandards Ewropej li ġejjin jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali ta' sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE għar-riskji li jkopru:

(a)

EN ISO 20957-1:2013 “Stationary training equipment — Part 1: General safety requirements and test methods (ISO 20957-1:2013)”,

(b)

EN 957-2:2003 “Stationary training equipment — Part 2: Strength training equipment, additional specific safety requirements and test methods”,

(c)

EN 957-4:2006+A1:2010 “Stationary training equipment — Part 4: Strength training benches, additional specific safety requirements and test methods”,

(d)

EN 957-5:2009 “Stationary training equipment — Part 5: Stationary exercise bicycles and upper body crank training equipment, additional specific safety requirements and test methods”,

(e)

EN 957-6:2010 “Stationary training equipment — Part 6: Treadmills, additional specific safety requirements and test methods”,

(f)

EN 957-7:1998 “Stationary training equipment — Part 7: Rowing machines, additional specific safety requirements and test methods”,

(g)

EN 957-8:1998 “Stationary training equipment — Part 8: Steppers, stairclimbers and climbers — Additional specific safety requirements and test methods”,

(h)

EN 957-9:2003 “Stationary training equipment — Part 9: Elliptical trainers, additional specific safety requirements and test methods”,

(i)

EN 957-10:2005 “Stationary training equipment — Part 10: Exercise bicycles with a fixed wheel or without freewheel, additional specific safety requirements and test methods”,

(j)

EN 913:2008 “Gymnastic equipment — General safety requirements and test methods”,

(k)

EN 914:2008 “Gymnastic equipment — Parallel bars and combination asymmetric/parallel bars — Requirements and test methods including safety”,

(l)

EN 915:2008 “Gymnastic equipment — Asymmetric bars — Requirements and test methods including safety”,

(m)

EN 916:2003 “Gymnastic equipment — Vaulting boxes — Requirements and test methods including safety”,

(n)

EN 12196:2003 “Gymnastic equipment — Horses and bucks — Functional and safety requirements, test methods”,

(o)

EN 12197:1997 “Gymnastic equipment — Horizontal bars — Safety requirements and test methods”,

(p)

EN 12346:1998 “Gymnastic equipment — Wall bars, lattice ladders and climbing frames — Safety requirements and test methods”,

(q)

EN 12432:1998 “Gymnastic equipment — Balancing beams — Functional and safety requirements, test methods”,

(r)

EN 12655:1998 “Gymnastic equipment — Hanging rings — Functional and safety requirements, test methods”,

(s)

EN 13219:2008 “Gymnastic equipment — Trampolines — Functional and safety requirements, test methods”.

Artikolu 2

Ir-referenzi tal-istandards EN ISO 20957-1:2013, EN 957-2:2003, EN 957-4:2006+A1:2010, EN 957-5:2009, EN 957-6:2010, EN 957-7:1998, EN 957-8:1998, EN 957-9:2003, EN 957-10:2005, EN 913:2008, EN 914:2008, EN 915:2008, EN 916:2003, EN 12196:2003, EN 12197:1997, EN 12346:1998, EN 12432:1998, EN 12655:1998 u EN 13219:2008 għandhom jiġu ppubblikati fil-parti C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2011, p. 16.

(3)  ĠU L 197, 29.7.2011, p. 13.


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/43


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Ġunju 2014

dwar il-konformità tal-istandard Ewropew EN 16281:2013 għal apparat ta' sokor installat mill-konsumatur għal twieqi u bibien tal-gallarija sikuri għat-tfal mar-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenza ta' dak l-istandard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/358/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jeħtieġ li l-produtturi jqiegħdu biss prodotti siguri fis-suq.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies bħala sikur, safejn għandhom x'jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4(2) ta' dik id-Direttiva.

(3)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE, l-istandards Ewropej huma stabbiliti minn organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs) skont mandati stipulati mill-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, il-Kummissjoni trid tippubblika r-referenzi ta' dawn l-istandards.

(5)

Fis-7 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2010/11/UE dwar ir-rekwiżiti ta' sikurezza li għandhom jiġu ssodisfatti mill-istandards Ewropej għal apparat ta' sokor installat mill-konsumatur għal twieqi u bibien tal-gallarija sikuri għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE (2).

(6)

Fl-10 ta' Mejju 2010, il-Kummissjoni ħarġet mandat M/465 lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni biex ifasslu standard Ewropew għal apparat ta' sokor installat mill-konsumatur għal twieqi u bibien tal-gallarija sikuri għat-tfal sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta' fgar minħabba partijiet żgħar, ir-riskju ta' xi korriment fiżiku minħabba truf li jaqtgħu u partijiet li jisporġu “l barra u r-riskju li jinqabdu s-swaba”. Barra minn hekk, il-mandat talab li jiġu identifikati testijiet xierqa biex jinstab kemm is-serraturi huma reżistenti għat-tfal, biex tiġi żgurata l-integrità strutturali tagħhom tul il-ħajja operattiva mistennija kif ukoll sabiex tiġi żgurata r-reżistenza tagħhom għaż-żmien u l-espożizzjoni għal kondizzjonijiet tat-temp.

(7)

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) adotta l-Istandard Ewropew EN 16281:2013 għal apparat ta' sokor installat mill-konsumatur għal twieqi u bibien tal-gallarija sikuri għat-tfal b'reazzjoni għall-mandat tal-Kummissjoni.

(8)

L-istandard Ewropew EN 16281:2013 jissodisfa l-mandat M/465 u huwa konformi mar-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenza tiegħu għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont id-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istandard Ewropew EN 16281:2013 “Child protective products — Consumer fitted child resistant locking devices for windows and balcony doors — Safety requirements and test methods” jissodisfa r-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE għar-riskji li jkopri.

Artikolu 2

Ir-referenza tal-istandard EN 16281:2013 għandha tiġi ppubblikata fil-parti C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 4, 8.1.2010, p. 91.


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Ġunju 2014

dwar il-konformità tal-istandards Ewropej EN 15649-1:2009+A2:2013 and EN 15649-6:2009+A1:2013 għal oġġetti li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu għar-rikreazzjoni fuq l-ilma jew fl-ilma mar-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta' dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/359/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jeħtieġ li l-produtturi jqiegħdu biss prodotti siguri fis-suq.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies bħala sigur, safejn għandhom x'jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4(2) ta' dik id-Direttiva.

(3)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE, l-istandards Ewropej huma stabbiliti minn organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs) skont mandati stipulati mill-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, il-Kummissjoni trid tippubblika r-referenzi ta' dawn l-istandards.

(5)

Fil-21 ta' April 2005, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni 2005/323/KE dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà li jridu jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal oġġetti ta' rikreazzjoni li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu fuq jew ġewwa l-ilma skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(6)

Fis-6 ta' Settembru 2005, il-Kummissjoni ħarġet mandat M/372 lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni (ESOs) għall-abbozzar ta' standard(s) Ewropew(i) biex jindirizzaw ir-riskji ewlenin assoċjati ma' oġġetti ta' rikreazzjoni li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu fuq l-ilma jew fl-ilma, jiġifieri inċidenti li jinvolvu l-għarqa jew kważi għarqa kif ukoll riskji oħrajn marbuta mad-diżinn tal-prodott, bħalma huma l-ġarr mill-kurrenti, it-telf ta' qbid, waqgħa mill-għoli, il-qbid jew it-taħbil fuq l-ilma jew taħt wiċċ l-ilma, it-telf għall-għarrieda tal-abilità li jżommu f'wiċċ l-ilma, il-qlib, kesħa f'daqqa, kif ukoll ir-riskji inerenti fl-użu tagħhom, bħal ħabta u impatt, kif ukoll ir-riskji marbuta mar-riħ, il-kurrenti u l-marea.

(7)

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) adotta sensiela ta' standards Ewropej (EN 15649 il-partijiet 1-7) għal oġġetti ta' rikreazzjoni li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu fuq jew fl-ilma b'reazzjoni għall-mandat tal-Kummissjoni; Fit-18 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/390/UE (3) li tiddikjara li l-istandards Ewropej EN 15649 (il-partijiet 1-7) għal oġġetti ta' rikreazzjoni li jżommu f'wiċċ l-ilma jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali ta' sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE għar-riskji li jkopru, u ppubblikat ir-referenzi tagħhom fil-parti C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

Minn dakinhar is-CEN irrevediet l-istandards Ewropej li ġejjin għal oġġetti ta' rikreazzjoni li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-użu fuq jew fl-ilma: EN 15649-1:2009+A2:2013 u EN 15649-6:2009+A1:2013.

(9)

L-istandards Ewropej EN 15649-1:2009+A2:2013 u EN 15649-6:2009+A1:2013 jissodisfaw il-mandat M/372 u jikkonformaw mar-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenzi tagħhom għaldaqstant għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont id-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istandards Ewropej li ġejjin jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali ta' sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE għar-riskji li jkopru:

(a)

EN 15649-1:2009+A2:2013 “Floating leisure articles for use on and in the water — Part 1: Classification, materials, general requirements and test methods”,

(b)

EN 15649-6:2009+A1:2013 “Floating leisure articles for use on and in the water — Part 6: Additional specific safety requirements and test methods for Class D devices”.

Artikolu 2

Ir-referenzi tal-istandards EN 15649-1:2009+A2:2013 u EN 15649-6:2009+A1:2013 għandhom jiġu ppubblikati fil-parti C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 104, 23.4.2005, p. 39.

(3)  ĠU L 196, 19.7.2013, p. 22.


14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/47


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta' April 2014

dwar l-istabbiliment ta' Bord Amministrattiv ta' Rieżami u r-Regoli Operattivi tiegħu

(BĊE/2014/16)

(2014/360/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bord Amministrattiv ta' Rieżami jwettaq rieżami amministrattiv intern tad-deċiżjonijiet meħudin mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fl-eżerċizzju tal-poteri kkonferiti fuqu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 wara talba għal rieżami mibgħuta skont l-Artikolu 24(5).

(2)

Bis-saħħa tal-Artikolu 24(10) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE ser jadotta r-Regoli Operattivi tal-Bord Amministrattiv ta' Rieżami, li ser jiġu ppubblikati.

(3)

Bis-saħħa tal-Artikolu 24(11) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, it-twaqqif tal-Bord Amministrattiv ta' Rieżami huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt li jiġu istitwiti proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont it-Trattati.

(4)

Rieżami mill-Bord Amministrattiv ta' Rieżami huwa rieżami fakoltattiv għal persuni li jiġu indirizzati b'deċiżjoni tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, jew li għalihom deċiżjoni bħal dik tkun tikkonċernahom direttament u individwalment, qabel ma jinġiebu proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIZJONI:

KAPITOLU PRELIMINARI

Artikolu 1

Natura supplimentari

Dan ir-Regolament għandu jissupplimenta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew. It-termini użati f'din id-Deċiżjoni għandu jkollhom l-istess tifsira bħat-termini ddefiniti fir-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew.

KAPITOLU I

IL-BORD AMMINISTRATTIV TA' RIEŻAMI

Artikolu 2

Stabbiliment

Il-Bord Amminsitrattiv ta' Rieżami (minn hawn 'il quddiem il-“Bord Amministrattiv”) qed jiġi b'dan stabbilit.

Artikolu 3

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jkun kompost minn ħames membri li għandhom jinbiddlu b'żewġ supplenti skont kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

2.   Il-membri tal-Bord Amministrattiv u ż-żewġ supplenti għandhom ikunu individwi ta' reputazzjoni għolja li huma ċittadini ta' Stat Membri u għandhom rekord ippruvat ta' għarfien rilevanti u esperjenza professjonali, inkluża esperjenza superviżorja, ta' livell għoli biżżejjed fl-oqsma bankarji jew servizzi finanzjarji oħrajn. Ma jistgħux ikunu membri tal-persunal kurrenti tal-BĊE, tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew ta' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra nazzjonali jew tal-Unjoni li huma involuti fil-kompiti mwettqin mill-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

3.   Iż-żewġ supplenti għandhom temporanjament jieħdu post il-membri tal-Bord Amministrattiv f'każ ta' inkapaċità temporanja, mewt, riżenja jew tneħħija mill-kariga jew jekk, fil-kuntest ta' talba partikolari għal rieżami, hemm raġunijiet ġustifikati għal tħassib serju dwar l-eżistenza ta' kunflitt ta' interess. Jinqala' kunflitt ta' interess meta membru tal-Bord Amministrattiv ikollu interess privat jew personali li jista' jinfluwenza, jew jidher li jinfluwenza, it-twettiq imparzjali u oġġettiv ta' dmirijiethom.

Artikolu 4

Ħatra

1.   Il-membri tal-Bord Amministrattiv u ż-żewġ supplenti għandhom jinħatru mill-Kunsill Governattiv sabiex jiġi żgurat, safejn huwa possibbli, bilanċ ġeografiku u ta' bejn is-sessi xieraq fl-Istati Membri kollha.

2.   Wara sejħa pubblika għal espressjonijiet ta' interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Bord Eżekuttiv, wara li jisma' lill-Bord Superviżorju, għandu jissottometti nomini għall-membri tal-Bord Amministrattiv u ż-żewġ supplenti lill-Kunsill Governattiv sa mhux iktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li fiha għandha tiġi adottata d-deċiżjoni dwar il-ħatra.

3.   Il-mandat tal-membri tal-Bord Amministratti u taż-żewġ supplenti għandu jkun ta' ħames snin, li jiġġedded darba.

4.   Il-membri tal-Bord Amministrattiv ta' Rieżami u ż-żewġ supplenti għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku. Huma m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda struzzjoni u għandhom jagħmlu dikjarazzjoni pubblika tal-impenji u dikjarazzjoni pubblika tal-interessi li tindika kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies bħala ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom jew għan-nuqqas ta' kwalunkwe interess bħal dan.

5.   It-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħatra tal-membri tal-Bord Amministrattiv u ż-żewġ supplenti għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill Governattiv.

Artikolu 5

President u Viċi President

1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jinnomina lill-President u lill-Viċi President tiegħu.

2.   Il-President għandu jiżgura l-funzjonament tal-Bord Amministattiv, l-eżami effiċjenti ta' rieżamijiet u l-konformità mar-Regoli Operattivi.

3.   Il-Viċi President għandu jassisti lill-President fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u għandu jieħu postu meta tal-aħħar ikun prekluż milli jaġixxi jew fuq talba tal-President, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Bord Amministrattiv.

Artikolu 6

Segretarju tal-Bord Amministrattiv

1.   Is-Segretarju tal-Bord Superviżorju għandu jaġixxi bħala Segretarju tal-Bord Amministratti (minn hawn 'il quddiem is-“Segretarju”).

2.   Is-Segretarju għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni ta' eżami effiċjenti ta' rieżamijiet, għall-organizzazzjoni tal-laqgħat qabel is-seduti u tas-seduti, l-abbozzar tal-minuti rispettivi, iż-żamma ta' reġistru ta' rieżamijiet kif ukoll l-għoti ta' assistenza oħra fir-rigward tar-rieżamijiet.

3.   Il-BĊE għandu jipprovdi lill-Bord Amministrattiv b'appoġġ xieraq inkluż kompetenza legali għall-assistenza fil-valutazzjoni tal-eżerċizzju tal-poteri tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

KAPITOLU II

TALBA GĦAL RIEŻAMI

Artikolu 7

Avviż ta' rieżami

1.   Kull persuna naturali jew legali indirizzata b'deċiżjoni tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, jew li lilha dik id-deċiżjoni tikkonċernaha direttament jew individwalment, li tixtieq titlob rieżami amministrattiv intern (minn hawn 'il quddiem l-“applikant”) għandha tagħmel hekk billi tippreżenta avviż bil-miktub ta' rieżami lis-Segretarju, fejn tiġi identifikata d-deċiżjoni kkontestata. L-avviż ta' rieżami għandu jintbagħat f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

2.   Is-Segretarju għandu jikkonferma mingħajr dewmien l-irċevuta tal-avviż ta' rieżami lill-applikant.

3.   L-avviż ta' rieżami għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahar min-notifika tad-deċiżjoni lill-applikant jew, fin-nuqqas ta' din in-notifika, mill-jum meta jkun sar jaf biha l-applikant.

4.   Id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annessa mal-avviż ta' reviżjoni, li għandu: (a) isemmi l-motivi li fuqhom huwa bbażat; (b) jekk applikazzjoni ssir biex ir-rieżami jkollu effett sospensiv, isemmi l-motivi ta' tali applikazzjoni; (c) ikollu mehmuż miegħu kopji ta' kwalunkwe dokument li fuqu l-applikant fiħsiebu jistrieħ; u (d) jekk l-avviż ta' rieżami jaqbeż l-10 paġni, jnkludi sunt tal-partiti (a) sa (c).

5.   L-avviż ta' rieżami għandu jindika b'mod ċar id-dettalji kollha għal kuntatt tal-applikant sabiex is-Segretarju jkun jista' jibgħat komunikazzjonijiet lill-applikant jew lir-rappreżentant tiegħu skont il-każ. Is-Segretarju għandu jibgħat konferma tal-irċevuta lill-applikant fejn jgħid jekk l-avviż ta' rieżami huwiex komplet.

6.   L-applikant jista' fi kwalunkwe ħin jirtira avviż ta' rieżami billi jagħti avviż ta' rtirar lis-Segretarju.

7.   Meta jiġi ppreżentat lis-Segretarju, l-avviż ta' reżami, flimkien mad-dokumenti mehmużin, għandhom jiġu trażmessi internament mingħajr dewmien biex il-BĊE ikun jista' jiġi rrappreżentat fil-proċeduri.

Artikolu 8

Rapporteur

Meta jirċievi avviż ta' rieżami, il-President għandu jaħtar rapporteur għar-rieżami mill-membri tal-Bord Amministrattiv, inkluż il-President. Meta jaħtar lir-rapporteur, il-President għandu jikkunsidra l-kompetenza teknika speċifika ta' kull membru tal-Bord Amministrattiv.

Artikolu 9

Effett sospensiv

1.   Is-sottomissjoni tal-avviż ta' rieżami m'għandux ikollu effett sospensiv fuq l-applikazzjoni tad-deċżjoni kkontestata, bla ħsara għall-paragrafu 2.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Kunsill Governattiv, fuq proposta tal-Bord Amministrattiv, jista' jiddeċiedi li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sakemm it-talba għar-rieżami tkun ammissibbli u mhux infondata b'mod ovvju u jikkunsidra li l-applikazzjoni immedjata tad-deċiżjoni kkontestata tista' tikkawża ħsara irreparabbli. Il-Kunsill Governattiv għandu jieħu dik id-deċiżjoni biex jissospendi l-applikazzjoni tad-deċżjoni kkontestata wara li jkun semal-opinjoni tal-Bord Superviżorju kif jixraq.

3.   Il-proċeduri previsti f'dawn ir-Regoli Operattivi, inklużi dawk stabbiliti fl-Artikoli 12 u 14 fir-rigward ta' direzzjonijiet u seduti, għandhom japplikaw kif ikun meħtieġ għad-determinazzjoni ta' kwalunkwe kwistjoni ta' sospensjoni.

KAPITOLU III

RIEŻAMI

Artikolu 10

Ambitu tar-rieżami tal-Bord Amministrattiv

1.   Skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-ambitu tar-rieżami amministrattiv intern għandu jkopri l-konformità sostantiva u proċedurali tad-deċiżjoni rilevanti mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

2.   Ir-rieżami tal-Bord Amministrattiv għandu jkun limitat għal eżami tal-motivi li l-applikant jistrieħ fuqhom kif stabbilit fl-avviż ta' rieżami.

Artikolu 11

Ammissibbiltà tat-talba għal rieżami

1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jiddetermina jekk u sa fejn t-talba għal rieżami hija ammissibbli qabel ma jiġi eżaminat jekk hijiex legalment fondata. Jekk il-Bord Amministrattiv iqis it-talba għal reviżjoni inammissibbli għal kollox jew parzjalment, din il-valutazzjoni għandha tiġi rreġistrata fl-opinjoni tal-Bord Amminsitrattiv bis-saħħa tal-Artikolu 17.

2.   M'għandux ikun ammissibbli avviż ta' rieżami ppreżentat fir-rigward ta' deċiżjoni ġdida tal-Kunsill Governattiv kif imsemmi fl-Artikolu 24(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

Artikolu 12

Struzzjonijiet

Il-President, f'isem il-Bord Amministrattiv, jista' jagħti struzzjonijet għat-twettiq effiċjenti tar-rieżami, inklużi direzzjonijiet għall-produzzjoni ta' dokumenti jew għall-għoti ta' informazzjoni. Is-Segretarju għandu jibgħat dawk l-istruzzjonijiet lill-partijiet rilevanti. Il-President jista' jikkonsulta mal-membri l-oħrajn għal dawn il-finijiet.

Artikolu 13

Nuqqas ta' konformità

1.   Meta l-applikant ikun, mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli, naqas milli jikkonforma ma' struzzjoni tal-Bord Amministrattiv jew dispożizzjoni ta' dawn ir-Regoli Operattivi, il-Bord Amministrattiv jista' jordnalu jħallas kull kost tal-proċeduri li jirriżulta mid-dewmien.

2.   Qabel ma joħroġ ordni skont il-paragrafu 1, il-Bord Amministrattiv għandu javża lill-applikant sabiex jagħtih l-opportunità li jagħmel sottomissjonijiet kontra l-ħruġ ta' ordni bħal dik.

Artikolu 14

Seduta

1.   Il-Bord Amministrattiv jista' jitlob li jkun hemm seduta orali meta jikkunsidra li dan huwa meħtieġ għall-valutazzjoni ġusta tar-rieżami. Kemm l-applikant kif ukoll il-BĊE għandhom jintalbu jagħmlu sottomissjonijiet orali f'dik is-seduta.

2.   Il-President għandu jagħti struzzjonijiet dwar l-ordni, il-forma u d-data tas-seduta.

3.   Is-seduta għandha ssir fil-bini tal-BĊE. Is-Segretarju għandu jkun presenti. Is-seduta m'għandhiex tkun miftuħa għal terzi.

4.   F'każijiet eċċezzjonali, il-President jista' jaġġorna s-seduta fuq l-applikazzjoni tal-applikant jew tal-BĊE, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess.

5.   Meta l-parti tkun ġiet innotifikata b'seduta orali u ma tidhirx, il-Bord Amministrattiv jista' jipproċedi fin-nuqqas tagħhom.

Artikolu 15

Evidenza

1.   L-applikant jista' jitlob il-permess tal-Bord Amministrattiv biex iressaq, fil-forma ta' stqarrija bil-miktub, xhieda jew evidenza ta' espert.

2.   L-applikant jista' jitlob il-permess tal-Bord Amministrattiv biex isejjaħ xhud jew espert li jkun ta stqarrija bil-miktub biex jagħti xhieda orali matul is-seduta. Barra minn dan il-BĊE jista' jitlob lill-Bord Amministrattiv permess biex isejjaħ xhud jew espert biex jagħti xhieda oralment waqt is-seduta.

3.   Il-permess jingħata biss jekk il-Bord Amministrattiv jikkonsidra li huwa meħtieġ għad-determinazzjoni ġusta tar-rieżami.

4.   Xhieda jew esperti għandhom jiġu eżaminati mill-Bord Amministrattiv. Din l-evidenza għandha tinġieb fiż-żmien permess. L-applikant għandu jkollu d-dritt li jagħmel kontroeżami ta' xhieda jew esperti msejħin mill-BĊE meta dan ikun meħtieġ għad-determinazzjoni ġusta tar-rieżami.

KAPITOLU IV

PROĊESS TAT-TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET

Artikolu 16

Opinjoni fuq ir-rieżami

1.   Il-Bord Amministrattiv għandu, f'perijodu ta' żmien xieraq għall-urġenza tal-kwistjoni u mhux iktar tard minn xahrejn mid-data li jiġi rċevut l-avviż ta' rieżami, jadotta opinjoni dwar ir-rieżami.

2.   L-opinjoni għandha tipproponi jekk id-deċiżjoni inizjali għandhiex tiġi mħassra, mibdula b'deċiżjoni b'kontenut identiku jew mibdula b'waħda emendata. F'dan l-aħħar każ, l-opinjoni għandu jkollha proposti għall-emendi meħtieġa.

3.   L-opinjoni għandha tiġi adottata b'maġġoranza ta' mill-inqas tliet membri tal-Bord Amministrattiv.

4.   L-opinjoni għandha tkun bil-miktub u jkollha fiha raġunijiet, u għandha tintbagħat lill-Bord Superviżorju mingħajr dewmien.

5.   L-opinjoni m'għandhiex tkun vinkolanti fuq il-Bord Sueprviżorju jew il-Kunsill Governattiv.

Artikolu 17

Tħejjija ta' abbozz ta' deċiżjoni ġdid

1.   Il-Bord Superviżorju għandu jivvaluta l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv u jipproponi abbozz ta' deċiżjoni ġdid lill-Kunsill Governattiv. Il-valutazzjoni tal-Bord Superviżorju m'għandhiex tkun limitata għall-eżami tal-motivi li jistrieħ fuqhom l-applikant kif jidher fl-avviż tar-rieżami, imma jista' jieħu inkunsiderazzjoni wkoll elementi oħrajn fil-proposta tiegħu għal abbozz ta' deċiżjoni ġdid.

2.   L-abbozz tad-deċiżjoni ġdid tal-Bord Superviżorju li jieħu post id-deċiżjoni inizjali b'deċiżjoni ta' kontenut identiku għandu jintbagħat lill-Kunsill Governattiv f'10 ijiem tax-xogħol minn meta tiġi rċevuta l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv. Abbozz ta' deċiżjoni ġdid mill-Bord Supeviżorju li jħassar jew jemenda d-deċiżjoni inizjali għandu jintbagħat lill-Kunsill Governattiv f'20 jum tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv

Artikolu 18

Notifika

L-opinjoni tal-Bord Amministrattiv, l-abbozz ta' deċiżjoni ġdid mibgħut mill-Bord Superviżorju u d-deċiżjoni ġdida adottata mill-Kunsill Governattiv għandhom jiġu nnotifikati lill-partijiet mis-Segretarju tal-Kunsill Governattiv inkluż ir-raġunament rilevanti.

KAPITOLU V

RIMEDJI ĠUDIZZJARJI

Artikolu 19

Rimedju fil-Qorti tal-Ġustizzja

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dritt li jitressqu proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont it-Trattati.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 20

Aċċess għall-fajls

1.   Id-drittijiet tad-difiża tal-applikant għandhom jiġu rrispettati għal kollox. Għal dan l-iskop, u wara li l-applikant ikun ippreżenta avviż ta' rieżami bil-miktub, l-applikant għandu jkun intitolat li jkollu aċċess għall-fajl tal-BĊE, bla ħsara għall-interess leġittimu ta' persuni ġuridiċi u naturali għajr għall-applikant, fil-protezzjoni tas-sigriet tan-negozju tagħhom.

2.   Il-fajls jikkonsistu mid-dokumenti kollha miksubin, prodotti jew miġburin mill-BĊE matul il-proċedura superviżorja tal-BĊE, irrispettivament mill-mezz ta' ħażna.

3.   Id-dritt ta' aċċess għall-fajl m'għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali.

4.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, informazzjoni kunfidenzjali tista' tinkludi dokumenti interni tal-BĊE jew ta' awtorità nazzjonali kompetenti u korrispondenza bejn il-BĊE u awtorità nazzjonali kompetenti jew bejn awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

5.   Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jipprevjeni lill-BĊE milli jiżvela u juża informazzjoni meħtieġa biex jiġi ppruvat ksur.

6.   Il-BĊE jista' jiddetermina li l-aċċess għall-fajl għandu jingħata f'wieħed jew iktar mill-modi li ġejjin, wara li jitqiesu l-kapaċitajiet tekniċi tal-partijiet: (a) permezz ta' CD-ROM(s) jew kwalunkwe apparat elettroniku għal ħażna ta' dejta inkluża kwalunkwe xorta li tista' tkun disponibbli fil-futur; (b) permezz ta' kopji tal-fajl aċċessibbli fil-forma ta' karta li tintbagħtilhom bil-posta; (c) billi jistidinhom jeżaminaw il-fajl aċċessibbli fl-uffiċċji tal-BĊE.

Artikolu 21

Ordnijiet ta' kosti

1.   Il-kosti tar-rieżami għandhom jinkludu l-ispejjeż raġonevoli magħmulin għar-rieżami.

2.   Wara n-notifika tad-deċiżjoni l-ġdida mill-Kunsill Governattiv jew wara li l-applikant ikun irtira l-avviż ta' rieżami, il-Bord Superviżorju għandu jipproponi l-proporzjon tal-kosti li għandu jħallas l-applikant. L-applikant għandu jkun intitolat li jagħmel sottomissjonijiet f'dan ir-rigward.

3.   Kull kost sproporzjonat magħmul mill-applikant meta jissottometti xhieda bil-miktub jew orali u fir-rigward ta' rappreżentanza legali għandu jħallsu l-applikant.

4.   L-applikant m'għandu jħallas l-ebda kost f'każijiet fejn il-Kunsill Governattiv iħassar jew jemenda d-deċiżjoni inizjali bħala konsegwenza tal-avviż ta' rieżami. Dan m'għandux jgħodd għall-kosti sproporzjonati magħmulin mill-applikant meta jissottometti xhieda bil-miktub jew orali u fir-rigward ta' rappreżentanza legali li għandu jħallashom l-applikant.

5.   Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi fuq it-tqassim tal-kosti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 g.2 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew.

6.   Jekk jiġu ordnati, il-kosti għandhom jitħallsu fi żmien 20 jum tax-xogħol.

Artikolu 22

Kunfidenzjalità u segretezza professjonali

1.   Il-membri tal-Bord Amministrattiv u s-supplenti għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stabbilti fl-Artikolu 37 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anki meta d-dmirijiet tagħhom ikunu spiċċaw.

2.   Il-proċedimenti tal-Bord Amministrattiv għandhom ikunu kunfidenzjali sakemm il-Kunsill Governattiv ma jawtorizzax lill-President tal-BĊE biex jippubblika l-eżitu ta' dawn il-proċedimenti.

3.   Dokumenti abbozzati jew miżmuma mill-Bord Amministrattiv għandhom ikunu dokumenti tal-BĊE u għalhekk għandhom jiġu kklassifikati u ttrattati skont l-Artikolu 23.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (2).

Artikolu 23

Regoli supplimentari

1.   Il-Bord Amministrattiv jista' jadotta regoli supplimentari biex jirregola l-proċedimenti u l-attivitajiet tiegħu

2.   Il-Bord Amministrattiv jista' joħroġ formuli u gwidi.

3.   Regoli supplimentari, formuli u gwidi adottati mill-Bord Amministrattiv għandhom jiġu rrapportati lill-Bord Superviżorju u ppubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta' April 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.