ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 160

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
29 ta' Mejju 2014

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil

1

2014/305/UE

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa ( 1 )

2

2014/306/UE

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles

4

REGOLAMENTI

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 577/2014 tas-27 ta' Mejju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

7

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 578/2014 tat-28 ta' Mejju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

11

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2014 tat-28 ta' Mejju 2014 li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar ( 1 )

14

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 580/2014 tat-28 ta' Mejju 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Lonzo de Corse/Lonzo de Corse — Lonzu (DPO)]

21

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2014 tat-28 ta' Mejju 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jambon sec de Corse/Jambon sec de Corse — Prisuttu (DPO)]

23

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2014 tat-28 ta' Mejju 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Coppa de Corse/Coppa de Corse — Coppa di Corsica (DPO))

25

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2014 tat-28 ta’ Mejju 2014 li jemenda għall-214-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

27

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2014 tat-28 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

29

DEĊIŻJONIJIET

2014/307/UE

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

31

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/308/PESK tat-28 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

33

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK tat-28 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

37

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/1

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil

L-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2014, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 13(2) tal-Arranġament intemmet fid-19 ta' Mejju 2014.

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Lulju 2013

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/305/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa (“il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim ġie ffirmat fl-20 ta' Diċembru 2012 suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard.

(3)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fil-punt 13.2 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-punt 7 tal-Ftehim.

Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill, għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim u fir-rigward tal-adozzjoni tal-Annessi tal-Ftehim u l-emendi ta' dawn l-Annessi.

2.   Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe azzjoni xierqa taħt il-punti 5, 6, 8, 9, 10 u 11 tal-Ftehim.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS

(1)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 16, 19.1.2013, p. 2, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Mejju 2014

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles

(2014/306/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill approva l-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (1) (il-“Ftehim”) permezz tar-Regolament (KE) Nru 1562/2006 (2).

(2)

L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ġew stabbiliti fi Protokoll (3). Il-Protokoll l-aktar reċenti jiskadi fis-17 ta' Jannar 2014.

(3)

L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika tas-Seychelles, f'isem l-Unjoni, Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim (il-“Protokoll il-ġdid”).

(4)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/5/UE (4), il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat u huwa applikat provviżorjament mit-18 ta' Jannar 2014.

(5)

Il-Ftehim stabbilixxa Kumitat Konġunt li huwa responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Barra minn hekk, f'konformità mal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għall-Protokoll. Bl-iskop li tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta' tali modifiki, huwa kunsiljabbli li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, suġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi, li tapprovahom taħt proċedura simplifikata.

(6)

Huwa fl-interess tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim permezz ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja u jiddefinixxi l-kondizzjonijiet għall-promozzjoni tas-sajd responsabbli u s-sostenibbiltà ta' stokkijiet fiż-żoni tas-sajd fl-ilmijiet tas-Seychelles.

(7)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (il-“Protokoll”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (5).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll.

Artikolu 3

Suġġett għad-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tapprova, f'isem l-Unjoni, modifiki għall-Protokoll fil-Kumitat Konġunt.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6).

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS

(1)  ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 63.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1562/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (ĠU L 290, 20.10.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 345, 30.12.2010, p. 3.

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/5/UE tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l- applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r- Repubblika tas-Seychelles (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 1).

(5)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 4, 9.1.2014, p. 3 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.

(6)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

ANNESS

L-ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt

(1)

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Repubblika tas-Seychelles u, fejn ikun il-każ u suġġett għall-konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, taqbel mal-modifiki tal-Protokoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll;

(b)

il-modalitajiet tal-appoġġ settorjali f'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll;

(c)

ir-reviżjoni tar-regoli tekniċi dwar is-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS, Vessel Monitoring System) f'konformità mal-punt 9 tal-Appendiċi 8 għall-Protokoll u dispożizzjonijiet tekniċi simili f'konformità mal-Artikolu 5(3) tal-Protokoll.

(2)

Fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim, l-Unjoni għandha:

(a)

taġixxi f'konformità mal-objettivi li għandha l-Unjoni fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(b)

tkun konformi mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2012 dwar Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-Dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(c)

tippromwovi pożizzjonijiet li huma konsistenti mar-regoli rilevanti adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd.

(3)

Fejn tkun meħtieġa l-adozzjoni ta' deċiżjoni dwar xi modifika għall-Protokoll imsemmija fil-paragrafu 1 waqt Laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni tieħu kont tal-informazzjoni l-aktar reċenti dwar l-istatistika, dik bijoloġika u informazzjoni rilevanti oħra mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea.

Għal dan il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, għandu jintbagħat mis-servizzi tal-Kummissjoni dokument preparatorju li jistabbilixxi d-dettalji tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni, fi żmien suffiċjenti qabel il-Laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għal kunsiderazzjoni u approvazzjoni.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tirrikjedi maġġoranza kwalifikata ta' voti. Fil-każijiet l-oħra, għandu jitqies li jkun intlaħaq qbil dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni li tkun prevista fid-dokument preparatorju, sakemm numru ta' Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka ma joġġezzjonax waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien għoxrin jum mir-riċezzjoni tad-dokument preparatorju, skont liema jiġri l-ewwel. Fil-każ ta' tali oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Kunsill.

Jekk, matul laqgħat ulterjuri, inklużi dawk fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tieħu kont ta' elementi ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-passi meħtieġa, fi żmien debitu, bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inklużi, fejn ikun il-każ, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.

REGOLAMENTI

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/7

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 577/2014

tas-27 ta' Mejju 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

L-informazzjoni għal sbatax-il persuna u żewġ entitajiet inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fir-Regolament (UE) Nru 269/2014/PESK għandha tiġi emendata.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għaldaqstant jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS

(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

ANNESS

L-entrati għall-persuni u l-entiajiet li ġejjin stipulati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt.

Persuni:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

Vladimir Andreevich Konstantinov

(Владимир Андреевич Константинов)

d.t.t. 19.11.1956

Vladimirovca, Distrett ta' Slobozia, ir-Repubblika tal-Moldova

Bħala spiker tal- Verkhovna Rada tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fit-teħid ta' deċiżjonijiet minn Verkhovna Rada tal-Krimea li jikkonċernaw ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina u talab lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea.

17.3.2014

Pyotr Anatolyevich Zima

(Пётр Анатольевич Зима)

d.t.t. 29.3.1965

Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Siġurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi ta' data lis-Servizz ta' Intelligence Russa (SVR). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukraina jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea.

Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz tas-Sigurtà indipendenti ġiet proklamata mill-eks uffiċjali tal-SBU tal-Krimea.

17.3.2014

Yuriy Gennadyevich Zherebtsov

(Юрий Геннадьевич Жеребцов)

d.t.t. 19.11.1965

Kunsillier tal-iSpeaker tal-Verkhovna Rada tal-Krimea, wieħed minn dawk li mexxew l-organizzazzjoni tar-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina.

17.3.2014

Anatoliy Alekseevich Sidorov

(Анатолий Алексеевич Сидоров)

d.t.t. 2.7.1958

Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed timmina s-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn “referendum” u l-inkorporazzjoni fir-Russja.

17.3.2014

Aleksandr Viktorovich Galkin

(Александр Викторович Галкин)

d.t.t. 22.3.1958

Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”). Il-forzi tal-SMD huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed timmina s-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja.

Il-flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett ta' Galkin: il-parti l-kbira tal-moviment ta' forza fil-Krimea oriġinat mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

17.3.2014

Mikhail Grigoryevich Malyshev

(Александр Викторович Галкин)

d.t.t. 10.10.1955

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea.

Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- “referendum”.

21.3.2014

Valery Kirillovich Medvedev

(Михаил Григорьевич Малышев)

d.t.t. 21.8.1946

Ir-Russja

Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- “referendum”.

21.3.2014

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich Turchenyuk

(Валерий Кириллович Медведев)

d.t.t. 5.12.1959

Kirghizia/Osh

Kmandant de facto tat-truppi Russi stazzjonati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”).

21.3.2014

Elena Borisovna Mizulina

(Елена Борисовна Мизулина)

d.t.t. 9.12.1954

Buly, Kostroma Oblast

Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

21.3.2014

Valeriy Dmitrievich Bolotov

(Валерий Дмитриевич Болотов)

d.t.t. 13.2.1970

Stachanov, Lugansk Oblast, Ukrainian SSR

Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali.

29.4.2014

Andriy Yevgenevich Purgin

(Андрей Евгеньевич Пургин)

d.t.t. 26.1.1972

Kap tar-“Repubblika ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbas għall-Unjoni Ewro-Asjatika”.

29.4.2014

Sergey Gennadevich Tsyplakov

(Сергей Геннадьевич Цыплаков)

d.t.t. 1.5.1983

Donetsk, SSR tal-Ukraina

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

29.4.2014

Igor Vsevolodovich Girkin a.k.a. Igor Strelkov

(Игорь Всеволодович Гиркин)

d.t.t. 17.12.1970

nru. tal-passaport 4506460961

Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim Ministru tal-Krimea.

29.4.2014

Viacheslav Ponomariov

Vyacheslav Vladimirovich Ponomariov

(Вячеслав Владимирович Пономарёв)

d.t.t. 2.5.1965

Sloviansk

Sindku awtodikjarat ta' Slaviansk. Ponomarev appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomarev huwa involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu l-ġurnalisti Ukraini Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati. Huma żammew maqbuda l-osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE).

12.5.2014

Igor Mykolaiovych Bezler

Igor Nikolaevich Bezler,

(Игорь Николаевич Безлер)

d.t.t. 30.12.1965

Simferopol

Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukraina għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni fir-raħal ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Igor Girkin li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU.

12.5.2014

Oleg Tsariov

Oleg Anatolevich Tsariov

(Олег Анатолійович Царьов)

(Олег Анатольевич Царёв)

d.t.t. 2.6.1970

Dnipropetrovsk

Membru tar-Rada. Appella pubblikament għall-ħolqien tar-Repubblika Federali tan-Novorossia, magħmula mir-reġjuni Ukraini tax-Xlokk.

12.5.2014

Roman Lyagin

(Роман Лягин)

d.t.t. 30.5.1980

Donetsk

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.5.2014

Entitajiet:

PJSC Chernomorneftegaz

magħruf bħala Chornomornaftogaz

Prospekt Kirova/per. Sovarkomovskji 52/1 Simferopol, Krimea

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014

Feodosia

magħruf bħala Feodossyskoje Predprijatije po Obespetscheniju nefteproduktami

98107, Krimea, Feodosiya, Geologicheskaya str.2

Kumpanija li tipprovdi servizzi ta' trasbord għall-prodotti taż-żejt mhux raffinat u taż-żejt

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/11

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 578/2014

tat-28 ta' Mejju 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012

(2)

Żewġ persuni u entità waħda ma għandhomx jibqgħu jinżammu fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

L-informazzjoni marbuta ma' ċerti persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata.

(4)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS

(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

ANNESS

I.

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif ukoll l-entrati relatati, huma b'dan imneħħija mil-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

A.   Persuni

Nru 14. Asif Shawkat

Nru 178. Sulieman Maarouf

B.   Entitajiet

Nru 45. Syrian International Islamic Bank.

II.

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif stipulat fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin.

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

71.

Bushra (

Image

) Al-Assad (

Image

) (magħrufa wkoll bħala Bushra Shawkat)

Data tat-twelid: 24.10.1960.

Oħt Bashar Al-Assad u armla ta' Asif Shawkat, Viċi Kap tal-Persunal għas-Sigurtà u t-Tkixxif. Minħabba r-relazzjoni personali mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan Bashar Al-Assad, hija tibbenefika mir-reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu.

23.3.2012

108.

Dr. Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Al-Jleilati (

Image

)

Twieled: 1945;

Post tat-twelid: Damasku

Ex-Ministru tal-Finanzi. Bħala ex-Ministru tal-Gvern jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.12.2011

152.

Dr. Qadri (

Image

) (magħruf ukoll bħala Kadri) Jamil (

Image

) (magħruf ukoll bħala Jameel)

Ex-Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' Persuni li qed Jgħixu Barra minn Pajjiżhom. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

156.

Eng. Hala (

Image

) Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed)Al Nasser (

Image

)

Ex-Ministru tat-Turiżmu. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

158.

Eng. Subhi (

Image

) Ahmad (

Image

) Al Abdallah (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Abdullah)

Ex-Ministru tal-Agrikoltura u r-Riforma Agrarja. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

159.

Dr. Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Muhammad, Mohamed, Mohammed) Yahiya (

Image

) (magħruf ukoll bħala Yehya, Yahya, Yihya, Yihia, Yahia) Moalla (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mu'la, Ma'la, Muala, Maala, Mala)

Ex-Ministru tal-Edukazzjoni Għolja. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

161.

Dr. Mohamad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Muhammad, Mohamed, Mohammed, Mohammad) Zafer (

Image

) (magħruf ukoll bħala Dhafer) Mohabak (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohabbak, Muhabak, Muhabbak)

Ex-Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

163.

Dr. Safwan (

Image

) Al Assaf (

Image

)

Ex-Ministru tad-Djar u l-Iżvilupp Urban. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

164.

Eng. Yasser (

Image

) (magħruf ukoll bħala Yaser) Al Siba'ii (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Sibai, Al-Siba'i, Al Sibaei)

Ex-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

165.

Eng Sa'iid (

Image

) (magħruf ukoll bħala Sa'id, Sa'eed, Saeed) Ma'thi (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mu'zi, Mu'dhi, Ma'dhi, Ma'zi, Maazi) Hneidi (

Image

)

Ex-Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

167.

Dr. Jassem (

Image

) (magħruf ukoll bħala Jasem) Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Zakaria (

Image

)

Twieled fl-1968

Ex-Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

169.

Dr. Adnan (

Image

) Abdo (

Image

) (magħruf ukoll bħala Abdou) Al Sikhny (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Sikhni, Al-Sekhny, Al-Sekhni)

Ex-Ministru tal-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

174.

Mohammed (

Image

) Turki (

Image

) Al Sayed (

Image

)

Ex-Ministru tal-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

175.

Najm-eddin (

Image

) (magħruf ukoll bħala Nejm-eddin, Nejm-eddeen, Najm-eddeen, Nejm-addin, Nejm-addeen, Najm-addeen, Najm-addin) Khreit (

Image

) (magħruf ukoll bħala Khrait)

Ex-Ministru tal-Istat. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/14

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 579/2014

tat-28 ta' Mejju 2014

li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jipprevedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' iġjene ġenerali għat-trasport tal-oġġetti tal-ikel stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness II ta' dak ir-Regolament. Il-punt 4 ta' dak il-Kapitolu jitlob li oġġetti tal-ikel bl-ingrossa f'likwidu, frak jew trab jinġarru f'reċipjenti u/jew kontenituri/tankers irriservati għat-trasport tal-oġġetti tal-ikel. Madankollu, dan ir-rekwiżit mhuwiex prattiku u jimponi piż oneruż bla bżonn fuq l-operaturi tal-kummerċ tal-ikel meta applikat għat-trasport f'bastimenti tal-baħar ta' żjut u xaħmijiet likwidi maħsuba għal, jew li x'aktarx jintużaw għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, id-disponibbiltà ta' bastimenti tal-baħar irriservati għat-trasport tal-oġġetti tal-ikel mhijiex biżżejjed biex isservi l-kummerċ kontinwu f'dawn iż-żjut u xaħmijiet.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE (2) tippermetti t-trasport bil-baħar ta' żjut u xaħmijiet likwidi bl-ingrossa f'tankijiet li jkunu diġà ġew użati għat-trasport tas-sustanzi elenkati fl-Anness tagħha, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa pubblika u s-sigurtà u l-utiq tal-oġġetti tal-ikel ikkonċernati.

(3)

Fid-dawl tad-diskussjoni fil-Codex Alimentarius li twassal għall-adozzjoni ta' kriterji li għandhom jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-aċċettabilità ta' tagħbijiet preċedenti għal żjut u xaħmijiet likwidi tal-ikel bl-ingrossa trasportati bil-baħar (3)u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ivvalutat il-kriterji għal tagħbijiet preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel u adottat opinjoni xjentifika dwar ir-reviżjoni tal-kriterji għal tagħbijiet preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel. (4)

(4)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA evalwat il-lista ta' sustanzi fid-dawl ta' dawk il-kriterji. L-EFSA adottat diversi opinjonijiet xjentifiċi dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi dwar l-aċċettabilità tagħhom bħala tagħbijiet preċedenti għal xaħmijiet u żjut tal-ikel. (5)  (6)  (7)  (8)

(5)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex tqis l-eżitu tal-opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA, id-Direttiva 96/3/KE għandha tiġi rrevokata u mibdula b'dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Deroga

B'deroga għall-punt 4 tal-Kapitolu IV tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, żjut u xaħmijiet likwidi li huma maħsuba għal, jew li x'aktarx jintużaw għall-konsum mill-bniedem (“żjut jew xaħmijiet”) jistgħu jiġu ttrasportati b'bastimenti tal-baħar li mhumiex irriservati għat-trasport tal-oġġetti tal-ikel suġġett għal konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kundizzjonijiet għal deroga

1.   Il-merkanzija li tinġarr qabel iż-żjut u x-xaħmijiet fl-istess tagħmir f'bastiment tal-baħar (minn hawn 'il quddiem tissejjaħ il-“merkanzija preċedenti”) għandha tikkonsisti f'sustanza jew taħlita ta' sustanzi elenkati fl-anness ta' dan ir-Regolament.

2.   It-trasport bl-ingrossa f'bastimenti tal-baħar ta' żjut u xaħmijiet likwidi li għandhom jiġu pproċessati għandhom ikunu permissibli f'tankijiet li mhumiex esklussivament riservati għat-trasport ta' oġġetti tal-ikel, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn iż-żjut u x-xaħmijiet huma ttrasportati f'tank tal-azzar inossidabbli, jew f'tank miżbugħ b'reżina epossidika jew teknikament ekwivalenti, il-merkanzija preċedenti għandha tkun:

(i)

oġġett tal-ikel; jew

(ii)

merkanzija mil-lista ta' merkanzija preċedenti aċċettabbli kif stabbilit fl-Anness;

jew

(b)

meta ż-żjut jew ix-xaħmijiet jiġu ttrasportati f'tank magħmul minn materjali għajr dawk imsemmija fil-punt (a), it-tliet merkanziji preċedenti ttrasportati fit-tank għandhom ikunu:

(i)

oġġetti tal-ikel; jew

(ii)

merkanzija mil-lista ta' merkanzija preċedenti aċċettabbli kif stabbilit fl-Anness.

3.   It-transport bl-ingrossa f'bastimenti tal-baħar ta' żjut u xaħmijiet li ma għandhomx jiġu pproċessati aktar għandhom ikunu permissibli f'tankijiet li mhumiex esklussivament irriservati għat-trasport ta' oġġetti tal-ikel, suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tank għandu jkun:

(i)

tal-azzar inossidabbli; jew

(ii)

miksi b'reżina epossidika jew teknikament ekwivalenti;

u wkoll

(b)

it-tliet merkanziji preċedenti ttrasportati fit-tank għandhom ikunu oġġetti tal-ikel.

Artikolu 3

Żamma ta' rekords

1.   Il-kaptan tal-bastiment tal-baħar li jittrasporta, f'tankijiet, żjut u xaħmijiet bl-ingrossa għandu jżomm evidenza ddokumentata preċiża marbuta mat-tliet merkanziji preċedenti ttrasportati fit-tankijiet ikkonċernati, u l-effettività tal-proċess ta' tindif applikat bejn dawk il-merkanziji.

2.   Meta l-merkanzija tkun ġiet trasbordata, minbarra l-evidenza dokumentata meħtieġa fil-paragrafu 1, il-kaptan tal-bastiment tal-baħar riċevitur, għandu jżomm evidenza dokumentata preċiża li t-trasport taż-żjut jew tax-xaħmijiet bl-ingrossa kien konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 matul it-trasbord preċedenti u tal-effettività tal-proċess tat-tindif użat bejn dawk il-merkanziji fuq il-bastiment l-ieħor.

3.   Fuq talba, il-kaptan ta' bastiment tal-baħar għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'evidenza dokumentata pprovduta fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 4

Tħassir

Id-Direttiva 96/3/KE hija imħassra.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE tas-26 ta' Jannar 1996 li tagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fir-rigward tat-trasportazzjoni ta' żjut u xaħmijiet likwidi bil-baħar (ĠU L 21, 27.1.1996, p. 42).

(3)  Il-Programm tal-Istandards tal-Ikel FAO/WHO Konġunt, Il-Kummissjoni ta' Codex Alimentarius, l-erbgħa u tletin sessjoni, iċ-Ċentru tal-Konferenzi Internazzjonali, Ġinevra, l-Isvizzera, mill-4 sad-9 ta' Lulju 2011, REP11/CAC, Para. 45-46.

(4)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reviżjoni tal-kriterji għal merkanziji preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel. L-EFSA Journal (2009) 1110, 1-21.

(5)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni ta' sustanzi bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel. L-EFSA Journal 2009; 7(11):1391.

(6)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi li bħalissa huma fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut, Parti I ta' III. L-EFSA Journal 2011; 9(12):2482.

(7)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi li bħalissa huma fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel, Parti II ta' III. L-EFSA Journal 2012; 10(5):2703.

(8)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi li bħalissa huma fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel, il-Parti III ta' III. L-EFSA Journal 2012; 10(12):2984.

ANNESS

LISTA TA' MERKANZIJA PREĊEDENTI AĊĊETTABLI

Sustanza (is-sinonimi)

Nru CAS

Aċidu aċetiku (aċidu etanojku; aċidu tal-ħall; aċidu karbossiliku tal-metan)

64-19-7

Anidride aċetiku (anidride etanojku)

108-24-7

Aċeton (dimetilketon; 2-propanon)

67-64-1

Żjut aċidi u distillati tal-aċidi grassi — minn żjut u xaħmijiet veġetali u/jew taħlitiet tagħhom u żjut u xaħmijiet tal-baħar u tal-annimali

Idrossidu tal-ammonju (idrat tal-ammonju; soluzzjoni tal-ammonja; ammonja milwiema)

1336-21-6

Polifosfat tal-ammonju

68333-79-9 u 10124-31-9

Żjut u xaħmijiet tal-annimali, tal-baħar u veġetali skont l-MEP.2/Circ. tal-IMO.

Alkoħol benżiliku (gradi farmaċewtiċi u ta' reaġenti biss)

100-51-6

Aċetat ta' n-butil

123-86-4

Aċetat ta' sek-butil

105-46-4

Aċetat ta' terz-butil

540-88-5

Soluzzjoni tan-nitrat tal-ammonju

Soluzzjoni tan-nitrat tal-kalċju (CN-9) u l-melħ doppju tagħhom NH4 NO3 .5Ca(NO3 )2.10H2 O, li jissejjaħ “aċidu nitriku, melħ tal-kalċju tal-ammonju”

6484-52-2

35054-52-5

Soluzzjoni tal-klorur tal-kalċju

10043-52-4

Ċikloeżan (eżametilen; eżanaften; eżaidrobenżen)

110-82-7

Żejt tal-fażola tas-sojja epossidizzat (b'minimu ta' 7 % — massimu ta' 8 % ta' kontenut tal-ossiġenu ossiran

8013-07-8

Etanol (alkoħol etiliku)

64-17-5

Aċetat etiliku (etere aċetiku; ester aċetiku; nafta tal-ħall)

141-78-6

2-etileżanol (2-etileżil alkoħol)

104-76-7

Aċidi grassi

Aċidu arakidiku (aċidu ikosanojku)

506-30-9

Aċidu beħeniku (aċidu dokosanojku)

112-85-6

Aċidu butiriku (aċidu n-butiriku; aċidu butanojku; aċidu aċetiku etiliku; aċidu formiku propiliku)

107-92-6

Aċidu kapriku (acidu n-dekanojku)

334-48-5

Aċidu kaprojku (aċidu n-eżanojku)

142-62-1

Aċidu kapriliku (aċidu n-ottanojku)

124-07-2

Aċidu erukiku (aċidu cis-13-dokosenojku)

112-86-7

Aċidu ettojku (aċidu n-ettanojku)

111-14-8

Aċidu lawriku (aċidu n-dodekanojku)

143-07-7

Aċidu lawrolejku (aċidu dedeċenojku)

4998-71-4

Aċidu linolejku (aċidu 9,12-ottadekadienojku)

60-33-3

Aċidu linoleniku (aċidu 9,12, 15-ottadekatrienojku)

463-40-1

Aċidu miristiku (aċidu n-tetradekanojku)

544-63-8

Aċidu miristolejku (aċidu n-tetradeċenojku)

544-64-9

Aċidu olejku (aċidu n-ottadeċenojku)

112-80-1

Aċidu palmitiku (aċidu n-eżadekanojku)

57-10-3

Aċidu palmitolejku (aċidu cis-9-eżadeċenojku)

373-49-9

Aċidu pelargoniku (aċidu n-nonanojku)

112-05-0

Aċidu rikinolejku (aċidu cis-12-idrossi ottadek-9-enojku; aċidu taż-żejt tar-riġnu)

141-22-0

Aċidu steariku (aċidu n-ottadekanojku)

57-11-4

Aċidu valeriku (aċidu n-pentanojku; aċidu valerjaniku)

109-52-4

Esteri tal-aċidi grassi — kull esteru prodott minn taħlita tal-aċidi grassi elenkati ma' kwalunkwe alkoħol grass elenkat, kif ukoll il-metanol u l-etanol. Eżempji ta' dawn huma

Miristat tal-butil

110-36-1

Stearat ċetiliku

110-63-2

Palmitat tal-olejl

2906-55-0

Lawrat tal-metil (dodekanoat tal-metil)

111-82-0

Oleat tal-metil (ottadeċenoat tal-metil)

112-62-9

Palmitat tal-metil (eżadekanoat tal-metil)

112-39-0

Stereat tal-metil (ottadekanoat tal-metil)

112-61-8

Alkoħols grassi:

Alkoħol butiliku (1-butanol; alkoħol butiriku)

71-36-3

Alkoħol kaproliku (1-eżanol; alkoħol eżiliku)

111-27-3

Alkoħol kapriliku (1-n-ottanol; karbinol ettiliku)

111-87-5

Alkoħol ċetiliku (alkoħol C-16; 1-eżadekanol; alkoħol ċetiliku; alkoħol palmitiliku; alkoħol n-primarju eżadeċiliku)

36653-82-4

Alkoħol deċiliku (1-dekanol)

112-30-1

Alkoħol enantiliku (1-ettanol; alkoħol ettiliku)

111-70-6

Alkoħol lawriku (n-dodekanol; alkoħol dodeċiliku)

112-53-8

Alkoħol miristiliku (1-tetradekanol; tetradekanol)

112-72-1

Alkoħol noniliku (1-nonanol; alkoħol pelargoniku; ottilkarbinol)

143-08-8

alkoħol tal-olejliku (ottadeċenol)

143-28-2

Alkoħol steariliku (1-ottadekanol)

112-92-5

Alkoħol trideċil (1-tridekanol)

112-70-9

Taħlitiet ta' alkoħol grassi:

Alkoħol miristiliku lawriliku (taħlita ta' C12 — C14)

Alkoħol steariliku ċetiliku (taħlita ta' C16 — C18)

Aċidu formiku (aċidu metanojku; aċidu karbossiliku tal-idroġenu)

64-18-6

Fruttożju

57-48-7 u 30237-26-4

Gliċerol (gliċerina; Gliċerin; Propan-1,2,3-triol)

56-81-5

Glikoli:

1,3-butandiol (glikol ta' 1,3-butilen)

107-88-0

1,4-butandiol (glikol ta' 1,4-butilen)

110-63-4

Ettan (gradi kummerċjali)

142-82-5

Eżan (gradi tekniċi)

110-54-3 u 64742-49-0

Perossidu tal-idroġenu

7722-84-1

Iso-butanol (2-metil-1-propanol)

78-83-1

Aċetat tal-isobutil (aċetat ta' 2-metilpropil)

110-19-0

Iso-dekanol (alkoħol isodeċiliku)

25339-17-7

Iso-nonanol (alkoħol isononiliku)

27458-94-2

Iso-ottanol (alkoħol isoottiliku)

26952-21-6

Isopropanol (propan- 2-ol; Alkoħol isopropiliku; IPA)

67-63-0

Demel likwidu tal-kawlina

1332-58-7

Limonen (dipenten)

138-86-3

Soluzzjoni tal-klorur tal-manjeżju

7786-30-3

Metanol (alkoħol metiliku)

67-56-1

Metiletilketon (2-butanon)

78-93-3

Metilisobutilketon (4-metil-2-pentanon)

108-10-1

Metil-terz-butil-etere (MBTE)

1634-04-4

Għasel iswed, magħmul mill-industrija tal-iproċessar taz-zokkor konvenzjonali bl-użu taz-zokkor tal-kannamieli, tal-pitravi taz-zokkor, taċ-ċitru jew tas-sorgu

Xamgħa tal-paraffina (tajba għall-ikel)

8002-74-2 u 63231-60-7

Pentan

109-66-0

Aċidu fosforiku (aċidu ortofosforiku)

7664-38-2

Glikol tal-polipropilen (piż molekulari ikbar minn 400)

25322-69-4

Ilma tax-xorb

7732-18-5

Soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (potassja kawstika)

1310-58-3

aċetat ta' n-propil

109-60-4

Alkoħol propiliku (propan- 1-ol; 1-propanol)

71-23-8

Glikol propiliniku (1,2 glikol propiliniku; propan-1,2-diol; 1,2-diidrossipropan; glikol tal-monopropilen (mpg); glikol metiliku)

57-55-6

1,3-propandiol (glikol ta' 1,3-propilen; glikol tat-trimetilen)

504-63-2

Tetramer tal-propilen

6842-15-5

Soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju (soda kawstika, lissija)

1310-73-2

Soluzzjoni tas-silikat tas-sodju (ħġieġ solubbli)

1344-09-8

Soluzzjoni tas-sorbitol (d-sorbitol; alkoħol eżaidriku; d-sorbit)

50-70-4

Aċidu sulfuriku

7664-93-9

Aċidi grassi mhux frazzjonati minn żjut u xaħmijiet veġetali, tal-baħar u tal-annimali u/jew taħlitiet tagħhom, dejjem jekk is-sorsi tagħhom ikunu żjut u xaħmijiet tajbin għall-ikel

Alkoħol xaħmi mhux frazzjonat minn żjut u xaħmijiet veġetali, tal-baħar u tal-annimali u/jew taħlitiet tagħhom, dejjem jekk is-sorsi tagħhom ikunu żjut u xaħmijiet tajbin għall-ikel

Esteri grassi mhux frazzjonati minn żjut u xaħmijiet veġetali, tal-baħar u tal-annimali u/jew taħlitiet tagħhom, dejjem jekk is-sorsi tagħhom ikunu żjut u xaħmijiet tajbin għall-ikel

Soluzzjoni ta' nitrat tal-ammonja tal-urea (UAN)

Żjut tal-minerali abjad

8042-47-5

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/21

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 580/2014

tat-28 ta' Mejju 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Lonzo de Corse/Lonzo de Corse — Lonzu (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba minn Franza biex id-denominazzjoni “Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu” għandha tiġi rreġistrata.

(3)

B'ittra mehmuża mat-talba ta' reġistrazzjoni li waslet is-26 ta' April 2012, l-awtoritajiet ta' Franza nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-impriżi L'Aziana Charcuterie Corse Nunzi Sauveur, Orezza Charcuterie La Castagniccia, Charcuterie Costa & Fils, Charcuterie Fontana, Salaisons Joseph Pantaloni, Charcuterie Passoni, Salaisons Sampiero, Salaisons réunies u Établissements Semidei kienu kkummerċjalizzaw legalment il-prodott li jġib l-isem “Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu” billi użaw din id-denominazzjoni kontinwament għal iktar minn ħames snin; l-awtoritajiet ta' Franza nnotifikaw lill-Kummissjoni wkoll li dan il-punt tqajjem fil-qafas tal-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni. Għaldaqstant, perjodu ta' addattament li beda mid-data tat-tressiq tat-talba għand il-Kummissjoni ngħata lill-impriżi msemmija skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (3), li kien fis-seħħ fil-mument tat-tressiq tat-talba.

(4)

Barra minn hekk, billi l-impriżi msemmija kienu jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, fl-istess ittra mehmuża mat-talba ta' reġistrazzjoni, l-awtoritajiet ta' Franza talbu lill-Kummissjoni tistabbilixxi perjodu ta' tranżizzjoni skont l-Artikolu msemmi, sabiex dawk l-impriżi jkunu jistgħu jużaw id-denominazzjoni għall-bejgħ wara r-reġistrazzjoni tagħha.

(5)

Intant, ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 ħadlu postu r-Regolament (UE) Nru 1151/2012, fis-seħħ sa mit-3 ta' Jannar 2013. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 nġabru fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(6)

Billi l-impriżi L'Aziana Charcuterie Corse Nunzi Sauveur, Orezza Charcuterie La Castagniccia, Charcuterie Costa & Fils, Charcuterie Fontana, Salaisons Joseph Pantaloni, Charcuterie Passoni, Salaisons Sampiero, Salaisons réunies u Établissements Semidei jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għandhom jingħataw perjodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin li fih huma awtorizzati li jużaw id-denominazzjoni “Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu”. Madankollu, billi diġà gawdew mill-perjodu ta' adattament nazzjonali, jaqbel li l-perjodu ta' ħames snin jibda jgħodd mid-data tat-tressiq tat-talba ta' reġistrazzjoni għand il-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Kwalità tal-prodotti agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu” (DPO) hija b'dan irreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti abbażi tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 tal-Kummissjoni (4).

Artikolu 2

L-impriżi L'Aziana Charcuterie Corse Nunzi Sauveur, Orezza Charcuterie La Castagniccia, Charcuterie Costa & Fils, Charcuterie Fontana, Salaisons Joseph Pantaloni, Charcuterie Passoni, Salaisons Sampiero, Salaisons réunies u Etablissements Semidei huma awtorizzati li jkomplu jużaw, b'mod tranżitorju, id-denominazzjoni rreġistrata “Lonzo de Corse”/“Lonzo de Corse — Lonzu” (DPO) sas-27 ta' April 2017.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 81, 20.3.2013, p. 14.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1).

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/23

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 581/2014

tat-28 ta' Mejju 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jambon sec de Corse/Jambon sec de Corse — Prisuttu (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba minn Franza biex id-denominazzjoni “Jambon sec de Corse”/“Jambon sec de Corse — Prisuttu di Corsica” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-“Jambon sec de Corse”/“Jambon sec de Corse — Prisuttu di Corsica” għandha tiġi rreġistrata,

(3)

B'ittra mehmuża mat-talba ta' reġistrazzjoni li waslet is-26 ta' April 2012, l-awtoritajiet ta' Franza nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-impriżi L'Aziana Charcuterie Corse Nunzi Sauveur, Orezza Charcuterie La Castagniccia, Charcuterie Costa & Fils, Charcuterie Fontana, Salaisons Joseph Pantaloni, Charcuterie Passoni, Salaisons Sampiero, Salaisons réunies u Établissements Semidei kienu kkummerċjalizzaw legalment il-prodott li jġib l-isem “Jambon sec de Corse”/“Jambon sec de Corse — Prisuttu di Corsica” billi użaw din id-denominazzjoni kontinwament għal iktar minn ħames snin; l-awtoritajiet ta' Franza nnotifikaw lill-Kummissjoni wkoll li dan il-punt tqajjem fil-qafas tal-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni. Għaldaqstant, perjodu ta' addattament li beda mid-data tat-tressiq tat-talba għand il-Kummissjoni ngħata lill-impriżi msemmija skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (3), li kien fis-seħħ fil-mument tat-tressiq tat-talba.

(4)

Barra minn hekk, billi l-impriżi msemmija kienu jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, fl-istess ittra mehmuża mat-talba ta' reġistrazzjoni, l-awtoritajiet ta' Franza talbu lill-Kummissjoni tistabbilixxi perjodu ta' tranżizzjoni skont l-Artikolu msemmi, sabiex dawk l-impriżi jkunu jistgħu jużaw id-denominazzjoni għall-bejgħ wara r-reġistrazzjoni tagħha.

(5)

Intant, ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 ħadlu postu r-Regolament (UE) Nru 1151/2012, fis-seħħ sa mit-3 ta' Jannar 2013. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 nġabru fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(6)

Billi l-impriżi L'Aziana Charcuterie Corse Nunzi Sauveur, Orezza Charcuterie La Castagniccia, Charcuterie Costa & Fils, Charcuterie Fontana, Salaisons Joseph Pantaloni, Charcuterie Passoni, Salaisons Sampiero, Salaisons réunies u Établissements Semidei jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għandhom jingħataw perjodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin li fih huma awtorizzati li jużaw id-denominazzjoni “Jambon sec de Corse”/“Jambon sec de Corse — Prisuttu di Corsica”. Madankollu, billi diġà gawdew mill-perjodu ta' adattament nazzjonali, jaqbel li l-perjodu ta' ħames snin jibda jgħodd mid-data tat-tressiq tat-talba ta' reġistrazzjoni għand il-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Kwalità tal-prodotti agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Jambon sec de Corse”/“Jambon sec de Corse — Prisuttu di Corsica” (DPO) hija b'dan irreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti abbażi tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 tal-Kummissjoni (4).

Artikolu 2

L-impriżi L'Aziana Charcuterie Corse Nunzi Sauveur, Orezza Charcuterie La Castagniccia, Charcuterie Costa & Fils, Charcuterie Fontana, Salaisons Joseph Pantaloni, Charcuterie Passoni, Salaisons Sampiero, Salaisons réunies u Etablissements Semidei huma awtorizzati li jkomplu jużaw, b'mod tranżitorju, id-denominazzjoni rreġistrata “Jambon sec de Corse”/“Jambon sec de Corse — Prisuttu di Corsica” (DPO), sas-27 ta' April 2017.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 80, 19.3.2013, p. 17.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1).

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/25

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 582/2014

tat-28 ta' Mejju 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Coppa de Corse/Coppa de Corse — Coppa di Corsica (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba minn Franza biex id-denominazzjoni “Coppa de Corse”/“Coppa de Corse — Coppa di Corsica” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Coppa de Corse”/“Coppa de Corse — Coppa di Corsica” għandha tiġi rreġistrata.

(3)

B'ittra mehmuża mat-talba ta' reġistrazzjoni li waslet is-26 ta' April 2012, l-awtoritajiet ta' Franza nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-impriżi L'Aziana Charcuterie Corse Nunzi Sauveur, Orezza Charcuterie La Castagniccia, Charcuterie Costa & Fils, Charcuterie Fontana, Salaisons Joseph Pantaloni, Charcuterie Passoni, Salaisons Sampiero, Salaisons réunies u Établissements Semidei kienu kkummerċjalizzaw legalment il-prodott li jġib l-isem “Coppa de Corse”/“Coppa de Corse — Coppa di Corsica” billi użaw din id-denominazzjoni kontinwament għal iktar minn ħames snin; l-awtoritajiet ta' Franza nnotifikaw lill-Kummissjoni wkoll li dan il-punt tqajjem fil-qafas tal-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni. Għaldaqstant, perjodu ta' addattament li beda mid-data tat-tressiq tat-talba għand il-Kummissjoni ngħata lill-impriżi msemmija skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill (3), li kien fis-seħħ fil-mument tat-tressiq tat-talba.

(4)

Barra minn hekk, billi l-impriżi msemmija kienu jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, fl-istess ittra mehmuża mat-talba ta' reġistrazzjoni, l-awtoritajiet ta' Franza talbu lill-Kummissjoni tistabbilixxi perjodu ta' tranżizzjoni skont l-Artikolu msemmi, sabiex dawk l-impriżi jkunu jistgħu jużaw id-denominazzjoni għall-bejgħ wara r-reġistrazzjoni tagħha.

(5)

Intant, ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill ħadlu postu r-Regolament (UE) Nru 1151/2012, fis-seħħ sa mit-3 ta' Jannar 2013. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 nġabru fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(6)

Billi l-impriżi L'Aziana Charcuterie Corse Nunzi Sauveur, Orezza Charcuterie La Castagniccia, Charcuterie Costa & Fils, Charcuterie Fontana, Salaisons Joseph Pantaloni, Charcuterie Passoni, Salaisons Sampiero, Salaisons réunies u Établissements Semidei jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għandhom jingħataw perjodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin li fih huma awtorizzati li jużaw id-denominazzjoni “Coppa de Corse”/“Coppa de Corse — Coppa di Corsica”. Madankollu, billi diġà gawdew mill-perjodu ta' adattament nazzjonali, jaqbel li l-perjodu ta' ħames snin jibda jgħodd mid-data tat-tressiq tat-talba ta' reġistrazzjoni għand il-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Kwalità tal-prodotti agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Coppa de Corse”/“Coppa de Corse — Coppa di Corsica” (DPO) hija b'dan irreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti abbażi tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 tal-Kummissjoni (4).

Artikolu 2

L-impriżi L'Aziana Charcuterie Corse Nunzi Sauveur, Orezza Charcuterie La Castagniccia, Charcuterie Costa & Fils, Charcuterie Fontana, Salaisons Joseph Pantaloni, Charcuterie Passoni, Salaisons Sampiero, Salaisons réunies u Établissements Semidei huma awtorizzati li jkomplu jużaw, b'mod tranżitorju, id-denominazzjoni rreġistrata “Coppa de Corse”/“Coppa de Corse — Coppa di Corsica” (DPO), sas-27 ta' April 2017.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 78, 16.3.2013, p. 9.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1).

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/27

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 583/2014

tat-28 ta’ Mejju 2014

li jemenda għall-214-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-22 ta' Mejju 2014 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jżid entità waħda mal-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Fid-29 ta' April 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fl-14 ta' Mejju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jemenda żewġ entrati fil-lista li wassal għal dħul addizzjonali.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Barranija Strumenti

(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”:

(a)

“Al-Nusrah Front for the People of the Levant (alias (a) the Victory Front; (b) Jabhat al-Nusrah; (c) Jabhet al-Nusra; (d) Al-Nusrah Front; (e) Al-Nusra Front; (f) Ansar al-Mujahideen Network); (g) Levantine Mujahideen on the Battlefields of Jihad). Informazzjoni oħra: (a) Jopera fis-Sirja; (b) Preċedentement elenkat bejn it-30 ta' Mejju 2013 u t-13 ta' Mejju 2014 bħala alias tal-Al-Qaida fl-Iraq. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 14.5.2014.”

(b)

“Jama'atu Ahlis Sunna Lidda'Awati Wal-Jihad (alias (a) Jama'atu Ahlus-Sunnah Lidda'Awati Wal Jihad (b) Jama'atu Ahlus-Sunna Lidda'Awati Wal Jihad (c) Boko Haram (d) Western Education is a Sin). Indirizz: In-Niġerja Informazzjoni oħra: (a) Affiljat tal-Al-Qaida u l-Organizzazzjoni tal-Al-Qaida fil-Maghreb Iżlamiku (AQIM), (b) Assoċjat ma' Jama'atu Ansarul Muslimina Fi Biladis-Sudan (Ansaru), (c) Il-kap huwa Abubakar Shekau. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.5.2014.”

(2)

L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar:

“Wali Ur Rehman. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1970. Post tat-twelid: Il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Informazzjoni oħra: (a) Allegament imwieled fil-Ważiristan tan-Nofsinhar, il-Pakistan; (b) X'aktarx qed jgħix il-Pakistan; (c) Emir ta' Tehrik-i-Taliban għall-Aġenzija ta' Ważiristan tan-Nofsinhaar, Żoni Tribali Amministrati Federalment, il-Pakistan. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.10.2010.”

(3)

L-entrata “Agus Dwikarna. Data tat-twelid: il-11 ta' Awwissu 1964. Post tat-twelid: Makassar, is-Sulawesi tan-Nofsinhar, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Informazzjoni oħra: arrestat fit-13.3.2002, ikkundannat fit-12.7.2002 fil-Filippini.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Agus Dwikarna. Data tat-twelid: 11.8.1964. Post tat-twelid: Makassar, is-Sulawesi tan-Nofsinhar, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Nru tal-Passport: Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar Indoneżjan XD253038. Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: tul 165 cm; (b) Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.”

(4)

L-entrata “Al-Qaida in Iraq (alias (a) AQI, (b) al-Tawhid, (c) the Monotheism and Jihad Group, (d) Qaida of the Jihad in the Land of the Two Rivers, (e) Al-Qaida of Jihad in the Land of the Two Rivers, (f) The Organization of Jihad's Base in the Country of the Two Rivers, (g) The Organization Base of Jihad/Country of the Two Rivers, (h) The Organization Base of Jihad/Mesopotamia, (i) Tanzim Qa'idat Al-Jihad fi Bilad al-Rafidayn, (j) Tanzeem Qa'idat al Jihad/Bilad al Raafidaini, (k) Jama'at Al-Tawhid Wa'al-Jihad, (l) JTJ, (m) Islamic State of Iraq, (n) ISI, (o) al-Zarqawi network, (p) Jabhat al Nusrah, (q) Jabhet al-Nusra, (r) Al-Nusrah Front, (s) The Victory Front, (t) Al-Nusrah Front for the People of the Levant, (u) Islamic State in Iraq and the Levant). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 18.10.2004.” taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Al-Qaida in Iraq (alias (a) AQI, (b) al-Tawhid, (c) the Monotheism and Jihad Group, (d) Qaida of the Jihad in the Land of the Two Rivers, (e) Al-Qaida of Jihad in the Land of the Two Rivers, (f) The Organization of Jihad's Base in the Country of the Two Rivers, (g) The Organization Base of Jihad/Country of the Two Rivers, (h) The Organization Base of Jihad/Mesopotamia, (i) Tanzim Qa'idat Al-Jihad fi Bilad al-Rafidayn, (j) Tanzeem Qa'idat al Jihad/Bilad al Raafidaini, (k) Jama'at Al-Tawhid Wa'al-Jihad, (l) JTJ, (m) Islamic State of Iraq, (n) ISI, (o) al-Zarqawi network, (p) Jabhat al Nusrah, (q) Jabhet al-Nusra, (r) Al-Nusrah Front, (s) The Victory Front, (t) Islamic State in Iraq and the Levant). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 18.10.2004.”

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/29

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 584/2014

tat-28 ta’ Mejju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

45,8

MA

33,4

MK

66,7

TR

64,5

ZZ

52,6

0707 00 05

AL

25,2

MK

30,0

TR

119,6

ZZ

58,3

0709 93 10

MA

29,9

TR

111,7

ZZ

70,8

0805 10 20

EG

44,2

MA

41,4

ZA

72,1

ZZ

52,6

0805 50 10

TR

121,8

ZA

139,4

ZZ

130,6

0808 10 80

AR

95,4

BR

97,8

CL

105,8

CN

98,8

MK

26,7

NZ

141,3

US

170,7

ZA

104,2

ZZ

105,1

(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.

DEĊIŻJONIJIET

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/31

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Mejju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

(2014/307/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 166(4), l-Artikolu 167(5), l-ewwel inċiż, l-Artikoli 173(3) u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(2)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għalhekk jiġi emendat skont dan, sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

(4)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda proposta għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS

(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).

ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014

ta'

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (1).

(2)

Għaldaqstant, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 9 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1295: Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).

Il-Liechtenstein jingħata eżenzjoni mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm, u milli jħallas kontribut finanzjarju għalih.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Ghandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221.

(*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/33

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/308/PESK

tat-28 ta' Mejju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

L-informazzjoni għal sbatax-il persuna u żewġ entitajiet elenkati taħt id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jheddu l-integrità territorjali, l-indipendenza u s-sovranità tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p.16).

ANNESS

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin imniżżla fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt.

Persuni:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

Vladimir Andreevich Konstantinov

(Владимир Андреевич Константинов)

d.t.t. 19.11.1956

Vladimirovca, Distrett ta' Slobozia, ir-Repubblika tal-Moldova

Bħala spiker tal- Verkhovna Rada tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fit-teħid ta' deċiżjonijiet minn Verkhovna Rada tal-Krimea li jikkonċernaw ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina u talab lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea.

17.3.2014

Pyotr Anatolyevich Zima

(Пётр Анатольевич Зима)

d.t.t. 29.3.1965

Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Siġurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi ta' data lis-Servizz ta' Intelligence Russa (SVR). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukraina jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea.

Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz tas-Sigurtà indipendenti ġiet proklamata mill-eks uffiċjali tal-SBU tal-Krimea.

17.3.2014

Yuriy Gennadyevich Zherebtsov

( Юрий Геннадьевич Жеребцов)

d.t.t. 19.11.1965

Kunsillier tal-iSpeaker tal-Verkhovna Rada tal-Krimea, wieħed minn dawk li mexxew l-organizzazzjoni tar-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina.

17.3.2014

Anatoliy Alekseevich Sidorov

(Анатолий Алексеевич Сидоров)

d.t.t. 2.7.1958

Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed timmina s-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn “referendum” u l-inkorporazzjoni fir-Russja.

17.3.2014

Aleksandr Viktorovich Galkin

(Александр Викторович Галкин)

d.t.t. 22.3.1958

Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”). Il-forzi tal-SMD huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed timmina s-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja.

Il-flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett ta' Galkin: il-parti l-kbira tal-moviment ta' forza fil-Krimea oriġinat mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

17.3.2014

Mikhail Grigoryevich Malyshev

(Александр Викторович Галкин)

d.t.t. 10.10.1955

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea.

Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- “referendum”.

21.3.2014

Valery Kirillovich Medvedev

(Михаил Григорьевич Малышев)

d.t.t. 21.8.1946

Ir-Russja

Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- “referendum”.

21.3.2014

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich Turchenyuk

(Валерий Кириллович Медведев)

d.t.t. 5.12.1959

Kirghizia/Osh

Kmandant de facto tat-truppi Russi stazzjonati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”).

21.3.2014

Elena Borisovna Mizulina

(Елена Борисовна Мизулина)

d.t.t. 9.12.1954

Buly, Kostroma Oblast

Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

21.3.2014

Valeriy Dmitrievich Bolotov

(Валерий Дмитриевич Болотов)

d.t.t. 13.2.1970

Stachanov, Lugansk Oblast, Ukrainian SSR

Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali.

29.4.2014

Andriy Yevgenevich Purgin

(Андрей Евгеньевич Пургин)

d.t.t. 26. 1. 1972

Kap tar-“Repubblika ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbas għall-Unjoni Ewro-Asjatika”.

29.4.2014

Sergey Gennadevich Tsyplakov

(Сергей Геннадьевич Цыплаков)

d.t.t. 1.5.1983

Donetsk, SSR tal-Ukraina

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

29.4.2014

Igor Vsevolodovich Girkin a.k.a. Igor Strelkov

(Игорь Всеволодович Гиркин)

d.t.t. 17.12.1970

nru. tal-passaport 4506460961

Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim ministru tal-Krimea.

29.4.2014

Viacheslav Ponomariov

Vyacheslav Vladimirovich Ponomariov

(Вячеслав Владимирович Пономарёв)

d.t.t. 2.5.1965

Sloviansk

Sindku awtodikjarat ta' Slaviansk. Ponomarev appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomarev huwa involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu l-ġurnalisti Ukraini Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati. Huma żammew maqbuda l-osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE).

12.5.2014

Igor Mykolaiovych Bezler

Igor Nikolaevich Bezler,

(Игорь Николаевич Безлер)

d.t.t. 30.12.1965

Simferopol

Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukraina għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni fir-raħal ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Igor Girkin li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU.

12.5.2014

Oleg Tsariov

Oleg Anatolevich Tsariov

(Олег Анатолійович Царьов)

(Олег Анатольевич Царёв)

d.t.t. 2.6.1970

Dnipropetrovsk

Membru tar-Rada. Appella pubblikament għall-ħolqien tar-Repubblika Federali tan-Novorossia, magħmula mir-reġjuni Ukraini tax-Xlokk.

12.5.2014

Roman Lyagin

(Роман Лягин)

d.t.t. 30.5.1980

Donetsk

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.5.2014

Entitajiet:

PJSC Chernomorneftegaz

magħruf bħala Chornomornaftogaz

Prospekt Kirova/ per. Sovarkomovskji 52/1 Simferopol, Krimea

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014

Feodosia magħruf bħala Feodossyskoje

Predprijatije po Obespetscheniju nefteproduktami

98107, Krimea, Feodosiya, Geologicheskaya str.2

Kumpanija li tipprovdi servizzi ta' trasbord għall-prodotti taż-żejt mhux raffinat u taż-żejt

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/37

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/309/PESK

tat-28 ta' Mejju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK japplikaw sal-1 ta' Ġunju 2014. Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, dawk il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-1 ta' Ġunju 2015.

(3)

Żewġ persuni u entità waħda ma għandhomx jibqgħu jinżammu fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(4)

L-informazzjoni marbuta ma' ċerti persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi aġġornata.

(5)

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 34

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta' Ġunju 2015. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”;

(2)

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS

(1)  Deċiżjoni 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

ANNESS

I.

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif ukoll l-entrati relatati, huma b'dan imneħħija mil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

A.   Persuni

Nru 14. Asif Shawkat.

Nru 178. Sulieman Maarouf

B.   Entitajiet

Nru 45. Syrian International Islamic Bank.

II.

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif stipulat fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

71.

Bushra (

Image

) Al-Assad (

Image

) (magħrufa wkoll bħala Bushra Shawkat)

Data tat-twelid: 24.10.1960

Oħt Bashar Al-Assad u armla ta' Asif Shawkat, Viċi Kap tal-Persunal għas-Sigurtà u t-Tkixxif. Minħabba r-relazzjoni personali mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan Bashar Al-Assad, hija tibbenefika mir-reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu.

23.3.2012

108.

Dr. Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Al-Jleilati (

Image

)

Twieled: 1945;

Post tat-twelid: Damasku

Ex-Ministru tal-Finanzi. Bħala ex-Ministru tal-Gvern jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.12.2011

152.

Dr. Qadri (

Image

) (magħruf ukoll bħala Kadri) Jamil (

Image

) (magħruf ukoll bħala Jameel)

Ex-Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' Persuni li qed Jgħixu Barra minn Pajjiżhom. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

156.

Eng. Hala (

Image

) Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Al Nasser (

Image

)

Ex-Ministru tat-Turiżmu. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

158.

Eng. Subhi (

Image

) Ahmad (

Image

) Al Abdallah (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Abdullah)

Ex-Ministru tal-Agrikoltura u r-Riforma Agrarja. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

159.

Dr. Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Muhammad, Mohamed, Mohammed) Yahiya (

Image

) (magħruf ukoll bħala Yehya, Yahya, Yihya, Yihia, Yahia) Moalla (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mu'la, Ma'la, Muala, Maala, Mala)

Ex-Ministru tal-Edukazzjoni Għolja. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

161.

Dr. Mohamad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Muhammad, Mohamed, Mohammed, Mohammad) Zafer (

Image

) (magħruf ukoll bħala Dhafer) Mohabak (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohabbak, Muhabak, Muhabbak)

Ex-Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

163.

Dr. Safwan (

Image

) Al Assaf (

Image

)

Ex-Ministru tad-Djar u l-Iżvilupp Urban. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

164.

Eng. Yasser (

Image

) (magħruf ukoll bħala Yaser) Al Siba'ii (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Sibai, Al-Siba'i, Al Sibaei)

Ex-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

165.

Eng Sa'iid (

Image

) (magħruf ukoll bħala Sa'id, Sa'eed, Saeed) Ma'thi (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mu'zi, Mu'dhi, Ma'dhi, Ma'zi, Maazi) Hneidi (

Image

)

Ex-Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

167.

Dr. Jassem (

Image

) (magħruf ukoll bħala Jasem) Mohammad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Zakaria (

Image

)

Twieled fl-1968

Ex-Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

169.

Dr. Adnan (

Image

) Abdo (

Image

) (magħruf ukoll bħala Abdou) Al Sikhny (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Sikhni, Al-Sekhny, Al-Sekhni)

Ex-Ministru tal-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

174.

Mohammed (

Image

) Turki (

Image

) Al Sayed (

Image

)

Ex-Ministru tal-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

175