ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 157

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
27 ta' Mejju 2014


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE

23

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/300/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka

31

 

 

2014/301/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

33

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 566/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 617/2007 rigward l-applikazzjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-10 FEŻ u l-11-il FEŻ

35

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 567/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 215/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp fir-rigward tal-applikazzjoni tal-perijodu ta' transizzjoni bejn l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern dwar il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp

52

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 568/2014 tat-18 ta' Frar 2014 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni

76

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 569/2014 tat-23 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1389/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

80

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 570/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 li jtemm il-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni tal-antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċerti alkoħols xaħmin u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja

85

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 571/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 li japprova s-sustanza attiva ipkonażol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

96

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 572/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

101

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/1


DIRETTIVA 2014/66/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Mejju 2014

dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Bl-għan li jistabbilixxi gradwalment żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi miżuri li għandhom jiġu adottati fil-qasam tal-immigrazzjoni, li huma ġusti fil-konfront ta' ċittadini ta' pajjiż terz.

(2)

It-TFUE jipprevedi li l-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-immigrazzjoni bl-għan li, f'kull stadju, jiġu żgurati l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta' migrazzjoni u t-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jirrisjedu legalment fl-Istati Membri. Għal dak il-għan il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw miżuri dwar il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza, u standards dwar il-ħruġ ta' viżi fit-tul u permessi ta' residenza mill-Istati Membri, kif ukoll id-definizzjoni tad-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jirrisjedu legalment fi Stat Membru, inklużi kondizzjonijiet li jirregolaw il-libertà tal-moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra.

(3)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” tistabbilixxi l-objettiv tal-Unjoni li ssir ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, li tnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq il-kumpanniji u tqabbel aħjar il-provvista tal-ħaddiema mat-talba għax-xogħol. F'dak il-kuntest aktar wiesa' għandhom jiġu kkunsidrati miżuri biex isir aktar faċli li maniġers, speċjalisti u apprendisti impjegati minn pajjiż terz jidħlu fl-Unjoni fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali.

(4)

Il-Programm ta' Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-11 ta' Diċembru 2009, jirrikonoxxi li l-immigrazzjoni tax-xogħol tista' tikkontribwixxi għal iżjed kompetittività u vitalità ekonomika u li, fil-kuntest tal-isfidi demografiċi importanti li ser tikkonfronta l-Unjoni fil-futur u, konsegwentement, talba akbar għal xogħol, politiki flessibbli dwar l-immigrazzjoni għandhom jagħtu kontribut importanti għall-iżvilupp u l-prestazzjoni ekonomiċi tal-Unjoni fit-tul. Għaldaqstant il-Programm ta' Stokkolma jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ikomplu jimplimentaw il-Pjan ta' Politika dwar il-Migrazzjoni Legalistipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2005.

(5)

Bħala riżultat tal-globalizzazzjoni tan-negozju, il-kummerċ li qed jiżdied u t-tkabbir u l-firxa ta' gruppi multinazzjonali, fis-snin reċenti, il-movimenti ta' maniġers, speċjalisti u impjegati apprendisti ta' fergħat u sussidjarji ta' kumpanniji multinazzjonali, temporanjament rilokati għal xogħlijiet qosra f'unitajiet oħra tal-kumpannija, qabdu r-ritmu.

(6)

Tali trasferimenti intra-azjendali ta' persunal ewlieni jirriżultaw f'għarfien u ħiliet ġodda, innovazzjoni u f'aktar opportunitajiet ekonomiċi għall-entitajiet ospitanti, u għalhekk fl-avvanzar tal-ekonomija bbażata fuq l-għarfien fl-Unjoni filwaqt li jrawmu flussi ta' investiment fl-UE. Trasferimenti intra-azjendali minn pajjiżi terzi għandhom ukoll il-potenzjal li jiffaċilitaw trasferimenti intra-azjendali mill-Unjoni għal kumpanniji f'pajjiż terz u li jpoġġu lill-Unjoni f'pożizzjoni aktar b'saħħitha fir-relazzjoni tagħha ma' sħab internazzjonali. Il-faċilitazzjoni ta' trasferimenti intra-azjendali tippermetti lill-gruppi multinazzjonali jużaw ir-riżorsi umani tagħhom bl-aħjar mod.

(7)

Is-sett ta' regoli stabbilit minn din id-Direttiva jista' jkun ta' benefiċċju wkoll għall-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti peress li din il-migrazzjoni temporanja tista', skont ir-regoli stabbiliti sew tagħha, trawwem trasferimenti ta' ħiliet, għarfien, teknoloġija u kompetenzi.

(8)

Din id-Direttiva għandha tkunmingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni rigward l-aċċess għas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti ta' Adeżjoni rilevanti.

(9)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li joħorġu permessi oħra minbarra permessi ta' trasferiment intra-azjendali għal kwalunkwe fini ta' impjieg jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(10)

Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi proċedura trasparenti u simplifikata għall-ammissjoni ta' ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali, ibbażata fuq definizzjonijiet komuni u kriterji armonizzati.

(11)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-kontrolli u l-ispezzjonijiet effettivi sabiex jiġi garantit l-infurzar tajjeb ta' din id-Direttiva. Il-fatt li jkun inħareġ permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali ma għandux jaffettwa jew jipprevjeni lill-Istati Membri milli japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħhomdwar ix-xogħol matul it-trasferiment intra-azjendali li għandhom — f'konformità mal-liġi tal-Unjoni — bħala objettiv il-verifikatal-konformità mal-kondizzjonijiet tax-xogħol kif jinsabu fl-Artikolu 18(1).

(12)

Il-possibbiltà li Stat Membru jimponi, abbażi tal-liġi nazzjonali, sanzjonijiet kontra min ikun iħaddem ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jkun stabbilit f'pajjiż terz ma għandhiex tiġi affettwata.

(13)

Għall-fini ta' din id-Direttiva, ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali jinkludu maniġers, speċjalisti u impjegati apprendisti. Id-definizzjoni tagħhom tibni fuq impenji speċifiċi tal-Unjoni taħt il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) u ftehimiet kummerċjali bilaterali. Minħabba dawk l-impenji magħmula taħt il-GATS ma jkoprux kondizzjonijiet ta' dħul, żjara u xogħol. Din id-Direttiva għandha tikkomplementa u tiffaċilita l-applikazzjoni ta' dawk l-impenji. Madanakollu, il-kamp ta' applikazzjoni tat-trasferimenti intra-azjendali koperti minn din id-Direttiva għandu jkun usa' minn dak implikat minn impenji kummerċjali, peress li t-trasferimenti mhux neċessarjament iseħħu fi ħdan is-settur tas-servizzi u jistgħu joriġinaw f'pajjiż terz li mhux parti minn ftehim kummerċjali.

(14)

Sabiex jivvalutaw il-kwalifiki tal-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali, l-Istati Membri għandhom jużaw il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) għat-tagħlim tul il-ħajja, kif adatt, għall-valutazzjoni tal-kwalifiki b'mod komparabbli u trasparenti. Il-Punti ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-QEK jistgħu jipprovdu informazzjoni u gwida dwar kif il-livelli tal-kwalifiki nazzjonali jirrelataw mal-QEK.

(15)

Ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali għandhom jibbenefikaw tal-inqas mill-istess termini u kondizzjonijiet tal-impjieg bħal ħaddiema stazzjonati li min jimpjegahom ikun stabbilit fit-territorju tal-Unjoni, kif definit mid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali jkollhom l-istess trattament bħal ċittadini li jkunu f'pożizzjonijiet komparabbli fir-rigward tar-remunerazzjoni li tingħata matul it-trasferiment kollu. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli li jiċċekkja r-remunerazzjoni li tingħata lill-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali matul iż-żjara tagħhom fit-territorju tiegħu. Dak huwa maħsub biex jipproteġi lill-ħaddiema u jiggarantixxi kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi stabbiliti fi Stat Membru u dawk stabbiliti f'pajjiż terz, billi jiżgura li dan tal-aħħar ma jkunx jista' jibbenefika minn standards aktar baxxi ta' xogħol biex jieħu vantaġġ kompetittiv.

(16)

Sabiex jiġi żgurat li l-ħiliet tal-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali jkunu speċifiċi għall-entità ospitanti, il-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għandu jkun ġie impjegat fl-istess grupp ta' impriżi minn tal-inqas tliet xhur sa tnax-il xahar wara xulxin immedjatament qabel it-trasferiment fil-każ ta' maniġers u speċjalisti u minn tal-inqas tliet xhur sa sitt xhur wara xulxin fil-każ ta' ħaddiema apprendisti.

(17)

Billi t-trasferimenti intra-azjendali jikkostitwixxu migrazzjoni temporanja, it-tul massimu ta' trasferiment wieħed għall-Unjoni, inkluża l-mobilità bejn l-Istati Membri, ma għandux jaqbeż tliet snin għall-maniġers u l-ispeċjalisti u sena għall-impjegati apprendisti. Wara dan il-perijodu huma għandhom jitilqu għal pajjiż terz dment li ma jiksbux permess ta' residenza fuq bażi oħra f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Iż-żmien massimu tat-trasferiment għandu jinkludi ż-żmien akkumulat ta' permessi ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali maħruġa b'mod konsekuttiv. Isir trasferiment sussegwenti għall-Unjoni wara li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun ħalla t-territorju tal-Istati Membri.

(18)

Sabiex tiġi żgurata n-natura temporanja ta' trasferiment intra-azjendali u jiġu impediti l-abbużi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu li jaqbeż ċertu perijodu ta' żmien bejn it-tmiem taż-żmien massimu ta' trasferiment wieħed u applikazzjoni oħra rigward l-istess ċittadin ta' pajjiż terz għall-finijiet ta' din id-Direttiva fl-istess Stat Membru.

(19)

Billi t-trasferimenti intra-azjendali jikkonsistu minn sekondar temporanju, l-applikant għandu jipprovdi evidenza, bħala parti mill-kuntratt ta' xogħol jew l-ittra ta' stazzjonar, li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ser ikun jista' jiġi ttrasferit lura lejn entità li tappartjeni lill-istess grupp u li hija stabbilita f'pajjiż terz fi tmiem l-istazzjonar. L-applikant għandu jipprovdi evidenza li l-maniġer jew l-ispeċjalist li hu ċittadin ta' pajjiż terz għandu l-kwalifiki professjonali u l-esperjenza professjonali adegwata meħtieġa fl-entità ospitanti fejn huwa għandu jiġi trasferit.

(20)

Ċittadini ta' pajjiż terz li japplikaw biex jiġu ammessi bħala apprendisti impjegati għandhom jipprovdu evidenza ta' lawrja universitarja. Barra minn hekk, huma għandhom, jekk ikun meħtieġ, jippreżentaw ftehim ta' taħriġ, inkluża deskrizzjoni tal-programm ta' taħriġ, it-tul u l-kondizzjonijiet tiegħu li bihom ser isir il-monitoraġġ tal-impjegati apprendisti, filwaqt li jagħtu prova li huma ser jibbenefikaw minn taħriġ ġenwin u mhux ser jiġu utilizzati bħala ħaddiema normali.

(21)

Sakemm din ma tmurx kontra l-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti ta' Adeżjoni rilevanti, m'għandux ikun meħtieġ test tas-suq tax-xogħol.

(22)

Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-kwalifiki professjonali miksuba minn ċittadin ta' pajjiżi terz fi Stat Membru ieħor bl-istess mod ta' dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni u għandhom jieħdu kont tal-kwalifiki miksuba f'pajjiż terz skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Tali rikonoxximent m'għandux ikun ta' ħsara għal xi restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-professjonijiet regolati li jirriżultaw mir-riżervi għall-impenji eżistenti fir-rigward tal-professjonijiet regolati magħmula mill-Unjoni jew mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali. Fi kwalunkwe każ, din id-Direttiva m'għandhiex tipprevedi trattament aktar favorevoli għall-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali, meta mqabbla ma' ċittadini tal-Unjoni jew taż-Żona Ekonomika Ewropea, fir-rigward tal-aċċess għall-professjonijiet regolati fi Stat Membru.

(23)

Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istat Membri li jiddeterminaw il-volumi ta' ammissjoni f'konformità mal-Artikolu 79(5) TFUE.

(24)

Bil-ħsieb li jiġu miġġielda l-abbużi possibbli minn din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw, jirtiraw jew ma jġeddux permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali fejn l-entità ospitanti kienet stabbilita għall-fini ewlenija li tiffaċilita d-dħul tal-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali u/jew ma jkollux attività ġenwina.

(25)

Din id-Direttiva għandha l-għan li tiffaċilita l-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (“mobilità intra-UE”) bi trasferiment intra-azjendali u li tnaqqas il-piż amministrattiv assoċjat mal-kompiti tax-xogħol f'diversi Stati Membri. Għal din il-fini, din id-Direttiva tistabbilixxi skema ta' mobilità speċifika fl-UE li permezz tagħha d-detentur ta' permess validu ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali maħruġ minn Stat Membru jkollu permess jidħol, joqgħod u jaħdem fi Stat Membru wieħed jew aktar f'konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-mobilità fuq żmien qasir jew twil taħt din id-Direttiva. Il-mobilità fuq żmien qasir għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandha tkopri permanenzi fi Stati Membri minbarra dak li ħareġ il-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għal perijodu sa 90 jum għal kull Stat Membru. Il-mobilità fuq perijodu twil għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandha tkopri permanenzi fi Stati Membri minbarra dak li ħareġ il-permess tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għal aktar minn 90 jum għal kull Stat Membru. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkonvenzjoni tad-distinzjoni bejn il-mobilità fuq żmien qasir u fuq perijodu twil, il-mobilità fuq żmien qasir fir-rigward ta' Stat Membru għandha tkun limitata għal massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum u m'għandux ikun possibbli li tiġi preżentata notifika għal mobilità fuq perijodu qasir u applikazzjoni għal mobilità fit-tul fl-istess ħin. Fejn ikun hemm bżonn ta' mobilità fit-tul wara li tkun bdiet il-mobilità fuq perijodu qasir tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, it-tieni Stat Membru jista' jitlob li l-applikazzjoni tkun ippreżentata mill-inqas 20 jum qabel it-tmiem tal-perijodu ta' mobilità fuq perijodu qasir.

(26)

Filwaqt li l-iskema speċifika ta' mobilità stabbilita b'din id-Direttiva għandha tistabbilixxi regoli awtonomi rigward id-dħul u ż-żjara għal skop ta' xogħol bħala ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali fi Stat Membru minbarra dak li jkun ħareġ il-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, jibqgħu japplikaw ir-regoli l-oħrajn kollha li jirregolaw il-moviment ta' persuni fil-fruntieri kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta' Schengen.

(27)

Sabiex ikunu ffaċilitati l-verifiki, jekk it-trasferiment jinvolvi diversi postijiet fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti tat-tieni Stati Membri għandhom jiġu pprovduti, fejn meħtieġ. bl-informazzjoni rilevanti.

(28)

Fejn il-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom għal mobilità, it-tieni Stat Membru għandu, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun f'pożizzjoni li jieħu passi sabiex l-attivitajiet tal-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali ma jiksrux d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva.

(29)

L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, bħal miżuri finanzjarji, li għandhom jiġu imposti fil-każ ta' nuqqas tad-Direttiva. Dawk il-miżuri jistgħu inter alia jikkonsistu minn sanzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Dawk is-sanzjonijiet jistgħu jiġu imposti fuq l-entità ospitanti stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat.

(30)

Dispożizzjoni għal proċedura unika li twassal għal titolu wieħed ikkombinat, li jinkludi kemm permess ta' residenza kif ukoll ta' xogħol (“permess uniku”), għandha tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tar-regoli attwalment applikabbli fl-Istati Membri.

(31)

Għandu jkun possibbli li tiġi stabbilita proċedura simplifikata għal entitajiet jew gruppi ta' impriżi li jkunu ġew rikonoxxuti għal dak il-fini. Ir-rikonoxximent għandu jiġi vvalutat regolarment.

(32)

Ladarba Stat Membru jkun iddeċieda li jippermetti l-ammissjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jissodisfa l-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva, dak iċ-ċittadin tal-pajjiż terz għandu jirċievi permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali li jippermetti lid-detentur jagħmel, taħt ċerti kondizzjonijiet, ix-xogħol tiegħu f'diversi entitajiet li jappartjenu għall-istess korporazzjoni transnazzjonali, inklużi entitajiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn.

(33)

Fejn tkun meħtieġa viża u ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun jissodisfa l-kriterji biex jinħariġlu permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, l-Istat Membru għandu jagħti liċ-ċittadin ta' pajjiż terz kull fakultà li jikseb il-viża meħtieġa u għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw b'mod effettiv għal dak l-għan.

(34)

Fejn il-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jinħareġ minn Stat Membru li ma japplikax l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ u l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, fil-qafas ta' mobilità intra-UE, jaqsam fruntiera esterna skont ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),Stat Membru għandu jkun intitolat li jitlob evidenza li l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali ser imur fit-territorju tiegħu għall-iskop ta' trasferiment intra-azjendali. Barra minn hekk, fil-każ tal-qsim ta' fruntiera esterna fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 562/2006, l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ għandhom jikkonsultaw is-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen u għandhom jirrifjutaw id-dħul jew joġġezzjonaw għall-mobilità ta' persuni li għalihom tkun inħarġet twissija f'dik is-sistema għall-iskopijiet ta' ċaħda tad-dħul jew żjara, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(35)

L-Istati Membru għandhom ikunu jistgħu jindikaw informazzjoni addizzjonali fuq il-karti jew jaħżnu tali informazzjoni f'format elettroniku, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (9) u l-punt (a)16 tal-Anness għalih, sabiex ikunu jistgħu jagħtu aktar informazzjoni preċiża dwar l-attività tal-impjieg matul it-trasferiment intra-azjendali. L-għoti ta' din l-informazzjoni addizzjonali għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri u m'għandux ikun rekwiżit addizzjonali li jikkomprometti l-permess uniku u l-proċedura ta' applikazzjoni unika.

(36)

Din id-Direttiva m'għandhomx jipprevjenu lill-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali milli jagħmlu attivitajiet ta' impjieg speċifiċi fis-siti ta' klijenti fl-Istat Membru fejn hi stabbilita l-entità ospitanti f'konformità mad-dispożizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fir-rigward ta' tali attivitajiet.

(37)

Din id-Direttiva ma taffettwax il-kondizzjonijiet tal-provvista ta' servizzi fil-qafas tal-Artikolu 56 TFUE. B'mod partikolari, din id-Direttiva ma taffettwax it-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg li, skont id-Direttiva 96/71/KE, japplikaw għal ħaddiema stazzjonati minn impriża stabbilita fi Stat Membru biex jipprovdu servizz fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċittadini ta' pajjiż terz stazzjonati minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru fil-qafas tal-provvista ta' servizzi f'konformità mad-Direttiva 96/71/KE. Iċ-ċittadini ta' pajjiż terz fil-pussess ta' permess ta' trasferiment intra-azjendali ma jistgħux jibbenefikaw mid-Direttiva 96/71/KE. Din id-Direttiva ma għandhiex tagħti lill-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz trattament aktar favorevoli minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru, skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 96/71/KE.

(38)

Il-kopertura ta' sigurtà soċjali adegwata għall-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali inkluż, fejn ikun rilevanti, benefiċċji għall-membri ta' familthom hija importanti biex tiżgura kundizzjonijiet deċenti ta' xogħol u għajxien waqt li joqogħdu fl-Unjoni. Għalhekk, għandu jingħata trattament ugwali skont il-liġi nazzjonali fir-rigward ta' dawk il-fergħat tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (10). Din id-Direttiva ma tarmonizzax il-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri. Hija limitata għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Id-dritt għal trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali japplika għal ċittadini ta' pajjiż terz li jissodisfaw il-kondizzjonijiet oġġettivi u non-diskriminatorji stabbiliti bil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ix-xogħol fir-rigward tal-affiljazzjoni u l-intitolament għal benefiċċji soċjali.

F'bosta Stati Membri d-dritt għal benefiċċji tal-familja għandu bħala kondizzjoni ċerta rabta ma' dak l-Istat Membru peress li l-benefiċċji huma maħsubin biex jappoġġaw żvilupp demografiku pożittiv biex tiġi żgurata l-forza tax-xogħol futura f'dak l-Istat Membru. Għalhekk, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt ta' Stat Membru li jirrestrinġi. taħt ċerti kundizzjonijiet, it-trattament indaqs fir-rigward tal-benefiċċji tal-familja peress li l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali u l-membri tal-familja li jakkumpanjawh ikunu qegħdin temporanjament f'dak l-Istat Membru. Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali għandhom jingħataw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew il-ftehimiet bilaterali li jipprevedu l-applikazzjoni tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali tal-pajjiż ta' oriġini. Madankollu, il-ftehimiet bilaterali jew il-leġislazzjoni nazzjonali dwar id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali li jiġu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva m'għandhomx jipprevedu trattament inqas favorevoli mit-trattament li jingħata liċ-ċittadini tal-Istat Membru fejn isir ix-xogħol. B'riżultat tal-liġi nazzjonali jew tali ftehimiet, jista' jkun, pereżempju, fl-interess tal-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali li jibqgħu affiljati mas-sistema ta' sigurtà soċjali tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom jekk l-interruzzjoni tal-affiljazzjoni tagħhom taffettwa ħażin id-drittijiet tagħhom jew jekk l-affiljazzjoni tagħhom tirriżulta f'li jġarrbu spejjeż ta' kopertura doppja. L-Istati Membri għandhom dejjem ikollhom il-possibbiltà li jagħtu drittijiet ta' sigurtà soċjali aktar favorevoli lill-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali. Xejn f'din id-Direttiva ma għandu jaffettwa d-dritt ta' superstiti li jirċievu drittijiet mill-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali biex jirċievu l-pensjoni tas-superstiti meta jkunu joqogħdu f'pajjiż terz.

(39)

Fil-każ ta' mobilità bejn l-Istati Membri, għandu japplika, kif adatt, ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Din id-Direttiva ma għandhiex tagħti aktar drittijiet minn dawk diġà previsti fil-liġi eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal ċittadini ta' pajjiż terz li għandhom interessi transkonfinali bejn l-Istati Membri.

(40)

Sabiex is-sett ta' regoli speċifiku stabbilit minn din id-Direttiva jsir aktar attraenti u sabiex ikunu jistgħu jiġu prodotti l-benefiċċji kollha mistennija għall-kompetittività tan-negozju fl-Unjoni, ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali minn pajjiż terz għandhom jingħataw kondizzjonijiet favorevoli għar-riunifikazzjoni tal-familja fl-Istat Membru li ħareġ il-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali u f'dawk l-Istati Membri li jippermettu lill-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali joqgħod u jaħdem fuq it-territorju tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-mobilità fuq perijodu twil. Dan id-dritt għandu jwarrab ostakolu importanti biex ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali potenzjali jaċċettaw kollokament. Sabiex tiġi ppreservata l-għaqda tal-familja, il-membri tal-familja għandhom ikunu jistgħu jingħaqdu mal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali fi Stat Membru ieħor, u l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol għandu jiġi ffaċilitat.

(41)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar rapidu ta' applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lill-iskambju ta' informazzjoni u lit-trasmissjoni ta' dokumenti rilevanti b'mod elettroniku, ħlief jekk jinqalgħu diffikultajiet tekniċi jew jekk ikun rikjest mod ieħor minn interessi essenzjali.

(42)

Il-ġbir u t-trasmissjoni ta' fajls u data għandhom isiru f'konformità mar-regoli rilevanti tal-protezzjoni ta' data u tas-sigurtà.

(43)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċittadini ta' pajjiż terz li japplikaw għal residenza fi Stat Membru bħala riċerkaturi sabiex jagħmlu proġett ta' riċerka, minħabba li dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE (12).

(44)

Billi l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri proċedura ta' ammissjoni speċjali u l-adozzjoni ta' kondizzjonijiet ta' dħul u residenza għall-fini ta' trasferimenti intra-azjendali ta' ċittadini ta' pajjiż terz ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tikseb dawk l-objettivi.

(45)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li hija stess tibbaża fuq id-drittijiet li jirriżultaw mill-Karti Soċjali adottati mill-Unjoni u mill-Kunsill tal-Ewropa.

(46)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011 (13), ittieħed l-impenn mill-Istati Membri biex, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri tagħhom ta' traspożizzjoni tiġi akkumpanjata minn dokument wieħed jew aktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis it-trasmissjoni ta' tali dokumenti bħala ġustifikata.

(47)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, rigward l-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-TUE u għat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhumiex marbuta minn jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(48)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness TUE u għat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhix marbuta minnha jew sogġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistipula:

(a)

il-kondizzjonijiet għal dħul u residenza għal aktar minn 90 jum fit-territorju tal-Istati Membri, u d-drittijiet, ta' ċittadini ta' pajjiż terz u mill-membri tal-familja tagħhom fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali;

(b)

il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza, u d-drittijiet, ta' ċittadini ta' pajjiż terz, imsemmija fil-punt (a), fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru li l-ewwel ħareġ il-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali lil ċittadin ta' pajjiż terz abbażi ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal ċittadini ta' pajjiż terz li jirrisjedu barra mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien l-applikazzjoni u li japplikaw biex jiġu ammessi jew li ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru taħt it-termini ta' din id-Direttiva, fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali bħala maniġers, speċjalisti jew impjegati apprendisti.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċittadini ta' pajjiż terz li:

(a)

japplikaw biex jirrisjedu fi Stat Membru bħala riċerkaturi, fit-tifsira tad-Direttiva 2005/71/KE, sabiex jagħmlu proġett ta' riċerka;

(b)

taħt ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u pajjiżi terzi, ikollhom drittijiet ta' moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta' ċittadini tal-Unjoni jew huma impjegati minn impriża stabbilita f'dawk il-pajjiżi terzi;

(c)

huma stazzjonati fil-qafas tad-Direttiva 96/71/KE;

(d)

jagħmlu attivitajiet bħala ħaddiema għal rashom;

(e)

huma assenjati minn aġenziji tal-impjieg, aġenziji ta' xogħol temporanju jew kwalunkwe impriża oħra impenjata li tagħmel disponibbli ħaddiema biex jaħdmu taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni ta' impriża oħra.

(f)

li jiġu aċċettati bħala studenti full-time jew li jkunu qegħdin jagħmlu taħriġ prattiku sorveljat għal żmien qasir bħala parti mill-istudji tagħhom;

3.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li joħorġu permessi ta' residenza oħra minbarra l-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali kopert minn din id-Direttiva għal kwalunkwe fini ta' impjieg għal ċittadini ta' pajjiż terz li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ċittadin ta' pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhix ċittadin tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) TFUE;

(b)

“trasferiment intra-azjendali” tfisser sekondar temporanju għal finijiet okkupazzjonali jew ta' taħriġ ta' ċittadin ta' pajjiż terz li, fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jirrisjedi barra mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien l-applikazzjoni minn impriża stabbilita barra t-territorju ta' Stat Membru u li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun marbut magħha matul it-trasferiment permezz ta' kuntratt ta' xogħol qabel u matul it-trasferiment, għal entità li tappartjeni lill-impriża jew lill-istess grupp ta' impriżi li hija stabbilita f'dak l-Istat Membru, u, fejn applikabbli, il-mobilità bejn l-entitajiet ospitanti stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew diversi li huma t-tieni Stat Membru;

(c)

“ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali” tfisser kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz li jirrisjedi barra mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien l-applikazzjoni għal permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali u li huwa suġġett għal trasferiment intra-azjendali;

(d)

“entità ospitanti” tfisser l-entità li lejha huwa ttrasferit ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, irrispettivament mill-forma legali tagħha, stabbilita, f'konformità mal-liġi nazzjonali, fit-territorju ta' Stat Membru;

(e)

“maniġer” tfisser persuna li tkun f'pożizzjoni għolja, li tirregola primarjament il-ġestjoni tal-entità ospitanti, li tirċievi superviżjoni ġenerali jew gwida prinċipalment mill-bord tad-diretturi jew l-azzjonisti tan-negozju jew ekwivalenti; dik il-pożizzjoni għandha tinkludi: it-tmexxija tal-entità ospitanti jew dipartiment jew sottodiviżjoni tal-entità ospitanti; is-superviżjoni u l-kontroll tax-xogħol ta' impjegati oħra superviżuriprofessjonali jew maniġerjali; l-awtorità li tingaġġa, tkeċċi jew tagħmel azzjonijiet oħra fir-rigward tal-persunal;

(f)

“speċjalist” tfisser persuna li taħdem fi grupp ta' impriżili għandha għarfien speċjalizzat essenzjali għall-oqsma ta' attività, it-tekniki jew il-ġestjoni tal-entità ospitanti. Meta jiġi vvalutat tali għarfien, għandu jittieħed kont mhux biss tal-għarfien speċifiku għall-entità ospitanti, imma anki jekk il-persuna jkollhiex livell għoli ta' kwalifiki inkluża esperjenza professjonali adegwata li jirreferu għal tip ta' xogħol jew ta' attività li jeħtieġ għarfien tekniku speċifiku, inkluża s-sħubija possibbli fi professjoni akkreditata:

(g)

“impjegat apprendist” tfisser persuna b'lawrja universitarja trasferita lejn entità ospitanti għal skopijiet ta' żvilupp fil-karriera jew biex tikseb taħriġ fit-tekniki jew il-metodi tan-negozju u li titħallas matul it-trasferiment;

(h)

“membri tal-familja” tfisser ċ-ċittadini ta' pajjiż terz imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (14);

(i)

“permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali” tfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni bl-akronimu “ICT” li jagħti d-dritt lid-detentur li jirresjedi u jaħdem fit-territorju tal-ewwel Stat Membru u, fejn applikabbli, tat-tieni Stati Membri, skont it-termini ta' din id-Direttiva;

(j)

“permess ta' mobilità fuq perijodu twil” tfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni bit-terminu “ICT mobbli” li jagħti d-dritt lid-detentur ta' permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali li jirresjedi u jaħdem fit-territorju tat-tieni Stat Membru skont it-termini ta' din id-Direttiva;

(k)

“proċedura ta' applikazzjoni unika” tfisser il-proċedura li twassal, fuq il-bażi ta' applikazzjoni waħda għall-awtorizzazzjoni ta' residenza u xogħol ta' ċittadin ta' pajjiż terz fit-territorju ta' Stat Membru, għal deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni;

(l)

“grupp ta' impriżi” tfisser żewġ impriżi jew iktar rikonoxxuti li għandhom rabtiet bejniethom skont il-liġi nazzjonali kif ġej: impriża, f'relazzjoni diretta jew indiretta ma' impriża oħra, għandha l-maġġoranza tal-kapital sottoskritt ta' dik l-impriża; tikkontrolla l-maġġoranza tal-voti marbutin mal-kapital sottoskritt ta' dik l-impriża; hija intitolata taħtar aktar minn nofs il-membri tal-korp ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni jew ta' superviżjoni ta' dik l-impriża; jew l-impriżi huma ġestiti fuq bażi unifikata mill-impriża prinċipali;

(m)

“l-ewwel Stat Membru” tfisser l-Istat Membru li l-ewwel joħroġ permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali lil ċittadin ta' pajjiż terz;

(n)

“it-tieni Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru li fih il-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali biħsiebu jeżerċita jew qed jeżerċita d-dritt ta' mobilità skont it-tifsira ta' din id-Direttiva, minbarra l-ewwel Stat Membru;

(o)

“professjoni rregolata” tfisser professjoni rregolata kif definita fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/36/KE.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli ta':

(a)

leġislazzjoni tal-Unjoni, inkluż ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u pajjiż terz wieħed jew aktar fuq in-naħa l-oħra;

(b)

ftehimiet bilaterali jew multilaterali konklużi bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li għalihom tapplika rigward il-punt (h) tal-Artikolu 3 u l-Artikoli 15, 18 u 19.

KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Artikolu 5

Kriterji għal ammissjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(1), ċittadin ta' pajjiż terz li japplika għal ammissjoni taħt it-termini ta' din id-Direttiva jew l-entità ospitanti għandu:

(a)

jipprovdi evidenza li l-entità ospitanti u l-impriża stabbilita f'pajjiż terz jappartjenu għall-istess impriża jew grupp ta' impriżi;

(b)

jipprovdi evidenza ta' impjieg fl-istess impriża jew grupp ta' impriżi, minn tal-inqas tliet xhur sa tnax-il xahar wara xulxin eżatt qabel id-data tat-trasferiment intra-azjendali fil-każ tal-maniġers u l-ispeċjalisti, u minn tal-inqas tliet xhur sa sitt xhur wara xulxin tal-impjegati apprendisti;

(c)

jippreżenta kuntratt tax-xogħol u, jekk ikun meħtieġ, ittra ta' stazzjonar mingħand min iħaddmu li jkun fiha dan li ġej:

(i)

dettalji tal-perijodu taż-żmien tat-trasferiment u l-post fejn tinsab l-entità jew l-entitajiet ospitanti;

(ii)

evidenza li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ser ikollu pożizzjoni ta' maniġer, speċjalist jew impjegat apprendist fl-entità jew l-entitajiet ospitanti fl-Istat Membru kkonċernat;

(iii)

ir-remunerazzjoni kif ukoll termini u kondizzjonijiet oħrajn tal-impjieg li ngħataw matul it-trasferiment intra-azjendali;

(iv)

evidenza li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ser ikun jista' jiġi trasferit lura għal entità li tappartjeni għal dik l-impriża jew grupp ta' impriżi u stabbilita f'pajjiż terz fi tmiem it-trasferiment intra-azjendali;

(d)

jagħti evidenza li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz għandu l-kwalifiki u l-esperjenza professjonali meħtieġa fl-entità ospitanti li għaliha għandu jiġi trasferit bħala maniġer jew speċjalist jew, fil-każ ta' impjegat apprendist il-lawrja universitarja meħtieġa;

(e)

fejn applikabbli, jippreżenta dokumenti li jiċċertifikaw li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għal ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw il-professjoni regolata li lilhom tirrigwarda l-applikazzjoni;

(f)

jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar validu taċ-ċittadin ta' pajjiż terz, kif determinat mil-liġi nazzjonali, u applikazzjoni għal viża jew viża, jekk meħtieġ; l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-perijodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar ikopri tal-inqas il-perijodu ta' validità inizjali tal-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali;

(g)

bla ħsara għal ftehimiet bilaterali eżistenti, jipprovdi evidenza li għandu, jew, jekk ikun previst fil-liġi nazzjonali, li applika għal assigurazzjoni tal-mard minħabba r-riskji kollha li normalment huma koperti għaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat fil-perjodi fejn il-kopertura tal-assigurazzjoni u d-dritt għall-benefiċċji korrispondenti mhumiex ipprovduti f'konnessjoni max-xogħol, jew b'riżultat tax-xogħol li jkun sar f' dak l-Istat Membru.

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikant jippreżenta d-dokumenti elenkati fil-punti (a), (c), (d), (e) u (g) tal-paragrafu 1 b' lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-applikant jipprovdi, mill-aktar tard fi żmien il-ħruġ tal-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, l-indirizz taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat fit-territorju tal-Istat Membru.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta:

(a)

il-kundizzjonijiet kollha fil-liġi, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi u/jew il-ftehimiet kollettivi applikabbli b'mod universali li japplikaw għall-ħaddiema stazzjonati f'sitwazzjoni simili fil-fergħat okkupazzjonali rilevanti jintlaħqu matul it-trasferiment intra-azjendali fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg minbarra r-remunerazzjoni.

Fin-nuqqas ta' sistema li tiddikjara l-ftehimiet kollettivi ta' applikazzjoni universali, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw lilhom nfushom fuq ftehimiet kollettivi li huma applikabbli b'mod ġenerali għall-impriżi kollha simili fiż-żona ġeografika u fil-professjoni jew fl-industrija kkonċernati, u/jew fuq ftehimiet kollettivi li ġew konklużi mill-organizzazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi ta' min iħaddem u tal-impjegati fuq pjan nazzjonali u li huma applikati fit-territorju nazzjonali tagħhom kollu;

(b)

ir-remunerazzjoni li tingħata liċ-ċittadin ta' pajjiż terz matul it-trasferiment intra-azjendali kollu ma tkunx inqas favorevoli mir-remunerazzjoni li tingħata liċ-ċittadini tal-Istat Membru li fih jaħdmu li jkollhom pożizzjonijiet komparabbli skont il-liġijiet jew il-ftehimiet kollettivi jew il-prattiki applikabbli fl-Istat Membru fejn l-entità ospitanti hija stabbilita.

5.   Abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali ser ikollu biżżejjed riżorsi matul iż-żjara tiegħu jew tagħha biex imantni lilu nnifsu u l-membri tal-familja tiegħu jew tagħha mingħajr rikors għas-sistemi tal-assistenza soċjali tal-Istati Membri.

6.   Minbarra l-evidenza mitluba fil-paragrafu 1, kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz li japplika għal ammissjoni bħala impjegat apprendist jista' jintalab jippreżenta ftehim ta' taħriġ, relatat mat-tħejjija tal-pożizzjoni futura tiegħu jew tagħha fl-impriża jew fil-grupp ta' impriżi, inkluża deskrizzjoni tal-programm ta' taħriġ, li turi li l-fini tal-permanenza huwa li l-impjegat appendist jiġi mħarreġ għall-finijiet tal-iżvilupp tal-karriera jew sabiex jikseb taħriġ f'tekniki jew metodi ta' negozju, it-tul tiegħu u l-kondizzjonijiet li taħthom l-impjegat appendist jiġi sorveljat matul il-programm.

7.   Kwalunkwe modifika matul il-proċedura ta' applikazzjoni li taffettwa l-kriterji għal ammissjoni kif stabbilit f'dan l-Artikolu għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat mill-applikant.

8.   Iċ-ċittadini ta' pajjiż terz li huma kkunsidrati bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika ma għandhomx jiġu ammessi għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 6

Volumi ta' ammissjoni

Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt ta' Stat Membru li jiddetermina l-volumi ta' ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 79(5)TFUE. Fuq dik il-bażi, applikazzjoni għal permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jista' jitqies inammissibbli jew jiġi miċħud.

Artikolu 7

Raġunijiet għal ċaħda

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni għal permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ma jkunx hemm konformità mal-Artikolu 5;

(b)

meta d-dokumenti ppreżentati nkisbu b'mod frodulenti, ikunu ffalsifikati jew imbagħbsa;

(c)

meta l-entità ospitanti tkun ġiet stabbilita għall-fini prinċipali li tiffaċilita d-dħul ta' ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali;

(d)

meta t-tul massimu ta' permanenza kif definit fl-Artikolu 12(1) jkun intlaħaq.

2.   L-Istati Membri għandhom, jekk ikun adatt, jiċħdu applikazzjoni fejn min iħaddem jew l-entità ospitanti kienu ġew sanzjonati skont il-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiċħdu applikazzjoni għal permess għal trasferiment intra-azjendali fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn min iħaddem jew l-entità ospitanti tkun naqset milli tilħaq l-obbligi legali tagħha fir-rigward tas-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni, id-drittijiet tax-xogħol jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(b)

fejn in-negozju ta' min iħaddem jew tal-entità ospitanti qiegħed stralċjat jew ġie stralċjat taħt il-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza jew jekk ma tkunx qed issir attività ekonomika;

(c)

fejn il-ħsieb jew l-effett tal-preżenza temporanja tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jinterferixxi fl-eżitu ta' kwalunkwe tilwim ta' ġestjoni tax-xogħol jew fin-negozjar, jew jaffetwahom b'xi mod ieħor.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiċħdu applikazzjoni għal permess għal trasferiment intra-azjendaligħar-raġuni stabbilita fl-Artikolu 12(2).

5.   Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi miċħuda applikazzjoni, għandha tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u tosserva l-prinċipju ta' proporzjonalità.

Artikolu 8

Irtirar jew nuqqas ta' tiġdid tal-permess għal trasferiment intra-azjendali

1.   L-Istati Membri għandhom jirtiraw permess ta' trasferiment intra-azjendali fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta jkun inkiseb b'mod frodulenti, jew kien iffalsifikat, jew imbagħbas;

(b)

meta l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jkun qed jirrisjedi fl-Istat Membru konċernat għal finijiet oħra li mhumiex dawk li għalihom ġie awtorizzat jirrisjedi;

(c)

meta l-entità ospitanti tkun ġiet stabbilita għall-fini prinċipali li tiffaċilita d-dħul ta' ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali.

2.   L-Istati Membri għandhom, jekk xieraq, jirtiraw permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali meta min iħaddem jew l-entità ospitanti jkunu ġew sanzjonati skont il-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jġeddu permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta jkun inkiseb b'mod frodulenti, jew kien iffalsifikat, jew imbagħbas;

(b)

meta l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jkun qed jirrisjedi fl-Istat Membru konċernat għal finijiet oħra li mhumiex dawk li għalihom ġie awtorizzat jirrisjedi;

(c)

meta l-entità ospitanti tkun ġiet stabbilita għall-fini prinċipali li tiffaċilita d-dħul ta' ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali:

(d)

meta t-tul massimu ta' żjara kif definit fl-Artikolu 12(1) jkun intlaħaq.

4.   L-Istati Membri għandhom, jekk xieraq, jirrifjutaw li jġeddu permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali meta min iħaddem jew l-entità ospitanti tkun ġiet sanzjonata skont il-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali.

5.   L-Istati Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin.

(a)

fejn ma jkunx jew ma jibqax iktar konformi mal-Artikolu 5;

(b)

fejn min iħaddem jew l-entità ospitanti tkun naqset milli tilħaq l-obbligi legali tagħha fir-rigward tas-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni, id-drittijiet tax-xogħol jew il-kondizzjonijiet tax-xogħol;

(c)

fejn in-negozju ta' min iħaddem jew tal-entità ospitanti qiegħed stralċjat jew ġie stralċjat taħt il-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza jew jekk ma tkunx qed issir attività ekonomika;

(d)

meta t-trasferiment intra-azjendali ma kienx konformi mar-regoli ta' mobilità stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 3, kwalunkwe deċiżjoni għall-irtirar jew ir-rifjut jew it-tiġdid ta' permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, l-Istat Membru għandu jieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u josserva l-prinċipju ta' proporzjonalità.

Artikolu 9

Sanzjonijiet

1.   L-Istati Membri jistgħu jżommu lill-entità ospitanti responsabbli għan-nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' ammissjoni, żjara u mobilità stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi għal sanzjonijiet fejn l-entità ospitanti tinżamm responsabbli f'konformità mal-paragrafu 1. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu miżuri biex jipprevjenu abbużi possibbli u biex jippenalizzaw il-ksur ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jinkludu l-monitoraġġ, il-valutazzjoni u, fejn adatt, miżuri ta' spezzjoni, f'konformità mal-liġi nazzjonali jew mal-prattika amministrattiva.

KAPITOLU III

PROĊEDURA U PERMESS

Artikolu 10

Aċċess għall-informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar l-evidenza dokumentarja kollha meħtieġa għal applikazzjoni u l-informazzjoni dwar id-dħul u r-residenza, disponibbli faċilment lill-applikanti inklużi d-drittijiet, l-obbligi u s-salvagwardji proċedurali, tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali u tal-membri tal-familja tiegħu jew tagħha. L-Istati Membri għandhom jagħmlu faċilment disponibbli wkoll il-proċeduri applikabbli għall-mobilità għal perijodu qasir imsemmija fl-Artikolu 21(2) u l-mobilità fuq perijodu twil imsemmija fl-Artikolu 22(1).

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni għall-entità ospitanti dwar id-dritt tal-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 9 u 23.

Artikolu 11

Applikazzjonijiet għal permess għal trasferiment intra-azjendali jew permes għall-mobilita fit-tul

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk applikazzjoni għandhiex tiġi ppreżentata miċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew mill-entità ospitanti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jippermettu l-applikazzjoni minn kwalunkwe parti minn dawn it-tnejn.

2.   L-applikazzjoni għal permess għal trasferiment intra-azżjendali għandha tiġi ppreżentata meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun qed jirrisjedi barra t-territorju tal-Istat Membru li għalih tkun qed tintalab ammissjoni.

3.   L-applikazzjoni għal permess għal trasferiment intra-azżjendali għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn ser tkun l-ewwel żjara. Fejn l-ewwel żjara ma tkunx l-itwal waħda, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn ser tkun l-itwal żjara inġenerali matul it-trasferiment.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu l-applikazzjoni u joħroġu l-permess tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jew il-permess għall-mobilita' fit-tul

5.   L-applikant għandu jkun intitolat li jippreżenta applikazzjoni fi proċedura ta' applikazzjoni unika.

6.   Proċeduri simplifikati relatati mal-ħruġ ta' permessi ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, permessi għal mobilità għal perijodu twil, permessi mogħtija lill-membri tal-familja ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali kif ukoll għall-viżi jistgħu jkunu disponibbli għal entitajiet jew għal impriżi u gruppi ta' impriżi li jkunu ġew rikonoxxuti għal dak il-għan mill-Istati Membri f'konformità mal-liġi nazzjonali jew il-prattiki amministrattivi tagħhom.

Ir-rikonoxximent għandu jiġi vvalutat mill-ġdid regolarment.

7.   Il-proċeduri simplifikati previsti fil-paragrafu 6 mill-inqas għandhom jinkludu:

(a)

eżenzjoni tal-applikant milli jippreżenta xi parti mill-evidenza msemmija fl-Artikolu 5 jew fil-punt (a) tal-Artikolu 22(2);

(b)

proċedura rapida għall-ammissjoni li tippermetti li permessi għal ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali u permessi għal mobilità għal perijodu twil jinħarġu fi żmien iqsar minn dak speċifikat fl-Artikolu 15(1) jew fil-punt (b) tal-Artikolu 22(2); u/jew

(c)

proċeduri faċilitati u/jew aċċelerati fir-rigward tal-ħruġ tal-viżi meħtieġa.

8.   Entitajiet jew gruppi ta' impriżi li ġew rikonoxxuti f'konformità mal-paragrafu 6 għandhom jinnotifikaw lill-awtorità relevanti bi kwalunkwe modifika li taffettwa l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 30 ġurnata.

9.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet xierqa, inkluż revoka ta' rikonoxximent, fil-każ tan-nuqqas ta' notifika lill-awtorità relevanti.

Artikolu 12

Tul ta' trasferiment intra-azjendali

1.   It-tul massimu tat-trasferiment intra-azjendali għandu jkun ta' tliet snin għall-maniġers u l-ispeċjalisti u sena għall-impjegati apprendisti li wara dan il-perijodu huma għandhom iħallu t-territorju tal-Istati Membri dment li ma jiksbux permess ta' residenza fuq bażi oħra f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet internazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jgħaddi perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur bejn tmiem it-tul massimu ta' trasferiment imsemmi fil-paragrafu 1 u applikazzjoni oħra fir-rigward tal-istess ċittadin ta' pajjiż terz għall-finijiet ta' din id-Direttiva fl-istess Stat Membru.

Artikolu 13

Permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali

1.   Ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali li jissodisfaw il-kriterji ta' ammissjoni stabbiliti fl-Artikolu 5 u li dwarhom l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu deċiżjoni pożittiva, għandu jinħarġilhom permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali.

2.   Il-perijodu ta' validità tal-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għandu jkun ta' mill-inqas sena jew it-tul tat-trasferiment fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, skont liema jkun l-iqsar, u jista' jiġi estiż għal massimu ta' tliet snin għal maniġers u speċjalisti u sena għal impjegati apprendisti.

3.   Il-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru permezz tal-format uniformi stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.

4.   Taħt l-intestatura “tip ta' permess”, f'konformità mal-punt (a) 6.4 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1030/2002, l-Istati Membri għandhom idaħħlu “ICT”.

L-Istati Membri jistgħu jżidu wkoll indikazzjoni fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tagħhom.

5.   L-Istati Membri ma għandhom joħorġu l-ebda permess addizzjonali, b'mod partikolari permessi ta' xogħol ta' kwalunkwe tip.

6.   L-Istati Membri jistgħu jindikaw informazzjoni addizzjonali relatata mal-attività ta' impjieg matul it-trasferiment intra-azjendali taċ-ċittadin tal-pajjiż terz fuq karta, u/jew jaħżnu tali data f'format elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u fil-punt (a)16 tal-Anness għalih.

7.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti liċ-ċittadini ta' pajjiż terz li l-applikazzjoni tagħhom għal ammissjoni tkun ġiet aċċettata kull faċilità biex jiksbu l-viża meħtieġa.

Artikolu 14

Modifiki li jaffettwaw il-kondizzjonijiet għa ammissjoni matul iż-żjara

Kwalunkwe modifika matul iż-żjara li taffettwa l-kondizzjonijiet għal ammissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 għandha tiġi nnotifikata mill-applikant lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 15

Salvagwardji proċedurali

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jadottaw deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jew tiġdid tiegħu u jinnotifikaw lill-applikant bid-deċiżjoni bil-miktub, skont il-liġi nazzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 90 jum wara mid-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni kompluta.

2.   Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjonipprovduta b'appoġġ għall-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant f'perijodu raġonevoli dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u jistabbilixxu skadenza raġonevoli sabiex din tiġi pprovduta. Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet kompetenti jkunu rċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

3.   Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tiddikjara inammissibbli jew li tiċħad applikazzjoni jew li tirrifjuta t-tiġdid, għandhom jingħataw lill-applikant bil-miktub. Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tirtira permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għandu jingħata bil-miktub kemm lill-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali kif ukoll lill-entità ospitanti.

4.   Kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi ddikjarata inammissibbli jew biex tiġi miċħuda l-applikazzjoni, biex jiġi rrifjutat it-tiġdid, jew biex jiġi rtirat permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għandha tkun miftuħa għal kontestazzjoni legali fl-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mal-liġi nazzjonali. In-notifika bil-miktub għandha tispeċifika l-qorti jew l-awtorità amministrattiva li quddiema jista' jitressaq l-appell u l-limitu ta' żmien għat-tressiq tal-appell.

5.   Fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 12(1) applikant għandu jkun jista' jippreżenta applikazzjoni għal tiġdid qabel l-iskadenza tal-permess ta' trasferiment intra-azjendali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skadenza massima ta' 90 jum qabel l-iskadenza tal-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal tiġdid.

6.   Meta l-validità tal-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali tiskadi matul il-proċedura għat-tiġdid, l-Istati Membri għandhom iħallu lill-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jgħix fit-territorju tiegħu sakemm l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni. F'każ bħal dan, huma jistgħu joħorġu, fejn meħtieġ skont il-liġi nazzjonali, permessi ta' residenza temporanji nazzjonali jew awtorizzazzjonijiet ekwivalenti.

Artikolu 16

Tariffi

L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-ħlas tat-tariffi għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet f'konformità ma' din id-Direttiva. Il-livell ta' tali tariffi ma għandux ikun sproporzjonat jew eċċessiv.

KAPITOLU IV

DRITTIJIET

Artikolu 17

Drittijiet abbażi ta' permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali

Matul il-perijodu ta' validità ta' permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, id-detentur għandu jgawdi mill-inqas id-drittijiet li ġejjin:

(a)

id-dritt għal dħul u żjara fit-territorju tal-ewwel Stat Membru;

(b)

aċċess liberu għat-territorju kollu tal-ewwel Istat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

(c)

id-dritt li jeżerċita l-attività ta' impjieg speċifiku awtorizzata bil-permess skont il-liġi nazzjonali fi kwalunkwe entità ospitanti li tappartjeni għal impriża jew grupp ta' impriżi fl-ewwel Stat Membru.

Id-drittijiet msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu għandhom jitgawdew fit-tieni Stat Membru skont l-Artikolu 20.

Artikolu 18

Dritt għal trattament ugwali

1.   Irrispettivament mil-liġi applikabbli għar-relazzjoni tal-impjieg, u mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 5(4), ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali ammessi taħt din id-Direttiva għandhom igawdu mill-inqas trattament ugwali bħall-persuni koperti mid-Direttiva 96/71/KE fir-rigward tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE fl-Istat Membru li fih isir ix-xogħol.

2.   Il-ħaddiema bi trasferimenti intra-azjendali għandhom igawdu minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru fejn isir ix-xogħol fir-rigward:

(a)

tal-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ma' organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu involuti f'impjieg speċifiku, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji mogħtija minn dawn l-organizzazzjonijiet, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

(b)

rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra f'konformità mal-proċeduri nazzjonali relevanti;

(c)

dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali rigward il-fergħat tas-sigurtà soċjali definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, dment li l-liġi tal-pajjiż ta' oriġini ma tkunx tapplika permezz ta' ftehimiet bilaterali jew tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn isir ix-xogħol, li jiżguraw li l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jkun kopert mil-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali f'wieħed minn dawn il-pajjiżi. F'każ ta' mobilità intra-UE, u mingħajr preġudizzju għal ftehimiet bilaterali li jiżguraw li l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali huwa kopert bil-liġi nazzjonali tal-pajjiż ta' oriġini, ir-Regolament (KE) Nru 1231/2010 għandu japplika kif adatt;

(d)

mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1231/2010 u għal ftehimiet bilaterali, il-ħlas tal-anzjanità, l-invalidità u l-mewt, il-pensjonijiet statutorji bbażati fuq l-impjieg preċedenti tal-ħaddiema u li nkisbu minn ħaddiema bi trasferimenti intra-azjendali li sejrin f'pajjiż terz, jew is-superstiti ta' ħaddiema bħal dawn li jgħixu f'pajjiż terz li jkollhom drittijiet derivanti mill-ħaddiem bi trasferimenti intra-azjendali, f'konformità mal-leġislazzjoni stipulata fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, taħt l-istess kondizzjonijiet u bl-istess rati bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat meta huma jmorru f'pajjiż terz.

(e)

aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta' oġġetti u servizzi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, minbarra proċeduri biex ikun hemm akkomodazzjoni kif previst mil-liġi nazzjonali, mingħajr preġudizzju għal-libertà kuntrattwali f'konformità mal-Unjoni u l-liġi nazzjonali, u servizzi offruti minn uffiċċji pubbliċi tal-impjieg.

Il-ftehimiet bilaterali jew il-liġi nazzjonali msemmija f'dan il-paragrafu għandha tikkostitwixxi ftehimiet internazzjonali jew dispożizzjonijiet tal-Istati Membri fit-tifsira tal-Artikolu 4.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-punt (c) tal-paragrafu 2 dwar il-benefiċċji tal-familja m'għandux japplika għal ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali li ġew awtorizzati biejirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru għal perijodu li ma jeċċedix id-disa' xhur.

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istat Membru li jirtira jew jirrifjuta li jġedded il-permess f'konformità mal-Artikolu 8.

Artikolu 19

Membri tal-familja

1.   Id-Direttiva 2003/86/KE għandha tapplika fl-ewwel Stat Membru u fit-tieni Stat Membru li jkunu ħarġu l-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali u fl-Istati Membri li jippermettu lill-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali biex jgħix u jaħdem fit-territorju tagħhom f'konformità mal-Artikolu 22 ta' din id-Direttiva, soġġett għad-derogi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   B'deroga mill-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/86/KE, ir-riunifikazzjoni tal-familja fl-Istati Membri ma għandhiex tkun tiddependi fuq ir-rekwiżit li d-detentur tal-permess maħruġ minn dawk l-Istati Membri abbażi ta' din id-Direttiva jkollu prospetti raġonevoli sabiex jikseb id-dritt ta' residenza permanenti u jkollu perijodu minimu ta' residenza.

3.   B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) u mill-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86/KE, il-miżuri ta' integrazzjoni msemmija fih jistgħu jiġu applikati mill-Istati Membri biss wara li l-persuni kkonċernati tkun ingħatatilhom ir-riunifikazzjoni tal-familja.

4.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/86/KE, il-permessi ta' residenza għal membri tal-familja għandhom jingħataw minn Stat Membru, jekk il-kondizzjonijiet għal riunifikazzjoni tal-familja jkunu sodisfatti fi żmien 90 jum mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni kompluta. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tipproċessal-applikazzjoni għall-permess ta' residenza għall-membri tal-familja tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali fl-istess ħin li l-applikazzjoni għall-permess tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jew il-permess ta' mobilità għal perijodu twil, f'każijiet fejn l-applikazzjoni għall-permess ta' residenza għall-membri tal-familja tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali tiġi ppreżentata fl-istess ħin. Is-salvagwardji proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 15 għandhom japplikaw kif adatt.

5.   B'deroga mill-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/86/KE, it-tul tal-validità tal-permessi ta' residenza ta' membri tal-familja fl-Istat Membru għandhom, bħala regola ġenerali, jintemmu fid-data ta' skadenza tal-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jew tal-permess ta' mobilità għal perijodu twil maħruġ minn dak l-Istat Membru.

6.   B'deroga mill-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2003/86/KE u mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif jinsab fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti dwar l-adeżjoni rilevanti, il-membri tal-familja tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali li jkunu ngħataw riunifikazzjoni tal-familja għandhom ikunu intitolati għal aċċess għal impjieg u għal attività ta' impjieg indipendenti, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta' residenza għall-membru tal-familja.

KAPITOLU V

MOBILITÀ INTRA-UE

Artikolu 20

Mobilità

Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom permess validu ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali maħruġ mill-ewwel Stat Membru jistgħu, abbażi ta' dak il-permess u dokument tal-ivvjaġġar validu u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22 u soġġett għall-Artikolu 23, jidħlu, jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru wieħed jew diversi li huma t-tieni Stati Membru.

Artikolu 21

Mobilità għal perijodu qasir

1.   Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali maħruġ mill-ewwel Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jgħixu fi kwalunkwe tieni Stat Membru u jaħdmu fi kwalunkwe entità oħra stabbilita fi kwalunkwe entità stabbilita f'tal-aħħar u li tkun tappartjeni lill-istess impriża jew grupp ta' impriżi għal perijodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum għal kull Stat Membru soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   It-tieni Stat Membru jista' jeħtieġ lill-entità ospitanti fl-ewwel Stat Membru li tinnotifika lill-ewwel Stat Membru u t-tieni Stat Membru bl-intenzjoni tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali biex jaħdem f'entità stabbilita fit-tieni Stat Membru.

F'tali każijiet, it-tieni Stat Membru għandu jippermetti li ssir in-notifika jew:

(a)

fiż-żmien tal-applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru, fejn il-mobilità għat-tieni Stat Membru hija diġà prevista f'dak l-istadju; jew

(b)

wara li l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali ntabgħat fl-ewwel Stat Membru, hekk kif tkun magħrufa l-mobilità intiża għat-tieni Stati Membru.

3.   It-tieni Stat Membru jista' jeħtieġ li n-notifika tinkludi t-trasmissjoni tad-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin:

(a)

evidenza li l-entità ospitanti fit-tieni Stat Membru u l-impriża stabbilita f'pajjiż terz jappartjenu għall-istess impriża jew grupp ta' impriżi;

(b)

il-kuntratt ta' xogħol u, jekk meħtieġ, l-ittra ta' stazzjonar, li jkunu ntbagħtu lill-ewwel Stat Membru f'konformità mal-punt (c) ta-Artikolu 5(1);

(c)

meta applikabbli, dokumenti li jiċċertifikaw li l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għal ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw il-professjoni regolata li l-applikazzjoni tirrigwarda lilhom;

(d)

dokument tal-ivvjaġġar validu, kif previst fil-punt (f) tal-Artikolu 5(1); u

(e)

fejn mhux speċifikat fl-ebda wieħed mid-dokumenti preċedenti, it-terminu ppjanat u d-dati tal-mobilità.

It-tieni Stat Membru jista' jeħtieġ li dawk id-dokumenti u dik l-informazzjoni jiġu ppreżentati f'lingwa uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

4.   Fejn in-notifika tkun saret f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 2, u fejn it-tieni Stat Membru ma qajjem l-ebda oġġezzjoni mal-ewwel Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 6, il-mobilità tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għat-tieni Stat Membru tista' sseħħ fi kwalunkwe mument fi ħdan il-perjodu ta' validità tal-permess tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali.

5.   Fejn in-notifika saret f'konformità mal-punt (b) tal- paragrafu 2, il-mobilità tista' tiġi inizjata wara n-notifika lit-tieni Stat Membru immedjatament jew fi kwalunkwe mument wara fi ħdan il-perjodu ta' validità tal-permess tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali.

6.   Ibbażat fuq in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, it-tieni Stat Membru jista' joġġezzjona għall-mobilità tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali fit-territorju tiegħu fi żmien 20 jum minn meta tiġi riċevuta n-notifika, fejn:

(a)

il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 5(4) jew fil-punt (a), (c) jew (d) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu mhumiex imħarsa;

(b)

id-dokumenti ppreżentati jkunu nkisbu b'mod frodulenti, jew ffalsifikati, jew imbagħbsa;

(c)

it-tul massimu ta' żjara kif definit fl-Artikolu 12(1) jew fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ikun intlaħaq;

L-awtoritajiet kompetenti tat-tieni Stat Membru għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-ewwel Stat Membru u lill-entità ospitanti fl-ewwel Stat Membru dwar l-oġġezzjoni tagħhom għall-mobilità.

7.   Fejn it-tieni Stat Membru joġġezzjona għall-mobilità f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u l-mobilità tkun għadha ma seħħitx, il-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali ma għandux jitħalla jaħdem fit-tieni Stat Membru bħala parti mit-trasferiment intra-azjendali. Fejn tkun diġà saret il-mobilità, japplika l-Artikolu 23(4) u (5).

8.   Fejn il-permess ta' trasferiment intra-azjendali jiġġedded mill-ewwel Stat Membru fi ħdan il-perijodu massimu previst fl-Artikolu 12(1), il-permess ta' trasferiment intra-azjendali mġedded għandu jibqa' jawtorizza lid-detentur tiegħu biex jaħdem fit-tieni Stat Membru, soġġett għat-tul massimu kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

9.   Il-ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali li huma meqjusin li huma ta' theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika m'għandhomx jitħallew jidħlu jew jgħixu fit-territorju tat-tieni Stat Membru.

Artikolu 22

Mobilità għal perijodu twil

1.   Fir-rigward taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom permess validu ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali maħruġ mill-ewwel Stat Membru u li għandhom il-ħsieb li jgħixu fi kwalunkwe tieni Stat Membru u jaħdmu fi kwalunkwe entità stabbilita f'tal-aħħar u li jappartjenu lill-istess impriża jew grupp ta' impriżi għal aktar minn 90 jum għal kull Stat Membru, it-tieni Stat Membri jista' jiddeċiedi li:

(a)

japplika d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21 u jippermetti lill-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali li jgħix u jaħdem fit-territorju tiegħu abbażi ta' u matul il-perjodu ta' validità tal-permess tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali maħruġ mill-ewwel Stat Membru; jew

(b)

japplika l-proċedura prevista fil-paragrafi minn 2 sa 7.

2.   Fejn tiġi ppreżentata applikazzjoni għal mobilità għal perijodu twil:

(a)

it-tieni Stat Membru jista' jeħtieġ lill-applikant jippreżenta xi wħud jew id-dokumenti kollha li ġejjin fejn huma meħtieġa mit-tieni Stat Membru għal applikazzjoni inizjali:

(i)

evidenza li l-entità ospitanti fit-tieni Stat Membru u l-impriża stabbilita f'pajjiż terz jappartjenu għall-istess impriża jew grupp ta' impriżi;

(ii)

kuntratt ta' xogħol u, jekk meħtieġ, ittra ta' stazzjonar, kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1);

(iii)

meta applikabbli, dokumenti li jiċċertifikaw li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għal ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw il-professjoni regolata li l-applikazzjoni tirrigwarda lilhom;

(iv)

dokument tal-ivvjaġġar validu, kif previst fil-punt (f) tal-Artikolu 5(1);

(v)

evidenza li jkollu, jew jekk previst bil-liġi nazzjonali, li jkun applika għal assigurazzjoni tal-mard, kif previst fil-punt (g) tal-Artikolu 5(1).

It-tieni Stat Membru jista' jeħtieġ lill-applikant jipprovdi, mhux aktar tard minn żmien il-ħruġ tal-permess għal mobilità għal perijodu twil, l-indirizz ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali ikkonċernat fit-territorju tat-tieni Stat Membru.

It-tieni Stat Membru jista' jeħtieġ li dawk id-dokumenti u dik l-informazzjoni jiġu ppreżentati f' lingwa uffiċjali ta' dak l-Istat Membru;

(b)

it-tieni Stat Membru għandu jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-mobilità għal perijodu twil u jinnotifika d-deċiżjoni bil-miktub lill-applikant mill-aktar fis iżda mhux aktar tard minn 90 jum mid-data li fiha l-applikazzjoni u d-dokumenti provduti fil-punt (a) jkunu ġew preżentati lil awtoritajiet kompetenti tat-tieni Stat Membru;

(c)

il-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali ma għandux ikun meħtieġ jitlaq mit-territorji tal-Istati Membri sabiex jippreżenta l-applikazzjoni u ma għandux jiġi soġġett għar-rekwiżit ta' viża;

(d)

il-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għandu jkun jista' jaħdem fit-tieni Stat Membru sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal mobilità għal perijodu twil mill-awtoritajiet kompetenti, dment li:

(i)

il-perijodu ta' żmien msemmi fl-Artikolu 21(1) u l-perijodu ta' validità tal-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali maħruġ mill-ewwel Stat Membru ma jkunx skada; u

(ii)

jekk it-tieni Stat Membru jeħtieġ dan, l-applikazzjoni kompluta tkun ġiet ippreżentata lit-tieni Stat Membru mill-inqas 20 jum qabel ma tibda l-mobilità għal perijodu twil tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali;

(e)

Applikazzjoni għal mobilità għal perijodu twil ma tistax tintbagħat fl-istess żmien bħal notifika għal mobilità għal perijodu qasir. Fejn ikun hemm bżonn ta' mobilità għal perijodu twil wara li tkun bdiet il-mobilità għal perijodu qasir tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, it-tieni Stat Membru jista' jitlob li l-applikazzjoni għal mobilità għal perijodu twil tkun ippreżentata mill-inqas 20 jum qabel it-tmiem tal-perijodu ta' mobilità għal perijodu qasir.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiċħdu applikazzjoni għal mobilità għal perijodu twil meta:

(a)

il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu mhumiex imħarsa jew il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(4), l-Artikolu 5(5) jew l-Artikolu 5(8) lanqas mhuma mħarsa;

(b)

waħda mir-raġunijiet koperti mill-punt (b) jew (d) tal-Artikolu 7(1) jew mill-Artikolu 7(2),(3) jew (4) tapplika; jew

(c)

il-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jiskadi matul il-proċedura.

4.   Meta t-tieni Stat Membru jieħu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni għal mobilità għal perijodu twil kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għandu jinħariġlu permess għall-mobilità għal perijodu twil li jippermetti lill-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jgħix u jaħdem fit-territorju tiegħu. Dan il-permess għandu jinħareġ billi jintuża format uniformi stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002. Taħt l-intestatura “tip ta' permess”, f'konformità mal-punt (a) 6.4 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1030/2002, l-Istati Membri għandhom idaħħlu: “ICT mobbli”. L-Istati Membri jistgħu jżidu wkoll indikazzjoni fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jindikaw l-informazzjoni addizzjonali relatata mal-attività ta' impjieg matul il-mobilità għal perijodu twil tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali fuq karta, u/jew jaħżnu tali data f'format elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u fil-punt (a)16 tal-Anness.

5.   It-tiġdid ta' permess għal mobilità għal perijodu twil huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3).

6.   It-tieni Stat Membru għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fl-ewwel Stat Membru f'każ fejn jinħareġ permess għal mobilità għal perijodu twil.

7.   Fejn Stat Membru jieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-mobilità għal perijodu twil, għandhom japplikaw, kif adatt, l-Artikoli 8, l-Artikolu 15(2) sa (6) u l-Artikolu 16.

Artikolu 23

Salvagwardji u sanzjonijiet

1.   Meta l-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jinħareġ minn Stat Membru li ma japplikawx l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ u l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jaqsam fruntiera esterna, it-tieni Stat Membru għandu jkun intitolat li jitlob bħala evidenza li l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali ser jiċċaqlaq fit-tieni Stat Membru minħabba trasferiment intra-azjendali:

(a)

kopja tan-notifika mibgħuta mill-entità ospitanti fl-ewwel Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 21(2); jew

(b)

ittra mill-entità ospitanti fit-tieni Stat Membru li tal-inqas tispeċifika d-dettalji tat-terminu tal-mobilità intra-UE u l-post tal-enitità ospitanti jew entitajiet fit-tieni Stat Membru.

2.   Fejn l-ewwel Stat Membru jirtira l-permess tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali hu għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet tat-tieni Stat Membru.

3.   L-entità ospitanti tat-tieni Stat Membru għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tat-tieni Stat Membru bi kwalunkwe modifika li taffettwa l-kondizzjonijiet li abbażi tagħhom il-mobilità kienet tista' ssir.

4.   It-tieni Stat Membru jista' jitlob li l-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali għandu immedjatament iwaqqaf kull attività ta' impjieg u jitlaq mit-territorju tiegħu fejn:

(a)

ma jkunx ġie nnotifikat f'konformità mal-Artikolu 21(2) u (3) u jeħtieġ tali notifika;

(b)

oġġezzjona għall-mobilità f'konformità mal-Artikolu 21(6);

(c)

irrifjuta talba għall-mobilità għal perijodu twil f'konformità mal-Artikolu 22(3);

(d)

il-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jew il-permess għall-mobilità fuq perijodu twil jintuża għal finijiet oħra minbarra dawk li nħareġ għalihom;

(e)

il-kondizzjonijiet li fuqhom tħalliet isseħħ il-mobilità mhumiex aktar issodisfati.

5.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel Stat Membru fuq talba tat-tieni Stat Membru, għandu jippermetti d-dħul mill-ġdid tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali, u fejn applikabbli, tal-membri tal-familja tiegħu jew tagħha, mingħajr formalitajiet u mingħajr dewmien. Dak għandu japplika wkoll jekk il-permess tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali maħruġ mill-ewwel Stat Membru skada jew ġie rtirat matul il-perijodu ta' mobilità ġewwa t-tieni Stat Membru.

6.   Fejn id-detentur ta' permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jaqsam il-fruntiera esterna, ta' Stat Membru li japplika l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ, dak l-Istat Membru għandu jikkonsulta s-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen. Dak l-Istat Membru għandu jirrifjuta d-dħul jew joġġezzjona għall-mobilità ta' persuni li għalihom tkun inħarġet twissija fis-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen minħabba li jkunu rrifjutaw li jidħlu u jgħixu f'dak l-Istat Membru.

7.   L-Istati Membri jistgħu jimponu sanzjonijiet kontra l-entità ospitanti stabbilita fuq it-territorju tagħhom f'konformità mal-Artikolu 9, fejn:

(a)

l-entità ospitanti naqset li tinnotifika l-mobilità tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali f'konformità mal-Artikolu 21(2) u (3);

(b)

il-permess tal-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali jew il-permess għall-mobilità fuq perijodu twil jintuża għal finijiet oħra minbarra dawk li nħareġ għalihom;

(c)

l-applikazzjoni għal permess għal trasferiment intra-azjendali ġiet ippreżentata lil Stat Membru ieħor minbarra dak fejn isseħħ l-itwal żjara inġenerali;

(d)

il-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali ma għadux jissodisfa l-kriterji u l-kondizzjonijiet li abbażi tagħhom ġiet permessa li sseħħ il-mobilità u l-entità ospitanti tonqos milli tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti tat-tieni Stat Membru b'tali modifika;

(e)

il-ħaddiem bi trasferiment intra-azjendali beda xogħol fit-tieni Stat Membru, minkejja li l-kondizzjonijiet għall-mobilità ma kinux issodisfati fil-każ li japplika l-Artikolu 21(5) jew il-punt (d) tal-Artikolu 22(2).

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Statistika

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-istatistika dwar l-għadd ta' permessi ta' ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali u l-permessi għal mobilità għal perijodu twil maħruġa għall-ewwel darba, u, meta applikabbli n-notifiki riċevuti skont l-Artikolu 21(2) u, sa fejn possibbli, dwar l-għadd ta' ħaddiema bi trasferiment intra-azjendali li l-permess tagħhom ġie mġedded jew irtirat. Dik l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont iċ-ċittadinanza, u, skont il-perijodu tal-validità tal-permess u, sa fejn possibbli, skont is-settur ekonomiku u l-pożizzjoni tal-ħaddiem.

2.   L-istatistika għandha tkun relatata ma' perijodi ta' referenza ta' sena kalendarja waħda u għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena ta' referenza. L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun l-2017.

3.   L-istatistika għandha tiġi kkomunikata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

Artikolu 25

Rapporti

Kull tliet snin, u għall-ewwel darba sad-29 ta' Novembru 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kwalunkwe emenda meħtieġa. Ir-rapport għandu jiffoka b'mod partikolari fuq il-valutazzjoni tal-funzjonament proprju tal-iskema ta' mobilità fl-UE u fuq użu ħażin possibbli ta' tali skema kif ukoll il-kollaborazzjoni tagħha mal-acquis ta' Schengen. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tivvaluta l-applikazzjoni prattika tal-Artikoli 20, 21, 22, 23 u 26.

Artikolu 26

Kooperazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt li għandhom jikkooperaw b'mod effettiv u jkunu responsabbli biex jirċievu u jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 21, 22 u 23. L-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lill-iskambju ta' informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi.

2.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn, permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, dwar l-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikolu 11(4) u dwar il-proċedura applikata għall-mobilità msemmija fl-Artikolu 21 u 22.

Artikolu 27

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-29 ta' Novembru 2016. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 101.

(2)  ĠU C 166, 7.6.2011, p. 59.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2014.

(4)  Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(5)  Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

(6)  Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).

(7)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

(8)  Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1).

(10)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

(11)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b'dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (ĠU L 344, 29.12.2010, p. 1).

(12)  Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta' Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz għall-finijiet ta' riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15).

(13)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).

(15)  Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta' statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).


DEĊIŻJONIJIET

27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/23


DEĊIŻJONI Nru 565/2014/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Mejju 2014

li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 77(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011, il-Kroazja, li ssieħbet fl-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013, hija meħtieġa minn dik id-data biex tissuġġetta liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2) għal rekwiżit ta' viża.

(2)

Skont l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011, id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen dwar il-kundizzjonijiet u l-kriterji sabiex jinħarġu viżi uniformi, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-viżi u dwar l-ekwivalenza bejn il-permessi ta' residenza/viżi għal permanenza twila u viżi għal permanenza qasira, japplikaw għall-Kroazja biss wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill għal dan il-għan. Madankollu, dawn jorbtu lill-Kroazja mid-data tal-adeżjoni.

(3)

Il-Kroazja hija, għalhekk, meħtieġa li toħroġ viżi nazzjonali, għad-dħul fit-territorju tagħha jew għat-tranżitu mit-territorju tagħha, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom viża uniformi jew viża għal permanenza twila jew permess ta' residenza maħruġin minn Stat Membru li jimplementa b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen jew dokument simili maħruġ mill-Bulgarija, minn Ċipru u mir-Rumanija, li għadhom ma jimplimentawhx b'mod sħiħ.

(4)

Id-detenturi ta' dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li jimplimentaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, u dokumenti maħruġa mill-Bulgarija, minn Ċipru, u mir-Rumanija ma jirrappreżentaw l-ebda riskju għall-Kroazja peress li dawn huma suġġetti għall-kontrolli kollha meħtieġa minn dawk l-Istati Membri. Sabiex ikun evitat li jiġu imposti piżijiet amministrattivi żejda li ma jkunux ġustifikati fuq il-Kroazja, għandhom jiġu adottati regoli komuni li jawtorizzaw lill-Kroazja biex tirrikonoxxi unilateralment dawk id-dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħha, u sabiex tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni tagħha fuq il-bażi ta' dik l-ekwivalenza unilaterali.

(5)

Ir-regoli komuni introdotti bid-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u bid-Deċiżjoni Nru 582/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandhom jitħassru. Fir-rigward ta' Ċipru, li implimenta r-reġim komuni stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE mill-10 ta' Lulju 2006 u fir-rigward tal-Bulgarijia u r-Rumanija, li implimentaw ir-reġim komuni stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 582/2008/KE mit-18 ta' Lulju 2008, għandhom jiġu adottati regoli komuni li jawtorizzaw lill-Bulgarija, lil Ċipru, u lir-Rumanija, bħall-Kroazja, sabiex jirrikonoxxu b'mod unilaterali ċerti dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen kif ukoll dokumenti simili maħruġa mill-Kroazja, bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom, u sabiex jistabbilixxu reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni fuq il-bażi ta' dik l-ekwivalenza unilaterali. Din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-objettiv tal-Bulgarija u tar-Rumanija li jsiru Stati Membri ta' Schengen mingħajr dewmien.

(6)

Ir-reġim simplifikat stabbilit f'din id-Deċiżjoni għandu japplika għal perjodu tranżitorju, sa data li għandha tkun iddeterminata permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill kif jissemma fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 fir-rigward ta' Ċipru, fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011 fir-rigward tal-Kroazja, suġġett għal dispożizzjonijiet tranżitorji possibbli fir-rigward ta' dokumenti maħruġa qabel dik id-data.

(7)

Il-parteċipazzjoni fir-reġim komuni għandha tkun fakultattiva, mingħajr ma jiġu imposti fuq l-Istati Membri obbligi addizzjonali għal dawk stipulati mill-Att ta' Adeżjoni tal-2003, mill-Att ta' Adeżjoni tal-2005 jew mill-Att ta' Adeżjoni tal-2011.

(8)

Ir-regoli komuni għandhom japplikaw għal viżi uniformi għal permanenza qasira, viżi għal permanenza twila u għal permessi ta' residenza li jinħarġu mill-Istati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen, għal viżi b'validità territorjali limitata maħruġa lil applikant li hu d-detentur ta' dokument ta' vjaġġar li mhuwiex rikonoxxut minn Stat Membru wieħed jew iżjed, imma mhux minn kollha, skont ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-“Kodiċi dwar il-Viżi”) (5) u mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif ukoll għal viżi għal permanenza qasira, viżi għal permanenza twila u permessi ta' residenza maħruġa mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija. Ir-rikonoxximent ta' dokument għandu jkun limitat għall-perjodu tal-validità tiegħu.

(9)

Il-kundizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-permanenzi intiżi tagħhom fuq it-territorju tal-Istati Membri ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandhom jiġu sodisfatti, ħlief għar-rekwiżit li ikunu fil-pussess ta' viża valida, jekk meħtieġ skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001, sa fejn din id-Deċiżjoni tistabbilixxi reġim ta' rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti maħruġa minn Stati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen u ta' dokumenti simili maħruġa mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija għall-finijiet ta' tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(10)

Billi l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri t-twaqqif ta' reġim ta' rikonoxximent komuni mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti maħruġa minn Stati Membri oħra, ma jistax jinkiseb sew mill-Istati Membri iżda jkun jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(11)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt (B), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (8).

(12)

Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9), li jaqa' fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt (B) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (10).

(13)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (11), li jaqa' fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt (B) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (12).

(14)

Konformament mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(15)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (13); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(16)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (14); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni fejn il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija jistgħu jirrikonoxxu b'mod unilaterali bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorju tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi suġġetti għal obbligu ta' viża skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001.

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni m'għandhiex taffetwa l-kontrolli fuq persuni fil-fruntieri esterni skont l-Artikoli 5 sa 13 u 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006.

Artikolu 2

1.   Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija jistgħu jikkunsidraw bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom, għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorju tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum, id-dokumenti li ġejjin maħruġa mill-Istati Membri li jimplimentaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen, irrispettivament min-nazzjonalità tad-detenturi:

(a)

“viża uniformi” kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tal-Kodiċi dwar il-Vizi, valida għal żewġ entrati jew entrati multipli;

(b)

“viża għal perjodu twil” kif imsemmi fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni li timplementa t-Trattat ta' Schengen (15);

(c)

“permess ta' residenza” kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006.

2.   Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija jistgħu wkoll jikkunsidraw bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom, għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorju tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum viżi maħruġa b'validità territorjali limitata skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

3.   Jekk il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru jew ir-Rumanija jiddeċiedu li japplikaw din id-Deċiżjoni, huma għandhom jirrikonoxxu d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 2, irrispettivament mill-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument, ħlief jekk dawn ikunu mehmuża ma' dokumenti ta' vvjaġġar li huma ma jirrikonoxxux jew ma' dokumenti ta' vvjaġġar maħruġa minn pajjiż terz li miegħu ma jkollhomx relazzjonijiet diplomatiċi.

Artikolu 3

1.   Jekk il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru jew ir-Rumanija jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 2, huma jistgħu, barra mid-dokumenti imsemmija f'dak l-Artikolu, jirrikonoxxu bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorju tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum:

(a)

viżi nazzjonali għal permanenza qasira u viżi nazzjonali għal permanenza twila maħruġa mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru jew ir-Rumanija skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (16);

(b)

permessi ta' residenza maħruġa mill-Bulgarija, l-Kroazja, Ċipru jew ir-Rumanija skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (17).

ħlief jekk il-viżi u l-permessi ta' residenza jkunu mehmuża ma' dokumenti ta' vvjaġġar li dawk l-Istati Membri ma jirrikonoxxux jew ma' dokumenti ta' vvjaġġar maħruġa minn pajjiż terz li miegħu ma jkollhomx relazzjonijiet diplomatiċi,.

2.   Dokumenti maħruġa mill-Bulgarija li jistgħu jiġu rikonoxxuti huma elenkati fl-Anness I.

Dokumenti maħruġa mill-Kroazja li jistgħu jiġu rikonoxxuti huma elenkati fl-Anness II.

Dokumenti maħruġa minn Ċipru li jistgħu jiġu rikonoxxuti huma elenkati fl-Anness III.

Dokumenti maħruġa mir-Rumanija li jistgħu jiġu rikonoxxuti huma elenkati fl-Anness IV.

Artikolu 4

Il-perjodu tal-validità tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 għandu jkopri t-tul ta' żmien tat-tranżitu jew permanenza.

Artikolu 5

Jekk jiddeċiedu li japplikaw din id-Deċiżjoni il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum ta' ħidma mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni kkomunikata minn dawn l-Istati Membri f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dawk in-notifiki għandhom jispeċifikaw, fejn ikun rilevanti, dawk il-pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom il-Bulgarija, l-Kroazja, Ċipru u r-Rumanijama japplikawx, fin-nuqqas ta' relazzjonijiet diplomantiċi, din id-Deċiżjoni f'konfomità mal-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(1).

Artikolu 6

Id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE huma mħassra.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika sad-data stabbilita minn deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 fir-rigward ta' Ċipru, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija u skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011 fir-rigward tal-Kroazja, f'liema data għandhom japplikaw għall-Istat Membru kkonċernat id-dispożizzjonijiet kollha tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tal-politika komuni rigward il-viża u l-moviment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bulgarija, lill-Kroazja, lil Ċipru u lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(3)  Deċiżjoni Nru 895/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għal skopijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom (ĠU L 167, 20.6.2006, p. 1).

(4)  Deċiżjoni Nru 582/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għal tagħhom viżi nazzjonali għal skopijiet ta 'tranżitu mit-territorji tagħhom (ĠU L 161, 20.6.2008, p. 30).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni bejn il-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(9)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(11)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(12)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(13)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda biex tieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta ' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(14)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(15)  ĠU L 239, 22.9.2000 p. 19.

(16)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1).

(17)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi format uniformi għall-permessi ta' residenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1).


ANNESS I

LISTA TA' DOKUMENTI MAĦRUĠA MILL-BULGARIJA

Viżi

Il-Bulgarija toħroġ it-tipi ta' viża li ġejjin f'konformità mal-Att dwar Barranin fir-Repubblika tal-Bulgarija

Виза за летищен транзит (виза вид А) — Viża ta' tranżitu tal-ajruport (tip A)

Виза за краткосрочно пребиваване (виза вид С) — Viża għal permanenza qasira (tip C)

Виза за дългосрочно пребиваване (виза вид D) — Viża għal residenza fit-tul (tip D)

Permessi ta' residenza

Il-Bulgarija toħroġ il-permessi ta' residenza li ġejjin imsemmijin fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006:

1.

Разрешение за пребиваване на продължително пребиваващ в Република България чужденец — Residenza mtawla.

2.

Разрешение за пребиваване на дългосрочно пребиваващ в ЕС чужденец — Resident fit-tul — KE.

3.

Разрешение за пребиваване на постоянно пребиваващ в Република България чужденец — Permess ta' residenza.

4.

Разрешение за пребиваване на продължително пребиваващ член на семейството на гражданин на ЕС, който не е упражнил правото си на свободно придвижване, с отбелязване “член на семейство” — Residenza mtawla — Membru tal-familja taħt id-Direttiva 2004/38/KE. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

5.

Разрешение за пребиваване на постоянно пребиваващ член на семейството на гражданин на ЕС, който не е упражнил правото си на свободно придвижване, с отбелязване “член на семейство” — Permess ta' residenza — Membru tal-familja taħt id-Direttiva 2004/38/KE.

6.

Разрешение за пребиваване на продължително пребиваващ с отбелязване “бенефициер съгласно член 3, параграф 2 от Директива 2004/38/ЕО” — Residenza mtawla — benefiċjarju taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE.

7.

Разрешение за пребиваване на постоянно пребиваващ с отбелязване “бенефициер съгласно член 3, параграф 2 от Директива 2004/38/ЕО” — Permess ta' residenza — benefiċjarju taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE.

8.

Разрешение за пребиваване тип “синя карта на ЕС” — Permess ta' residenza — Karta Blu tal-UE.

9.

Единно разрешение за пребиваване и работа — Permess uniku.

10.

Временно разрешение за пребиваване на притежател на синя карта на ЕС, издадена от друга държава — членка на ЕС — Permess ta' residenza temporanja.

11.

Разрешение за продължително пребиваване на член на семейството на бежанец или на чужденец с предоставено убежище — Residenza mtawla — Membru tal-familja ta' refuġjat jew barrani li ngħata l-asil.

12.

Разрешение за продължително пребиваване на член на семейството на чужденец с хуманитарен статут — Residenza mtawla — Membru tal-familja ta' benfiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja.

13.

Разрешение за продължително пребиваване на член на семейството на чужденец с предоставена временна закрила — Residenza mtawla — Membru tal-familja ta' benefiċjarju ta' protezzjoni temporanja

14.

Разрешение за продължително пребиваване на чужденец с отбелязване “научен работник” — Residenza mtawwla — Riċerkatur.

15.

Удостоверение за завръщане в Република България на чужденец — Passaport temporanju ta' barrani għal ritorn lejn ir-Repubblika tal-Bulgarija.

16.

“Карта за пребиваване на член на семейството на гражданин на Съюза” на продължително пребиваващ член на семейство на гражданин на ЕС — Karta ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni — residenza fit-tul.

17.

“Карта за пребиваване на член на семейството на гражданин на Съюза” на постоянно пребиваващ член на семейство на гражданин на ЕС — Karta ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni — permess ta' residenza.


(1)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).


ANNESS II

LISTA TA' DOKUMENTI MAĦRUĠA MILL-KROAZJA

Viżi

Kratkotrajna viza (C) — viża għal permanenza qasira (C)

Permessi ta' residenza

Odobrenje boravka — Approvazzjoni ta' permanenza

Osobna iskaznica za stranca — Karta tal-identità għal ċittadini barranin


ANNESS III

LISTA TA' DOKUMENTI MAĦRUĠA MINN ĊIPRU

Θεωρήσεις (Viżi)

Θεώρηση διέλευσης — Κατηγορία Β (viża ta' tranżitu — tip B)

Θεώρηση για παραμονή βραχείας διάρκειας — Κατηγορία Γ (viża għal permanenza qasira — tip C)

Ομαδική θεώρηση — Κατηγορίες Β και Γ (viża ta' grupp — tip B u C)

Άδειες παραμονής (Permessi ta' residenza)

Προσωρινή άδεια παραμονής (απασχόληση, επισκέπτης, φοιτητής) — Permess ta' residenza temporanja (impjieg, viżitatur, student)

Άδεια εισόδου (απασχόληση, φοιτητής) — Permess ta' dħul (impjieg, student)

Άδεια μετανάστευσης (μόνιμη άδεια) — Permess ta' immigrazzjoni (permess permanenti)


ANNESS IV

LISTA TA' DOKUMENTI MAĦRUĠA MIR-RUMANIJA

Viżi

viză de tranzit, identificată prin simbolul B (viża ta' tranżitu, immarkata B);

viză de scurtă ședere, identificată prin simbolul C (viża għal permanenza qasira, immarkata C);

viză de lungă ședere, identificată prin unul dintre următoarele simboluri, în funcție de activitatea pe care urmează să o desfășoare în România străinul căruia i-a fost acordată (viża għal permanenza twila, identifikata b'wieħed minn dawn is-simpboli, skont l-attività li d-detentur tal-viża jkun se jwettaq fir-Rumanija):

(i)

desfășurarea de activități economice, identificată prin simbolul D/AE (attivitajiet ekonomiċi, immarkata D/AE);

(ii)

desfășurarea de activități profesionale, identificată prin simbolul D/AP (attivitajiet professjonali, immarkata D/AP);

(iii)

desfășurarea de activități comerciale, identificată prin simbolul D/AC (attivitajiet kummerċjali, immarkata D/AC);

(iv)

angajare în munca, identificată prin simbolul D/AM (impjieg, immarkata D/AM);

(v)

detașare, identificată prin simbolul D/DT (issekondar, immarkata D/DT);

(vi)

studii, identificată prin simbolul D/SD (studji, immarkata D/SD);

(vii)

reîntregirea familiei, identificată prin simbolul D/VF (riunifikazzjoni tal-familja, immarkata D/VF);

(viii)

activități religioase, identificată prin simbolul D/AR (attivitajiet reliġjużi, immarkata D/AR);

(ix)

activități de cercetare științifică, identificată prin simbolul D/CS (attivitajiet ta' riċerka, immarkata D/CS);

(x)

viză diplomatică și viză de serviciu, identificată prin simbolul DS (viża diplomatika u ta' servizz, immarkata DS);

(xi)

alte scopuri, identificată prin simbolul D/AS (skopijiet oħrajn, immarkata D/AS).

Permessi ta' residenza

permis de ședere (permess ta' residenza);

carte albastra a UE (Karta Blu tal-UE);

carte de rezidență pentru membrul de familie al unui cetățean al Uniunii (karta ta' residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni);

carte de rezidență pentru membrul de familie al unui cetățean al Confederației Elvețiene (karta ta' residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera);

carte de rezidență permanentă pentru membrul de familie al unui cetățean al Uniunii (karta ta' residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni);

carte de rezidență permanentă pentru membrul de familie al unui cetățean al Confederației Elvețiene (karta ta' residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera).


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Lulju 2013

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka

(2014/300/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens mill-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(2)

F'isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru mal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka (1) (“il-Ftehim”) skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fis-27 ta' Settembru 2012 soġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data iktar 'il quddiem, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/100/UE (2).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u mal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 49, 22.2.2013, p. 2, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(2)  ĠU L 49, 22.2.2013, p. 1.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Mejju 2014

dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

(2014/301/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 u 78(1) u (2), flimkien mal-punt (a) Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/204/UE (1), l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-“Arranġament”) ġie ffirmat fid-19 ta' Marzu 2014, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

L-Arranġament għandu jiġi approvat.

(3)

Kif speċifikat fil-premessa 21 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem f'dak ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 u huma marbuta bih. Huma għandhom għalhekk jagħtu effett lill-Artikolu 49(1) tar-Regolament billi jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. Ir-Renju Unit u l-Irlanda għalhekk qegħdin jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni.

(4)

Kif speċifikat fil-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem f'dak ir-Regolament u mhix marbuta bih. Id-Danimarka, għalhekk mhix qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Arranġament (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/204/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 109, 12.4.2014, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

(3)  L-Arranġament ġie ppubblikat fil-ĠU L 109, 12.4.2014, p. 3, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma tiegħu.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Arranġament ser jiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/35


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 566/2014

tas-26 ta' Mejju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 617/2007 rigward l-applikazzjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-10 FEŻ u l-11-il FEŻ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija, bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, kif emendat l-aħħar (1) (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-EU”),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja skont il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2008 sal-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE (2) (“il-Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE (3) stabbilixxiet il-miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) (“Faċilità ta' Tranżizzjoni”) sabiex tiżgura d-disponibbiltà tal-fondi għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u mal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej, mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il FEŻ,

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu mmodifikati r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2007 (4) rigward il-ġestjoni operattiva u finanzjarja mill-Kummissjoni tal-Faċilità ta' Transizzjoni fil-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-10 FEŻ u l-11-il FEŻ sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Regolament ta' Implimentazzjoni tal-FEŻ.

(3)

Huwa xieraq li jiġu modifikati bl-istess mod ir-regoli ta' implimentazzjoni għall-ġestjoni operazzjonali u finanzjarja tal-Faċilità ta' Investiment matul il-perjodu ta' tranżizzjoni.

(4)

L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (5),

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 617/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-10 FEŻ u l-11-il FEŻ sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Ftehim Intern tal-FEŻ, l-Artikoli 1 sa 16 tar-Regolament (KE) Nru 617/2007 huma sostitwiti b'dawk stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament japplika skont id-Deċiżjoni 2010/427/UE.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Regolament ta' Implimentazzjoni FEŻ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

Ch. VASILAKOS


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).

(4)  ĠU L 152, 13.6.2007, p. 1.

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).


ANNESS

“TITOLU I

OBJETTIVI U PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

Objettivi u kriterji ta' eliġibbiltà

1.   Kooperazzjoni Ġeografika mal-pajjiżi u r-reġjuni tal-AKP fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għandha tkun ibbażata fuq għanijiet, prinċipji u valuri bażiċi riflessi fid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, kif l-aħħar emendat (1) (‘il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE’).

2.   B'mod partikolari, u fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u tal-Aġenda għall-Bidla u l-modifiki sussegwenti u ż-żidiet tagħhom:

(a)

l-objettiv primarju ta' kooperazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun it-tnaqqis u, fuq medda twila ta' żmien, il-qerda tal-faqar;

(b)

il-kooperazzjoni skont dan ir-Regolament se tikkontribwixxi wkoll għal:

(i)

it-trawwim ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli u inklużiv;

(ii)

il-konsolidazzjoni u s-sostenn tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji rilevanti tal-liġi internazzjonali, u

(iii)

l-implimentazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet kollha tal-bniedem.

Il-kisba ta' dawk l-objettivi titkejjel bl-użu ta' indikaturi rilevanti, inklużi inidikaturi tal-iżvilupp tal-bniedem, b'mod partikolari l-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju (MDG) 1 għall-punt (a) u l-MDG 1 sa 8 għall-punt (b) u, wara l-2015, indikaturi oħra li ntlaħaq qbil fuq livell internazzjonali dwarhom mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

3.   L-ipprogrammar jitfassal sabiex jissodisfa kemm jista' jkun possibbli l-kriterji għal assistenza uffiċjali għall-żvilupp (‘ODA’) stabbiliti mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD/DAC), b'kont meħud tal-għan tal-Unjoni li tiżgura li fil-perijodu 2014-2020 tal-inqas 90 % tal-assistenza esterna kollha tkun meqjusa bħala ODA.

4.   L-azzjonijiet koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 (2) u eliġibbli għal finanzjament skont dak ir-Regolament ma għandhomx, fil-prinċipju, jiġu ffinanzjati b'dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tal-kooperazzjoni minn kriżi għal kundizzjonijiet stabbli għall-iżvilupp. F'dawk il-każijiet, konsiderazzjoni speċjali għandha tingħata sabiex ikun żgurat li s-sokkors umanitarju, ir-riabilitazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp huma marbuta b'mod effettiv u jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u r-reżiljenza.

Artikolu 2

Prinċipji Ġenerali

1.   Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-konsistenza ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u kif ukoll ma' politiki rilevanti oħra tal-Unjoni u l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp jkunu żgurati, f'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Għal dan il-għan, il-miżuri ffinanzjati skont dan ir-Regolament, inklużi dawk ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), għandhom ikunu bbażati fuq il-politiki ta' kooperazzjoni stabbiliti fi strumenti bħal ftehimiet, dikjarazzjonijiet u pjanijiet ta' azzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi u r-reġjuni kkonċernati, kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet, l-interessi speċifiċi, il-prijoritajiet tal-politika u l-istrateġiji tal-Unjoni.

2.   L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu lejn programmar pluriennali konġunt, ibbażat fuq it-tnaqqis tal-faqar jew strateġiji ta' żvilupp ekwivalenti tal-pajjiżi sħab. Huma jistgħu jieħdu azzjoni konġunta inkluż analiżi konġunta u rispons konġunt għal dawk l-istrateġiji biex b'hekk jidentifikaw setturi ta' intervent ta' prijorità u t-tqassim tax-xogħol fil-pajjiż stess, permezz ta' missjonijiet konġunti min-naħa tad-donaturi u bl-użu ta' kofinanzjament u arranġamenti ta' kooperazzjoni ddelegata.

3.   L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ multilaterali għall-isfidi globali u għandha tikkoopera ma' Stati Membri u pajjiżi sħab f'dak ir-rigward. Fejn xiearq, hija trawwem kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali u donaturi bilaterali oħra.

4.   Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi sħab huma bbażati fuq valuri komuni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt kif ukoll il-prinċipji ta' sjieda u ta' responsabbiltà reċiproka u se jippromwovu tali valuri u prinċipji. L-appoġġ lis-sħab ser jiġi adattat għas-sitwazzjoni tal-iżvilupp u l-impenn u l-progress tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba.

Barra minn hekk, ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi sħab għandhom jikkunsidraw l-impenn tagħhom u r-rekord fl-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali u relazzjonijiet kontrattwali mal-Unjoni, inkluż fil-qasam tal-migrazzjoni kif stipulat mill-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.

5.   L-Unjoni għandha tippromwovi kooperazzjoni effettiva mal-pajjiżi u r-reġjuni sħab bi qbil mal-aħjar prattika internazzjonali. Hija għandha tallinja s-sostenn tagħha mal-istrateġiji ta' żvilupp nazzjonali jew reġjonali, mal-politiki u l-proċeduri ta' riforma sa fejn ikun possibbli, u ssostni sjieda demokratika, kif ukoll responsabbiltà domestika u reċiproka. Għal dak il-għan, hija għandha tippromwovi:

(a)

proċess ta' żvilupp li jkun trasparenti, immexxi u possedut mill-pajjiż jew ir-reġjun sieħeb, inkluż il-promozzjoni ta' kompetenzi esperti lokali;

(b)

approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem kollha, kemm jekk ċivili u politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, biex jiġu integrati l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikunu megħjuna l-pajjiżi sħab fl-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem u jingħata appoġġ lid-detenturi tad-drittijiet, b'iffokar fuq gruppi foqra u vulnerabbli, meta jasserixxu d-drittijiet tagħhom;

(c)

l-għoti ta' setgħa lill-popolazzjoni ta' pajjiżi sħab, approċċi inklussivi u parteċipatorji għall-iżvilupp u l-involviment wiesa' tas-segmenti kollha tas-soċjetà fil-proċess tal-iżvilupp u fid-djalogu nazzjonali u reġjonali, inkluż id-djalogu politiku. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-rwoli rispettivi tal-parlamenti, tal-awtoritajiet lokali u tas-soċjetà ċivili, inter alia dwar il-parteċipazzjoni, is-sorveljanza u r-responsabbiltà;

(d)

modalitajiet u strumenti ta' kooperazzjoni effettivi f'konformità mal-aħjar prattiċi tal-OECD/DAC, inkluż l-użu ta' strumenti innovattivi bħat-taħlita ta' għotjiet u self u mekkaniżmi oħra għall-kondiviżjoni tar-riskju f'setturi u pajjiżi magħżula u l-involviment tas-settur privat, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kwistjonijiet ta' sostenibilità tad-dejn u l-għadd ta' mekkaniżmi bħal dawn, u r-rekwiżit għal valutazzjoni sistematika tal-impatt f'konformità mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll mekkaniżmi ta' sostenn baġitarji speċifiċi bħal kuntratti tal-bini tal-istat. Il-programmi kollha, interventi u modalitajiet u strumenti ta' kooperazzjoni jkunu adattati għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull pajjiż jew reġjun sieħeb, b'iffukar fuq approċċi bbażati fuq il-programmi, dwar il-kunsinna ta' finanzjament prevedibbli ta' għajnuna, il-mobilizzazzjoni ta' riżorsi privati, inklużi dawk mis-settur privat lokali, l-aċċess universali u mhux diskriminatorju għas-servizzi bażiċi, u dwar l-iżvilupp u l-użu tas-sistemi tal-pajjiż;

(e)

il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku u t-tisħiħ ta' politika fiskali tal-pajjiżi sħab bil-għan li jitnaqqsu l-faqar u d-dipendenza fuq l-għajnuna;

(f)

titjib fl-impatt tal-politiki u l-ipprogrammar permezz ta' koordinazzjoni, konsistenza u armonizzazzjoni bejn id-donaturi sabiex jinħolqu sinerġiji u jitnaqqsu l-elementi ta' trikkib u duplikazzjoni, sabiex tittejjeb il-kumplimentarjetà u biex jiġu sostnuti inizjattivi bejn id-donaturi kollha u permezz ta' koordinazzjoni f'pajjiżi u reġjuni sħab bl-użu ta' linji gwida u prinċipji tal l-aħjar prattika dwar l-effikaċja tal-koordinazzjoni u l-għajnuna;

(g)

approċċi bbażati fuq ir-riżultati għall-iżvilupp, anki permezz ta' oqfsa oqfsa tar-riżultati trasparenti u mmexxija mill-pajjiżi ibbażati fuq, fejn xieraq, il-miri miftehma internazzjonalment u l-indikaturi li jkunu komparabbli u li jistgħu jinġabru bħal dawk tal-MDGs, sabiex jiġu evalwati u kkomunikati r-riżultati, inklużi l-outputs, l-eżiti u l-impatt tal-għajnuna għall-iżvilupp.

6.   L-Unjoni tappoġġa, kif xieraq, l-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni u djalogu bilaterali, reġjonali u multilaterali, id-dimensjoni ta' żvilupp ta' ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni triangolari. L-Unjoni tippromwovi l-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar.

7.   Fl-attivitajiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha l-Unjoni tuża u tikkondividi, kif xieraq, l-esperjenzi ta riforma u transizzjoni tal-Istati Membri u l-lezzjonijiet miksuba.

8.   L-Unjoni għandha tfittex skambji ta' informazzjoni regolari mal-atturi tas-sħubija f'konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.

TITOLU II

PRAGRAMMAR U ALLOKAZZJONI TA' FONDI

Artikolu 3

Qafas ġenerali għall-allokazzjoni ta' fondi

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-allokazzjonijiet tar-riżorsi indikattivi pluriennali għal kull pajjiż u reġjun tal-AKP u għall-kooperazzjoni intra-AKP fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fl-Artikoli 3, 9 u 12c tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, fil-limiti finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna tal-Komunità skont il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2008 sal-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u dwar l-allokazzjoni finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat KE (3) (il-‘Ftehim Intern’).

2.   Fid-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi, approċċ differenzjat ikun segwiti, sabiex ikun żgurat li l-pajjiżi sħab jkunu pprovduti b'kooperazzjoni speċifika, imfassla apposta għalihom, ibbażata fuq:

(a)

il-bżonnijiet tagħhom;

(b)

il-kapaċitajiet tagħhom li jiġġeneraw u jaċċessaw riżorsi finanzjarji u l-kapaċitajiet li jużaw tali finanzi;

(c)

impenji u l-prestazzjoni tagħhom; u

(d)

l-impatt potenzjali tal-assistenza tal-Unjoni.

Il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn, b'mod partikolari l-pajjiżi bl-inqas żvilupp u l-pajjiżi b'introjtu baxx, kif ukoll il-pajjiżi fi stati ta' kriżi, ta' wara kriżi u f'sitwazzjonijiet fraġli u vulnerabbli, għandhom jingħataw prijorità fil-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi.

L-Unjoni ser tadatta l-assistenza tagħha permezz ta' miżuri dinamiċi, orjentati lejn ir-riżultat u speċifiċi għall-pajjiż, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2), skont is-sitwazzjoni u l-impenn u l-progress tal-pajjiż fir-rigward ta' kwistjonijiet bħall-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-abbiltà tiegħu li jwettaq riformi u li jissodisfa t-talbiet u l-ħtiġijiet tal-poplu tiegħu.

3.   Il-Kumitat tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp stabbilit bl-Artikolu 8 tal-Ftehim Intern (‘il-Kumitat FEŻ’) għandu jkollu skambju ta' fehmiet dwar il-metodu ta' kif jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet ta' riżorsi indikattivi pluriennali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Qafas ġenerali għall-ipprogrammar

1.   Il-proċess ta' programmar għal assistenza lil pajjiżi u reġjuni tal-AKP skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandu jsir skont il-prinċipji ġenerali msemmijin fl-Artikoli mill-1 sal-14 tal-Anness IV ta' dan il-Ftehim u fl-Artikoli 1 u 2 ta' dan ir-Regolament.

2.   L-ipprogrammar, ħlief fil-każijiet previsti fil-paragrafu 3, se jsir b'mod konġunt mal-pajjiż jew reġjun sieħeb konċernat u se jkun iktar allinjat mal-istrateġiji għat-tnaqqis ta' faqar jew strateġiji ekwivalenti tal-pajjiż jew reġjun sieħeb.

L-Unjoni u l-Istati Membri jikkonsultaw lil xulxin fl-istadju bikri u matul il-proċess tal-ipprogrammar sabiex jippromwovu l-koerenza, il-kumplimentarjetà u l-konsistenza fost l-attivitajiet ta' kooperazzjoni tagħhom. Din il-konsultazzjoni tista' twassal għal programmar konġunt ma' Stati Membri rrappreżentati lokalment. L-ipprogrammar konġunt għandu jibni fuq il-vantaġġi komparattivi tad-donaturi tal-Unjoni. Stati Membri oħra huma mistiedna jikkontribwixxu lejn l-iskop tat-tisħiħ tal-azzjoni esterna konġunta tal-Unjoni.

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk definiti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, bħat-tnaqqis tal-faqar permezz ta' tkabbir inklużiv u sostenibbli u żvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali. Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom ifittxu li jimmassimizzaw is-sinerġiji fil-proċess ta' programmar tal-FEŻ fejn xieraq. Il-BEI jiġi kkonsultat fi stadju bikri dwar kwistjonijiet relatati għall-għarfien espert u l-operazzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Donaturi u atturi oħra tal-iżvilupp fosthom rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jiġu kkonsultati wkoll.

3.   F'ċirkostanzi bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 4(5) tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp billi tikkontrolla hi stess ir-riżorsi allokati għall-Istat inkwistjoni f'konformità mal-politiki relevanti tal-Unjoni.

4.   Fil-prinċipju l-Unjoni se tikkonċentra l-assistenza bilaterali tagħha fuq massimu ta' tliet setturi, li għandu jintlaħaq qbil dwarhom mal-pajjiżi sħab.

Artikolu 5

Dokumenti ta' programmar

1.   Id-dokumenti ta' strateġija huma dokumenti mfassla mill-Unjoni u l-pajjiż jew ir-reġjun sieħeb ikkonċernat li jipprovdu qafas ta' politika koerenti għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, konsistenti mal-għan globali u l-iskop, mal-objettivi u l-prinċipji ġenerali tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 2, 8 u 12a tal-Anness IV ta' dak il-Ftehim.

Il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dokumenti ta' strateġija għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna: is-sjieda nazzjonali, is-sħubija, il-koordinazzjoni, l-armonizzazzjoni, l-allinjament mas-sistemi tal-pajjiż jew tar-reġjun riċevitur, it-trasparenza, ir-responsabbiltà reċiproka u l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati kif stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. Il-perjodu ta' programmar għandu, fil-prinċipju, jiġi sinkronizzat maċ-ċikli ta' strateġija tal-pajjiżi sħab.

2.   Bil-kunsens tal-pajjiż jew ir-reġjun sieħeb ikkonċernat, mhux se jkun meħtieġ dokument ta' strateġija għal:

(a)

pajjiżi jew reġjuni li jkollhom strateġija għall-iżvilupp fil-forma ta' pjan dwar l-iżvilupp jew dokument simili dwar l-iżvilupp, aċċettat mill-Kummissjoni bħala bażi għall-programm indikattiv pluriennali korrispondenti, bl-adozzjoni tad-dokument tal-aħħar;

(b)

pajjiżi jew reġjuni li għalihom ikun ġie miftiehem dokument ta' programmar pluriennali konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;

(c)

pajjiżi jew reġjuni fejn diġà jeżisti Dokument Qafas Konġunt (DQK) li jipprovdi approċċ komprensiv tal-Unjoni għar-relazzjonijiet ma' dak il-pajjiż jew reġjun sieħeb, inkluża l-Politika għall-Iżvilupp tal-Unjoni;

(d)

reġjuni li jkollhom strateġija miftehma b'mod konġunt mal-Unjoni;

(e)

pajjiżi fejn l-Unjoni beħsiebha tissinkronizza l-istrateġija tagħha ma' ċiklu nazzjonali ġdid li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2017; f'tali każijiet, il-programm indikattiv pluriennali għall-perjodu interim bejn l-2014 u l-bidu ta' ċiklu nazzjonali ġdid se jkun fih ir-reazzjoni tal-Unjoni għal dak il-pajjiż.

3.   Mhumiex meħtieġa dokumenti ta' strateġija għall-pajjiżi jew reġjuni li jirċievu allokazzjoni inizjali ta' fondi mill-Unjoni skont dan ir-Regolament li ma taqbiżx EUR 50 miljun għall-perjodu 2014-2020. F'każijiet bħal dawn, il-programmi indikattivi pluriennali se jkun fih ir-reazzjoni tal-Unjoni għal dawn il-pajjiżi jew ir-reġjuni.

Jekk l-għażliet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 mhumiex aċċettabbli għall-pajjiż jew ir-reġjun sieħeb, ikun imħejji dokument ta' strateġija.

4.   Ħlief fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 4(3), il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiż jew ir-reġjun sieħeb u jitfasslu fuq il-bażi tad-dokumenti ta' strateġija jew dokumenti simili li ssir referenza għalihom f'dan l-Artikolu, u se jkunu s-suġġett ta' ftehim mal-pajjiż jew reġjun ikkonċernat.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-dokument ta' programmar pluriennali konġunt imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u li jikkonforma mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, inkluż allokazzjoni indikattiva ta' fondi, jista' f'konformità mal-proċedura stipulati fl-Artikolu 14 jkun ikkunsidrat bħala l-programm indikattiv pluriennali bi ftehim mal-pajjiż jew ir-reġjun msieħeb.

5.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu s-setturi ta' prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm globalment u għal kull qasam ta' prijorità. Huma ser jispjegaw ukoll kif il-programmi proposti ser jikkontribwixxu għall-istrateġija kollha tal-pajjiż imsemmija f'dan l-Artikolu u kif ser jikkontribwixxu biex titwassal l-Aġenda għall-Bidla.

F'konformità mal-prinċipji tal-effettività tal-għajnuna, l-istrateġija intra-AKP għandha tevita l-frammentazzjoni, u tiżgura l-kumplementarjetà u l-valur reali miżjud mal-programmi tal-pajjiż u dawk reġjonali.

6.   Minbarra d-dokumenti ta' programmar għal pajjiżi u reġjuni, għandhom jitħejjew b'mod konġunt dokument ta' strateġija intra-AKP u programm indikattiv pluriennali relatat mill-Kummissjoni u l-AKP permezz tas-segretarjat tal-AKP, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 14 tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.

7.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4(3) jistgħu jieħdu l-forma ta' programmi speċjali ta' sostenn, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 6(1).

Artikolu 6

Programmar għal pajjiżi u reġjuni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità

1.   Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta' pprogrammar għal pajjiżi u reġjuni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' wara l-kriżi, jew ta' fraġilità, jew li huma suxxettibbli għal diżastri naturali, għandha tkun ikkunsidrata b'mod xieraq il-vulnerabbiltà, il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-popolazzjonijiet, il-pajjiżi jew ir-reġjuni kkonċernati.

L-Unjoni tibqa' impenjata bis-sħiħ li timplimenta l-Patt Ġdid għall-Involviment fi Stati Dgħajfa (New Deal for Engagement in Fragile States) u l-prinċipji tiegħu, inkluż fl-iffukar fuq il-ħames miri tal-paċi u l-bini tal-istat, billi tkun żgurata s-sjieda lokali u billi jiġu allinjati bir-reqqa mal-pjanijiet nazzjonali żviluppati bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Patt Ġdid.

Se tingħata attenzjoni xierqa għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-istat u tal-paċi, il-miżuri ta' rikonċiljazzjoni ta' wara l-kunflitt u l-miżuri ta' rikostruzzjoni billi jkun hemm iffukar speċifiku fuq politiki inklużivi u leġittimi, sigurtà, ġustizzja, pedamenti tal-ekonomija u billi tinbena kapaċità għall-għoti ta' servizz b'responsabbiltà u ġust. F'dawk il-proċessi, ser tingħata attenzjoni partikolari għar-rwol tan-nisa u l-perspettiva tat-tfal.

Meta pajjiżi jew reġjuni sħab jkunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta' kriżi, ta' wara l-kriżi jew ta' fraġilità, għandha tingħata enfasi speċjali fuq iż-żieda tal-koordinazzjoni bejn is-sokkors, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp fost l-atturi relevanti kollha, inklużi inizjattivi politiċi, biex tkun megħjuna t-transizzjoni minn sitwazzjoni ta' emerġenza għall-fażi ta' żvilupp. L-ipprogrammar għall-pajjiżi u r-reġjuni fi fraġilità jew soġġetti b'mod regolari għal diżastri naturali għandu jipprevedi preparazzjoni u prevenzjoni għal diżastri, u għall-immaniġġar tal-konsegwenzi ta' dawn id-diżastri u għandu jindirizza l-vulnerabbiltà għax-xokkijiet u jsaħħaħ ir-reżiljenza.

2.   Għal pajjiżi jew reġjuni li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità, tista' titwettaq analiżi ad hoc tal-istrateġija ta' kooperazzjoni tal-pajjiż jew tar-reġjun. Dawn ir-reviżjonijiet jistgħu jipproponu strateġija speċifika u adattata sabiex tiżgura kooperazzjoni u żvilupp għat-tul, li tippromwovi koordinament u transizzjoni aħjar bejn l-istrumenti umanitarji u ta' politika għall-iżvilupp.

Artikolu 7

Approvazzjoni u l-bidla tad-dokumenti ta' programmar

1.   Id-dokumenti ta' programmar, inklużi l-allokazzjonijiet indikattivi fih, tkun approvata mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14.

Fl-istess ħin li d-dokumenti ta' programmar ikunu trażmessi lejn il-Kumitat tal-FEŻ, il-Kummissjoni għandha tibgħathom ukoll lill-Assemblea Parlamentari Konġunta għall-informazzjoni tagħha filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-proċedura għat-teħid tad-deċiżjonijiet skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament.

Id-dokumenti tal-ipprogrammar sussegwentement għandu jkun endorsjat mill-Istat AKP jew mir-reġjun ikkonċernat kif stipulat fl-Anness IV għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. Pajjiżi jew reġjuni mingħajr dokument ta' programmar ffirmata jibqgħu eliġibbli għal finanzjament skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament.

2.   Id-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi pluriennali, inklużi l-allokazzjonijiet indikattivi li jkun fihom, jistgħu jiġu aġġustati billi jitqiesu reviżjonijiet kif previst fl-Artikoli 5, 11 u 14 tal-Anness IV għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, u l-bini fuq FEŻ preċedenti u esperjenza oħra miksuba permezz ta' inċentivi, inklużi tagħlimiet meħuda, allokazzjonijiet tal-pajjiż indikattivi jistgħu jiġu ssupplementati, fost l-oħrajn, permezz ta' mekkaniżmu bbażat fuq il-prestazzjoni. F'dan ir-rigward, filwaqt li jiġi rikonoxxut li għandu jingħata trattament speċjali lil stati fraġli u vulnerabbli biex ikun żgurat li l-ħtiġijiet partikolari tagħhom qed jittieħed kont tagħhom, għandhom ikunu disponibbli riżorsi, jekk jista' jkun sal-firxa tal-volum tal-porzjon ta' inċentiv ta' governanza taħt l-10 FEŻ sabiex jiġu pprovduti inċentivi għal riformi orjentati lejn ir-riżultati f'konformità mal-Aġenda għall-Bidla u għat-twettiq tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. Il-Kumitat tal-FEŻ, f'konformità mal-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament għandu jagħmel skambju ta' fehmiet dwar il-mekkaniżmu bbażat fuq il-prestazzjoni.

3.   Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 għandha tapplika wkoll għal modifiki sostanzjali li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b'mod sinifikanti l-istrateġija, id-dokumenti ta' programmar tagħha u/jew l-allokazzjoni ta' riżorsi programmabbli tagħha. Fejn applikabbli, l-addenda korrispondenti għad-dokumenti ta' programmar sussegwentament ikunu endorsjati mill-Istat AKP jew ir-reġjun ikkonċernat.

4.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati, bħal kriżijiet jew theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi dawk il-każijiet msemmija fl-Artikolu 6(2), il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(4) tista' tintuża biex ikunu mmodifikati d-dokumenti tal-ipprogrammar msemmija fl-Artikolu 5.

TITOLU III

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 8

Qafas ġenerali għall-implimentazzjoni

L-implimentazzjoni ta' assistenza provduta lill-pajjiżi u reġjuni tal-AKP ġestita mill-Kummissjoni u mill-BEI skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE titwettaq skont ir-Regolament Finanzjarju msemmi fl-Artikolu 10(2) tal-Ftehim Intern (ir-‘Regolament Finanzjarju tal-FEŻ’).

Artikolu 9

Adozzjoni ta' programmi ta' azzjoni, miżuri individwali u miżuri speċjali

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi annwali ta' azzjoni, ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmar indikattiv msemmija fl-Artikolu 5.

Fil-każ ta' azzjonijiet rikorrenti, tista' wkoll tadotta programmi ta' Azzjoni pluriennali għal perjodu sa tliet snin.

Meta meħtieġ u debitament ġustifikat, azzjoni tista' tiġi adottata bħala miżura individwali qabel jew wara l-adozzjoni ta' programmi ta' azzjoni annwali jew pluriennali.

2.   Il-programmi ta' azzjoni u miżuri individwali jkunu preparati mill-Kummissjoni mal-pajjiż jew reġjun sieħeb, bl-involviment tal-Istati Membri rappreżentati lokalment u b'koordinazzjoni, fejn xieraq, ma' donaturi oħra, b'mod partikolari f'każijiet ta' programmar konġunta, u mal-BEI. L-Istati Membri li mhumiex rappreżentati b'mod lokali ser ikunu informati bl-attivitajiet fil-qasam.

Programmi ta' azzjoni għandu jkollhom deskrizzjoni speċifika ta' kull operazzjoni mbassra. Dik id-deskrizzjoni ser tispeċifika l-objettivi mfittxija, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet ewlenin.

Id-deskrizzjoni għandha tistabilixxi r-riżultati mistennija f'termini ta' outputs, eżiti u impatti, b'miri kkwantifikati jew ikkwalifikati, u ser tipprovdi spejgazzjonijiet dwar ir-rabtiet bejn kull waħda kif ukoll mal-objettivi stabbiliti fil-programm indikattiv pluriennali. L-outputs u, fil-prinċipju, l-eżiti għandu jkollhom indikaturi speċifiċi, li jitkejlu u li jkunu realistiċi, b'referenzi bażi u punti ta' riferiment marbuta biż-żmien, li jallinjawhom mal-outputs u l-punti ta' riferiment tal-pajjiż jew ir-reġjun sieħeb sa fejn l-aktar possibbli. Ser issir analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji, fejn rilevanti.

Id-deskrizzjoni għandha tistabbilixxi r-riskji, bil-proposti għall-mitigazzjoni tagħhhom fejn xieraq, l-analiżi dwar il-kuntest tas-settur speċifiku u l-partijiet interessati ewlenin, il-metodi ta' implimentazzjoni, il-baġit u l-iskeda indikattiva u fil-każ ta' appoġġ tal-baġit, il-kriterji għall-pagamenti, inklużi l-porzjonijiet li jistgħu jvarjaw. Hija għandha tispeċifika wkoll kwalunkwe miżura ta' appoġġ assoċjata kif ukoll arranġamenti għal monitoraġġ, awditu u evalwazzjoni.

Fejn xieraq, id-deskrizzjoni għandha tindika li l-komplimentarjetà mal-attivitajiet attwali jew ippjanati tal-BEI fil-pajjiż jew reġjun sieħeb.

3.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3) u f'każijiet ta' ħtiġijiet mhux previsti u ħtiġijiet debitament ġustifikati jew ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri speċjali, inkluż miżuri biex tkun faċilitata t-transizzjoni mill-għajnuna ta' emerġenza għal operazzjonijiet jew miżuri ta' żvilupp fit-tul sabiex tipprepara lin-nies aħjar biex jaffrontaw kriżijiet rikorrenti.

4.   Il-programmi ta' azzjoni u l-miżuri individwali previsti fil-paragrafu 1 li għalihom l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taqbeż l-EUR 5 miljun, u l-miżuri speċjali li għalihom l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taqbeż EUR 10 miljun, jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament. Dik il-proċedura mhux meħtieġa għall-programmi ta' azzjoni u l-miżuri taħt il-limiti minimi msemmija hawn fuq, u għall-emendi mhux sostanzjali tagħhom. L-emendi mhux sostanzjali huma aġġustamenti tekniċi bħall-estensjoni tal-perjodu ta' implimentazzjoni, l-assenjament mill-ġdid tal-fondi fil-baġit previst, jew iż-żieda jew tnaqqis tad-daqs tal-baġit b'inqas minn 20 % tal-baġit inizjali, iżda li ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun, sakemm dawk l-emendi ma jaffettwawx b'mod sostanzjali l-għanijiet tal-programm ta' azzjoni jew miżura inizjali. F'tali każ, il-programmi ta' azzjoni u l-miżuri u l-emendi mhux sostanzjali tagħhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, li tgħarraf lill-Kumitat tal-FEŻ fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.

Kull Stat Membru jista' jitlob l-irtirar ta' proġett jew programm minn programm ta' azzjoni ppreżentat lill-Kumitat tal-FEŻ f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament. Jekk tali talba tkun appoġġata minn minoranza li timblokka ta' Stati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 8(3) b'rabta mal-Artikolu 8(2) tal-Ftehim Intern, il-programm ta' azzjoni għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni mingħajr il-proġett jew il-programm konċernat. Sakemm il-Kummissjoni, f'konformità mal-fehmiet tal-Istati Membri fil-Kumitat tal-FEŻ, ma tixtieqx tkompli bil-proġett jew programm irtirat, dan għandu, fi stadju iżjed tard, jiġi ppreżentat mill-ġdid lill-Kumitat tal-FEŻ barra mill-programm ta' azzjoni fil-forma ta' miżura individwali li għandha mbagħad tiġi adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament.

Għal raġunijiet ta' urġenza assoluta debitament ġustifikati, bħal kriżijiet, diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem jew theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri individwali jew speċjali jew emendi għal programmi ta' azzjoni u miżuri eżistenti, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(4) ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi speċifiċi ta' azzjoni għal nefqiet ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament. Kwalunkwe bidla fil-programmi ta' azzjoni għan-nefqa ta' sostenn għandha tkun adottata skont l-istess proċedura.

6.   Għandu jsir skrinjar ambjentali xieraq, inkluż għat-tibdil fil-klima, impatti tal-bijodiversità u dawk soċjali relatati, fil-livell ta' proġett inkluż fejn applikabbli evalwazzjoni tal-impatt ambjentali (EIA) għal proġetti li jkunu ambjentalment sensittivi, b'mod partikolari jekk ikunu probabbli li jikkawżaw impatti negattivi ambjentali u/jew soċjali sinifikanti li huma sensittivi, differenti, jew bla preċedent. Dak l-iskrinjar għandu jkun iggwidat minn prattiki rikonoxxuti b'mod internazzjonali. Fejn ikun rilevanti, għandhom jintużaw evalwazzjonijiet ambjentali strateġiċi (SEA) fl-implimentazzjoni ta' programmi settorjali. L-involviment tal-partijiet interessati fl-evalwazzjonijiet ambjentali u l-aċċess pubbliku għar-riżultati għandhom jiġu żgurati.

Artikolu 10

Kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-Istati Membri

1.   Fuq l-inizjattiva tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni jew lill-BEI b'kontribuzzjonijiet volontarji skont l-Artikolu 1(9) tal-Ftehim Intern sabiex jgħinu fil-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE lil hinn minn arranġamenti ta' kofinanzjament konġunt. Tali kontribuzzjonijiet ma jaffettwawx l-allokazzjoni kumplessiva ta' fondi taħt il-FEŻ. Huma għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal kontribuzzjonijiet regolari tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern ħlief għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6 u 7 tal-Ftehim Intern li għalihom jistgħu jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi fi ftehim bilaterali ta' kontribuzzjoni.

2.   L-assenjazzjoni ssir biss f'ċirkostanzi debitament ġustifikati, pereżempju b'reazzjoni għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 4(3). F'dan il-każ, kontribuzzjonijiet volontarji fdati lill-Kummissjoni jiġu ttrattati bħala dħul assenjat skont ir-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ.

3.   Il-fondi addizzjonali jkunu integrati fil-proċess ta' programmar u reviżjoni u fil-programmi annwali ta' azzjoni, fil-miżuri individwali u fil-miżuri speċjali msemmija f'dan ir-Regolament u għandhom jirriflettu l-appartenenza tal-pajjiż jew reġjun sieħeb.

4.   kwalunkwe bidla li tirriżulta fil-programmi ta' azzjoni, il-miżuri individwali jew il-miżuri speċjali jiġu adottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 9.

5.   L-Istati Membri li jafdaw lill-Kummissjoni jew lill-BEI b'kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali sabiex jgħinu fil-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jinfurmaw lill-Kunsill u lill-Kumitat tal-FEŻ, jew il-Kumitat tal-Faċilità ta' Investiment bil-quddiem dwar dawk il-kontribuzzjonijiet.

Artikolu 11

Taxxi, dażji u imposti

L-assistenza mill-Unjoni ma għandhiex tiġġenera, jew tattiva l-ġbir ta' taxxi, dazji jew imposti speċifiċi.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31 tal-Anness IV għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, tali taxxi, dazji u imposti jistgħu jkunu eliġibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ imsemmija fl-Artikolu 10(2) tal-Ftehim Intern.

Artikolu 12

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b'verifiki effikaċi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, bl-irkupru jew l-għoti lura tal-ammonti li jkunu tħallsu bi żball jew, fejn xieraq, b'penalitajiet amministrattivi u finanzjarji effikaċi, proporzjonali u dissważivi.

2.   Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta' awditu, jew fil-każ ta' organizzazzjonijiet internazzjonali s-setgħa ta' verifika skont il-ftehim milħuq magħhom, u verifika, fuq il-bażi ta' dokumenti u verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-subkuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3.   L-Uffiċċju Kontra l-Frodi Ewropew (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (5) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt iffinanzjati skont dan ir-Regolament.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament ikun fihom dispożizzjonijiet espliċiti li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 13

Regoli dwar in-nazzjonalità u l-oriġini għall-akkwist pubbliku, għotjiet u proċeduri ta' għoti oħrajn

Ir-regoli dwar in-nazzjonalità u l-oriġini għall-akkwist pubbliku, għotjiet u proċeduri ta' għoti oħrajn huma definiti fl-Artikolu 20 tal-Anness IV għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.

TITOLU IV

PROĊEDURI GĦAT-TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET

Artikolu 14

Responsabbiltajiet tal-Kumitat tal-FEŻ

1.   Il-Kumitat tal-FEŻ għandu jagħti l-opinjoni tiegħu skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

Osservatur mill-BEI jieħu sehem fil-proċedimenti tal-Kumitat tal-FEZ, rigward dawk il-kwistjonijiet li jkunu jikkonċernaw lill-BEI.

2.   Il-kompiti tal-Kumitat tal-FEŻ ikopru r-responsabbiltajiet stipulati fit-Titoli II u III ta' dan ir-Regolament:

(a)

programmar tal-għajnuna tal-Unjoni skont il-FEŻ u reviżjonijiet ta' programmar li jiffokaw b'mod partikolari fuq strateġiji ta' pajjiżi, reġjonali u intra-AKP; u

(b)

monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni, li tkopri fost l-oħrajn l-impatt tal-assistenza fuq it-tnaqqis tal-faqar, aspetti settorjali, kwistjonijiet trasversali, il-funzjonament tal-koordinazzjoni fil-post mal-Istati Membri u donaturi oħra u progress dwar il-prinċipji tal-effettività tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2.

Għal programmi ta' appoġġ tal-baġit li l-Kumitat tal-FEŻ ta opinjoni pożittiva dwarhom imma li huma sospiżi matul l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat bil-quddiem dwar is-sospensjoni u d-deċiżjoni sussegwenti li terġa' tibda l-pagamenti.

Kull Stat Membru jista' jistieden lill-Kummissjoni fi kwalunkwe mument sabiex tipprovdi lill-Kumitat tal-FEŻ b'informazzjoni u sabiex ikollha skambju ta' fehmiet dwar kwistjonijiet relatati mal-kompiti msemmija f'dan il-paragrafu. Tali skambju ta' fehmiet jista' jwassal għall-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri li l-Kummissjoni għandha tieħu kont tagħhom.

3.   Meta l-Kumitat tal-FEŻ jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippreżenta lill-Kumitat tal-FEŻ, fil-limiti ta' żmien stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-proċeduri tal-Kumitat tal-FEŻ imsemmija fl-Artikolu 8(5) tal-Ftehim Intern, abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat tal-FEŻ għandu jagħti l-fehma tiegħu fi żmien limitat li jista' jiġi stabbilit mill-president skont l-urġenza tal-kwistjoni iżda li ma għandux jaqbeż it-30 ġurnata. Il-BEI għandu jieħu sehem fl-iskambju ta' fehmiet. L-opinjoni tingħata bil-maġġoranza kwalifikata stabbilita fl-Artikolu 8(3) tal-Ftehim Intern abbażi tal-voti tal-Istati Membri ppeżati bil-mod stabbilit fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim Intern.

Meta l-Kumitat tal-FEŻ ikun ta l-opinjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw immedjatament.

Madankollu, jekk dawk il-miżuri ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-FEŻ, huma għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill immedjatament. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri għal perijodu li għandu, fi prinċipju, ma jaqbiżx it-30 ġurnata mid-data ta' tali komunikazzjoni imma li jista' jiġi estiż għal perjodu ta' mhux iżjed minn 30 ġurnata f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi bl-istess maġġoranza kwalifikata bħall-Kumitat tal-FEŻ, jista' jieħu deċiżjoni differenti f'dan il-perijodu.

4.   Għal raġunijiet ta' urġenza assoluta debitament ġustifikati kif previsti fl-Artikolu 7(4) u l-Artikolu 9(4), il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li japplikaw immedjatament, mingħajr sottomissjoni minn qabel lill-Kumitat tal-FEŻ, u li jibqgħu fis-seħħ għat-tul tal-perjodu kollu tad-dokument adottat jew immodifikat, il-programm ta' azzjoni jew il-miżura.

Mhux aktar tard minn 14-il ġurnata mill-adozzjoni tagħhom, il-president għandu jippreżenta l-miżuri lill-Kumitat tal-FEŻ sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu.

Fil-każ li l-Kumitat tal-FEŻ jagħti opinjoni negattiva kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni minnufih tħassar il-miżuri adottati f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 15

Il-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika

Programmi indikattiv intra-AKP jallokaw finanzjamenti għall-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika. Dak il-finanzjament jista' jiġi kkomplementat bil-programmi indikattivi reġjonali. Proċedura speċifika għandha tapplika kif ġej:

(a)

fuq talba mill-Unjoni Afrikana, endorsjata mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP, għandhom jitħejjew programmi ta' azzjoni pluriennali mill-Kummissjoni fejn tispeċifika l-objettivi li jridu jintlaħqu, il-firxa u n-natura tal-interventi possibbli u l-arranġamenti ta' implimentazzjoni; għandu jiġi speċifikat format maqbul għar-rappurtar fil-livell ta' intervent. Anness ma' kull programm ta' azzjoni jiddeskrivi l-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet speċfiċi għal kull tip ta' intervent possibbli skont in-natura, il-kobor u l-urġenza tiegħu;

(b)

il-programmi ta' azzjoni, inkluż l-anness imsemmi fil-punt (a), u kwalunkwe bidliet fih għandhom jiġu diskussi mill-gruppi ta' ħidma preparatorji rilevanti tal-Kunsill u mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u għandhom jiġu approvati mill-Coreper b'maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 8(3) tal-Ftehim Intern qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni;

(c)

il-programmi ta' azzjoni, eskluż l-anness imsemmi fil-punt (a), għandhom ikunu l-bażi għall-ftehim ta' finanzjament li jrid jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Unjoni Afrikana;

(d)

kull intervent li jrid jiġi implimentat taħt il-ftehim ta' finanzjament ikun suġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà; il-gruppi ta' ħidma preparatorji rilevanti tal-Kunsill għandhom ikunu infurmati jew, għallanqas meta jkunu ser jiġu ffinanzjati operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi ġodda, ikkonsultati fiż-żmien debitu qabel it-trażmissjoni tagħhom lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà skont il-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet speċifiċi msemmija fil-punt (a) sabiex jiġi żgurat li, minbarra d-dimensjoni militari u ta' sigurtà, jitqiesu l-aspetti relatati mal-iżvilupp u mal-finanzi tal-miżuri previsti. Mingħajr preġudizzju għall-finanzjament tal-operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil attivitajiet rikonoxxuti bħala ODA;

(e)

il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport ta' attività dwar l-użu tal-fondi għall-informazzjoni tal-Kunsill u tal-Kumitat tal-FEŻ fuq bażi annwali. u fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kumitat tal-FEŻ, fejn issir distinzjoni bejn impenji u pagamenti relatati mal-ODA u oħrajn li mhumiex.

Fi tmiem l-ewwel programm ta' azzjoni pluriennali, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ser jirrevedu r-riżultati u l-proċeduri tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika u se jiddiskutu għażliet rigward possibbiltajiet futuri ta' finanzjament. F'dak il-kuntest, u sabiex ikun issudat il-Fond għall-Paċi fl-Afrika, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ser ikollhom diskussjonijiet li jindirizzaw kemm il-kwistjoni tal-fondi għall-Operazzjonijiet ta' Appoġġ għall-Paċi, inkluż dawk iffinanzjati mill-FEŻ, u l-kwistjoni ta' appoġġ sostenibbli mill-Unjoni għall-operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi mmexxija mill-Afrikani wara l-2020. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser twettaq evalwazzjoni tal-Fond sa mhux iktar tard mill-2018.

Artikolu 16

Kumitat tal-Faċilità ta' Investiment

1.   Il-Kumitat Faċilità ta' Investiment stabbilit taħt l-awspiċi tal-BEI permezz tal-Artikolu 9 tal-Ftehim Intern (il-‘Kumitat FI’) għandu jikkonsisti mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Osservatur mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u osservatur mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu mistiedna jattendu. Kull Stat Membru, kif ukoll il-Kummissjoni, għandhom jinnominaw rappreżentant wieħed u sostitut nominat wieħed. Bil-ħsieb li tinżamm il-kontinwità, il-President tal-Kumitat FI għandu jkun elett minn, u minn fost il-membri tal-Kumitat FI, għal perjodu ta' sentejn. Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kumitat bis-servizzi segretarjali u ta' appoġġ. Dawk il-membri biss tal-Kumitat FI li huma nnominati mill-Istati Membri, jew is-sostituti tagħhom, għandhom jivvotaw.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq bażi unanima, għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tal-Kumitat FI abbażi ta' proposta mfassla mill-BEI wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

Il-Kumitat FI għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. L-ippeżar tal-voti jkun kif stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Ftehim Intern.

Il-Kumitat FI għandu jiltaqa' mill-anqas erba' darbiet fis-sena. Jistgħu jissejħu laqgħat addizzjonali bit-talba tal-BEI jew tal-membri tal-Kumitat FI kif stabbilit fir-regoli tal-proċedura tiegħu. Addizzjonalment, il-Kumitat FI jista' jagħti opinjoni bi proċedura bil-miktub, skont ir-regoli ta' proċedura tiegħu.

2.   Il-Kumitat FI għandu japprova:

(a)

il-linji gwida operazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment (il-‘FI’);

(b)

l-istrateġiji tal-investiment u l-pjanijiet tan-negozju tal-FI, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni, fuq il-bażi tal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u tal-prinċipji ġenerali tal-politika tal-Unjoni għall-iżvilupp;

(c)

ir-rapporti annwali tal-FI;

(d)

kwalunkwe dokument ta' politika ġenerali, inklużi rapporti ta' valutazzjoni, li jirrigwardaw il-FI.

3.   Barra minn hekk, il-Kumitat FI jagħti opinjoni dwar:

(a)

il-proposta li jagħti sussidju tal-imgħax permezz tal-paragrafu 7 tal-Artikolu 2, u l-punt (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 4, tal-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. F'każijiet bħal dawn, il-Kumitat FI għandu jagħti wkoll opinjoni dwar l-użu ta' tali sussidju fuq l-imgħax;

(b)

proposti għal investiment FI għal kwalunkwe proġett li dwaru l-Kummissjoni tkun tat opinjoni negattiva;

(c)

proposti oħrajn marbuta mal-FI, ibbażati fuq il-prinċipji ġenerali definiti fil-linji gwida operazzjonali tal-FI;

(d)

proposti marbuta mal-iżvilupp tal-qafas tal-kejl tar-riżultati tal-BEI sa fejn tali qafas huwa applikabbli għall-operazzjonijiet skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.

Sabiex jiġi razzjonalizzat il-proċess ta' approvazzjoni għal operazzjonijiet żgħar, il-Kumitat FI jista' jagħti l-opinjoni favorevoli tiegħu dwar proposti mill-BEI għal allokazzjoni globali (sussidji fuq l-imgħax, assistenza teknika) jew awtorizzazzjoni globali (self, ekwità), li sussegwentement, mingħajr opinjoni ulterjuri mill-Kumitat FI u/jew il-Kummissjoni, tiġi suballokata mill-BEI għal proġetti individwali skont il-kriterji stabbiliti fl-allokazzjoni globali jew awtorizzazzjoni inkluża s-suballokazzjoni massima ta' sussidju fuq l-imgħax għal kull proġett.

Addizzjonalment, il-korpi regolatorji tal-BEI jistgħu, minn żmien għal żmien, jitolbu lill-Kumitat FI jipprovdi opinjoni dwar il-proposti kollha ta' finanzjament, jew dwar ċerti kategoriji ta' proposti ta' finanzjament.

4.   Il-BEI għandu jippreżenta lill-Kumitat FI fi żmien debitu kwalunkwe kwistjoni li tirrikjedi l-approvazzjoni jew l-opinjoni tal-Kumitat FI, kif previst fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament. Kwalunkwe proposta preżentata lill-Kumitat FI għal opinjoni ssir skont il-kriterji u l-prinċipji rilevanti stabbiliti fil-linji gwida operazzjonali tal-FI.

5.   Il-BEI għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni u, fejn applikabbli, għandu jikkoordina l-operazzjonijiet tiegħu ma' donaturi oħra. B'mod partikolari, il-BEI għandu:

(a)

jipprepara u jirrivedi, b'mod konġunt mal-Kummissjoni, il-linji gwida operazzjonali tal-FI imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2. Il-BEI għandu jinżamm responsabbli għall-konformità mal-linji gwida u għandu jiżgura li l-proġetti li hu jappoġġa jirrispettaw standards soċjali u ambjentali internazzjonali u jkunu koerenti mal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, mal-prinċipji ġenerali tal-politika tal-Unjoni għall-iżvilupp u mal-istrateġiji rilevanti ta' kooperazzjoni tal-pajjiżi u tar-reġjuni;

(b)

jitlob l-opinjoni tal-Kummissjoni matul it-tħejjija tal-strateġiji ta' investiment, pjanijiet direzzjonali tan-negozju u dokumenti ġenerali ta' politika;

(c)

jinforma lill-Kummissjoni dwar il-proġetti li hija tamministra skont l-Artikolu 18(1). Fil-fażi ta' evalwazzjoni ta' proġett, hu għandu jitlob l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-koerenza tiegħu mal-istrateġija ta' kooperazzjoni tal-pajjiż jew reġjun relevanti jew, skont kif ikun il-każ, mal-objettivi ġenerali tal-FI;

(d)

bl-eċċezzjoni ta' sussidji fuq l-imgħax li jaqgħu fi ħdan l-allokazzjoni globali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3, jitlob il-qbil tal-Kummissjoni fil-fażi ta' valutazzjoni ta' proġett dwar kwalunkwe proposta mressqa lill-Kumitat FI għal sussidju fuq l-imgħax, dwar il-konformità tagħha mal-Artikolu 2(7) u l-Artikolu 4(2) tal-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u mal-kriterji definiti fil-linji gwida operazzjonali tal-FI.

Il-Kummissjoni titqis bħala li tkun tat opinjoni favorevoli dwar proposta, jew li tkun qablet magħha, sakemm hija ma tinnotifikax opinjoni negattiva dwar tali proposta, fi żmien tliet ġimgħat minn wara l-preżentazzjoni tal-proposta. Fir-rigward ta' opinjonijiet għal proġetti tas-settur finanzjarju jew pubbliku kif ukoll tal-ftehimiet dwar sussidji fir-rati tal-imgħax, il-Kummissjoni tista' titlob li titressaq il-proposta tal-proġett finali għall-opinjoni jew approvazzjoni tagħha ġimagħtejn qabel ma din tintbagħat lill-Kumitat FI.

6.   Il-BEI ma għandux jipproċedi bl-ebda waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3 sakemm il-Kumitat FI ma jkunx ippreżenta opinjoni favorevoli.

Wara opinjoni favorevoli tal-Kumitat FI, il-BEI għandu jiddeċiedi fuq il-proposta skont il-proċeduri tiegħu stess. B'mod partikolari huwa jista' jiddeċiedi li ma jipproċedix bil-proposta. Il-BEI għandu perjodikament jinforma lill-Kumitat FI u lill-Kummissjoni bil-każijiet fejn huwa jiddeċiedi li ma jipproċedix bil-proposta.

Għal self mir-riżorsi tiegħu stess u għal investimenti FI li dwarhom l-ebda opinjoni mill-Kumitat FI ma hija meħtieġa, il-BEI għandu jiddeċiedi dwar il-proposta skont il-proċeduri tiegħu stess u, fil-każ tal-FI, skont il-linji gwida operazzjonali tal-FI u l-istrateġiji ta' investiment approvati mill-Kumitat FI.

Minkejja opinjoni negattiva tal-Kumitat FI dwar proposta għall-għoti ta' sussidju fuq l-imgħax, il-BEI jista' jipproċedi bis-self inkwistjoni mingħajr il-benefiċċju tas-sussidju fuq l-imgħax. Il-BEI għandu perjodikament jinforma lill-Kumitat FI u lill-Kummissjoni f'kull okkażjoni fejn huwa hekk jiddeċiedi li jipproċedi bis-self.

Il-BEI jista', suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-linji gwida operazzjonali, tal-FI u sakemm ma jinbidilx l-objettiv essenzjali tas-self jew tal-investiment mill-FI inkwistjoni, jiddeċiedi li jimmodifika t-termini tas-self jew tal-investiment mill-FI li dwarhom il-Kumitat tal-FI ikun ippreżenta opinjoni favorevoli skont il-paragrafu 3 jew ta' kwalunkwe self li dwaru l-Kumitat tal-FI ikun ippreżenta opinjoni favoreveoli rigward is-sussidji fuq l-imgħax. Partikolarment, il-BEI jista' jiddeċiedi li jżid l-ammont tas-self jew tal-investiment mill-Faċilità ta' Investiment sa 20 %.

Tali żieda tista', għal proġetti bis-sussidji fuq l-imgħax imsemmija fl-Artikolu 2(7) tal-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, tirriżulta f'żieda proporzjonali fil-valur tas-sussidju fuq l-imgħax. Il-BEI għandu perjodikament jinforma lill-Kumitat FI u lill-Kummissjoni f'kull okkażjoni fejn huwa hekk jiddeċiedi li jipproċedi. Għal proġetti skont l-Artikolu 2(7) tal-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, jekk żieda fil-valur tas-sussidju tkun mitluba, il-Kumitat tal-FI ikun mitlub jagħti opinjoni qabel ma l-BEI jipproċedi.

7.   Il-BEI għandu jamministra l-Investimenti mill-FI u l-fondi kollha miżmuma f'isem il-FI konformement mal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. Huwa jista', b'mod partikolari, jieħu sehem fil-korpi ta' ġestjoni u ta' superviżjoni ta' persuni ġuridiċi li fihom il-FI hija investita, u jista' jittransiġi, jagħti rilaxx u jimmodifika d-drittijiet miżmuma f'isem il-FI skont il-linji gwida operazzjonali tal-FI.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Parteċipazzjoni ta' pajjiż jew reġjun terz

Sabiex tiżgura l-koerenza u l-effikaċja tal-assistenza mill-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li pajjiżi li qed jiżviluppaw li mhumiex fl-AKP u l-korpi ta' integrazzjoni reġjonali bil-parteċipazzjoni tal-AKP li jippromwovu l-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali eliġibbli għall-assistenza mill-Unjoni bi strumenti ta' finanzjament oħra tal-Unjoni għal azzjoni esterna, fejn il-proġett jew il-programm ikkonċernat huwa ta' natura reġjonali jew transfruntiera u jikkonforma mal-Artikolu 6 tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, huma eliġibbli għall-fondi msemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern. Il-pajjiżi u territorji barranin (OCTs) eliġibbli għall-assistenza tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (6), u r-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni wkoll jistgħu jipparteċipaw fi proġetti jew programmi ta' kooperazzjoni reġjonali; il-finanzjament li jippermetti l-parteċipazzjoni ta' dawk it-territorji jew ir-reġjuni l-aktar imbiegħda għandu jkun addizzjonali mal-fondi msemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern. L-objettiv ta' kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, l-OCTs u l-Istati AKP għandhom jitqiesu u, fejn xieraq, jitwaqqfu mekkaniżmi ta' koordinazzjoni. Dispożizzjoni għal dan il-finanzjament u għat-tipi ta' finanzjament imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 (7) jistgħu jsiru fid-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi pluriennali u fil-programmi ta' azzjoni u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni tal-assistenza tal-FEŻ

1.   Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jimmonitorjaw regolarment l-azzjonijiet tagħhom u l-miżuri ffinanzjati u janalizzaw il-progress li jsir lejn ir-riżultati mistennija. Il-Kummissjoni se tmexxi wkoll evalwazzjonijiet tal-impatt u l-effikaċja tal-politiki settorjali u l-azzjonijiet tagħha, u l-effikaċja tal-ipprogrammar, fejn xieraq permezz ta' evalwazzjonijiet esterni indipendenti. Ser jittieħed kont dovut tal-proposti mill-Kunsill għal evalwazzjonijiet esterni indipendenti. L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji ta' prattika tajba tal-OECD/DAC, li jfittxu li jaċċertaw jekk l-objettivi speċifiċi, b'kont meħud tal-ugwaljanza bejn is-sessi, intlaħqux, biex ikunu fformulati rakkomandazzjonijiet u biex tiġi pprovduta evidenza li tiffaċilita t-tagħlim bil-għan li jittejbu l-operazzjonijiet futuri. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu abbażi ta' indikaturi predefiniti, ċari, trasparenti u fejn adatt, speċifiċi għall-pajjiż u li jistgħu jitkejlu.

Il-BEI għandu jinforma perjodikament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mir-riżorsi tal-FEŻ li huwa jamministra, billi jsegwi l-proċeduri stabbiliti fil-linji gwida tal-FI.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta' evalwazzjonijiet flimkien mar-rispons tas-servizzi għar-rakkomandazzjonijiet ewlenin lill-Istati Membri permezz tal-Kumitat tal-FEŻ u lill-BEI għall-informazzjoni. Kwalunkwe evalwazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet u azzjonijiet ta' segwitu, jistgħu jiġu diskussi fil-kumitat fuq talba ta' Stat Membru. F'tali każijiet, il-Kummissjoni ser tirrapporta lura lill-Kumitat tal-FEŻ sena wara, dwar l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom. Ir-riżultati għandhom imorru lura għad-disinn tal-ipprogrammar u l-allokazzjoni tar-riżorsi.

3.   Il-Kummissjoni tassoċja b'mod xieraq lill-partijiet interessati rilevanti kollha fil-fażi ta' evalwazzjoni tal-assistenza tal-Unjoni pprovdut f'dan ir-Regolament u jistgħu, fejn xieraq, ifittxu li jkomplu jagħmlu evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri, donaturi oħra u sħab f'fażi ta' żvilupp.

4.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-FEŻ, inkluż il-programmi indikattivi pluriennali, u mill-2016 għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni lill-Kunsill. Ir-rapport ser jinkludi analiżi ta' outputs u eżiti ewlenin u meta possibbli, il-kontribut tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-impatti. Ser jinħoloq qafas ta' riżultati għal dan il-għan. Dak ir-rapport jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5.   Ir-rapport annwali għandu jkun fih ukoll informazzjoni relatata mas-sena ta' qabel dwar il-miżuri ffinanzjati, ir-riżultati ta' eżerċizzji ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, l-involviment tas-sħab relevanti għall-iżvilupp, u l-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' impenji u ta' pagamenti mqassma skont il-pajjiż, ir-reġjun u s-settur ta' kooperazzjoni. Huwa għandu jinkludi wkoll analiżi kwalitattiva tar-riżultati inizjalment imbassra u dawk miksuba, ibbażata fuq, fost l-oħrajn, data mis-sistemi ta' monitoraġġ, u segwitu tat-tagħlimiet meħuda.

6.   Ir-rapport għandu juża sa fejn hu possibbli, indikaturi speċifiċi u miżurabbli tar-rwol tiegħu fl-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. Huwa jirrifletti t-tagħlimiet ewlenin u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet tas-snin ta' qabel. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll, fejn possibbli u rilevanti, il-konformità mal-prinċipji tal-effettività tal-għajnuna, inkluż għall-istrumenti finanzjarji innovattivi.

7.   L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom iwettqu, sa mhux aktar tard minn tmiem l-2018, analiżi tal-prestazzjoni, li tivvaluta l-grad ta' twettiq tal-impenji u l-pagamenti, kif ukoll ir-riżultati u l-impatt tal-għajnuna mogħtija permezz ta' indikaturi ta' output, ta' eżitu u ta' impatt li jkejlu l-effiċjenza tal-użu ta' riżorsi kif ukoll l-effettività tal-FEŻ. Hija għandha wkoll tindirizza l-kontribut tal-miżuri ffinanzjati għall-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UEu għall-prijoritajiet tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Aġenda għall-Bidla. L-analiżi ssir abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

8.   Il-BEI jipprovdi lill-Kumitat tal-FI b'informazzjoni fir-rigward tal-progress lejn il-ksib tal-objettivi tal-FI. Skont l-Artikolu 6b tal-Anness II mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-prestazzjoni kumplessiva tal-FI tkun suġġetta għal analiżi konġunta f'nofs it-terminu u fi tmiem it-terminu tal-FEŻ. Ir-reviżjoni ta' nofs it-term għandha titwettaq minn esperti esterni indipendenti, f'kooperazzjoni mal-BEI u għandha ssir disponibbli lill-Kumitat FI.

Artikolu 19

Nefqa fuq azzjoni klimatika u bijodiversità

Għandha ssir stima annwali tal-infiq globali relatat ma' azzjoni klimatika u bijodiversità fuq il-bażi tad-dokumenti adottati ta' programmar indikattiv. Il-finanzjament allokat fil-kuntest tal-FEŻ ikun soġġett għal sistema ta' traċċabbiltà annwali ibbażata fuq il-metodoloġija tal-OECD (‘indikaturi ta' Rio’), mingħajr ma jkun eskluż l-użu ta' metodoloġiji aktar preċiżi fejn dawn huma disponibbli, integrati fil-metodoloġija eżistenti għal ġestjoni tal-prestazzjoni ta' programmi tal-Unjoni, biex tkun kwantifikata n-nefqa relatata ma' azzjoni klimatika u bijodiversità fil-livell tal-programmi ta' azzjoni, miżuri individwali u speċjali msemmija fl-Artikolu 9, u rreġistrat fl-evalwazzjonijiet u r-rapporti annwali.

Artikolu 20

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Dan ir-Regolament għandu japplika skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (8), li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE.”


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).

(3)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(4)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.).

(5)  Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (‘Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija’) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).


27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/52


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 567/2014

tas-26 ta' Mejju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 215/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp fir-rigward tal-applikazzjoni tal-perijodu ta' transizzjoni bejn l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern dwar il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija, bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra kif emendat l-aħħar (1) (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE”),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill, dwar il-Finanzjament tal-Għajnuna Komunitarja permezz tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-Perijodu 2008-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE (2) (“il-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/759/UE (3) stabbiliet miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) (“Faċilità ta' Tranżizzjoni”) sabiex tiżgura d-disponibbiltà tal-fondi għall-kooperazzjoni mal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u mal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCTs), kif ukoll għall-infiq ta' appoġġ, mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern dwar il-11-il FEŻ.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġi mmodifikat ir-Regolament (KE) Nru 215/2008 (4) fir-rigward tal-ġestjoni operazzjonali u finanzjarja mill-Kummissjoni tal-Faċilità ta' Tranżizzjoni fil-perijodu ta' tranżizzjoni bejn l-10 u l-11-il FEŻ sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern dwar il-11-il FEŻ u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-11-il FEŻ.

(3)

Huwa xieraq li jiġu mmodifikati bl-istess mod ir-regoli ta' implimentazzjoni għall-ġestjoni operazzjonali u finanzjarja tal-Faċilità ta' Investiment implimentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) matul dan il-perijodu ta' tranżizzjoni u sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern dwar il-11-il FEŻ.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 215/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perijodu ta' tranżizzjoni bejn l-10 FEŻ u l-11-il FEŻ, l-Artikoli 1 sa 159 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008 jiġu sostitwiti minn dawk stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika sad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

Ch. VASILAKOS


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4) u bil-Ftehim iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(2)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1).


ANNESS

“L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET EWLENIN

TITOLU I

Suġġett, Kamp ta' Applikazzjoni U Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), u l-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet tiegħu.

Artikolu 2

Rabta mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

1.   Sakemm ma jkunx previst speċifikament mod ieħor, referenzi diretti f'dan ir-Regolament għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandhom jitqiesu li jinkludu wkoll referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (2).

2.   Ir-referenzi f'dan ir-Regolament għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 ma għandhomx jitqiesu li jinkludu dispożizzjonijiet proċedurali li mhumiex rilevanti għall-FEŻ, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-għoti tas-setgħa li tadotta atti delegati.

3.   Referenzi interni fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jew fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx jirrendu d-dispożizzjonijiet imsemmija indirettament applikabbli għall-FEŻ.

4.   It-termini użati f'dan ir-Regolament għandu jkollhom l-istess tifsira bħal dawk fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, bl-eċċezzjoni tad-definizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament.

Madankollu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-termini li ġejjin fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom jiġu definiti kif ġej:

(a)

‘baġit’ jew ‘baġitarju’ tfisser ‘il-FEŻ’;

(b)

‘impenn baġitarju’ tfisser ‘impenn finanzjarju’;

(c)

‘istituzzjoni’ tfisser ‘il-Kummissjoni’;

(d)

‘approprjazzjonijiet’ jew ‘approprjazzjonijiet operazzjonali’ tfisser ‘ir-riżorsi tal-FEŻ’;

(e)

‘linja tal-baġit’ jew ‘linja fil-baġit’ tfisser ‘allokazzjoni’;

(f)

‘att bażiku’ tfisser, skont il-kuntest rilevanti, il-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (3) (id-‘Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija’), jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2007 (4) (‘ir-Regolament ta' Implimentazzjoni’);

(g)

‘pajjiż terz’ tfisser kwalunkwe pajjiż jew territorju benefiċjarju kopert mill-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-FEŻ.

5.   L-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkollha l-għan li tippreserva l-koerenza mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sakemm tali interpretazzjoni ma tkunx kompatibbli mal-ispeċifiċitajiet tal-FEŻ kif previst fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, fil-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, fid-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea jew ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

Artikolu 3

Perijodi, dati u limiti ta' żmien

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (5) għandu japplika għall-iskadenzi stabbiliti b'dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Protezzjoni ta' data personali

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

L-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 dwar informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' data personali għall-finijiet tal-awditjar għandhom japplikaw.

TITOLU II

Prinċipji Finanzjarji

Artikolu 5

Prinċipji finanzjarji

Ir-riżorsi tal-FEŻ għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

l-unità u l-preċiżjoni tal-baġit;

(b)

l-unità tal-kontijiet;

(c)

l-universalità;

(d)

l-ispeċifikazzjoni;

(e)

l-amministrazzjoni finanzjarja tajba;

(f)

it-trasparenza.

Is-sena finanzjarja għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.

Artikolu 6

Prinċipji tal-unità u l-preċiżjoni baġitarja

L-ebda dħul ma għandu jinġabar u l-ebda nfiq ma għandu jsir dment li ma jkunx riservat għal allokazzjoni tal-FEŻ.

L-Artikolu 8(2) u (3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

Artikolu 7

Prinċipju tal-unità tal-kontijiet

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar l-użu tal-euro għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 8

Prinċipju tal-universalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, id-dħul totali għandu jkopri l-istima għall-pagamenti totali.

Id-dħul u l-infiq kollu għandu jkun irreġistrat bis-sħiħ mingħajr ebda aġġustament kontra xulxin, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar regoli dwar it-tnaqqis u l-aġġustamenti għar-rati tal-kambju, li għandhom japplikaw.

Madankollu, id-dħul imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament għandu jnaqqas awtomatikament il-pagamenti magħmula fuq l-impenn li minnu ġie ġġenerat.

L-Unjoni ma tistax issellef fi ħdan il-qafas tal-FEŻ.

Artikolu 9

Dħul assenjat

(1)   Id-dħul assenjat għandu jintuża biex jiffinanzja partiti speċifiċi tan-nefqa.

(2)   Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat:

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u pajjiżi terzi, inkluż fiż-żewġ każijiet l-aġenziji pubbliċi tagħhom, entitajiet jew persuni fiżiċi; u minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal ċerti proġetti jew programmi ta' għajnuna esterna ffinanzjati mill-Unjoni u ġestiti mill-Kummissjoni jew mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) f'isimhom skont l-Artikolu 10 tar-Regolamentta' Implimentazzjoni;

(b)

dħul allokat għal skop speċifiku, bħal dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati;

(c)

dħul li joriġina mill-ħlas lura, wara l-irkupru, ta' ammonti mħallsa bi żball;

(d)

dħul iġġenerat minn interessi fuq pagamenti ta' prefinanzjament, soġġett għall-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(e)

ħlasijiet lura u dħul iġġenerat minn strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 140(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(f)

dħul iġġenerat minn rimbors sussegwenti ta' taxxi skont il-punt (b) tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(3)   Dħul assenjat imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jiffinanzja tali partiti tan-nefqa kif huma ddeterminati mid-donatur dment li huwa aċċettat mill-Kummissjoni.

Dħul assenjat imsemmi fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 2 għandu jiffinanzja partiti tan-nefqa simili għal dawk minn fejn ikun ġie ġġenerat.

(4)   L-Artikolu 184(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika mutatis mutandis.

(5)   L-Artikoli 22(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar donazzjonijiet għandhom japplikaw għal dħul assenjat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Fir-rigward tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-aċċettazzjoni ta' donazzjoni għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Kunsill.

(6)   Ir-riżorsi tal-FEŻ li jikkorrispondu għal dħul assenjat għandhom ikunu disponibbli awtomatikament meta dak id-dħul jiġi riċevut mill-Kummissjoni. Madankollu, stima tal-ammonti riċevibbli għandu jkollha l-effett li tagħmel ir-riżorsi tal-FEŻ disponibbli fil-każ tad-dħul assenjat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 fejn il-ftehim mal-Istat Membru jkun espress bil-munita euro; il-pagamenti jistgħu jitwettqu skont dak id-dħul biss meta tkun ġiet irċevuta.

Artikolu 10

Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni

Ir-riżorsi tal-FEŻ għandhom ikunu allokati għal skopijiet speċifiċi għall-Istati AKP jew OCTs u skont l-istrumenti prinċipali ta' kooperazzjoni.

Fir-rigward tal-Istati AKP, dawk l-istrumenti huma stabbiliti mill-Protokoll Finanzjarju anness għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. L-allokazzjoni tar-riżorsi (allokazzjonijiet indikattivi) għandha tkun ibbażata wkoll fuq id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni u għandha tieħu kont tar-riżorsi riżervati għall-infiq ta' appoġġ marbuta mal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ.

Fir-rigward tal-OCTs, dawk l-istrumenti huma stabbiliti fir-Raba' Parti tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea u l-Anness II tagħha. L-allokazzjoni ta' dawk ir-riżorsi għandha tieħu kont ukoll tar-riżerva mhux allokata prevista fl-Artikolu 3(3) ta' dak l-Anness u tar-riżorsi riżervati għal studji jew għal miżuri ta' assistenza teknika skont il-punt (c) tal-Artikolu 1(1) tiegħu.

Artikolu 11

Prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

1.   L-Artikoli 30(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja għandhom japplikaw. Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandux japplika.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jinkisbu, li jkunu rilevanti u f'waqthom. Il-kisba ta' dawk l-objettivi għandha tkun sorveljata minn indikaturi tal-prestazzjoni.

3.   Sabiex jitjieb il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b'mod partikolari sabiex tiġi ġġustifikata u speċifikata d-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament, huma meħtieġa l-evalwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-użu tar-riżorsi tal-FEŻ għandu jkun antiċipat minn evalwazzjoni ex ante tal-operazzjoni li għandha ssir li tkopri l-elementi elenkati fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012;

(b)

l-operazzjoni għandha titressaq għal evalwazzjoni ex post bil-ħsieb li jiġi żgurat li r-riżultati maħsuba jiġġustifikaw il-mezzi użati.

4.   It-tipi ta' finanzjament previsti fit-Titolu VIII ta' dan ir-Regolament, u l-metodi ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament, għandhom jintgħażlu abbażi tal-abilità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u l-kapaċità tagħhom li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jittieħed kont tal-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nonkonformità. Fil-każ tal-għotjiet, dan għandu jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom ta' darba, rati fissi u spejjeż għal kull unità.

Artikolu 12

Kontroll intern

L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

Artikolu 13

Prinċipju tat-trasparenza

1.   Il-FEŻ għandu jiġi implementat u l-kontijiet ippreżentati f'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

2.   Id-dikjarazzjoni annwali tal-impenji, il-pagamenti u l-ammont annwali ta' sejħiet għal kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) u l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar riċevituri u informazzjoni oħra, għandhom japplikaw. Għall-iskop tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, it-terminu ‘lokalità’ għandu jfisser, fejn meħtieġ, l-ekwivalenti tar-reġjun fil-livell ta' NUTS 2 meta r-riċevitur ikun persuna fiżika.

4.   Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-FEŻ jistgħu jiġu implimentati b'kofinanzjament parallel jew konġunt.

Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni għandha tinqasam f'għadd ta' komponenti identifikabbli b'mod ċar li kull wieħed minnhom huwa ffinanzjat minn sħab differenti li jipprovdu kofinanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jista' dejjem jiġi identifikat.

Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn is-sħab li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi jinġabru flimkien b'tali mod li ma jibqax possibbli li s-sors ta' finanzjament jiġi identifikat għal kwalunkwe attività partikolari mwettqa bħala parti mill-azzjoni. F'dawn il-każijiet, il-pubblikazzjoni ex post ta' kuntratti tal-għotja u tal-akkwist kif meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) u l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-entità nkarigata, jekk ikun hemm.

5.   Meta tkun qed tipprovdi l-assistenza finanzjarja, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tkun żgurata l-viżibbiltà tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. Dan għandu jinkludi miżuri li jimponu rekwiżiti ta' viżibbiltà fuq il-benefiċjarji ta' fondi tal-Unjoni ħlief f'każijiet debitament iġġustifikati. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-benefiċjarji ma' dawk ir-rekwiżiti.

TITOLU III

Riżorsi tal-FEŻ u Implimentazzjoni

Artikolu 14

Sorsi tar-riżorsi tal-FEŻ

Ir-riżorsi tal-FEŻ għandhom jikkonsistu mil-limitu msemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2013/759/UE u mid-dħul assenjat ieħor imsemmi fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament.

Ir-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-BEI għandhom jikkonsistu wkoll minn dawk ir-riżorsi tal-Faċilità ta' Investiment ġestiti bħala fond li jista' jerġa' jintuża.

Artikolu 15

Struttura tal-FEŻ

Id-dħul u l-infiq tal-FEŻ għandhom ikunu kklassifikati skont it-tip tagħhom jew skont l-użu li għalih huma assenjati.

Artikolu 16

L-implimentazzjoni tal-FEŻ skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

1.   Il-Kummissjoni għandha tassumi r-responsabbiltajiet tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 57 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u fid-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea. Għal dan il-għan, hija għandha timplimenta d-dħul u l-infiq tal-FEŻ skont id-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti u t-Tielet Parti ta' dan ir-Regolament, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tar-riżorsi tal-FEŻ.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex ir-riżorsi tal-FEŻ jiġu użati f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

Artikolu 17

Metodi ta' implimentazzjoni

1.   L-Artikoli 56 u 57 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

2.   Soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 sa 5 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli dwar il-metodi ta' implimentazzjoni previsti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u l-Artikoli 188 u 193 ta' dak ir-Regolament, għandhom japplikaw. Madankollu l-punt (b) tal-Artikolu 58(1) u l-Artikolu 59 ta' dak ir-Regolament, dwar il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, ma għandhomx ikunu applikabbli.

3.   L-entitajiet inkarigati għandhom jiżguraw konsistenza mal-politika esterna tal-Unjoni u jistgħu jinkarigaw lil entitajiet oħra b'kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-Kummissjoni. Huma għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 kull sena. L-opinjoni tal-awditjar għandha tkun ippreżentata fi żmien xahar mir-rapport u d-dikjarazzjoni ta' ġestjoni li jridu jitqiesu fl-assigurazzjoni tal-Kummissjoni.

L-organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmija fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-korpi tal-Istati Membri kif imsemmija fil-punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu 58(1) ta' dak ir-Regolament li jkunu ġew fdati mill-Kummissjoni jistgħu jafdaw ukoll kompiti ta' implimentazzjoni ta' baġit lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li għandhom kapaċità operazzjonali u finanzjarja adatta, taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-Kummissjoni.

L-Istati tal-AKP u l-OCTs jistgħu wkoll jinkarigaw il-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit lid-dipartimenti tagħhom u lil korpi gvernati mil-liġi privata abbażi ta' kuntratt ta' servizz. Dawk il-korpi għandhom jiġu magħżula abbażi ta' proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex b'hekk jiġu evitati konflitti ta' interessi. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jistipula t-termini tal-kuntratt ta' servizz.

4.   Fejn il-FEŻ huwa implimentat f'ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew OCTs, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati AKP jew tal-OCTs li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet kontraenti, il-Kummissjoni:

(a)

għandha, meta jkun meħtieġ, tirkupra ammonti dovuti minn riċevituri skont l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, inkluż permezz ta' deċiżjoni li għandha tkun infurzabbli taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 299 tat-Trattat;

(b)

tista', meta ċ-ċirkostanzi jesiġu dan, timponi penalitajiet amministrattivi u/jew finanzjarji taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Il-ftehim ta' finanzjament għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat AKP jew OCT għal dan l-għan.

5.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista' tingħata permezz ta' kontribuzzjonijiet lil fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, l-Istati Membri, jew minn pajjiżi u reġjuni sħab jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, biex jattiraw finanzjament konġunt minn għadd ta' donaturi, jew lil fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għall-fini tal-implimentazzjoni konġunta tal-proġetti.

L-aċċess reċiproku minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għal strumenti finanzjarji stabbiliti minn organizzazzjonijiet oħrajn għandu jiġi promoss, kif adatt.

TITOLU IV

Atturi Finanzjarji

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar atturi finanzjarji u r-responsabbiltà tagħhom

1.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil kull attur finanzjarju r-riżorsi meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu u karta li tiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu jew tagħha.

2.   L-Artikolu 64 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar is-segregazzjoni tad-dmirijiet għandu japplika.

3.   Il-Kapitolu IV tat-Titolu IV tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 19

Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni

1.   L-Artikoli 65, 66 u 67 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li jikkonċernaw, rispettivament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, is-setgħat u d-dmirijiet tiegħu jew tagħha, u dawk tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandhom japplikaw.

Ir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 66(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu jinkludi, bħala anness, tabelli li juru, skont l-allokazzjoni, il-pajjiż, it-territorju, ir-reġjun jew is-subreġjun, l-impenji totali, il-fondi assenjati u l-pagamenti magħmula matul is-sena finanzjarja u l-ammonti totali aggregati mill-ftuħ tal-FEŻ rispettiv.

2.   Fejn l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni jinduna bi problemi fit-twettiq ta' proċeduri relatati mal-ġestjoni tar-riżorsi tal-FEŻ, huwa għandu, flimkien mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni maħtur nazzjonali, reġjonali, intra-AKP, jew territorjali, jagħmel il-kuntatti kollha meħtieġa sabiex isib rimedju għas-sitwazzjoni u jieħu kwalunkwe passi li jkunu meħtieġa. Fil-każ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni nazzjonali, reġjonali, intra-AKP, jew territorjali ma jwettaqx jew ma jkunx jista' jwettaq id-dmirijiet dovuti lilu skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jew id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni jista' temporanjament jieħu post dan tal-ewwel u jaġixxu f'isem u għan-nom dan; f'dak il-każ, il-Kummissjoni tista' tirċievi kumpens finanzjarju għax-xogħol amministrattiv addizzjonali mġarrab mir-riżorsi allokati lill-Istat AKP jew lill-OCT inkwistjoni.

Artikolu 20

Uffiċjal tal-kontabbiltà

1.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jkun l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-FEŻ.

2.   L-Artikolu 68, bl-eċċezzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li jikkonċernaw, rispettivament is-setgħat u d-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà, u s-setgħat li jistgħu jiġu ddelegati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, għandhom japplikaw. L-Artikolu 54(2) u l-Artikolu 57(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(5), u l-Artikolu 58(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.

TITOLU V

Operazzjonijiet ta' Dħul

Artikolu 21

Kontribuzzjoni annwali u l-partijiet tiegħu

1.   Skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, il-limitu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 2 u l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1, kif ukoll il-pagament tiegħu fi tliet pagamenti, għandhom ikunu ddeterminati skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu.

Il-pagamenti li għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jkunu proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet ta' dak l-Istat Membru għall-FEŻ kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ottubru tas-sena n, li tistipula:

(a)

il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 2;

(b)

l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(c)

l-ammont tal-ewwel pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(d)

previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti bbażata fuq approċċ statistiku għall ammonti annwali ta' kontribuzzjonijiet mistennija għas-snin n + 3 u n + 4.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar din il-proposta sal-15 ta' Novembru tas-sena n.

L-Istati Membri għandhom iħallsu l-ewwel pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 mhux aktar tard mill-21 ta' Jannar tas-sena n + 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ġunju tas-sena n + 1, li tistipula:

(a)

ammont tat-tieni pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(b)

ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 f'konformità mal-ħtiġijiet attwali, f'każijiet fejn, skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, l-ammont annwali ma jibqax jikkorrispondi għall-ħtiġijiet attwali.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.

L-Istati Membri għandhom iħallsu t-tieni pagament mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

4.   Sal-15 ta' Ġunju tas-sena n + 1, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-previżjonijiet tal-BEI dwar il-ġestjoni u l-operazzjoni tal-Faċilità tal-Investiment, inkluż dawk is-sussidji tar-rata ta' interess li huma implimentati mill-BEI, għandha tistabbilixxi u tikkomunika lill-Kunsill dikjarazzjoni tal-impenji, il-pagamenti u l-ammont annwali tas-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet magħmula fis-sena n u li għandhom isiru fis-sena n + 1 u n + 2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-ammonti annwali tal-kontribuzzjonijiet skont l-Istat Membru, kif ukoll l-ammont li għad irid jitħallas mill-FEŻ, b'distinzjoni magħmula bejn l-ishma tal-BEI u dawk tal-Kummissjoni. L-ammonti għas-snin n + 1 u n + 2 għandhom ikunu bbażati fuq il-kapaċità li l-livell propost ta' riżorsi jitwassal b'mod effettiv filwaqt li jsir sforz biex jiġu evitati varjazzjonijiet sinifikanti bejn id-diversi snin, kif ukoll bilanċi tal-aħħar tas-sena sinifikanti.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta' Ottubru tas-sena n + 1, li tistipula:

(a)

l-ammont tat-tielet pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(b)

ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 f'konformità mal-ħtiġijiet attwali, f'każijiet fejn, skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, l-ammont annwali ma jibqax jikkorrispondi għall-ħtiġijiet attwali.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.

L-Istati Membri għandhom iħallsu t-tielet pagament mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

6.   Is-somma tal-pagamenti relatata ma' sena partikolari ma tistax teċċedi l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni ddeterminata għal dik is-sena. L-ammont annwali tal-kontribuzzjoni ma jistax jeċċedi l-limitu ddeterminat għal dik is-sena. Il-limitu ma jistax jiżdied ħlief f'konformità mal-Artikolu 7(4) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ. Żieda possibbli tal-limitu għandha tkun parti mill-proposti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 5 ta' dan l-Artikolu.

7.   Il-limitu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas minn kull Stat Membru għas-sena n + 2, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 u l-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet għandhom jispeċifikaw:

(a)

l-ammont ġestit mill-Kummissjoni; u

(b)

l-ammont ġestit mill-BEI, inkluż is-sussidji tar-rati ta' interess ġestiti minnu.

Artikolu 22

Il-ħlas tal-pagamenti parzjali

1.   Talbiet għall-kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għal Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti f'ordni kronoloġiku.

2.   Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom ikunu espressi f'euro u għandhom ikunu mħallsa f'euro.

3.   Il-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(7) għandha tiġi kkreditata minn kull Stat Membru f'kont speċjali bl-isem ‘Kummissjoni Ewropea — Fond Ewropew għall-Iżvilupp’ miftuħ mal-bank ċentrali tal-Istat Membru rilevanti jew tal-istituzzjoni finanzjarja maħtura minnu. L-ammont ta' dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jibqgħu f'dawk il-kontijiet speċjali sakemm ikun jeħtieġ li jsiru l-pagamenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sforz biex tagħmel kwalunkwe ġbid ta' flus mill-kontijiet speċjali b'tali mod li d-distribuzzjoni tal-assi f'dawk il-kontijiet tibqa' tikkorrispondi għall-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ.

Il-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(7) ta' dan ir-Regolament għandha tiġi kkreditata minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 53(1).

Artikolu 23

Imgħax għal ammonti ta' kontribuzzjonijiet mhux imħallsa

1.   Kif jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 21(2), (3) u (5), l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun obbligat li jħallas l-imgħax f'konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata kalendarja tax-xahar li fih jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit, miżjuda b żewġ punti perċentwali. Dik ir-rata għandha tiżdied bi kwart ta' punt perċentwali għal kull xahar ta' dewmien.

(b)

l-imgħax għandu jitħallas għall-perijodu li jkun għadda mill-ġurnata kalendarja ta' wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għall-pagament sal-ġurnata tal-pagament.

2.   Fir-rigward tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(7), l-imgħax għandu jiġu kkreditat f'wieħed mill-kontijiet previsti fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ.

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(7) l-imgħax għandu jiġi kkreditat lill-Faċilità ta' Investiment f'konformità mal-Artikolu 53(1).

Artikolu 24

Talba għall-kontribuzzjonijiet mhux imħallsa

Mal-iskadenza tal-protokoll finanzjarju anness mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-parti tal-kontribuzzjonijiet li l-Istati Membri jibqgħu obbligati jħallsu skont l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament għandha tintalab mill-Kummissjoni u l-BEI, kif meħtieġ, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 25

Operazzjonijiet oħra ta' dħul

1.   L-Artikoli 77 sa 79, l-Artikolu 80(1) u (2) u l-Artikoli 81 sa 82 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar l-estimi tal-ammont riċevibbli, l-istabbiliment tal-ammonti riċevibbli, l-awtorizzazzjoni u r-regoli tal-irkupru, il-perijodu ta' limitazzjoni u trattament nazzjonali ta' intitolamenti tal-Unjoni, għandhom japplikaw. L-irkupru jista' jsir permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni infurzabbli skont l-Artikolu 299 tat-Trattat.

2.   Fir-rigward tal-Artikoli 77(3) u 78(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ir-referenza għal riżorsi proprji għandha tinftiehem bħala referenza għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri definiti fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Artikolu 83(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 għandu japplika għall-irkupri stabbiliti bl-euro. Għall-irkupri fil-munita lokali, għandu japplika bl-użu tar-rata tal-bank ċentrali tal-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih hija stabbilita l-ordni ta' rkupru.

4.   Fir-rigward tal-Artikolu 84(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, il-lista ta' intitolamenti għandha tkun stabbilita separatament għall-FEŻ u għandha tiġi miżjuda mar-rapport imsemmi fl-Artikolu 44(2) ta' dan ir-Regolament.

5.   L-Artikoli 85 u 90 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.

TITOLU VI

Operazzjonijiet ta' Nfiq

Artikolu 26

Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament

L-impenn tal-infiq għandu jiġi preċedut minn deċiżjoni ta' finanzjament adottata mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 tiegħu.

Artikolu 27

Regoli applikabbli għall-impenji

1.   L-Artikolu 85, bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 3 tiegħu, l-Artikoli 86, 87, 185, u l-Artikolu 189(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar l-impenji u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet esterni għandhom japplikaw. L-Artikolu 95(2), il-punti (a) u (e) tal-Artikolu 97(1) u l-Artikolu 98 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.

2.   Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 189(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-perijodu biex jiġu konklużi l-kuntratti individwali, u l-ftehimiet ta' għotja li jimplimentaw l-azzjoni jista' jiġi estiż għal aktar minn tliet snin wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament fejn l-Istati AKP u l-OSTs jafdaw kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 17(3) ta' dan ir-Regolament.

3.   Meta r-riżorsi tal-FEŻ jiġu implimentati f'ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew OCTs, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista', wara li jaċċetta l-ġustifikazzjoni, jestendi l-perijodu ta' sentejn imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 86(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-perijodu ta' tliet snin imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 189(2) tiegħu.

4.   Fit-tmiem tal-perijodi estiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew il-perijodi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 86(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 189(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-bilanċi mhux użati għandhom ikunu, kif applikabbli, rilaxxati.

5.   Fejn il-miżuri huma adottati taħt l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, it-tmexxija tal-perijodi estiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 86(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 189(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tista' tiġi sospiża.

6.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 87 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-konformità u r-regolarità għandhom jiġu vvalutati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti, partikolarment it-Trattati, il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, ta' dan ir-Regolament, u l-atti kollha adottati fl-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

7.   Kull impenn legali għandu jipprovdi espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jkollhom is-setgħa ta' awditjar u verifika u għall-OLAF li jkollu s-setgħa ta' investigazzjonijiet, fuq il-bażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha, il-kuntratturi u s-subkuntratturi kollha li rċevew il-fondi tal-FEŻ.

Artikolu 28

Validazzjoni, awtorizzazzjoni u l-pagament tan-nefqa

L-Artikoli 88, 89, l-Artikolu 90, bl-eċċezzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 tiegħu, l-Artikolu 91 u l-Artikolu 184(4) tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 japplikaw.

Artikolu 29

Limiti ta' żmien għall-pagament

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika għall-pagamenti mwettqa mill-Kummissjoni.

2.   Fejn ir-riżorsi tal-FEŻ huma implimentati f'ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew OCTs u l-Kummissjoni tesegwixxi pagamenti f'isimhom, il-limitu ta' żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika għall-pagamenti kollha mhux imsemmija fil-punt (a) tagħha. Il-Ftehim ta' finanzjament għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jiżgura kollaborazzjoni f'waqtha tal-awtorità kontraenti.

3.   Il-pretensjonijiet għal ħlasijiet tardivi li għalihom hija responsabbli l-Kummissjoni għandhom jiġu mħallsa mill-kont jew mill-kontijiet provduti fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ.

TITOLU VII

Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni Varji

Artikolu 30

Awditur intern

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jkun l-awditur intern tal-FEŻ. L-Artikoli 99 u 100 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 japplikaw.

Artikolu 31

Is-sistemi tal-IT, it-trasmissjoni elettronika u l-gvern elettroniku

L-Artikoli 93, 94 u 95 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar il-ġestjoni elettronika ta' operazzjonijiet u dokumenti, għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 32

Amministrazzjoni tajba u rimedju

L-Artikoli 96 u 97 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

Artikolu 33

L-użu tal-bażi tad-data ċentrali dwar l-esklużjonijiet

Il-bażi tad-data ċentrali dwar l-esklużjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 108(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 li fiha d-dettalji tal-kandidati u l-offerenti, u l-applikanti u l-benefiċjarji li jinsabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 106, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 109(1), u l-punt (a) ta' Artikolu 109(2) ta' dak ir-Regolament għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-FEŻ.

L-Artikolu 108(2) u (5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikoli 142 u 144 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 dwar l-użu tal-bażi tad-data ċentrali dwar l-esklużjonijiet u dwar l-aċċess għaliha għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Rigward l-Artikolu 108(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jinkludu l-implimentazzjoni tal-FEŻ.

Artikolu 34

Arranġamenti amministrattivi mas-SEAE

Arranġamenti dettaljati jistgħu jkunu miftiehma bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex tkun faċilitata l-implimentazzjoni, min-naħa tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, tar-riżorsi previsti għan-nefqa ta' sostenn marbuta mal-FEŻ skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ.

Titlu VIII

Tipi ta Finanzjament

Artikolu 35

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar tipi ta' finanzjament

1.   Bl-iskop li jipprovdu assistenza finanzjarja taħt dan it-Titolu, il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, l-Istati AKP u l-OCTs jistgħu jieħdu l-forma, inter alia, ta':

(a)

arranġamenti triangolari li permezz tagħhom l-Unjoni tikkoordina ma' pajjiżi terzi l-assistenza tagħha lil Stat AKP, OCT jew reġjun;

(b)

miżuri amministrattivi ta' kooperazzjoni bħall-ġemellaġġ bejn istituzzjonijiet pubbliċi, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi nazzjonali jew entitajiet tad-dritt privat responsabbli għal kompiti ta' servizz pubbliku ta' Stat Membru jew reġjun l-aktar imbiegħed, u dawk ta' Stat AKP jew OCTjew ir-reġjun tagħhom, kif ukoll miżuri ta' kooperazzjoni li jinvolvu esperti tas-settur pubbliku mibgħuta mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;

(c)

faċilitajiet ta' għarfien espert għal bini ta' kapaċità mmirat fl-Istat AKP, OCT jew ir-reġjun tagħhom u assistenza teknika fuq medda ta' żmien qasir u għoti ta' pariri lilhom, kif ukoll appoġġ lil ċentri sostenibbli ta' għarfien u eċċellenza dwar il-governanza u r-riforma fis-settur pubbliku;

(d)

kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż meħtieġa biex iwaqqfu u jamministraw sħubija pubblika-privata;

(e)

programmi ta' appoġġ għall-politika settorjali, li permezz tagħhom l-Unjoni tipprovdi appoġġ għall programm tas-settur tal-Istat AKP jew OCT; jew

(f)

Sussidji fuq ir-rati tal-imgħax skont l-Artikolu 37.

2.   Minbarra t-tipi ta' finanzjamentprevisti fl-Artikoli 36 sa 42, assistenza finanzjarja tista' tingħata wkoll permezz ta' dan li ġej:

(a)

ħelsien mid-dejn, skont programmi ta' tnaqqis tad-dejn miftiehma internazzjonalment;

(b)

f'każijiet eċċezzjonali, programmi settorali u ġenerali ta' importazzjoni, li jistgħu jieħdu l-forma ta':

programmi settorali ta' importazzjoni f'oġġetti;

programmi settorjali ta' importazzjoni li jipprovdu skambju ta' flus barranin għall-finanzjament ta' importazzjonijiet għas-settur inkwistjoni; jew

programmi ġenerali ta' importazzjoni li jipprovdu flus barranin sabiex jiffinanzjaw importazzjonijiet ġenerali ta' firxa wiesgħa ta' prodotti.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista' tingħata wkoll permezz ta' kontribuzzjonijiet lil fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment, l-Istati Membri, Stati AKP jew OCTs u reġjuni jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, biex jattiraw finanzjament konġunt minn għadd ta' donaturi, jew lil fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għall-fini tal-implimentazzjoni konġunta tal-proġetti.

L-aċċess reċiproku minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għal strumenti finanzjarji stabbiliti minn organizzazzjonijiet oħrajn għandhom jiġu promossi, kif xieraq.

4.   Fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tagħha għal tranżizzjoni u riforma f'pajjiżi AKP u l-OCTs, l-Unjoni għandha tuża u taqsam l-esperjenzi tal-Istati Membri u l-lezzjonijiet miksuba.

Artikolu 36

Akkwist

1.   L-Artikolu 101 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li jiddefinixxi kuntratti pubbliċi għandu japplika.

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu:

(a)

il-Kummissjoni f'isem ta' u għall-akkont ta' pajjiż AKP jew OCTs wieħed jew aktar;

(b)

l-entitajiet u persuni msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit korrispondenti.

3.   Għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew f'isimhom, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tal-Ewwel Parti u tal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw, bl-eċċezzjoni ta':

(a)

l-Artikolu 103, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(1) u l-Artikolu 111 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(b)

l-Artikolu 127(3) u (4), l-Artikolu 128, l-Artikoli 134 sa 137, l-Artikolu 139(3) sa (6), l-Artikolu 148(4), l-Artikolu 151(2), l-Artikolu 160, l-Artikolu 164, it-tieni sentenza tal-Artikolu 260, u l-Artikolu 262 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.

L-Artikolu 124(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 japplika għall-kuntratti tal-bini.

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma japplikax għall-awtoritajiet kontraenti msemmija f'punt (b) ta' paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fejn, wara l-verifiki msemmija fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 il-Kummissjoni tkun awtorizzathom sabiex jużaw il-proċeduri ta' akkwist tagħhom stess.

4.   Għall-kuntratti ta' xiri mogħtija mill-Kummissjoni f'isimha kif ukoll azzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirrigwardaw l-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni ċivili u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

5.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3, in-nefqa fuq l-operazzjonijiet inkwistjoni ma tkunx eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻ.

6.   Il-proċeduri ta' akkwist imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament.

7.   Rigward il-punt (a) tal-Artikolu 263(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012:

(a)

‘avviż minn qabel ta' informazzjoni’ huwa l-avviż li permezz tiegħu l-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu, bħala gwida, il-valur totali stmat u s-suġġett tal-kuntratti u l-kuntratti qafas li jkun beħsiebhom jagħtu matul sena finanzjarja, minbarra l-kuntratti bil-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż dwar kuntratt;

(b)

‘avviż dwar kuntratt’ huwa l-mezz li bih l-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom li jniedu proċedura għall-għoti ta' kuntratt jew ta' kuntratt qafas jew li jistabbilixxu sistema dinamika ta' xiri skont l-Artikolu 131 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012;

(c)

‘avviż ta' għoti’ huwa l-avviż li jagħti r-riżultat tal-proċedura għall-għoti ta' kuntratti, kuntratti qafas jew kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta' xiri.

Artikolu 37

Għotjiet

1.   Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, it-Titolu VI tal-Ewwel Parti u l-Artikolu 192 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

2.   Għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti, bħala donazzjoni, mill-FEŻ sabiex jiffinanzjaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

azzjoni maħsuba biex tgħin ħalli jintlaħaq għan tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jew tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, jew ta' programm jew proġett li ġie adottat skont dak il-Ftehim jew Deċiżjoni; jew

(b)

il-funzjonament ta' korp li jsegwi l-għan imsemmi fil-punt (a).

Għotja fit-tifsira tal-punt (a) tista' tingħata lil xi korp imsemmi fl-Artikolu 208(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

3.   Meta taħdem mal-partijiet interessati tal-Istati AKP u l-OCTs, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tagħhom, inkluż il-ħtiġijiet u l-kuntest, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni ta' għotjiet bil-għan li tilħaq u tirreaġixxi bl-aħjar mod għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' partijiet interessati tal-Istati AKP u l-OCTs, u għall-kisba l-aktar effettiva tal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jew id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea. Modalitajiet speċifiċi għandhom ikunu mħeġġa, bħal ftehimiet ta' sħubija, appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, għotja diretta jew sejħiet b'eliġibilità ristretta għal proposti jew somom f'daqqa.

4.   Dawn li ġejjin m'għandhomx jikkostitwixxu għotjiet skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament:

(a)

punti msemmija fil-punti (b) sa (f), (h) u (i) tal-Artikolu 121(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(b)

assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 35(2) ta' dan ir-Regolament.

5.   L-Artikoli 175 u 177 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 38

Premjijiet

Titolu VII tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika, bl-eċċezzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 138(2) tiegħu.

Artikolu 39

Appoġġ għall-baġit

L-Artikolu 186 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

Appoġġ baġitarju tal-Unjoni ġenerali jew settorjali huwa bbażat fuq ir-responsabbiltà reċiproka u impenn komuni għall-valuri universali u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet kuntrattwali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi AKP jew OCTs biex tiġi promossa d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, biex jingħata sostenn lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u biex jinqered il-faqar.

Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju maqbula mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji.

Wieħed mill-fatturi prinċipali li jiddeterminaw tali Deċiżjoni għandha tkun stima tal-impenn, l-irreġistrat u l-progress tal-pajjiżi tal-AKP u l-OCTs fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. L-appoġġ baġitarju għandu jkun iddifferenzjat biex jirreaġixxi aħjar fil-kuntest politiku, soċjali u ekonomiku tal-Istati tal-AKP u l-OCTs, b'kunsiderazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' fraġilità.

Meta jiġi pprovdut appoġġ baġitarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi u tissorvelja b'mod ċar il-kundizzjonalità tiegħu, u għandha wkoll tappoġġa l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' kontroll parlamentari u awditjar u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.

Il-ħruġ ta' appoġġ tal-baġit għandu jkun kundizzjonali fuq il-progress sodisfaċenti lejn il-kisba ta' għanijiet maqbula mal-pajjiżi AKP u OCTs.

Meta jiġi pprovdut appoġġ baġitarju lill-OCTs, ir-rabtiet istituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu kkunsidrati.

Artikolu 40

Strumenti finanzjarji

L-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu stabbiliti fid-deċiżjonijiet ta' finanzjament imsemmijin fl-Artikolu 26. Huma għandhom ikunu, meta possibbli, taħt it-tmexxija tal-BEI, istituzzjoni finanzjarja Ewropea multilaterali, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), jew istituzzjoni finanzjarja Ewropea bilaterali, pereżempju banek ta' żvilupp bilaterali, possibilment flimkien ma' għotjiet addizzjonali minn sorsi oħra.

Il-Kummissjoni tista' timplimenta strumenti finanzjarji taħt ġestjoni diretta, jew taħt ġestjoni indiretta billi tafda kompiti lill-entitajiet skont il-punt (c)(ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Dawk l-entitajiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u għandhom ikunu konformi mal-objettivi, l-istandards u l-politiki tal-Unjoni, kif ukoll l-aħjar prattiki rigward l-użu u r-rappurtar dwar fondi tal-Unjoni.

L-entitajiet li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 huma meqjusa li jilħqu l-kriterji ta' selezzjoni msemmija fl-Artikolu 139 ta' dak ir-Regolament. It-Titolu VIII tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 tal-Artikolu 139 tiegħu.

L-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu miġbura f'faċilitajiet għall-għanijiet ta' implimentazzjoni u ta' rappurtar.

Artikolu 41

Esperti

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 204 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 287 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 dwar esperti esterni b'remunerazzjoni għandhom japplikaw.

Artikolu 42

Fondi fiduċjarji tal-Unjoni

1.   Soġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 187 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

2.   Fir-rigward tal-Artikolu 187(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kumitat kompetenti għandu jkun il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 8 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ.

TITOLU IX

Preżentazzjoni tal-Kontijiet u Kontabbiltà

Artikolu 43

Kontijiet tal-FEŻ

1.   Il-kontijiet tal-FEŻ li jiddeskrivu s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu mill-31 ta' Diċembru ta' sena partikolari għandhom jinkludu:

(a)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

(b)

ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni finananzjarja.

Ir-rapporti finanzjarji għandhom ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni provduta mill-BEI skont l-Artikolu 57.

2.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

3.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju tas-sena ta' wara tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-FEŻ li għall-amministrazzjoni finanzjarja tagħha hija responsabbli l-Kummissjoni, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel il-korrezzjonijiet meqjusa meħtieġa sabiex tfassal il-kontijiet finali.

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet finali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara.

5.   It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 148(3) tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

6.   Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-istqarrija tal-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri b'konformità mal-Artikolu 49 sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

7.   Il-kontijiet provviżorji u finali jistgħu jintbagħtu skont il-paragrafi 2 u 4, b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 44

Rapporti finanzjarji u r-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja

1.   L-Artikolu 145 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

2.   Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għandu jiġi ppreparat mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u jintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sal-15 ta' Marzu għall-inklużjoni fil-kontijiet tal-FEŻ. Għandu jippreżenta perspettiva veritiera u ġusta tal-operazzjonijiet ta' dħul u nfiq mir-riżorsi tal-FEŻ. Għandu jkun ippreżentat f'miljuni ta' euro u għandu jinkludi:

(a)

il-kont tar-riżultat finanzjarju, li jistabbilixxi l-operazzjonijiet finanzjarji kollha għas-sena f'termini ta' dħul u nfiq;

(b)

l-anness għall-kont tar-riżultat finanzjarju, li għandu jissupplementa u jikkumenta dwar l-informazzjoni mogħtija f'dak il-kont.

3.   Il-kont tar-riżultat finanzjarju għandu jkun fih dan li ġej:

(a)

tabella li tiddeskrivi l-bidliet matul is-sena finanzjarja preċedenti fl-allokazzjonijiet;

(b)

tabella li turi t-total skont l-allokazzjoni tal-impenji, il-fondi assenjati u l-ħlasijiet magħmula matul is-sena finanzjarja u s-somom totali aggregati mill-ftuħ tal-EDF;

Artikolu 45

Monitoraġġ u Rapportar mill-Kummissjoni u l-BEI

1.   Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jissorveljaw, kull wieħed safejn ikun ikkonċernat, l-użu tal-assistenza tal-FEŻ mill-pajjiżi AKP, l-OCTs jew minn kwalunkwe benefiċjarju ieħor, u l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-FEŻ, waqt li jqisu b'mod partikolari l-objettivi msemmija fl-Artikoli 55 u 56 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni dwar l-assoċjazzjoni extra-Ewropea.

2.   L-EIB għandu jinforma perjodikament lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mir-riżorsi tal-EDF li jamministra, billi jsegwi l-proċeduri stabbiliti fil-linji ta' gwida operattivi tal-Faċilità ta' Investiment.

3.   Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jipprovdu lill-Istati Membri bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni operattiva tar-riżorsi tal-FEŻ kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri f'konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ.

Artikolu 46

Kontabbiltà

Ir-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw għar-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati għall-FEŻ filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-attivitajiet tiegħu.

Il-prinċipji tal-kontabbiltà li jinsabu fl-Artikolu 144 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw għar-rapporti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament.

L-Artikoli 151, 153, 154 u 155 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 japplikaw.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jħejji u wara li jikkonsulta lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega, jadotta l-pjan tal-kontijiet li għandu jiġi applikat għall-operazzjonijiet tal-FEŻ.

Artikolu 47

Il-kontabbiltà baġitarja

1.   Il-kontijiet baġitarji għandhom jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-FEŻ.

2.   Il-kontijiet baġitarji għandhom juru dawn kollha:

(a)

l-allokazzjonijiet u r-riżorsi korrispondenti tal-FEŻ;

(b)

l-impenji finanzjarji;

(c)

il-ħlasijiet; u

(d)

l-operazzjonijiet stabbiliti għad-dejn u l-ġbir għas-sena finanzjarja, b'mod sħiħ u mingħajr l-ebda aġġustament reċiproku.

3.   Meta l-impenji, il-ħlasijiet u d-dejn jiġu espressi f'valuti nazzjonali, is-sistema ta' kontabbiltà għandha tagħmilha possibbli, fejn ikun meħtieġ, li jiġu rreġistrati f'valuti nazzjonali kif ukoll f'euro.

4.   L-impenji finanzjarji globali għandhom jiġu rreġistrati f'euro għall-valur tad-deċiżjonijiet ta' finanzjament meħuda mill-Kummissjoni. Impenji finanzjarji individwali għandhom jiġu rreġistrati f'euro fl-ekwivalenti tal-valur tal-impenji legali. Fejn ikun xieraq, dak il-valur għandu jinkludi:

(a)

provvediment għall-ħlas ta' spejjeż rimborżabbli hekk kif jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' appoġġ;

(b)

dispożizzjoni għar-reviżjoni tal-prezzijiet, għaż-żieda fil-kwantitajiet, u għall-kontinġenzi kif iddefinit fil-kuntratti finanzjati mill-FEŻ;

(c)

provvediment finanzjarju għall-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju.

5.   Ir-rekords kontabbli kollha li jirreferu għal meta impenn jiġi sodisfatt għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li tagħti rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-EDF imsemmija fl-Artikolu 50, li tikkonċerna s-sena finanzjarja li matulha l-impenn ingħalaq għal finijiet tal-kontabilità.

TITOLU X

Awditjar Estern u l-Kwittanza

Artikolu 48

Awditjar estern

1.   Fir-rigward tal-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16, il-Qorti tal-Awdituri għandha teżerċita s-setgħat tagħha skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 49.

2.   L-Artikoli 159, 160, l-Artikolu 161, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 6 tiegħu, l-Artikolu 162, bl-eċċezzjoni tal-ewwel sentenza tal-paragrafu 3 u tal-paragrafu 5 tiegħu, u l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 159(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandha tqis it-Trattati, il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, il-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, dan ir-Regolament u l-atti l-oħra kollha adottati skont dawk l-istrumenti.

4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012, id-data stabbilita fl-ewwel sentenza għandha tkun il-15 ta' Ġunju.

5.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha tkun infurmata bir-regoli interni msemmija fil-paragrafu 56(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 inkluża l-ħatra tal-uffiċjali awtorizzanti, kif ukoll l-istrument ta' delega msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

6.   L-awtoritajiet nazzjonali ta' awditjar tal-Istati AKP u l-OCTs għandhom ikunu mħeġġa jikkooperaw mal-Qorti tal-Awdituri fuq stedina min-naħa tagħha.

7.   Il-Qorti tal-Awdituri, fuq it-talba ta' waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tista' toħroġ opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-FEŻ.

Artikolu 49

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

Fl-istess żmien tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 162 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti, li għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 50

Kwittanza fir-rigward tal-Kummissjoni

1.   Id-deċiżjoni tal-kwittanza għandha tkopri l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 43, ħlief il-parti mill-kontabbiltà pprovduta mill-EIB skont l-Artikolu 57, u għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 164 u l-Artikolu 165(2) u (3) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-kwittanza msemmija fl-Artikolu 164(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandha tingħata fir-rigward ta' dawk ir-riżorsi tal-FEŻ li huma ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(1) ta' dan ir-Regolament għas-sena n.

2.   Id-deċiżjoni ta' kwittanza għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   L-Artikoli 166 u 167 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

IT-TIENI PARTI

FAĊILITÀ TA' INVESTIMENT

Artikolu 51

Rwol tal-Bank Europew tal-Investiment

Il-BEI għandu jamministra l-Faċilità ta' Investiment u jwettaq operazzjonijiet li jaqgħu taħtu, inklużi sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u assistenza teknika, f'isem l-Unjoni Ewropea, b'konformità mat-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament.

Barra minn hekk, il-BEI għandu jieħu ħsieb l-implimentazzjoni finanzjarja ta' operazzjonijiet oħra mwettqa permezz ta' finanzjament mir-riżorsi tiegħu stess skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, fejn ikun applikabbli, ikkombinati mas-sussidji tar-rata tal-imgħax miġbuda mir-riżorsi tal-FEŻ.

L-implimentazzjoni tat-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tagħti lok għal kwalunkwe obbligu jew responsabbiltà min-naħa tal-Kummissjoni.

Artikolu 52

Estimi tal-impenji u l-pagamenti tal-Faċilità tal-Investiment

Qabel l-1 ta' Settembru ta' kull sena, il-BEI għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-estimi tiegħu għall-impenji u għall-ħlasijiet, li jkunu meħtieġa sabiex titfassal id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-Faċilità ta' Investiment, inklużi s-sussidji għar-rata tal-imgħax li jimplimenta skont il-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ. Il-BEI għandu jibgħat lill-Kummissjoni estimi aġġornati tal-impenji u tal-ħlasijiet meta jitqies li jkunu meħtieġa. Il-modalitajiet għandhom jiġu definiti fil-ftehim ta' ġestjoni msemmi fl-Artikolu 55(4) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 53

Ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Faċilità ta' Investiment

1.   Il-kontribuzzjonijiet msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(7) u adottati mill-Kunsill għandhom jitħallsu mingħajr spiża għall-benefiċjarju mill-Istati Membri lill-BEI permezz ta' kont speċjali miftuħ mill-BEI f'isem il-Faċilità ta' Investiment skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni previst fl-Artikolu 55(4).

2.   Ħlief fejn il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor rigward ir-remunerazzjoni tal-BEI skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, il-qligħ li jirċievi l-Bank permezz tal-bilanċ tal-kreditu tal-kontijiet speċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi jissuplimenta lill-Faċilità ta' Investiment u għandu jittieħed kont tiegħu għas-sejħiet għal kontribuzzjoni imsemmija fl-Artikolu 21.

3.   Il-BEI għandu jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tat-teżor tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni previsti fl-Artikolu 55(4).

4.   Il-Faċilità ta' Investiment għandha tiġi ġestita skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, fid-Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni extra-Ewropea, fil-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ u fit-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 54

Remunerazzjoni tal-BEI

Il-BEI għandu jiġi remunerat b'indennizz sħiħ għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Faċilità ta' Investiment. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar ir-riżorsi u l-mekkaniżmi għar-remunerazzjoni tal-BEI skont l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ. Il-miżuri li jimplimentaw dik id-deċiżjoni għandhom jiġu inkorporati fil-ftehim ta' amministrazzjoni previst fl-Artikolu 55(4).

Artikolu 55

Implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment

1.   Ir-regoli tal-BEI stess għandhom japplikaw għall-kuntratti ffinanzjati mir-riżorsi tal-FEŻ li jkun qiegħed jamministra.

2.   Fejn il-programmi jew il-proġetti jiġu kofinanzjati mill-Istati Membri jew mill-korpi ta' implimentazzjoni tagħhom u jikkorrispondu għall-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġiji ta' Kooperazzjoni għal kull Pajjiż u Dokumenti ta' Programmar previsti fir-Regolament Implimentattiv previst fl-Artikolu 10(1) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ u fl-Artikolu 83 tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, il-BEI jista' jinkariga l-kompiti fl-implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment lill-Istati Membri jew lill-korpi implimentattivi tagħhom.

3.   L-ismijiet ta' dawk li jirċievu appoġġ finanzjarju taħt il-Faċilità ta' Investiment għandhom jiġu ppubblikati mill-BEI, sakemm dan l-iżvelar ma jkunx ta' ħsara għall-interessi kummerċjali tar-riċevituri, b'osservanza debita tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali. Il-kriterji għall-iżvelar u l-livell tad-dettalji ppubblikati għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur u n-natura tal-Faċilità ta' Investiment.

4.   Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din il-Parti għandhom ikunu s-suġġetti ta' ftehim ta' amministrazzjoni bejn il-Kummissjoni, li taġixxi għan-nom tal-Unjoni, u l-BEI.

Artikolu 56

Rapportar taħt il-Faċilità ta' Investiment

Il-BEI għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni bl-operazzjonijiet imwettqa taħt il-Faċilità ta' Investiment, inklużi s-sussidji għar-rata tal-imgħax, bl-użu li jsir minn kull sejħa għall-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-BEI u, partikolarment, bl-ammonti trimestrali totali tal-impenji, il-kuntratti u l-ħlasijiet, skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni previst fl-Artikolu 55(4).

Artikolu 57

Kontabbiltà, dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport annwali tal-Faċilità ta' Investiment

1.   Il-BEI għandu jżomm il-kontijiet tal-Faċilità ta' Investiment, inklużi dawk is-sussidji għar-rata tal-imgħax li huma implimentati minnha u ffinanzjati mill-FEŻ, sabiex tiġi pprovduta traċċa għaċ-ċiklu sħiħ tal-fondi, minn meta jkunu waslu sa meta jsir il-ħlas u mbagħad sad-dħul li dawn ikunu ġġeneraw u kwalunkwe rkupru sussegwenti. Il-BEI għandu jfassal ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà rilevanti li huma ggwidati mill-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan.

2.   Kull sena l-EIB għandu jibgħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-EDF taħt l-ġestjoni tiegħu, inklużi l-prospetti finanzjarji ppreparati skont ir-regoli u l-metodi msemmija fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 44(3).

Dawk id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi f'forma ta' abbozz sa mhux iżjed tard mit-28 ta' Frar u fil-verżjoni finali tagħhom sa mhux iżjed tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja ta' wara dik li tikkonċerna lilhom sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni sabiex jippreparaw il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 43 f'konformità mal-Artikolu 11(6) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tar-riżorsi amministrati mill-BEI għandu jitressaq minn dan tal-aħħar quddiem il-Kummissjoni sa mhux akar tard mill-31 ta' Marzu.

Artikolu 58

Awditjar estern u kwittanza fuq operazzjonijiet tal-BEI

L-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-BEI skont din il-Parti għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri ta' awditjar u ta' kwittanza stabbiliti fl-Istatuti tal-BEI għall-operazzjonijiet kollha tiegħu. Ir-regoli ddettaljati għall-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri ġew stabbiliti fi Ftehim Tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri.

IT-TIELET PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 59

Dħul minn imgħax fuq ir-riżorsi tat-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ

Il-bilanċ tad-dħul li ġej mill-imgħax fuq ir-riżorsi tat-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ preċedenti għandu jiġi trasferit lill-FEŻ u jiġi allokat għall-istess finijiet bħad-dħul previst fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ. L-istess għandu japplika għad-dħul mixxellanju tat-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ li jinkludu, pereżempju, l-imgħax għad-dewmien riċevut fil-każ ta' ħlas tard tal-kontribuzzjonijiet ta' dawk il-FEŻ mill-Istati Membri. L-imgħax iġġenerat mir-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-BEI għandu jissupplimenta lill-Faċilità ta' Investiment.

Artikolu 60

Applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal operazzjonijiet taħt it-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet iffinanzjati mit-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ mingħajr preġudizzju għal impenji legali eżistenti. Din ir-regola ma għandhiex tapplika għall-Faċilità ta' Investiment.

Artikolu 61

Bidu ta' proċeduri ta' kontribuzzjoni

Il-proċedura li tikkonċerna l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikoli 21 sa 24 ta' dan ir-Regolament għandha tapplika għall-ewwel darba fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sena 2016. L-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008 għandhom jibqgħu japplikaw sa dak iż-żmien.”


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(2)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (‘Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija’) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp taħt il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (ĠU L 152, 13.6.2007, p. 1).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(6)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(7)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/76


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 568/2014

tat-18 ta' Frar 2014

li jemenda l-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 60(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni, f'dak li jikkonċerna l-karatteristiċi essenzjali tagħhom, għandhom jitwettqu f'konformità mas-sistemi stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

(2)

L-Anness V għandu jiġi adattat biex jirreaġixxi għall-progress teknoloġiku, biex jinkludi dispożizzjoni għall-każ speċifiku ta' prodotti li għalihom ikunu saru Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, kif ukoll biex id-deskrizzjonijiet u t-termini li jintużaw fih ikunu aktar ċari, preċiżi u konsistenti, skont l-esperjenza prattika miksuba mill-applikazzjoni tal-Anness V.

(3)

Dan l-adattament jiffaċilita x-xogħol tal-manifatturi u l-korpi nnotifikati awtorizzati biex iwettqu l-kompiti ta' parti terza fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni, inaqqas il-piż amministrattiv u jagħmel l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 aktar ċara, u b'hekk ikollu impatt favorevoli fuq il-kompetittività tas-settur tal-kostruzzjoni kollu kemm hu.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 jimplika li l-manifattur għandu r-responsabbiltà li jiddetermina t-tip tal-prodott għal kull prodott li jixtieq iqiegħed fis-suq. Fl-istess kuntest, ir-raġunament wara r-Regolament (UE) Nru 305/2011 ma jimplikax l-eżistenza taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, iżda l-korpi nnotifikati huma responsabbli biss għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni, li l-kostanza tagħhom għandha mbagħad tiġi ċċertifikata. Dan it-tqassim tal-kompetenzi bejn il-manifattur u l-korpi nnotifikati għandu jkun rifless aħjar fl-Anness V, mingħajr ma jbiddel ir-responsabbiltajiet ta' dawn l-atturi.

(5)

Billi mhuwiex possibbli li l-korpi nnotifikati jissorveljaw kostantament il-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika u dan lanqas ma jitwettaq fil-prattika, minflok għandha ssir referenza għan-natura kontinwa tas-sorveljanza.

(6)

Għall-prodotti għall-kostruzzjoni mhux koperti jew mhux koperti kompletament minn standards armonizzati, jista' jkun hemm Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej (ETA) minn Korp tal-Valutazzjoni Teknika. Skont l-Artikolu 2(13) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, ETA bħal din diġà tinkludi valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott in kwistjoni, f'dak li jikkonċerna l-karatteristiċi essenzjali tiegħu. Kontrolli addizzjonali sussegwenti tal-korrettezza ta' dan il-proċess ta' valutazzjoni ma jwasslu għall-ebda valur miżjud, iżda jiġġeneraw biss spejjeż mhux meħtieġa għall-manifatturi. L-intrapriżi diġà talbu biex isiru ETAs u huma jeħtieġu ċertezza legali fir-rigward tal-kompiti ta' parti terza li għandhom jitwettqu fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' dawn il-prodotti għall-kostruzzjoni.

(7)

Sabiex jirriflettu aħjar il-prattika fil-preżent, l-ismijiet tat-tipi ta' korpi nnotifikati u d-deskrizzjoni tal-kompiti rispettivi tagħhom għandhom jiġu aġġustati.

(8)

Huwa meħtieġ adattament tekniku dwar it-terminu “assorbiment tal-ħsejjes” li hemm referenza għalih fit-Taqsima 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 biex ikun hemm deskrizzjoni aktar preċiża tal-karatteristiċi essenzjali li għandhom jiġu evalwati, u aktar konsistenza mat-terminoloġija użata fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti.

(9)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-manifatturi, dawn għandu jkollhom id-dritt li jkomplu jużaw iċ-ċertifikati u dokumenti oħrajn li ngħataw mill-korpi nnotifikati f'konformità mal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 305/2011 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Iċ-ċertifikati u dokumenti l-oħrajn li ngħataw mill-korpi nnotifikati f'konformità mal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


ANNESS

“ANNESS V

VALUTAZZJONI U VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

1.   SISTEMI TA' VALUTAZZJONI U VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

Il-manifattur għandu jħejji d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u jiddetermina t-tip tal-prodott fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet u tal-verifiki tal-kostanza tal-prestazzjoni mwettqa skont is-sistemi li ġejjin:

1.1.   Sistema 1+

(a)

Il-manifattur għandu jwettaq:

(i)

il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(ii)

l-ittestjar ulterjuri ta' kampjuni meħudin fl-impjant tal-manifattura mill-manifattur f'konformità mal-pjan preskritt għall-ittestjar.

(b)

Il-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott innotifikat għandu jiddeċiedi dwar l-għoti, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni fuq il-bażi tar-riżultat tal-valutazzjonijiet u l-verifiki li ġejjin imwettqa minn dak il-korp:

(i)

valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni li twettqet fuq il-bażi tal-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunar), il-kalkolu tat-tip, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

(ii)

l-ispezzjoni inizjali tal-impjant tal-manifattura u tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(iii)

is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwi tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(iv)

eżerċizzju tal-awditjar — l-ittestjar tal-kampjuni meħuda mill-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott innotifikat fl-impjant tal-manifattura jew fil-faċilitajiet ta' ħażna tal-manifattur.

1.2.   Sistema 1

(a)

Il-manifattur għandu jwettaq:

(i)

il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(ii)

l-ittestjar ulterjuri ta' kampjuni meħuda fl-impjant tal-manifattura mill-manifattur f'konformità mal-pjan preskritt għall-ittestjar;

(b)

Il-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott innotifikat għandu jiddeċiedi dwar l-għoti, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta' kostanza tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni fuq il-bażi tar-riżultat ta' dawn il-valutazzjonijiet u l-verifiki mwettqa minn dak il-korp:

(i)

valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni li twettqet fuq il-bażi tal-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunar), il-kalkolu tat-tip, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

(ii)

l-ispezzjoni inizjali tal-impjant tal-manifattura u tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(iii)

is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwi tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika.

1.3.   Sistema 2+

(a)

Il-manifattur għandu jwettaq:

(i)

valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni fuq il-bażi tal-ittestjar (inkluż il-kampjunar), il-kalkolu, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva ta' dak il-prodott;

(ii)

il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(iii)

l-ittestjar ta' kampjuni meħudin fl-impjant tal-manifattura f'konformità mal-pjan preskritt għall-ittestjar;

(b)

Il-korp ta' ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika nnotifikat għandu jiddeċiedi dwar il-ħruġ, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar ta' ċertifikat ta' konformità tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika abbażi tar-riżultat ta' dawn il-valutazzjonijiet u l-verifiki mwettqa minn dak il-korp:

(i)

l-ispezzjoni inizjali tal-impjant ta' manifattura u tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(ii)

is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwi tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika.

1.4.   Sistema 3

(a)

Il-manifattur għandu jwettaq il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(b)

Il-laboratorju nnotifikat għandu jivvaluta l-prestazzjoni fuq il-bażi tal-prodott abbażi tal-ittestjar (fuq il-bażi tal-kampjunar imwettaq mill-manifattur), il-kalkolu tat-tip, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott.

1.5.   Sistema 4

(a)

Il-manifattur għandu jwettaq:

(i)

valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni fuq il-bażi tal-ittestjar, il-kalkolu, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva ta' dak il-prodott;

(ii)

il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(b)

L-ebda kompitu ma jeħtieġ l-intervent tal-korpi nnotifikati.

1.6.   Il-prodotti għall-kostruzzjoni li għalihom tkun saret Valutazzjoni Teknika Ewropea

Il-korpi nnotifikati li jwettqu kompiti taħt is-Sistemi 1+, 1 u 3 kif ukoll il-manifatturi li jwettqu kompiti taħt is-Sistemi 2+ u 4 għandhom jikkunsidraw il-Valutazzjoni Teknika Ewropea li saret għall-prodott għall-kostruzzjoni speċifiku bħala l-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' dak il-prodott. Għaldaqstant, il-korpi nnotifikati u l-manifatturi ma għandhomx iwettqu l-kompiti msemmija fil-punti 1.1.(b)(i), 1.2.(b)(i), 1.3.(a)(i), 1.4.(b) u 1.5.(a)(i) rispettivament.

2.   IL-KORPI INVOLUTI FIL-VALUTAZZJONI U L-VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

Fir-rigward tal-funzjoni tal-korpi nnotifikati involuti fil-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni, għandha ssir distinzjoni bejn:

(1)

il-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott: korp innotifikat, f'konformita mal-Kapitolu VII biex iwettaq iċ-ċertifikazzjoni tal-kostanza tal-prestazzjoni;

(2)

il-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika: korp innotifikat, f'konformita mal-Kapitolu VII biex iwettaq iċ-ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(3)

il-laboratorju: korp innotifikat, f'konformità mal-Kapitolu VII, biex ikejjel, jeżamina, jittestja, jikkalkula jew b'xi mod ieħor jivvaluta l-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

3.   NOTIFIKI ORIZZONTALI: KAŻIJIET TA' KARATTERISTIĊI ESSENZJALI LI GĦALIHOM MA HEMMX BŻONN LI SSIR REFERENZA GĦAL SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA ARMONIZZATA RILEVANTI

1.

Reazzjoni għan-nar.

2.

Resistenza għan-nar

3.

Prestazzjoni esterna fil-konfront tan-nar

4.

Prestazzjoni akustika

5.

Emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi.”


27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/80


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 569/2014

tat-23 ta' Mejju 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1389/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

A.   IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

F'Ottubru 2005, il-Kunsill impona miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu triklorojsoċjanuriku (“TCCA”), li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”), permezz tar-Regolament (KE) Nru 1631/2005 (2) (“ir-Regolament oriġinali”). Ir-rati tad-dazju antidumping kien ivarja minn 7,3 % sa 42,6 %.

(2)

Bir-Regolament ta' Implementazzjoni (UE) Nru 855/2010 (3), il-Kunsill emenda r-Regolament oriġinali billi tnaqqset ir-rata ta' dazju antidumping għal produttur esportatur wieħed għal 3,2 %.

(3)

Wara rieżami ta' skadenza, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill impona miżuri antidumping definittivi li jikkonsistu f'dazji individwali li jvarjaw minn 3,2 % sa 40,5 % b'dazju residwu ta' 42,6 % fuq l-importazzjonijiet ta' TCCA li joriġina mir-RPĊ bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1389/2011 (4).

B.   IL-PROĊEDURA ATTWALI

1.   Talba għal rieżami

(4)

Fit-3 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba biex tniedi rieżami li jikkonċerna “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet minn Liaocheng City Zhonglian Industry Co. Ltd. (“l-applikant”), produttur esportatur fir-RPĊ.

(5)

L-applikant stqarr li huwa ma esportax it-TCCA lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta' April 2003 sat-31 ta' Marzu 2004 (“il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali”).

(6)

Barra minn hekk, l-applikant stqarr li ma kien relatat mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi tat-TCCA li huma soġġetti għall-miżuri antidumping imsemmija hawn fuq.

(7)

L-applikant kompla jistqarr li kien beda jesporta t-TCCA lejn l-Unjoni wara tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali.

2.   Bidu ta' rieżami li jikkonċerna esportatur ġdid

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza prima facie mressqa mill-applikant u kkunsidratha biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta' rieżami f'konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija tal-Unjoni kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni nediet rieżami tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1389/2011 fir-rigward tal-applikant, permezz tar-Regolament (UE) Nru 809/2013 (5).

(9)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 809/2013, id-dazju antidumping impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1389/2011 tħassar fir-rigward ta' importazzjonijiet tat-TCCA prodott u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-applikant. Fl-istess waqt, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet doganali ġew ordnati jieħdu l-passi neċessarji biex jirreġistraw dawn l-importazzjonijiet.

3.   Il-prodott ikkonċernat

(10)

Il-prodott ikkonċernat mir-rieżami attwali huwa l-istess bħal dak deskritt fir-Regolament oriġinali, aċidu triklorojsoċjanuriku u l-preparazzjonijiet tiegħu, li ssir referenza għalih ukoll bħala “simclosene” taħt l-isem internazzjonali mhux proprjetarju (INN), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex2933 69 80 u ex3808 94 20 u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat” jew “TCCA”).

(11)

It-TCCA huwa prodott kimiku użat bħala diżinfettant u bliċer organiku ġenerali li fih il-kloru, użat b'mod partikolari bħala diżinfettant tal-ilma fis-swimming pools. Jinbiegħ bħala trab, żibeġ, pilloli jew ċippijiet. Il-forom kollha tat-TCCA u l-preparazzjonijiet tiegħu għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi (kompożizzjoni kimika) u l-proprjetajiet (diżinfettant), kollha huma maħsuba għall-istess użu u għalhekk jitqiesu bħala prodott wieħed.

4.   Il-partijiet ikkonċernati

(12)

Il-Kummissjoni għarrfet b'mod uffiċjali lill-applikant, lill-industrija tal-Unjoni, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, bit-tnedija tar-rieżami. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jinstemgħu.

(13)

Sabiex tikseb it-tagħrif li qieset meħtieġ għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet formola ta' talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq (TES) u kwestjonarju lill-applikant u laqgħet it-tweġibiet skont l-iskadenzi stipulati għal dan l-għan. Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-istatus tal-esportatur il-ġdid u l-marġni ta' dumping. Saret żjara ta' verifika fl-istabbiliment tal-applikant fir-RPĊ.

5.   Perjodu ta' investigazzjoni

(14)

L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Awwissu 2012 sal-31 ta' Lulju 2013 (“il-perjodu ta' investigazzjoni” jew il-“PI”).

C.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

1.   Il-kwalifika ta' “esportatur ġdid”

(15)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-applikant ma kienx esporta l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u li kien beda jesportah lejn l-Unjoni Ewropea wara dak il-perjodu.

(16)

F'dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet l-oħra għar-rikonoxximent ta' status ta' “esportatur ġdid”, l-applikant seta' juri li ma kellu l-ebda rabtiet, diretti jew indiretti, ma' produtturi esportaturi Ċiniżi soġġetti għall-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(17)

Għaldaqstant, huwa kkonfermat li l-applikant għandu jitqies bħala “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, u għandu għalhekk jiġi stabbilit marġni individwali għalih.

2.   Id-dumping

It-trattament ta' ekonomija tas-suq (TES)

(18)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f'investigazzjonijiet antidumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku għal dawk il-produtturi esportaturi li jkunu nstabu li jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn jintwera li l-kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq jipprevalu fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili.

(19)

Dawn il-kriterji huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt:

Id-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b'reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-kostijiet jirriflettu l-valuri tas-suq.

L-impriżi għandhom sett wieħed ċar ta' reġistri ta' kontabilità li huma vverifikati minn awdituri indipendenti skont standards ta' kontabilità internazzjonali (IAS) u huma applikati għall-għanijiet kollha.

Ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta' ekonomija mhux tas-suq.

Il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu l-istabbiltà u ċ-ċertezza ġuridika.

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rati tas-suq.

(20)

L-investigazzjoni stabbiliet li r-reġistrazzjonijiet tal-kontabilità tal-applikant ma kinux konformi mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità u li, għalhekk, il-prattika tal-kontabilità tal-kumpanija ma tissodisfax ir-rekwiżiti tat-tieni kriterju. B'mod partikolari, l-applikant naqas milli jirrapporta fil-kontijiet tiegħu l-implimentazzjoni ta' skema ta' inċentivi għall-persunal maniġerjali f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(21)

B'konsegwenza ta' dan, il-karta tal-bilanċ ma tirrappreżentax fedelment il-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u l-kont ta' qligħ u telf u d-dikjarazzjoni tal-fluss tal-flus kienu mxekkla minn kostijiet finanzjarji li għalihom ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni.

(22)

Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-applikant ma setax jingħata TES.

(23)

Kemm l-applikant kif ukoll il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar is-sejbiet li ssemmew hawn fuq.

(24)

L-applikant semma li l-iskema ta' inċentivi kellha tiġi kkontabilizzata fl-2013, li ma kellha l-ebda rabta mal-karta tal-bilanċ tal-2012 u li fl-2012 in-natura tal-iskema kienet għadha ma ġietx stabbilita. Skont l-applikant, tali determinazzjoni ssir skont ir-rakkomandazzjonijiet li għandhom isiru mill-awdituri fil-mument ta' eżerċizzju ta' verifika tal-kontijiet finanzjarji għall-2013 u jistgħu jieħdu l-forma ta' rimunerazzjoni, imgħax fuq self jew kważi kontribuzzjoni.

(25)

L-iskema kienet konkluża kuntrattwalment bejn il-kumpanija u l-ġestjoni fl-2012. Madankollu, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni tagħha fil-verifika tal-kontijiet tal-2012, lanqas fin-noti tal-kontijiet finanzjarji. L-ebda annotazzjoni ta' kontabilità, li tidentifika l-iskema ta' inċentivi, ma saret matul is-sena finanzjarja 2013 sa dak iż-żmien tal-investigazzjoni (Novembru 2013).

(26)

Dan in-nuqqas ta' rappurtaġġ fil-kontijiet huwa serju. Tabilħaqq, in-nuqqas fir-rappurtar dwar it-total tal-obbligazzjonijiet fil-bilanċ ta' prova fi tmiem il-PI, fil-31 ta' Lulju 2013, kien sinifikanti billi l-ammont totali tas-self imwiegħed mill-maniġers kien iżid iċ-ċifra tal-obbligazzjonijiet b'14 %. Barra minn hekk, il-kont tal-qligħ u t-telf tal-2013 se jinkludi l-kostijiet finanzjarji li għalihom ma hemm l-ebda bażi ġuridika, billi ma kien hemm l-ebda fluss ta' flus kontanti li jikkorrispondi mal-iskema ta' inċentivi u l-interessi madankollu, tħallsu effettivament fl-2013. B'konsegwenza ta' dan, il-kostijiet finanzjarji tal-2013 se jkunu disa' (9) darbiet ogħla mill-kostijiet irrappurtat għall-2012. Għalhekk, l-informazzjoni finanzjarja li tinsab fil-kontijiet ma tipprevedix rappreżentazzjoni affidabbli u leali tal-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija.

(27)

Għandu jiġi nnutat ukoll li n-natura tal-iskema u l-kontabilità tagħha ma jistgħux jiddependu fuq il-kwalifika ta' verifika u li r-reġistrazzjoni tagħha għandha ssir f'waqtha b'mod korrett u mhux b'mod retrospettiv. Għalhekk, nuqqas ta' rappurtar b'mod preċiż dwar il-pożizzjoni finanzjarja u l-flussi marbutin mal-iskema, ma jistax jitqies bħala konformi mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(28)

B'reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet tal-Kummissjoni, l-applikant tenna t-talba tiegħu għal TES, madankollu mingħajr ma ressaq l-ebda argument ġdid. Is-sejbiet dwar id-determinazzjoni tat-TES huma għalhekk ikkonfermati.

Valur normali

(29)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għall-pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq u, safejn it-TES ma jkunx jista' jingħata, għal pajjiżi fi tranżizzjoni, il-valur normali jrid ikun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew fuq il-valur mibni f'pajjiż analogu.

(30)

Kif imħabbar fir-Regolament (UE) Nru 809/2013, il-Kummissjoni ħasbet li tuża lill-Ġappun bħala pajjiż analogu għall-fini li jiġi stabbilit il-valur normali għall-applikant f'każ li ma jingħatax trattament tal-ekonomija tas-suq u kif kien sar fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' miżuri mir-Regolament oriġinali.

(31)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Ġappun bħala pajjiż analogu iżda ma ressqu l-ebda kumment. Il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika, iżda ma kisbet l-ebda kooperazzjoni. Għaldaqstant, il-Ġappun qed jitqies bħala pajjiż analogu xieraq. Produttur wieħed fil-Ġappun qabel li jikkoopera u bagħat l-informazzjoni mitluba.

(32)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tat-TCCA tal-produttur Ġappuniż lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. F'dan ir-rigward, instab li l-volum totali ta' dan il-bejgħ kien ugwali għal mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b'esportazzjoni tal-applikant lejn l-Unjoni.

(33)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk kienx hemm tipi ta' TCCA mibjugħa domestikament mill-produttur Ġappuniż li kkoopera u li kienu suffiċjentement paragonabbli mat-tipi mibjugħa mill-applikant għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' TCCA misjuba li kienu identiċi jew komparabbli direttament mat-tip mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-applikant. Ġie stabbilit ukoll li dawn it-tipi kienu mibjugħa fuq livelli ta' qligħ u fil-kors ordinarju tal-kummerċ mill-kumpanija Ġappuniża u li l-prezzijiet ta' bejgħ domestiċi setgħu jitqiesu għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(34)

Għalhekk, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku reali, ikkalkulat bħala medja ponderata, tat-tipi tal-prodott ta' TCCA meqjusa komparabbli.

Il-prezz ta' esportazzjoni

(35)

Billi l-prodott ikkonċernat ġie esportat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz ta' esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' esportazzjoni effettivament imħallsa jew dovuti għall-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Tqabbil

(36)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta' prezz mill-fabbrika u fuq l-istess livell ta' negozju. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li jaffetwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezz. Għal dan il-għan, il-kostijiet tat-trasport u l-ispejjeż tal-ippakkjar tneħħew kemm mill-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi kif ukoll mill-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-produttur Ġappuniż li kkoopera.

Marġni ta' dumping

(37)

Kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni ta' dumping ġie stabbilit fuq il-bażi ta' tqabbil ta' valur normali medju peżat skont it-tip bil-prezz tal-esportazzjoni medju peżat tat-tip korrespondenti tal-prodott ikkonċernat. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta' dumping.

(38)

Il-marġni ta' dumping għall-applikant, espress bħala perċentwal tal-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, instab li kien ta' 32,8 %.

D.   L-EMENDA TAL-MIŻURI LI QED JIĠU RIEŻAMINATI

(39)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni u skont ir-regola ta' inqas dazju, ġie konkluż li għandha tiġi imposta miżura antidumping definittiva lill-applikant fil-livell tal-marġni ta' dumping misjub, li f'dan il-każ huwa aktar baxx mill-marġni ta' ħsara fil-każ oriġinali.

E.   IR-REĠISTRAZZJONI

(40)

Fid-dawl tas-sejbiet ta' hawn fuq, id-dazju antidumping applikabbli għall-applikant jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 809/2013.

F.   L-IŻVELAR U D-DURATA TAL-MIŻURI

(41)

Il-partijiet ikkonċernati ġew informati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi impost dazju antidumping definittiv emendat fuq l-importazzjonijet ta' TCCA mingħand l-applikant u li dan id-dazju jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni. Il-kummenti waslu għand l-applikant, madankollu, kif spjegat hawn fuq, ma kinux tali li jwasslu għal tibdil fil-konklużjonijiet ta' hawn fuq.

(42)

Dan ir-rieżami ma jaffettwax id-data li fiha jiskadu l-miżuri imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1389/2011.

G.   L-OPINJONI TAL-KUMITAT

(43)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1389/2011, dan li ġej jiddaħħal fit-tabella:

Kumpanija

Rata ta' dazju antidumping

kodiċi addizzjonali TARIC

Liaocheng City Zhonglian Industry Co Ltd

32,8 %

A998

2.   Kif stipulat fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1389/2011, l-applikazzjoni tad-dazju individwali tkun bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jiġu ppreżentati b'fattura kummerċjali valida, li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness ta' dak ir-Regolament. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tkun ippreżentata, tapplika r-rata applikabbli tad-dazju antidumping “għall-pajjiżi l-oħra kollha” msemmija fit-tabella tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1398/2011.

B'dan, id-dazju impost jiġi applikat ukoll b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li kienu rreġistrati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 809/2013. Dawn l-importazzjonijiet mhumiex suġġetti għall-kundizzjoni ta' preżentazzjoni ta' fattura kummerċjali peress li ġew irreġistrati.

L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati li jieqfu milli jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina prodott u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn Liaocheng City Zhonglian Industry Co Ltd.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 261, 7.10.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 254, 29.9.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 346, 30.12.2011, p. 6.

(5)  ĠU L 229, 28.8.2013, p. 2.


27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/85


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 570/2014

tas-26 ta' Mejju 2014

li jtemm il-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni tal-antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċerti alkoħols xaħmin u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

A.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1138/2011 (2) impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti alkoħols xaħmin u t-taħlitiet tagħhom (“FOH”) li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (“ir-Regolament definittiv”). Ir-Regolament definittiv kien preċedut mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2011 (3) li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-FOH li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (“ir-Regolament proviżorju”). Is-sejbiet li wasslu għall-impożizzjoni tad-dazji antidumping definittivi se jissejjħu “is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Fil-21 ta' Jannar 2012, PT Ecogreen Oleochemicals, produttur esportatur Indoneżjan tal-FOH, Ecogreen Oleochemicals (Singapor) Pte. Ltd u Ecogreen Oleochemicals GmbH (hawnhekk b'mod konġunt jissejħu bħala “Ecogreen”) issottomettew applikazzjoni (kawża T-28/12) fil-Qorti Ġenerali għall-annullament tar-Regolament definittiv sa fejn hu kkonċernat id-dazju antidumping fir-rigward tal-Ecogreen. L-Ecogreen ikkontestat l-aġġustament li sar fuq il-bażi tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku lill-prezz tal-esportazzjoni tagħha għall-iskop ta' paragun ta' dak il-prezz tal-esportazzjoni mal-valur normali tal-kumpanija.

(3)

Fil-kawża T-249/06 (Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT) u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT) vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea), il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 fir-rigward ta' Interpipe NTRP VAT inter alia minħabba żball manifest ta' valutazzjoni meta sar l-aġġustament abbażi tal-Artikolu 2(10)(i) u fir-rigward ta' Interpipe Niko Tube ZAT għal raġunijiet oħra. Fis-16 ta' Frar 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat l-appell imressaq mill-Kunsill u l-Kummissjoni (Kawżi Magħquda C-191/09 P u C-200/09 P).

(4)

Minħabba li ċ-ċirkostanzi fattwali għal Ecogreen kienu simili għal dawk ta' Interpipe NTRP VAT fir-rigward tal-aġġustament magħmul skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, kien ikkunsidrat xieraq li jkun ikkalkulat mill-ġdid il-marġini ta' dumping ta' Ecogreen mingħajr ma jsir aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i).

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1241/2012 tal-11 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1138/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu alkoħols xaħmin u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (4), kien għalhekk ippubblikat fil-21 ta' Diċembru 2012, b'applikazzjoni retroattiva mit-12 ta' Novembru 2011 (“Regolament li jemenda”).

(6)

Il-marġini ta' dumping hemm stabbilit għal Ecogreen kien de minimis skont l-Artikolu 9(3) tar-regolament bażiku. L-investigazzjoni fir-rigward ta' Ecogreen kienet għalhekk mitmuma mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri. Sussegwentement il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fid-9 ta' April 2013 li ma kienx hemm bżonn li tingħata deċiżjoni dwar l-azzjoni mressqa fil-kawża T-28/12.

(7)

Għalkemm il-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fl-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja baqgħu soġġetti għal dazji antidumping, is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali b'mod partikolari l-effetti ta' ħsara tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid fid-dawl ta' dumping tas-sejbiet ta' dumping rieżaminati li jinsabu f'dan ir-Regolament li jemenda.

B.   VALUTAZZJONI MILL-ĠDID TAS-SEJBIET TAL-INVESTIGAZZJONI ORIĠINALI

1.   Il-qafas tal-valutazzjoni mill-ġdid

(8)

Avviż rigward il-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni tal-antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċertu alkoħols xaħmin u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (“il-pajjiżi kkonċernati”) kien ippublbikat fit-28 ta' Frar 2013 (5) (“ftuħ mill-ġdid”). L-avviż isemmi li l-ftuħ mill-ġdid kien limitat fil-kamp ta' applikazzjoni għall-eżami tal-impatt li l-marġnijiet ġodda ta' dumping stabbiliti jistgħu jkollhom fuq is-sejbiet li jikkonċernaw b'mod partikolari l-ħsara u l-kawżalità stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali (“investigazzjoni mill-ġdid”).

(9)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati u lill-industrija tal-Unjoni, dwar il-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jgħarrfu bil-miktub il-fehmiet tagħhom u li jitolbu li jinstemgħu fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż.

(10)

Bosta partijiet argumentaw li ma kienx ċar fuq liema bażi legali l-Kummissjoni reġgħet fetħet l-investigazzjoni oriġinali u liema dejta l-Kummissjoni se tiġbor biex tistabbilixxi l-fatti u jintlaħqu konklużjonijiet fl-investigazzjoni mill-ġdid attwali.

(11)

Partijiet sostnew ukoll li ma kienx ċar x'tip ta' investigazzjoni nbdiet u dak li jista' jkun l-eżitu finali fil-kuntest tal-livell tal-miżuri definittivi, liema perjodu jkun kopert u liema aspetti tal-investigazzjoni oriġinali kienu qed jiġu vvalutati mill-ġdid.

(12)

Huwa mfakkar mill-ġdid li dan il-ftuħ mill-ġdid huwa l-konsegwenza meħtieġa għall-adozzjoni tar-Regolament li jemenda, li kien preċiżament ir-riżultat tas-sejbiet tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-249/06 (Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT) u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT) vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(13)

Huwa mfakkar mill-ġdid li fl-investigazzjoni oriġinali l-hekk imsejjaħ perjodu ta' investigazzjoni (PI) kien il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2009 sat-30 ta' Ġunju 2010. Il-valutazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-aħħar tal-PI u ġiet imsejħa “il-perjodu kkunsidrat”.

(14)

L-investigazzjoni mill-ġdid attwali tiffoka fuq l-istess PI u l-istess perjodu meqjus. Ir-riżultati miksuba għal dawn il-perjodi matul l-investigazzjoni oriġinali sa fejn huma kkonċernati l-ħsara u l-kawżalità qed jiġu evalwati mill-ġdid fid-dawl tal-marġnijiet ta' dumping li għadhom kif ġew stabbiliti għall-esportaturi Indoneżjani fir-Regolament li jemenda.

(15)

B'mod aktar speċifiku, u kif imsemmi fl-avviż ta' ftuħ mill-ġdid, l-għan tal-investigazzjoni mill-ġdid attwali huwa li jiddetermina jekk il-marġini tad-dumping “de minimis” li ġie stabbilit għal produttur esportatur wieħed fl-Indoneżja u l-bidla fil-livell tal-marġnijiet ta' dumping għall-kumpaniji Indoneżjani l-oħra stabbiliti mir-Regolament li jemenda, jistgħu jkollhom impatt fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali dwar ħsara u kawżalità.

(16)

Ir-riżultati tal-investigazzjoni mill-ġdid huma stabbiliti hawn taħt. Kif kien il-każ fl-investigazzjoni oriġinali, ċerta dejta u informazzjoni tkun ipprovduta f'forma ta' indiċjar b'mod partikolari biex tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dejta li oriġinarjament kienet sottomessa.

2.   Il-prodott ikkonċernat u prodotti simili

(17)

Huwa mfakkar mill-ġdid li l-prodott ikkonċernat huwa dak definit fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri, alkoħols xaħmin saturati b'katina ta' atomi ta' karbonju ta' tul ta' C8, C10, C12, C14, C16 jew C18 (l-iżomeri bil-friegħi mhux inklużi) li jinkludu alkoħols xaħmin saturati uniċi (imsejħa wkoll “qatgħat uniċi”) u taħlitiet li b'mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta' ktajjen ta' atomi ta' karbonju ta' tulijiet ta' C6-C8, C6-C10, C8-C10, C10-C12 (ġeneralment kategorizzati bħala C8-C10), taħlitiet li b'mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta' ktajjen ta' atomi ta' karbonju ta' tulijiet ta' C12-C14, C12-C16, C12-C18, C14-C16 (ġeneralment kategorizzati bħala C12-C14), u taħlitiet li b'mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta' ktajjen ta' atomi ta' karbonju ta' tulijiet ta' C16-C18, li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja, u l-Malasja, li bħalissa jaqaw taħt il-kodiċijiet NM ex 2905 16 85, 2905 17 00, ex 2905 19 00 u ex 3823 70 00 (“alkoħol xaħmi”).

(18)

Is-sejbiet tar-Regolament li jemenda ma jaffettwawx is-sejbiet stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali dwar il-prodott li qed jiġi kkunsidrat u l-prodott simili.

3.   Id-dumping

(19)

Kif imsemmi fil-premessa (7) tar-Regolament li jemenda, il-marġnijiet tad-dumping għall-kumpaniji kollha fl-Indoneżja, minbarra għall-produttur esportatur l-ieħor b'marġini individwali, li kien ibbażat fuq dak tal-produttur esportatur Indoneżjan li kkoopera bl-ogħla marġini tad-dumping, kienu riveduti biex iqisu l-ikkalkular mill-ġdid tal-marġni ta' dumping tal-Ecogreen.

(20)

Il-marġnijiet ta' dumping stabbiliti fil-premessa (23) tar-Regolament definittiv għall-produtturi esportaturi Indjani u dawk stabbiliti fil-premessa (55) għal produtturi esportaturi Malasjani ma kinux affettwati minn dan ir-Regolament li jemenda.

(21)

Kif imsemmi fil-premessa (6) tar-Regolament li jemenda, il-marġini tad-dumping għal Ecogreen ġie stabbilit għal inqas minn 2 % u għalhekk taħt il-limitu de minimis previst fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. L-importazzjonijiet fl-Unjoni li saru minn dan il-produttur esportatur għandhom għaldaqstant jiġu kkunsidrati bħala importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping fl-investigazzjoni mill-ġdid.

(22)

Il-volum, il-prezz u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li ma kinux l-oġġett ta' dumping li saru mill-esportatur Indoneżjan żviluppaw kif muri fit-tabella hawn taħt matul il-perjodu kkunsidrat. Kif imsemmi fil-premessa (16) hawn fuq, id-dejta sottomessa hija indiċjata.

L-Importazzjonijiet

2007

2008

2009

PI

Tunnellati

 

 

 

 

Indiċi: 2007 = 100

100

110

107

115

Annwali Δ%

 

9,6

– 2,3

7,5

Sehem mis-Suq

 

 

 

 

Indiċi: 2007 = 100

100

107

110

113

Annwali Δ%

 

6,8

2,9

2,8

Prezz medju f'EUR/tunnellata

 

 

 

 

Indiċi: 2007 = 100

100

110

91

91

Annwali Δ%

 

9,9

– 17,0

0,2

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju.

(23)

B'referenza għat-tabella murija fil-premessa (70) tar-Regolament provviżorju, li ġie kkonfermat mill-premessa (64) tar-Regolament definittiv, u fit-tabella ta' hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping irrappreżentaw sehem limitat tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiżi kkonċernati u li kibru proporzjonalment inqas mill-importazzjonijiet soġġetti għal dumping matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-fatt, l-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping irrappreżentaw madwar 15 %–18 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fl-2007 u madwar 10 %–13 % biss matul il-PI.

(24)

L-investigazzjoni mill-ġdid turi li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mhux l-oġġett ta' dumping mill-Ecogreen naqsu b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħu stabbli bejn l-2009 u l-PI.

4.   Ħsara

4.1.   Produzzjoni tal-Unjoni u l-Industrija tal-Unjoni

(25)

Is-sejbiet stabbiliti fil-premessi (57) sa (61) tar-Regolament definittiv dwar il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni mhumiex affettwati mill-investigazzjoni mill-ġdid u huma b'dan ikkonfermati.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(26)

Is-sejbiet stabbiliti fil-premessi (64) sa (66) tar-Regolament provviżorju li ġew ikkonfermati mill-premessa (62) tar-Regolament definittiv jibqgħu mhux affettwati. Huwa konfermat li, kif muri fit-tabella t'hawn taħt, il-konsum tal-Unjoni ta' alkoħol xaħmi kien pjuttost stabbli, u żdied biss ftit b'2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif imsemmi fil-premessa (64) tar-Regolament provviżorju, l-informazzjoni dwar il-konsum ġiet ipprovduta f'forma ta' indiċjar li żżomm il-kunfidenzjalità tad-dejta.

Konsum

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

102

97

102

Annwali Δ%

 

2,2

– 4,8

4,6

4.3.   L-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni u t-twaqqigħ tal-prezz

4.3.1.   Il-valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

(27)

Kif kien il-każ fl-investigazzjoni oriġinali, ġie eżaminat jekk il-valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għat-tliet pajjiżi kkonċernati kienet għadha ġġustifikata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping riveduti għall-produtturi esportaturi Indoneżjani msemmija fil-premessi (19) u (21) hawn fuq.

(28)

Huwa mfakkar mill-ġdid li l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku jgħid li fejn l-importazzjonijiet ta' prodott minn aktar minn pajjiż wieħed ikunu fl-istess ħin soġġetti għal investigazzjonijiet antidumping, l-effetti ta' importazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu vvalutati b'mod kumulattiv biss jekk ikun stabbilit li: (a) il-marġini ta' dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ikun iktar mid-de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament u li l-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ma jkunx negliġibbli; u (b) valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet tkun xierqa fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn prodotti importati u l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili tal-Unjoni.

(29)

Is-sejbiet li jikkonċernaw il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kienu vvalutati mill-ġdid għall-perjodu kkunsidrat. L-informazzjoni dwar il-volum ta' importazzjoni użat biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet medji imsemmija fit-tabella fil-premessa (63) (b) tar-Regolament definittiv ma jinbidlux fir-rigward tal-Malasja u l-Indja. Id-dejta dwar l-Indoneżja ġiet rieżaminata biex tieħu kont tal-fatt li, kif imsemmi aktar 'il fuq fil-premessa (21) hawn fuq, produttur esportatur wieħed ma baqax jiġi kkunsidrat li l-prodotti tiegħu kienu soġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni. L-importazzjonijiet ġodda stabbiliti li huma l-oġġett ta' dumping żviluppaw kif muri hawn isfel. B'referenza għall-premessa (16) hawn fuq, l-informazzjoni dwar il-volum tal-importazzjonijiet hija pprovduta f'forma ta' indiċjar għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati.

Il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

2007

2008

2009

PI

Il-Malasja

 

 

 

 

Indiċi: 2007 = 100

100

161

141

137

Annwali Δ%

 

61,4

– 12,5

– 2,9

L-Indja

 

 

 

 

Indiċi: 2007 = 100

100

118

104

143

Annwali Δ%

 

18,2

– 11,8

37,5

l-Indoneżja

 

 

 

 

Indiċi: 2008 = 100

 

100

142

168

Annwali Δ%

 

 

42,1

17,9

(30)

L-investigazzjoni wriet li l-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għal kull pajjiż ikkonċernat ma kienx negliġibbli matul il-PI u li l-preżenza ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni baqgħet sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u b'mod partikolari matul il-PI. Il-fatt li wieħed mill-produtturi esportaturi Indoneżjani nstab mir-Regolament li jemenda li ma kienx qed iwettaq dumping ma jbiddilx din il-konklużjoni.

(31)

Is-sejbiet li jikkonċernaw il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kienu wkoll evalwati għall-perjodu kkunsidrat u jidhru fit-tabella ta' hawn taħt. Il-prezzijiet imsemmija fit-tabella fil-premessa (63) (b) tar-Regolament definittiv ma jinbidlux fir-rigward tal-Malasja u l-Indja. Id-dejta dwar l-Indoneżja ġiet riveduta biex tieħu kont tal-fatt li, kif imsemmi aktar 'il fuq fil-premessa (21), produttur esportatur wieħed ma baqax jiġi kkunsidrat li l-prodotti tiegħu kienu soġġett għal dumping fis-suq tal-Unjoni. B'referenza għall-premessa (16) hawn fuq l-informazzjoni dwar il-prezz tal-esportatur Indoneżjan li nstab li qed jiddampja hu provdut f'forma ta' indiċjar.

Importazzjonijiet ibbażati fuq il-Eurostat (aġġustati biex ikopru l-prodott ikkonċernat u importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping)

2007

2008

2009

PI

Prezz medju f'EUR/tunnellata fil-Malasja

911

944

799

857

Indiċi: 2007 = 100

100

104

88

94

Annwali Δ%

 

3,6

– 15,4

7,3

Prezz medju f'EUR/tunnellata fl-Indja

997

1 141

897

915

Indiċi: 2007 = 100

100

114

90

92

Annwali Δ%

 

14,4

– 21,4

2,1

Prezz medju f'EUR/tunnellata fl-Indoneżja

 

 

 

 

Indiċi: 2008 = 100

 

100

70

72

Annwali Δ%

 

 

– 30,0

2,6

Sors: Eurostat u r-risposti tal-Kwestjonarji.

(32)

L-investigazzjoni wriet li, ħlief għall-2007 meta ma kien hemm l-ebda importazzjonijiet mill-Indoneżja, l-ipprezzar ta' produtturi esportaturi Indoneżjani baqa' kważi l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, is-sejba magħmula fil-premessa (63) (b) tar-Regolament definittiv li l-imġiba tal-ipprezzar u l-ipprezzar tal-pajjiżi kkonċernati kienu fil-biċċa l-kbira simili b'mod partikolari matul il-PI jistgħu b'hekk jiġu kkonfermati. Il-fatt li wieħed mill-produtturi esportaturi Indoneżjani nstab mir-Regolament li jemenda li ma kienx qed iwettaq dumping ma jbiddilx din il-konklużjoni.

(33)

Barra minn hekk, is-sejbiet li saru fil-premessa (127) tar-Regolament provviżorju u kkonfermati fil-premessa (122) tar-Regolament definittiv, u b'mod partikolari li l-livelli tal-eliminazzjoni tal-ħsara stabbiliti għall-pajjiżi kkonċernati kienu b'mod sinifikanti aktar mil-limitu de minimis ta' 2 % jibqgħu validi wkoll. Barra minn hekk, il-mezzi tal-bejgħ u x-xejriet tal-prezzijiet għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati ġew analizzati u nstabu li huma simili kif muri fit-tabella ta' hawn fuq. Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati kellhom tendenza li jonqsu wara l-quċċata li laħqu fl-2008 u kienu fuq livell globali partikolarment baxx meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni kif uriet l-investigazzjoni.

(34)

It-tabella ta' hawn taħt turi li s-sehem mis-suq ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għal kull pajjiż ikkonċernat b'mod ġenerali żdied matul il-perjodu meqjus. B'referenza għall-premessa (16) hawn fuq, l-informazzjoni hija provduta f'forma ta' indiċjar.

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

2007

2008

2009

PI

Il-Malasja

 

 

 

 

Indiċi: 2007 = 100

100

157

145

135

Annwali Δ%

 

57

– 8

– 7

L-Indja

 

 

 

 

Indiċi: 2007 = 100

100

115

107

141

Annwali Δ%

 

15

– 7

31

L-Indoneżja

 

 

 

 

Indiċi: 2008 = 100

 

100

142

168

Annwali Δ%

 

 

50

13

(35)

Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, l-investigazzjoni mill-ġdid turi li s-sejbiet magħmula fl-investigazzjoni oriġinali dwar l-akkumulazzjoni jibqgħu l-istess. Huwa għalhekk ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku rigward il-valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati jkomplu jiġu ssodisfati. L-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati għalhekk jistgħu jiġu vvalutati flimkien għall-iskop ta' investigazzjoni mill-ġdid tal-ħsara u l-kawżalità.

4.3.2.   L-ammont, il-prezz u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

(36)

Sabiex tistabbilixxi l-livell kumulattiv tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, ittieħed kont tal-fatt li r-Regolament li jemenda kkonferma r-riżultati pożittivi ta' dumping għall-produtturi esportaturi kollha fl-Indoneżja bl-eċċezzjoni ta' Ecogreen. L-esportazzjonijiet tagħhom huma kkunsidrati li huma l-oġġett ta' dumping u għalhekk jibqgħu soġġetti għal dazji antidumping.

(37)

Bl-istess mod, l-investigazzjoni mill-ġdid tqis il-fatt li l-marġnijiet ta' dumping stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali għall-produtturi esportaturi kollha fl-Indja u l-Malasja jibqgħu l-istess, u li l-importazzjonijiet tagħhom huma kkunsidrati li huma l-oġġett ta' dumping u jibqgħu soġġetti għal dazji antidumping.

(38)

Il-volum ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati kien aġġustat bit-tnaqqis tal-volum tal-importazzjonijiet mhux dumped minn produttur esportatur Indoneżjan, kif imsemmi fil-premessa (29) hawn fuq.

(39)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, id-dejta msemmija fil-premessa (70) tar-Regolament provviżorju, u kkonfermata mill-premessa (64) tar-Regolament definittiv, u s-sejbiet fil-premessi (71) sa (73) tar-Regolament provviżorju dwar il-valutazzjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping matul il-perjodu kkunsidrat, kif ikkonfermat bil-premessa (65) tar-Regolament definittiv, jiġu rieżaminati kif indikat hawn taħt. B'referenza għall-premessa (16) hawn fuq, l-informazzjoni li tikkonċerna l-volumi totali tal-importazzjoni u s-sehem tas-suq ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping hija pprovduta f'forma ta' indiċjar.

Importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati

2007

2008

2009

PI

Tunnellati

 

 

 

 

Indiċi: 2007 = 100

100

167

155

165

Annwali Δ%

 

67,0

– 7,3

6,5

Sehem mis-suq

 

 

 

 

Indiċi: 2007 = 100

100

163

159

162

Annwali Δ%

 

62,7

– 2,3

1,8

Prezz medju f'EUR/tunnellata ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

931

1 007

827

878

Indiċi: 2007 = 100

100

108

89

94

Annwali Δ%

 

8,2

– 17,9

6,1

Sors: Eurostat u r-risposti tal-Kwestjonarji.

(40)

Il-volum ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati stabbilit fl-investigazzjoni mill-ġdid attwali żdied b'mod sinifikanti b'65 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-akbar żieda seħħet bejn l-2007 u l-2008 meta l-importazzjonijiet żdiedu b'67 %. L-importazzjonijiet imbagħad naqsu bi ftit fl-2009 biex reġgħu żdiedu kważi għal-livell tal-2008 matul il-PI.

(41)

Il-prezzijiet medji rieżaminati tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati varjaw bil-qawwi matul il-perjodu kkunsidrat, u rriflettew tnaqqis ġenerali ta' 6 %. Iżda ta' min jinnota li bejn l-2008 u l-PI r-rata tat-tnaqqis kienet għolja daqs 14 %. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati dejjem kienu aktar baxxi minn dawk stabbiliti mill-bqija tad-dinja u kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet mill-industrija tal-Unjoni, għalhekk wasslu għal żieda fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(42)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdied b'mod sinifikanti bi 62 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-ikbar żieda seħħet bejn l-2007 u l-2008. Kien hemm tnaqqis żgħir fl-importazzjonijiet matul il-kriżi ekonomika, li naqqset is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati b'4 % bejn l-2008 u l-2009, iżda mbagħad reġgħu rkupraw dan is-sehem mis-suq sal-aħħar tal-perjodu kkunsidrat.

(43)

L-esklużjoni tal-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping minn Ecogreen għalhekk ma tbiddel bl-ebda mod is-sejbiet li saru fl-investigazzjoni oriġinali dwar il-volum, il-prezz u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li huma għalhekk ikkonfermati.

4.3.3.   Twaqqigħ fil-prezzijiet

(44)

Huwa mfakkar mill-ġdid li l-firxiet li jikkonċernaw it-twaqqigħ tal-prezzijiet misjuba fl-investigazzjoni oriġinali ġew spjegati fil-premessi (74) u (75) tar-Regolament provviżorju u kkonfermati fil-premessa (67) tar-Regolament definittiv. Il-kalkoli individwali stabbiliti għal kull wieħed mill-esportaturi kkonċernati ma kinux affettwati minn dan ir-Regolament li jemenda. Dawn is-sejbiet huma għalhekk ikkonfermati.

(45)

It-twaqqigħ medju fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping vvalutati b'mod kumulattiv għal tliet pajjiżi flimkien wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet mhux dumped huwa 2 %. Dan it-twaqqigħ apparentement baxx fil-prezzijiet għandu jitqies fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tbaxxi l-prezzijiet tagħha minħabba l-preżenza tal-importazzjonijiet bi prezz baxx fis-suq tal-UE. Dawn il-prezzijiet madankollu ma kinux qed ikopru l-ispiża tal-produzzjoni, b'mod partikolari matul il-PI. Il-bejgħ taħt il-prezz medju għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping vvalutati b'mod kumulattiv, bl-esklużjoni tal-Ecogreen, kien ta' 22 %.

(46)

B'reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet tal-Kummissjoni, importatur tal-FOH li joriġina fl-Indoneżja sostna li l-prezz medju tal-importazzjonijiet li ma kinux l-oġġett ta' dumping ikun inqas mill-prezz medju tal-importazzjonijiet prodotti mill-produttur Indoneżjan li jesporta li jkun fadal skont il-miżuri. Madankollu, din il-pretensjoni ma taffettwawx is-sejba tat-twaqqigħ tal-prezzijiet ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping evalwati b'mod kumulattiv.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(47)

Is-sejbiet li saru fil-premessi (76) sa (91) tar-Regolament provviżorju u kkonfermati fil-premessi (71) sa (84) tar-Regolament definittiv dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni mhumiex affettwati bir-Regolament li jemenda u għalhekk jistgħu jiġu kkonfermati.

(48)

Huwa mfakkar mill-ġdid li l-investigazzjoni oriġinali wriet li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara marbuta mal-industrija tal-Unjoni bħall-produzzjoni (– 17 %), l-utilizzazzjoni tal-kapaċità (– 15 %), il-volum tal-bejgħ (– 18 %), is-sehem mis-suq (– 12 %) u l-impjiegi (– 13 %) iddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod partikolari, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħal-likwidità u l-profittabilità kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abilità tal-industrija tal-Unjoni li tiġbor il-kapital kienet imxekkla, b'mod partikolari matul il-PI.

(49)

Fid-dawl ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, hi kkonfermata l-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   Kawżalità

(50)

Wara l-konferma tal-eżistenza ta' ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, ġie stmat mill-ġdid jekk għadx hemm rabta kawżali bejn l-imsemmija ħsara wara s-sejbiet riveduti għal dumping kif stabbilit fir-Regolament li jemenda u l-importazzjonijiet rieżaminati li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

5.1.   L-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping

(51)

Kif jidher fil-premessa (26) hawn fuq, il-konsum fl-Unjoni kien pjuttost stabbli u żdied biss bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(52)

It-tabella fil-premessa (39) hawn fuq, li teskludi importazzjonijiet magħmula mill-esportatur Indoneżjan instab permezz tar-Regolament li jemenda li m'għamilx dumping tal-prodotti tiegħu fis-suq tal-Unjoni, juri li l-volum rieżaminat tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mit-tliet pajjiżi kkonċernati baqgħu importanti u żdied b'mod sinifikanti b'iktar minn 60 000 tunnellata metrika f'termini assoluti u b'iktar minn 60 % f'termini relattivi matul il-perjodu kkunsidrat. Bl-istess mod, is-sehem fis-suq miżmum minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping żdiedu b'mod sinifikanti u kisbu aktar minn ħames punti perċentwali matul dak il-perjodu.

(53)

Dawn ix-xejriet huma simili ħafna għal dawk stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali u b'mod partikolari fil-premessi (86) sa (94) tar-Regolament definittiv. Iż-żieda fis-sehem tas-suq, li ġie stabbilit f'57 % fl-investigazzjoni oriġinali, hija issa għall-perjodu meqjus bħala aktar minn 60 % bid-dejta rieżaminata.

(54)

Tabilħaqq, l-investigazzjoni mill-ġdid ikkonfermat li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati eżerċitaw pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni, mill-bidu tas-sena 2008, meta dawn l-importazzjonijiet kibru b'67 %. F'dik is-sena, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, kif jidher fil-premessa (39), kienu ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dan irriżulta f'telf sinifikanti fil-volum tal-bejgħ (– 15,4 %) u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li huma qatt ma setgħu jerġgħu jiksbu fil-bqija tal-perjodu kkunsidrat. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati żiedu s-sehem tagħhom tas-suq b'iktar minn disa' punti perċentwali.

(55)

Ġie muri fil-premessa (72) tar-Regolament definittiv li sabiex twieġeb għal din il-pressjoni, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b'16,9 % fl-2009 u kellha saħansitra tnaqqas aktar b'5,3 % matul il-PI. Anki jekk din l-imġiba tal-prezzijiet ippermettiet lill-industrija tal-Unjoni li tillimita t-telf fis-sehem tas-suq, dan wassal għal telf sinifikanti akkumulat matul il-perjodu meqjus, kif muri fil-premessa (86) tar-Regolament provviżorju, u kkonfermat fil-premessa (78) tar-Regolament definittiv. Din is-sitwazzjoni ikkoinċediet mal-preżenza ta' volumi kbar ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping bi prezz baxx fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari, matul il-PI.

(56)

Fl-2009, għalkemm il-volum assolut ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati naqas b'7,3 %, f'konformità mat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u t-tnaqqis fis-suq tal-UE, huwa osservat li l-prezz medju tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping naqsu bi 17,9 %, u b'hekk aktar minn 16,9 % mit-tnaqqis tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni. Matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha u akkumulat telf finanzjarju.

(57)

Dawn il-kunsiderazzjonijiet juru l-konsegwenzi severi tal-preżenza ta' volumi kbar ta' importazzjonijiet li l-oġġetti ta' dumping bi prezz baxx fis-suq tal-Unjoni kellhom fuq l-imġiba dwar il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq prinċipali tagħha u l-impatti negattivi li kellha fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħha b'mod partikolari matul il-PI.

(58)

L-importatur imsemmi hawn fuq saħaq li fl-analiżi tar-rabta kawżali, il-bqija tal-importazzjonijiet Indoneżjani li huma l-oġġett ta' dumping għandhom jiġu dekumulati mill-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja u fil-Malasja, fuq il-bażi ta' fatturi bħas-sehem mis-suq stabbli, il-livell ogħla tal-prezz, in-nuqqas ta' sottokwotazzjoni, il-marġini ta' sottokwotazzjoni ta' dawk l-importazzjonijiet Indoneżjani u l-evoluzzjoni parallela tal-ishma Indoneżjani u tal-industrija tal-Unjoni. L-importatur sostna wkoll li ma teżistix rabta kawżali bejn il-ħsara u l-importazzjonijiet Indoneżjani li huma l-oġġett ta' dumping, ladarba jkunu dekumulati.

(59)

Din il-pretensjoni kienet miċħuda għaliex il-fatturi mqajma mill-importatur, xi kultant fuq bażi selettiva, mhumiex dawk ikkunsidrati rilevanti skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku biex jiġi ddeterminat jekk kumulazzjoni għandhiex tiġi applikata, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn prodotti importati u prodotti simili tal-Unjoni. Tabilħaqq, l-investigazzjoni oriġinali kkonkludiet li l-prodott ikkonċernat huwa prodott intermedjarju użat l-aktar bħala input għall-produzzjoni ta' sulfati, etossilati ta' alkoħols xaħmin u sulfati tal-etere, u li l-prodott importat jikkompeti direttament ma' prodott tal-Unjoni, irrispettivament mill-pajjiż ta' oriġini. L-uniformità tal-kompetizzjoni fuq is-suq tal-Unjoni għalhekk titlob il-valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet skont l-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament bażiku. L-argumenti tal-importatur ma jindirizzawx din is-sejba, u jistgħu biss isiru rilevanti ladarba tapplika d-dekumulazzjoni. Minħabba li m'hemm l-ebda bażi biex jiġu emendati s-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali dwar il-kumulazzjoni, l-analiżi tal-effetti ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping hija kkonfermata.

(60)

Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-bqija tal-importazzjoniet Indoneżjani saru f'livelli ta' prezzijiet dumped, dawn żiedu bil-qawwa s-sehem mis-suq tagħhom matul il-perjodu kkonċernat u kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(61)

Fl-aħħar nett, l-importatur semma li Ecogreen kienet qed tbiegħ taħt il-prezz aktar mill-produttur Indoneżjan l-ieħor li jesporta u li għalhekk, minħabba li l-importazzjonijiet tal-Ecogreen huma kkunsidrati li għandhom impatt negliġibbli, l-istess konklużjoni għandha tapplika a fortiori fir-rigward tal-importazzjonijiet Indoneżjani li jifdal.

(62)

Din il-konklużjoni hija bbażata fuq premessa żbaljata. Is-sentenza tal-Qorti wasslet għal bidla fil-kalkolu ta' dumping ta' Ecogreen, li mbagħad sar de minimis. Huwa biss għal din ir-raġuni li l-impatt tal-importazzjonijiet tal-Ecogreen kellhom jiġu kkunsidrati bħala negliġibbli. Għaldaqstant, il-pretensjoni hija miċħuda.

(63)

Abbażi tas-sejbiet ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

5.2.   L-effett ta' fatturi oħrajn

(64)

L-effett ta' fatturi oħra fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni fil-kuntest tal-kawżalità kienet eżaminata mill-ġdid.

5.2.1.   L-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja

(65)

Kif imsemmi fil-premessa (23) hawn fuq, l-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping żdiedu proporzjonalment inqas minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u kienu jirrappreżentaw biss sehem limitat tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiżi kkonċernati matul il-PI. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li dawn l-importazzjonijiet kellhom biss sehem tas-suq modest matul il-perjodu kkunsidrat u b'mod partikolari matul il-PI.

(66)

Il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping żdied b'6,5 % bejn l-2009 u l-PI, jiġifieri iktar mill-irkupru tas-suq muri biż-żieda ta'4,6 % fil-konsum tal-Unjoni, u għalhekk kiseb aktar sehem fis-suq.

(67)

Huwa għalhekk ikkunsidrat li kwalunkwe impatt tal-importazzjonijiet mhux l-oġġett ta' dumping li seta' kien hemm fuq is-suq tal-Unjoni matul il-PI ma jistax jegħleb l-impatt negattiv sinifikanti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping deskritti fid-dettall fil-premessi (51) sa (57).

(68)

Abbażi tas-sejbiet ta' hawn fuq, huwa kkunsidrat li l-preżenza tal-importazzjonijiet mhux dumped minn Ecogreen fis-suq tal-Unjoni matul il-PI mhijiex tali li tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

5.2.2.   Fatturi oħra eżaminati fl-investigazzjoni oriġinali

(69)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-fatturi l-oħra eżaminati fil-kuntest tal-kawżi potenzjali ta' ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kienu: l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-bqija tad-dinja, il-prestazzjoni fl-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-impatt tal-kriżi ekonomika u l-bejgħ tal-iżomeri bil-friegħi li mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott.

(70)

Minħabba li dawn il-fatturi mhumiex affettwati bil-marġnijiet ta' dumping rieżaminati stabbiliti għall-produtturi esportaturi Indoneżjani, is-sejbiet u l-konklużjoni li ntlaħqu fil-premessi (95) sa (100) tar-Regolament definittiv fir-rigward ta' dawn il-fatturi huma kkonfermati. L-impatt ta' dawn il-fatturi ma kinux tali li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(71)

L-investigazzjoni mill-ġdid attwali turi li għad hemm rabta ċara u diretta bejn iż-żieda fil-volum u tal-effett tal-prezz negattiv tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u l-ħsara materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

(72)

L-analiżi ta' hawn fuq turi li l-volum tal-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping kien limitat meta mqabbel mal-biċċa l-kbira tal-prodotti importati li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati. F'kuntest ta' konsum pjuttost stabbli, dawn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping żdiedu b'mod sinifikanti kemm f'termini assoluti kif ukoll f'dawk relattivi matul il-perjodu kkunsidrat u l-preżenza tagħhom kellha impatt negattiv konsiderevoli fuq is-suq tal-Unjoni. Tabilħaqq, ġie osservat li, minħabba d-distorsjoni maħluqa fis-suq, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas b'mod sinifikanti l-prezzijiet tagħha bi 22,2 % mill-2008, u ma setgħetx tkopri l-ispejjeż tagħha u tikseb ammont raġonevoli ta' profitt, b'mod partikolari, matul il-PI.

(73)

L-investigazzjoni mill-ġdid ikkonfermat ukoll li l-effetti ta' fatturi oħra minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ma setgħux ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(74)

Konsegwentement, l-investigazzjoni mill-ġdid turi li hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja u l-ħsara materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni matul il-PI. Il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessi (101) sa (102) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

6.   L-interess tal-Unjoni

(75)

Il-konklużjoni milħuqa fil-premessa (118) tar-Regolament definittiv fir-rigward tal-interess tal-Unjoni ma kinitx affettwata minn dan ir-Regolament u hija b'dan ikkonfermata.

C.   IL-VALUTAZZJONI MILL-ĠDID TAL-MIŻURI DEFINITTIVI

(76)

Kif muri hawn fuq, l-investigazzjoni mill-ġdid tal-fatti rilevanti u s-sejbiet stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali filwaqt li jqisu l-marġnijiet il-ġodda tad-dumping kif stabbiliti fir-Regolament li jemenda wriet li l-bqija tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja fis-suq tal-Unjoni qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

(77)

Minħabba l-konklużjonijiet li ntlaħqu fl-investigazzjoni oriġinali fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni u minħabba li l-estensjoni attwali tal-investigazzjoni mill-ġdid ikkonfermat l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati, il-miżuri definittivi imposti permezz tar-Regolament li jemenda għandhom jiġu kkonfermati fl-istess livell. B'konsegwenza ta' dan, huwa konkluż li din l-investigazzjoni mill-ġdid għandha tintemm bla ma jiġu emendati l-miżuri definittivi imposti mir-Regolament definittiv.

(78)

Il-miżuri antidumping fis-seħħ, kif stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011 u emendati bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1241/2012 jibqgħu validi u għalhekk għandhom jibqgħu fis-seħħ. Huwa mfakkar mill-ġdid li l-miżuri imposti kienu dazji speċifiċi u kienu stabbiliti għal kull produttur esportatur ikkonċernat kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju definittiv AD speċifiku

(EUR għal kull tunnellata netta)

L-Indja

VVF (India) Ltd

46,98

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

86,99

L-Indoneżja

P.T.Ecogreen Oleochemicals

0,00

P.T. Musim Mas

45,63

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

45,63

Il-Malasja

KL-Kepong Oleomas Sdn.Bhd.

35,19

Emery Oleochemicals (M) Sdn. Bhd.

61,01

Fatty Chemical Malaysia Sdn. Bhd

51,07

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

61,01

(79)

L-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, l-esportaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, il-partijiet interessati kollha fl-Unjoni, b'mod partikolari l-industrija tal-Unjoni, l-importaturi, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet tan-negozjanti, kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li jintemm il-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni mill-ġdid tal-antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' alkoħols xaħmin mill-pajjiżi kkonċernati u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw u li jinstemgħu. Il-kummenti bil-fomm u bil-kitba mressqa minn dawn il-partijiet tqiesu iżda ma biddlux il-konklużjonijiet milħuqa f'dan ir-Regolament.

(80)

Produttur esportatur wieħed offra impenn fuq il-prezz skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(81)

Instab b'mod partikolari li l-produttur esportatur inkwistjoni jipproduċi firxa ta' prodotti apparti l-prodott ikkonċernat u jbiegħ dawn il-prodotti oħra lill-istess klijenti. Dan joħloq riskju serju ta' kumpens transversali u jrendi l-monitoraġġ effettiv tal-impenn estremament diffiċli, idgħajjef l-effikaċja tal-impenn ta' prezz f'dan il-każ attwali. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-offerta ta' impenn ma tistax tiġi aċċettata.

(82)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftuħ mill-ġdid parzjali tal-investigazzjoni antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' alkoħols xaħmin saturati b'katina ta' atomi ta' karbonju ta' tul ta' C8, C10, C12, C14, C16 jew C18 (l-iżomeri bil-friegħi mhux inklużi) li jinkludu alkoħols xaħmin saturati uniċi (imsejħa wkoll “qatgħat uniċi”) u taħlitiet li b'mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta' ktajjen ta' atomi ta' karbonju ta' tulijiet ta' C6-C8, C6-C10, C8-C10, C10-C12 (ġeneralment kategorizzati bħala C8-C10), taħlitiet li b'mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta' ktajjen ta' atomi ta' karbonju ta' tulijiet ta' C12-C14, C12-C16, C12-C18, C14-C16 (ġeneralment kategorizzati bħala C12-C14), u taħlitiet li b'mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta' ktajjen ta' atomi ta' karbonju ta' tulijiet ta' C16-C18, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2905 16 85, 2905 17 00, ex 2905 19 00 u ex 3823 70 00 (kodiċijiet TARIC 2905168510, 2905190060, 3823700011 u 3823700091), u li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja, u l-Malasja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2011, p. 47.

(4)  ĠU L 352, 21.12.2012, p. 1.

(5)  ĠU C 58, 28.2.2013, p. 24.


27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/96


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 571/2014

tas-26 ta' Mejju 2014

li japprova s-sustanza attiva ipkonażol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dik id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 2011. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/20/KE tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għall-ipkonażol (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-30 ta' Marzu 2007, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Kureha GmbH għall-inklużjoni tas-sustanza attiva ipkonażol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2008/20/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fit-22 ta' Mejju 2008, ir-relatur maħtur mill-Istat Membru, ir-Renju Unit, ippreżenta abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni. Fl-20 ta' Mejju 2011, l-applikant intalab iressaq informazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4). Il-valutazzjoni tad-dejta addizzjonali mir-Renju Unit ġiet ippreżentata fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni f'Novembru 2011.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”). Fit-2 ta' April 2013, l-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (5) dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva ipkonażol. L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew evalwati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fl-20 ta' Marzu 2014 fil-format ta' rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-ipkonażol.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-ipkonażol mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li s-sustanza ipkonażol tiġi approvata.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni, biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, mingħajr ħsara għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ipkonażol. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B'deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti fir-rigward tal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li hemm bżonn li jiġu ċċarati d-dmirijiet tal-Istati Membri, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ta' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(10)

B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva ipkonażol, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ipkonażol bħala sustanza attiva sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2015.

Sa dik id-data, huma għandhom jivverifikaw b'mod partikolari li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għajr dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier, jew għandu aċċess għal dossier, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li fih l-ipkonażol bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll ġew elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sa mhux iktar tard mill-31 ta' Awwissu 2014, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih l-ipkonażol bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mid-29 ta' Frar 2016; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih l-ipkonażol bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sad-29 ta' Frar 2016 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att jew l-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza jew sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Settembru 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/20/KE tal- 20 ta' Diċembru 2007 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl tal-possibbiltà ta' inklużjoni tal- ipconazole u l-maltodextrin f'Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 1, 4.1.2008, p. 5).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta' Frar 2011 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta' notifika ta' dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance ipconazole. EFSA Journal 2013;11(4):3181. [76 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2013.3181. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Ipkonażol

Nru tas-CAS

125225-28-7 (taħlita ta' dijasterjoisomeri)

115850-69-6 (ipkonażol cc, isomeru cis)

115937-89-8 (ipkonażol ct, trans isomeru)

Nru CIPAC 798

(1RS,2SR,5RS;1RS,2SR,5SR)-2-(4-klorobenżil)-5-iżopropil-1-(1H-1,2,4-trijażol-1-ilmetil) ċiklopentanol

≥ 955 g/kg

Ipkonażol cc: 875 – 930 g/kg

Ipkonażol ct: 65-95 g/kg

L-1 ta' Settembru 2014

Il-31 ta' Awwissu 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-ipkonażol, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

1.

lir-riskju għal għasafar granivori;

2.

lill-protezzjoni tal-ħaddiema u tal-operaturi;

3.

lir-riskju għall-ħut.Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta' konferma dwar:

(a)

l-aċċettabbiltà tar-riskju fuq terminu twil għall-għasafar granivori;

(b)

l-aċċettabbiltà tar-riskju għall-makroorganiżmi li jinsabu fil-ħamrija;

(c)

ir-riskju ta' metabolizzazzjoni jew ta' degradazzjoni enantjoselettiva;

(d)

il-karatteristiki potenzjali tal-ipkonażol li jikkawżaw tħarbit endokrinali fl-għasafar u l-ħut.L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Awwissu 2016. L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) għandha tiġi mressqa fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tad-dokument ta' gwida rilevanti dwar il-valutazzjoni tat-taħlitiet ta' isomeri, filwaqt li l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) għandha tiġi mressqa fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linji gwida ta' ttestjar tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali jew, alternattivament, ta' linji gwida ta' ttestjar li jkun sar qbil dwarhom fil-livell tal-UE.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, għandha tiġi miżjuda l-annotazzjoni li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“73

Ipkonażol

Nru tas-CAS

125225-28-7 (taħlita ta' dijasterjoisomeri)

115850-69-6 (ipkonażol cc, isomeru cis)

115937-89-8 (ipkonażol ct, trans isomeru)

Nru CIPAC 798

(1RS,2SR,5RS;1RS,2SR,5SR)-2-(4-klorobenżil)-5-iżopropil-1-(1H-1,2,4-trijażol-1-ilmetil) ċiklopentanol

≥ 955 g/kg

Ipkonażol cc: 875–930 g/kg

Ipkonażol ct: 65-95 g/kg

L-1 ta' Settembru 2014

Il-31 ta' Awwissu 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-ipkonażol, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

1.

lir-riskju għal għasafar granivori;

2.

lill-protezzjoni tal-ħaddiema u tal-operaturi;

3.

lir-riskju għall-ħut.Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta' konferma dwar:

(a)

l-aċċettabbiltà tar-riskju fuq terminu twil għall-għasafar granivori;

(b)

l-aċċettabbiltà tar-riskju għall-makroorganiżmi li jinsabu fil-ħamrija;

(c)

ir-riskju ta' metabolizzazzjoni jew ta' degradazzjoni enantjoselettiva;

(d)

il-proprjetajiet potenzjali tal-ipkonażol li jikkawżaw tħarbit endokrinali fl-għasafar u l-ħut.L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Awwissu 2016. L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) għandha tiġi mressqa fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tad-dokument ta' gwida rilevanti dwar il-valutazzjoni tat-taħlitiet ta' isomeri, filwaqt li l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) għandha tiġi mressqa fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linji gwida ta' ttestjar tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali jew, alternattivament, ta' linji gwida ta' ttestjar li jkun sar qbil dwarhom fil-livell tal-UE.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/101


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 572/2014

tas-26 ta’ Mejju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

45,8

MA

33,4

MK

77,8

TR

65,0

ZZ

55,5

0707 00 05

AL

36,9

MK

43,4

TR

122,8

ZZ

67,7

0709 93 10

MA

29,9

TR

114,9

ZZ

72,4

0805 10 20

EG

50,8

MA

43,2

TR

49,7

ZZ

47,9

0805 50 10

TR

100,4

ZA

139,4

ZZ

119,9

0808 10 80

AR

103,2

BR

90,7

CL

107,3

CN

98,7

MK

26,7

NZ

131,4

US

185,3

ZA

110,0

ZZ

106,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.