ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 143

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
15 ta' Mejju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2014 tal-14 ta' Mejju 2014 li japprova s-sustanza attiva aċekinoċil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 497/2014 tal-14 ta' Mejju 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-Advantame bħala dolċifikant ( 1 )

6

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2014 tal-14 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/277/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 dwar pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura għall-Kumitat tal-Kummerċ, ir-Regoli ta' Proċedura u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-arbitri, l-istabbiliment tal-listi ta' arbitri u l-lista ta' esperti tal-Grupp ta' Esperti, u l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura għall-Grupp ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

16

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 496/2014

tal-14 ta' Mejju 2014

li japprova s-sustanza attiva aċekinoċil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dik id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 2011. Għall-aċekinoċil, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/636/KE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fis-17 ta' Marzu 2003 l-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni minn Agro-Kanesho Co Ltd. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva aċekinoċil fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2003/636/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur, il-Pajjiżi l-Baxxi, ressaq abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni fit-8 ta' Marzu 2005. F'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4), fit-13 ta' Lulju 2011 l-applikant intalab iressaq informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mill-Pajjiżi l-Baxxi tressqet fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni f'Novembru 2011.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (5) dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva aċekinoċil fid-19 ta' April 2013. L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-20 ta' Marzu 2014 fil-format ta' rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-aċekinoċil.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċekinoċil jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-aċekinoċil jiġi approvat.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni konfermatorja.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b'konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċekinoċil. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B'deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta' detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ta' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva aċekinoċil, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċikinoċil bħala sustanza attiva sat-28 ta' Frar 2015.

Sa dik id-data dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-aċikinoċil bħala l-unika sustanza attiva jew waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Awwissu 2014, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih l-aċikinoċil bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mid-29 ta' Frar 2016; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih l-aċikinoċil bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sad-29 ta' Frar 2016 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar bħal dan fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Settembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/636/KE tat-2 ta' Settembru 2003 tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers sottomessi għal verifika dettaljata minħabba l-possibbiltà tal-inklużjoni tal-fosfit tal-potassju, acequinocyl u tacyflufenamid fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti ghall-ħarsien tal-pjanti (ĠU L 221, 4.9.2003, p. 42).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta' notifika ta' dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2013. Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva aċekinoċil EFSA Journal 2013,11(5):3212, 71 pp. doi:10.2903/j.efsa.2013.3212.

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Aċekinoċil Nru tal-CAS 57960-19-7 Nru CIPAC 760

3-dodeċil-1,4-diidro-1,4-diosso-2-naftil aċetat

≥ 960 g/kg

fl-1 ta' Settembru 2014.

fil-31 ta' Awwissu 2024.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċekinoċil, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

protezzjoni tal-ħaddiema u l-operaturi;

riskju lill-għasafar, il-mammiferi u l-organiżmi akkwatiċi.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni konfermatorja dwar:

(a)

metodu analitiku għal reżidwi fi fluwidi u tessuti tal-ġisem;

(b)

l-aċċettabbiltà tar-riskju fit-tul għal għasafar granivori żgħar u mammiferi erbivori u fruġivori żgħar, fir-rigward tal-użu f'ġonna tat-tuffieħ u l-lanġas;

(c)

l-aċċettabbiltà tar-riskju fit-tul għal mammiferi omnivori u erbivori żgħar, fir-rigward tal-użu fuq pjanti ornamentali ta' barra.

L-applikant għandu jressaq dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Awwissu 2016.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“72

Aċekinoċil Nru tal-CAS 57960-19-7 Nru CIPAC 760

3-dodeċil-1,4-diidro-1,4-diosso-2-naftil aċetat

≥ 960 g/kg

fl-1 ta' Settembru 2014.

fil-31 ta' Awwissu 2024.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċekinoċil, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

protezzjoni tal-ħaddiema u l-operaturi;

riskju lill-għasafar, il-mammiferi u l-organiżmi akkwatiċi.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni konfermatorja dwar:

(a)

metodu analitiku għal reżidwi fi fluwidi u tessuti tal-ġisem;

(b)

l-aċċettabbiltà tar-riskju fit-tul għal għasafar granivori żgħar u mammiferi erbivori u fruġivori żgħar, fir-rigward tal-użu f'ġonna tat-tuffieħ u l-lanġas;

(c)

l-aċċettabbiltà tar-riskju fit-tul għal mammiferi omnivori u erbivori żgħar, fir-rigward tal-użu fuq pjanti ornamentali ta' barra.

L-applikant għandu jressaq dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Awwissu 2016.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 497/2014

tal-14 ta' Mejju 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-Advantame bħala dolċifikant

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta' addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Dawk il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara applikazzjoni.

(4)

F'Mejju tal-2010, tressqet applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-użu tal-Advantame bħala dolċifikant f'għadd ta' kategoriji tal-ikel tressqet. L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

Teżisti ħtieġa teknoloġika għall-użu tal-Advantame bħala dolċifikant ta' intensità qawwija f'għadd ta' prodotti tal-ikel u tal-mejda biex jieħu post iz-zokkor kaloriku (is-sukrożju, il-glukożju, il-fruttożju, eċċ.) u b'hekk ikun permess tnaqqis tal-kontenut kaloriku ta' dawk l-oġġetti tal-ikel. Iż-żieda tal-Advantame bħala dolċifikant mal-kategoriji tal-ikel li fihom huma awtorizzati dolċifikanti ta' intensità qawwija skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 se tagħti lill-manifatturi iktar flessibbiltà fil-formulazzjoni ta' ikel b'valur enerġetiku mnaqqas bi profil tat-togħma simili għall-ekwivalenti li jkollu l-kaloriji kollha. Il-kwalitajiet tat-togħma u tal-ħlewwa tal-Advantame, flimkien mal-karatteristiċi ta' stabbiltà tajba, ifissru li l-Advantame jagħti alternattiva għal dolċifikanti ta' intensità qawwija li diġà ġew approvati. B'hekk, il-konsumaturi u l-industrija tal-ikel jingħataw l-opportunità li jagħżlu minn xelta usa' ta' dolċifikanti. Dan inaqqas il-konsum ta' kull dolċifikant individwali.

(6)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-Advantame meta użat bħala addittiv mal-ikel u esprimiet l-opinjoni tagħha fil-31 ta' Lulju 2013 (4). L-Awtorità stabbiliet Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) għall-Advantame ta' 5 mg/kg piż tal-ġisem/jum. Stimi konservattivi ta' esponiment għall-advantame għal adulti u tfal li jikkunsmaw livell għoli minnu kienu inqas mill-ADI għal-livelli ta' użu proposti. Wara li ġiet ikkunsidrata id-dejta kollha dwar l-istabbiltà, id-degradazzjoni tal-prodotti, it-tossikoloġija u l-esponiment, l-Awtorità kkonkludiet li l-Advantame ma jkunx ta' tħassib għas-sikurezza fl-użi u l-livelli tal-użu proposti bħala dolċifikant.

(7)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-użu tal-Advantame jiġi awtorizzat bħala dolċifikant fil-kategoriji tal-ikel speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament u li E 969 ikun assenjat bħala numru-E għal dak l-addittiv tal-ikel.

(8)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-Advantame għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta jiġi inkluż fl-elenku tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għall-ewwel darba.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2013; 11(7):3301.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti B, fit-Tabella 2 “Dolċifikanti”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 968 Eritritol:

“E 969

Advantame”

(2)

Fil-Parti E, l-entrati li ġejjin għal E 969 jiddaħlu f'ordni numerika fil-kategoriji tal-ikel imsemmija:

PARTI E: ADDITTIVI TAL-IKEL AWTORIZZATI U KUNDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU FIL-KATEGORIJI TAL-IKEL

Numru tal-kategorija

Numru E

Isem

Livell massimu (mg/l jew mg/kg kif xieraq)

Noti f'qiegħ il-paġna

restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet

01.4

Prodotti tal-ħalib iffermentat b'togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana

 

“E 969

Advantame

10

 

prodotti b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

03

Silġ li jittiekel

 

“E 969

Advantame

10

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

04.2.2

Frott u ħxejjex fil-ħall, iż-żejt jew is-salmura

 

“E 969

Advantame

3

 

frott u ħxejjex ppreżervati ħelwin-qarsa biss”

04.2.3

Frott u ħxejjex tal-bott u fil-fliexken

 

“E 969

Advantame

10

 

frott bil-valur enerġetiku mnaqqas jew mingħajr zokkor miżjud biss”

04.2.4.1

Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex għajr għall-frott preżervat fil-ġulepp

 

“E 969

Advantame

10

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss”

04.2.5.1

Ġamm żejjed u ġelatina żejda kif definit bid-Direttiva 2001/113/KE

 

“E 969

Advantame

10

 

ġammijiet, ġelatini u marmellati b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss”

04.2.5.2

Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan dolċifikata kif definit bid-Direttiva 2001/113/KE

 

“E 969

Advantame

10

 

ġammijiet, ġelatini u marmellati b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss”

04.2.5.3

Taħlitiet oħra li jiddellku tal-frott u tal-ħaxix simili

 

“E 969

Advantame

10

 

taħlitiet li jiddellku mal-ħobż, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud”

05.1

Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata kif koperti bid-Direttiva 2000/36/KE

 

“E 969

Advantame

20

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

05.2

Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs

 

“E 969

Advantame

20

 

abbażi tal-kawkaw jew frott imnixxef biss, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

10

 

taħlitiet li jiddellku mal-ħobż abbażi ta' kawkaw, ħalib, frott imnixxef jew xaħam, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

20

 

ħlewwiet abbażi tal-lamtu b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

10

 

ħlewwiet mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

60

 

ħelu żgħir li jiffriska n-nifs, mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

20

 

mustardini b'togħma qawwija li jiffriskaw il-griżmejn mingħajr zokkor miżjud biss”

05.3

Chewing gum

 

“E 969

Advantame

200

 

b'zokkor miżjud jew polijoli biss, biex itejbu t-togħma”

 

“E 969

Advantame

400

 

mingħajr zokkor miżjud biss”

05.4

Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4

 

“E 969

Advantame

20

 

ħlewwiet abbażi tal-lamtu b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

10

 

ħlewwiet mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

20

 

abbażi tal-kawkaw jew frott imnixxef biss, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

4

 

zlazi biss”

06.3

Ċereali tal-kolazzjon

 

“E 969

Advantame

10

 

ċereali tal-kolazzjon b'kontenut ta' fibra ta' aktar minn 15 % u li fihom tal-anqas 20 % nuħħala, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

07.2

Prodotti fini moħmijin

 

“E 969

Advantame

10

 

essoblaten — karta tal-ostja biss”

 

“E 969

Advantame

17

 

prodotti fini moħmijin għal użu nutrittiv speċjali”

09.2

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

 

“E 969

Advantame

3

 

ħut u mmarinar tal-ħut, krustaċji u molluski ppreżervati jew semi-ppreżervati ħelwin-qarsa biss”

11.4.1

Prodotti ta' fuq il-mejda li jżidu l-ħlewwa f'forma likwida

 

“E 969

Advantame

quantum satis”

 

 

11.4.2

Prodotti ta' fuq il-mejda li jżidu l-ħlewwa f'forma ta' trab

 

“E 969

Advantame

quantum satis”

 

 

11.4.3

Prodotti ta' fuq il-mejda li jżidu l-ħlewwa f'pilloli

 

“E 969

Advantame

quantum satis”

 

 

12.4

Mustarda

 

“E 969

Advantame

4”

 

 

12.5

Sopop u brodijiet

 

“E 969

Advantame

2

 

soppa b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss”

12.6

Zlazi

 

“E 969

Advantame

4”

 

 

12.7

Insalati u taħlitiet li jiddellku mal-ħobż abbażi ta' ikel mhux ħelu

 

“E 969

Advantame

4

 

Feinkostsalat biss”

13.2

Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE (għajr għal prodotti mill-kategorija tal-ikel 13.1.5)

 

“E 960

Advantame

10”

 

 

13.3

Ikel djetetiku għal dieti ta' kontroll tal-piż maħsub biex jieħu post l-ikel totali li wieħed jiekol kuljum jew ikla individwali (id-dieta ta' kuljum totali jew parti minnha)

 

“E 960

Advantame

8”

 

 

14.1.3

Nettari tal-frott kif definit mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u nettari tal-ħaxix u prodotti simili

 

“E 969

Advantame

6

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

14.1.4

Xarbiet aromatizzati

 

“E 969

Advantame

6

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

14.2.1

Birra u xarbiet tax-xgħir

 

“E 969

Advantame

6

 

birra mingħajr alkoħol jew b'kontenut ta' alkoħol li ma jaqbiżx il-1,2 % vol; 'Bière de table/Tafelbier/Table beer (b'kontenut oriġinali ta' estratt tax-xgħir ta' inqas minn 6 %) għajr għall-‘Obergäriges Einfachbier’; Birer b'aċidità minima ta' 30 milli-ekwivalenti espressi bħala NaOH; Birer kannella tat-tip ’oud bruin’”

 

“E 969

Advantame

0,5

 

birra b'valur enerġetiku mnaqqas biss”

14.2.3

Sidru u sidru tal-lanġas

 

“E 969

Advantame

6”

 

 

14.2.8

Xarbiet alkoħoliċi oħra inklużi spriti b'anqas minn 15 % ta' alkoħol u taħlitiet ta' xarbiet alkoħoliċi ma' xarbiet mhux alkoħoliċi

 

“E 969

Advantame

6”

 

 

15.1

Ikel ħafif abbażi tal-patata, iċ-ċereali, id-dqiq jew il-lamtu

 

“E 969

Advantame

5”

 

 

15.2

Ġewż ipproċessat

 

“E 969

Advantame

5”

 

 

16

Deżerti għajr għal prodotti koperti fil-kategoriji 1,3 u 4

 

“E 969

Advantame

10

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

17.1

Supplimenti tal-ikel provduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili

 

“E 969

Advantame

20”

 

 

17.2

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma likwida

 

“E 969

Advantame

6”

 

 

17.3

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma tat-tip tal-ġulepp jew li tintgħomod

 

“E 969

Advantame

55”

 

 


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 968:

“E 969 ADVANTAME

Sinonimi

 

Definizzjoni

L-Advantame (ANS9801) huwa prodott permezz ta' sinteżi kimika fi proċess ta' tliet stadji; il-produzzjoni tal-intermedju prinċipali tal-manifattura, 3-idrossi- 4-metossiċinnamaldeid (HMCA), segwit b'idroġenizzazzjoni biex jiffurmaw 3-(3-idrossi- 4-metossifenil) propionaldeid (HMPA). Fl-aħħar stadju, is-soluzzjoni ta' HMPA metanol (filtrat) tiġi kombinata ma' aspartam li jagħti immina li taħt idroġenizzazzjoni selettiva tifforma l-advantame. Is-soluzzjoni titħalla tikristallizza u kristalli mhux raffinati jinħaslu. Il-prodott jiġi kristallizzat mill-ġdid u l-kristalli jinfirdu, jinħaslu u jitnixxfu.

Nru tal-CAS

714229-20-6

Isem kimiku

N-[N-[3-(3-idrossi-4-metossifenil) propil]-α-aspartil]-L-fenilalanina 1-metil ester, monoidrat (IUPAC);

L-fenilalanina, N-[3-(3-idrossi-4-metossifenil)propil]-L-alfa-aspartil-, 2-metil ester, monoidrat (CA)

Formula molekulari

C24H30N2O7·H2O

Piż molekolari

476,52 g/mol (monoidrat)

Test

Mhux inqas minn 97,0 % u mhux aktar minn 102,0 % fuq bażi anidruża

Deskrizzjoni

Trab abjad għal isfar

Identifikazzjoni

 

Punt ta' titwib

101,5 °C

Purità

 

N-[N-[3-(3-idrossi-4-metossifenil)propil-α-aspartil]-L-fenilalanina (ANS9801-aċidu)

Mhux aktar minn 1,0 %

Sustanzi oħra relatati totali

Mhux aktar minn 1,5 %

Solventi Residwi

Aċetat tal-isopropil: Mhux aktar minn 2 000  mg/kg

Aċetat tal-metil Mhux aktar minn 500 mg/kg

Metanol: Mhux aktar minn 500 mg/kg

2-Propanol: Mhux aktar minn 500 mg/kg

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 5,0 % (Metodu Karl Fischer)

Residwu mat-tqabbid

Mhux aktar minn 0,2 %

Arseniku

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Palladju

Mhux aktar minn 5,3 mg/kg

Platinu

Mhux aktar minn 1,7 mg/kg”


15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 498/2014

tal-14 ta’ Mejju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

44,6

MK

68,0

TN

49,2

TR

69,9

ZZ

57,9

0707 00 05

AL

32,3

MK

39,0

TR

124,7

ZZ

65,3

0709 93 10

TR

111,3

ZZ

111,3

0805 10 20

EG

39,7

IL

74,2

MA

46,5

TN

68,6

TR

41,5

ZZ

54,1

0805 50 10

TR

103,0

ZZ

103,0

0808 10 80

AR

95,1

BR

90,8

CL

102,6

CN

98,7

MK

32,3

NZ

136,0

US

183,0

UY

78,1

ZA

93,2

ZZ

101,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

dwar pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura għall-Kumitat tal-Kummerċ, ir-Regoli ta' Proċedura u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-arbitri, l-istabbiliment tal-listi ta' arbitri u l-lista ta' esperti tal-Grupp ta' Esperti, u l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura għall-Grupp ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

(2014/277/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Jannar 2009, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim kummerċjali multipartitiku f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiżi Membri tal-Komunità Andina.

(2)

Dawn in-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) (1) ġie ffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012.

(3)

Skont l-Artikolu 330(3) tal-Ftehim, il-Ftehim ġie applikat provviżorjament mal-Perù mill-1 ta' Marzu 2013 u mal-Kolombja mill-1 ta' Awwissu 2013, soġġett għall-konklużjoni tiegħu iktar 'il quddiem.

(4)

L-Artikolu 12 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat tal-Kummerċ li għandu, inter alia, jiżgura li l-Ftehim jaħdem sew.

(5)

Il-punt (j) tal-Artikolu 13(1) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat tal-Kummerċ għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess.

(6)

Il-punt (h) tal-Artikoli 13(1) u l-Artikolu 315 tal-Ftehim jistipulaw li l-Kumitat tal-Kummerċ għandu jadotta fl-ewwel laqgħa tiegħu, ir-Regoli ta' Proċedura u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-arbitri.

(7)

L-Artikolu 304(1) u (4) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat tal-Kummerċ għandu, fl-ewwel laqgħa tiegħu, jistabbilixxi lista ta' 25 individwu biex iservu bħala arbitri u lista addizzjonali ta' 12-il individwu b'esperjenza settorjali fuq suġġetti speċifiċi koperti bil-Ftehim.

(8)

L-Artikolu 284(3) ta' dan il-Ftehim jistipula li l-Kumitat tal-Kummerċ għandu, fl-ewwel laqgħa tiegħu, japprova lista ta' minn tal-inqas 15-il persuna b'għarfien espert dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu IX tal-Ftehim biex iservu fil-Grupp ta' Esperti.

(9)

L-Artikolu 284(6) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat tal-Kummerċ għandu fl-ewwel laqgħa tiegħu, jadotta r-Regoli ta' Proċedura għall-Grupp ta' Esperti.

(10)

L-Unjoni għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ, ir-Regoli ta' Proċedura u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-arbitri, l-istabbiliment tal-listi ta' individwi biex iservu bħala arbitri u tal-lista ta' persuni b'għarfien espert dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu IX tal-Ftehim kif ukoll l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura għall-Grupp ta' Esperti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoniġewwa l-Kumitat tal-Kummerċ, stipulata mill-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ, ir-Regoli ta' Proċedura u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-arbitri, l-istabbiliment tal-listi ta' individwi biex iservu bħala arbitri u l-lista ta' persuni b'għarfien espert dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu IX tal-Ftehim, kif ukoll l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Grupp ta' Esperti, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Kummerċ mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

Korrezzjonijiet tekniċi minuri fl-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Kummerċ jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.


ANNESS I

 

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE, IL-KOLOMBJA U L-PERÙ

ta' …

dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 13(1) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) (1), iffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, u b'mod partikolari l-punt (j) tal-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess u għandu jissorvelja x-xogħol tal-korpi speċjalizzati kollha stabbiliti skont il-Ftehim.

(2)

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu l-awtorità esklussiva li jevalwa u jadotta deċiżjonijiet kif previst f'dan il-Ftehim dwar kwalunkwe suġġett li jiġi riferit lilu mill-korpi speċjalizzati li twaqqfu skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ huma stabbiliti kif stipulat fl-Anness.

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …

Magħmul fi … nhar il-…

Għall-Kumitat tal-Kummerċ

Il-Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu tal-Kolombja

Il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Ministru għall-Kummerċ Barrani u t-Turiżmu tal-Perù


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.

Anness għad-Deċiżjoni Nru …/2014 tal-Kumitat tal-Kummerċ tal-UE, tal-Kolombja u tal-Perù

IR-REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ

Artikolu 1

Kompożizzjoni u Presidenza

1.

Il-Kumitat tal-Kummerċ li huwa stabbilit skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) (1), għandu jaqdi d-dmirijiet tiegħu skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim u jassumi r-responsabbiltà għall-operat u l-applikazzjoni xierqa tal-Ftehim.

2.

Kif stipulat fl-Artikolu 12(1) tal-Ftehim, il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jkun kompost mir-rappreżentanti tal-Parti tal-UE u mir-rappreżentanti ta' kull Pajjiż Andin firmatarju.

3.

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jkun ippresedut b'sistema ta' rotazzjoni għal perjodu ta' sena mill-Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu tal-Kolombja, il-Ministru għall-Kummerċ Barrani u t-Turiżmu tal-Perù, jew il-Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Kummerċ. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-Kummerċ u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena. Il-President jista' jirranġa li jkun irrappreżentat minn nies innominati rispettivi, kif stipulat fl-Artikolu 12(2) tal-Ftehim.

4.

Il-Kumitat tal-Kummerċ jista' jiltaqa' f'sessjonijiet fejn il-Parti tal-UE u Pajjiż Andin firmatarju wieħed jipparteċipaw, dwar kwistjonijiet li jirrelataw esklussivament mar-relazzjoni bilaterali tagħhom jew li tkun ġiet riferuta lill-Kumitat tal-Kummerċ wara li tkun ġiet diskussa fi ħdan korp speċjalizzat fejn ħadu sehem biss dawk iż-żewġ Partijiet. Dawn is-sessjonijiet se jkunu kopreseduti mill-Parti tal-UE u l-Pajjiż Andin firmatarju kkonċernat. Il-Pajjiżi Andini firmatarji l-oħra jistgħu jipparteċipaw f'dawn is-sessjonijiet soġġett għall-ftehim minn qabel mill-Parti tal-UE u l-Pajjiż Andin firmatarju kkonċernat.

5.

Ir-referenza għall-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura hija skont id-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Rappreżentanza

1.

Parti tgħarraf bil-miktub lill-Partijiet l-oħra bil-lista tal-membri tagħha tal-Kumitat tal-Kummerċ. Il-lista tiġi amministrata mis-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 6.

2.

Parti li tixtieq tiġi rrappreżentata minn rappreżentant alternattiv tgħarraf lill-Partijiet l-oħra bl-isem tar-rappreżentant alternattiv tagħha qabel il-laqgħa fejn hi għandha tiġi rrappreżentata. Ir-rappreżentant alternattiv ta' membru tal-Kumitat tal-Kummerċ għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 3

Laqgħat

1.

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jiltaqa' darba fis-sena jew fuq talba ta' kwalunkwe Parti, kif stipulat fl-Artikolu 12(2) tal-Ftehim. Il-laqgħat għandhom jinżammu fuq sistema ta' rotazzjoni, f'Bogotà, fi Brussell u f'Lima, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.

2.

F'każi eċċezzjonali u jekk jaqblu l-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat tal-Kummerċ jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku maqbul.

3.

Kull laqgħa tal-Kumitat tal-Kummerċ għandha titlaqqa' mis-Segretarju tal-Kumitat tal-Kummerċ f'data u f'post maqbul miż-żewġ Partijiet. Is-sejħa għal-laqgħa tinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ lill-membri tal-Kumitat tal-Kummerċ mhux aktar tard minn 28 jum qabel il-bidu tas-seduta, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.

Artikolu 4

Delegazzjoni

Il-membri tal-Kumitat tal-Kummerċ jistgħu jiġu akkumpanjati minn uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-Partijiet għandhom jiġu informati bil-kompożizzjoni intiża tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa.

Artikolu 5

Osservaturi

Il-Kumitat tal-Kummerċ jista' jiddeċiedi li jistieden osservaturi fuq bażi ad hoc.

Artikolu 6

Segretarjat

Il-koordinaturi maħtura mill-Partijiet, skont l-Artikolu 16 tal-Ftehim, għandhom iservu b'mod konġunt bħala s-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ.

Artikolu 7

Dokumenti

Fejn id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat tal-Kummerċ ikunu bbażati fuq dokumenti ta' prova miktubin, dawn id-dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati mis-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ bħala dokumenti tal-Kumitat tal-Kummerċ.

Artikolu 8

Korrispondenza

1.

Korrispondenza indirizzata lill-President tal-Kumitat tal-Kummerċ għandha tintbagħat lis-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ biex tiġi ċċirkolata mal-Partijiet l-oħra.

2.

Korrispondenza mingħand il-President tal-Kumitat tal-Kummerċ għandha tintbagħat lil min tkun indirizzata mis-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ u tiġi nnumerata u ċċirkolata, fejn xieraq, mal-Partijiet l-oħra.

3.

Għal kwistjonijiet li jirrelataw esklussivament ma' relazzjoni bilaterali bejn il-Parti tal-UE u Pajjiż Andin firmatarju wieħed, il-korrispondenza ssir bejn dawk iż-żewġ Partijiet, filwaqt li l-pajjiżi Andini firmatarji l-oħra jinżammu informati bis-sħiħ, kif xieraq.

Artikolu 9

Aġenda għal-Laqgħat

1.

Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ abbażi tal-proposti magħmula mill-Partijiet. Din għandha tintbagħat, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-Partijiet kollha mhux aktar tard minn 14-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi punti li s-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ ikun irċieva talba dwarhom mingħand Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, flimkien mad-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.

L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat tal-Kummerċ fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jistgħu jiddaħħlu fl-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.

Il-President tal-Kumitat tal-Kummerċ jista', bi ftehim mal-Partijiet l-oħra, jistieden lill-esperti biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi.

5.

Il-President tal-Kumitat tal-Kummerċ jista', bi qbil mal-Partijiet l-oħra, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jitqiesu r-rekwiżiti ta' xi każ partikolari.

Artikolu 10

Minuti

1.

L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa għandhom jinkitbu mis-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ, normalment fi żmien 21 jum wara l-għeluq tal-laqgħa. L-ewwel abbozz jitħejja mill-Parti li taġixxi bħala President fi żmien għaxart ijiem wara l-għeluq tal-laqgħa.

2.

Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jagħtu fil-qosor kull punt fl-aġenda, u jispeċifikaw fejn hu applikabbli:

(a)

id-dokumenti ppreżentati lill-Kumitat tal-Kummerċ;

(b)

kull dikjarazzjoni li membru tal-Kumitat tal-Kummerċ jitlob li tiddaħħal; u

(c)

id-deċiżjonijiet adottati, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, l-istqarrijiet mifthiema u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

3.

Il-minuti għandhom jinkludu wkoll lista tal-membri tal-Kumitat tal-Kummerċ jew tar-rappreżentanti alternattivi tagħhom li jkunu ħadu sehem fil-laqgħa, lista tal-membri tad-delegazzjonijiet li jakkumpanjawhom u lista ta' kull osservatur jew espert li jattendi għal-laqgħa.

4.

Il-minuti għandhom jiġu approvati bil-miktub mill-Partijiet fi żmien 28 jum mid-data tal-laqgħa. Ladarba l-minuti jiġu approvati, is-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ għandu jiffirma kopji tagħhom u kull Parti għandha tirċievi kopja oriġinali ta' dawk id-dokumenti awtentiċi.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1.

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet b'kunsens.

2.

Fil-perjodu ta' bejn il-laqgħat, il-Kumitat tal-Kummerċ jista' jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Għal dak l-għan, it-test tal-proposta jitqassam bil-miktub f'korrispondenza mill-President lill-membri tal-Kumitat tal-Kummerċ skont l-Artikolu 8, b'limitu ta' żmien ta' mhux inqas minn wieħed u għoxrin jum li fih il-membri għandhom jgħarrfu b'kull riżervi jew emendi li jixtiequ jagħmlu.

Matul il-proċedura bil-miktub, kwalunkwe membru tal-Kumitat tal-Kummerċ jista' jitlob bil-miktub lill-President biex il-proposta tiġi diskussa fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Kummerċ li jmiss. Talba bħal din awtomatikament tissospendi l-proċedura bil-miktub.

Proposta li l-ebda Parti ma għamlet riżerva dwarha fil-limitu ta' żmien stabbilit għal proċedura bil-miktub, għandha titqies bħala adottata mill-Kumitat tal-Kummerċ. Il-President tal-Kumitat tal-Kummerċ imbagħad għandu jinforma lill-Membri, fuq rapport mis-Segretarjat li ntlaħaq ftehim bejn il-Partijiet.

Il-proposti adottati għandhom jiġu komunikati skont l-Artikolu 8 ladarba l-limitu taż-żmien ikun għadda. Il-proposti adottati għandhom jiġu rreġistrati fil-minuti tal-laqgħa li jkun imiss.

3.

Fejn il-Kumitat tal-Kummerċ ikollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet skont il-Ftehim, dawn l-atti jingħatalhom it-titolu ta' “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Is-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ jagħti numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett tagħha lil kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni. Kull deċiżjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

4.

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat tal-Kummerċ għandhom jiġu awtentikati permezz ta' kopja awtentika ffirmata mill-President tal-Kumitat tal-Kummerċ disponibbli għal kull Parti.

Artikolu 12

Lingwi

1.

Il-lingwi uffiċjali tal-Kumitat tal-Kummerċ għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kumitat tal-Kummerċ għandu normalment jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni u proposti mħejjija fil-lingwi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 13

Pubbliċità u Kunfidenzjalità

1.

Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat tal-Kummerċ ma għandhomx ikunu pubbliċi.

2.

Meta Parti tressaq informazzjoni meqjusa bħala kunfidenzjali skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha quddiem il-Kumitat tal-Kummerċ, kumitati speċjalizzati, gruppi ta' ħidma jew kwalunkwe korp ieħor, il-Partijiet l-oħra għandhom jittrattaw dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikolu 290(2) tal-Ftehim.

3.

Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Kummerċ fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 14

Spejjeż

1.

Kull Parti għandha tieħu ħsieb kwalunkwe spejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat tal-Kummerċ, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.

L-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti, għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.

L-ispejjeż marbuta mal-interpretazzjoni fil-laqgħat u mat-traduzzjoni ta' dokumenti għall-Ispanjol jew mill-Ispanjol u għall-Ingliż jew mill-Ingliż għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Interpretazzjoni u traduzzjoni għal-lingwi l-oħra jew mil-lingwi l-oħra għandhom jitħallsu mill-Parti li titlobhom.

Artikolu 15

Kumitati Speċjalizzati u Gruppi ta' Ħidma

1.

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jiġi assistit fit-twettiq tal-ħidmiet tiegħu mill-korpi speċjalizzati stabbiliti taħt il-patroċinju tal-Kumitat tal-Kummerċ. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-Ftehim jew miftiehem minn dan il-Kumitat tal-Kummerċ jew korp speċjalizzat rilevanti maħluq mill-Ftehim li jadotta d-deċiżjoni tiegħu, ir-Regoli ta' Proċedura attwali għandhom jiġu applikati mutatis mutandis minn korpi speċjalizzati (jiġifieri sottokumitati, gruppi ta' ħidma, eċċ.).

2.

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jiġi mgħarraf bil-punti ta' kuntatt magħżulin minn kull korp speċjalizzat. Il-korrispondenza, id-dokumenti u l-komunikazzjonijiet rilevanti kollha bejn il-punti ta' kuntatt ta' kull korp speċjalizzat għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat tal-Kumitat tal-Kummerċ fl-istess ħin.

3.

Il-Kumitat tal-Kummerċ f'kull laqgħa regolari għandu jirċievi rapporti minn kull korp speċjalizzat dwar l-attivitajiet tiegħu.

4.

Il-korp speċjalizzat jista' jiddetermina r-regoli ta' proċedura tiegħu stess, kif stipulat fil-Ftehim, li għandhom jiġu rrappurtati lill-Kumitat tal-Kummerċ.

Artikolu 16

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11.


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.


ANNESS II

 

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE, IL-KOLOMBJA U L-PERÙ

ta'…

dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-arbitri msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 315 tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) (1), iffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, u b'mod partikolari fil-punt (h) tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 315 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jadotta fl-ewwel laqgħa tiegħu r-Regoli ta' Proċedura u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-arbitri.

(2)

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu l-awtorità esklussiva li jevalwa u jadotta deċiżjonijiet kif previst fil-Ftehim dwar kwalunkwe suġġett li jiġi riferut lilu mill-korpi speċjalizzati stabbiliti skont fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Ir-Regoli ta' Proċedura u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-arbitri huma stabbiliti kif stipulat fl-Anness.

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …

Magħmul fi … nhar il-…

Għall-Kumitat tal-Kummerċ

Il-Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu tal-Kolombja

Il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Ministru għall-Kummerċ Barrani u t-Turiżmu tal-Perù


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.

Anness għad-Deċiżjoni Nru …/2014 tal-Kumitat tal-Kummerċ tal-UE, tal-Kolombja u tal-Perù

REGOLI TA' PROĊEDURA

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.

Skont it-Titolu XII (Soluzzjoni tat-Tilwim) u skont dawn ir-regoli:

(a)

“il-Ftehim” tfisser il-Ftehim Kummerċjali bejn il-Perù u l-Kolombja, min-naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012;

(b)

“konsulent” tfisser persuna miżmuma minn parti litiganti biex tagħti pariri jew tgħin lil dik il-parti b'rabta mal-proċedimenti quddiem bord ta' arbitraġġ;

(c)

“arbitru” tfisser membru ta' bord ta' arbitraġġ stabbilit b'mod effettiv skont l-Artikolu 303 (Stabbiliment ta' Bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim;

(d)

“assistent” tfisser persuna li, skont it-termini tal-ħatra minn arbitru, tmexxi, tirriċerka jew tipprovdi assistenza lil dak l-arbitru;

(e)

“Parti lmentatriċi” tfisser kwalunkwe Parti li titlob it-twaqqif ta' bord ta' arbitraġġ skont l-Artikolu 302 (Bidu tal-Proċedimenti Arbitrarji) tal-Ftehim;

(f)

“Parti li jsir l-ilment kontriha” tfisser il-Parti li qiegħda allegatament tikser id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 299 (Ambitu tal-Applikazzjoni) tal-Ftehim;

(g)

“bord ta' arbitraġġ” tfisser bord stabbilit skont l-Artikolu 303 (Stabbiliment ta' Bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim;

(h)

“rappreżentant ta' Parti” tfisser impjegat jew kwalunkwe persuna maħtura minn dipartiment jew aġenzija tal-gvern jew kwalunkwe entità pubblika oħra ta' parti għat-tilwima;

(i)

“jum” tfisser jum kalendarju;

(j)

“parti terza” tfisser Parti li mhijiex parti litiganti, iżda li tipparteċipa fil-konsultazzjonijiet u/jew proċedimenti ta' arbitraġġ, skont il-każ, skont l-Artikoli 301 (Konsultazzjonijiet), paragrafu 10, u/jew 302 (Bidu ta' Proċedimenti ta' Arbitraġġ), paragrafu 4 tat-Titolu XII (Soluzzjoni tat-Tilwim) tal-Ftehim.

2.

Il-Parti li jsir l-ilment kontriha għandha tkun inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, b'mod partikolari l-organizzazzjoni tas-smigħ tal-kawża, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor. Madankollu, iż-żewġ partijiet litiganti jaqsmu l-ispejjeż li jirriżultaw mill-organizzazzjoni tal-proċeduri ta' arbitraġġ, inklużi l-ispejjeż tal-arbitri. Il-bord ta' arbitraġġ jista', madankollu, jiddeċiedi li dawn l-ispejjeż amministrattivi, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż tal-arbitri, jitqassmu b'mod differenti filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-każ u ċirkostanzi oħrajn li jistgħu jitqiesu rilevanti.

Notifiki

3.

Il-partijiet litiganti u l-bord ta' arbitraġġ għandhom jibagħtu kull talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew kull dokument ieħor b'irċevuta mal-kunsinna, posta rreġistrata, courier, faks, telex, telegramma jew kwalunkwe mezz ieħor ta' telekomunikazzjoni li jipprovdi evidenza li dawn ikunu ntbagħtu.

4.

Kull parti litiganti tipprovdi lill-parti litiganti l-oħra, kwalunkwe parti terza litiganti u kull wieħed mill-arbitri b'kopja ta' kull sottomissjoni bil-miktub. Tiġi pprovduta wkoll kopja tad-dokument f'format elettroniku.

5.

In-notifiki kollha għandhom ikunu indirizzati lill-Koordinaturi tal-Ftehim.

6.

Żbalji żgħar ta' natura klerikali li jsiru fi kwalunkwe talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-proċedimenti tal-bord ta' arbitraġġ jistgħu jittranġaw permezz tal-kunsinna ta' dokument ġdid li jindika l-bidliet b'mod ċar.

7.

Jekk l-aħħar jum għall-konsenja ta' dokument taqa' nhar ta' btala legali tal-Kolombja, il-Perù jew tal-UE, id-dokument jista' jiġi konsenjat fil-jum ta' xogħol li jkun imiss.

Bidu tal-Proċeduri ta' Arbitraġġ

8.

Meta jiġi asserit li miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjoni tal-Ftehim, skont l-Artikolu 302(2) (Bidu ta' Proċedimenti ta' Arbitraġġ), il-parti lmentatriċi tispjega kif dik il-miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim b'mod li tippreżenta b'mod ċar il-bażi legali għall-ilment sabiex tippermetti lil min iwieġeb biex jippreżenta d-difiża tiegħu.

Partijiet Terzi

9.

Skont l-Artikolu 302(4) (Bidu ta' Proċedimenti ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim, kwalunkwe parti terza tista' tippreżenta sottomissjoni bil-miktub lill-bord ta' arbitraġġ, b'kopja lill-partijiet litiganti u kwalunkwe parti terza.

10.

Kwalunkwe parti terza tista' wkoll tipparteċipa fis-smigħ tal-bord ta' arbitraġġ u tkun mistiedna bil-miktub mill-bord ta' arbitraġġ biex tippreżenta l-opinjonijiet tagħha matul seduta bħal din.

Lista tal-Arbitri

11.

Meta Parti tinnomina kandidati għal-lista tal-arbitri skont l-Artikolu 304 (Lista ta' Arbitri) tal-Ftehim, il-Partijiet l-oħra jistgħu joġġezzjonaw biss għal dawn in-nomini jekk tali nnominati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 304(3) (Lista ta' Arbitri) tal-Ftehim u tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri ta' bord tal-arbitraġġ.

12.

Meta kwalunkwe kandidat innominat minn Parti ma jibqax parti mil-lista, tali Parti tinnomina kandidat ġdid. Fil-każ ta' kandidati għal president tal-bord ta' arbitraġġ, il-Partijiet jaqblu fuq sostitut.

Stabbiliment ta' Bord ta' Arbitraġġ

13.

Jekk skont l-Artikolu 303 (Stabbiliment ta' Bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim kwalunkwe membru tal-bord ta' arbitraġġ huwa magħżul bil-polza, rappreżentanti taż-żewġ partijiet litiganti għandhom ikunu mistiedna minn qabel biex ikunu preżenti meta tittella' l-polza. Fi kwalunkwe każ, il-polza għandha tittella' minn kwalunkwe parti litiganti preżenti dak il-ħin, u fi żmien ħamest ijiem wara t-talba għas-selezzjoni tal-arbitru mill-President tal-Kumitat tal-Kummerċ.

14.

Il-partijiet litiganti għandhom jinnotifikaw lill-arbitri dwar il-ħatra tagħhom.

15.

Arbitru li jkun ġie appuntat skont il-proċedura stabbilita skont l-Artikolu 303 (Stabbiliment ta' Bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim għandu jinnotifika l-aċċettazzjoni tiegħu/tagħha lill-Kumitat tal-Kummerċ fi żmien ħamest ijiem mid-data tan-notifika tal-ħatra tiegħu/tagħha.

16.

Sakemm il-partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, dawn il-partijiet għandhom jiltaqgħu mal-bord ta' arbitraġġ fi żmien sebat ijiem mit-twaqqif tiegħu sabiex jiddeterminaw dawk il-kwistjonijiet li l-partijiet litiganti jew il-bord ta' arbitraġġ jidhrilhom li jkunu xierqa. Fil-każ li l-Kumitat tal-Kummerċ ma jkunx stabbilixxa r-remunerazzjoni u l-ispejjeż li jridu jitħallsu lill-arbitri, tali remunerazzjoni u spejjeż għandhom jiġu ddeterminati b'konformità mal-prattika tad-WTO.

17.

(a)

Sakemm il-partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-għażla tal-arbitri, it-termini tar-referenza tal-bord ta' arbitraġġ għandhom ikunu:

“li jeżamina, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim invokati mill-partijiet litiganti, il-kwistjoni msemmija fit-talba għat-twaqqif tal-bord ta' arbitraġġ, biex jiddeċiedi dwar il-kompatibilità tal-miżura inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 299 (Ambitu tal-Applikazzjoni) u biex jiddeċiedi skont l-Artikolu 307 (Deċiżjoni tal-Bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim.”.

(b)

Il-partijiet litiganti jridu jinnotifikaw it-termini tar-referenza maqbula lill-bord ta' arbitraġġ fi żmien jumejn wara li jintlaħaq ftehim.

Sottomissjonijiet tal-Bidu

18.

Il-Parti lmentatriċi għandha tagħti s-sottomissjoni tal-bidu tagħha bil-miktub sa mhux aktar tard minn għoxrin jum wara d-data tat-twaqqif tal-bord ta' arbitraġġ. Il-Parti li jsir l-ilment kontriha għandha tagħti l-kontrosottomissjoni tagħha bil-mitkub sa mhux aktar tard minn għoxrin jum wara d-data tal-konsenja tas-sottomissjoni bil-miktub oriġinali.

Operat tal-Bordijiet ta' Arbitraġġ

19.

Il-president tal-bord ta' arbitraġġ għandu jippresjedi fil-laqgħat kollha tiegħu. Bord ta' arbitraġġ jista' jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi rigward il-proċedimenti.

20.

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-Ftehim jew f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura, il-bord ta' arbitraġġ jista' jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkluż bit-telefown, trażmissjonijiet bil-faks jew kollegamenti bil-kompjuter.

21.

L-arbitri biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-bord ta' arbitraġġ, iżda l-bord ta' arbitraġġ jista' jawtorizza lill-assistenti tiegħu biex ikunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu.

22.

L-abbozzar ta' kwalunkwe deċiżjoni tal-bord ta' arbitraġġ għandha tibqa' r-responsabbiltà esklussiva tal-bord ta' arbitraġġ u ma tistax tiġi delegata.

23.

Meta tinqala' kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu, bord ta' arbitraġġ jista' jadotta proċedura xierqa li hija kompatibbli ma' dawk id-dispożizzjonijiet.

24.

Meta l-bord ta' arbitraġġ iqis li hemm il-ħtieġa li jimmodifika kwalunkwe limitu taż-żmien applikabbli fil-proċedimenti jew li jagħmel kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma bil-miktub lill-partijiet litiganti bir-raġunijiet tal-bidla jew l-aġġustament, billi jindika l-perjodu jew aġġustament meħtieġ. Il-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 307(2) (Deċiżjoni tal-Bord ta' Arbitraġġ) ma għandhomx jiġu mmodifikati.

Skwalifika u Tneħħija

25.

Talba minn parti litiganti għall-iskwalifika jew it-tneħħija ta' arbitru kif previst fl-Artikolu 305(1) (Skwalifika, Tneħħija u Sostituzzjoni) tal-Ftehim, għandha issir bil-miktub u tinkludi l-bażi kif ukoll l-evidenza li ssostni l-ksur materjali mill-arbitru tal-Kodiċi ta' Kondotta. Dik it-talba għandha tintbagħat lill-parti litiganti l-oħra, b'kopja lill-Kumitat tal-Kummerċ fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha l-Parti tikseb evidenza taċ-ċirkustanzi li wasslu għat-talba għall-iskwalifika tal-arbitru.

26.

Il-partijiet litiganti jikkonsultaw lil xulxin fi żmien ħamest ijiem mill-wasla tat-talba. F'każ ta' ftehim, arbitru ġdid għandu jintgħażel skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 303 (Stabbiliment ta' Bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim.

27.

Fin-nuqqas ta' ftehim bejn il-partijiet litiganti dwar il-ħtieġa li jitneħħa arbitru, kwalunkwe minn dawk il-partijiet tista' titlob li din il-kwistjoni tiġi deċiża mill-president tal-bord ta' arbitraġġ, li d-deċiżjoni tiegħu tkun waħda finali.

28.

Jekk il-president tal-bord ta' arbitraġġ jew id-delegat tiegħu/tagħha jsib li xi arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta' Kondotta, huwa għandu jagħżel arbitru ġdid bil-polza. Jekk l-arbitru oriġinali kien magħżul mill-partijiet litiganti skont l-Artikolu 303(2) (Stabbiliment tal-bord ta' arbitraġġ) tal-Ftehim is-sostitut għandu jittella' bil-polza minn fost il-membri tal-lista msemmija fl-Artikolu 304 (Lista ta' Arbitri) tal-Ftehim, li ġew proposti mill-Parti li għażlet l-arbitru oriġinali. Jekk, għall-kuntrarju, l-arbitru oriġinali kien magħżul mill-partijiet litiganti skont l-Artikolu 303(5) (Stabbiliment tal-bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim, it-tlugħ bil-polza għandu jsir minn fost il-membri kollha msemmija fil-lista. L-għażla ssir skont ir-Regola 12, mutatis mutandis, u fi żmien ħamest ijiem wara d-data tat-talba lill-president tal-bord ta' arbitraġġ.

29.

Jekk il-partijiet litiganti jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president tal-bord ta' arbitraġġ, kwalunkwe waħda minn dawk il-partijiet tista' titlob li tali kwistjoni tkun irriferuta lil wieħed mill-membri li jkun fadal mil-lista ta' individwi magħżula sabiex jaġixxu bħala presidenti skont l-Artikolu 304(1) (Lista ta' Arbitri) tal-Ftehim. Ismu jew isimha għandu jittella' bil-polza mill-president tal-Kumitat tal-Kummerċ jew mid-delegat tal-president. Din l-għażla ssir skont ir-regola 12 u fi żmien ħamest ijiem wara d-data tat-talba lill-president tal-Kumitat tal-Kummerċ. Id-deċiżjoni minn din il-persuna dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president tkun finali.

30.

Jekk din il-persuna tiddeċiedi li l-president oriġinali ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta' Kondotta, hija jew huwa għandu jagħżel/tagħżel president ġdid bil-polza minn fost il-bqija tal-ġabra ta' individwi msemmija fl-Artikolu 304 (Lista ta' arbitri) tal-Ftehim li jistgħu jaġixxu ta' presidenti. Din l-għażla tal-president il-ġdid għandha ssir skont ir-Regola 12, mutatis mutandis u fi żmien ħamest ijiem mid-data meta l-persuna maħtura tkun ħadet deċiżjoni dwar l-iskwalifika.

31.

Il-proċedimenti tal-bord ta' arbitraġġ u l-limiti taż-żmien applikabbli għandhom jiġu sospiżi filwaqt li talba għal skwalifika ta' arbitru, u t-tneħħija u s-sostituzzjoni tiegħu/tagħha jkunu qed jiġu deċiżi, skont il-każ.

Seduti ta' smigħ

32.

Il-president għandu jiffissa d-data u l-ħin tas-seduta tas-smigħ, b'konsultazzjoni mal-partijiet litiganti u l-membri l-oħra tal-bord ta' arbitraġġ, u għandu jinforma lill-Partijiet bil-miktub kif xieraq. Il-Parti inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku sakemm is-smigħ ma jkunx miftuħ għall-pubbliku.

33.

Sakemm il-partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, is-smigħ għandu jsir fi Brussell jekk il-parti lmentatriċi tkun il-Kolombja jew il-Perù u f'Bogotà jew f'Lima, skont il-każ, jekk il-parti lmentatriċi tkun l-UE.

34.

Il-bord ta' arbitraġġ jista' jlaqqa' aktar minn seduta tas-smigħ waħda jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan.

35.

L-arbitri kollha għandhom ikunu preżenti matul is-smigħ kollu ta' kwalunkwe seduta.

36.

Il-persuni li ġejjin jistgħu jattendu għas-smigħ, irrispettivament minn jekk is-smigħ huwiex magħluq għall-pubbliku jew le:

(a)

rappreżentanti tal-partijiet litiganti u kwalunkwe parti terza;

(b)

konsulenti għall-partijiet litiganti u kwalunkwe parti terza;

(c)

persunal amministrattiv, interpreti, tradutturi u korrispondenti tal-qrati u assistenti tal-arbitri.

37.

Ir-rappreżentanti u l-konsulenti tal-partijiet litiganti u kwalunkwe parti terza biss jistgħu jindirizzaw lill-bord ta' arbitraġġ.

38.

Mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel id-data ta' seduta, kull parti litiganti għandha tagħti lill-bord ta' arbitraġġ lista tal-ismijiet tal-persuni li jkunu se jitkellmu jew jagħmlu preżentazzjonijiet fis-seduta f'isem dik il-parti u ta' rappreżentanti jew konsulenti oħra li jkunu se jattendu s-seduta.

39.

Suġġetti għar-Regoli 46, 47, 48 u 49, is-seduti tas-smigħ tal-bordijiet ta' arbitraġġ għandhom ikunu miftuħin għall-pubbliku, sakemm il-partijiet litiganti ma jiddeċidux li s-seduti tas-smigħ għandhom ikunu parzjalment jew kompletament magħluqin għall-pubbliku.

40.

Il-bord ta' arbitraġġ għandu jmexxi s-smigħ b'dan il-mod li ġej, filwaqt li jiżgura li l-Parti lmentatriċi u l-Parti li qed isir l-ilment kontriha jingħataw l-istess ħin:

L-Argument

(a)

l-argument tal-Parti lmentatriċi;

(b)

l-argument tal-Parti li qed isir l-ilment kontriha.

Il-Kontroargument

(a)

l-argument tal-Parti lmentatriċi;

(b)

il-kontroargument tal-Parti li qed isir l-ilment kontriha.

41.

Il-bord ta' arbitraġġ jista' jindirizza mistoqsijiet liż-żewġ Partijiet litiganti fi kwalunkwe ħin matul is-seduta.

42.

Il-bord ta' arbitraġġ għandu jagħmel arranġamenti għal traskrizzjoni ta' kull seduta biex tiġi ppreparata u konsenjata lill-partijiet litiganti mill-aktar fis possibbli.

43.

Kull parti litiganti tista' tibgħat sottomissjoni supplimentari bil-miktub li tikkonċerna kwalunkwe kwistjoni li setgħet qamet matul is-seduta fi żmien 10 ijiem mid-data tas-seduta.

Mistoqsijiet bil-Miktub

44.

Il-bord ta' arbitraġġ jista' fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti jindirizza mistoqsijiet bil-miktub lil waħda mill-partijiet litiganti jew lit-tnejn li huma u lil kull parti terza. Il-partijiet litiganti u kull parti terza għandha tirċievi kopja tal-mistoqsijiet kollha magħmula mill-bord ta' arbitraġġ. Meta ma jkunx possibbli li titwieġeb mistoqsija f'seduta, il-Bordijiet ta' Arbitraġġ għandhom jipprovdu lill-partijiet litiganti biż-żmien xieraq biex jitwieġbu dawn il-mistoqsijiet.

45.

Kull parti litiganti jew kull parti terza għandha tipprovdi wkoll kopja tat-tweġibiet tagħha bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-bord ta' arbitraġġ lill-parti litiganti l-oħra u kull parti terza. Il-partijiet litiganti għandhom jingħataw l-opportunità li jipprovdu kummenti bil-miktub dwar it-tweġibiet tal-parti litiganti l-oħra u għat-tweġibiet ta' kull parti terza fi żmien ħamest ijiem mill-konsenja tagħhom.

Kunfidenzjalità

46.

Kull parti litiganti, kull parti terza u l-konsulenti tagħhom għandhom jittrattaw bħala kunfidenzjali t-tagħrif imressaq mill-parti litiganti l-oħra lill-bord ta' arbitraġġ li dik il-parti tkun indikat bħala kunfidenzjali.

47.

Meta parti litiganti tressaq verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha lill-bord ta' arbitraġġ, hija fuq talba tal-parti litiganti l-oħra, għandha tipprovdi wkoll taqsira mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni li tinsab fis-sottomissjonijiet tagħha sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara d-data tat-talba jew tas-sottomissjoni tal-verżjoni kunfidenzjali, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.

48.

Sottomissjonijiet bil-miktub magħmula lill-bord ta' arbitraġġ għandhom jitqiesu kunfidenzjali iżda għandhom ikunu pprovduti lill-partijiet litiganti u kull parti terza. Xejn f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura ma jipprekludi lil parti litiganti milli tiżvela stqarrijiet dwar il-pożizzjonijiet tagħha nfisha lill-pubbliku sakemm dawn ma jinkludux tagħrif kunfidenzjali.

49.

Il-bord ta' arbitraġġ għandu jiltaqa' f'seduta magħluqa meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta' kwalunkwe parti litiganti jkun fihom tagħrif kunfidenzjali.

50.

Il-partijiet litiganti u l-konsulenti tagħhom għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduti tal-bord ta' arbitraġġ meta s-seduti jsiru f'sessjonijiet magħluqa, b'konformità mar-Regola 39.

Kuntatti Ex Parte

51.

Il-bord ta' arbitraġġ ma għandux jiltaqa' ma' parti litiganti u lanqas ma jikkuntattjaha fin-nuqqas tal-parti litiganti l-oħra.

52.

L-ebda membru tal-bord ta' arbitraġġ ma jista' jiddiskuti kwalunkwe aspett tas-suġġett tal-proċedimenti ma' parti waħda jew maż-żewġ partijiet litiganti fin-nuqqas tal-arbitri l-oħra.

Sottomissjonijiet amicus curiae

53.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika interessata stabbilita fit-territorju ta' parti litiganti u li mhijiex parti mill-gvern ta' kwalunkwe waħda mill-partijiet litiganti, tista' tagħmel talba bil-miktub lill-bord ta' arbitraġġ, b'kopja lill-partijiet litiganti, biex tkun awtorizzata li tressaq dokument amicus curiae fi żmien 10 ijiem mid-data tal-istabbiliment tal-bord ta' arbitraġġ. Din it-talba għandha:

(a)

tinkludi deskrizzjoni tal-persuna li tkun qiegħda tagħmel is-sottomissjoni, inkluż il-post ta' stabbiliment u informazzjoni ta' kuntatt oħra, in-natura tal-attivitajiet tagħha u, fil-każ ta' persuna ġuridika, informazzjoni fuq il-membri tagħha, l-istatus ġuridiku tagħha u l-għanijiet ġenerali tagħha;

(b)

tidentifika l-kwistjonijiet fattwali u ġuridiċi speċifiċi li se jkunu indirizzati fis-sottomissjoni;

(c)

tispeċifika n-natura tal-interess u r-rilevanza tagħha għall-proċedimenti u kif is-sottomissjoni tgħin lill-bord ta' arbitraġġ fid-determinazzjoni ta' kwistjoni fattwali jew ġuridika relatati mat-tilwima;

(d)

tiżvela kwalunkwe relazzjoni diretta jew indiretta li l-persuna li qiegħda tagħmel is-sottomissjoni għandha jew kellha ma' parti litiganti, kif ukoll is-sors tagħha ta' finanzjament;

(e)

tiddikjara jekk irċevietx jew hix ser tirċievi kull tip ta' appoġġ finanzjarju jew tip ieħor ta' appoġġ minn Parti litiganti, persuna jew organizzazzjoni oħra, fil-preparazzjoni tat-talba għall-awtorizzazzjoni biex jiġi ppreżentat id-dokument jew it-tħejjija tad-dokument innifsu.

(f)

ma tkunx itwal minn ħames paġni ttajpjati bi spazju doppju; u

(g)

tkun miktuba fil-lingwi tal-proċedura.

54.

Il-bord ta' arbitraġġ jistabbilixxi data xierqa sa meta l-partijiet litiganti jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

55.

Il-bord ta' arbitraġġ għandu jirrieżamina u jieħu f'kunsiderazzjoni l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, il-veraċità tal-informazzjoni pprovduta fih u kull kumment magħmul mill-partijiet litiganti u għandu jieħu deċiżjoni mingħajr dewmien dwar l-għoti ta' awtorizzazzjoni għal sottomissjoni bil-miktub minn persuna interessata fiżika jew ġuridika. Awtorizzazzjoni minn bord ta' arbitraġġ biex titressaq sottomissjoni bil-miktub ma timplikax li l-bord ta' arbitraġġ jeżamina fid-deċiżjoni tiegħu l-argumenti ġuridiċi ppreżentati fis-sottomissjoni.

56.

Sottomissjonijiet amicus curiae għandhom jintbagħtu lill-bord ta' arbitraġġ, b'kopja lill-partijiet litiganti, fi żmien ħamest ijiem wara d-data tal-awtorizzazzjoni mill-bord ta' arbitraġġ biex issir tali sottomissjoni. Is-sottomissjoni għandha:

(a)

tkun datata u ffirmata mill-persuna li tkun qed tagħmel is-sottomissjoni jew mir-rappreżentant tiegħu/tagħha;

(b)

tkun konċiża u fl-ebda każ mhux itwal minn 15-il paġna ttajpjati bi spazju doppju, inklużi kwalunkwe annessi;

(c)

ma tintroduċix kwistjonijiet ġodda fir-rigward tat-tilwima, u tkopri biss dawk il-kwistjonijiet rilevanti għall-kwistjonijiet ta' fatt u ta' liġi suġġetti għall-konsiderazzjoni tal-bord ta' arbitraġġ u identifikati mit-talba għall-awtorizzazzjoni biex issir sottomissjoni, billi tispjega kif is-sottomissjoni tgħin il-bord ta' arbitraġġ fid-determinazzjoni ta' dawk il-kwistjonijiet;

(d)

tkun ippreżentata fil-lingwi tal-proċedura.

57.

Il-bord ta' arbitraġġ jiżgura li l-partijiet litiganti jkollhom l-opportunità li jwieġbu bil-miktub kwalunkwe sottomissjoni amicus curiae qabel id-data tas-seduta.

58.

Il-bord ta' arbitraġġ għandu jinkludi fid-deċiżjoni tiegħu lista tas-sottomissjonijiet amicus curiae kollha li jkun irċieva. Il-bord ta' arbitraġġ ma għandux ikun obbligat jindirizza fid-deċiżjoni tiegħu l-argumenti li jkunu saru f'dawn is-sottomissjonijiet.

59.

Filwaqt li jqis it-talbiet għall-awtorizzazzjoni biex issir sottomissjoni jew sottomissjonijiet amicus curiae innifishom, il-bord ta' arbitraġġ għandu jevita li jinterrompi l-proċedimenti u għandu jiżgura l-ugwaljanza tal-partijiet litiganti.

Informazzjoni u Parir Tekniku

60.

Il-bord ta' arbitraġġ għandu jinnotifika lill-partijiet litiganti bl-intenzjoni tiegħu li jfittex informazzjoni jew parir tekniku minn esperti kif stipulat fl-Artikolu 316 (Informazzjoni u Pariri Tekniċi) tal-Ftehim.

61.

Il-bord ta' arbitraġġ għandu jipprovdi lill-partijiet litiganti b'kopja tal-informazzjoni jew parir tekniku rċevut u għandu jagħti żmien raġonevoli għall-partijiet litiganti biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom. L-opinjoni tal-esperti għandu jkollha biss natura konsultattiva.

62.

Meta l-bord ta' arbitraġġ jieħu f'kunsiderazzjoni l-informazzjoni jew parir tekniku rċevut, għandu jikkunsidra wkoll kwalunkwe kumment jew osservazzjoni ppreżentata mill-partijiet litiganti fir-rigward ta' tali informazzjoni jew parir tekniku.

63.

Il-bord ta' arbitraġġ għandu jiżgura li meta tinġabar informazzjoni u jiġu mfittxija pariri tekniċi huwa għandu jagħmel dan minn persuni akkreditati b'esperjenza fil-qasam rilevanti. Barra minn hekk, l-esperti għandhom ikunu indipendenti, imparzjali, ma jkunux affiljati ma' l-ebda waħda mill-partijiet litiganti jew direttament jew indirettament dipendenti fuqhom, u ma jirċevux struzzjonijiet mingħandhom jew mingħand kwalunkwe organizzazzjoni.

Każijiet ta' Urġenza

64.

F'każijiet urġenti msemmija fl-Artikolu 307(2) (Deċiżjoni tal-Bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim, il-bord ta' arbitraġġ għandu jaġġusta l-limiti taż-żmien imsemmija f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura, kif xieraq.

Traduzzjoni u Interpretazzjoni

65.

Il-partijiet litiganti għandu jkollhom id-dritt li jippreżentaw u jirċievu sottomissjonijiet bil-miktub, u biex jippreżentaw u jisimgħu argumenti orali fil-lingwa tal-għażla tagħhom. Kull parti litiganti għandha tagħmel arranġamenti kemm jista' jkun malajr u tħallas l-ispejjeż għat-traduzzjoni tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha fil-lingwa magħżula mill-parti litiganti l-oħra. Il-Parti li qed issir it-tilwima kontriha għandha tagħmel arranġamenti għall-interpretazzjoni tas-sottomissjonijiet orali fil-lingwi magħżulin mill-partijiet litiganti.

66.

Deċiżjonijiet tal-bord ta' arbitraġġ għandhom jiġu nnotifikati bil-lingwi magħżulin mill-partijiet litiganti.

67.

L-ispejjeż li jirriżultaw mit-traduzzjoni ta' deċiżjoni tal-arbitraġġ għandhom jinqasmu b'mod ugwali bejn il-partijiet litiganti.

68.

Kwalunkwe parti litiganti tista' tipprovdi kummenti dwar kwalunkwe verżjoni tradotta ta' dokument imfassal skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

Il-komputazzjoni tal-Limiti taż-Żmien

69.

Fejn, minħabba l-applikazzjoni tar-Regola 7, parti litiganti tirċievi dokument f'data differenti minn dik ta' meta l-Parti litiganti l-oħra tkun irċeviet l-istess dokument, kwalunkwe perjodu ta' żmien li jkun ikkalkulat fuq il-bażi tad-data ta' meta jasal dak id-dokument ikun ikkalkulat mill-aħħar jum tal-wasla ta' dak id-dokument.

Proċeduri Oħra

70.

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma applikabbli wkoll għal proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 308(3) (Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Arbitraġġ); l-Artikolu 309(2) (Rieżami ta' Kwalunkwe Miżura adottata sabiex Tikkonforma mad-Deċiżjoni tal-Bord ta' Arbitraġġ) tal-Artikolu 310(4) (Rimedji temporanji f'każ ta' nuqqas ta' konformità); u l-Artikolu 311(2) (Rieżami ta' Kwalunkwe Miżura Adottata Wara s-Sospensjoni tal-Benefiċċji ta' kumpens għan-Nuqqas ta' Konformità). Madankollu, il-limiti taż-żmien stabbiliti f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu aġġustati skont il-limiti taż-żmien speċjali stipulati għall-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-bord ta' arbitraġġ f'dawk il-proċeduri l-oħra.

KODIĊI TA' KONDOTTA

Definizzjonijiet

1.

Għall-finijiet ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta:

(a)

“arbitru” tfisser membru ta' bord ta' arbitraġġ stabbilit b'mod effettiv skont l-Artikolu 303 (Stabbiliment tal-Bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim;

(b)

“medjatur” tfisser persuna li tmexxi proċedura ta' medjazzjoni skont l-Artikolu 322 (Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni) u l-Anness XIV (Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni fuq Ostakli Mhux Tariffarji) tal-Ftehim;

(c)

“kandidat” tfisser individwu li ismu jkun fuq il-lista tal-arbitri msemmija fl-Artikolu 304 (Lista tal-Arbitri) tal-Ftehim u li jkun ikkunsidrat għall-għażla bħala membru tal-bord ta' arbitraġġ skont l-Artikolu 303 (Stabbiliment tal-Bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim;

(d)

“espert” tfisser kull persuna b'għarfien tekniku jew speċjalizzat f'ċerti oqsma koperti mit-Titoli differenti tal-Ftehim;

(e)

“assistent” tfisser persuna li, skont it-termini tal-ħatra ta' arbitru, twettaq, tirriċerka jew tipprovdi assistenza lill-arbitru;

(f)

“proċedimenti”, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tfisser proċedimenti tal-bord ta' arbitraġġ skont il-Ftehim; u

(g)

“persunal”, fir-rigward ta' arbitru, tfisser persuni taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-arbitru, minbarra l-assistenti.

Responsabbiltajiet għall-proċess

2.

Kull kandidat u arbitru għandu jevita kondotta skorretta u l-impressjoni ta' kondotta skorretta, għandu jkun indipendenti u imparzjali, għandu jevita kunflitti ta' interess diretti jew indiretti u għandu josserva standards għoljin ta' kondotta sabiex jinżammu l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim. Arbitri preċedenti jridu jkunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 15, 16, 17 u 18 ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta.

Obbligi dwar divulgazzjoni

3.

Qabel ma tkun ikkonfermata l-għażla ta' kandidat bħala arbitru skont il-Ftehim, huwa għandu jiddikjara kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni li x'aktarx li taffettwa l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu, jew li tista' toħloq raġonevolment dehra ta' kondotta mhux xierqa jew preġudizzju fil-proċedimenti. Għal dan il-għan, kandidat għandu jagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex isir konxju ta' kwalunkwe tali interess, relazzjoni u kwistjoni.

4.

Meta jintgħażel, arbitru għandu jibqa' jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex isir konxju ta' kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta u jiżvelahom. L-obbligu ta' divulgazzjoni huwa dmir kontinwu li jitlob li arbitru jiżvela kwalunkwe tali interess, relazzjoni jew kwistjoni li jistgħu jitfaċċaw matul kwalunkwe stadju tal-proċedimenti.

5.

Kandidat(a) jew arbitru għandu jikkomunika affarijiet relatati ma' ksur attwali jew potenzjali ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta lill-Kumitat tal-Kummerċ biex ikunu kkunsidrati mill-Partijiet.

Dmirijiet tal-arbitri

6.

Meta jinħatar arbitru, dan għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu jew tagħha b'mod sħiħ u bla dewmien matul il-proċedimenti, u b'mod ġust u b'diliġenza.

7.

Arbitru għandu jikkunsidra biss dawk il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu waqt il-proċedimenti u li jitqiesu meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni u dan id-dmir ma jiġix delegat lil ebda persuna oħra.

8.

Arbitru għandu jkun responsabbli li jieħu l-passi kollha xierqa sabiex jiżgura li l-assistent u l-persunal tiegħu/tagħha jkunu konxji ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta u jkunu konformi miegħu, kif applikabbli.

9.

Arbitru ma għandux jimpenja ruħu f'kuntatti ex parte li jikkonċernaw il-proċedimenti.

Indipendenza u imparzjalità tal-arbitri

10.

Arbitru jrid ikun indipendenti u imparzjali u jevita li joħloq impressjoni ta' kondotta mhux xierqa jew preġudizzju u ma jkunx influwenzat minn interess personali, pressjoni esterna, kunsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika, u lealtà lejn xi Parti jew biża' mill-kritika.

11.

Arbitru ma għandux jidħol, direttament jew indirettament, għal kwalunkwe obbligu jew jaċċetta kwalunkwe benefiċċju li jista' bi kwalunkwe mod jindaħal, jew jidher li jindaħal, fil-prestazzjoni xierqa ta' dmirijietu.

12.

Arbitru ma jistax jinqeda bil-pożizzjoni tiegħu jew tagħha fuq il-bord ta' arbitraġġ biex jaġevola xi interess personali jew privat u għandu jevita azzjonijiet li jistgħu jagħtu l-impressjoni li oħrajn jinsabu f'pożizzjoni speċjali biex jinfluwenzawh.

13.

Arbitru ma jistax jippermetti relazzjonijiet jew responsabbiltajiet finanzjarji, kummerċjali, professjonali, familjari, personali jew soċjali jinfluwenzaw l-imġiba jew il-ġudizzju tiegħu.

14.

Arbitru jrid jevita li jidħol fi kwalunkwe relazzjoni jew li jakkwista kwalunkwe interess finanzjarju li x'aktarx jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew tagħha jew li jista' raġonevolment joħloq impressjoni ta' kondotta mhux xierqa jew ta' preġudizzju.

Obbligi ta' arbitri preċedenti

15.

L-arbitri preċedenti kollha jridu jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu impressjoni li kienu ppreġudikati fit-twettiq ta' dmirijiethom jew li bbenefikaw mid-deċiżjonijiet tal-bord ta' arbitraġġ.

Kunfidenzjalità

16.

L-ebda arbitru jew arbitru preċedenti fl-ebda mument ma għandu jiżvela jew juża informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna proċedimenti jew akkwistata waqt proċedimenti ħlief għall-finijiet ta' dawk il-proċedimenti u fl-ebda każ, ma għandu jiżvela jew juża l-ebda informazzjoni tali biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jaffettwa ħażin l-interessi ta' oħrajn.

17.

L-ebda arbitru ma għandu jiżvela kwalunkwe deċiżjoni tal-bord ta' arbitraġġ jew partijiet minnha qabel ma tiġi ppubblikata b'konformità mal-Artikolu 318(4) (Deċiżjonijiet tal-Bord ta' Arbitraġġ) tal-Ftehim.

18.

L-ebda arbitru jew arbitru preċedenti fl-ebda mument ma għandu jiżvela d-deliberazzjonijiet tal-bord ta' arbitraġġ, jew il-fehma ta' kwalunkwe arbitru.

Medjaturi, esperti

19.

Id-dispożizzjonijiet deskritti f'dan il-Kodiċi tal-Kondotta kif japplikaw għall-arbitri jew arbitri preċedenti għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-medjaturi u esperti.


ANNESS III

 

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE, IL-KOLOMBJA U L-PERÙ

ta' …

dwar l-istabbiliment tal-listi ta' arbitri msemmija fl-Artikolu 304(1) u (4) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) (1), iffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, u b'mod partikolari l-Artikolu 304(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jistabbilixxi fl-ewwel laqgħa tiegħu lista ta' 25 individwu biex iservu bħala Arbitri u listi addizzjonali ta' 12-il individwu b'esperjenza settorjali dwar suġġetti speċifiċi koperti mill-Ftehim.

(2)

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu l-awtorità esklussiva li jevalwa u jadotta deċiżjonijiet kif previst fil-Ftehim dwar kwalunkwe suġġett li jiġi riferut lilu mill-korpi speċjalizzati stabbiliti skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-listi ta' individwi li jistgħu jservu bħala arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 304(1) u (4) ta' dan il-Ftehim huma stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …

Magħmula fi … nhar il-…

Għall-Kumitat tal-Kummerċ

Il-Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu tal-Kolombja

Il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Ministru għall-Kummerċ Barrani u t-Turiżmu tal-Perù


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.

Anness għad-Deċiżjoni Nru …/2014 tal-Kumitat tal-Kummerċ tal-UE, tal-Kolombja u tal-Perù

LISTA TA' ARBITRI

msemmija fl-Artikolu 304(1) tal-Ftehim

Arbitri proposti mill-Kolombja

1.

Eric Tremolada Álvarez

2.

Olga Lucía Lozano Ferro

3.

Adriana Zapata de Arbeláez

4.

Silvia Anzola de González

5.

Boris Darío Hernández Salame

Arbitri proposti mill-UE

1.

Giorgio Sacerdoti

2.

Ramon Torrent

3.

Pieter Jan Kuijper

4.

Claus-Dieter Ehlermann

5.

Claudio Dordi

Arbitri proposti mill-Perù

1.

Alfredo Ferrero Diez Canseco

2.

Diego Calmet Mujica

3.

Fernando Piérola

4.

Mercedes Araoz Fernández

5.

Manuel Monteagudo Valdez

Presidenti

1.

Bradly Condon (il-Kanada)

2.

Álvaro Galindo (l-Ekwador)

3.

Shotaro Oshima (il-Ġappun)

4.

Merit Janow (l-Istati Uniti)

5.

Luiz Olavo Baptista (il-Brażil)

6.

Pierre Pettigrew (il-Kanada)

7.

Ricardo Ramírez Hernández (il-Messiku)

8.

Jorge Miranda (il-Messiku)

9.

Maryse Robert (il-Kanada)

10.

María Luisa Pagán (Puerto Rico)

LISTA ADDIZZJONALI TA' ARBITRI B'ESPERJENZA SETTORJALI FUQ SUĠĠETTI SPEĊIFIĊI KOPERTI MILL-FTEHIM

imsemmija fl-Artikolu 304(4) tal-Ftehim

Esperti tal-kummerċ tal-oġġetti

Arbitri proposti mill-Kolombja

1.

Juan Carlos Elorza

2.

Ramón Madriñan

3.

María Clara Lozano

Arbitri proposti mill-UE

1.

Hannes Schoemann

2.

Jan Bourgeois

3.

Maurizio Mensi

Arbitri proposti mill-Perù

1.

Jose Antonio de la Puente

2.

Marcela Zea

3.

Julio Guadalupe

Presidenti

1.

Rafael Cornejo

2.

Kirsten Hilman

3.

Mario Matus

Esperti fl-oqsma tal-Kummerċ tas-Servizzi, Stabbilimenti, Kompetizzjoni, Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali jew l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern

Arbitri proposti mill-Kolombja

1.

Eduardo Silva

2.

Ernesto Rengifo

3.

Ricardo Metke

Arbitri proposti mill-UE

1.

Jan Wouters

2.

Kim Van der Borght

3.

Alexander Belohlavek

Arbitri proposti mill-Perù

1.

Luis Alonso Garcia

2.

Ricardo Paredes

3.

Benjamin Chavez

Presidenti

1.

Luis González García

2.

Luzius Wasescha

3.

Thomas Cottier


ANNESS IV

 

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE, IL-KOLOMBJA U L-PERÙ

ta' …

dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura għall-Grupp ta' Esperti fil-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli msemmi fl-Artikolu 284(6) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) (1), iffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, u b'mod partikolari l-Artikolu 284(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 284 tal-Ftehim jipprovdi li Parti tista' titlob li Grupp ta' Esperti jitlaqqa' sabiex jeżamina kwistjoni ta' żvilupp sostenibbli u ta' kummerċ li ma tkunx ġiet indirizzata b'mod sodisfaċenti permezz ta' konsultazzjonijiet tal-gvern skont l-Artikolu 283 tal-Ftehim.

(2)

Fl-ewwel laqgħa tiegħu l-Kumitat tal-Kummerċ għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura għall-funzjonament tal-Grupp ta' Esperti.

(3)

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu l-awtorità esklussiva li jevalwa u jadotta deċiżjonijiet kif previst fil-Ftehim dwar kwalunkwe suġġett li jiġi riferut lilu mill-korpi speċjalizzati stabbiliti skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Ir-Regoli ta' Proċedura għall-Grupp ta' Esperti huma stabbiliti kif stipulat fl-Anness.

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …

Magħmul fi … nhar il-…

Għall-Kumitat tal-Kummerċ

Il-Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu tal-Kolombja

Il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Ministru għall-Kummerċ Barrani u t-Turiżmu tal-Perù


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.

Anness għad-Deċiżjoni Nru .../2014 tal-Kumitat tal-Kummerċ tal-UE, tal-Kolombja u tal-Perù

REGOLI TA' PROĊEDURA GĦALL-GRUPP TA' ESPERTI TAT-TITOLU TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.

Fit-Titolu IX (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tal-Ftehim u skont dawn ir-regoli:

(a)

“il-Ftehim” tfisser il-Ftehim Kummerċjali bejn il-Kolombja u l-Perù, min-naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat fis-26 ta' Ġunju 2012.

(b)

“jum” tfisser jum kalendarju.

(c)

“espert” tfisser persuna b'għarfien espert dwar il-kwistjonijiet trattati mit-Titolu IX (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli), li huwa xieraq li jkun maħtur biex iservi fi Grupp ta' Esperti, skont l-Artikolu 284 tal-Ftehim.

(d)

“Grupp ta' Esperti” tfisser grupp imlaqqa' skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 284 tal-Ftehim.

(e)

“Parti għal proċedura” għandha tinftiehem bħala Parti li tikkonsulta li tipparteċipa fi proċedura quddiem Grupp ta' Esperti.

(f)

“il-Parti li tagħmel it-talba” tfisser kwalunkwe Parti li titlob li jitlaqqa' Grupp ta' Esperti skont l-Artikolu 284(1) tal-Ftehim.

2.

Il-parti li qed tagħmel it-talba għandha tkun inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor. Il-Partijiet għal proċedura għandhom jaqsmu ugwalment l-ispejjeż derivati mill-organizzazzjoni ta' proċedura tal-Grupp ta' Esperti, inklużi l-ispejjeż tal-esperti. Il-Partijiet għal proċedura jistgħu, madankollu, jiddeċiedu li dawn l-ispejjeż, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż tal-arbitri, jitqassmu b'mod differenti filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-każ u ċirkostanzi oħrajn li jistgħu jitqiesu rilevanti.

Notifiki

3.

Il-Partijiet għandhom jibagħtu kull talba li jitlaqqa' Grupp ta' Esperti, jew kwalunkwe notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor bi rċevuta mal-konsenja, posta rreġistrata, courier, faks, telex, telegramma jew kwalunkwe mezz ieħor ta' telekomunikazzjoni li jipprovdi evidenza li dawn ikunu ntbagħtu.

4.

Kull Parti għal proċedura għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra u kull wieħed mill-membri tal-Grupp tal-Esperti b'kopja ta' kull sottomissjoni bil-miktub. Għandha tiġi pprovduta wkoll kopja tad-dokument f'format elettroniku.

5.

Żbalji żgħar ta' natura klerikali fi kwalunkwe talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-Grupp ta' Esperti jistgħu jiġu korretti b'konsenja ta' dokument ġdid li jindika b'mod ċar il-kambjamenti.

6.

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' perjodu taż-żmien skont l-Artikoli 284 u 285 tal-Ftehim u dawn ir-regoli, dan il-perjodu għandu jibda jgħodd mill-għada tal-jum meta jkun wasal avviż, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor. Jekk l-aħħar jum ta' tali perjodu jkun btala uffiċjali jew f'jum mhux ta' ħidma għal kwalunkwe waħda mill-Partijiet għal proċedura, il-perjodu jiġi estiż sal-ewwel jum ta' ħidma li jkun imiss. Btajjel uffiċjali jew jiem mhux ta' ħidma li jseħħu matul il-perjodu taż-żmien huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-perjodu.

7.

Fejn Parti għal proċedura tirċievi dokument f'data differenti minn dik ta' meta l-Parti l-oħra tkun irċeviet l-istess dokument, kwalunkwe perjodu ta' żmien li jkun ikkalkulat fuq il-bażi tad-data ta' meta jasal dak id-dokument ikun ikkalkulat mill-aħħar jum tal-wasla ta' dak id-dokument.

It-twaqqif ta' Grupp ta' Esperti

8.

Jekk skont l-Artikolu 284 tal-Ftehim il-President jittella' bil-polza mil-lista ta' persuni li mhumiex ċittadini ta' kwlaunkwe Parti għall-Ftehim, rappreżentanti taż-żewġ Partijiet għal proċedura għandhom jiġu mistiedna minn qabel biex ikunu preżenti meta tittella' l-polza.

9.

Il-Partijiet għal proċedura għandhom jinnotifikaw l-esperti rigward il-ħatra tagħhom.

10.

Espert li jkun ġie appuntat skont il-proċedura stabbilita skont l-Artikolu 284 tal-Ftehim għandu jinnotifika l-aċċettazzjoni tiegħu/tagħha lis-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli fi żmien ħamest ijiem mid-data tan-notifika tal-ħatra tiegħu/tagħha.

Il-Bidu tal-Grupp ta' Esperti

11.

Sakemm il-Partijiet għal proċedura ma jaqblux mod ieħor, dawn il-Partijiet għandhom jiltaqgħu mal-Grupp ta' Esperti fi żmien erbatax-il jum mit-twaqqif tiegħu sabiex jiddeterminaw tali kwistjonijiet li tali Partijiet jew il-Grupp ta' Esperti jidhrilhom li jkunu xierqa.

12.

(a)

Sakemm il-Partijiet għal proċedura ma jiftehmux mod ieħor, fi żmien sebat ijiem mid-data tat-twaqqif tal-Grupp ta' Esperti, it-termini ta' referenza tal-Grupp ta' Esperti għandhom ikunu:

“li jeżamina, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titolu ta' Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli, il-kwistjoni msemmija fit-talba għat-twaqqif tal-Grupp ta' Esperti, u li joħroġ rapport, skont l-Artikolu 285 tat-Titolu IX (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tal-Ftehim, billi jagħmel rakkomandazzjonijiet biex il-kwistjoni tiġi indirizzata b'mod sodisfaċenti.”.

(b)

Il-Partijiet għal proċedura jridu jinnotifikaw it-termini ta' referenza maqbula lill-Grupp ta' Esperti fi żmien jumejn wara li jintlaħaq ftehim.

Sottomissjonijiet

13.

Il-Partijiet għal proċedura jistgħu jippreżentaw sottomissjonijiet lill-Grupp ta' Esperti f'kull stadju tal-proċess. Il-Grupp ta' Esperti jista' jitlob u jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub jew kull informazzjoni oħra minn organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet, u persuni li t-tlieta li huma għandhom informazzjoni rilevanti jew għarfien speċjalizzat, inklużi sottomissjonijiet bil-miktub jew informazzjoni mill-organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali rilevanti, dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali msemmija fl-Artikoli 269 u 270 tal-Ftehim.

14.

Ladarba l-Grupp ta' Esperti jkun iddeċieda fuq il-lista ta' istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u persuni li jkun se jitlob informazzjoni mingħandhom, jipprovdi din il-lista lill-Partijiet għal proċedura għall-informazzjoni tagħhom. Il-Grupp ta' Esperti jinnotifika lill-Partijiet għal proċedura bi kwalunkwe istituzzjoni, organizzazzjoni, jew persuna li sussegwentament jagħżel li jkellem jew b'dawk li jkunu bagħtu sottomissjonijiet lill-Grupp ta' Esperti fuq inizjattiva tagħhom stess.

Operat tal-Grupp ta' Esperti

15.

Il-president tal-Grupp ta' Esperti għandu jippresjedi fil-laqgħat kollha tiegħu. Il-Grupp ta' Esperti jista' jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi rigward il-proċedimenti.

16.

Il-president għandu jinforma lill-Partijiet għal proċedura bid-deċiżjonijiet amministrattivi; tali deċiżjonijiet amministrattivi japplikaw sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet għal proċedura.

17.

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-Ftehim jew f'dawn ir-Regoli, il-Grupp ta' Esperti jista' jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkluż bit-telefown, trażmissjonijiet bil-faks jew kollegamenti bil-kompjuter.

18.

Membri tal-Grupp ta' Esperti biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti.

19.

L-abbozzar ta' kwalunkwe deċiżjoni tal-Grupp ta' Esperti għandu jibqa' r-responsabbiltà esklussiva tal-Grupp ta' Esperti u ma jistax jiġi delegat.

20.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u dawn ir-Regoli, meta tqum xi kwistjoni proċedurali li mhix koperta bihom, il-Grupp ta' Esperti jista' jadotta proċeduri tiegħu stess sabiex jindirizza tali kwistjoni. Meta tinqala' kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jew f'dawn ir-Regoli, Grupp ta' Esperti jista' jadotta proċedura xierqa li hija kompatibbli ma' dawk id-dispożizzjonijiet.

21.

Meta l-Grupp ta' Esperti jqis li hemm il-ħtieġa li jinbidel kwalunkwe perjodu taż-żmien applikabbli għall-proċedimenti jew biex jagħmel kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet għal proċedura bir-raġunijiet tal-bidla jew l-aġġustament, billi jindika l-perjodu taż-żmien jew aġġustament meħtieġ. Tali bidla tapplika sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet għall-proċedura.

22.

Konsistenti mal-Artikoli 284 u 285 tal-Ftehim u dawn ir-regoli, il-Grupp ta' Esperti għandu jmexxi l-proċedimenti kollha b'tali mod li jqis xieraq, sakemm il-Partijiet għal proċedura jkunu trattati b'ugwaljanza, u li soġġett għall-Artikolu 284(5) tal-Ftehim, kull Parti għal proċedura tingħata opportunità sħiħa li tippreżenta l-każ tagħha.

23.

Konsistenti mal-Artikoli 284 u 285 tal-Ftehim u dawn ir-regoli, il-Partijiet għal proċedura jistgħu jitolbu laqgħat mal-Grupp ta' Esperti wara li r-rapport inizjali jkun ġie ppreżentat u qabel il-preżentazzjoni tar-rapport finali.

Kunfidenzjalità

24.

Kull Parti għal proċedura għandha tittratta bħala kunfidenzjali kwalunkwe tagħrif imressaq mill-Parti l-oħra lill-Grupp ta' Esperti li dik il-Parti tkun indikat bħala kunfidenzjali.

25.

Meta Parti għal proċedura tressaq verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha lill-Grupp ta' Esperti, hija għandha fuq talba tal-Parti l-oħra, tipprovdi wkoll taqsira mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni li tinsab fis-sottomissjonijiet tagħha sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara d-data tat-talba jew tas-sottomissjoni tal-verżjoni kunfidenzjali, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.

26.

Sottomissjonijiet bil-miktub magħmula lill-Grupp ta' Esperti għandhom jitqiesu kunfidenzjali iżda għandhom ikunu pprovduti lill-Partijiet għal proċedura. Il-Partijiet għal proċedura jistgħu joħorġu dikjarazzjonijiet konġunti tal-pożizzjonijiet tagħhom sal-punt li ma jkunx fihom informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

27.

Il-Grupp ta' Esperti għandu jiltaqa' f'sessjonijiet magħluqa meta s-sottomissjonijiet u l-argumenti ta' kwalunkwe Parti għal proċedura jkun fihom informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

Traduzzjoni u Interpretazzjoni

28.

Il-Partijiet għal proċedura għandu jkollhom d-dritt li jippreżentaw u jirċievu sottomissjonijiet bil-miktub fil-lingwi tal-għażla tagħhom.

29.

Kull Parti għal proċedura għandha tagħmel l-arranġamenti u tħallas għall-ispejjeż tat-traduzzjoni tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha għall-Ingliż u għall-Ispanjol mingħajr dewmien. L-ispejjeż imġarrba matul id-deliberazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni mill-Ingliż u mill-Ispanjol jew għall-Ingliż u għall-Ispanjol ikunu maqsuma miż-żewġ Partijiet għal proċedura. It-traduzzjoni u l-interpretazzjoni minn lingwi oħra jew għal lingwi oħra jitħallsu mill-Parti li titlobhom.

30.

Rapporti tal-Grupp ta' Esperti jiġu notifikati bl-Ingliż u bl-Ispanjol.

Dispożizzjonijiet oħra

31.

Il-Kodiċi ta' Kondotta stabbilit għal-Lista ta' Arbitri skont il-Ftehim Kummerċjali għandu japplika wkoll għall-Grupp ta' Esperti.


ANNESS V

 

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE, IL-KOLOMBJA U L-PERÙ

ta' …

dwar l-istabbiliment ta' Grupp ta' Esperti dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, imsemmi fl-Artikolu 284(3) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) (1), iffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, u b'mod partikolari l-Artikolu 284(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 284 tal-Ftehim jipprovdi li Parti tista' titlob li Grupp ta' Esperti jitlaqqa' sabiex jeżamina kwistjoni ta' żvilupp sostenibbli u ta' kummerċ li ma tkunx ġiet indirizzata b'mod sodisfaċenti permezz ta' konsultazzjonijiet tal-gvern skont l-Artikolu 283 tal-Ftehim.

(2)

Fl-ewwel laqgħa tiegħu l-Kumitat tal-Kummerċ għandu jadotta lista ta' mill-anqas 15-il persuna b'għarfien espert dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli.

(3)

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu l-awtorità esklussiva li jevalwa u jadotta deċiżjonijiet kif previst fil-Ftehim dwar kwalunkwe suġġett li jiġi riferut lilu mill-korpi speċjalizzati stabbiliti skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-listi ta' individwi li jistgħu jservu bħala esperti għall-finijiet tal-Artikolu 284 ta' dan il-Ftehim huma stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …

Magħmula fi … nhar il-…

Għall-Kumitat tal-Kummerċ

Il-Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu tal-Kolombja

Il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Ministru għall-Kummerċ Barrani u t-Turiżmu tal-Perù


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.

Anness għad-Deċiżjoni Nru …/2014 tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù

LISTA TA' ESPERTI

msemmijin fl-Artikolu 284(3) tal-Ftehim

Lista ta' esperti

1.

Claudia Martínez

2.

Carlos Costa Posada

3.

Enrique Borda Villegas

4.

Katerine Bermúdez

5.

Eddy Laurijssen

6.

Jorge Cardona

7.

Hélène Ruiz Fabri

8.

Geert Van Calster

9.

Jorge Mario Caillaux Zazzali

10.

Rosario Gómez Gamarra

11.

Jorge Toyama Miyagusuku

12.

Alfonso de los Heros Pérez Albela

Presidenti

1.

Robert McCorquodale

2.

Dane Ratliff

3.

Jill Murray

4.

Arthur Edmond Appleton

5.

Maryse Robert

6.

Orlando Pérez Gárate